ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.128.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 128

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
27 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 431/2009 tat-18 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 432/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 433/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/2006 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 434/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 435/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward ta’ ċerti kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja Komunitarj għall-importazzjoni ta’ annimali bovini maskili ta’ età żgħira maħsuba għat-tismin

54

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 438/2009 tas-26 ta’ Mejju 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji

57

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2009/405/PESK tat-18 ta’ Mejju 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW)

60

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2009 tas-7 ta' Mejju 2009 li jissostitwixxi l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) ( ĠU L 118, 13.5.2009 )

61

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 431/2009

tat-18 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, imressqa wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-ambitu u l-intensità tal-kriżi finanzjarja internazzjonali jolqtu d-domanda potenzjali għal għajnuna finanzjarja Komunitarja għal żmien medju fl-Istati Membri ‘l barra miż-żona euro u jeħtieġu żieda sinifikattiva fil-limitu massimu għall-ammont pendenti ta’ self li jista’ jingħata lill-Istati Membri stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 332/2002 (3) minn EUR 25 biljun għal EUR 50 biljun.

(2)

Fid-dawl tal-esperjenza riċenti fl-amministrazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għal żmien medju, ix-xogħol u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati bl-implimentazzjoni tar-Regolament għandhom ikunu kkjarifikati. Barra minn dan, il-kondizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għandhom ikunu stipulati dettaljatament f’Memorandum ta’ Ftehim li jrid ikun konkluż bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.

(3)

Ir-regoli li jistabbilixxu xi aspetti tal-amministrazzjoni finanzjarja tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandhom ikunu ċċarati. Għal raġunijiet operattivi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jkun mitlub ipoġġi l-għajnuna finanzjarja mogħtija f’kont speċjali mal-Bank Ċentrali Nazzjonali tiegħu u li jittrasferixxi l-ammonti dovuti f’kont mal-Bank Ċentrali Ewropew ftit ġranet qabel id-dati tal-għeluq tagħhom.

(4)

L-amministrazzjoni tajba tal-għajnuna finanzjarja Komunitarja mogħtija hija ta’ importanza kbira ħafna. Għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-possibbiltà li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi jwettqu kontrolli fl-Istat Membru li jirċievi l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għal żmien medju; dik il-possibbiltà għandha tkun prevista fil-ftehim eżistenti tas-self.

(5)

Dan ir-Regolament għandu japplika immedjatament għal kull ftehim ġdid ta’ self u għal kull ftehim ta’ self eżistenti jekk u meta jkunu riveduti.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 332/2002 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“L-ammont pendenti ta’ self li jrid jingħata lill-Istati Membri taħt din il-faċilità għandu jkun limitat għal EUR 50 biljun bħala kapital.”

(2)

L-Artikolu 3(2) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istat Membru li jitlob għajnuna finanzjarja għal żmien medju għandu jiddiskuti l-istima tal-bżonnijiet finanzjarji tiegħu mal-Kummissjoni u jissottometti abbozz ta’ programm ta’ aġġustament lill-Kummissjoni u lill-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Il-Kunsill, wara li jeżamina s-sitwazzjoni fl-Istat Membru konċernat u l-programm ta’ aġġustament ippreżentat bħala sostenn tal-applikazzjoni tiegħu, għandu jiddeċiedi, bħala regola, waqt l-istess laqgħa:

(a)

jekk jagħtix is-self jew faċilita’ xierqa ta’ ffinanzjar, l-ammont u t-tul medju tagħhom;

(b)

il-kondizzjonijiet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna finanzjarja għal żmien medju bil-ħsieb li terġa’ tiġi stabbilita jew li tkun żgurata sitwazzjoni sostenibbli fil-bilanċ tal-pagamenti;

(c)

il-metodi tekniċi kif jinħarġu l-flus tas-self jew tal-faċilità ta’ ffinanzjar, li r-rilaxx jew il-ġbid tagħhom, bħala regola, għandhom isiru permezz ta’ pagamenti suċċessivi, filwaqt li r-rilaxx ta’ kull pagament ikun suġġett għal verifika tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-programm abbażi tal-objettivi ffissati.”

(3)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3a

Il-Kummissjoni u l-Istati Membru kkonċernat għandhom jikkonkludu Memorandum ta’ Ftehim li jistipula dettaljatament il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Kunsill taħt l-Artikolu 3. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-Memorandum ta’ Ftehim lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.”

(4)

L-Artikolu 5 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex f’intervalli regolari tivverifika, b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, li l-politika ekonomika tal-Istat Membru li jkun se jirċievi self Komunitarju tikkonforma mal-programm ta’ aġġustament, ma’ kull kondizzjoni oħra stipulata mill-Kunsill taħt l-Artikolu 3 u mal-Memorandum ta’ Ftehim imsemmi fl-Artikolu 3a. Għal dan il-għan, l-Istat Membru għandu jpoġġi kull tagħrif meħtieġ għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u jikkoopera bis-sħiħ ma’ din tal-aħħar. Abbażi tal-konklużjonijiet minn tali verifika, il-Kummissjoni, wara li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju jkun ta l-opinjoni tiegħu, għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ aktar pagamenti.

Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe aġġustament li jrid isir lill-kondizzjonijiet inizjali tal-politika ekonomika.”

(5)

Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“5.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jiftaħ kont speċjali mal-Bank Ċentrali Nazzjonali għall-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja għal żmien medju li jkun irċeva. Huwa għandu jittrasferixxi l-kapital u l-interessi dovuti taħt is-self f’kont mal-Bank Ċentrali Ewropew sebat ijiem TARGET2 (*) qabel id-dati tal-għeluq rispettivi.

(*)  Kif definit fil-Linji Gwida ECB/2007/2 tas-26 ta’ April 2007 dwar is-sistema Express Awtomatika Trans-Ewropea għat-Trasferiment f’Ħin Reali ta’ Ħlas Gross (Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system - TARGET2) (ĠU L 237, 8.9.2007, p. 1).”"

(6)

the following Article shall be inserted:

“Artikolu 9a

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha d-dritt li twettaq, fl-Istat Membru li jirċievi l-għajnuna finanzjarja għal żmien medju, kwalunkwe kontroll jew verifika finanzjarja li hija tikkunsidra meħtieġa fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ dik l-għajnuna. Il-Kummissjoni, inkluż l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi, għandha għalhekk ikollha d-dritt li tibgħat l-uffiċjali tagħha jew ir-rappreżentanti debitament awtorizzati tagħha biex iwettqu fl-Istati Membri li jirċievu l-għajnuna finanzjarja Komunitarja għal żmien medju, kull kontroll tekniku jew finanzjarju jew kull verifika li hija tqis neċessarji fir-rigward ta’ dik l-għajnuna.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  L-Opinjoni mogħtija fl-24 ta’ April 2009 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni mogħtija fl-20 ta’ April 2009 (ĠU C 106, 8.5.2009, p. 1).

(3)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 432/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

48,8

MK

43,9

TN

105,3

TR

58,5

ZZ

64,1

0707 00 05

JO

156,8

MK

27,4

TR

130,0

ZZ

104,7

0709 90 70

TR

117,1

ZZ

117,1

0805 10 20

EG

40,6

IL

62,9

MA

45,3

TN

108,2

US

42,1

ZA

63,5

ZZ

60,4

0805 50 10

AR

53,0

TR

50,2

ZA

63,7

ZZ

55,6

0808 10 80

AR

83,6

BR

78,1

CL

76,5

CN

90,0

NZ

99,9

US

110,4

UY

71,7

ZA

80,8

ZZ

86,4

0809 20 95

US

449,0

ZZ

449,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 433/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1282/2006 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikoli 170 u 171 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ iffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (2), jipprovdi li għandhom jiġu ppreżentati liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti. Għall-għanijiet ta’ ċarezza, jeħtieġ li titħassar id-dispożizzjoni ekwivalenti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 tas-17 ta’ Awwissu 2006 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar liċenzji ta' esportazzjoni u rifużjonijiet dwar esportazzjonijiet tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (3).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 57/2009 tat-22 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (4) eskluda mill-għoti ta' rifużjoni, mit-23 ta’ Jannar 2009 'l quddiem, l-esportazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 36(1), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 tal-15 ta’ April 1999 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ prodotti agrikoli (5). B’riżultat ta’ dan it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 ma għadux jgħodd u għandu jitħassar.

(3)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b’sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (6) jipprovdi d-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati biex juru l-prestazzjoni tal-kummerċ ma’ pajjiżi terzi. Bil-għan li tintlaħaq armonizzazzjoni u koerenza, huwa xieraq li jkun hemm referenza għal dak l-Artikolu fis-sistemi fejn jeħtieġ li tintwera prestazzjoni tal-kummerċ skont ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006. L-Artikoli 24(3) u 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

L-Artikolu 27 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2006 jipprovdi li liċenzji li jinħarġu skont dawk id-dispożizzjonijiet huma validi biss għall-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti tal-Amerika. Biex ikun żgurat dak u bi skop li jintlaħaq użu massimu tal-kwota, il-garanzija għandha tiġi rilaxxata biss mal-preżentazzjoni ta’ dokument tat-trasport kif ipprovdut fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999. L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu jiġi emendat skont dan. Biex il-garanziji għal-liċenzji tal-esportazzjoni lejn ir-Repubblika Domenikana jiġu rilaxxati huwa xieraq, li jintalab id-dokument tat-trasport kif ipprovdut fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, bl-iskop li jintlaħqu l-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni u sabiex jeħfief il-piż amministrattiv tal-esportatur. L-Artikolu 34(3) tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-Kapitolu 4 tat-Taqsima I tat-Tieni Parti tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (7) ġie emendat. L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

L-Artikolu 16 u l-Appendiċi 2 tal-Anness III għall-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (8), jipprovdi għall-kwota tariffarja ta’ trab tal-ħalib li qabel kienet tinstab fil-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Domenikana dwar il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib fir-Repubblika Domenikana (9), jipprovdi għall-kwota tariffarja ta’ trab tal-ħalib li qabel kienet tinstab fil-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Domenikana dwar il-protezzjoni fuq l-importazzjoni tat-trab tal-ħalib fir-Repubblika Domenikana (10), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/486/KE (11). L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Għandu jkun ipprovdut li xi wħud mid-dispożizzjonijiet emendati ma għandhomx japplikaw għal-liċenzji li kienu nħarġu diġà.

(9)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Paragrafu 1 tal-Artikolu 3 ġie mħassar.

(2)

Fl-Artikolu 24(3), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-prova ta’ kummerċ kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*).

(*)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

(3)

Fl-Artikolu 27 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Il-garanziji għal-liċenzji tal-esportazzjoni jiġu rilaxxati meta tkun ippreżentata l-prova msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**) flimkien mad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 fejn titniżżel bħala destinazzjoni l-Istati Uniti tal-Amerika.

(**)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(4)

Fl-Artikolu 30(1), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-prova ta’ kummerċ kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006.”

(5)

Fl-Artikolu 34(3), il-punt (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

mal-preżentazzjoni tal-prova msemmija fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 flimkien mad-dokument tat-trasport imsemmi fl-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 800/1999 fejn titniżżel bħala destinazzjoni r-Repubblika Domenikana;”

(6)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-grupp Nru 7, l-annotazzjonijiet “0402 91 11 9370, 0402 91 31 9300” għandhom jinbidlu bi “0402 91 10 9370, 0402 91 30 9300”;

(b)

fil-grupp Nru 9, l-annotazzjonijiet “0402 99 11 9350, 0402 99 31 9150, 0402 99 31 9300” għandhom jinbidlu bi “0402 99 10 9350, 0402 99 31 9300”;

(ċ)

il-gruppi Nru 8 u 10 għandhom jitħassru.

(7)

L-Anness IV għandu jinbidel bit-test fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(3) għandu japplika għal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għas-sena tal-kwoti 2010 u ta' wara.

L-Artikolu 1(5) għandu japplika għal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għas-sena tal-kwoti li tibda fl-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 234, 29.8.2006, p. 4.

(4)  ĠU L 19, 23.1.2009, p. 5.

(5)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11.

(6)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(7)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(8)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(9)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 1.

(10)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 46.

(11)  ĠU L 218, 6.8.1998, p. 45.


ANNESS

“ANNESS IV

L-annotazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32(c)

—   bil-Bulgaru: Глава III, раздел 3 от Регламент (ЕО) № 1282/2006:

тарифна квота за периода 1.7… г. — 30.6… г., за мляко на прах, съгласно допълнение II към приложение III към Споразумението за икономическо партньорство между държавите от КАРИФОРУМ, от една страна, и Европейската общност и нейните държави-членки, от друга страна, чието подписване и временно прилагане е одобрено с Решение 2008/805/ЕО на Съвета.

—   bl-Ispanjol: Capítulo III, sección 3, del Reglamento (CE) no 1282/2006:

contingente arancelario de leche en polvo del año 1.7.…-30.6.…, con arreglo al apéndice 2 del anexo III del Acuerdo de Asociación Económica entre los Estados del CARIFORUM, por una parte, y la Comunidad Europea y sus Estados miembros, por otra, cuya firma y aplicación provisional han sido aprobadas mediante la Decisión 2008/805/CE del Consejo.

—   biċ-Ċek: kapitola III oddíl 3 nařízení (ES) č. 1282/2006:

celní kvóta na období od 1. 7. … do 30. 6. … pro sušené mléko podle dodatku 2 přílohy III Dohody o hospodářském partnerství mezi státy CARIFORA na jedné straně a Evropským společenstvím a jeho členskými státy na straně druhé, jejíž podpis a prozatímní uplatňování byly schváleny rozhodnutím Rady 2008/805/ES.

—   bid-Daniż: Kapitel III, afdeling 3, i forordning (EF) nr. 1282/2006:

toldkontingent for 1.7…-30.6… for mælkepulver i overensstemmelse med bilag III, tillæg 2, til den økonomiske partnerskabsaftale mellem Cariforumlandene på den ene side og Det Europæiske Fællesskab og dets medlemsstater på den anden side, hvis undertegnelse og midlertidige anvendelse blev godkendt ved Rådets afgørelse 2008/805/EF.

—   bil-Ġermaniż: Kapitel III Abschnitt 3 der Verordnung (EG) Nr. 1282/2006:

Milchpulverkontingent für den Zeitraum 1.7.…-30.6.… gemäß Anhang III Anlage 2 des Wirtschaftspartnerschaftsabkommens zwischen den CARIFORUM-Staaten einerseits und der Europäischen Gemeinschaft und ihren Mitgliedstaaten andererseits, dessen Unterzeichnung und vorläufige Anwendung mit dem Beschluss 2008/805/EG des Rates genehmigt wurde.

—   bl-Estonjan: määruse (EÜ) nr 1282/2006 III peatüki 3. jagu:

ühelt poolt CARIFORUMi riikide ning teiselt poolt Euroopa Ühenduse ja selle liikmesriikide vahelise majanduspartnerluslepingu (mille allakirjutamine ja esialgne kohaldamine on heaks kiidetud nõukogu otsusega 2008/805/EÜ) III lisa 2. liites on sätestatud piimapulbri tariifikvoot ajavahemikuks 1.7…–30.6….

—   bil-Grieg: κεφάλαιο III, τμήμα 3 του κανονισμού (EΚ) αριθ. 1282/2006:

δασμολογική ποσόστωση 1.7…-30.6…, για τη σκόνη γαλάκτος σύμφωνα με το προσάρτημα 2 του παραρτήματος III της συμφωνίας οικονομικής σύμπραξης μεταξύ των κρατών CARIFORUM, αφενός, και της Ευρωπϊκής Κοινότητας και των κρατών μελών, αφετέρου, της οποίας η υπογραφή και η προσωρινή αφαρμογή εγκρίθηκε με την απόφαση 2008/805/EΚ του Συμβουλίου.

—   bl-Ingliż: Chapter III, Section 3 of Regulation (EC) No 1282/2006:

tariff quota for 1.7…-30.6…, for milk powder according to Appendix 2 of Annex III to the Economic Partnership Agreement between the CARIFORUM States, of the one part, and the European Community and its Member States, of the other part, the signature and provisional application of which has been approved by Council Decision 2008/805/EC.

—   bil-Franċiż: Chapitre III, Section 3, du règlement (CE) no 1282/2006:

contingent tarifaire pour la période du 1.7… au 30.6…, pour le lait en poudre conformément à l'appendice 2 de l'annexe III de l'accord de partenariat économique entre les États du Cariforum, d'une part, et la Communauté européenne et ses États membres, d'autre part, dont la signature et l'application provisoire ont été approuvées par la décision 2008/805/CE du Conseil.

—   bit-Taljan: capo III, sezione 3 del regolamento (CE) n. 1282/2006:

contingente tariffario per l'anno 1.7…-30.6…, per il latte in polvere ai sensi dell'appendice 2 dell'allegato III dell'accordo di partenariato economico tra gli Stati del CARIFORUM, da una parte, e la Comunità europea e i suoi Stati membri, dall'altra, la cui firma e la cui applicazione provvisoria sono state approvate con decisione 2008/805/CE del Consiglio.

—   bil-Latvjan: Regulas (EK) Nr. 1282/2006 III nodaļas 3. iedaļā:

Tarifa kvota no 1. jūlija līdz 30. jūnijam piena pulverim saskaņā ar III pielikuma 2. papildinājumu Ekonomisko partnerattiecību nolīgumā starp CARIFORUM valstīm no vienas puses un Eiropas Kopienu un tās dalībvalstīm no otras puses, kura parakstīšana un provizoriska piemērošana apstiprināta ar Padomes Lēmumu 2008/805/EK.

—   bil-Litwan: Reglamento (EB) Nr. 1282/2006 III skyriaus 3 skirsnyje:

tarifinė kvota nuo … metų liepos 1 dienos iki … metų birželio 30 dienos pieno milteliams, numatyta CARIFORUM valstybių ir Europos bendrijos bei jos valstybių narių Ekonominės partnerystės susitarimo, kurio pasirašymas ir laikinas taikymas patvirtinti Tarybos sprendimu 2008/805/EB, III priedo 2 priedėlyje.

—   bl-Ungeriż: Az 1282/2006/EK rendelet III. fejezetének 3. szakasza:

az egyrészről a CARIFORUM-államok másrészről az Európai Közösség és tagállamai közötti gazdasági partnerségi megállapodás – amelynek aláírását és ideiglenes alkalmazását a 2008/805/EK tanácsi határozat hagyta jóvá – III. mellékletének 2. függeléke szerinti tejporra […] július 1-től […] június 30-ig vonatkozó vámkontingens.

—   bil-Malti: Il-Kaptiolu III, it-Taqsima 3 tar-Regolament (KE) Nru 1282/2006:

kwota tariffarja għal 1.7…-30.6…, għat-trab tal-ħalib skont l-Appendiċi 2 tal-Anness III għall-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, li l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu kienu approvati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/805/KE.

—   bl-Olandiż: hoofdstuk III, afdeling 3 van Verordening (EG) nr. 1282/2006:

tariefcontingent melkpoeder voor het jaar van 1.7.… t/m 30.6.… overeenkomstig aanhangsel 2 van bijlage III bij de economische partnerschapsovereenkomst tussen de CARIFORUM-staten, enerzijds, en de Europese Gemeenschap en haar lidstaten, anderzijds, waarvan de ondertekening en de voorlopige toepassing zijn goedgekeurd bij Besluit 2008/805/EG van de Raad.

—   bil-Pollakk: rozdział III sekcja 3 rozporządzenia (WE) nr 1282/2006:

kontyngent taryfowy na okres od 1.7.… do 30.6.… na mleko w proszku zgodnie z dodatkiem 2 do załącznika III do Umowy o partnerstwie gospodarczym między państwami CARIFORUM z jednej strony, a Wspólnotą Europejską i jej państwami członkowskimi z drugiej strony, której podpisanie i tymczasowe stosowanie zostało zatwierdzone decyzją Rady 2008/805/WE.

—   bil-Portugiż: Secção 3 do capítulo III do Regulamento (CE) n.o 1282/2006:

Contingente pautal de leite em pó do ano 1.7.…-30.6.…, ao abrigo do apêndice 2 do anexo III do Acordo de Parceria Económica entre os Estados do Cariforum, por um lado, e a Comunidade Europeia e os seus Estados-Membros, por outro, cuja assinatura e aplicação a título provisório foram aprovadas pela Decisão 2008/805/CE do Conselho.

—   bir-Rumen: capitolul III secțiunea 3 din Regulamentul (CE) nr. 1282/2006:

contingent tarifar pentru anul 1.7…-30.6, pentru lapte praf în conformitate cu apendicele 2 din anexa III la Acordul de parteneriat economic între statele CARIFORUM, pe de o parte, și Comunitatea Europeană și statele membre ale acesteia, pe de altă parte, ale cărui semnare și aplicare provizorie au fost aprobate prin Decizia 2008/805/CE a Consiliului.

—   bis-Slovakk: kapitola III oddiel 3 nariadenia (ES) č. 1282/2006:

colná kvóta na obdobie od 1. júla … do 30. júna … na sušené mlieko podľa dodatku 2 k prílohe III k Dohode o hospodárskom partnerstve medzi štátmi fóra CARIFORUM na jednej strane a Európskym spoločenstvom a jeho členskými štátmi na strane druhej, ktorej podpísanie a predbežné vykonávanie sa schválilo rozhodnutím Rady 2008/805/ES.

—   bis-Sloven: poglavje III, oddelek 3 Uredbe (ES) št. 1282/2006:

Tarifna kvota za obdobje 1.7…–30.6… za mleko v prahu v skladu z Dodatkom 2 k Prilogi III k Sporazumu o gospodarskem partnerstvu med državami CARIFORUMA na eni strani ter Evropsko skupnostjo in njenimi državami članicami na drugi strani, katerega podpis in začasno uporabo je Svet odobril s Sklepom 2008/805/ES.

—   bil-Finlandiż: asetuksen (EY) N:o 1282/2006 III luvun 3 jaksossa:

Euroopan yhteisön ja sen jäsenvaltioiden sekä CARIFORUM-valtioiden talouskumppanuussopimuksen, jonka allekirjoittaminen ja väliaikainen soveltaminen on hyväksytty neuvoston päätöksellä 2008/805/EY, liitteessä III olevan lisäyksen 2 mukainen maitojauheen tariffikiintiö 1.7…–30.6… välisenä aikana.

—   bl-Iżvediż: Kapitel III, avsnitt 3 i förordning (EG) nr 1282/2006:

tullkvot för 1.7…–30.6… för mjölkpulver enligt tillägg 2 till bilaga III till avtalet om ekonomiskt partnerskap mellan Cariforum-staterna, å ena sidan, och Europeiska gemenskapen och dess medlemsstater, å andra sidan, vars undertecknande och provisoriska tillämpning godkändes genom rådets beslut 2008/805/EG.”


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 434/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1580/2007 fir-rigward tal-livell li fih jiskattaw id-dazji addizzjonali fuq it-tadam, il-berquq, l-għanbaqar, il-ħawħ, inkluż n-nuċiprisk, il-lanġas u l-għeneb tal-mejda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) [(Ir-Regolament dwar l-OKS Unika)] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (2) jistipula sorveljanza tal-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness XVII għalih. Dik is-sorveljanza għandha titwettaq skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 308d tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(2)

Għall-għanijiet tal-Artikolu 5(4) tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura (4) konkluż matul is-Serje tal-Urugwaj ta’ negozjati multilaterali dwar il-kummerċ u fid-dawl tal-aħħar dejta disponibbli għall-2006, l-2007 u l-2008, il-livelli li fihom jiskattaw id-dazji addizzjonali tat-tadam, tal-berquq, tal-lumi, tal-għanbaqar, tal-ħawħ, inkluż in-nuċiprisk, tal-lanġas u tal-għeneb tal-mejda għandhom jiġu aġġustati.

(3)

B’riżultat ta’ dan, ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jinbidel bit-test muri fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.


ANNESS

“ANNESS XVII

DAZJI TA’ IMPORTAZZJONI ADDIZZJONALI: TITOLU IV, KAPITOLU II, TAQSIMA 2

Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, id-deskrizzjoni tal-prodotti hija kkunsidrata li tkun indikativa biss. L-ambitu tad-dazji addizzjonali għall-finijiet ta’ dan l-Anness huwa ddeterminat mill-ambitu tal-kodiċijiet NM kif jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Nru tas-Serje

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Perjodu tal-iskattar

Livell tal-iskattar

(tunnellati)

78.0015

0702 00 00

Tadam

l-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Mejju

415 817

78.0020

l-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

40 105

78.0065

0707 00 05

Ħjar

l-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru

19 309

78.0075

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April

17 223

78.0085

0709 90 80

Qaqoċċ

l-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju

16 421

78.0100

0709 90 70

Zukkini

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru

65 893

78.0110

0805 10 20

Larinġ

l-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju

700 277

78.0120

0805 20 10

Klementin

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

385 569

78.0130

0805 20 30

0805 20 50

0805 20 70

0805 20 90

Mandolin (inklużi t-tangerines u s-satsumas); wilkings u ibridi taċ-ċitru simili

l-1 ta’ Novembru sal-aħħar ta’ Frar

95 620

78.0155

0805 50 10

Lumi

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru

329 947

78.0160

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Mejju

61 422

78.0170

0806 10 10

Għeneb tal-mejda

il-21 ta’ Lulju sal-20 ta’ Novembru

89 140

78.0175

0808 10 80

Tuffieħ

l-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Awwissu

876 665

78.0180

l-1 ta’ Settembru sal-31 ta’ Diċembru

106 465

78.0220

0808 20 50

Lanġas

l-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ April

223 485

78.0235

l-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Diċembru

70 116

78.0250

0809 10 00

Berquq

l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Lulju

5 785

78.0265

0809 20 95

Ċiras, ħlief għaċ-ċiras qares

il-21 ta’ Mejju sal-10 ta’ Awwissu

133 425

78.0270

0809 30

Ħawħ, inkluż nuċiprisk

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

131 459

78.0280

0809 40 05

Għanbaqar

il-11 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru

129 925 ”


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 435/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) fir-rigward ta’ ċerti kodiċijiet tan-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta’ Frar 1979 fuq il-proċedura għall-aġġustament tan-nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni użata għall-prodotti tal-agrikoltura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (2) fih in-Nomenklatura Maqgħuda (NM) applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2009.

(2)

Xi kodiċijiet NM u deskrizzjonijiet li jidhru fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (3) ma għadhomx jaqblu man-NM.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti b’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 qed ikun emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 34, 9.2.1979. p. 2.

(2)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(3)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I (ċereali) hija emendata kif ġej:

(a)

Il-kodiċijiet NM 1702 30 91 u 1702 30 99 u d-deskrizzjonijiet ta’ magħhom huma sostitwiti b’dan li ġej:

“ex 1702 30 50

– – Oħrajn:

– – – F’forma ta’ trab abjad kristallin, mgħaqqad jew le, li fih, fl-istat xott, inqas minn 99 %, tal-piż, glukożju

ex 1702 30 90

– – – Oħrajn, li fihom, fl-istat xott, inqas minn 99 %, tal-piż, glukożju”

(b)

Id-deskrizzjoni, fil-kolonna 2, ta’ mal-kodiċijiet NM 2309 10 11 sa 2309 10 53 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“– – Li jkun fih il-lamtu, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, il-maltodextrin jew ġulepp tal-maltodextrin tas-subintestaturi 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib”;

(c)

Id-deskrizzjoni, fil-kolonna 2, ta’ mal-kodiċijiet NM ex 2309 90 sa 2309 90 53, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Oħrajn:

– Prodotti msemmija fin-nota addizzjonali 5 tal-kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

– Oħrajn, inklużi taħlitiet ippreparati minn qabel:

– – Li jkun fihom il-lamtu, il-glukożju, il-ġulepp tal-glukożju, il-maltodextrin jew ġulepp tal-maltodextrin tas-subintestaturi 1702 30 50, 1702 30 90, 1702 40 90, 1702 90 50 u 2106 90 55 jew prodotti tal-ħalib:”;

(2)

Il-Parti III (zokkor) hija emendata kif ġej:

(a)

Fil-kolonna 1, “1702 60 95 u 1702 90 99” huma sostitwiti b’“1702 60 95 u 1702 90 95”;

(b)

Il-kodiċi NM “1702 90 60” u d-deskrizzjoni tal-prodott ta’ miegħu jitħassru;

(3)

Il-Parti X (prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati) hija emendata kif ġej:

(a)

Fid-deskrizzjoni tal-prodott ta’ mal-kodiċi NM ex 2001, fis-sitt inċiż, il-kodiċi NM “ex 2001 90 99” jiġi sostitwit bil-kodiċi NM “ex 2001 90 97”

(b)

Fid-deskrizzjoni tal-prodott ta’ mal-kodiċi NM ex 2007, fit-tieni inċiż, il-kodiċi NM “ex 2007 99 57” jiġi sostitwit bil-kodiċi NM “ex 2007 99 50” u l-kodiċi NM “ex 2007 99 98” jiġi sostitwit bil-kodiċi NM “ex 2007 99 97”;

(4)

Fil-kolonna 1 tal-Parti XI (banana), il-kodiċi NM “ex 2007 99 57” jiġi sostitwit bil-kodiċi NM “ex 2007 99 50” u l-kodiċi NM “ex 2007 99 98” jiġi sostitwit bil-kodiċi NM “ex 2007 99 97”;

(5)

Il-punt (b) fil-kolonna 1 tal-Parti XV (ċanga u vitella) huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-kodiċijiet NM “0206 10 91” u “0206 10 99” huma sostitwiti bil-kodiċi NM “0206 10 98”;

(b)

Il-kodiċijiet NM “1602 50 31 sa 1602 50 80” huma sostitwiti bil-kodiċijiet NM “1602 50 31 u 1602 50 95”;

(6)

Fl-punt (f) tal-kolonna 1 tal-Parti XX (laħam tat-tjur), il-kodiċijiet NM “1602 20 11” u “1602 20 19” huma sostitwiti bil-kodiċi NM “1602 20 10”;

(7)

Il-Parti XXI (prodotti oħra) hija emendata kif ġej:

(a)

Il-kodiċijiet NM “ex 0206 49” u “ex 0206 49 20” u d-deskrizzjoni tal-prodott ta’ magħhom huma sostitwiti b’dan li ġej

“ex 0206 49 00

– – Oħrajn

– – – Tal-majjal domestiku:

– – – – Għall-produzzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi (c)”

(b)

Il-kodiċi NM “0206 49 80” jitħassar;

(c)

Il-kodiċi NM “1602 90 41” u d-deskrizzjoni tal-prodott ta’ miegħu jitħassru;

(d)

Fil-Kolonna 1, il-kodiċi NM “1602 90 98” huwa sostitwita bil-kodiċi NM “1602 90 99”.


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 436/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta’ tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod l-Artikoli 115(2) u 121 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 mmodifika s-sistema preċedenti għas-settur tal-inbid kif stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (2) u ħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) tal-24 ta’ Lulju 1986 li jistabbilixxi Reġistru tal-Komunità għall-Oqsma tad-Dwieli (3), b’effett mill-1 ta’ Awwissu 2009.

(2)

Fil-preżent, it-tagħrif obbligatorju u d-dispożizzjonijiet dwar l-aġġornament u s-sorveljanza tar-reġistru tal-vinji huma stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2392/86 u r-regoli dettaljati dwar l-istabbiliment tar-reġistru tal-vinji huma stipulati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 649/87 (4).

(3)

L-Artikolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 479/2002 jipprovdi li ċerti Stati Membri għandhom iżommu reġistru tal-vinji li jkun fih informazzjoni aġġornata dwar il-potenzjal tal-produzzjoni.

(4)

Jeħtieġ għaldaqstant li jitħassar ir-Regolament (KEE) Nru 649/87 u li jkunu adottati r-regoli dettaljati dwar ir-reġistru tal-vinji.

(5)

L-għanijiet ewlenin tar-reġsitru tal-vinji huma l-monitoraġġ u l-kontroll tal-potenzjal ta’ produzzjoni. L-Artikolu 116 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-proċeduri amministrattivi u ta’ kontroll li jirrelataw maż-żoni huma kompatibbli mas-sistema integrata ta’ ġestjoni u kontroll (IACS). Jeħtieġ b’mod partikolari li jkun provdut li l-identifikazzjoni tal-operatur agrikolu kif ukoll tal-oqsma tal-vinji jkunu kompatibbli mal-IACS.

(6)

Biex ma jitħalliex li jkun hemm piż amministrattiv żejjed u bla ħsara għall-finijiet tar-reġistru tal-vinji, jeħtieġ li l-ġbir tad-dejta mingħand l-operaturi bi produzzjoni limitata ħafna ma jkunx obbligatorju.

(7)

Biex ikun żgurat użu prattiku tar-reġistru tal-vinji, jeħtieġ li l-informazzjoni meħtieġa f’dan ir-reġistru tkun kompatibbli ma’ dik meħtieġa fil-kuntest tat-Titolu IV, Potenzjal tal-Produzzjoni, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid (5).

(8)

Biex tkun żgurata l-koerenza fid-dejta disponibbli fil-kuntest tal-kultivazzjoni tal-vinji, jeħtieġ li ċerta dejta miġbura fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 tal-5 ta’ Frar 1979 dwar stħarriġ statistiku ta’ nħawi tad-dwieli (6) tkun inkluża fir-reġistru tal-vinji, b’mod partikolari d-dejta dwar is-sena tat-tħawwil tal-qasam tal-vinji.

(9)

Biex ikun garantit li t-tagħrif miġbur fir-reġistru jkun jikkorrispondi dejjem għall-qagħda reali tal-kultivazzjoni tal-vinji, jeħtieġ li jkunu provduti sew l-aġġornament permanenti tiegħu kif ukoll il-verifika regolari tiegħu.

(10)

L-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi li l-produtturi tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid u l-produtturi tal-most u tal-inbid għandhom jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet li jkunu pproduċew mill-aħħar ħsad, kif ukoll li l-produtturi tal-inbid u l-most, flimkien man-negozjanti apparti minn bejjiegħa bl-imnut, għandhom jiddikjaraw kull sena l-ħażniet tagħhom. Barra minn hekk, jipprovdi li L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li n-negozjanti tal-għeneb għall-produzzjoni tal-inbid jiddikjaraw kull sena l-kwantitajiet kummerċjalizzati.

(11)

Biex jiġi ffaċilitat l-ipproċessar tad-dejta rigward il-prospetti, jeħtieġ li kull prospett ippreżentat f’dipartimentà amministrattiv kompetenti għandu jitqies bħala indipendenti mill-oħrajn li l-istess produttur jista’ jkun ippreżenta f’dipartimenti amministrattivi oħrajn tal-Istat Membru.

(12)

Madankollu, il-produtturi li jistgħu jipprovdu t-tagħrif kollu meħtieġ fi prospett wieħed tal-produzzjoni tal-inbid ma għandhomx għalfejn jippreżentaw żewġ prospetti. Produtturi żgħar ħafna jistgħu jiġu eżentati milli jimlew il-prospetti, minħabba li l-produzzjoni totali tagħhom tkun tirrappreżenta perċentwal relattivament żgħir tal-produzzjoni Komunitarja.

(13)

Għandu jiġi stabbilit ukoll li għandhom jintbagħtu prospetti mill-operaturi li jbigħu prodotti tal-inbid qabel id-dati speċifikati għall-prospetti.

(14)

Sabiex tkun iffaċilitata l-ġestjoni tas-suq, għandha tkun iffissata d-data ta’ skadenza għat-tressiq tal-prospetti. Minħabba li l-ħsad isir fi żminijiet differenti fl-Istati Membri differenti, jeħtieġ li d-dati ta’ skadenza biex il-produtturi jressqu l-prospetti għandhom ikunu mqassma.

(15)

Biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jidher f’loku li jkun provdut dwar liema tagħrif għandu jingħata fil-prospetti, filwaqt li titħalla għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri l-għażla tal-forma li fiħa l-operaturi għandhom jagħtu dan it-tagħrif.

(16)

L-użu ta’ metodi kompjuterizzati qiegħed gradwalment jieħu post ir-reġistrazzjoni manwali ta’ dejta fis-setturi differenti tal-attività amministrattiva. Għalhekk għandu jkun ukoll possibbli li jintużaw metodi kompjuterizzati u elettroniċi waqt l-użu tal-prospetti obbligatorji.

(17)

L-Istati Membri li jkollhom reġistru sħiħ għandhom ikunu jistgħu jużaw ċerta dejta minn dak ir-reġistru, pereżempju l-erja. Għaldaqstant f’ċerti kundizzjonijiet il-produtturi għandhom jinħelsu mill-obbligu li jiddikjaraw l-erja.

(18)

Jeħtieġ li l-Istati Membri li ma għandhomx aktar minn 500 ha għall-koltivazzjoni tal-vinji jew li ma jipproduċux aktar minn 50 000 ettolitru inbid ikunu jistgħu jeskludu ċerta informazzjoni mill-prospetti, u jkunu jistgħu jeżoneraw lill-produtturi milli jippreżentaw xi waħda minn dawn il-prospetti f’ċerti kundizzjonijiet li għandu ikunu determinati.

(19)

Jeħtieġ li jkunu deċiżi d-dati li fihom l-informazzjoni mitluba għandha tkun ċentralizzata fil-livell nazzjonali.

(20)

Għarfien adegwat tal-produzzjoni u tal-istokkijiet fis-settur tal-indbid fl-istat attwali ma jistax jinkiseb għajr abbażi tal-prospetti tal-ħsad u tal-ħażniet sottomessi mid-diversi partijiet interessati. Għaldaqstant għandhom jittieħdu passi xierqa sabiex jiġi żgurat li l-prospetti jiġu ppreżentati mill-partijiet interessati u li dawn ikunu kompluti u preċiżi, billi jiġu pprovduti sanzjonijiet meta l-prospetti ma jitressqux jew ikunu foloz jew mhux kompluti.

(21)

Għall-istess raġuni, huwa indispensabbli li jkunu deċiżi d-dati li fihom l-informazzjoni miġbura rigward il-prospetti obbligatorji jeħtiġilha tintbagħat lill-Kummissjoni, kif ukoll il-forma li fiha għandha tintbagħat.

(22)

Ċerta dejta dwar is-suq tal-inbid għandha tkun disponibbli sabiex jiġi żgurat li dan is-suq ikun jista’ jiġi mmonitorjat. Minbarra d-dejta mogħtija fis-sommarji tad-diversi prospetti, jitqies indispensabbli li jkun hemm informazzjoni dwar id-disponibbiltà u l-utilizzazzjoni tal-indbid, kif ukoll dwar il-prezz tiegħu. Għaldaqstant jeħtieġ li l-Istati Membri jiġbru dan it-tagħrif u jibagħtuh lill-Kummissjoni f’ċerti dati fissi.

(23)

Ċerti Stati Membri jistgħu jinħelsu mill-obbligu li jikkomunikaw il-prezzijiet, minħabba li l-produzzjoni totali tagħhom tkun tirrappreżenta volum relattivament żgħir tal-produzzjoni Komunitarja.

(24)

Jeħtieġ għalhekk li jitħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1282/2001 (7), li jistabbilixxi regoli dettaljati rigward il-ġbir ta’ informazzjoni sabiex jiġu identifikati l-prodotti tal-inbid u sabiex jiġi sorveljat is-suq tal-inbid.

(25)

Fid-dawl tas-suq uniku fi ħdan il-Komunità, jeħtieġ li l-entitajiet inkarigati bil-monitoraġġ taż-żamma u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tal-inbid jingħataw l-istrumenti meħtieġa biex iwettqu kontroll effikaċi skont ir-regoli uniformi applikabbli fil-Komunita kollha kemm hi.

(26)

L-Artikolu 112(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 jipprovdi li l-prodotti tal-inbid jistgħu jitpoġġew f’ċirkolazzjoni ġewwa l-Komunità biss b’dokument li jakkumpanja l-ġarr li huwa uffiċjalment ivverifikat. L-Artikolu 112(2) jipprovdi li persuni naturali jew legali jew grupp ta’ persuni li jżommu l-prodotti tal-inbid għandhom iżommu reġistri tal-oġġetti deħlin u ħerġin fir-rigward ta’ dawn il-prodotti.

(27)

Sar progress dwar l-armonizzazzjoni fiskali fil-Komunità, permezz tad-Direttiva tal-Kunsill (KEE) Nru 92/12 tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u mmonitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (8). Bil-għan li jkunu stabbiliti regoli uniformi applikabbli fil-Komunità u biex jiġu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi għal dawk li jaħdmu fil-qasam u għaċ-ċittadini, ikun partikolarment tajjeb li d-dokumenti li jakumpanjaw il-ġarr tal-prodotti tal-inbid għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli fiskali jitqiesu wkoll bħala dokumenti rikonoxxuti li jakkumpanjaw il-ġarr.

(28)

Għall-ġarr tal-prodotti tal-inbid mhux soġġett għad-dispożizzjonijiet fiskali msemmija hawn fuq u għall-ġarr tal-prodotti tal-inbid li jkunu ġejjin minn produtturi żgħar, jeħtieġ li jkun provdut dokument li jakkumpanjahom biex l-entitajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-moviment ta’ dawn il-prodotti. Għal dan il-għan, jista’ jkun rikonoxxut kwalunkwe dokument kummerċjali li jkun fih tal-anqas l-indikazzjonijiet meħtieġa biex jidentifikaw il-prodott u biex jippermettu s-sorveljanza tal-itinerarju tal-ġarr.

(29)

Biex ma jittaqlux bla ħtieġa l-formalitajiet amministrattivi għat=trasportaturi, jeħtieġ li jkun provdut li l-ebda dokument ma jkun meħtieġ biex jakkumpanja l-ġarr ta’ ċerti prodotti tal-inbid fuq distanza limitata, jew f’kontenituri żgħar fi kwantitajiet limitati.

(30)

L-utilizzazzjoni ta’ proċeduri kompjuterizzati fl-attivitajiet amministrattivi tal-operaturi kull ma jmur qed tieħu post id-dokumenti fuq il-karta. Għaldaqstant jeħtieġ li l-proċeduri kompjuterizzati jkunu jistgħu jintużaw ukoll fil-mili u l-użu tad-dokumenti li jakkumpjaw il-ġarr kif ukoll tar-reġistri.

(31)

Għall-esportazzjoni tal-prodotti tal-inbid hemm l-obbligu ta’ dokumenti komplementari għad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr, partikolament id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Jeħtieġ għalhekk li jkunu definiti l-proċeduri komplementari għall-mili u l-validazzjoni ta’ dawn id-dokumenti.

(32)

Is-sorveljanza tal-ġarr ta’ prodotti tal-inbid ittrasportati bil-ingrossa tesiġi ħsieb partikolari billi dawn il-prodotti huma aktar suxxettibbli għal manipulazzjonijiet ta’ frodi minn prodotti li jkunu diġà bbottiljati fi fliexken b’tagħmir ta’ għeluq li jintuża darba biss u bit-tikketti mwaħħla fuqhom. F’dawn il-każijiet jeħtieġ li jkun hemm l-esiġenza ta’ informazzjoni addizzjonali u validazzjoni minn qabel tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr.

(33)

Biex ikun iffaċilitat il-kontroll min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti, jeħtieġ li jkun hemm l-obbligu ta’ referenza għad-dokument VI 1 fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodott ta’ pajjiż terz li jitqiegħed fil-moviment ħieles.

(34)

Id-disposizzjonijiet għall-istabbiliment tad-dokumenti amministrattivi li jakkumpanjaw il-ġarr u tad-dokument simplifikat li jakkumpnja l-ġarr jirreferi għar-regoli għall-attestazzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini jew l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ta’ ċerti kategoriji ta’ nbid. Ir-regoli għal din l-attestazzjoni għandhom għalhekk ikunu stabbiliti. Jeħtieġ ukoll li jkunu stabbiliti r-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini ta’ ċerti nbejjed għall-ġarr ta’ prodotti mhux soġġetti għall-formalitajiet fiskali, b’mod partikolari għall-esportazzjoni. Biex ikunu ssimplifikati l-formalitajiet amministrattivi għaċ-ċittadini u biex l-entitajiet kompetenti jinħelsu minn ħidmiet ta’ rutina, jeħtieġ li jkunu provduti r-regoli li skonthom l-entitajiet kompetenti jkunu jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjaturi li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet li jippreskrivu huma stess l-entrati li jiċċertifikaw l-oriġini tal-inbid fil-dokument li jakkumpanja l-ġarr, bla ħsara għat-twettiq tal-kontrolli adegwati.

(35)

Jeħtieġ li jkunu stabbiliti l-miżuri li għandhom jieħdu l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest ta’ ġarr magħmul minn kunsinjatur li jkun wettaq ksur gravi jew fil-kuntest ta’ ġarr irregolari, bl-attenzjoni kollha biex dawn il-kunsinji ma jittardjawx aktar minn dak li jkun strettament meħtieġ.

(36)

Biex, permezz tal-konsultazzjoni tar-reġistri, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jissorveljaw b’effikaċja l-moviment u ż-żamma tal-prodotti tal-inbid, partikolarment fil-kollaborazzjoni bejn is-servizzi fil-livell tal-Komunità, jeħtieġ li r-regoli dwar iż-żamma tar-reġistri jkunu armonizzati fil-livell tal-Komunità.

(37)

L-obbligi li jirrigwardaw ir-reġistri jistgħu jġibu magħhom piż amministrattiv sproporzjonat għal ċerti operaturi. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw dawn l-operaturi minn ċerti obbligi.

(38)

Is-sustanzi użati f’ċerti prattiki oenoloġiċi, speċjalment l-arrikkiment, l-aċidifikazzjoni u ż-żieda tal-ħlewwa, huma partikolarment miftuħa għall-perikolu ta’ użu qarrieqi. Jeħtieġ għalhekk li ż-żamma ta’ dawn is-sustanzi timponi li jinżammu reġistri li jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw il-moviment u l-użu ta’ dawn is-sustanzi.

(39)

Il-kontroll tal-inbid spumanti u tal-inbejjed ta’ liqueur jesiġi attenzjoni partikolari, minħabba li magħhom jiżdiedu prodotti oħra. Jeħtieġ għalhekk li jkun hemm l-obbligu li fir-reġistri tiddaħħal informazzjoni komplementari.

(40)

Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr tal-prodotti tal-inbid preskritt mid-dispożizzjonijiet tal-Komunità huwa sors utli ħafna ta’ informazzjoni għall-entitajiet responsabbli biex iħarsu l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Komunità u ma’ dawk nazzjonali fis-settur tal-inbid. Huwa f’loku li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu dispożizzjonijiet komplementari dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-ġarr li jibda mit-territorju tagħhom.

(41)

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċerna d-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid (9) introduċa l-possibbiltà li l-Istati Membrli jistabbilixxu dispożizzjonijiet komplementari jew speċifiċi għal-prodotti konċernati li jkunu f’ċirkolazzjoni fit-territorju tagħhom. Waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet tipprovdi li minflok l-indikazzjoni tal-massa skont il-volum tal-most tal-għeneb tista’ tingħata l-indikazzjoni tad-densità espressa fi gradi Oechsle, sal-31 ta’ Lulju 2010. Din il-prattika tradizzjonali tintuża fuq kollox minn produtturi agrikoli żgħar li għad għandhom bżonn ftit snin biex ikunu jistgħu jadottaw ir-regoli ġodda tal-indikazzjoni tal-massa skont il-volum. Jeħtieġ għalhekk li din id-deroga tkun estiża, filwaqt li jitħassar ir-Regolament (KE) Nru 884/2001.

(42)

Ikun tajjeb li l-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-isem u l-indirizz tal-entitajiet kompetenti għall-applikazzjoni tat-titolu rigward id-dokument li jakkumpanja l-ġarr u r-reġistri, biex il-Kummissjoi tkun tista’ tqassam din l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

(43)

Jeħtieġ li, għal finijiet ta’ spezzjoni, l-informazzjoni meħtieġa għall-kontroll u l-verifika tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandha tinżamm mill-Istati Membri għal perjodu adegwat.

(44)

Bil-għan li jkun żgurat li t-trapsortaturi jingħataw trattament ġust, jeħtieġ li jkunu pprovduti dispożizzjonijiet għal każijiet pertinenti ta’ żbalji evidenti, forza maġġurie jew ċirkostanzi eċċezzjonali oħra. Jeħtieġ ukoll li jkuu definiti regoli rigward sitwazzjonijiet maħluqa artifiċjalment, b’tali mod li ma jkunx possibbli li xi ħadd jieħu vantaġġ minnhom.

(45)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

REĠISTRU TAL-VINJI

Artikolu 1

Għan

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ifissru kif ġej:

a)   “koltivatur”: persuna naturali jew legali, jew grupp ta’ persuni naturali jew legali, hu x’inhu l-istatus legali konferit lil dan il-grupp u lill-membri tiegħu mil-liġi nazzjonali, li l-azjenda tiegħu/tagħhom tinsab fit-territorju tal-Komunità, kif definit fl-Artikolu 299 tat-Trattat, u li jikkoltiva(w) medda art imħawla bil-vinji,

b)   “qasam tal-vinji”: biċċa art agrikola mħawla bil-vinji, kif definit fl-Artikolu 2.1a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 (10).

c)   “medda mħawla abbandunata”: is-somma tal-erja tal-art imħawla bil-vinji imma li ma għadhiex tintuża regolarment għal operazzjonijiet ta’ koltivazzjoni biex minnha jinkiseb prodott li jista’ jitqiegħed fil-kumerċ.

Artikolu 3

Informazzjoni fir-reġistru tal-vinji

1.   Bil-għan li jiftħu reġistru tal-vinji u jżommuh aġġornat, l-Istati Membri għandhom jiġbru:

a)

għal kull koltivatur li jkollu erja mħawla bil-vinji ta’ mhux anqas minn 0,1 ettari, jew li jkun soġġett għal prospett rikjesta skont ir-regoli Komunitarji jew nazzjonali, l-informazzjoni li tirrigwarda:

i)

l-identifikazzjoni tiegħu;

ii)

il-lok fejn jinsabu l-oqsma tal-vinji;

iii)

l-erja tal-oqsma tal-vinji;

iv)

il-karatteristiċi tal-vinji mħawla fl-oqsma tal-vinji;

v)

it-tħawwil illegali, id-drittijiet ta’ tħawwil u s-sistema ta’ tħammil, kif provdut bit-Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

vi)

l-għajnuniet għar-ristrutturazzjoni, għall-konverżjoni u l-ħsad bikri kif provdut bl-Artikoli 11 u 12 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

b)

l-erja tal-oqsma tal-vinji mhux koperta bil-punt (a)

c)

għal kwalunkwe persuna naturali jew legali jew grupp ta’ tali persuni obbligati li jagħmlu prospett tal-produzzjoni provdut bl-Artikolu 9, l-informazzjoni li tirrigwarda:

i)

l-identifikazzjoni tagħha/tiegħu;

ii)

il-prospetti obbligatorji provduti bit-Titolu II.

2.   L-informazzjoni li tirrigwarda l-karatteristiċi tal-oqsma tal-vinji għandha tindher ċar fil-fajl tal-koltivatur. Madankollu, meta l-omoġeneità bejn l-oqsma tal-vinji tippermetti, l-informazzjoni tista’ tittratta dwar il-ġemgħa kollha flimkien ta’ dawn id-diversi oqsma kontigwi jew ta’ parti(jiet) ta’ qasam/oqsma tal-vinji kontigwa/i, sakemm tibqa’ garantita l-identifikazzjoni ta’ kull qasam tal-vinji.

3.   Ir-reġistru tal-vinji għandu jkun fih tal-anqas l-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1, li d-dettalji u l-ispeċifikazzjonijiet tagħha jingħataw fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

4.   Madankollu, ċerti Stati Membri la għandhom jiġbru u lanqas iżommu fir-reġistru tal-vinji l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-informazzjoni li tikkorrispondi għan-numru 3 tal-punt 1.1 u (5) sa (7) tal-punt 1.2 tal-Anness I meta l-Istati Membri mhumiex ikkonċernati mis-sistema tranżizzjonali tad-drittijiet tat-tħawwil skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

b)

l-informazzjoni li tikkorrispondi għan-numri (9) u (10) tal-punt 1.2 tal-Anness I meta l-Istati Membri mhumiex ikkonċernati mis-sistema tal-qlugħ mill-għeruq skont l-Artikolu 105 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

c)

l-informazzjoni li tikkorrispondi għas-subparagrafi (b) u (c) tan-numru (3) tal-punt 1.2 tal-Anness I meta l-Istati Membri mhumiex obbligati jikklassifikaw il-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid skont l-Artikolu 24(2) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Artikolu 4

Żamma u aġġornament tal-informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta fir-reġistru tal-vinji tinżamm għaż-żmien meħtieġ għall-monitoraġġ u kontroll tal-miżuri konċernati, u fi kwalunkwe każ, għal mhux anqas minn ħames snin tal-inbid wara dik li jkunu jirreferu għaliha.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistru tal-vinji jkun aġġornat regolarment kif u meta ssir disponibbli l-informazzjoni miġbura.

Artikolu 5

Verifika tal-informazzjoni

Tal-anqas darba kull ħames snin, għal kull koltivatur u kull persuna naturali jew legali jew grupp ta’ tali persuni obbligat(a) li tagħmel/jagħmel prospett provdut bl-Artikolu 9, l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li s-sitwazzjoni strutturali li tirriżulta mill-fajls tal-koltivaturi u tal-produzzjoni tikkorrispondi għal dik reali. Il-fajls għandhom jiġu adattati abbażi ta’ dik il-verifika.

TITOLU II

PROSPETTI OBBLIGATORJI U ĠBIR TAL-INFORMAZZJONI GĦALL-MONITORAĠĠ TAS-SUQ FIS-SETTUR TAL-INBID

Artikolu 6

Għan

Dan it-titolu jittratta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda l-prospetti obbligatorji u l-ġbir tal-informazzjoni għall-monitoraġġ tas-suq fis-settur tal-inbid.

Artikolu 7

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ifissru kif ġej:

a)   “produtturi tal-għeneb”: il-persuni naturali jew legali jew il-gruppi ta’ tali persuni li jipproduċu l-għaneb;

b)   “bejjiegħa bl-imnut”: il-persuni naturali jew legali jew il-gruppi ta’ tali persuni li f’xogħolhom jeżerċitaw attività kummerċjali li tinvolvi l-bejgħ dirett lill-konsumatur fi kwantitajiet żgħar, skont ma jiddetermina kull Stat Membru fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kummerċ u d-distribuzzjoni, għajr dawk li jużaw kantini mgħammra għall-ħżin u l-ibbottiljar tal-inbid fi kwantitajiet kbar.

KAPITOLU I

Prospetti obbligatorji

Artikolu 8

Prospetti tal-ħsad

1.   Kull sena, il-produtturi tal-għeneb għandhom iressqu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri prospett tal-ħsad, fl-entità amministrattiva provduta, li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni miġbura fl-Anness II, u skont il-każ, fl-Anness III.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tressiq ta’ prospett wieħed għal kull azjenda.

2.   Dawn li ġejjin ma jeħtiġilhomx iressqu prospett tal-ħsad:

a)

il-produtturi tal-għeneb li l-produzzjoni tal-għeneb kollha tagħhom tkun maħsuba għall-konsum fi stat mhux ipproċessat jew għat-tnixxif jew għall-ipproċessar dirett f’meraq tal-għeneb;

b)

il-produtturi tal-għeneb li l-azjendi tagħhom ikollhom anqas minn 0,1 ettari ta’ vinji u li l-ebda parti mill-produzzjoni tagħhom qatt kienet jew se tkun ikkummerċjalizzata fi kwalunkwe forma;

c)

il-produtturi tal-għeneb li l-azjendi tagħhom ikollhom anqas minn 0,1 ettari ta’ vinji u li jfornu t-totalità tal-produzzjoni tagħhom lil kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid jew lil grupp li huma assoċjati miegħu jew li huma membri tiegħu.

Fil-każ previst fl-ewwel subparagrafu, il-punt c), il-produtturi tal-għeneb għandhom jagħtu lill-kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid jew lill-grupp imsemmija hemmhekk prospett li jippreċiża:

a)

il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-produttur tal-għeneb;

b)

il-kwantità fornuta ta’ għeneb;

c)

l-erja tal-qasam tal-vinji konċernat u l-lok tiegħu.

Il-kooperattiva tal-produtturi tal-inbid jew il-grupp għandhom jivverifikaw l-eżattezza tad-dejta fdan il-prospett abbażi tat-tagħrif li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1 u bla ħsara għall-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 9, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lil dawn li ġejjin mill-obbligu li jissottomettu prospetti tal-ħsad:

a)

il-produtturi tal-għeneb li jipproċessaw huma stess il-ħsad kollu tal-għeneb tagħhom f’inbid jew li jqabbdu lil ħaddieħor biex jipproċessah hekk għalihom;

b)

il-produtturi tal-għeneb li huma assoċjati ma’ jew membri ta’ kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid jew grupp u li jfornu lit-tali kooperattiva jew grupp it-totalità tal-ħsad tagħhom fil-forma ta’ għeneb u/jew most, inklużi l-produtturi tal-għeneb imsemmija fl-Artikolu 9(3).

Artikolu 9

Prospetti tal-produzzjoni

1.   Il-persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ dawn il-persuni, inklużi l-kooperattivi tal-produtturi tal-inbejjed, li, mill-ħsad tas-sena kurrenti jkunu pproduċew l-inbid u/jew il-most, għandhom iressqu lill-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati mill-Istati Membri prospett tal-produzzjoni li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni miġbura fl-Anness IV.

L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tressiq ta’ prospett wieħed għal kull faċilità tal-produzzjoni tal-inbid.

2.   Huma eżentati mill-obbligu tal-prospett tal-produzzjoni l-produtturi tal-għeneb imsemmija fl-Artikolu 8(2) kif ukoll il-produtturi li fl-istallazzjonijiet tagħhom jiksbu, permezz tal-vinifikazzjoni ta’ prodotti mixtrija, kwantità ta’ nbid ta’ anqas minn 10 ettolitri li l-ebda parti minnha qatt ma kienet jew se tkun ikkummerċjalizzata fi kwalunkwe forma.

3.   Huma wkoll eżentati mill-obbligu tal-prospett tal-produzzjoni l-produtturi tal-għeneb li huma assoċjati ma’ jew membri ta’ kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid li hija soġġetta għall-obbligu li tressaq prospett u li jfornu l-produzzjoni tagħhom ta’ għeneb lit-tali kooperattiva, filwaqt li jirriservaw għalihom infushom il-ksib, permezz tal-vinifikazzjoni, ta’ kwantità ta’ nbid ta’ anqas minn 10 ettolitri maħsub għall-konsum familjari tagħhom.

4.   Fil-każ ta’ persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ tali persuni li jqiegħdu fis-suq prodotti prekursuri tal-inbid, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-produtturi obbligati jressqu l-prospetti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom id-dejta li jkun jeħtiġilhom jindikaw f’dawn il-prospetti.

Artikolu 10

Prospetti ta’ pproċessar u/jew kummerċjalizzazzjoni

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ tali persuni, inklużi l-kooperattivi tal-inbejjed li, qabel id-data stipulata fl-Artikolu 16(1), ikunu pproċessaw u/jew ikkummerċjalizzaw prodotti prekursuri tal-inbid fis-sena tal-inbid kurrenti għandhom iressqu lil-awtoritajiet kompetenti prospett ta’ pproċessar u/jew kummerċjalizzazzjoni.

2.   Huma eżentati mill-obbligu tal-prospett ta’ pproċessar u/jew kummerċjalizzazzjoni l-produtturi tal-għeneb li huma assoċjati ma’ jew membri ta’ kooperattiva ta’ produtturi tal-inbid li hija soġġetta għall-obbligu li tressaq prospett u li jfornu l-produzzjoni tagħhom ta’ għeneb lit-tali kooperattiva, filwaqt li jirriservaw għalihom infushom il-ksib, permezz tal-vinifikazzjoni, ta’ kwantità ta’ nbid ta’ anqas minn 10 ettolitri maħsub għall-konsum familjari tagħhom.

Artikolu 11

Prospetti tal-istokkijiet

Il-persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ tali persuni, għajr il-konsumaturi privati u l-bejjiegħa bl-imnut, kull sena għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri prospett tal-istokkijiet tal-most tal-għeneb, tal-most tal-għeneb konċentrat, tal-most tal-għeneb konċentrat rettifikat u tal-inbid li jkollhom fid-data tal-31 ta’ Lulju, li jkun fih tal-anqas l-informazzjoni mogħtija fl-Anness V. F’dak li jirrigwarda l-prodotti tal-inbid tal-Komunità, dan il-prospett ma għandux jinkludi dawk miksuba mill-għeneb maħsud fl-istess sena kalendarja.

Madanakollu, l-Istati Membri li fihom il-produzzjoni annwali tal-inbid ma taqbiżx il-50 000 ettolitru jistgħu jeżentaw lin-negozjanti għajr il-bejjiegħa bl-imnut li jżommu stokk ta’ kwantitajiet żgħar mill-obbligu tal-prospetti stipulati fl-ewwel subparagrafu, bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet kompetenti ikunu fil-qagħda li jfornu lill-Kummissjoni evalwazzjoni statistika tal-istokkijiet imsemmija miżmuma fl-Istat Membru.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 12

Formoli

1.   L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-formoli għad-diversi prospetti u għandhom jiżguraw li dawn il-formoli jkun fihom tal-anqas l-informazzjoni speċifikata fl-Annessi II, III, IV u V.

Il-formoli jistgħu jitwasslu u jintużaw permezz ta’ sistemi kompjuterizzati skont il-modalitajiet deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2.   Il-formoli msemmija jista’ ma jkollhomx referenza espliċita għall-erja meta l-Istat Membru jkun jista’ jiddetermina din l-informazzjoni biċ-ċertezza permezz tal-għarfien ta’ tagħrif ieħor li jkun fih il-prospett, partikolarment l-erja tal-produzzjoni u l-ħsad totali tal-azjenda, jew fir-reġistru tal-vinji.

3.   Id-dejta fil-prospetti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ċentralizzata fil-livell nazzjonali.

Artikolu 13

Rabta mar-reġistru tal-vinji

B’deroga mill-Artikoli 8 u 9 u għall-Annessi II u IV ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri li, skont l-Artiolu 108 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, stabbilew reġistru tal-vinji aġġornat kull sena, jew strument simili ta’ kontroll amministrattiv, jistgħu jeħilsu mill-obbligu li jiddikjaraw l-erja lill-persuni naturali jew legali jew lill-gruppi ta’ tali persuni jew lill-produtturi tal-għeneb imsemija f’dawn l-Artikoli.

F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom huma stess jimlew il-prospetti billi jindikaw l-erja abbażi tad-dejta f’dan ir-reġistru.

Artikolu 14

Eżenzjonijiet

1.   L-Istati Membri li l-erja tagħhom għall-koltivazzjoni tal-vinji ma taqbiżx il-500 ettaru u li, minn dokumenti amministrattivi oħra, jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċerti biċċiet ta’ informazzjoni li għandhom jidhru fil-prospetti msemmija fl-Artikolu 8, 9 u 10, jistgħu jeskludu dawn il-biċċiet ta’ informazzjoni minn dawn il-prospetti.

L-Istati Membri li l-erja tagħhom għall-koltivazzjoni tal-vinji ma taqbiżx il-500 ettaru u li, minn dokumenti amministrattivi oħra, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċerti biċċiet ta’ informazzjoni li għandhom jidhru fil-prospetti msemmija fl-Artikolu 8, 9 u 10, jistgħu jeħilsu lill-operaturi mill-obbligu li jressqu wieħed jew aktar minn dawn il-prospetti.

2.   L-Istati Membri li l-erja tagħhom għall-koltivazzjoni tal-vinji ma taqbiżx il-50 000 ettaru kull sena tal-inbid u li, minn dokumenti amministrattivi oħra, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċerti biċċiet ta’ informazzjoni li għandhom jidhru fil-prospetti msemmija fl-Artikolu 11, jistgħu jeskludu dawn il-biċiet ta’ informazzjoni minn dawn il-prospetti.

L-Istati Membri li l-erja tagħhom għall-koltivazzjoni tal-vinji ma taqbiżx il-50 000 ettaru kull sena tal-inbid u li, minn dokumenti amministrattivi oħra, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom ċerti biċċiet ta’ informazzjoni li għandhom jidhru fil-prospetti msemmija fl-Artikolu 11, jistgħu jeħilsu lill-operaturi mill-obbligu li jressqu dawn il-prospetti.

3.   L-Istati Membri li għandhom sistema kompjuterizzata li tippermettilhom joħrorġu r-rabta bejn min iressaq il-prospett, il-produzzjoni dikjarata u l-oqsma tal-vinji konċernati jistgħu jeskludu l-indikazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-kodiċijiet tal-oqsma provduti fl-Anness II stipulat skont l-Artikolu 8. Ir-rabta tista’ tkun stabbilita bl-għajnuna tal-kodiċi tal-azjenda, mir-referenza għal blokk ta’ oqsma jew minn referenza fir-reġistru tal-vinji.

Artikolu 15

Kriterji li għandhom jitħarsu

1.   Biex il-kwantitajiet ta’ prodotti oħra għajr l-inbid jinqelbu f’ettolitri ta’ nbid, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu koeffiċjenti li jistgħu jvarjaw skont il-kriterji oġġettivi differenti li jinfluwenzaw din il-konverżjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-koeffiċjenti lill-Kummissjoni flimkien mas-sommarju provdut fl-Artikolu 19(1).

2.   Il-kwantità ta’ nbid li trid titniżżel fil-prospetti tal-produzzjoni provdut bl-Artikolu 9 hija l-kwantità totali miksuba fi tmiem il-fermentazzjoni alkoħolika prinċipali, inkluż il-fond tal-inbid.

Artikolu 16

Dati tat-tressiq tal-prospetti

1.   Il-prospetti msemmija fl-Artikoli 8 u 9 għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Jannar. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiffissaw data jew dati aktar kmieni. Jistgħu wkoll jiffissaw data li fiha l-kwantitajiet miżmuma għandhom jitqiesu għall-finijiet tal-mili tal-prospetti.

2.   Il-prospetti msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitressqu sa mhux aktar tard mill-10 ta’ Settembru għall-kwantitajiet miżmuma fil-31 ta’ Lulju. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data jew dati aktar kmieni.

Artikolu 17

Kontrolli

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontrolli u miżuri ta’ siwi biex jiżguraw li dawn il-prospetti jkunu konformi mar-realtà.

Artikolu 18

Sanzjonijiet

1.   Dawk li huma soġġetti għall-obbligu li jressqu prospetti tal-ħsad, tal-produzzjoni, jew tal-istokkijiet, u li ma jkunux ressqu dawn il-prospetti fid-dati provduti fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament għandhom ikunu esklużi, għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri, milli jgawdu mill-miżuri provduti bl-Artikoli 12, 15, 17, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, sew għas-sena tal-inbid kurrenti kif ukoll għal dik ta’ wara.

Madankollu, qbiż tad-dati provduti bl-Artikolu 16 ta’ dan ir-Regolament u sakemm il-limitu ma jaqbiżx l-10 ġranet tax-xogħol, ma jagħtix lok ħlief għal tnaqqis proporzjonali ta’ perċentwal tal-ammonti li għandhom jitħallsu għas-sena kurrenti ffissati mill-awtoritajiet kompetenti skont id-dewmien, bla ħsara għas-sanzjonjijiet nazzjonali.

2.   Għajr fil-każ ta’ forza maġġuri, meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħrfu li l-prospetti provduti fil-paragrafu 1 ikunu ma jkunux kompluti jew eżatti, u meta l-għarfien tal-informazzjoni nieqsa jew ineżatta tkun essenzjali għall-applikazzjoni korretta tal-miżuri provduti bl-Artikoli 12, 15, 17, 18 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, l-għajnuna li jkun għandha titħallas għandha titnaqqas proporzjonalment b’ammont li tkun iffissatu minn qabel l-awtorità kompetenti skont il-gravità tal-ksur, bla ħsara għas-sanzjonijiet nazzjonali.

KAPITOLU III

Obbligi ta’ informazzjoni min-naħa tal-Istati Membri

Artikolu 19

Komunikazzjoni min-naħa tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom, b’mezzi elettroniċi, jikkomunikaw lill-Kummissjoni:

a)

Rigward is-sena tal-inbid kurrenti:

i)

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru, l-istimi prevedibbli tal-prodotti tas-settur tal-inbid miksuba fit-territorju tagħhom;

ii)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, l-istimi tad-disponibbiltà u l-użi tal-prodotti tas-settur tal-inbid fit-territorju tagħhom;

iii)

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ April, ir-riżultat definittiv tal-prospetti tal-produzzjoni.

b)

Rigward is-snin tal-inbid li għaddew:

i)

sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru, is-sommarju tal-prospetti tal-istokkijiet fi tmiem is-sena tal-inbid;

ii)

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Diċembru, il-bilanċ provviżorju tas-sena tal-inbid preċedenti;

iii)

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu, il-bilanċ definittiv tas-sena tal-inbid ta’ qabel tal-aħħar.

2.   Il-bilanċi għandhom jintbagħtu lill-Uffiċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (EUROSTAT).

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar il-fatti ġodda kollha importanti li jkunu jistgħu jibdlu sostanzjalment l-istimi tal-kwantitajiet disponibbli u l-kwantitajiet użati fil-bażi tad-dejta definittiva tas-snin mgħoddija.

3.   Fid-dawl tal-osservazzjoni tal-iżviluppi fil-prezzijiet, l-Istati Membri li l-produzzjoni tal-inbid tagħhom matul l-aħħar 5 snin tkun qabżet fil-medja aktar minn 5 % tal-produzzjoni totali tal-inbid tal-Komunità għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, rigward l-inbejjed imsemmija fil-paragrafu 1 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008:

a)

sa mhux aktar tard mill-15 ta’ kull xahar, sommarju tal-kwoti għax-xahar preċedenti, jew

b)

fl-1 ta’ Awwissu 2009, is-sorsi pubbliċi ta’ informazzjoni li jqisuhom kredibbli għall-osservazzjoni tal-prezzijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha d-dritt tippubblika d-dejta inkluża fis-sorsi ta; informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt b).

L-Istati Membri għandhom jagħżlu għadd limitat ta’ swieq li għandhom isegwu billi jiddeterminaw total ta’ 8 kwotazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi tal-inbejjed bojod u ħomor prodotti fit-territorju tagħhom.

Il-prezzijiet għandhom jirrigwardaw merkanzija għerja bi tluq mill-azjenda tal-produttur, u jkunu espressi f’euro għal kull grad-ettolitru jew għal kull ettolitru.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dan ir-Regolament ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu sistema ta’ prospetti tal-ħsad, tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u/jew tal-kummerċjalizzazzjoni jew tal-istokkijiet li jipprovdu dwar l-għoti ta’ informazzjoni aktar kompluta minħabba li, b’mod partikolari, tali sistema tkun tkopri kategoriji ta’ persuni soġġetti għall-obbligu li jkunu usa’ minn dawk stipulati fl-Artikoli 8, 9 u 11.

TITOLU III

DOKUMENTI LI JAKKUMPANJAW IL-ĠARR TAL-PRODOTTI TAL-INBID U R-REĠISTRI LI GĦANDHOM JINŻAMMU FIS-SETTUR TAL-INBID

KAPITOLU I

Għan, ambitu u definizzjonijiet

Artikolu 21

Suġġett u ambitu

1.   Dan it-Titolu jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 112 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 f’dak li jirrigwarda d-dokument li jakkumpanja l-ġarr għall-prodotti tas-settur tal-inbid imsemmija fil-Parti XII tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (11), bla ħsara għall-applikazzjoni tad-Direttiva 92/12/KEE. Jistabbilixxi:

a)

ir-regoli għall-mili tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti tal-inbid:

i)

fi ħdan Stat Membru, sakemm dan il-ġarr ma jkunx akkumpanjat minn dokument preskritt bid-dispożizzjonijiet Komunitarji bbażati fuq id-Direttiva 92/12/KEE;

ii)

għall-esportazzjoni lejn pajjiż terz;

iii)

fil-kummerċ fi ħdan il-Komunità:

meta l-ġarr ikun qed isir minn produttur żgħir li l-Istat membru minn fejn jibda t-traspotrt ikun eżonerah mill-obbligu li li jimla dokument simplifikat ta’ akkumpanjament, jew

meta jkun trasport ta’ prodotti tal-inbid li mhumiex soġġetti għas-sisa;

b)

dispożizzjonijiet komplementari għall-mili:

i)

tad-dokument amministrattiv li jakkumpja l-ġarr jew tad-dokument kummerċjai utilizzat biex jieħu postu;

ii)

tad-dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr jew tad-dokument kummerċjai utilizzat biex jieħu postu.

c)

ir-regoli għaċ-ċertifikazzjoni tal-oriġini għall-inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) jew b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ dawn l-inbejjed.

2.   Dan it-Titolu, barra minn hekk, jistabbilixxi r-regoli dwar iż-żamma tar-reġistri ta’ dħul u ħruġ mill-persuni li jkollhom prodotti tal-inbid għall-eżerċizzju ta’ xogħolhom.

Artikolu 22

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, l-espressjonijiet li ġejjin għandhom ifissru kif ġej:

a)   “produtturi”: il-persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ tali persuni li jkollhom jew kellhom għeneb frisk, most tal-għeneb jew inbid novell li għadu qed jiffermenta u li jipproċessawh jew jikkawżaw li jkun ipproċessat fi nbid;

b)   “produtturi żgħar”: il-produtturi li fil-medja jipproduċu anqas minn 1 000 ettolitru nbid kull sena;

c)   “bejjiegħa bl-imnut”: il-persuni fiżiċi jew legali jew il-gruppi ta’ tali persuni li f’xogħolhom jeżerċitaw attività kummerċjali li tinvolvi l-bejgħ dirett lill-konsumatur fi kwantitajiet żgħar, skont ma jiddetermina kull Stat Membru fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kummerċ u d-distribuzzjoni, għajr dawk li jużaw kantini mgħammra għall-ħżin u, skont il-każ, istallazzjonijiet għall-ibbottiljar tal-inbid fi kwantitajiet kbar jew li jwettqu bejgħ ambulanti tal-inbid bl-ingrossa;

d)   “dokument amministrattiv li jakkumpanja l-ġarr”: dokument konformi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2719/92 (12);

e)   “dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr”: dokument konformi għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3649/92 (13);

f)   “negozjant bla ħanut”: persuna naturali jew legali jew grupp ta’ tali persuni li f’xogħolhom jixtru jew ibigħu prodotti tal-inbid mingħajr ma jkollhom istallazzjonijiet għall-ħżin ta’ dawn il-prodotti;

g)   “tagħmir ta’ għeluq”: mezz kif jingħalqu l-kontenituri li l-volum nominali tagħhom huwa anqas minn jew ugwali għal ħames litri;

h)   “ibbottiljar”: it-tqegħid tal-prodott konċernat f’kontenituri li jesgħu tal-anqas 60 litru;

i)   “bottiljaturi”: persuni naturali jew legali jew gruppi ta’ tali persuni li jibbottiljaw jew li bi spejjeż tagħhom jikkawżaw li jsir l-ibbottiljar.

Għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu, il-punt b), l-Istati Membri għandhom jirreferu għall-produzzjoni medja fis-sena fuq tal-anqas tliet snin tal-inbid konsekuttivi. L-Istati Membri jistgħu ma jqisux bħala produtturi żgħar lil dawk il-produtturi li jixtru għeneb frisk jew most tal-għeneb bil-għan li jipproċessawhom fi nbid.

KAPITOLU II

Dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid

Artikolu 23

Għan

Minkejja l-użu possibbli ta’ proċeduri kompjuterizzati, kwalunkwe persuna naturali jew legali, kwalunkwe grupp ta’ persuni, inklużi negozjanti bla ħanut, li jkollhom id-domċilju tagħhom jew post tan-negozju reġistrat tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità u li jwettqu ġarr tal-prodotti tal-inbid jew li jikkawżaw li jitwettaqr ġarr tal-prodotti tal-inbid għandhom jimlew b’responsabbiltà tagħhom dokument li jakkumpanja t-tali ġarr, minn hawn 'il quddiem id-“dokument li jakkumpanja l-ġarr”.

Artikolu 24

Dokumenti rikonoxxuti li jakkumpnajw il-ġarr

1.   Huma rikonoxxuti bħala dokumenti li jakkumpanjw il-ġarr:

a)

għall-prodotti soġġetti għall-formalitajiet tal-moviment provduti bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/12/KEE:

i)

fil-każ ta’ tqegħid fil-moviment b’sospensjoni tas-sisa, dokument amministrattiv ta’ akkumpanjament jew dokument kummerċjali mimli f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92;

ii)

fil-każ ta’ moviment fi ħdan il-Komunità u t-tqegħid għall-konsum fl-Istat Membru tat-tluq, dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr jew dokument kummerċjali mimli f’konformità mar-Regolament (KEE) Nru 3649/92;

b)

għall-prodotti mhux soġġetti għall-formalitajiet li jirrigwardaw il-moviment provduti bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/12/KEE, inkluż, jekk ikun il-każ, l-inbid prodott mill-produtturi ż-żgħar, kull dokument li fih tal-anqas l-indikazzjonijiet imsemmija fil-punt C tal-Anness VI, kif ukoll l-indikazzjonijiet komplementari li jistgħu jesiġuhom l-Istati Membri, mimli f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

2.   B’deroga mill paragrafu 1, il-punt b):

a)

għall-ġarr tal-prodotti li jibda mit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jimtela f’konformità mal-mudell li jidher fl-Anness VII;

b)

għall-ġarr ta’ prodotti li jibda u jintemm fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-dokument li jakkumpanja l-ġarr ma jkunx maqsum f’kaxex u li l-indikazzjoniiet preskritti ma jkunux innumerati bil-mod li jidher fl-Anness VII.

Artikolu 25

Eżenzjonijiet

B’deroga mill-Artikolu 23, l-ebda dokument li jakkumpanja l-ġarr mhuwa meħtieġ biex jakkumpanja:

a)

f’dak li jirrigwarda l-prodotti tal-inbid f’kontenituri b’volum nominali ta’ aktar minn sittin litru:

i)

il-ġarr tal-għeneb, ippressat jew le, jew most tal-għeneb, imwettaq mill-produttur tal-għeneb innifsu, f’ismu bi tluq mill-istabbiliment tal-vinji tiegħu jew stabbiliment ieħor li huwa sid tiegħu, fejn id-distanza totali tat-triq ma taqbiżx l-erbgħin km u dan il-ġarr isir:

fil-każ ta’ produttur iżolat, lejn l-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-inbid ta’ dan il-produttur;

fil-każ ta’ produttur li jkun membru ta’ grupp, lejn l-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-inbid ta’ dan il-grupp.

ii)

il-ġarr ta’ għeneb, mgħaffeġ jew le, li jsir mill-produttur tal-għeneb innifsu jew f’ismu min-naħa ta’ terz, għajr il-kunsinnatarju, bi tluq mill-istabbiliment tal-vinji tiegħu:

fejn tali trasport iseħħ lejn l-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-inbid tal-kunsinnatarju, li tkun tinsab fl-istess żona tal-vinji, u

fejn id-distanza totali tat-triq ma taqbiżx l-għerbin km; f’każijiet eċċezzjonali, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jtawlu din id-distanza sa sebgħin kilometru;

iii)

il-ġarr tal-ħall tal-inbid;

iv)

sakemm l-awtorità kompetenti tkun awtoizzat dan, il-ġarr fl-istess unità amministrattiva lokali jew lejn unità amministrattiva lokali immedjatament tmiss magħha jew, jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni individwali, il-ġarr fl-istess unità amministrattiva reġjonali, meta l-prodott:

huwa trasportat bejn żewġ stabbilimenti tal-istess negozju, soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 38(2)(a), jew

jibqa’ tal-istess sid u lo-ġarr isir għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-inbid, l-ipproċessar, il-ħżin jew l-ibbottiljar;

v)

il-ġarr tal-karfa tal-għeneb u l-fond tal-inbid:

lejn distillerija, fejn il-prodott huwa akkumpanjat b’nota ta’ distribuzzjoni stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn jinbeda l-ġarr, jew

meta l-ġarr jitwettaq għall-irtirar tal-prodott, taħt superviżjoni, mill-proċess tal-vinifikazzjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 22(7) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008;

b)

f’dak li jirrigwarda l-prodotti li jkunu f’kontenituri b’volum nominali anqas minn jew ugwali għal sittin litru u b’riserva tad-dispożizzjonijiet tad-Direttive 92/12/KEE;

i)

il-ġarr tal-prodotti f’kontenituri b’volum nominali anqas minn jew ugwali għal ħames litri, bit-tikketta, u barra minn hekk mgħammra b’tagħmir ta’ għeluq li jintuża darba biss, meta l-kwantità totali tal-ġarr ma taqbiżx:

5 litri fil-każ ta’ most konċentrat tal-għeneb, rettifikat jew le,

100 litru għall-prodotti l-oħrajn kollha;

ii)

il-ġarr ta’ nbejjed jew meraq tal-għeneb maħsuba għar-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi, konsli u stabbilimenti simili, fil-limiti tal-għotjiet konferiti lilhom;

iii)

il-ġarr ta’ nbejjed jew ta’ meraq tal-għeneb:

inkluż fil-beni ta’ individwi li jkunu qed iġorru d-dar u mhux maħsuba għall-bejgħ,

li jkunu abbord bastimenti, inġenji tal-ajru jew ferroviji għall-konsum hemmhekk;

iv)

il-ġarr, b’mod partikolari, tal-inbid u l-most tal-għeneb parzjalment iffermentat maħsub għall-konsum familjari tal-kunsinnatarju, għajr il-ġarr imsemmi fil-punt a) fejn il-kwantità tal-ġarr ma taqbiżx tletin litru;

v)

il-ġarr ta’ prodott maħsub għall-esperimenti xjentifiċi jew tekniċi, fejn il-kwantità totali tal-ġarr ma taqbiżx ettolitru;

vi)

il-ġarr ta’ kampjuni kummerċjali;

vii)

il-ġarr ta’ kampjuni maħsuba għal servizz jew laboratorju uffiċjali.

F’dawn l-eċċezzjonijiet, id-distanza ta’ erbgħin kilometru provduta fl-ewwel subparagrafu, il-punt a), i) tista’ tittawwal sa sebgħin kilometru mill-awtoritajiet kompetenti.

Fil-każ ta’ eżenzjonijiet mill-obbligu ta’ kwalunkwe dokument li jakkumpanja l-ġarr imsemmija fl-ewwel subparafrafu, il-punt b), i) sa v), il-kunsinjaturi, ħlief il-bejjiegħa bl-imnut jew individwi privati li jiddisponu minn żmien għal żmien mill-prodott lil individwi privati oħra, għandhom ikunu jistgħu fi kwalunkwe ħin jagħtu prova tal-eżattezza tal-entrati kollha stabbiliti għar-reġistri msemmija fil-Kapitolu III, jew reġistri oħra provduti mill-Istat Membru konċernat.

Artikolu 26

Mili ta’ dokument li jakkumpanja l-ġarr

1.   Il-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jitqies li jkun imtela kif suppost meta jkun fih l-indikazzjonijiet provduti fl-Anness VI.

2.   Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr jista’ jintuża biss għal ġarr wieħed.

3.   Id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr imsemmija fl-Artikolu 24(1)(b) u (2) jistgħu jimtlew u jitressqu permezz ta’ sistemi kompjuterizzati skont il-modalitajiet deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Il-kontenut tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ma jvarjax bejn meta jimtela elettronikament u fuq il-karta.

Artikolu 27

Utlizzazzjoni ta’ dokument li jakkumpanja l-ġarr għall-esportazzjoni

1.   Meta l-kunsinnatarju huwa stabbilit barra t-territorju doganali tal-Komunità, l-oriġinal u kopja tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr jew, fejn adegwat, il-kopji Nru 1 u Nru 2, għandhom ikunu ppreżentati flimkien mad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni fl-uffiċċju kompetenti tad-dwana tal-Istat Membru tal-esportazzjoni. Dan l-uffiċċju tad-dwana għandu jiżgura li jkunu indikati, minn naħa waħda, fuq id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni t-tip, id-data u n-numru tad-dokument ippreżentat, u min-naħa l-oħra fuq l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr u fuq il-kopja tiegħu, u skont il-każ, fuq iż-żewġ kopjitad-dokument li jakkumpanja l-ġarr, t-tip, id-data u n-numru tad-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni.

L-uffiċċju tad-dwana fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Komunità għandu jniżżel fiż-żewġ kopji msemmija hawn fuq waħda mill-entratti msemmija fl-Anness IX u jittimbrahom bħala awtentiċi. Għandu jagħti l-kopji tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr, ittimbrati u bl-entrati ta’ hawn fuq, lill-esportatur jew ir-rappreżentant tiegħu. Dan tal-aħħar għandu jiżgura ruħu li l-kopja takkumanja l-prodott esportat.

2.   Ir-referenzi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw għall-inqas it-tip, id-data u n-numru tad-dokument kif ukoll, għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni ta’ esportazzjoni, l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti fir-rigward tal-esportazzjoni.

3.   Prodotti tal-inbid li huma temporanjament esportati taħt l-arranġamenti ta’ pproċessar 'il barra provduti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (14) u Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (15) lejn wieħed mill-Istati Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) sabiex jgħaddu minn operazzjonijiet ta’ ħżin, maturazzjoni u/jew pakkeġġar, għandhom ikunu akkumpanjati bil-paġna tal-informazzjoni stabbilita permezz tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tad-Dwana tat-3 ta’ Diċembru 1963. Din il-paġna għandha turi fil-kaxex riservati għad-deskrizzjoni tal-prodott, id-deskrizzjoni f’konformità mar-regoli tal-Komunità u dawk nazzjonali u l-kwantitajiet tal-inbid fil-ġarr.

Din l-informazzjoni għandha tittieħed mill-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr li taħt il-koperta tiegħu l-inbid ikun twassal għall-uffiċċju tad-dwana fejn il-paġna ta’ informazzjoni tkun ippreżentata. Barra minn hekk, it-tip, id-data u n-numru tad-dokument imsemmi hawn fuq li akkumpanja l-ġarr ta’ qabel għandhom jidhru fuq il-paġna ta’ informazzjoni.

Meta, fil-każ li jerġgħu jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Komunità prodotti msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-folja ta’ informazzjoni għandha timtela kif suppost mill-uffiċċju tad-dwana kompetenti tal-EFTA. Dan id-dokument ikun jiswa bħala dokument li jakkumpanja l-ġarr sal-uffiċċju tad-dwana tal-Komunità jew sat-tqegħid fil-konsum, bil-kundizzjoni li dan id-dokument juri, fil-kaxxa riservata għad-deskrizzjoni tal-prodotti, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

L-uffiċċju rilevanti tad-dwana fil-Komunità għandu jittimbra kopja jew fotokopja tad-dokument imsemmi mressaq mill-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu u jagħtihielu lura għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

4.   F’dak li jirrigwarda l-inbejjeb b’DPO jew IĠP esportati lejn pajjiż terz, u li għalihom ikun sar dokument li jakkumpanja l-ġarr f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-dokument imsemmi għandu jitressaq bl-appoġġ ta’ kwalunkwe dokument ieħor ta’ ġustifika għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti meta jitqiegħed fil-moviment ħieles fil-Komunità, sakemm ma jkunux prodotti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-paragrafu 3, u lanqas prodotti ta’ ritorn imsemmija fir-Regolamenti (KEE) Nru 2913/92 u (KEE) Nru 2454/93. Sakemm id-dokumenti ta’ ġustifika jkunu tqiesu sodisfaċenti, l-uffiċċju tad-dwana konċernat għandu jiffirma kopja jew fotokopja taċ-ċertifikat tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta fornit mill-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu u jagħtihielu lura għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 28

Ġarr bl-ingrossa

1.   Fejn dokument li jakkumpanja l-ġarr jimtela biex jakkumpanja kunsinna ta’ prodott tal-inbid f’kontenituri b’volum nominali ta’ iktar minn 60 litru, in-numru ta’ referenza ta’ dan id-dokument għandu jkun assenjat mill-awtorità kompetenti li isimha u l-indirizz tagħha jidhru fuq dan id-dokument li jakkumpanja l-ġarr. Dik l-awtorità tista’ tkun entità tal-kontroll fiskali.

2.   In-numru ta’ referenza għandu:

a)

jkun parti minn sensiela kontinwa u;

b)

ikun stampat minn qabel.

Il-kundizzjoni msemmija fil-punt b) tista’ titħalla barra jekk tintuża sistema kompjuterizzata.

3.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr mimli kif suppost u kopja tiegħu għandhom ikunu vvalidati minn qabel u għal kull operazzjoni ta’ ġarr:

a)

permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jibda l-ġarr, jew

b)

mill-kunsinjatur, billi jqiegħed it-timbru preskritt jew il-marka ta’ magna tal-ittimbrar approvata mill-awtorità kompetenti msemmija fil-punt a).

4.   Jekk jintuża dokument amministrattiv li jakkumpanja l-ġarr jew dokument kummerċjali konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2719/92 jew dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr jew dokument kummerċjali konformi mar-Regolament (KEE) Nru 3649/92, il-kopji Nru 1 u Nru 2 għandhom ikunu vvaliditati minn qabel f’konformità mal-proċedura stipulata fil-paragrafu 3.

Artikolu 29

Ġarr ta’ kwantità li taqbeż 60 litru

Minbarra d-dokument stipulat għall-ġarr ikkonċernat, tkun meħtieġa kopja awtorizzata mill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ ġarr ta’ kwantità li taqbeż sittin litru ta’ wieħed mill-prodotti tal-inbid li ġejjin:

a)

prodotti li joriġinaw fil-Komunità:

i)

inbejjed maħsuba biex ikun pproċessati f’inbejjed b’DPO;

ii)

most tal-għaeneb parzjalment iffermentat;

iii)

most tal-għeneb konċentrat, rettifikat jew le;

iv)

most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol;

v)

meraq tal-għeneb;

vi)

meraq tal-għeneb konċentrat;

b)

prodotti li ma joriġinawx fil-Komunità:

i)

għeneb frisk, għajr għeneb tal-mejda;

ii)

most tal-għeneb;

iii)

most tal-għeneb konċentrat;

iv)

most tal-għeneb parzjalment iffermentat;

v)

most tal-għeneb konċentrat, rettifikat jew le;

vi)

most tal-għeneb frisk bil-fermentazzjoni mwaqqfa biż-żieda ta’ alkoħol;

vii)

meraq tal-għeneb;

viii)

meraq tal-għeneb konċentrat;

ix)

inbid liqueur maħsub għall-preparazzjoni ta’ prodotti mhux koperti bil-kodiċi NM 2204;

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għall-prodotti li ġejjin, irrespettivament mill-oriġini tagħhom u l-kwantità tal-ġarr, bla ħsara għall-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 25:

a)

fond tal-inbid;

b)

karfa tal-għeneb, maħsuba għad-distillazzjoni jew għal forma oħra ta’ pproċessar industrijali;

c)

piquette;

d)

inbid imqawwi għad-distillazzjoni;

e)

inbid minn għeneb ta’ varjetajiet mhux imniżżla bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid fil-klassifikazzjoni stabbilita mill-Istati Membri b’applikazzjoni tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 għall-unità amministrattiva fejn ikunu nħasdu;

f)

prodotti li jistgħu ma jkunux offruti jew distribwiti għall-konsum dirett uman.

Il-kopja msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tintbagħat bl-aktar mezz rapidu, sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara dak tat-tluq tal-prodott, mill-kunsinjatur lill-awtorità territorjalment kompetenti għall-post tal-ħatt. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat din il-kopja bl-iktar mezz rapidu, sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol mit-tressiq jew il-ħruġ tagħha, jekk timlieha hija stess, lill-awtorità territorjalment kompetenti għall-post tal-ħatt.

Artikolu 30

Ġarr ta’ prodott ta’ pajjiż terz li jitqiegħed fil-moviment ħieles

Għal kwalunkwe ġarr fit-territorju doganali tal-Komunità ta’ prodotti ta’ pajjiżi terzi mqiegħda fil-moiment ħieles, id-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jinkludi:

a)

in-numru tad-dokument VI 1, stabbilit skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008;

b)

id-data tal-mili ta’ dan id-dokument;

c)

l-isem u indirizz tal-awtorità tal-pajjiż terz li mliet dan id-dokument jew li awtorizzat lil produttur biex jimlieh.

Artikolu 31

Ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta

1.   Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr jgħodd bħala ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta meta jkun imtela kif suppost:

a)

minn kunsinjatur li jkun huwa stess il-produttur tal-inbid fil-ġarr konċernat u li la jakkwista u lanqas ibigħ prodotti tal-inbid magħmula minn għeneb maqtugħ f’reġjuni għajr dawk li jkun qed juża l-ismijiet tagħhom biex jiddeżinja l-inbejjed ħerġin mill-produzzjoni tiegħu stess,

b)

minn kunsinjatur mhux imsemmi fil-punt a) u jekk l-eżattezza tal-indikazzjonjiet tkun ġiet iċċertifikata fuq id-dokument li jakkumpanja l-ġarr mill-awtorità kompetenti abbażi tal-informazzjoni fid-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr preċedenti tal-prodotti konċernati,

c)

b’applikazzjoni tal-Artikolu 33(1), sakemm jitħarsu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

i)

id-dokument li jakkumpanja l-ġarr jimtela skont il-mudell stabbilit għal:

id-dokument amministrattiv li jakkumpanja l-ġarr, jew

id-dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr, jew

id-dokument li jakkumpanja l-ġarr li l-mudell tiegħu jingħata fl-Anness VII, jew

id-dokument imsemmi fl-Artikolu 24(2)(b).

ii)

l-entrati li ġejjin għandhom jitniżżlu fil-post previst fid-dokument li jakkumpanja l-ġarr:

għall-inbejjeb b’DPO: “Dan id-dokument jgħodd bħala ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini għall-inbejjed li jidhru fih”,

għall-inbejjeb b’IĠP: “Dan id-dokument jgħodd bħala ċertifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta għall-inbejjed li jidhru fih”;

iii)

l-entrati msemmija fil-punt ii) għandhom ikunu vvalidati mill-awtorità kompetenti permezz tat-timbru tagħha, bl-indikazzjoni tad-data u bil-firma tal-persuna responsabbli, skont il-każ:

fuq il-kopji Nru 1 u 2 meta jintuża l-mudell imsemmi filpunt i), l-ewwel u t-tieni inċiż, jew

fuq l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr u fuq kopja fil-każ li jintuża l-mudell imsemmi fil-purn i), it-tielet u r-raba’ inċiż;

iv)

in-numru ta’ referenza tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr ikun ġie assenjat mill-awtorità kompetenti;

v)

fil-każ ta’ kunsinni minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tal-produzzjoni, meta jkun fih:

in-numru ta’ referenza,

id-data tal-mili tad-dokument,

l-isem u l-indirizz tal-awtorità li tidher fid-dokumenti li koprew il-ġarr tal-prodott qabel ma reġa ntbagħat u li jiċċertifikaw id-d-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

2.   Stat Membru jista’ jagħmilha obbligatorja li għall-inbejjed prodotti fit-territorju tiegħu tkun iċċertifikata d-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

3.   L-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru lill-kunsinjaturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet provduti fil-paragrafu 4 jistgħu jippermettulhom li jniżżlu huma stess jew li jistampaw bil-lest l-entrati li jirrigwardaw id-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta fuq il-formoli tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr, bil-kundizzjoni:

a)

li l-entrati jkunu vvaliditati minn qabel permezz tat-timbru tal-awtorità kompetenti, il-firma tal-persuna responsabbli u d-data, jew

b)

li l-entrati jkunu vvaliditati mill-kunsinjaturi nfushom permezz ta’ marka speċjali approvata mill-awtoritajiet kompetenti u konformi mal-mudell li jidher fl-Anness VIII; din il-marka tista’ tkun stampata minn qabel fuq il-formola fejn l-istampar jingħata f’idejn stamperija approvata għal dan il-għan.

4.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhiex tingħata għajr lill-kunsinjaturi li abitwalment jagħmlu ġarr ta’ nbejjed b’DPO jew IĠP, u biss jekk, wara l-ewwel applikazzjoni, ikun ġie vverifikat li r-reġistri tad-dħul u tal-ħruġ ikunu miżmuma f’konformità mal-Kapitolu III u li b’hekk jippermettu kontroll preċiż tal-entrati li jidhru f’id-dokumenti.

L-awtoritajiet doganali jistgħu jirrifjutaw l-awtorizzazzjoni lill-kunsinjaturi li ma joffrux il-garanziji kollha li jqisuhom meħtieġa. Jistgħu jħassru l-awtorizzazzjoni, partikolarment meta l-kunsinjaturi ma jibqgħux jissodisfaw il-kundizzjonijiet provduti fl-ewwel subparagrafu jew ma jibqgħux joffru l-garanziji mitluba.

5.   Il-kunsinjaturi li tingħatalhom l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw is-salvagwardja tal-marka speċjali jew tal-formoli stampati bit-timbru speċjali tal-awtorità kompetenti jew tat-timbru speċjali.

6.   Fil-kummerċ mal-pajjiżi terzi, huma biss id-dokumenit li jakkumpanjaw il-ġarr mimlija f’konformità mal-paragrafu 1 fl-okkażjoni ta’ esportazzjoni bi tluq mill-Istat Membru tal-produzzjoni li jiċċertifikaw għall-inbejjed b’DPO jew IĠP, u li jiċċertifikaw li d-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta tal-prodott tkun konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali applikabbli. Madankollu, fil-każ ta’ esportazzjoni bi tluq minn Stat Membru li mhuwiex l-Istat Membru tal-produzzjoni, id-dokument li jakkumpanja l-ġarr mimli f’konformità mal-paragrafu 1 u li jkopri l-esportazzjoni tal-prodott għandu jgħodd bħala ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta meta jkun fih:

a)

in-numru ta’ referenza;

b)

id-data tal-mili;

c)

l-isem u indirizz tal-awtorità msemmija fil-paragrafu 1 li tidher fuq id-dokumenti li koprew il-ġarr tal-prodott qabel l-esportazzjoni tiegħu u li fihom ingħatat ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta jew l-indikazzjoni ġeografika protetta.

7.   Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jgħodd bħala ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika ta’ pajjiż terz għal inbid importat, meta d-dokument imsemmi jimtela f’konformità ma’ dan l-Artikolu bl-użu ta’ wieħed mill-mudelli msemmija fil-paragrafu 1(c)(i).

Artikolu 32

Rifjut mill-kunsinnatarju

Meta parti mill-prodott jew il-prodott kollu li jinġarr kopert b’dokument li jakkumpanja l-ġarr jiġi rrifjutat mill-kunsinnatarju, dan tal-aħħar għandu jikteb il-kliem “rifjutat mill-kunsinnatarju” fuq wara tad-dokument, flimkien mad-data u l-firma tiegħu, u, fejn ikun f’loku, indikazzjoni tal-kwantità rrifjutata f’litri jew kilogrammi.

F’dan il-każ, il-prodott konċernat jista’ jintbagħat lill-kunsinjatur kopert bl-istess dokument li jakkumpanja l-ġarr, jew jista’ jinżamm fil-bini tat-trasportatur sa ma jimtela dokument ġdid biex jakkumpanja l-prodott meta jerġa’ jintbagħat.

Artikolu 33

Ġarr minn kunsinjatur li jkun wettaq ksur gravi

1.   Meta l-awtorità kompetenti jirriżultalha li persuni naturali jew legali jew grupp ta’ tali persuni li jagħmlu jew li jikkawżaw li jsir ġarr ta’ prodott tal-inbid ikunu wettqu ksur gravi tad-dispożizzjonijiet Komunitarji fis-settur tal-inbid jew għad-dispożizzjonijiet nazzjoanli li japplikaw dawn tal-aħħar, jew meta din l-awtorità jkollha suspett motivat ta’ ksur tali, tista’ tesiġi li l-kunsinjatur jimla d-dokument li jakkumpanja l-ġarr u jitlob l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

Din l-approvazzjoni, meta tingħata, tkun marbuta mar-rispett tal-kundizzjonijiet tal-użu ulterjuri tal-prodott. Għandu jkollha fiha t-timbru, il-firma tal-uffiċjal tal-awtorità kompetenti kif ukoll id-data.

2.   Il-paragrafu 1 japplika wkoll għall-ġarr tal-prodotti li tagħhom il-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni jew ta’ kompożizzjoni ma jkunux konormi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali.

Artikolu 34

Ġarr irregolari

1.   Fejn jirriżulta li ġarr li għandu jkun kopert b’dokument li jakkumpanja l-ġarr jitwettaq mingħajr dan id-dokument jew kopert b’dokument li jkun fih indikazzjonijiet foloz, żbajati jew mhux kompluti, l-awtorità tal-Istat Membru fejn issir din is-sejba jew kwalunkwe aġenzija oħra li hija responsabbli sabiex tassigura konformità mad-dispożizzjonijiet Komuitarji u nazzjonali fis-settur tal-inbid għandha tieħu l-miżuri adegwati:

a)

biex tirregolarizza dan it-trasport, jew billi tikkoreġi żbalji materjali jew permezz tat-tlestija ta’ dokument ġdid,

b)

skont il-każ, b’sanzjoni tal-irregolarità osservata bi proporzjon mal-gravità tagħha, b’mod partikolari bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(1).

L-awtorità kompetenti jew l-aġenzija msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tittimbra d-dokumenti korreġuti jew mimlija b’applikazzjoni ta’ dik id-disposizzjoni. Ir-regolarizzazzjoni ta’ irregolaritajiet ma għandhiex tittardja l-ġarr konċernat lil hinn minn dak li jkun strettament neċessarju.

Fl-eventwalità ta’ irregolaritajiet gravi jew ripetuti, l-awtorità territorjalment kompetenti għall-post tal-ħatt għandha tinforma lill-awtorità territorjalment kompetenti tal-post tat-tluq. Meta l-ġarr ikun wieħed Komunitarju, din l-informazzjoni għandha tkun ikkomunikata skont ir-Regolament (KE) Nru 555/2008.

2.   Fejn tkun impossibbli ir-regolarizzazzjoni ta’ ġarr fis-sens fit-tifsira tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti jew l-aġenzija li skopriet l-irregolarità għandha twaqqaf dan il-ġarr. Għandha tinforma lill-kunsinjatur bit-twaqqif ta’ dan il-ġarr u bil-konsegwenzi tiegħu. Dawn il-miżuri jistgħu jipprevedu projbizzjoni li l-prodott jitqiegħed fis-suq.

Artikolu 35

Inċidenti bla mistennija jew forza maġġuri

Jekk matul il-ġarr iseħħ inċident bla mistenni jew minħabba forza maġġuri, li minħabba fih tagħbija li għandha tkun koperta b’dokument li jakkumpanja l-ġarr tinqasam jew tintilef parzjalment jew għal kollox, it-trasporatur għandu jitlob lill-awtorità kompetenti fejn ikun seħħ l-inċident bla mistenni jew ta’ forza maġġuri biex tagħmel stqarrija tal-fatti.

Sakemm ikun possibbli, it-trasportatur għandu javża wkoll lill-eqreb awtorità kompetenti tal-post fejn ikun seħħ l-inċident bla mistenni jew ta’ forza maġġuri, biex tkun tista’ tieħu l-miżuri meħtieġa biex tirregolarizza l-ġarr ikkonċernat.

KAPITOLU III

Reġistri

Artikolu 36

Għan

1.   Il-persuni naturali jew legali kif ukoll il-gruppi ta’ persuni li jżommu prodott tal-inbid, għal kwalunkwe raġunijiet professjonali jew kummerċjali, għandhom ikunu obbligati jżommu reġistri tad-dħul u l-ħruġ għal dan il-prodotti, minn hawn 'il quddiem “reġistri”.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li n-negozjanti bla ħanut ikunu soġġetti għaż-żamma tar-reġistri, f’ konformità mar-regoli u proċeduri li jiddetermina.

3.   Persuni soġġetti għaż-żamma tar-reġistri għandhom jindikaw id-dħul u l-ħruġ ta’ kull lott ta’ prodotti msemmijs fil-paragrafu 1 fl-istallazzjonijiet tagħhom, kif ukoll l-operazzjonijiet imwettqa msemmija fl-Artikolu 41(1). Barra minn hekk, dawk il-persuni għandhom ukoll ikunu fil-qagħda li jippreżentaw, għal kull entrata fir-reġistri tad-dħul u l-ħruġ ta’ prodotti, dokument li jkun akkumpanja l-ġarr rilevanti jew kwalunkwe dokument ieħor ta’ ġustifika, b’mod partikolari dokument kummerċjali.

Artikolu 37

Eżenzjonijiet

1.   Mhumiex soġġetti għaż-żamma tar-reġistri:

a)

il-bejjiegħa bl-imnut;

b)

dawk li jbigħu xorb esklussivament għall-konsum fil-post;

2.   It-tniżżil f’reġistru mhuwiex meħtieġ għall-ħall tal-inbid.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li ma jkunux soġġetti għaż-żamma tar-reġistri l-persuni naturali jew legali kif ukoll il-gruppi ta’ persuni li jżommu jew ibigħu esklussivament prodotti tal-inbid f’kontenituri żgħar fil-kundizzjonijiet ta’ preżentazzjoni msemmija fl-Artikolu 25(b)(i), bil-kundizzjoni li fi kwalunkwe ħin jibqa’ possibbli kontroll tad-dħul, tal-ħruġ u tal-istokkijiet, abbażi ta’ dokumenti ta’ ġustifika oħra, partikolarment tad-dokumenti kummerċjali użati għall-kontabbiltà finanzjarja.

Artikolu 38

Kompożizzjoni tar-reġistri

1.   Ir-reġistri għandhom:

a)

jew jimtlew permezz ta’ sistema kompjuterizzata skont ir-regoli deċiżi mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; il-kontenut tar-reġistri kompjuterizzati jeħtiġlu jkun l-istess bħal dak tar-reġistri fuq il-karta;

b)

jew jikkonsistu f’folji fissi numerati konsekuttivament;

c)

jew ikunu magħmula minn elementi xierqa tal-kontabbiltà moderna, approvata mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm id-dettalji li għandhom jitniżżluu fir-reġistri jidhru hemmhekk.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu:

a)

li r-reġistri miżmuma minn negozjanti li ma jwettqu la xi operazzjoni minn dawk imsemmija fl-Artikolu 41(1) u lanqas xi prassi oenoloġika għandhom ikunu magħmula mill-ġabra ta’ dokumenti li jakumpanjaw il-ġarr;

b)

li r-reġistri miżmuma millprodutturi jkunu magħmula mill-annotazzjonijiet fuq wara jew mehmuża mal-prospetti tal-ħsad, tal-produzzjoni jew tal-istokkijiet provduti fit-Titolu II.

2.   Ir-reġistri għandhom jinżammu separatament għal kull negozju u fl-istess bini fejn jinżammu l-prodotti.

Madankollu, u bil-kundizzjoni li l-kontroll tad-dħul, il-ħruġ u l-istokkijiet fl-istess post fejn jinżammu l-prodotti jibqa’ possibbli fi kwalunkwe waqt abbażi ta’ dokumenti oħra ta’ ġustifika, l-awtoritajkiet kompetenti jistgħu, eventwalment billi jagħtu struzzjonjiet, jippermettu:

a)

li r-reġistri jinżammu fis-sede tal-impriża met l-prodotti jinżammu f’diversi mħażen tal-istess impriża, fl-istess unità amministrattiva lokali jew f’tali unità immedjatament qribha;

b)

li ż-żamma tar-reġistri tkun fdata f’idejn impriża speċjalizzata fil-qasam.

Fejn il-ħwienet tal-imnut li jbigħu direttament lill-konsumatur aħħari ikunu ta’ sjieda tal-istess impriża u jkunu fornuti minn maħżen jew imħażen ċentrali ta’ dak in-negozju, dawn l-imħażen ċentrali għandhom, bla ħsara għall-Artikolu 37(3), ikunu obbligati soġġetti għall-obbligu li jżommu r-reġistri; f’dawn ir-reġistri, it-tagħbijiet mibgħuta lilll-ħwienet imsemmija li jaġixxu ta’ bejjiegħa bl-imnut għandhom jitniżżlu bħala ħruġ.

Artikolu 39

Prodotti li għandhom jitniżżlu fir-reġistri

1.   Għall-prodotti mniżżla fir-reġistri, għandhom jinżammu kontijiet separati għal:

a)

kull waħda mill-kategoriji enumerati fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

b)

kull inbid b’DPO u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar fi nbid tali;

c)

kull inbid b’IĠP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar fi nbid tali;

d)

kull inbid ta’ varjetà mingħajr DPO/IĠP u l-prodotti maħsuba għall-ipproċessar fi nbid tali.

L-inbejjed b’DPO minn oriġini differenti li jkunu f’kontenituri ta’ sittin litru jew anqas u b’tikketta konformi mad-dispożizzjonijiet Komunitarji, akkwistati mingħand terz u miżmuma bil-ħsieb li jinbiegħu, jistgħu jitniżżlu fl-istess kont, sakemm l-awtorità kompetenti, jew aġenzija jew korp approvat minn din tal-aħħar, tkun qablet li dan isir, u sakemm id-dħul u l-ħruġ ta’ kull inbid b’DPO jidher individwalment; l-istess għandu japplika għall-inbejjed b’IĠP.

It-telf tal-użu tad-denominazzjni protetta tal-oriġini u tal-indikazzjoni ġeografika protetta għandu jitniżżel fir-reġistri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiddetereminaw kif, fir-reġistri, għandhom jitniżżlu:

a)

il-konsum familjari tal-produttur;

b)

kwalunkwe tibdil aċċidentali fil-volum tal-prodotti.

Artikolu 40

Entrati fir-reġistri

1.   Għal kull dħul jew ħruġ, ir-reġistru għandu jagħti:

a)

in-numru ta’ kontroll tal-prodott, meta tali numru huwa meħtieġ taħt id-disposizzjonijiet Komunitarji jew nazzjonali;

b)

id-data tal-operazzjoni;

c)

il-kwantità reali mdaħħla jew maħruġa;

d)

il-prodott ikkonċernat, iddeżinjat f’konformità mad-disposizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali applikabbli;

e)

referenza għad-dokument li jakkumpanja l-ġarr jew li akkumpanja l-ġarr konċernat.

2.   Għall-inbejjed imsemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, id-deskrizzjoni fir-reġistri miżmuma mill-operaturi għandu jkollha l-indikazzjonijiet fakultattivi msemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament imsemmi kemm-il darba jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jinġiebu jidhru fuq it-tikkettar.

Fir-reġistri miżmuma minn persuni li mhumiex il-produtturi, minflok l-indikazzjonijiet fakultattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jitniżżlu n-numru tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr u d-data tal-mili tiegħu.

3.   Il-kontenituri biex jinħażnu l-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 għandhom ikunu identifikati fir-reġistri, u għandu jingħata wkoll il-volum nominali ta’ dawn il-kontenituri. Barra minn hekk, dawn il-kontenituri għandu jkollhom l-indikazzjonijiet provduti għal dan il-għan mill-Istati Membri u li jippermettu lill-korp responsabbli għall-kontroll biex jidentifika l-kontenut tagħhom permezz tal-użu tar-reġistri jew tad-dokumenti li jieħdu post dawk ir-reġistri.

Madankollu, fil-każ ta’ kontenituri ta’ mhux anqas minn 600 litru, mimlija bl-istess prodott u maħżuna flimkien fl-istess lott, il-lott sħiħ jista’ jiġi mmarkat minflok il-kontenituri l-individwali, bil-kundizzjoni li l-lott ikun separat ċar mill-oħrajn.

4.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 31(6), fir-reġistru tal-ħruġ għandħa titniżżel referenza għad-dokument li jkun kopra l-ġarr preċedenti tal-prodott.

Artikolu 41

Operazzjonijiet li għandhom ikunu indikati fir-reġistri

1.   Ir-reġistri għandhom jindikaw l-operazzjonijiet li ġejjin:

a)

it-tqawwija tal-kontenut alkoħoliku;

b)

l-aċidifikazzjoni;

c)

id-diżaċidifikazzjoni;

d)

iż-żieda ta’ ħlewwa;

e)

it-taħlit;

f)

l-ibbottiljar;

g)

id-distillazzjoni;

h)

il-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kull kategorija, inbejjed spumanti, inbejjed spumanti biż-żieda tal-gass;

i)

il-produzzjoni ta’ inbid liqueur;

j)

il-produzzjoni ta’ most tal-għeneb konċentrat, rettifikat jew le;

k)

it-trattament bil-faħam tal-kannol għall-użu enoloġiku;

l)

it-trattament bil-ferroċjanur tal-potassju;

m)

il-produzzjoni ta’ nbid imsaħħaħ għad-distillazzjoni;

n)

il-każijiet l-oħra taż-żieda tal-alkoħol;

o)

l-ipproċessar fi prodott ta’ kategorija oħra, b’mod partikolari f’inbid aromatizzat;

p)

it-trattament bl-elettrodialiżi jew it-trattament bl-iskambju tal-katjoni biex jiżgura l-istabbilizzazzjoni tartarika tal-inbid;

q)

iż-żieda tad-dikarbonat tad-dimetil (DMDC) fl-inbejjed;

r)

l-użu ta’ biċċiet tal-injam tar-ruvru fil-produzzjoni tal-inbid;

s)

id-diżalkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed;

t)

l-utilizzazzjoni sperimentali ta’ prattiċi oenoloġiċi ġodda bl-inklużjoni tar-referenza xierqa għal-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Istat Membru konċernat;

u)

iż-żieda tal-anidiride tal-kubrit, il-bisulfit tal-potassju jew il-metabisulfit tal-potassju.

Meta impriża tingħata awtorizzzazzjoni biex iżżomm reġistri simplifikati msmemija fl-Artikolu 38(1)(c) ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompoetenti tista’ tħalli li d-duplikat tal-prospetti msemmija fl-Anness V, il-punt D.4 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 tkun ekwivalenti għall-entrati fir-reġistri li jirrigwardaw l-operazzjonijiet taż-żieda tal-qawwa alkoħolika, l-aċidifikazzjoni u diżaċidifikazzjoni.

2.   Għal kull waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitniżżlu, fir-reġistri għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 42:

a)

l-operazzjoni mwettqa u d-data tagħha;

b)

in-natura u l-kwantitajiet tal-prodotti utilizzati;

c)

il-kwantità tal-prodott miksub b’din l-operazzjoni inkluż l-alkoħol miksub mid-diżalkoħolizzazzjoni parzjali tal-inbejjed;

d)

il-kwantità ta’ prodott użat fit-tkabbir tal-qawwa alkoħolika, l-aċidifikazzjoni, id-diżaċidifikazzjoni, iż-żieda ta’ ħlewwa u t-tqawwija għad-distillazzjoni;

e)

id-deskrizzjoni tal-prodotti qabel u wara din l-operazzjoni, f’konformità mad-dispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali applikabbli;

f)

l-immarkar tal-kontenituri fejn il-prodotti mniżżla fir-reġistri kienu jinsabu qabel l-operazzjoni u fejn tqiegħdu wara li din twettqet;

g)

fil-każ tal-ibbottiljar, l-għadd ta’ fliexken mimlija u l-volum tal-kontenut tagħhom;

h)

fil-każ tal-ibbottiljar b’kuntratt, l-isem u l-indirizz tal-ibbottiljatur.

Fejn prodott jibdel il-kategorija, wara bidla li ma tkunx ikkaġunata minn waħda mill-operazzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, b’mod partikolari fil-każ ta’ fermentazzjoni tal-most tal-għeneb, il-kwantitajiet u t-tip ta’ prodott miksub wara l-bidla għandhom jitniżżlu fir-reġistri.

Artikolu 42

Reġistri tal-inbejjed frizzanti u l-inbejjed liqueur

1.   Għall-produzzjoni ta’ inbid frizzanti, ir-reġistri tal-cuvées għandhom juru, għal kull cuvée ppreparata:

a)

id-data tal-preparazzjoni;

b)

id-data tat-tirage għall-kategoriji kollha ta’ nbid spumanti ta’ kwlaità;

c)

il-volum tal-cuvée kif ukoll l-indikazzjoni ta’ kull wieħed mill-kostitwenti tiegħu, bil-volum, il-qawwa alkoħolika attwali u potenzjali tagħhom;

d)

l-ammont ta’ liqueur de tirage utilizzat;

e)

il-volum ta’ liqueur d’expedition;

f)

l-għadd ta’ flixken miksuba, bl-ispeċifikazzjoni, skont il-każ, tat-tip ta’ nbid spumanti espress b’terminu li jirrigwarda l-kontenut ta’ zokkor residwu, sakemm it-terminu jidher fuq it-tikketta.

2.   Għall-produzzjoni ta’ nbid liqueur, għal kull lott ir-reġistri għandhom juru:

a)

id-data taż-żieda ta’ kwalunkwe mill-prodotti mniżżla fil-punt 3, e) u f), tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

b)

in-natura u l-volum tal-prodott miżjud.

Artikolu 43

Reġistri jew kontijiet individwali

1.   Min iżomm ir-reġistri għandu jkun obbligat li jżomm reġistri jew kontijiet individwali tad-dħul u l-ħruġ tal-prodotti li ġejjin li jkollhom għal kwalunkwe raġuni, inkluż użu fl-istallazzjoni tiegħu stess:

a)

is-sukrożju;

b)

il-most tal-għeneb konċentrat;

c)

il-most tal-għeneb konċentrat rettifikat;

d)

il-prodotti użati għall-aċidifikazzjoni;

e)

il-prodotti użati għad-diżaċidifikazzjoni;

f)

l-akoħol u l-ispirti distillati mill-inbid.

Iż-żamma ta’ reġistri jew kontijiet individwali ma teħlisx mill-obbligu tal-prospetti msemmija fl-Anness V, il-punt D.4, tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

2.   Ir-reġistri jew kontijiet individwali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom juru separatament għal kull prodott:

a)

fil-każ ta’ dħul:

i)

l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-fornitur, b’referenza, skont il-każ, għad-dokument li akkumpanja l-ġarr tal-prodott;

ii)

il-kwantità tal-prodott;

iii)

id-data tad-dħul;

b)

fil-każ ta’ ħruġ:

i)

il-kwantità tal-prodott;

ii)

id-data tal-użu jew il-ħruġ;

iii)

skont il-każ, l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz tal-kunsinnatarju.

Artikolu 44

Telf

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-perċentwal massimu ta’ telf b’riżlutat tal-evaporazzjoni matul il-ħżin, ta’ operazzjonijiet differenti jew ta’ tibdil tal-kategorija tal-prodott.

Min iżomm ir-reġistri għandu jirrapporta bil-miktub lill-awtorità territorjalment kompetenti, f’perjodu stabbilit mill-Istati Membri, meta t-telf reali jaqbeż:

a)

matul it-trasport, it-tolleranzi provduti fl-Anness VI, il-parti B, il-punt 1.3; u

b)

fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-perċentwali massimi ffissati mill-Istati Membri.

L-awtorita kompetenti msemmija fit-tieni subparagrafu għandha tieħu l-miżuri meħtieġa.

Artikolu 45

Skadenzi għat-tniżżil fir-reġistri

1.   L-entrati fir-reġistri jew kontijiet individwali:

a)

msemmija fl-Artikoli 39, 40 u 44, għandhom isiru, fil-każ ta’ dħul, mhux aktar tard mill-jum ta’ xogħol wara dak tal-wasla u, fil-każ ta’ ħruġ, mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara dak tat-tluq;

b)

msemmija fl-Artikolu 41, għandhom isiru mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol wara dak tal-operazzjoni u, fil-każ ta’ operazzjonijiet ta’ arrikkiment, dakinhar stess tal-operazzjoni;

c)

msemmija fl-Artikolu 43, għandhom isiru, għad-dħul u l-ħruġ, mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol wara dak tal-wasla jew it-tluq u, għall-użu, dakinhar stess tal-użu.

Madankollu l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw skadenzi aktar fit-tul, li ma jaqbżux tletin jum, partikolarment meta jintużaw reġistri kompjuterizzati tal-istokk, bil-kundizzjoni li kontroll tad-dħul u l-ħruġ kif ukoll tal-operazzjonijiet jibqa’ possibbli fi kwalunkwe waqtabbażi ta’ dokumenti oħra ta’ ġustifika, sakemm dawn jitqiesu bħala affidabbli mill-awtorità kompetenti, jew minn aġenzija jew korp awtorizzat minnha.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, u b’riserva tad-dispożizzjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 47(1)(j) u (k), il-kunsinni tal-istess prodott jistgħu jitniżżlu fir-reġistru bħala total għal kull xahar meta dan il-prodott ikun pakkeġġat esklussivament f’kontenituri msemmija fl-Artikolu 25(b)(i).

Artikolu 46

Għeluq tar-reġistri

Ir-reġistri tad-dħul u l-ħruġ għandhom jingħalqu (il-bilanċ annwali) darba fis-sena, f’data li għandhom jiffissawha l-Istati Membri. Fil-kuntest tal-bilanċ annwali, jeħtieġ li jsir inventarju tal-istokkijiet. L-istokk eżistenti għandu jitniżżel fir-reġistri bħala “dħul” f’data wara dik tal-bilanċ annwali. Jekk il-bilanċ annwali jikxef differenzi bejn l-istokk teoretiku u dwk attwali, dan għandu jitniżżel fil-kotba magħluqa.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet komuni għall-kapitoli II u III

Artikolu 47

Disposizzjonijiet ġenerali u tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri jistgħu:

a)

jipprovdu dwar reġistri tal-istokkijiet għat-tagħmir ta’ għeluq għall-pakkeġġar tal-prodotti f’kontenituri b’volum nominali ta’ anqas minn jew ugwali għal ħames litri, imsemmija fl-Artikolu 25 (b)(i), li jitqiegħdu għall-bejgħ fit-territorju tagħhom, kif ukoll dwar it-turija ta’ indikazzjonijiet speċjali fuq dan it-tagħmir ta’ għeluq;

b)

jesiġu indikazzjonijiet komplementari fuq id-dokumenti maħsuba biex jakkupanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid miksuba fit-territorju tagħhom, fejn dawn l-indikazzjonijiet huma meħtieġa għall-kontrolli;

c)

jistabbilixxu, fejn dan ikun motivat bl-applikazzjoni ta’ sistema ta’ reġistri tal-istokkijiet kompjuterizzata, il-post fejn ċerta informazzjoni obbligatorja għandha titniżżel fuq dokumenti li jakkumpanjaw kunsinni ta’ prodotti tal-inbid fejn il-ġarr jibda fit-territorju tagħhom, sakemm ma jinbidilx il-format tal-mudelli msemmija fl-Artikolu 31(1)(c)(i);

d)

jippermettu, għall-ġarr li jibda u jispiċċa fit-territorju tagħhom mingħajr ma jgħaddi mit-territorju ta’ Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz u għal perjodu tranżizzjonali li jiskadi fil-31 ta’ Lulju 2015, li minflok l-indikazzjoni tal-massa skont il-volum tal-most tal-għeneb tingħata d-densità espressa fi gradi Oechsle;

e)

jistabbilixxu, għad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid kompletati fit-territorju tagħhom, li minbarra d-data tat-tluq għandu jingħata wkoll il-ħin;

f)

jistabbilxxu, komplementarjament mal-Artikolu 25(a)(i), li l-ebda dokument mhuwa meħtieġ biex jakkumpanja l-ġarr ta’ għeneb, mgħaffġin jew le, jew ta’ most tal-għeneb, minn produttur li huwa membru fi grupp ta’ produtturi u li jkun ipproduċihom huwa stess, jew minn grupp ta’ produtturi li għandu dan il-prodott inkwistjoni fil-pussess tiegħu, jew fejn tali prodotti jinġarru f’isem tali produttur jew grupp ta’ produtturi lejn post ta’ ġbir jew lejn l-istabbilimenti tal-produzzjoni tal-inbid ta’ dak il-grupp, sakemm tali ġarr jibda u jispiċċa fl-istess żona tal-koltivazzjoni tal-vinji u, fejn il-prodott konċernat huwa maħsub għall-ipproċessar f’inbid b’DPO, fi ħdan ir-reġjun speċifiku konċernat, inkluża żona tmiss miegħu immedjatament;

g)

jipprovdu, filwaqt li f’dan il-każ jiddetereminaw l-użu tal-kopji:

i)

li l-kunsinjatur għandu jimla kopja jew kopji tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr li jibda fit-territorju tagħhom;

ii)

li l-kunsinnatarju għandu jimla kopja jew kopji tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr li jkun beda fi Stat membru ieħor jew pajjiż terz u li jintemm fit-territorju tagħhom.

h)

jipprovdu li d-deroga msemmija fl-Artikolu 25(a)(ii) rigward l-eżenzjoni tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr għal ċerti kunsinni tal-għeneb ma japplikax għall-ġarr li jibda u jintemm fit-territorju tagħhom;

i)

jistipulaw li, għall-ġarr imsemmi fl-Artikolu 29 li jibda fit-territorju tagħhom u jintemm fuq dak ta’ Stat Membru ieħor, il-kunsinjatur għandu jikkomunika l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti għall-post tal-ħatt tat-tagħbija flimkien mal-kopji magħmula skont l-Artikolu msemmi;

j)

jawtorizzaw adattament tar-reġistri eżistenti u jistabbilixxu regoli komplementari jew esiġenzi aktar stretti dwar iż-żamma u l-kontroll tar-reġistri;

k)

jipprovdu, fil-każ tal-applikazzjoni tal-Artikolu 33(1), li l-awtorità kompetenti tkun tista’ hija stess tiżgura ż-żamma tar-reġistri jew tafdaha f’idejn korp approvat għal dak il-għan.

Fil-każ imsemmi fil-punt j), l-Istati Membri jistgħu, b’mod partikolari, jipprovdu li jinżammu kontijiet distinti fir-reġistri għall-prodotti li jiddeżinjaw jew li jinżammu reġistri separati għal ċerti kategoriji ta’ prodotti jew għal ċerti operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41(1).

2.   Bla ħsara għad-Direttiva 92/12/KEE, l-Istati Membri ma jistgħux, għal raġunijiet marbuta mat-tagħmir ta’ għeluq utlizzat, jipprojbixxu jew ifixklu l-moviment ta’ prodotti ppakkeġġati f’kontenituri b’volum nominali ta’ anqas minn jew ugwali għal ħames litri msemmija fl-Artikolu 25(b)(i).

Madankollu, l-Istati Membr jistgħu, għall-prodotti pakkeġġati fl-istess territorju tagħhom, jipprojbixxu l-utilizzazzjoni ta’ ċertu tagħmir ta’ għeluq jew ta’ tipi ta’ pakkeġġar jew jissottomettu l-użu ta’ dan it-tagħmir ta’ għeluq għal ċerti kundizzjonijiet.

Artikolu 48

konservazzjoni tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr u r-reġistri

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet aktar stretti adottati mill-Istati Membri bil-ħsieb tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħhom jew ta’ proċeduri nazzjonali li jaqdu finijiet oħra, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr u l-kopji għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha jkunu saru.

2.   Ir-reġistri u d-dokumenti li jikkonċernaw l-operazzjonijiet imniżżla fihom għandhom jinżammu għal tal-anqas ħames snin wara l-għeluq tal-kontijiet li jkun fihom. Meta f’reġistru jkun għad hemm kont jew kontijiet mhux magħluqa li jikkorrispondu għal kwantitajiet żgħar ta’ nbid, dawn il-kontijiet jistgħu jiġu ttrasferiti f’reġistru ieħor, filwaqt li dan it-trasferiment jitniżżel fir-reġistru inizjali. F’dan il- każ, il-perjodu ta’ ħames snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jibda mill-jum tat-trasferiment.

Artikolu 49

Komunikazzjonijiet

1.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni:

a)

l-isem u l-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu;

b)

skont il-każ, l-isem u l-indirizz tal-aġenziji jew il-korpi li awtorizzati minn awtorità kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan it-Titolu.

2.   Kull Stat Membru għandu jikkomunika wkoll lill-Kummissjoni:

a)

it-tibdiliet ulterjuri li jikkonċernaw l-awtoritajiet kompetenti u l-aġenziji jew il-korpi msemmija fil-paragrafu 1;

b)

il-miżuri li ħadu għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, fejn dawn id-dispożizzjonijiet ikunu ta’ interess speċifiku għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri msemmija fir-Regolament (KE) Nru 555/2008.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxu u żżomm aġġornata lista li tiġbor l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti jew, skont il-każ, l-aġenziji jew il-korpi awtorizzati, abbżi tal-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tippubblika din il-lista fuq l-internet.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 50

Komunikazzjonijiet

1.   Bla ħsra għad-dispożizzjonijiet partikolari ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-mezzi kollha meħtieġa biex ikunu fil-qagħda li jħarsu l-iskadenzi għall-komunikazzjonijiet stipulati f’dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni rreġistrata skont dan ir-Regolament tal-anqas matul il-ħames snin tal-inbid wara dik li fiha hija tkun ġiet irreġistrata.

3.   Il-komunikazzjonijiet mitluba f’dan ir-Regolament ma jaffettwawx l-obbligi tal-Istati Membri skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) 357/79 dwar stħarriġ statistiku ta’ nħawi tad-dwieli.

Artikolu 51

Żbalji evidenti

Kwalunkwe komunikazzjoni jew applikazzjoni mressqa lil Stat Membru skont dan ir-Regolament tista’ tkun adattata fi kwalunkwe waqt wara t-tressiq tagħha f’każijiet ta’ żbalji evidenti rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti.

Artikolu 52

Forza maġġuri u ċirkustanzi eċċezzjonali

Is-sanzjonijiet provduti f’dan ir-Regolament ma japplikawx fil-każ ta’ forza maġġuri jew fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (16).

Artikolu 53

Tħassir u referenzi

Ir-Regolamenti (KEE) Nru 649/87, (KE) Nru 884/2001 u (KE) Nru 1282/2001 huma mħassra.

Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabelli ta’ korrelazzjoni li jidhru fl-Anness X.

Artikolu 54

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(3)  ĠU L 208, 31.7.1986, p. 1.

(4)  ĠU L 62, 5.3.1987, p. 10.

(5)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.

(6)  ĠU L 54, 5.3.1979, p. 124.

(7)  ĠU L 176, 29.6.2001, p. 14.

(8)  ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.

(9)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32.

(10)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(11)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(12)  ĠU L 276, 19.9.1992, p. 1.

(13)  ĠU L 369, 18.12.1992, p. 17.

(14)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(15)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(16)  ĠU L 30, 19.01.2009, p. 16.


ANNESS I

Informazzjoni minima mniżżla fir-reġistru tal-vinji u speċifikazzjonijiet rigward l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3

1.   FAJL TAL-KOLTIVATUR

1.1.   Identifikazzjoni u lok

(1)

Identifikazzjoni tal-koltivatur (kompatibbli mas-sistema unika ta’ identifikazzjoni ta’ kull bidwi provduta bl-Artikolu 15(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009).

(2)

Lista u lok tal-oqsma tal-vinji maħduma (kompatibbli mas-sistema ta’ identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli provduta bl-Artikolu 15(1)(b) u l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009).

(3)

Drittijiet ta’ tħawwil allokati imma li għadhom mhux utilizzati u dirtitjiet ta’ tħawwil mill-ġdid miżmuma (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 74 u fit-Tabella 15 Tl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/20089).

1.2.   Karatteristiċi tal-qasam tal-vinji

(1)

Identifikazzjoni tal-qasam tal-vinji: Is-sistema ta’ identifikazzjoni tal-oqsma tal-vinji għandha tkun stabbilita abbażi ta’ mapep u dokumenti tar-reġistru tal-artijiet jew referenzi kartografiċi oħra. It-teknika użata għandha sserraħ fuq sistema ta’ informazzjoni ġeografika kompjuterizzata, li tinkludi preferibbilment kopertura bl-ortoimmaġni mill-ajru jew mill-ispazju, bi standards omoġenji li jiggarantixxu preċiżjoni tal-anqas ekwivalenti għall-kartografija bi skala ta’ 1:10 000.

(2)

Erja tal-qasam tal-vinji.

Fil-każ fejn il-vinji huma assoċjati ma’ koltivazzjoni ta’ wċuħ oħra:

a)

l-erja totali tal-qasam konċernat;

b)

l-erja tal-vinji konvertita f’koltivazzjoni pura (il-konverżjoni għandha ssir bl-għajnuna ta’ koeffiċjenti xierqa stabbiliti mill-Istat Membru).

(3)

L-erja tal-qasam tal-vinji, jew, skont il-każ, l-erja konvertita f’koltivazzjoni pura, analizzata skont il-karatteristiċi tal-vinji:

a)

L-erja mħawla b’varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 74 u fit-Tabella 14 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008):

i)

tajba għall-produzzjoni ta’ nbid b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

abjad

aħmar/rosé

ii)

tajba għall-produzzjoni ta’ nbid b’indikazzjoni ġeografika protetta

abjad

aħmar/rosé

iii)

tajba għall-produzzjoni ta’ nbid bla DPO/IĠP

abjad

aħmar/rosé

b)

Erja mħawla b’varjetajiet li, fil-klassifika tal-varjetajiet tal-vinji stabbilita mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, jidhru fl-istess waqt, għall-istess unità amministrattiva, bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid u, skont il-każ, bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-mejda, varjetajiet ta’ għeneb għaż-żbib jew varjetajiet għall-produzzjoni tal-ispirti tal-inbid.

c)

Erja mħawla b’varjetajiet tal-għeneb tal-inbid li mhumiex klassifikati jew li ma jistgħux ikunu klassifikati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;

d)

Erja mħawla b’varjetajiet tal-għeneb għat-tnixxif;

e)

Erja mħawla maħsuba biss għall-produzzjoni ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetali (imxietel tat-tilqim);

f)

Erja mħawla bil-vinji mhux imlaqqma imma li għandhom jitlaqqmu;

g)

Erja mħawla mitluqa;

h)

Oħrajn.

(4)

Varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid, erja stmata u l-proporzjon fil-qasam tal-vinji konċernat (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 74 u fit-Tabella 16 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(5)

L-erja mħawla bla dritt ta’ tħawwil korrispondenti wara l-31 ta’ Awwissu 1998 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 58 u fit-Tabelli 2 u 3 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(6)

L-erja mħawla b’riżultat ta’ tħawwil illegali mwettaq qabel il-31 ta’ Awwissu 1998 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 58 u fit-Tabelli 4 u 7 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(7)

L-erja ta’ drittijiet ta’ tħawwil ġodda (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 61 u fit-Tabella 8 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(8)

L-erja mħawla eliġibbli għall-primjum tat-tħammil (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 73 u fit-Tabella 11 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(9)

L-erja mħammla li bbenefikat mill-primjum tat-tħammil korrispondenti (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 68 u 73 u fit-Tabella 12 tal-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(10)

L-erja mħawla li ġiet ristrutturata jew konvertita skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-Tabelli tal-Annessi VII u VIII(a) għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(11)

L-erja mħawla li għaddiet minn ħsad bikri skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 (informazzjoni kompatibbli mal-komunikazzjonijiet imsemmija fit-Tabelli tal-Annessi VII u VIII(b) għar-Regolament (KE) Nru 555/2008).

(12)

Is-sena tat-tħawwil, jew, fin-nuqqas ta’ dan, stima tagħha għall-qasam tal-vinji konċernat (informazzjoni kompatibbli mar-Regolament (KE) Nru 357/79).

1.3.   Prospetti obbligatorji

(1)

Prospett tal-ħsad (informazzjoni kompatibbli mal-prospetti tal-ħsad imsemmija fl-Artikolu 8 u fit-Tabelli tal-Annessi II u III).

(2)

Prospett tal-produzzjoni (informazzjoni kompatibbli mal-prospetti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 9 u fit-Tabella tal-Anness IV).

(3)

Prospett tal-istokkijiet (informazzjoni kompatibbli mal-prospetti tal-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u fit-Tabella tal-Anness V).

2.   FAJL TAL-PRODUZZJONI

2.1.   Identifikazzjoni

Identifikazzjoni tal-persuna naturali jew legali jew grupp ta’ tali persuni obbligata/i li jagħmlu prospett tal-produzzjoni provdut bl-Artikolu 9.

2.2.   Prospetti obbligatorji

(1)

Prospett tal-produzzjoni (informazzjoni kompatibbli mal-prospetti tal-produzzjoni msemmija fl-Artikolu 9 u fit-Tabella tal-Anness IV).

(2)

Prospett tal-istokkijiet (informazzjoni kompatibbli mal-prospetti tal-istokkijiet imsemmija fl-Artikolu 11 u fit-Tabella tal-Anness V).

3.   OĦRAJN

L-erja totali mħawla bil-vinji li mhijiex inkluża fil-fajl tal-koltivatur, kif jipprovdi l-Artikolu 3.1(b) ta’ dan ir-Regolament.


ANNESS II

Prospett tal-ħsad tal-għeneb [f’konformità mal-Artikolu 8]

Min jimla l-prospett:

Erja tal-vinji (f’ettari) …

L-erja fil-produzzjoni,

Kwantità ta’ għeneb maqtugħ

(hl jew 100kg)

Destinazzjoni tal-għeneb (hl)

Proċessati fi nbid minn min jimla l-prospett

Fornuti lil kopperattiva tal-inbid (1)

Mibjugħa lil produttur tal-inbid (1)

Destinazzjonijiet oħra (1)

Ha (2)

Kodiċi tal-qasam tal-vinji

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Għeneb

Most

Għeneb

Most

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

 

1.

Vinji għal inbid b’denominazzjoni protetta tal-oriġini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Vinji għal inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

Vinji għal inbid minn varjetajiet bla denominazzjoni protetta tal-oriġini/indikazzjoni ġeografika protetta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Vinji għal inbid bla denominazzjoni protetta tal-oriġini/indikazzjoni ġeografika protetta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Vinji għal inbejjed oħra (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Il-kwantitajiet ta’ għeneb fornut jew mibjugħ minn in jimla l-prospett għandhom ikunu indikati bil-volum globali tagħhom. Id-dettall ta’ dan il-forniment jew bejgħ jingħata fl-Anness III.

(2)  L-erja li għandha titniżżel fil-prospett hija l-erja tal-vinji fil-produzzjoni, fl-unità amministrattiva speċifikat mill-Istat Membru.

(3)  Jitqiesu bħala “nbejjed oħra” l-inbejjed miksuba minn għeneb tal-varjetajiet elenkati fil-klassifikazzjoni ta’ varjetajiet ta’ dwieli stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, meta applikabbli, għall-istess unità amministrattiva, bħala varjetajiet ta’ għeneb għall-inbid u, skont il-każ, bħala varjetajiet ta’ għeneb tal-mejda, bħala varjetajiet għall-produzzjoni ta’ għeneb imnixxef jew varjetajiet għall-produzzjoni ta’ spirti tal-inbid.


ANNESS III

Prospett tal-ħsad tal-għeneb [f’konformità mal-Artikolu 8]

(Rigward il-prodotti mibjugħa jew konsenjati qabel il-prospett ta’ produzzjoni)

Kunsinnatarji

Natura tal-prodotti mibjugħa lil produttur tal-inbid jew fornuti lil kooperattiva ta’ produtturi (ettolitri jew 100 kg)

Għeneb u/jew most għall-inbid

B’DPO

B’IĠP

Ta’ varjetà ta’ għeneb bla DPO/IĠP

Bla DPO/IĠP

Inbejjed oħra

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

Aħmar

Abjad

1.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

DPO - Denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO); IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP)


ANNESS IV

Tagħrif dwar min jimla l-prospett

Denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO); IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) aħ/r – aħmar / rosé. ab - abjad

A.

Tagħrif dwar min jimla l-prospett (1)

B.

Post fejn jinżammu l-prodotti


Kategorija ta’ prodotti implimentati. (2)

Isem u indirizz il-fornituri u referenza tad-dokument ta’ kunsinja

(dokument li jakkumpanja l-ġarr jew dokument ieħor)

Erja ta’ vinji fil-produzzjoni li minnhom joriġinaw il-prodotti utilizzati

Għeneb

(ettolitri jew 100 kg)

Prodotti miksuba mill-bidu tal-kampanja u prodotti oħra għajr l-inbid li huma miżmuma fid-data tal-prospett

(f’ettolitri)

B’DPO

B’IĠP

Ta’ varjetà ta’ għeneb bla DPO/IĠP

Bla DPO/IĠP

Oħrajn (3)

Most (4)

Inbid (5)

Most (4)

Inbid (5)

Most (4)

Inbid (5)

Most (4)

Inbid (5)

Most

Inbid (5)

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

aħ/r

ab

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Għall-kooperattivi tal-produzzjoni tal-inbid, il-lista tal-membri li jformu l-ħsad kollu tagħhom għandha tkun separata minn dik tal-membri l-oħra.

(2)  Għeneb, most tal-għeneb (most konċentrat, most konċentrat rettifikat, most ifferementat parallellament), inbejjed ġodda i għadhom qed jiffermentaw.

(3)  F’din ir-rubrika għandhom ikunu ddikjarati l-prodotti kollha tal-kampanja għajr dawk dikjarati fil-kolonni preċedenti kli ukoll il-most konċentrat u l-most konċentrat rettifikat li jkunu miżmuma fid-data tal-prospett. Il-kwantitajiet imniżżla għandhom jingħataw skont il-kategorija tal-prodotti.

(4)  Inkluż il-most parzjalment ifferemntat, bl-esklużjoni tal-most konċentrat u l-most konċentrat rettifikat.

(5)  Inklużi l-inbejjed ġodda li jkunu għadhom qed jifferemntaw.


ANNESS V

Prospett tal-istokk tal-inbid u l-most [f’konformità mal-Artikolu 11]

Miżmuma fil-31 ta’ Lulju (ettolitri)

Min qed jimla l-prospett: …

Post fejn qed jinżamm il-prodott: …


Kategorija tal-prodotti

Stokkijiet globali

li minnhom, inbid aħmar u rosé

li minnhom, inbid abjad

Rimarki

Inbid

1.

Stokkijiet għall-produzzjoni:

inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) (1)

nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) (2)

inbejjed minn varjetà ta’ għeneb bla DPO/IĠP

inbejjed bla DPO/IĠP (3)

inbejjed oħra (4)

 

 

 

 

Total

 

 

 

2.

Stokkijiet għall-kummer1:

(a)

inbejjed ta’ oriġini Komunitarja:

inbejjed b’denominazzjoni protetta tal-oriġini (DPO) (1)

nbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)( (2)

inbejjed minn varjetà ta’ għeneb bla DPO/IĠP

inbejjed bla DPO/IĠP (3)

(b)

inbejjed li joriġinaw minn pajjiżi terzi

 

 

 

Total

 

 

 

3.

Somma (1+2)

 

 

 

Most

1.

Stokkijiet għall-produzzjoni:

most tal-għeneb konċentrat

most tal-għeneb konċentrat u rettifikat

most ieħor (5)

 

 

 

 

Total

 

 

 

2.

Stokkijiet għall-kummerċ

most tal-għeneb konċentrat

most tal-għeneb konċentrat u rettifikat

most ieħor (5)

 

 

 

Total

 

 

 

3.

Somma (1+2)

 

 

 


(1)  Inklużi l-inbejjed ta’ kwalità psr

(2)  Inklużi l-inbejjed tal-mejda b’indikazzjoni ġeografika

(3)  Inklużi l-inbejjed tal-mejda bla indikazzjoni ġeografika

(4)  F’din ir-rubrika għandhom ikunu ddikjarati l-inbejjed kollha għajr dawk dikjarati fil-linji preċedenti/ Il-kwantitajiet imniżżla għandhom jingħataw skont il-kategorija tal-prodotti.

(5)  Inkluż il-most tal-għeneb, il-most tal-għeneb parzjalment ifferementat u l-most tal-għeneb parzjalment iffermentat miż-żbib


ANNESS VI

Struzzjonijiet għall-mili tad-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr imsemmija fl-Artikolu 26

A.   Regoli ġenerali

1.

Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jimtela b’kitba leġibbli u li ma titħassarx.

2.

Id-dokument li jakkumpanja l-ġarr ma għandu jkollu fih l-ebda tħassir jew kliem miktub fuq xulxin. Kwalunkwe żball fil-mili tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr jikkaġuna li dak id-dokument ma jkunx utilizzabbli.

3.

Kwalunkwe kopja preskritta ta’ dokument li jakkumpanja l-ġarr għandha tkun immarkata “kopja” jew għandu jkollha marka ekwivalenti.

4.

Fejn formola konformi mal-mudell mogħti fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2719/02 (dokument amministrattiv jew dokument kummerċjali) jew mal-mudell fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3649/92 (dokument simplifikat li jakkumpanja l-ġarr jew dokument kummerċjali) tintuża biex takkumpanja prodott tal-inbid mhux soġġett għall-formalitajiet provduti bid-dispożizzjoniiet tad-Direttiva 92/12/KEE, il-kaxex li jirreferu għall-informazzjoni li mhijiex mitluba għandhom ikunu mmarkati b’linja dijagonali minn tarf għall-ieħor tal-kaxxa.

5.

Meta l-kunsinnatarju jkun stabbilit fit-territorju tal-Komunità, ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għall-użu tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr:

a)

fil-każ ta’ ġarr ta’ prodott fi skema tas-sospensjoni tas-sisa, ir-rimarki ġenerali tal-punt 1.5 tan-noti ta’ spjegazzjoni tal-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2719/92);

b)

fil-każ ta’ ġarr fi ħdan il-Komunità ta’ prodott soġġett għas-sisa, li jkun diġà tqiegeħd fil-konsum fl-Istat Membru tat-tluq, ir-rimarki ġenerali tal-punt 1.5 tan-noti ta’ spjegazzjoni tal-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 3649/92);

c)

fil-każ ta’ ġarr mhux kopert bil-punti a) jew b):

i)

fejn jintuża dokument li jakkumpanja l-ġarr preskritt għall-ġarr imsemmi fil-punti a) u b):

il-kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-kunsinjatur,

il-kopja Nru 2 għandha takkumpanja l-prodott mill-post tat-tagħbija sal-post tal-ħatt tat-tagħbija u tingħata f’idejn il-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu;

ii)

fejn jintuża dokument li jakkumpanja l-ġarr ieħor:

l-oriġinal tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr għandu jakkumpanja l-prodott mill-post tat-tagħbija u jingħata f’idejn il-kunsinnatarju jew ir-rappreżentant tiegħu,

kopja għandha tinżamm mill-kunsinjatur.

6.

Jista’ jimtela dokument waħdieni biex jakkumpanja ġarr mingħand l-istess kunsinjatur lill-istess kunsinnatarju:

a)

ta’ diversi lottijiet tal-istess kategorija ta’ prodotti, jew

b)

ta’ diversi lottijiet li jinvolvu kategoriji differenti ta’ prodotti, sakemm ikunu f’kontenituri ta’ volum nominali anqas minn jew ugwali għal sittin litru, li barra minn hekk ikollhom tagħmir ta’ għeluq li jintuża darba biss.

7.

Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 33(1) jew fejn id-dokument li jakkumpanja l-ġarr jimtela mill-entità kompetenti, id-dokument ikun validu biss jekk il-ġarr jibda mhux iktar tard mill-ħames ġurnata tax-xogħol wara, skont il-każ, id-data ta’ validazzjoni jew id-data meta jimtela.

8.

Meta l-prodotti jinġarru f’kompartimenti separati tal-istess kontenitur ta’ trasport jew jitħalltu matul il-ġarr, għandu jimtela dokument li jakkumpanja l-ġarr għal kull parti, sew jekk tkun ittrasportata separatament sew bħala taħlita. Dan id-dokument għandu jindika, skont ir-regoli stabbiliti minn kull Stat Membru, l-użu ta’ dan il-prodott f’taħlita.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-kunsinjaturi jew lil persuna approvata biex jimlew dokument wieħed biss li jakkumpanja l-ġarr għall-prodott kollu li jirriżulta mit-taħlita. F’dan il-każ, l-entità kompetenti għandhom tiddetermina l-modalitajiet li bihom għandha tingħata prova tal-kategorija tal-oriġini u tal-kwantità tat-tagħbijiet differenti.

B.   Regoli speċjali

1.

Indikazzjonijiet li jirreferu għad-deskrizzjoni tal-prodott:

1.1.

Tip ta’ prodott

Indika t-tip tal-prodott bl-użu tal-espressjoni li tikkonforma mar-regoli tal-Komunità u li tagħti l-iktar deskrizzjoni preċiża tal-prodott, eż:

a)

inbid bla DPO/IĠP,

b)

inbid minn varjetà ta’ għeneb bla DPO/IĠP,

c)

inbid b’DPO jew IĠP,

d)

most tal-għeneb,

e)

most tal-għeneb għall-inbid b’DPO,

f)

inbid importat.

1.2.

Għall-ġarr tal-inbejjed bl-ingrossa msemmija fil-paragrafi 1 sa 9, 15 u 16 tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 479/2008, id-deskrizzjoni tal-prodott għandu jkollha l-indikazzjonijiet fakultattivi msemmija fl-Artikolu 60 tar-Regolament imsemmi kemm-il darba li jidhru fuq it-tikkettar jew ikun previst li jinġiebu jidhru fuq it-tikkettar.

1.3.

Il-kontenut ta’ alkoħol u d-densità għall-ġarr tal-prodotti bl-ingrossa jew f’kontenituri ta’ volum nominali anqas minn jew ugwali għal sittin litru bla tikkettar;

a)

l-indikazzjoni tal-kontenut ta’ alkoħol attwali tal-inbid, għajr inbejjed ġodda li għadhom jiffermentaw, jew il-kontenut totali ta’ alkoħol ta’ inbid ġdid li għadu jiffermenta u tal-most tal-għeneb parzjalment iffermentat, għandha tkun espressa bħala % vol u għexur ta’ % vol.

b)

l-indiċi rifrattiv tal-most tal-għeneb għandu jinkiseb permezz tal-metodu tal-kejl rikonoxxut mill-Komunità. Huwa espress bħala l-kontenut potenzjali ta’ alkoħol f’% vol. Minflok din l-indikazzjoni jista’ jkun hemm l-indikazzjoni tal-massa skont il-volum, espressa fi grammi kull ċentimetru kubu.

c)

l-indikazzjoni tal-massa skont il-volum tal-most tal-għeneb frisk b’fermentazzjoni mwaqqfa permezz taż-żieda ta’ alkoħol għandha tkun espressa fi grammi għal kull ċentimetru kubu u s-saħħa alkoħolika attwali ta’ dak il-prodott għandha tkun espressa f’% vol u għexur ta’ % vol;

d)

l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor tal-most tal-għeneb konċentrat, most tal-għeneb rettifikat u meraq tal-għeneb konċentrat għandha tkun espressa permezz tal-kontenut fi grammi, għal kull litru u għal kull kilogramma, ta’ zokkor totali;

e)

l-indikazzjoni tal-qawwa alkoħolika attwali tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-għeneb, most tal-għeneb rettifikat u meraq tal-għeneb konċentrat għandha tingħata fakultattivament u tkun espressa f’litri ta’ alkoħol pur kull deċitunnellata.

Din l-informazzjoni għandha tkun espressa permezz tal-użu ta’ listi ta’ ekwivalenza rikonoxxuti mill-Komunità fir-regoli dwar il-metodi ta’ analiżi.

Bla ħsara għad-disposizzjonijiet Komunitarji li jistabbilixxu valuri ta’ limitu għal ċerti prodotti tal-inbid, it-tolleranzi li ġejjin għandhom ikunu permessi:

a)

għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-qawwa attwali jew totali, tolleranza ta’ ± 0,2 % vol,

b)

għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-massa skont il-volum, tolleranza ta’ 6 unitajiet sar-raba’ ċifra wara l-punt deċimali (± 0,0006),

c)

għal dak li jirrigwarda l-indikazzjoni tal-kontenut taz-zokkor, tolleranza ta’ 3 %.

1.4.

Indikazzjonijiet oħra għall-ġarr ta’ nbejjed u most tal-għeneb bl-ingrossa:

a)   Żona tal-vinji

Iż-żona tal-vinji li minnha joriġina l-prodott għandha tkun indikata f’konformità mad-definizzjonijiet tal-Anness IX għar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u mat-taqsiriet li ġejjin: A, B, C I, C II, C III a u C III b.

b)   Operazzjonijiet imwettqa

L-operazzjonijiet li minnhom ikun għadda l-prodott għandhom ikunu indikati permezz tan-numri li ġejjin, bejn parentesi:

0

:

il-prodott ma għadda minn l-ebda waħda mill-operazzjonijiet ta’ hawn taħt,

1

:

il-prodott ġie arrikkit,

2

:

il-prodott ġie aċidifikat,

3

:

il-prodott ġie diżaċidifikat,

4

:

il-prodott ġie miżjud bil-ħlewwa,

5

:

il-prodott tqawwa għad-distillazzjoni,

6

:

il-prodott ġie miżjud bi prodott ieħor li joriġina f’unità ġeografiku oħra minn dik indikata fid-denominazzjoni,

7

:

il-prodott ġie miżjud bi prodott ieħor li joriġina minn varjetà tad-dwieli oħra minn dik indikata fid-denominazzjoni,

8

:

il-prodott ġie miżjud bi prodott minn ħsad ta’ sena differenti minn dik indikata fid-denominazzjoni,

9

:

il-prodott sar bl-utilizzazzjoni ta’ biċċiet tal-injam tar-ruvru,

10

:

il-prodott sar bl-utilizzazzjoni sperimentali ta’ prattika oenoloġika ġdida,

11

:

il-prodott għadda minn diżalkoħolizzazzjoni parzjali,

12

:

operazzjonijiet oħra (speċifika).

Eżempji:

a)

għal inbid li joriġina fiż-żona B, li ġie arrikkit, indika: B (1),

b)

għal most tal-għeneb li joriġina fiż-żona CIII b, li ġie aċidifikat, indika: C III b (2).

L-indikazzjonijiet li jirrigwardaw iż-żona tal-vinji u l-operazzjonijiet imwettqa għandhom jingħataw flimkien ma’ dawk li jirrigwardaw id-deskrizzjoni tal-prodott u fl-istess kamp viżiv.

2.

Indikazzjonijiet li jirreferu għall-kwantità netta:

Il-kwantità netta:

a)

tal-għeneb, tal-most tal-għeneb konċentrat, tal-most tal-għeneb konċentrat rettifikat, tal-meraq tal-għeneb konċentrat, tal-karfa tal-għeneb u tal-fond tal-inbid f’tunnellati jew kilogrammi għandhom ikunu espressi bis-simboli “t” jew “kg”,

b)

ta’ prodotti oħra f’ettolitri jew litri għandhom ikunu espressi bis-simboli “hl” jew “l”.

Għall-indikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti fil-ġarr bl-ingrossa, hija permessa tolleranza ta’ 1,5 % tal-kwantità netta totali.

C.   Indikazzjonijiet meħtieġa għall-mili tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr imsemmi fl-Anness VII

Kumment preliminari:

Il-format tal-mudell tad-dokument li jakkumpanja l-ġarr li jingħata fl-Anness VII għandu jkun jitħares strettament. Madankollu, id-dimensjonijiet tal-kaxex immarkati bil-linji u maħsuba għall-informazzjoni stipulata għandhom valur indikattiv biss.

 

Numru tal-kaxxa fil-mudell li jidher fl-Anness VII

Kunsinjatur: l-isem u l-indirizz sħiħ, inkluż il-kodiċi postali

1

Numru ta’ referenza: kull ġarr għandu jkollu numru ta’ referenza li bih ikun jista’ jiġi identifikat fil-kontijiet tal-kunsinjatur (pereżempju: in-numru tal-fattura)

2

Kunsinnatarju: l-isem u l-indirizz sħiħ, inkluż il-kodiċi postali

3

Awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq: l-isem u l-indirizz tal-aworità kompetenti responsabbli għall-kontroll tal-mili tad-dokument kummerċjali fil-post tat-tluq. Din l-indikazzjoni hija obbligatorja biss għal kunsinji lejn Stat Membru ieħor u għall-esportazzjoni

4

Trasportatur l-isem u l-indirizz tal-persuna responsabbli għall-ewwel trasport (jekk tkun differenti mill-kunsinjatur)

Indikazzjonijiet oħra rigward it-trasport:

a)in-natura tal-mezz ta’ trasport (trakk, vann, bawżer, karozza, vagun tal-ferrovija, vagun bawżer, ajruplan)b)in-numru tat-targa jew, għall-bastimenti, l-isem (informazzjoni fakultattiva)

5

Id-data tat-tluq tal-ġarr, u jekk jesiġi hekk l-Istat Membru li l-ġarr ikun beda mit-territorju tiegħu, il-ħin tat-tluq.

Fil-każ li l-mezz ta’ trasport jinbidel, it-trasportatur li jgħabbi l-prodott għandu jindika fuq wara tad-dokument:

id-data tat-tluq tat-trasport

in-natura tal-mezz ta’ trasport u n-numru tat-targa għall-vetturi tat-triq u l-isem għall-bastimenti

kunjomu, ismu, jew isem il-kumpanija tiegħu u l-indirizz postali, inkluż il-kodiċi postali

6

Post fejn għandha titwassal il-konsinja: il-post fejn għandha titwassal effettivament il-konsinja, jekk differenti mill-indirizz indikat tal-kunsinnatarju. Fil-każ ta’ merkanzija esportata, jeħtieġ li tingħata waħda mill-indikazzjonijiet stipulati fl-Anness IX

7

Deskrizzjoni tal-prodott skont ir-Regolament (KE) Nru 479/2008 kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ, partikolarment l-indikazzjonijiet obbligatorji

Deskrizzjoni tal-pakkeġġi tal-merkanzija: numri ta’ identifikazzjoni, l-għadd ta’ pakkeġġi esterni u l-għadd ta’ pakkeġġi interni

Id-deskrizzjoni tista’ tkompli fuq folja separata li tinhemeż ma’ kull kopja. Għal dan il-għan tista’ tintuża lista tal-pakkeġġi.

Għall-prodotti bl-ingorssa:

għall-inbejjed, il-qawwa alkoħolika attwali

għall-prodotti mhux iffermentati, l-indiċi ta’ refrazzjoni jew il-massa skont il-volum

għall-prodotti li jkunu għadhom qed jifferemtnaw, il-qawwa alkoħolika totali

għall-inbejjed b’kontenut residwu ta’ zokkor li jaqbeż 4 grammi fil-litru, minbarra l-qawwa alkoħolika attwali, il-qawwa alkoħolika totali

8

Kwantità:

għall-prodotti bl-ingrossa, il-kwantità netta totali

għall-prodotti ppakkeġġati, l-għadd u l-volum nominali tal-kontenituri li fihom il-prodott

9

Indikazzjonijiet addizzjonali stipulati mill-Istat Membriu tat-tluq:

jekk ikunu stipulati tali indikazzjoniijet, jeħtieġ li jkunu rrispettati l-istruzzjonijiet tal-Istat Membru konċernat; jekk le, din il-kaxxa għandha tkun immarkata b’linja djagonali

10

Ċertifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew l-indikazzjoni ġeografika protetta ara l-Artikolu 31.

11


ANNESS VII

Dokument li jakkumpanja l-ġarr għall-konsinji ta’ prodotti tal-inbid imsemmi fl-Artikolu 24(2)(a)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Timbru speċjali msemmi fl-Artikolu 31(3)(b)

Image


ANNESS IX

Referenzi msemmija fl-Artikolu 27(1), it-tieni subparagrafu

:

bil-Bulgaru

:

И3HECEHO

:

bl-Ispanjol

:

EXPORTADO

:

biċ-Ċek

:

VYVEZENO

:

bid-Daniż

:

UDFØRSEL

:

bil-Ġermaniż

:

AUSGEFÜHRT

:

bl-Estonjan

:

EKSPORDITUD

:

bil-Grieg

:

ΕΞΑΧΘΕΝ

:

bl-Ingliż

:

EXPORTED

:

bil-Franċiż

:

EXPORTÉ

:

bit-Taljan

:

ESPORTATO

:

bil-Latvjan

:

EKSPORTĒTS

:

bil-Litwan

:

EKSPORTUOTA

:

bl-Ungeriż

:

EXPORTÁLVA

:

bil-Malti

:

ESPORTAT

:

bl-Olandiż

:

UITGEVOERD

:

bil-Pollakk

:

WYWIEZIONO

:

bil-Portugiż

:

EXPORTADO

:

bir-Rumen

:

EXPORTAT

:

bis-Slovakk

:

VYVEZENÉ

:

bis-Sloven

:

IZVOŽENO

:

bil-Finlandiż

:

VIETY

:

bl-Iżvediż

:

EXPORTERAD


ANNESS X

Tabelli ta’ korrelazzjoni msemmija fl-Artikolu 53, it-tieni subparagrafu

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 649/87

Ir-Regolament (KE) Nru 649/87

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(2)

Anness I, 1.2 (2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2)

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Anness I

Anness I

Anness II


2.   Ir-Regolament (KE) Nru 884/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 884/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 21

Artikolu 2

Artikolu 22

Artikolu 3(1)

Artikolu 23

Artikolu 3(2) u (3)

Artikolu 24

Artikolu 3(4)

Artikolu 28

Artikolu 4

Artikolu 25

Artikolu 5(1)

Artikolu 33

Artikolu 5(2)

Artikolu 30

Artikolu 6(1) sa (2)

Artikolu 26

Artikolu 6(3) sa (4)

Anness VI

Artikolu 6(5) sa (6)

Artikolu 34

Artikolu 6(7)

Artikolu 32

Artikolu 7

Artikolu 31

Artikolu 8(1)

Anness VI

Artikolu 8(2) sa (5)

Artikolu 27

Artikolu 9

Artikolu 35

Artikolu 10

Artikolu 29

Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, u (3)

Artikolu 36

Artikolu 11(1)(a) u (b)

Artikolu 37

Artikolu 12(1) u (2)

Artikolu 38

Artikolu 12(3)

Artikolu 39(1)

l-Artikolu 12(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 44

Artikolu 12(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 39(2)

Artikolu 13(1)

Artikolu 40(1) u (4)

Artikolu 13(2)

Artikolu 46

Artikolu 14(1) sa (2)

Artikolu 41

Artikolu 14(3) sa (4)

Artikolu 42

Artikolu 15

Artikolu 43

Artikolu 16

Artikolu 45

Artikolu 17

Artikolu 47(1)(j) u (k)

Artikolu 18

Artikolu 47(1)(a) sa (i)

Artikolu 19

Artikolu 48

Artikolu 20

Artikolu 49

Artikolu 21

Artikolu 22


3.   Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2001

Ir-Regolament (KE) Nru 1282/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 6

Artikolu 2

Artikolu 8

Artikolu 3

Anness II

Artikolu 4 (1), (3),(4) u (5)

Artikolu 9

Artikolu 4(2)

Artikolu 10

Artikolu 5

Artikolu 13

Artikolu 6

Artikolu 11

Artikolu 7(1), l-ewwel sat-tielet subparagrafu

Artikolu 12(1)

Artikolu 7(1), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 17

Artikolu 7(2)

Artikolu 14

Artikolu 8

Anness II

Artikolu 9

Artikolu 15

Artikolu 10

Artikolu 20

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikolu 12,

Artikolu 18(1)

Artikolu 13(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 18(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16(1)

Artikolu 19(1) u (2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17

Artikolu 19(2), it-tieni subparagrafu

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikolu 20


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/54


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 437/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja Komunitarj għall-importazzjoni ta’ annimali bovini maskili ta’ età żgħira maħsuba għat-tismin

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 146 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-lista CXL tad-WTO tirrikjedi li l-Komunità tiftaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta’ 169 000 annimal bovin maskili ta’ età żgħira għat-tismin. Madankollu, b’riżultat tan-negozjati li wasslu għall-Ftehim taħt forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 (2), approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/333/KE (3), il-Kummissjoni ntrabtet li ddaħħal fil-lista tagħha għall-Istati Membri kollha aġġustament ta’ dik il-kwota ta’ importazzjoni b’24 070 ras.

(2)

Ir-regoli ddettaljati ta’ implimentazzjoni għall-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 558/2007 tat-23 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u [jipprovdi għall-]amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni tal-annimali bovini maskili ta’ età żgħira għat-tismin (4), għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara.

(3)

L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f’setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li l-kwota relatata mal-importazzjoni ta’ annimali bovini maskili ta’ età żgħira għat-tismin tiġi ġestita skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (5).

(4)

Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota koperta minn dan ir-Regolament titqies “mhux kritika” fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(5)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (6) jipprovdi, fl-Artikolu 166 tiegħu, superviżjoni doganali għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b’dazju mnaqqas minħabba l-użu tagħha għal skopijiet partikulari. Jeħtieġ li jiġu sorveljati, għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ, l-annimali importati taħt il-kwota tariffarja msemmija koperta minn dan ir-Regolament, bil-għan li jiġi garantit li jissemmnu għal tal-anqas mija u għoxrin jum fl-unitajiet ta’ produzzjoni indikati.

(6)

Jeħtieġ li tiġi kkostitwita garanzija biex jiġi żgurat ir-rispett ta’ dan l-obbligu ta’ tismin. L-ammont tal-garanzija għandu jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazji mnaqqsa applikabbli fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 558/2007 għandu jitħassar u jinbidel b’Regolament ġdid.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Kwota tariffarja għall-importazzjoni ta’ 24 070 annimal bovin maskili ta’ età żgħira li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0102 90 05, 0102 90 29 jew 0102 90 49 u li huma maħsuba għat-tismin fil-Komunità qiegħda b’dan tinfetaħ kull sena għal perjodi mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (“perjodi tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni”).

Din il-kwota tariffarja għandu jkollha n-numru tas-serje 09.0113.

2.   Il-kwota msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi ġestita skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) ta’ dak ir-Regolament ma għandux applika.

3.   Id-dazju tad-dwana fuq l-importazzjoni applikabbli fil-kuntest tal-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 16 % ad valorem flimkien ma’ EUR 582 għal kull tunnellata netta.

Ir-rata tad-dazju prevista fl-ewwel subparagrafu għandha tapplika bil-kundizzjoni li l-annimali jissemmnu għal perjodu ta’ mill-anqas mija u għoxrin jum fl-Istat Membru fejn ikunu ġew importati.

Artikolu 2

1.   Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal supervizjoni biex jiġi ggarantit li jissemmnu matul perjodu ta’ mill-anqas 120 jum f’unitajiet ta’ produzzjoni li għandhom jiġu indikati mill-importatur fix-xahar wara dak tar-rilaxx tal-annimali għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-obbligu ta’ tismin imsemmi fil-paragrafu 1, kif ukoll ir-riċeviment tad-dazji mhux imħallsa fil-każ li dan l-obbligu ma jinqediex, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija mal-awtoritajiet kompetenti tad-dwana. L-ammont ta’ din il-garanzija għal kull kodiċi NM eliġibbli huwa indikat fl-Anness.

3.   Għajr f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi rrilaxxata biss jekk tingħata prova lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li l-annimali bovini ta’ età żgħira:

(a)

ikunu ssemmnu fl-azjenda jew fl-azjendi indikati skont il-paragrafu 1;

(b)

ma jkunux ġew maqtula qabel ma jkun għadda perjodu ta’ 120 jum mid-data tal-importazzjoni tagħhom; jew

(ċ)

ikunu ġew maqtula qabel ma jkun għadda dan il-perjodu għal raġunijiet ta’ saħħa jew mietu minħabba mard jew inċident.

Artikolu 3

Ir-Regolament (KE) Nru 558/2007 għandu jitħassar. Madankollu, ikompli japplika għad-dazji mnissla miċ-ċertifikati maħruġin qabel l-1 ta’ Lulju 2009 u sal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 15.

(3)  ĠU L 124, 11.5.2006, p. 13.

(4)  ĠU L 132, 24.5.2007, p. 21.

(5)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(6)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.


ANNESS

L-AMMONTI TA’ GARANZIJA

Annimali bovini maskili għat-tismin (kodiċi NM)

Ammont f’EUR/ras

0102 90 05

28

0102 90 29

56

0102 90 49

105


27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/57


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 438/2009

tas-26 ta’ Mejju 2009

li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewopea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 144(1) u l-Artikolu 148 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), il-Komunità ntrabtet li tiftaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għat-tbiċċir, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji. Ir-regoli ddettaljati ta’ applikazzjoni għall-ġestjoni ta’ dawk il-kwoti huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 659/2007 tal-14 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, minbarra dawk għall-qtil, ta’ ċerti razez tal-Alpi u tal-muntanji (2).

(2)

L-użu tal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” irriżulta pożittiv f'setturi agrikoli oħra, u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni amministrattiva, jeħtieġ li dawn il-kwoti jiġu ġestiti skont il-metodu indikat fl-Artikolu 144(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Dan għandu jsir skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3).

(3)

Fid-dawl tal-partikularitajiet marbutin mat-trasferiment minn sistema ta’ ġestjoni għal oħra, huwa importanti li l-kwota msemmija f'dan ir-Regolament titqies ′mhux kritika′ fit-tifsira tal-Artikolu 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(4)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 450/2008 tat-23 ta' April 2008 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (Kodiċi Doganali Modernizzat) (4) jipprovdi, fl-Artikolu 166 tiegħu, superviżjoni doganali għall-merkanzija rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa b'dazju mnaqqas minħabba l-użu tagħha għal skopijiet partikulari. Jeħtieġ li jiġu ssorveljati, għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ, l-annimali importati taħt il-kwoti tariffarji koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jiġi ggarantit li dawn ma jinqatlux matul il-perjodu msemmi.

(5)

Għal dan il-għan, għandha tkun iddepożitata garanzija ta’ ammont li jkopri d-differenza bejn id-dazju tat-Tariffa Komuni tad-Dwana (CCT) u d-dazju mnaqqas li jkun japplika fid-data tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar u jinbidel b'Regolament ġdid.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiftaħ il-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsuba għall-biċċerija, ta’ ċerti razez alpini u tal-muntanji, indikati fl-Anness.

2.   Il-kwoti indikati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiġu ġġestiti skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-Artikolu 308c(2) u (3) tar-Regolament imsemmi ma għandux applika.

3.   Il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfetħu fuq bażi annwali, mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara (il-perjodu tal-kwota tal-importazzjoni).

Artikolu 2

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, l-annimali msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jitqiesu li mhumiex maħsubin għat-tbiċċir jekk ma jinqatlux f'perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tal-awtorizzazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

Madankollu, jistgħu jingħataw derogi f'każ ta’ forza maġġuri, dejjem jekk tiġi pprovduta l-evidenza relevanti.

2.   L-awtorizzazzjoni tal-użu tal-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.4197 hija soġġetta għat-tressiq ta’:

(a)

għall-barrin, ċertifikat tar-razza;

(b)

għall-baqar u l-erieħ, ċertifikat tar-razza jew ċertifikat ta’ dħul fir-reġistru tar-razza li jikkonferma l-purezza tar-razza.

Artikolu 3

1.   Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament (KE) Nru 450/2008, l-annimali importati għandhom ikunu soġġetti għal sorveljanza sabiex jiġi ggarantit li ma jinqatlux fl-ewwel erba′ xhur mir-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

2.   Sabiex ikun żgurat ir-rispett tal-obbligu li ma jinqatlux annimali skont il-paragrafu 1, kif ukoll ir-riċeviment tad-dazji mhux imħallsa jekk dak l-obbligu ma jinqediex, l-importaturi għandhom jiddepożitaw garanzija mal-awtoritajiet kompetenti tad-dwana. L-ammont tal-garanzija għandu jkun daqs id-differenza bejn id-dazji tad-dwana stipulati fit-Tariffa Doganali Komuni u d-dazji msemmija fl-Anness, applikabbli fid-data tal-ħruġ għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-annimali kkonċernati.

3.   Il-garanzija msemmija fil-paragrafu 2 titħallas lura malli tiġi pprovduta l-evidenza li ġejja lill-awtoritajiet doganali kkonċernati:

(a)

li l-annimali ma ġewx maqtula qabel tmiem il-perjodu ta’ erba′ xhur mid-data tar-rilaxx tagħhom għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa; jew

(b)

li ġew maqtula qabel tmiem l-istess perjodu minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri jew ta’ saħħa, jew mietu minħabba mard jew inċident.

Artikolu 4

Ir-Regolament (KE) Nru 659/2007 għandu jitħassar. Madankollu, ikompli japplika għad-dazji mnissla miċ-ċertifikati maħruġin qabel l-1 ta' Lulju 2009 u sal-iskadenza tagħhom.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 155, 15.6.2007, p. 20.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 1.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, għandu jitqies li l-mod ta’ kif jiġu identifikati l-prodotti għandu biss valur indikattiv; f'dan l-Anness, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata mill-ambitu tal-kodiċijiet NM. Fil-każijiet fejn jissemmew kodiċijiet ex NM, l-applikabbiltà tal-iskema preferenzjali hija ddeterminata abbażi tal-kodiċi NM u tal-indikazzjoni korrispondenti meqjusa flimkien.

Numru tas-serje

Kodiċi NM

Kodiċi Taric

Denominazzjoni tal-merkanzija

Volum

(irjus)

Dazju doganali

09.0114

ex 0102 90 05

01029005*20

*40

Baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, għar-razez tal-muntanji li ġejjin: ir-razez Simmental griżi, kannella, sofor u mtebbgħin, u r-razza Pinzgau

710

6  %

ex 0102 90 29

01029029*20

*40

ex 0102 90 49

01029049*20

*40

ex 0102 90 59

01029059*11

*19

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*10

*30

09.0115

ex 0102 90 05

01029005*30

*40

*50

Barrin, baqar u erieħ, għajr dawk maħsubin għall-biċċerija, tar-razza Simmental imtebbgħin, u tar-razez Schwyz u Fribourg

711

4  %

ex 0102 90 29

01029029*30

*40

*50

ex 0102 90 49

01029049*30

*40

*50

ex 0102 90 59

01029059*21

*29

*31

*39

ex 0102 90 69

01029069*20

*30

ex 0102 90 79

01029079*21

*29


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/60


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/405/PESK

tat-18 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Frar 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK (1) dwar il-missjoni tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw (EU SSR GINEA BISSAW). Dik l-Azzjoni Konġunta għandha tapplika sal-31 ta’ Mejju 2009.

(2)

Permezz ta’ ittra datata 14 ta’ April 2009, il-Ginea Bissaw stiednet lill-Unjoni Ewropea biex testendi l-Missjoni għal sitt xhur sat-30 ta’ Novembru 2009.

(3)

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2008/112/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 1(1) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni tal-UE b’appoġġ għar-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-Repubblika tal-Ginea Bissaw, minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘EU SSR GUINEA BISSAU’ jew il-‘Missjoni’, li tinkludi fażi ta’ tħejjija li tibda fis-26 ta’ Frar 2008 u b’fażi ta’ implimentazzjoni li tibda mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2008. It-tul ta’ żmien tal-Missjoni ser ikun ta’ mhux aktar minn 18-il xahar mid-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva inizjali.”;

2.

Fl-Artikolu 17, it-tieni subparagrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tapplika sat-30 ta’ Novembru 2009.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  ĠU L 40, 14.2.2008, p. 11


Corrigendum

27.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/61


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2009 tas-7 ta' Mejju 2009 li jissostitwixxi l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 118, 13 Mejju 2009 )

F'paġna 13, ir-Regolament (KE) Nru 385/2009 għandu jaqra kif ġej:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 385/2009

tas-7 ta’ Mejju 2009

li jissostitwixxi l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2007/46/KE tistabbilixxi qafas armonizzat li fih dispożizzjonijiet amministrattivi u rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi ġodda kollha. B’mod partikolari, tinkludi l-obbligu għall-manifattur ta’ vettura, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta’ approvazzjoni tat-tip tal-Komunità li jikkunsinna ċertifikat tal-konformità biex jakkompanja kull vettura li tiġi ffabbrikata b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-approvazzjoni tat-tip.

(2)

Iċ-ċertifikat tal-konformità, li mudell tiegħu huwa stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE, jikkostitwixxi dikjarazzjoni uffiċjali li tingħata lix-xerrej tal-vettura, li vettura partikolari nbniet b’mod konformi mar-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Komunità dwar l-approvazzjoni tat-tip.

(3)

Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni li hemm fiċ-ċertifikat tal-konformità tkun tinftiehem mill-konsumaturi u mill-operaturi ekonomiċi involuti. Il-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità għandu jinkludi l-informazzjoni teknika kollha li hija ta’ rilevanza għall-awtoritajiet tal-Istati Membri sabiex dawn jippermettu l-użu tal-vetturi.

(4)

Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2001/116/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tadatta għall-progress tekniku d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2), il-mudell taċ-ċertifikat tal-konformità qatt ma ġie aġġornat. Għaldaqstant huwa xieraq li dan jiġi aġġornat fid-dawl tat-tibdil sostanzjali numeruż li ġabet magħha d-Direttiva 2007/46/KE li sejra tintroduċi approvazzjoni tat-tip għal vetturi kompluti tal-KE għal vetturi kummerċjali mid-29 ta’ April 2009.

(5)

Barra minn hekk, skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokument ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (3), l-awtoritajiet ta’ reġistrazzjoni tal-Istati Membri jeħtieġu jirċievu informazzjoni teknika affidabbli għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni għall-ewwel darba ta’ vetturi ġodda fit-territorju tal-Komunità. Id-dejta teknika li hemm fiċ-ċertifikat tal-konformità tikkostitwixxi sors ta’ informazzjoni adegwat li jista’ jintuża għall-għanijiet ta’ reġistrazzjoni. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv għaċ-ċittadini Ewropej, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni intitolati Pjan ta’ Azzjoni għas- “Simplifikazzjoni u Titjib tal-Ambjent Regolatorju” (4) u Programm ta’ Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (5), huwa xieraq li ċ-ċertifikat tal-konformità jkun fih ukoll l-informazzjoni kollha meħtieġa skont id-Direttiva 1999/37/KE.

(6)

Huwa xieraq, bil-għan li jiġi żgurat tħaddim xieraq tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-Komunità, li l-Annessi tad-Direttiva 2007/46/KE jiġu aġġornati sabiex dawn jiġu addattati għall-iżvilupp tal-għarfien xjentifiku u tekniku;

(7)

L-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE għandu jiġi sostitwit bix-xieraq;

(8)

L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ amministrazzjoni ġdida għall-ġbir tad-dejta kollha li għandha tissemma’ fiċ-ċertifikat ta’ konformità teħtieġ li jiġu implimentati arranġamenti xierqa mill-manifattur tal-vettura. Għalhekk, għandu jiġi pprovdut perjodu transizzjonali suffiċjenti li matulu, il-mudelli preċedenti taċ-ċertifikat tal-konformità jistgħu jibqgħu jintużaw.

(9)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE huwa mibdul bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Sad-29 ta’ April 2010, il-manifatturi jistgħu jipprovdu ċertifikati tal-konformità li jkunu skont il-mudell hekk kif stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (6).

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President

ANNESS

“ANNESS IX

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ TAL-KE

0.   OBJETTIVI

Iċ-ċertifikat ta’ konformità huwa dikjarazzjoni mogħtija mill-manifattur tal-vettura lix-xerrej sabiex iserraħlu moħħu li l-vettura li huwa jkun akkwista tikkonforma mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fl-Unjoni Ewropea fil-ħin meta din ġiet iffabbrikata.

Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu wkoll l-għan li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jirreġistraw vetturi mingħajr mal-applikant ikollu għaliex jipprovdi dokumentazzjoni teknika addizzjonali.

Għal dawn l-għanijiet, iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jinkludi:

(a)

in-Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura;

(b)

il-karatteristiċi tekniċi preċiżi tal-vettura (jiġifieri mhuwiex permess li tissemma xi medda ta’ valuri fid-daħliet varji).

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI

1.1.

Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jkun magħmul minn żewġ partijiet.

(a)

NAĦA I, li hija magħmula minn dikjarazzjoni ta’ konformità mill-manifattur. L-istess mudell huwa komuni għall-kategoriji ta’ vetturi kollha.

(b)

NAĦA 2, li hija deskrizzjoni teknika tal-karatteristiċi prinċipali tal-vettura. Il-mudell ta’ Naħa 2 huwa xieraq għal kull kategorija speċifika ta’ vetturi.

1.2.

Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jitfassal f’format massimu A4 (210 x 297 mm) jew f’folder ta’ format massimu A4.

1.3.

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fit-Taqsima O (b), il-valuri u l-unitajiet indikati fit-tieni Parti għandhom ikunu dawk mogħtija fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-atti regolatorji rilevanti. Fil-każ ta’ konformità tal-kontrolli tal-produzzjoni, il-valuri għandhom jiġu vverifikati skont il-metodi stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti. It-tolleranzi permessi f’dawk l-atti regolatorji għandhom jitqiesu.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊJALI

2.1.

Il-Mudell A taċ-ċertifikat tal-konformità (vettura kompluta) għandu jkopri l-vetturi li jistgħu jintużaw fuq it-triq mingħajr ma jkunu jeħtieġu xi fażi oħra għall-approvazzjoni tagħhom.

2.2.

Il-Mudell B taċ-ċertifikat ta’ konformità (vetturi kompluti) għandu jkopri vetturi li għaddew minn fażi oħra għall-approvazzjoni tagħhom.

Dan huwa r-riżultat normali tal-proċess ta’ approvazzjoni b’aktar minn fażi waħda (eż. xarabank mibnija minn manifattur tat-tieni fażi fuq xażi mibni minn manifattur ta’ vettura).

Il-karatteristiċi addizzjonali miżjudin matul il-proċess ta’ aktar minn fażi waħda għandhom jiġu deskritti fil-qosor.

2.3.

Il-Mudell Ċ taċ-ċertifikat ta’ konformità (vetturi mhux kompluti) għandu jkopri vetturi li jeħtieġu fażi oħra għall-approvazzjoni tagħhom (eż. xażi ta’ trakk).

Għajr għal tratturi għal semi-karrijiet, ċertifikati tal-konformità li jkopru vetturi-kabina li jappartjenu għall-kategorija N għandhom ikunu ta’ Mudell Ċ.

PARTI I

VETTURI KOMPLUTI U KKOMPLETATI

MUDELL A1 - NAĦA 1

VETTURI KOMPLUTI

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ TAL-KE

Naħa 1

Is-sottoskritt [… (Isem sħiħ u kariga)] b’dan jiċċertifika li l-vettura:

0.1

Għamla (Isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip: …

Varjant (a): …

Verżjoni (a): …

0.2.1.

Isem kummerċjali: …

0.4.

Kategorija ta’ vettura: …

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.6.

Post u metodu ta’ twaħħil tal-pjanċi statutorji: …

Post tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

0.9.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …

0.10.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

tikkonforma f’kull rigward mat-tip deskritt fl-approvazzjoni (… numru ta’ approvazzjoni tat-tip inkluż in-numru ta’ estensjoni) maħruġa nhar (… data tal-ħruġ) u

tista’ tiġi rreġistrata b’mod permanenti fi Stati Membri li għandhom traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug (b) u li jużaw unitajiet metriċi/imperjali (c) għall-miter tal-veloċità (d).

(Post) (Data): …

(Firma): …

MUDELL A2 - NAĦA 1

VETTURI KOMPLUTI TAT-TIP APPROVAT F’SERJE ŻGĦAR

[Sena]

[numru sekwenzjali]

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ TAL-KE

Naħa 1

Is-sottoskritt [… (Isem sħiħ u kariga)] b’dan jiċċertifika li l-vettura:

0.1

Għamla (Isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip: …

Varjant (a): …

Verżjoni (a): …

0.2.1.

Isem kummerċjali: …

0.4.

Kategorija ta’ vettura: …

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.6.

Post u metodu ta’ twaħħil tal-pjanċi statutorji: …

Post tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

0.9.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …

0.10.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

tikkonforma f’kull rigward mat-tip deskritt fl-approvazzjoni (… numru ta’ approvazzjoni tat-tip inkluż in-numru ta’ estensjoni) maħruġa nhar (… data tal-ħruġ) u

tista’ tiġi rreġistrata b’mod permanenti fi Stati Membri li għandhom traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug (b) u li jużaw unitajiet metriċi/imperjali (c) għall-miter tal-veloċità (d).

(Post) (Data): …

(Firma): …

MUDELL B – NAĦA 1

VETTURI KKOMPLETATI

ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ TAL-KE

Naħa 1

Is-sottoskritt [… (Isem sħiħ u kariga)] b’dan jiċċertifika li l-vettura:

0.1

Għamla (Isem kummerċjali tal-manifattur): …

0.2.

Tip: …

Varjant (a): …

Verżjoni (a): …

0.2.1.

Isem kummerċjali: …

0.4.

Kategorija ta’ vettura: …

0.5.

Isem u indirizz tal-manifattur: …

0.6.

Post u metodu ta’ twaħħil tal-pjanċi statutorji: …

Post tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

0.9.

Isem u indirizz tar-rappreżentant tal-manifattur (jekk applikabbli): …

0.10.

Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura: …

a)

ġiet ikkompletata u nbidlet (1) kif ġej: … u

b)

tikkonforma f’kull rigward mat-tip deskritt fl-approvazzjoni (… numru ta’ approvazzjoni tat-tip inkluż in-numru ta’ estensjoni) maħruġa nhar (… data tal-ħruġ) u

ċ)

tista’ tiġi rreġistrata b’mod permanenti fi Stati Membri li għandhom traffiku fuq in-naħa tal-lemin/xellug (b) u li jużaw unitajiet metriċi/imperjali (c) għall-miter tal-veloċità (d).

(Post) (Data): …

(Firma): …

Dokumenti mehmużin: Ċertifikat ta’ konformità kkunsinjat f’kull fażi preċedenti.

NAĦA 2

KATEGORIJA TA’ VETTURI M1

(vetturi kompluti u kkompletati)

Naħa 2

Karatteristiċi ta’ kostruzzjoni ġenerali

1.

Numru ta’ fusijiet: … u roti: …

3.

Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni): … …

Dimensjonijiet prinċipali

4.

Bażi tar-rota (e): … mm

4.1.

Spazju tal-fus:

 

1-2: …mm

 

2-3: …mm

 

3-4: …mm

5.

Tul: … mm

6.

Wisa’: … mm

7.

Għoli: … mm

Piżijiet

13.

Piż tal-vetturi fil-kundizzjoni ta’ tħaddim: … kg (f)

16.

Piżijiet massimi teknikament permessibbli

16.1.

Piżijiet massimi mgħobbija teknikament permessibbli: … kg

16.2.

Piż teknikament permessibbli fuq kull fus:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… eċċ.

16.4.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-kombinazzjoni: … kg

18.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-irmonkar fil-każ ta’:

18.1.

Karru bil-ganċ tal-ġbid: … kg

18.3.

Karru bil-fus fin-nofs: … kg

18.4.

Karru mhux ibbrejkjat: … kg

19.

Piż vertikali statiku massimu teknikament permissibbli fil-punt tal-iġġanċjar: … kg

Impjant tal-enerġija

20.

Manifattur tal-magna: …

21.

Kodiċi tal-magna kif immarkat fuq il-magna: …

22.

Prinċipju tal-mod kif taħdem: …

23.

Purament elettrika: iva/le (1)

23.1.

Vettura ibrida [taħdem bl-elettriku]: iva/le (1)

24.

Numru u arranġament taċ-ċilindri: …

25.

Ċilindrata tal-magna: … ċm3

26.

Fjuwil: Diesel/petrol/LPG/NG – Biometan/Etanol/Biodiesel/Idroġenu (1)

26.1.

Mono fjuwil/Bi fjuwil/Flex fjuwil (1)

27.

Potenza netta massima (g): … kW f’ … min-1 jew saħħa massima kontinwa mogħtija (mutur tal-elettriku) … kW (1)

Veloċità massima

29.

Veloċità massima: … km/h

Fusijiet u sospensjoni

30.

Trekk tal-fus(ijiet):

1.

… mm

2.

… mm

3.

… mm

35.

Kombinazzjoni tajer/rota (h): …

Brejkijiet

36.

Konnessjonijiet ta’ brejk ta’ karru mekkaniċi/elettriċi/pnewmatiċi/idrawliċi (1)

Karrozzerija

38.

Kodiċi għall-karrozzerija (i): …

40.

Kulur tal-vettura (j): …

41.

Numru u konfigurazzjoni ta’ bibien: …

42.

Numru ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda (inkluż tax-xufier) (k): …

42.1.

Sedil(i) imfassal/imfasslin sabiex jintuża(w) biss meta l-vettura tkun wieqfa: …

42.3.

Numru ta’ pożizzjonijiet aċċessibbli minn utent ta’ siġġu tar-roti: …

Prestazzjonijiet ambjentali

46.

Livell ta’ ħoss

Wieqfa: …dB(A) f’veloċità tal-magna: … min-1

Drive-by: … dB(A)

47.

Ammont ta’ emissjoni ta’ egżost (l): Euro …

48.

Emissjonijiet ta’ egżost (m):

Numru tal-att regolatorju bażi u tal-aħħar att regolatorju emendatorju applikabbli: …

1.1.

proċedura ta’ prova: Tip I jew ESC (1)

 

CO: …

 

HC: …

 

NOx: …

 

HC + NOx: …

 

Partikulati: …

Opaċità tad-duħħan (ELR): … (m-1)

1.2.

proċedura ta’ prova: Tip I (Euro 5 jew 6 (1))

 

CO: …

 

THC: …

 

NMHC: …

 

NOx: …

 

THC + NOx: …

 

Partikulati (massa): …

 

Partikuli (numru): …

2.

proċedura ta’ prova: ETC (jekk applikabbli)

 

CO: …

 

NOx: …

 

NMHC: …

 

THC: …

 

CH4: …

 

Partikulati: …

48.1.

Koeffiċjent ta’ assorbiment ikkoreġut tad-duħħan: … (m-1)

49.

Emissjonijiet ta’ CO2/konsum ta’ fjuwil/konsum ta’ enerġija elettrika (m):

1.

kull tip ta’ trasport b’magna għajr vetturi purament tal-elettriku

 

emissjonijiet ta’ CO2

Konsum ta’ fjuwil

Kundizzjonijiet urbani:

… g/km

… l/100 km/m3/100 km (1)

Kundizzjonijiet ekstra-urbani:

… g/km

… l/100 km/m3/100 km (1)

Ikkombinati

… g/km

… l/100 km/m3/100 km (1)

Peżati, ikkombinati

… g/km

… l/100 km

2.

vetturi purament tal-elettriku u vetturi tal-elettriku ibridi OVC

Konsum tal-enerġija elettrika (peżat, ikkombinat (1))

… Wh/km

Medda elettrika

… km

Mixxellanji

51.

Għal vetturi bi skop speċjali: denominazzjoni skont l-Anness II Taqsima 5: …

52.

Rimarki (n): …

NAĦA 2

KATEGORIJA TA’ VETTURI M2

(vetturi kompluti u kkompletati)

Naħa 2

Karatteristiċi ta’ kostruzzjoni ġenerali

1.

Numru ta’ fusijiet: … u roti: …

1.1.

Numru u pożizzjoni ta’ fusijiet b’roti doppji: …

2.

Fusijiet ikkwartjati (numru, pożizzjoni): …

3.

Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni): … …

Dimensjonijiet prinċipali

4.

Bażi tar-rota (e): … mm

4.1.

Spazju tal-fus:

 

1-2: … mm

 

2-3: … mm

 

3-4: … mm

5.

Tul: … mm

6.

Wisa’: … mm

7.

Għoli: … mm

9.

Distanza bejn it-tarf ta’ quddiem tal-vettura u ċ-ċentru tal-apparat ta’ gganċjar: …mm

12.

Sporġenza ta’ wara: … mm

Piżijiet

13.

Piż tal-vetturi fil-kundizzjoni ta’ tħaddim: … kg (f)

13.1.

Distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.

Piżijiet massimi teknikament permessibbli

16.1.

Piżijiet massimi mgħobbija teknikament permessibbli: … kg

16.2.

Piż teknikament permessibbli fuq kull fus:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.3.

Piż teknikament permessibbli fuq kull grupp ta’ fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.4.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-kombinazzjoni: … kg

17.

Reġistrazzjoni maħsuba/piżijiet massimi permessibbli waqt it-tħaddim fi traffiku nazzjonali/internazzjonali (1) (o)

17.1.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz: … kg

17.2.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz fuq kull fus:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg

17.3.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz fuq kull grupp ta’ fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg

17.4.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz tal-kombinazzjoni: … kg

18.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-irmonkar fil-każ ta’:

18.1.

Karru bil-ganċ tal-ġbid: … kg

18.3.

Karru bil-fus fin-nofs: … kg

18.4.

Karru mhux ibbrejkjat: … kg

19.

Piż statiku massimu teknikament permissibbli fil-punt tal-iġġanċjar: … kg

Impjant tal-enerġija

20.

Manifattur tal-magna: …

21.

Kodiċi tal-magna kif immarkat fuq il-magna: …

22.

Prinċipju tal-mod kif taħdem: …

23.

Purament elettrika: iva/le (1)

23.1.

Vettura ibrida [taħdem bl-elettriku]: iva/le (1)

24.

Numru u arranġament taċ-ċilindri: …

25.

Ċilindrata tal-magna: … ċm3

26.

Fjuwil: Diesel/petrol/LPG/NG – Biometan/Etanol/Biodiesel/Idroġenu (1)

26.1.

Mono fjuwil/Bi fjuwil/Flex fjuwil (1)

27.

Potenza netta massima (g): … kW f’ … min-1 jew saħħa massima kontinwa mogħtija (mutur tal-elettriku) … kW (1)

28.

Gearbox (tip): …

Veloċità massima

29.

Veloċità massima:

Fusijiet u sospensjoni

30.

Trekk tal-fus(ijiet):

1.

… mm

2.

… mm

3.

… mm

33.

Fus(ijiet) tas-sewqan mgħammra b’sospensjoni tal-arja jew ekwivalenti: iva/le (1)

35.

Kombinazzjoni tajer/rota (h): …

Brejkijiet

36.

Konnessjonijiet ta’ brejk ta’ karru mekkaniċi/elettriċi/pnewmatiċi/idrawliċi (1)

37.

Pressjoni fil-linja tat-tmigħ għal sistema ta’ brejkijiet tal-karru: … bar

Karrozzerija

38.

Kodiċi għall-karrozzerija (i): …

39.

Klassi ta’ vettura: klassi I/Klassi II/Klassi III/Klassi A/Klassi B (1)

41.

Numru u konfigurazzjoni ta’ bibien: …

42.

Numru ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda (inkluż tax-xufier) (k): …

42.1.

Sedil(i) imfassal/imfasslin sabiex jintuża(w) biss meta l-vettura tkun wieqfa: …

42.3.

Numru ta’ pożizzjonijiet aċċessibbli minn utent ta’ siġġu tar-roti: …

43.

Numru ta’ postijiet bilwieqfa: …

Apparat ta’ gganċjar

44.

Numru ta’ approvazzjoni jew marka ta’ approvazzjoni tal-apparat ta’ gganċjar (jekk mgħammar): …

45.1.

Valuri tal-karatteristiċi (1): D: …/ V: …/ S: …/ U: …

Prestazzjonijiet ambjentali

46.

Livell ta’ ħoss

Wieqfa: … dB(A) f’veloċità tal-magna: …min-1

Drive-by: … dB(A)

47.

Ammont ta’ emissjoni ta’ egżost (l): Euro …

48.

Emissjonijiet ta’ egżost (m):

Numru tal-att regolatorju bażi u tal-aħħar att regolatorju emendatorju applikabbli: …

1.1.

proċedura ta’ prova: Tip I jew ESC (1)

 

CO: …

 

HC: …

 

NOx: …

 

HC + NOx: …

 

Partikulati: …

Opaċità tad-duħħan (ELR): … (m-1)

1.2.

proċedura ta’ prova: Tip I (Euro 5 jew 6 (1))

 

CO: …

 

THC: …

 

NMHC: …

 

NOx: …

 

THC + NOx: …

 

Partikulati (massa): …

 

Partikuli (numru): …

2.

proċedura ta’ prova: ETC (jekk applikabbli)

 

CO: …

 

NOx: …

 

NMHC: …

 

THC: …

 

CH4: …

 

Partikulati: …

48.1.

Koeffiċjent ta’ assorbiment ikkoreġut tad-duħħan: … (m-1)

Mixxellanji

51.

Għal vetturi bi skop speċjali: denominazzjoni skont l-Anness II Taqsima 5: …

52.

Rimarki (n): …

NAĦA 2

KATEGORIJA TA’ VETTURI M3

(vetturi kompluti u kkompletati)

Naħa 2

Karatteristiċi ta’ kostruzzjoni ġenerali

1.

Numru ta’ fusijiet: … u roti: …

1.1.

Numru u pożizzjoni ta’ fusijiet b’roti doppji: …

2.

Fusijiet ikkwartjati (numru, pożizzjoni): …

3.

Fusijiet motorizzati (numru, pożizzjoni, interkonnessjoni): …

Dimensjonijiet prinċipali

4.

Bażi tar-rota (e): … mm

4.1.

Spazju tal-fus:

 

1-2: … mm

 

2-3: … mm

 

3-4: … mm

5.

Tul: … mm

6.

Wisa’: … mm

7.

Għoli: … mm

9.

Distanza bejn it-tarf ta’ quddiem tal-vettura u ċ-ċentru tal-apparat ta’ gganċjar: … mm

12.

Sporġenza ta’ wara: … mm

Piżijiet

13.

Piż tal-vetturi fil-kundizzjoni ta’ tħaddim: … kg (f)

13.1.

Distribuzzjoni ta’ dan il-piż bejn il-fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.

Piżijiet massimi teknikament permessibbli

16.1.

Piżijiet massimi mgħobbija teknikament permessibbli: … kg

16.2.

Piż teknikament permessibbli fuq kull fus:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.3.

Piż teknikament permessibbli fuq kull grupp ta’ fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg eċċ.

16.4.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-kombinazzjoni: … kg

17.

Reġistrazzjoni maħsuba/piżijiet massimi permessibbli waqt it-tħaddim fi traffiku nazzjonali/internazzjonali (1) (o)

17.1.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz: … kg

17.2.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz fuq kull fus:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg

17.3.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz fuq kull grupp ta’ fusijiet:

1.

… kg

2.

… kg

3.

… kg

17.4.

Reġistrazzjoni maħsuba/piż mgħobbi massimu permessibbli waqt is-servizz tal-kombinazzjoni: … kg

18.

Piż massimu teknikament permessibbli tal-irmonkar fil-każ ta’:

18.1.

Karru bil-ganċ tal-ġbid: … kg

18.3.

Karru bil-fus fin-nofs: … kg

18.4.

Karru mhux ibbrejkjat: … kg

19.

Piż statiku massimu teknikament permissibbli fil-punt tal-iġġanċjar: … kg

Impjant tal-enerġija

20.

Manifattur tal-magna: …

21.

Kodiċi tal-magna kif immarkat fuq il-magna: …

22.

Prinċipju tal-mod kif taħdem: …

23.

Purament elettrika: iva/le (1)

23.1.

Vettura ibrida [taħdem bl-elettriku]: iva/le (1)

24.

Numru u arranġament taċ-ċilindri: …

25.

Ċilindrata tal-magna: … ċm3

26.

Fjuwil: Diesel/petrol/LPG/NG – Biometan/Etanol/Biodiesel/Idroġenu (1)

26.1.

Mono fjuwil/Bi fjuwil/Flex fjuwil (1)

27.

Potenza netta massima (g): … kW f’ … min-1 jew saħħa massima kontinwa mogħtija (mutur tal-elettriku) … kW (1)

28.

Gearbox (tip): …

Veloċità massima

29.

Veloċità massima: … km/h

Fusijiet u sospensjoni

30.1.

Trekk ta’ kull fus ikkwartjat: … mm

30.2.

Trekk tal-fusijiet l-oħrajn kollha: … mm

32.

Pożizzjoni tal-fus(ijiet) li jitgħabbew: …

33.

Fus(ijiet) tas-sewqan mgħammra b’sospensjoni tal-arja jew ekwivalenti: iva/le (1)

35.

Kombinazzjoni tajer/rota (h): …

Brejkijiet

36.

Konnessjonijiet ta’ brejk ta’ karru mekkaniċi/elettriċi/pnewmatiċi/idrawliċi (1)

37.

Pressjoni fil-linja tat-tmigħ għal sistema ta’ brejkijiet tal-karru: … bar

Karrozzerija

38.

Kodiċi għall-karrozzerija (i): …

39.

Klassi ta’ vettura: klassi I/Klassi II/Klassi III/Klassi A/Klassi B (1)

41.

Numru u konfigurazzjoni ta’ bibien: …

42.

Numru ta’ pożizzjonijiet bilqiegħda (inkluż tax-xufier) (k): …

42.1.

Sedil(i) imfassal/imfasslin sabiex jintuża(w) biss meta l-vettura tkun wieqfa: …

42.2.

Numru ta’ pożizzjonijiet għal passiġġiera bilqiegħda: … (gverta ta’ isfel) … (gverta ta’ fuq)(inkluż ix-xufier)

42.3.

Numru ta’ pożizzjonijiet aċċessibbli minn utent ta’ siġġu tar-roti: …

43.

Numru ta’ postijiet bilwieqfa: …

Apparat ta’ gganċjar

44.

Numru ta’ approvazzjoni jew marka ta’ approvazzjoni tal-apparat ta’ gganċjar (jekk mgħammar): …

45.1.

Valuri tal-karatteristiċi (1): D: …/ V: …/ S: …/ U: …

Prestazzjonijiet ambjentali

46.

Livell ta’ ħoss

Wieqfa: … dB(A) f’veloċità tal-magna: … min-1

Drive-by: … dB(A)

47.

Ammont ta’ emissjoni ta’ egżost (l): Euro …

48.

Emissjonijiet ta’ egżost (m):

Numru tal-att regolatorju bażi u tal-aħħar att regolatorju emendatorju applikabbli: …

1.

proċedura ta’ prova: Tip I jew ESC (1)

 

CO: …

 

HC: …

 

NOx: …

 

HC + NOx: …

 

Partikulati: …

Opaċità tad-duħħan (ELR): … (m-1)

2.

proċedura ta’ prova: ETC (jekk applikabbli)