ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.122.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 122

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
16 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 404/2009 tal-15 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 405/2009 tal-15 ta’ Mejju 2009 li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2009

3

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

6

 

*

Direttiva 2009/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati (tfassil mill-ġdid) ( 1 )

28

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/386/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2009 dwar il-ħatra ta' tliet membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi maħluq permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG)

45

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/387/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 dwar l-implimentazzjoni ta’ prinċipji għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta f’applikazzjonijiet li jużaw l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3200)

47

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 404/2009

tal-15 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

73,9

MA

48,9

MK

80,5

TN

115,0

TR

101,0

ZZ

83,9

0707 00 05

JO

155,5

MA

32,7

TR

148,4

ZZ

112,2

0709 90 70

JO

216,7

TR

120,2

ZZ

168,5

0805 10 20

EG

42,4

IL

55,0

MA

48,3

TN

49,2

TR

99,9

US

49,3

ZZ

57,4

0805 50 10

AR

50,9

TR

47,7

ZA

59,1

ZZ

52,6

0808 10 80

AR

81,8

BR

75,3

CL

76,2

CN

97,7

MK

42,0

NZ

104,1

US

128,1

UY

71,7

ZA

85,7

ZZ

84,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 405/2009

tal-15 ta’ Mejju 2009

li jffissa d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju tal-importazzjoni huwa daqs il-prezz tal-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt tal-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz tal-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju tal-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv tal-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skont il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji tal-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Mejju 2009, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji tal-importazzjoni ġodda,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Mejju 2009, id-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-16 ta’ Mejju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

40,83

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

12,13

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

12,13

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

40,83


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.5.2009-14.5.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

203,46

122,31

Prezz FOB USA

209,29

199,29

179,29

104,36

Tariffa fuq il-Golf

11,25

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

15,02

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

16,34  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

16,83  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/6


DIRETTIVA 2009/23/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (3) ġiet emendata (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-Istati Membri għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu l-pubbliku minn riżultati mhux korretti ta’ operazzjonijiet ta’ użin permezz ta’ strumenti ta’ użin mhux awtomatiċi meta dawn jiġu użati għal ċerti kategoriji ta’ applikazzjonijiet.

(3)

F’kull Stat Membru, dispożizzjonijiet mandatarji jiffissaw b’mod partikolari l-ħtiġiet meħtieġa tar-rendiment ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi billi jispeċifikaw ir-rekwiżiti metroloġiċi u tekniċi, flimkien mal-proċeduri ta’ spezzjoni ta’ qabel u ta’ wara l-bidu tas-servizz. Dawn id-dispożizzjonijiet mandatarji ma jwasslux neċessarjament għal livelli differenti ta’ protezzjoni minn Stat Membru għal ieħor, imma, bin-nuqqas ta’ qbil bejniethom, ifixklu l-kummerċ fil-Komunità.

(4)

Din id-Direttiva għandha tiddefinixxi r-rekwiżiti mandatarji u essenzjali ta’ metroloġija u tħaddim dwar strumenti tal-użin mhux awtomatiċi. Biex tiffaċilita l-prova ta’ konformità mal-kundizzjonjiet essenzjali, hemm bżonn li jkun hemm standards armonizzati fuq livell Ewropew, b’mod partikolari fil-qasam tal-karatteristiċi metroloġiċi, ta’ disinn u ta’ kostruzzjoni, sabiex dawk l-istrumenti li jikkonformaw ma’ dawn l-istandards armonizzati jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala konformi mar-rekwiżiti essenzjali. Dawn l-istandards, armonizzati fuq livell Ewropew jiġu miktuba minn korpi privati u għandhom jibqgħu f’test mhux mandatarju. Għal dan il-għan il-Kumitat Ewropew ta’ Standardizzazzjoni (KEN) u l-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (KEnelec) u l-Istitut Ewropew għall-Istandardizzazzjoni tat-telekomunikazzjoni (ETSI) huma rrikonoxxuti bħala l-korpi kompetenti għall-adozzjoni ta’ standards armonizzati skond il-gwidi ġenerali (5) għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (AELE) u dawk it-tliet korpi, iffirmati nhar it-28 ta’ Marzu 2003.

(5)

Ġew adottati serje ta’ Direttivi maħsubin sabiex ineħħu l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ b’mod konformi mal-prinċipji stabbiliti fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi (6); kull waħda minn dawn id-Direttivi tipprovvdi għat-twaħħil tal-marka tal-konformità “CE”. Fil-Kommunikazzjoni tagħha tal-15 ta’ Ġunju 1989 (7) dwar approċċ globali għaċ-ċertifikazzjoni u l-ittestjar, il-Kummissjoni pproponiet li jsiru regoli komuni li jikkonċernaw immarkjar ta’ konformità “KE” b’disinn sempliċi; billi, fir-Riżoluzzjoni tagħha tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar approċċ globali għal evalwazzjoni ta’ konformità (8), il-Kunsill approva bħala prinċipju ta’ gwida l-adozzjoni tal-approċċ konsistenti bħal dan fir-rigward tal-użu tal-marka tal-konformità “CE”. Iż-żewġ elementi bażiċi tal-approċċ il-ġdid li għandu jiġi applikat huma għalhekk il-ħtiġiet essenzjali u l-proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità.

(6)

L-evalwazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet metroloġiċi u tekniċi relevanti hija meħtieġa biex tipprovdi protezzjoni effettiva għall-utenti u għall-partijiet terzi. Il-proċeduri eżistenti ta’ evalwazzjoni ta’ konformità huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor. Biex jiġu evitati stimi multipli ta’ konformità, li huma fil-fatt ostakoli għall-moviment liberu ta’ strumenti, għandhom isiru arranġamenti għar-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità bejn l-Istati Membri. Biex jiġi ffaċilitat ir-rikonoxximent reċiproku ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri Komunitarji, flimkien ma’ kriterji għall-ħatra ta’ korpi responsabbli għat-twettieq ta’ xogħlijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ proċeduri ta’ evalwazzjoni tal-konformità.

(7)

Huwa għaldaqstant essenzjali li jiġi żgurat li dawn il-korpi maħtura jiżguraw livell għoli ta’ kwalità fil-Komunità.

(8)

Il-preżenza ta’ strument ta’ użin li mhuwiex awtomatiku bl-immarkar “CE” tal-konformità jew tal-istiker li fiha l-ittra “M” għandha tindika li hemm preżunzjoni li dan jissodisfa d-dispożizzjonijiiet ta’ din id-Direttiva u li għaldaqstant, ma jkunx hemm bżonn li jiġu ripetuti l-valutazzjonijiet ta’ konformità li diġà jkunu saru.

(9)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

IL-KAPITOLU 1

IL-KAMP TAL-APPLIKAZZJONI, IT-TQEGĦID FIS-SUQ U L-MOVIMENT LIBERU

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-istrumenti kollha mhux awtomatiċi.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandha ssir distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ użu ta’ strumenti tal-użin mhux awtomatiċi li ġejjin:

a)

(i)

id-determinazzjoni tal-massa għal transazzjonijiet kummerċjali;

(ii)

id-determinazzjoni tal-massa għall-kalkolazzjoni ta’ nollijiet, tariffi, taxxa, bonus, penali, rimunerazzjoni, indennità jew tip simili ta’ pagament;

(iii)

id-determinazzjoni tal-massa għall-applikazzjoni tal-liġijiet jew tar-regolamenti jew għal opinjoni esperta mogħtija fi proċeduri tal-qorti;

(iv)

id-determinazzjoni tal-massa fil-prattika tal-mediċina, għall-użin ta’ pazjenti għal għanijiet ta’ osservazzjoni, dijanjosi u trattament mediku;

(v)

id-determinazzjoni tal-massa sabiex isiru mediċini fuq preskrizzjoni fi spiżeriji u d-determinazzjoni tal-massa f’analiżi mwettqa ġewwa laboratorji mediċi u farmaċewtiċi;

(vi)

id-determinazzjoni ta’ prezz fuq il-bażi tal-massa għall-għan ta’ bejgħ dirett lill-pubbliku u għall-manifattura ta’ imballaġġ qabel il-bejgħ;

b)

l-applikazzjonijiet kollha għajr dawk elenkati f’punt (a).

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.

“Strument ta’ użin”, huwa strument ta’ kejl li jservi sabiex jistabbilixxi l-massa ta’ oġġett billi juża l-azzjoni tal-gravità fuq dak l-oġġett; strument ta’ użin jista’ wkoll iservi biex jistabbilixxi daqsijiet, kwantitajiet, parametri jew karatteristiċi oħra li huma relatati mal-massa;

2.

“Strument ta’ użin li mhuwiex awtomatiku” jew “strument”, huwa definit bħala strument ta’ użin li għandu bżonn l-intervent ta’ operatur waqt l-użin;

3.

“Standard armonizzat” huwa speċifikazzjoni teknika (standard jew dokument armonizzat Ewropew) adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (KEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Kenelec), jew l-Istitut Ewropew għall-Istandards fit-Telekomunikazzjoni (ETSI), jew minn tnejn jew tlieta minn dawn l-organizzazzjonijiet jew it-tlieta fuq mandat tal-Kummissjoni skond id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/34/KE tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (9) u l-linji ta’ gwida ġenerali għall-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Kummerċ Ħieles (AELE) u dawn it-tliet organizzazzjonijiet, iffirmati fit-28 ta’ Marzu 2003.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass meħtieġ sabiex jiżguraw illi huma biss dawk l-istrumenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li jkunu jistgħu jitpoġġew fis-suq.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-istrumenti ma jistgħux jiddaħħlu fis-servizz għall-użi enumerati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) jekk ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, u b’mod konformi jkollhom l-immarkar tal-konformità “CE” msemmi fl-Artikolu 11.

Artikolu 4

L-istrumenti użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil- punt (a) tal-Artikolu 1(2) għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I.

F’każijiet fejn l-istrument jinkludi, jew huwa konness ma’, strumenti li mhumiex użati għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2) dawn l-istrumenti m’għandhomx ikunu soġġetti għal dawk il-ħtiġiet essenzjali.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri m’għandhomx jimpedixxu t-tqegħid fis-suq ta’ strumenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri m’għandhomx jimpedixxu it-tqegħid fis-servizz għall-iskopijiet msemmija fl-Artikolu 1, it-tieni paragrafu, punt 1) ta’ strumenti li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 6

1.   L-Istati Membri għandhom jippreżumu l-konformità mal-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Anness I, fir-rigward ta’ strumenti li jissodisfaw l-istandards nazzjonali rilevanti li jimplimentaw l-istandards armonizzati li jissodisfaw dawn il-ħtiġiet essenzjali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-referenzi tal-istandards armonizzati msemmija fil-paragrafu 1 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ir-referenzi tal-istandards nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1.

L-Artikolu 7

Meta Stat Membru jew il-Kummissjoni tikkonsidra li l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1) ma jissodisfawx kompletament il-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Anness I, il-Kummissjoni jew l-Istat Membru konċernat għandu jippreżenta l-każ quddiem il-Kumitat Permanenti stabbilit taħt l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ «il-Kumitat», billi jagħti r-raġunijiet għall-pożizzjoni tiegħu.

Il-Kumitat għandu jagħti opinjoni mingħajr dewmien.

Fid-dawl tal-opinjoni tal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, jekk hemmx bżonn jew le, li jiġu rtirati dawk l-istandards mill-pubblikazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 6(2).

Artikolu 8

1.   Meta Stat Membru jikkonsidra illi strumenti li għandhom immarkar tal-konformità “CE” msemmi fl-Anness II, punti 2, 3 u 4, ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva meta dawn jiġu installati b’mod korrett u wżati għall-iskopijiet li għalihom huma intenzjonati, huwa għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex ineħħi dawk l-istrumenti mis-suq jew li jipprojbixxi jew jirrestrinġi li dawn jibdew jitħaddmu jew/u milli dawn jitpoġġew fis-suq.

L-Istat Membru konċernat għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni b’din il-miżura, u jindika r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu, u b’mod partikolari jekk in-nuqqas ta’ konformità hijiex minħabba:

(a)

nuqqas li jintlaħqu l-ħtiġiet essenzjali msemmija fl-Anness I, fejn strumenti ma jissodisfawx l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1);

(b)

applikazzjoni mhux korretta tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1);

(c)

nuqqasijiet fl-istandards armonizzati infushom, msemmija fl-Artikolu 6(1).

2.   Il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-partijiet konċernati fl-inqas żmien possibbli.

Wara dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istat Membru, li jkun ħa l-azzjoni, bir-riżultat. Jekk issib illi l-miżura meħuda hija ġġustifikata, għandha tinforma b’dan immedjatament lill-Istati Membri l-oħrajn.

Jekk id-deċiżjoni tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-partijiet konċernati, għandha tippreżenta l-każ quddiem il-Kumitat fi żmien xahrejn, jekk l-Istat Membru li ħa l-miżuri ikollu l-ħsieb li jżommhom, u għandha sussegwentement tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Meta strument li ma jissodisfax il-kriterji ta’ konformità jkollu immarkar tal-konformità “CE”, l-Istat Membru kompetenti, għandu jieħu azzjoni addattata kontra min ikun waħħal dan l-immarkar u għandu jinforma b’dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkunu infurmati bil-progress u bir-riżultat ta’ din il-proċedura.

KAPITOLU 2

EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

Artikolu 9

1.   Il-konformità tal-istrumenti mal-ħtiġiet essenzjali stabbiliti fl-Anness I tista’ tiġi ċċertifikata b’waħda minn dawn il-proċeduri skond kif magħżul mill-applikant:

(a)

eżaminazzjoni tat-tip CE kif hemm referenza għaliha fl-Anness II, punt1, segwita jew bid-dikjarazzjoni ta’ konformità tat-tip CE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) kif msemmija fl-Anness II.2, jew bil-verifikazzjoni tal-KE kif stabbilit fl-Anness II, punt 3;

madankollu, l-eżaminazzjonijiet tat-tip CE m’għandhomx ikunu obbligatorji għal strumenti li ma jużawx strumenti elettroniċi u li l-apparat ta’ użin tal-massa tagħhom ma jużax molla sabiex jikkalkula t-tagħbija;

(b)

verifika tal-unit CE kif msemmija fl-Anness II, punt 4.

2.   Id-dokumenti u l-korrispondenza li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu abbozzati fil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru fejn għandhom isiru l-proċeduri msemmija, jew b’lingwa aċċettata mil-korp innotifikat skond l-Artikolu 10(1).

3.   Fejn l-istrumenti huma soġġetti għal Direttivi oħra li jkopru aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil tal-immarkar tal-konformità “CE”, dan tal-aħħar għandu jindika li l-istrumenti in kwistjoni huma preżunti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ dawk id-Direttivi l-oħra.

Iżda, fejn waħda jew aktar minn dawn id-Direttivi li japplikaw għall-istrumenti jippermettu lill-manifattur, waqt perjodu ta’ transizzjoni, li jagħżel liema arranġamenti japplika, l-immarkar tal-konformità “CE” għandu jindika konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi applikati mill-manifattur biss. F’dan il-każ, id-dettalji tad-Direttivi applikati, kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jingħataw fid-dokumenti, notifiki jew struzzjonijiet meħtieġa mid-Direttivi u li jakkumpanjaw lil dawn l-istrumenti.

Artikolu 10

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bil-korpi li nnominaw sabiex iwettqu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9 flimkien max-xogħlijiet speċifiċi li dawn il-korpi ġew nominati sabiex iwettqu u n-numri ta’ identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista tal-korpi notifikati u n-numri ta’ identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet li għalihom ġew notifikati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li din il-lista tinżamm aġġornata.

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-kriterji minimi stabbilti fl-Anness V għall-korpi magħżula. Għandu jkun hemm il-preżunzjoni li l-korpi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti mill-istandards armonizzati rilevanti jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-imsemmi Anness.

3.   Stat Membru li jkun ħatar korp għandu jikkanċella l-ħatra jekk dan ma jibqax jissodisfa l-kriterji għall-ħatra tiegħu msemmija fil-paragrafu 2. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni b’dan u għandu jirtira n-notifika.

KAPITOLU 3

IMMARKAR TAL-KONFORMITÀ “CE” U L-ISKRIZZJONIJIET

Artikolu 11

1.   L-immarkar tal-konformità “CE” u d-data supplimentari meħtieġa hekk kif deskritta fl-Anness IV, punt 1 għandhom jitwaħħul b’mod li jkunu jidhru b’mod ċar, li jista’ jinqara faċilment u f’forma li ma tistax titħassar fuq strumenti li għalihom ġiet stabbilita l-konformità għall-immarkar tal-KE.

2.   L-iskrizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Anness IV, il-punt 2 għandhom jitwaħħlu mal-istrumenti l-oħra kollha, b’tali mod li jkunu jidhru b’mod ċar, jinqraw faċilment u b’mod li ma tistax titħassar.

3.   It-twaħħil ta’ marki fuq l-istrumenti li jafu jqarrqu b’terzi persuni fejn jidħol it-tifsir u l-forma tal-immarkar tal-konformità “CE” għandu jiġi projbit. Tista’ titwaħħal kull marka oħra mal-istrumenti sakemm il-visibilità u l-leġibilità tal-immarkar tal-konformità “CE” ma jkunux b’hekk imnaqqsa.

Artikolu 12

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8:

(a)

fejn Stat Membru jistabbilixxi li marka tal-konformità “CE” ġiet imwaħħla bla raġuni, il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jkun obbligat li jagħmel l-istrument konformi fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-immarkar tal-konformità “CE” u li jwaqqaf il-ksur tar-regolament taħt il-kondizzjonijiet imposti mill-Istat Membru;

(b)

fejn in-nuqqas ta’ konformità jissokta, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jirristrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-istrument in kwistjoni jew li jiżgura li jitneħħa mis-suq b’mod konformi mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 8.

Artikolu 13

Meta strument li huwa wżat għal waħda mill-applikazzjonijiet enumerati fil-punt (a) ta’ Artikolu 1(2) jinkludi jew ikun konness ma’ strumenti li ma ġewx soġġetti għall-evalwazzjoni tal-konformità kif imsemmi fl-Artikolu 9, kull wieħed minn dawn l-istrumenti għandu juri s-simbolu li jillimita l-użu tiegħu kif hemm definit fl-Anness IV, punt 3. Dan is-simbolu għandu jitwaħħal mal-istrument b’mod li jidher ċar u b’mod li ma jitħassarx.

KAPITOLU 4

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 14

L-Istati Membri għandhom jieħdu kull pass biex jiżguraw illi l-istrumenti li juru li l-immarkar tal-konformità “CE” li jiggarantixxi l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva jkomplu jkunu konformi ma’ dawn il-ħtiġiet.

Artikolu 15

Kull deċiżjoni meħuda skond din id-Direttiva u li tirriżulta f’restrizzjonijiet fuq il-bidu tat-tħaddim ta’ strument għandha tiddikjara r-raġunijiet eżatti li fuqhom tkun ibbażata.

Deċiżjoni bħal din, għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-parti konċernata, li għandha fl-istess ħin tiġi informata bir-rimedji ġudizzjarji li huma disponibbli għaliha taħt il-liġi fis-seħħ fl-Istat Membru konċernat u fuq il-limiti ta’ żmien li huma soġġetti għalihom dawn ir-rimedji.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni kull test tad-dispożizzjonijiet essenzjali tal-liġi interna li huma jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 17

Id-Direttiva 90/384/KEE, kif emendata mid-Direttiva mniżżla fl-Anness VII, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness VII, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 18

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 19

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 44, 16.2.2008, p. 33.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 323 E, 18.12.2008 p. 57) . u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1.

(4)  Ara l-Anness VII, Parti A.

(5)  ĠU C 91, 16.4.2003, p. 7.

(6)  ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

(7)  ĠU C 267, 19.10.1989, p. 3.

(8)  ĠU C 10, 16.1.1990, p. 1.

(9)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


ANNESS I

ĦTIĠIET ESSENZJALI

It-terminoloġija użata hija dik tal-Organizzazzjoni Internationali tal-Metroloġija Legali.

Osservazzjoni preliminari

Meta strument jinkludi jew ikun konness ma’ iktar minn strument indikatur jew stampatur wieħed, użat għall-applikazzjonijiet elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(2), dawk l-istrumenti li jirrepetu r-riżultati tal-operazzjoni ta’ użin u li ma jistgħux jinfluwenzaw it-tħaddim kif suppost tal-istrument, m’għandhomx ikunu soġġetti għall-ħtiġiet essenzjali, jekk ir-riżultati tal-użin jiġu stampati jew irrikordjati b’mod korrett u b’mod li ma jitħassarx minn parti tal-istrument li jissodisfa l-ħtiġiet essenzjali, u r-riżultati jkunu aċċessibbli għaż-żewġ partijiet konċernati mill-kejl. Madankollu, l-istrumenti użati għall-bejgħ dirett lill-pubbliku, strumenti ta’ wiri u ta’ stampar għall-bejjiegħ u għall-konsumatur, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet essenzjali.

ĦTIĠIET METROLOĠIĊI

1.   Unitajiet tal-massa

L-unitajiet tal-massa użati għandhom ikunu l-unitajiet legali skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 80/181/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1979 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (1).

Soġġetti għall-konformità ma’ din il-kundizzjoni, jistgħu jintużaw l-unitajiet li ġejjin:

unitajiet SI: kilogramm, mikrogramm, milligramm, gramm, tunnellata,

unità tas-sistema imperjali: uqija Troy, għall-użin ta’ metalli prezzjużi,

unità oħra mhux SI: carat mettriku, għall-użin ta’ ħaġar prezzjuż.

Għal strumenti li jużaw l-unità Imperjali msemmija hawn fuq, il-ħtiġiet essenzjali rilevanti speċifikati hawn taħt, għandhom jiġu maqlubin għall-imsejħa unità Imperjali, bl-użu ta’ interpolazzjoni sempliċi.

2.   Klassijiet ta’ preċiżjoni

2.1.   Ġew definiti l-klassijiet ta’ preċiżjoni li ġejjin:

I

speċjali

II

għolja

III

medja

IIII

ordinarja

L-ispeċifikazzjonijiet ta’ dawn il-klassijiet huma mogħtija fit-Tabella 1.

Tabella 1

Klassijiet ta’ preċiżjoni

Klassi

Intervall tal-iskala tal-verifika (e)

Kapacità minima (Min)

Numru ta’ intervalli tal-iskala tal-verifika

FOR-L_2009122MT.01001101.notes.0001.xml.jpg

Valur minimu

Valur minimu

Valur massimu

I

0,001

g ≤e

100 e

50 000

II

0,001

g ≤e ≤ 0,05 g

20 e

100

100 000

0,1

g ≤ e

50 e

5 000

100 000

III

0,1

g ≤e ≤ 2g

20 e

100

10 000

5

g ≤ e

20 e

500

10 000

IIII

5

g ≤ e

10 e

100

1 000

Il-kapaċità minima hija mnaqqsa għal 5 e għal strumenti fil-klassijiet II u III biex tiġi stabbilita tariffa ta’ trasferiment.

2.2.   Intervalli fl-iskala

2.2.1.

L-intervall fl-iskala attwali (d) u l-verifika tal-intervall fl-iskala (e) għandu jkun fil-forma:

1×10k, 2×10k, jew 5×10k unitajiet tal-massa,

k huwa kull numru sħiħ jew żero.

2.2.2.

Għall-istrumenti kollha għajr dawk bi strumenti indikattivi awżiljari:

d = e

2.2.3.

Għall-istrumenti bi strumenti indikattivi awżiljari, japplikaw il-ħtiġiet li ġejjin:

e = 1×10k g

d < e ≤ 10 d

għajr għal strumenti tal-klassi I bi d < 10–4 g, li għalihom e = 10–3 g.

3.   Klassifikazzjoni

3.1.   Strumenti bi skala waħda ta’ użin

L-istrumenti mgħammra bi strumenti indikattivi awżiljari għandhom jiffurmaw parti minn klassi I jew klassi II. Għal dawn l-istrumenti l-limiti l-aktar baxxi tal-kapaċità minima għal dawn iż-żewġ klassijiet jistgħu jiġu miksuba mit-Tabella 1 billi wieħed jissostitwixxi, fil-kolonna 3, l-intervall tal-iskala ta’ verifika (e) bl-intervall attwali tal-iskala (d).

Jekk d < 10–4 g, il-kapaċità massima tal-klassi 1 jista’ jkun inqas minn 50 000 e.

3.2.   Strumenti bi skali multipli ta’ użin

Huma permessi skali mutipli ta’ użin, sakemm dawn ikunu indikati b’mod ċar fuq l-istrument. Kull skala ta’ użin individwali hija kklassifikata skond il-punt 3.1. Jekk l-iskala ta’ użin taqa’ taħt klassijiet differenti ta’ preċiżjoni, l-istrument għandu jkun konformi mal-aktar ħtiġiet stretti li japplikaw għall-klassijiet ta’ preċiżjoni li fihom jaqgħu l-iskali ta’ użin.

3.3.   Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

3.3.1.

Strumenti bi skala ta’ użin waħda jista’ jkollhom bosta skali ta’ użin parzjali (strumenti b’aktar minn intervall wieħed).

Strumenti b’aktar minn intervall wieħed ma jistax ikollhom strument indikatur awżiljari.

3.3.2.

Kull skala ta’ użin parzjali 1 ta’ strumenti ta’ użin b’aktar minn intervall wieħed hija definita kif ġej:

l-intervall tal-iskala tal-verifika tiegħu ei

b’ e(i + 1) > ei

il-kapaċità massima Maxi

b’ Maxr = Max

il-kapaċità minima Mini

b’ Mini = Max (i – 1)

u Min1 = Min

fejn:

i

=

1, 2, … r,

i

=

numru tal-iskala tal-użin parzjali,

r

=

in-numru totali tal-iskali ta’ użin parzjali.

Il-kapaċitajiet kollha huma kapaċitajiet ta’ użin nett, irrispettivament mill-valur ta’ kull tara użata.

3.3.3.

L-iskali ta’ użin parzjali huma kklassifikati skond it-Tabella 2. L-iskali kollha ta’ użin parzjali għandhom jaqgħu taħt l-istess klassi ta’ preċiżjoni, dik il-klassi tkun il-klassi ta’ preċiżjoni ta’ dak l-istrument.

Tabella 2

Strumenti ta’ aktar minn intervall wieħed

i

=

1, 2, … r

i

=

numru tal-iskala ta’ użin parzjali

r

=

in-numru totali tal-iskali ta’ użin parzjali


Klassi

Intervall tal-iskala ta’ verifika (e)

Kapacità minima (Min)

Numru ta’ intervalli tal-iskala ta’ verifika

Valur minimu

Valur minimu (2)

FOR-L_2009122MT.01001101.notes.0002.xml.jpg

Valur massimu

FOR-L_2009122MT.01001101.notes.0003.xml.jpg

I

0,001

g ≤ei

100 el

50 000

II

0,001

g ≤ei ≤ 0,05g

20 el

5 000

100 000

0,1

g ≤ ei

50 el

5 000

100 000

III

0,1

g ≤ ei

20 el

500

10 000

IIII

5

g ≤ ei

10 el

50

1 000

4.   Preċiżjoni

4.1.   Kif wieħed jimplimenta l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9, l-iżball tal-indikazzjoni m’għandux ikun aktar mill-iżball massimu permissibbli tal-indikazzjoni kif jidher fit-Tabella 3. Fil-każ ta’ indikazzjoni numerika, l-iżball tal-indikazzjoni għandu jiġi korrett għall-iżball aġġustat.

L-iżbalji massimi permissibbli japplikaw għall-valur nett u tat-tara għal kull tagħbija possibli, minbarra l-valuri tat-tara stabbiliti minn qabel.

It-Tabella 3

Żbalji massimi permissibbli

Tagħbija

Żball massimu permess

Klassi I

Klassi II

Klassi III

Klassi IIII

0 ≤ m ≤ 50 000 e

0 ≤ m ≤ 5 000 e

0 ≤ m ≤ 500 e

0 ≤ m ≤ 50 e

±0,5 e

50 000 e < m ≤ 200 000 e

5 000 e < m ≤ 20 000 e

500 e < m ≤ 2 000 e

50 e < m ≤ 200 e

±1,0 e

200 000 e < m

20 000 e < m ≤ 100 000 e

2 000 e < m ≤ 10 000 e

200 e < m ≤ 1 000 e

±1,5 e

4.2.   L-iżbalji massimi permissibbli fit-tħaddim huma d-doppju tal-iżbalji massimi permessibbli stabbiliti fit-taqsima 4.1.

5.   Ir-riżultati tal-użin ta’ strument għandhom ikunu jistgħu jiġu repetuti, u għandhom ikunu riproduċibbli minn strumenti oħra indikattivi użati u b’metodi oħra ta’ użin użati.

Ir-riżultati tal-użin għandhom ikunu insensittivti biżżejjed għal bidliet fil-pożizzjoni tal-massa fuq ir-riċevitur tat-tagħbija.

6.   L-istrument għandu jirreaġixxi għal varjazzjonijiet żgħar fit-tagħbija.

7.   Kwantitajiet ta’ influwenza u ħin

7.1.   L-istrumenti tal-klassijiet II, III u IIII, li jistgħu jintużaw f’pożizzjoni inklinata, għandhom ikunu insensittivi biżżejjed għall-grad ta’ inklinazzjoni li jista’ jseħħ fl-użu normali.

7.2.   L-istrumenti għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi fl-iskala ta’ temperatura speċifikata mill-manifattur. Il-valur ta’ din l-iskala għandu jkun tal-anqas ugwali għal:

5 °C għal strument tal-klassi I,

15 °C għal strument tal-klassi II,

30 °C għal strument tal-klassijiet III jew IIII.

Fin-nuqqas ta’ speċifikazzjoni tal-manifattur, tapplika l-iskala tat-temperatura ta’ bejn –10 °C sa + 40 °C.

7.3.   L-istrumenti mħaddmin mill-mains tal-elettriku għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi taħt il-ħtiġiet tal-provvista tal-enerġija fil-limiti tal-flutwazzjonijiet normali.

L-istrumenti li jaħdmu bl-enerġija ta’ batterija għandhom jindikaw kull meta l-vultaġġ jinżel taħt il-valur minimu neċessarju u għandhom, f’dawn iċ-ċirkostanzi, jew ikomplu jaħdmu b’mod korrett jew jintfew b’mod awtomatiku.

7.4.   Strumenti elettroniċi, għajr dawk tal-klassi I u fil-każ ta’ dawk fil-klassi II jekk e hija inqas minn 1 g, għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet metroloġiċi taħt ħtiġiet ta’ umdità relattivament għolja fil-limitu l-aktar għoli tal-iskala ta’ temperaturi tagħhom.

7.5.   It-tpoġġija ta’ tagħbija fuq strument tal-klassijiet II, III jew IIII għal perjodu twil ta’ ħin għandu jkollu effetti negliġibbli fuq l-indikazzjoni tal-massa jew fuq l-indikazzjoni żero, immedjatement wara li titneħħa t-tagħbija.

7.6.   Taħt kondizzjonijiet oħra, l-istrumenti għandhom jew jibqgħu jaħdmu b’mod korret jew jintfew b’mod awtomatiku.

Disinn u kostruzzjoni

8.   Ħtiġiet ġenerali

8.1.   Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-istrumenti għandha tkun tali li l-istrumenti jżommu l-kwalitajiet metroloġiċi tagħhom meta dawn jintużaw u jiġu installati b’mod korrett u meta jintużaw fl-ambjent li kienu maħsuba għalih. Il-valur tal-massa għandu jiġi indikat.

8.2.   Meta l-istrumenti elettroniċi jkunu esposti għal interruzzjonijiet, dawn m’għandhomx juru l-effetti ta’ ħsarat sinnifikanti jew inkella għandhom josservawhom u jindikawhom b’mod awtomatiku.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinifikanti, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm titlaq il-ħsara.

8.3.   Il-ħtiġiet tal-punti 8.1 u 8.2 għandhom jiġu sodisfatti fuq perjodu ta’ żmien li huma normali meta wieħed iżomm f’moħħu l-għan li l-istrumenti kienu maħsubin għalih.

Strumenti elettroniċi numeriċi għandhom dejjem jeżerċitaw kontroll adegwat tal-operazzjoni korretta tal-proċess ta’ użin, tat-tagħmir indikattiv u tal-ħażna tad-data u tat-trasferiment tad-data.

Fuq osservazzjoni awtomatika ta’ ħsara sinifikanti fuq tul taż-żmien, l-istrumenti elettroniċi għandhom jipprovdu allarm viżwali jew li jista’ jinstema’ li jibqa’ għaddej sakemm min ikun qiegħed juża’ l-istrument jieħu azzjoni ta’ korrezzjoni jew sakemm l-iżball ma jibqax hemm.

8.4.   Meta tagħmir estern jiġi mqabbad ma’ strument elettroniku permezz ta’ ċirkwit tal-elettriku adattat, il-kwalitajiet metroloġiċi tal-istrumenti m’għandhomx jiġu affettwati b’mod kontra.

8.5.   L-istrumenti m’għandhomx ikollhom karatteristiċi li jistgħu jiffaċilitaw l-użu bi frodi tal-istrument, filwaqt li l-possibilitajiet għal użu ħażin mhux intenzjonat għandhom ikunu minimi. Il-komponenti li m’għandhomx jiġu żarmati jew aġġustati mill-utent għandhom ikunu protetti minn dawn it-tipi ta’ azzjonijiet.

8.6.   L-istrumenti għandhom ikunu ddisinnjati b’tali modi li jippermettu eżekuzzjoni fil-pront tal-kontrolli statutorji stabbiliti f’din id-Direttiva.

9.   Indikazzjoni tar-riżultati tal-użin u valuri oħra ta’ użin

L-indikazzjoni tar-riżultati ta’ użin u valuri oħra ta’ użin għandhom ikunu preċiżi, mhux ambigwi u li jiggwidaw tajjeb u l-istrument indikatur għandu jippermetti li l-indikazzjoni tinqara b’mod faċli taħt kondizzjonijiet ta’ użu normali.

L-ismijiet u s-simboli tal-unitajiet msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Anness għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 80/181/KEE biż-żieda tas-simbolu għall-carat metriku li għandu jkun is-simbolu «ct».

L-indikazzjoni m’għandiex tkun possibbli 'l fuq mill-kapaċità massima (Max), miżjuda b’9 e.

Strument indikattiv awżiljari huwa permess biss fuq in-naħa tal-lemin tal-marka deċimali. Strument indikattiv estiż jista’ jiġi użat biss b’mod temporanju, u m’għandux ikun jista’ jsir stampar matul it-tħaddim tiegħu.

Indikazzjonijiet sekondarji jistgħu jiġu murija, sakemm dawn ma jkunux jistgħu jiġu interpretati bħala indikazzjonijiet primarji.

10.   Stampar tar-riżultat tal-użin u valuri oħra ta’ piż

Ir-riżultati stampati għandhom ikunu korretti, identifikati b’mod xieraq u mhux ambigwi. L-istampar għandu jkun ċar, leġġibbli, ma jistax jitħassar u li jżomm maż-żmien.

11.   Invellar

Fejn ikun xieraq, l-istrumenti għandhom ikunu installati bi strument ta’ invellar u indikatur tal-livell, li jkunu sensittivi biżżejjed li jippermettu installazzjoni xierqa.

12.   Immarkar preċiż taż-żero (zeroing)

L-istrumenti jista’ jkollhom strumenti ta’ mmarkar preċiż taż-żero (zeroing). L-operazzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u m’għandhomx iwasslu għal riżultati ta’ kejl mhux korretti.

13.   Strumenti tat-tara u strumenti tat-tara ssettjati minn qabel

L-istrumenti jista’ jkollhom strument tat-tara wieħed jew aktar jew strumenti tat-tara ssettjati minn qabel. L-operazzjonijiet ta’ dawn l-istrumenti tat-tara għandhom jirriżultaw fl-immarkar preċiż taż-żero u għandhom iwasslu għal użin nett korrett. L-operazzjoni tal-istrument tat-tara ssettjat minn qabel għandha tiżgura l-kalkolazzjoni korretta tal-valur nett ikkalkulat.

14.   Strumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku, b’kapaċità massima ta’ mhux aktar minn 100kg: ħtiġiet addizzjonali

L-istrumenti għall-bejgħ dirett lill-pubbliku għandhom juru l-informazzjoni essenzjali kollha dwar il-proċess ta’ użin u, fil-każ ta’ strumenti li jindikaw il-prezz, dawn għandhom juru b’mod ċar lill-konsumatur il-kalkolazzjoni tal-prezz tal-prodott li sejjer jinxtara.

Il-prezz li għandu jitħallas, jekk dan ikun indikat, għandu jkun preċiż.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz għandhom juru l-indikazzjonijiet essenzjali f’tul biżżejjed biex il-konsumatur ikun jista’ jaqrahom tajjeb.

L-istrumenti li jikkalkulaw il-prezz jista’ jkollhom funzjonijiet oħra għajr dawk li jiżnu kull oġġett u li jikkalkulaw il-prezz, biss jekk l-indikazzjonijiet kollha relatati għall-operazzjonijiet kollha ikunu stampati b’mod ċar u mhux ambigwu u li jidhru rranġati b’mod konvenjenti fuq biljett jew tikketta għall-konsumatur.

L-istrumenti m’għandhomx ikollhom karatteristiċi li jistgħu jikkawżaw b’mod dirett jew indirett, indikazzjonijiet li l-interpretazzjoni tagħhom ma tkunx faċli jew diretta.

L-istrumenti għandhom jipproteġu lill-konsumaturi minn operazzjonijiet ta’ bejgħ mhux korretti minħabba li l-istrument ma jkunx qiegħed jaħdem tajjeb.

Strumenti indikattivi awżiljari u strumenti indikattivi estiżi mhumiex permessi.

Strumenti supplimentari huma permessi biss jekk dawn ma jistgħux iwasslu għal użu bi frodi.

L-istrumenti simili għal dawk li huma normalmenti użati fil-bejgħ dirett lill-pubbliku li ma jissodisfawx il-ħtiġiet ta’ din it-taqsima għandhom juru ħdejn id-display il-marka li ma titħassarx, “M’għandux jiġi użat għal bejgħ dirett lill-pubbliku”.

15.   Strumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet

L-istrumenti ta’ ttikkettjar tal-prezzijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet tal-istrumenti li jindikaw il-prezzijiet għall-bejgħ dirett lill-pubbliku sa fejn japplika għall-istrument konċernat. L-istampar tat-tikketta tal-prezz m’għandux ikun possibbli taħt kapaċità minima.


(1)  ĠU L 39, 15.2.1980, p. 40.

(2)  Għal i = r, il-kolonna korrispondenti tat-Tabella 1 tapplika, fejn e giet mibdula b’er.


ANNESS II

PROĊEDURI TA’ EVALWAZZJONI TAL-KONFORMITÀ

1.   Eżami tat-tip CE

1.1.   L-eżami tat-tip CE hija l-proċedura li biha korp notifikat jivverifika u jiċċertifika li strument, rappreżentattiv tal-produzzjoni maħsuba, jissodisfa l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

1.2.   L-applikazzjoni tal-eżami tat-tip CE għandha tiġi ddepożitata għand korp wieħed innotifikat mill-manifattur jew rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunita.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

l-isem u l-indirizz tal-manifattur u, jekk l-applikazzjoni tiġi ddepożitata mir-rappreżentant awtorizzat, l-isem u l-indirizz ta’ dan ir-rappreżentant ukoll,

dikjarazzjoni bil-miktub li l-applikazzjoni ma ġietx ddepożitata ma’ korp ieħor innotifikat,

id-dokumentazzjoni tad-disinn, kif deskritta fl-Anness III.

L-applikant għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-korp innotifikat, strument, li jirrappreżenta l-produzzjoni maħsuba, minn hawn ’il quddiem it-“tip”.

1.3.   Il-korp innotifikat għandu:

1.3.1.

jeżamina d-dokumentazzjoni tad-disinn u jivverifika li t-tip ġie manifatturat skond din id-dokumentazzjoni;

1.3.2.

jaqbel mal-applikant fuq il-lok fejn għandhom isiru l-eżaminazzjonijiet u/jew it-testijiet li għandhom isiru;

1.3.3.

jagħmel jew ikun għamel l-eżaminazzjonijiet adattati u/jew it-testijiet biex jiċċekkja jekk is-soluzzjonijiet adottati mill-manifattur jissodisfawx il-ħtiġiet, meta l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1) ma jkunux ġew applikati;

1.3.4.

jagħmel jew ikun għamel l-eżaminazzjonijiet adattati u/jew it-testijiet biex jiċċekkja jekk, fejn il-manifattur ikun għażel li japplika l-istandards relevanti, dawn ikunux ġew applikati b’mod effettiv, b’hekk jiżgura li hemm il-konformità mal-ħtiġiet essenzjali.

1.4.   Fejn it-tip jissodisfa d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-korp nnotifikat għandu joħroġ ċertifikat ta’ approvazzjoni tat-tip CE lill-applikant. Iċ-ċertifikat għandu jkollu l-konklużjonijiet tal-eżami, il-ħtiġiet (jekk ikun hemm) tal-validità tiegħu, id-data neċessarja għall-identifikazzjoni tal-istrument approvat u, jekk relevanti, deskrizzjoni ta’ kif jaħdem. L-elementi tekniċi rilevanti kollha, bħal disinni u taqsimiet, għandhom ikunu annessi maċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE.

Iċ-ċertifikat għandu jkoll perjodu ta’ validità ta’ għaxar snin mid-data tal-ħruġ tiegħu u jista’ jiġi mġedded għal perjodi sussegwenti ta’ għaxar snin kull wieħed.

Fil-każ ta’ bidliet fundamentali fid-disinn tal-istrument, per eżempju bħala riżultat tal-applikazzjoni ta’ tekniki ġodda, il-validità taċ-ċertifikat tista’ tiġi llimitata għal sentejn u mtawwla bi tliet snin.

1.5.   Kull korp innotifikat għandu jagħmel disponibbli għall-Istati Membri l-lista ta’:

l-applikazzjonijiet rċevuti għal eżami tat-tip CE,

iċ-ċertifikati maħruġa tal-approvazzjoni tat-tip CE,

l-applikazzjonijiet għal ċertifikati tat-tip rifjutati,

iż-żidiet u l-emendi li jkunu relatati mad-dokumenti diġà maħruġa.

Barra minn hekk, kull korp innotifikat għandu jinforma lill-Istati Membri kollha biċ-ċertifikati irtirati tal-approvazzjoni tat-tip.

Kull Stat Membru għandu jagħmel din l-informazzjoni disponibbli għall-korpi li jkun innotifika.

1.6.   Il-korpi nnotifikati l-oħra jistgħu jirċievu kopja taċ-ċertifikati flimkien mal-annessi tagħhom.

1.7.   L-applikant għandu jżomm lill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE infurmat b’kull modifika tat-tip approvat.

Il-modifiki tat-tip approvati jridu jirċievu approvazzjoni addizzjonali mill-korp innotifikat li jkun ħareġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE fejn il-bidliet ikunu jinfluwenzaw il-konformità tal-istrument mal-ħtiġiet essenzjali ta’ din id-Direttiva jew il-ħtiġiet preskritti għall-użu tal-istrument. Din l-approvazzjoni addizzjonali hija mogħtija fil-forma ta’ żieda għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE oriġinali.

2.   Dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip CE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni)

2.1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip CE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) hija proċedura li biha l-manifattur li jissodisfa l-obbligi tal-paragrafu 2.2 jiddikjara li, l-istrumenti konċernati huma, fejn japplika, konformi mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar tal-konformità “CE” fuq kull prodott u l-iskrizzjonijiet li hemm provdut għalihom fl-Anness IV u jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub.

L-immarkar tal-konformità “CE” għandu jiġi akkumpanjat min-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat responsabbli għas-sorveljanza CE msemmija fil-paragrafu 2.4.

2.2.   Il-manifattur għandu jkun implimenta b’mod adegwat is-sistema ta’ kwalità kif speċifikata fil-paragrafu 2.3 u għandu jkun soġġetta għas-sorveljanza CE kif hemm speċifikat fil-paragrafu 2.4.

2.3.   Sistema ta’ kwalità

2.3.1.

Il-manifattur għandu jdaħħal applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din is-sistema ta’ kwalità għand korp innotifikat.

L-applikazzjoni għandha tinkludi:

impenn li jitwettqu l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata,

impenn li tinżamm is-sistema ta’ kwalità approvata sabiex tiġi żgurata l-konvenjenza kontinwa tagħha u l-effettività tagħha.

Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli għall-korp notifikat kull informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari d-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità u d-dokumentazzjoni tad-disinn tal-istrument.

2.3.2.

Is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura l-konformità tal-istrumenti mat-tip skond kif inhu deskritt fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE u mal-ħtieġa jew ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.

L-elementi, il-ħtiġiet u d-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-manifattur għandhom jiġu dokumentati b’mod sistematiku u ordnat f’forma ta’ regoli, proċeduri u istruzzjonijiet bil-miktub. Din id-dokumentazzjoni dwar is-sistema ta’ kwalità għandha tiżgura ftehim korrett tal-programmi, pjanijiet, manwali u dokumenti ta’ fatti rreġistrati dwar il-kwalità.

Għandu jkollha, b’mod partikolari, deskrizzjoni adegwata ta’:

l-iskopijiet tal-kwalità u l-istruttura ta’ organizzazzjoni, ir-responsabbiltajiet u s-setgħa tal-amministrazzjoni fir-rigward tal-kwalità tal-prodott,

il-proċess ta’ manifattura, il-kontroll tal-kwalità u t-tekniki ta’ assigurazzjoni u l-miżuri sistematiċi li għandhom jintużaw,

l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet li għandhom jittieħdu qabel, matul u wara l-manifattura, u l-frekwenza li biha jiġu mwettqa,

il-mezzi ta’ kontroll tal-ilħuq tal-kwalità tal-prodott meħtieġa u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta’ kwalità.

2.3.3.

Il-korp innotifikat għandu jeżamina u jevalwa is-sistema ta’ kwalità biex jistabbilixxi jekk din tissoddisfax il-ħtiġiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 2.3.2. Għandha wkoll tippreżumi l-konformità ma’ dawn il-ħtiġiet fir-rigward tas-sistemi ta’ kwalità li jimplimentaw l-istandard armonizzat li jikkorrispondu.

Għandha tinnotifika lill-manifattur bid-deċiżjoni tagħha u tinforma wkoll lill-korpi nnotifikati l-oħra. In-notifika tal-manifattur għandu jkollha l-konklużjonijiet tal-eżaminazzjoni u, fil-każ ta’ rifjut, il-ġustifikazzjoni tad-deċiżjoni.

2.3.4.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandhom iżommu lill-korp innotifikat li jkun approva s-sistema ta’ kwalità infurmat b’xi aġġornamenti tas-sistema tal-assigurazzjoni tal-kwalità fir-rigward ta’ bidliet li rriżultaw minn, per eżempju teknoloġiji ġodda jew kunċetti ġodda ta’ kwalità.

2.3.5.

Kull korp innotifikat li jirtira l-approvazzjoni tas-sistema tal-kwalità għandu jinforma b’dan lill-korpi nnotifikati l-oħra.

2.4.   Sorveljanza CE

2.4.1.

L-għan tas-sorveljanza CE huwa li jiżgura li l-manifattur jissodisfa l-obbligi li joħorġu mis-sistema ta’ kwalità approvata.

2.4.2.

Il-manifattur għandu jikkonċedi lill-korp notifikat aċċess, għal għanijiet ta’ spezzjoni, għall-manifattura, l-ispezzjoni, l-ittestjar u l-ħażna u għandu jipprovdi kull informazzjoni neċessarja, b’mod partikolari:

id-dokumentazzjoni tas-sistema ta’ kwalità,

id-dokumentazzjoni tad-disinn,

ir-reġistrazzjonijiet dwar il-kwalità, per eżempju, ir-rapporti ta’ spezzjoni u t-testijiet u d-data ta’ kalibru, rapporti tal-kwalifiki tal-personal konċernat, eċċ.

Il-korp innotifikat għandu perjodikament jagħmel reviżjonijiet tal-kontijiet biex jiżgura li l-manifattur ikun qiegħed iżomm u japplika s-sistema ta’ kwalità; għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport tal-awditur.

Barra minn hekk, il-korp innotifikat jista’ jżur lill-manifattur mingħajr ma javżah. Matul żjarat bħal dawn, il-korp innotifikat jista’ jagħmel verifiki sħaħ jew parzjali tal-kontijiet. Għandu jipprovdi lill-manifattur b’rapport taż-żjara u, fejn japplika, b’rapport dwar il-kontijiet.

2.4.3.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li l-manifattur iżomm u japplika is-sistema ta’ kwalità.

3.   Verifika CE

3.1.   Il-verifika CE hija l-proċedura li biha manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikkjara li l-istrumenti li ġew iċċekkjati b’mod konformi mal-paragrafu 3.3 huma, fejn applikabbli, f’konformità mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE u li jissodisfaw il-ħtiġiet ta’ dik id-Direttiva li japplikaw għalihom.

3.2.   Il-manifattur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta’ manifattura jiżgura konformità tal-istrumenti, fejn xieraq, mat-tip deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżami tat-tip CE u mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità għandu jwaħħal l-immarkar tal-konformità “CE” fuq kull prodott u jagħmel dikjarazzjoni ta’ konformità.

3.3.   Il-korp notifikat għandu jwettaq l-eżaminazzjonijiet u testijiet xierqa sabiex jikkontrolla l-konformità tal-prodott mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva b’eżaminazzjoni u ttestjar ta’ kull strument, kif speċifikat fil-paragrafu 3.5.

3.4.   Għall-istrumenti li mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni tat-tip CE, id-dokumenti relatati mad-disinn tal-istrument, kif stabbilit fl-Anness III, għandhom ikunu aċċessibbli għall-korp notifikat jekk dan tal-aħħar jitlob hekk.

3.5.   Verifika permezz ta’ kontroll u ttestjar ta’ kull strument

3.5.1.

L-istrumenti kollha għandhom jiġu eżaminati individwalment u għandhom isiru testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzati relevanti msemmija fl-Artikolu 6(1), jew testijiet ekwivalenti, sabiex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom, fejn applikabbli, mat-tip kif deskritt fiċ-ċertifikat ta’ eżaminazzjoni tat-tip CE u l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalihom.

3.5.2.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu fuq kull strument li għalih tkun ġiet stabbilita l-konformità mal-ħtiġiet u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa.

3.5.3.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.

4.   Verifika tal-unità CE

4.1.   Il-verifika tal-unità CE hija l-proċedura li biha l-manifattur jew ir-rappreżenant awtorizzat tiegħu stabbilit fi ħdan il-Komunità jiżgura u jiddikjara li l-istrument, ġenerament iddisinjat għal applikazzjoni speċifika, li ġie fornut biċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fil-paragrafi 4.2 jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li japplikaw għalih. Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jwaħħal l-immarkar tal-konformità “CE” mal-istrument u għandu jifformola dikjarazzjoni ta’ konformità bil-miktub.

4.2.   Il-korp notifikat għandu jeżamina l-istrument u jwettaq it-testijiet xierqa, kif stabbilit fl-istandard(s) armonizzati relevanti msemmija fl-Artikolu 6(1), jew testijiet ekwivalenti, sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-ħtiġiet relevanti ta’ din id-Direttiva.

Il-korp notifikat għandu jwaħħal, jew jikkawża t-twaħħil ta’, in-numru ta’ identifikazzjoni tiegħu mal-istrument li għalih ġiet stabbilita l-konformità mal-ħtiġiet u għandu jifformola ċertifikat ta’ konformità bil-miktub dwar it-testijiet imwettqa.

4.3.   L-għan tad-dokumentazzjoni teknika dwar id-disinn tal-istrument, kif hemm referenza għaliha fl-Anness III, huwa sabiex tiġi stmata l-konformità mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva u sabiex id-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-istrument tiġi mifhuma. Għandu jkun aċċessibbli għall-korp notifikat.

4.4.   Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat meta mitlub.

5.   Dispożizzjonijiet komuni

5.1.   Id-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip CE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) u l-verifika CE, u l-verifika tal-unità CE għandhom isiru fil-post tax-xogħol tal-manifattur jew f’kull post ieħor jekk it-trasport lejn il-post tal-użu ma jirrikjedix li l-istrument jiġi żarmat, jekk it-tħaddim fil-post tal-użu ma jirrikjedix il-muntaġġ tal-istrument, jew kull istallazzjoni oħra teknika li tista’ taffettwa r-rendiment tal-istrument, u jekk jiġi kkunsidrat il-valur tal-gravità fil-post fejn jitħaddem l-istrument jew jekk ir-rendiment tal-istrument ma jkunx sensittiv għal varjazzjonijiet fil-gravità. F’kull każ ieħor, għandhom jiġu eżegwiti fil-post tal-użu tal-istrument.

5.2.   Jekk ir-rendiment tal-istrument ikun sensittiv għall-varjazzjonijiet fil-gravità, il-proċeduri li hemm referenza għalihom f’5.1 jistgħu isiru f’żewġ fażijiet, fejn it-tieni fażi għandha tinkludi l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet kollha li r-riżultat tagħhom huwa dipendenti fuq il-gravità, u fejn l-ewwel fażi tkun tinkludi l-eżaminazzjonijiet u t-testijiet l-oħra kollha. It-tieni fażi għandha tiġi eżegwita fil-post tal-użu tal-istrument. Jekk Stat Membru jkun stabbilixxa żoni ta’ gravità fuq it-territorju tiegħu, l-espressjoni “fil-post tal-użu tal-istrument” tista’ tinqara “fiż-żona ta’ gravità tal-użu tal-istrument”.

5.2.1.   Fejn manifattur ikun għażel li l-esekuzzjoni ta’ waħda mill-proċeduri msemmija f’5.1 issir f’żewġ stadji, u fejn dawn iż-żewġ stadji jsiru minn persuni differenti, strument li għadda mill-ewwel stadju tal-proċedura għandu jkollu n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat involut f’dak l-istadju.

5.2.2.   Il-parti li tkun wettqet l-ewwel stadju tal-proċedura għandha toħroġ għal kull strument ċertifikat li jkun fih id-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-istrument u li jispeċifika l-eżaminazzjonijiet u testijiet li jkunu saru.

Il-parti li twettaq it-tieni stadju tal-proċedura għandha twettaq dawk l-eżaminazzjonijiet u testijiet li jkunu għadhom ma sarux.

Il-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu għandu jiżgura li jkun jista’ jissupplixxi ċ-ċertifikati ta’ konformità tal-korp notifikat fuq talba.

5.2.3.   Il-manifattur li jkun adotta d-dikjarazzjoni tal-konformità tat-tip CE (garanzija tal-kwalità tal-produzzjoni) fl-ewwel fażi, jista’ juża l-istess proċedura fit-tieni fażi jew jiddeċiedi li jkompli għat-tieni fażi tal-verifika CE.

5.2.4.   L-immarkar tal-konformità “CE” għandu jitwaħħal mal-istrument meta jitlesta t-tieni stadju, flimkien man-numru ta’ identifikazzjoni tal-korp notifikat li ħa sehem fit-tieni stadju.


ANNESS III

ID-DOKUMENTZZJONI TEKNIKA TAD-DISINN

Id-dokumentazzjoni teknika għandha trendi d-disinn, il-manifattura u l-operazzjoni tal-prodott tiftiehem, kif ukoll tippermetti li ssir valutazzjoni tal-konformità tiegħu mal-ħtiġiet tad-Direttiva.

Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi sa fejn huwa rilevanti għall-valutazzjoni:

deskrizzjoni ġenerali tat-tip,

id-disinni konċettwali u d-disinni tal-manifattura u l-pjanijiet tal-komponenti, sub-assemblaġġi, ċirkwiti, eċċ.,

id-deskrizzjonijiet u l-ispjegazzjonijiet neċessarji għall-ftehim ta’ dan ta’ hawn fuq, li jinkludu l-operazzjoni tal-istrument,

lista tal-istandards armonizzati msemmija fl-Artiklu 6(1), applikati b’mod sħiħ jew parzjali, u d-deskrizzjonijiet tas-soluzzjonijiet adottati biex jiġu sodisfatti l-ħtiġiet essenzjali, meta l-istandards armonizzati msemmija fl-Artikolu 6(1), ma jkunux ġew applikati,

ir-riżultati tal-kalkoli tad-disinn magħmula u tal-eżaminazzjonijiet, eċċ.,

ir-rapporti tat-testijiet,

iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip CE u r-riżultati tat-testijiet rilevanti fuq strumenti li għandhom biċċiet identiċi għal dawk tad-disinn.


ANNESS IV

IMMARKAR CE U ISKRIZZJONIJIET

1.   Strumenti soġġetti għall-proċedura ta’ evalwazzjoni tal-konformità CE

1.1.

Dawn l-istrumenti għandhom jkollhom:

(a)

immarkar ta’ konformità “CE” magħmul mis-simbolu “CE” kif deskritt fl-Anness VI,

in-numru(i) ta’ identifikazzjoni tal-korp/korpi notifikati li wettaq/wettqu s-sorveljanza CE jew il-verifika CE.

L-immarkar u l-iskrizzjonijiet imsemmijin hawn fuq għandhom jitwaħħlu mal-istrument ħdejn xulxin b’mod distint;

(b)

tikketta ħadra għallinqas 12,5 mm × 12,5 mm kwadra li fuqha jkun hemm l-ittra kapitali “M” stampata bl-iswed;

(c)

l-iskrizzjonijiet li ġejjin:

in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip CE, fejn xieraq,

il-marka u l-isem tal-manifattur,

il-klassi ta’ preċiżjoni, magħluqa f’forma ovali jew f’żewġ linji orizzontali magħqudin b’żewġ nofs ċrieki,

il-kapaċità massima fil-forma Max …,

il-kapaċità minima fil-forma Min …,

l-intervall tal-iskala tal-verifika fil-forma e =,

l-aħħar żewġ figuri tas-sena li fiha twaħħal l-immarkar CE tal-konformità,

biż-żjieda ta’, fejn ikun applikabbli:

numru tas-serje,

għal strumenti li huma magħmulin minn unitajiet separati imma assoċjati: il-marka ta’ identifikazzjoni fuq kull unità,

l-iskala ta’ intervall jekk din hija differenti minn e, fil-forma ta’ d = …,

l-effett massimu addittiv tat-tara, fil-forma ta’ T = + …,

l-effett massimu li jitnaqqas tat-tara jekk dan ikun differenti minn Max, fil-forma ta’ T = - …,

l-intervall tat-tara jekk dan huwa differenti minn d, fil-forma ta’ dT = …,

it-tagħbija massima li mhix ta’ periklu jekk din hi differenti minn Max, fil-forma ta’ Lim …,

il-limiti tat-temperatura speċjali, fil-forma … °C/… °C,

il-proporzjon ta’ bejn ir-riċevitur tat-tagħbija u t-tagħbija.

1.2.

L-istrumenti għandu jkollhom il-faċilitajiet adegwati biex jitwaħħlilhom l-immarkar CE tal-konformità u/jew skrizzjonijiet. Dawn għandhom ikunu tali li l-marka u l-iskrizzjonijiet ma jkunux jistgħu jitneħħew mingħajr ma wieħed jagħmlilhom ħsara, u li l-marka u l-iskrizzjonijiet ikunu viżibbli meta l-istrument ikun fil-pożizzjoni ta’ operazzjoni normali tiegħu.

1.3.

Meta tkun użata pjanċa tad-data, għandu jkun possibbli li l-pjanċa tiġi ssiġillata sakemm din ma tkunx tista’ titneħħa mingħajr ma tiġi meqruda. Jekk il-pjanċa tad-data tista’ tiġi ssiġillata għandu jkun possibbli li titpoġġa marka ta’ kontroll fuqha.

1.4.

L-iskrizzjonijiet Max, Min, e u d għandhom jintwerew ħdejn il-wirja tar-riżultat jekk ma jkunux diġà jinsabu hemm.

1.5.

Kull strument li jkejjel it-tagħbija, li huwa kkonnettjat jew li jista’ jiġi kkonnettjat ma’ wieħed jew aktar riċevituri tat-tagħbija, għandu jkollu l-iskrizzjonijiet relatati mal-imsejħa riċevituri tat-tagħbija.

2.   Strumenti oħra

L-istrumenti l-oħra għandu jkollhom:

il-marka u l-isem tal-manifattur,

il-kapaċità massima, fil-forma Max….

Dawk l-istrumenti ma jistax ikollom it-tikketti li previsti f’1.1(b).

3.   Is-simbolu ta’ użu ristrett speċifikat fl-Artikolu 13

Dak is-simbolu għandu jkun magħmul mill-ittra kapitali “M” stampata bl-iswed fuq sfond aħmar li jkun tal-anqas 25 mm × 25 mm kwadru b’żewġ dijagonali li jaqsmu ‘l xulxin u li jiffurmaw salib.


ANNESS V

Il-kriterji minimi li għandhom jiġu applikati mill-istati membri meta jidentifikaw korpi biex iwettqu x-xogħlijiet relatati mal-proċeduri li hemm referenza għalihom fl-artikolu 9

1.

Il-korpi għandhom jkollhom il-persunal, il-mezzi u t-tagħmir meħtieġ għad-dispożizzjoni tagħhom.

2.

Il-persunal tal-korpi għandu jkollu kompetenza teknika u integrità professjonali.

3.

Il-korpi għandhom jaħdmu indipendentement minn kull ċirku, grupp jew persuni li għandhom interess dirett jew indirett fi strumenti ta’ użin li mhumiex awtomatiċi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ittestjar, il-preparazzjoni ta’ rapporti, u l-ħruġ ta’ ċertifikati u s-sorveljanza mitluba minn din id-Direttiva.

4.

Il-persunal tal-korpi għandu jżomm is-sigriet professjonali.

5.

Il-korpi għandhom jagħmlu assigurazzjoni ċivili ta’ protezzjoni tal-pubbliku jekk il-protezzjoni ċivili tagħhom mhiex koperta mill-Istat taħt il-liġi nazzjonali.

Is-sodisfazzjon tal-ħtiġiet taħt il-punti 1 u 2 għandhom ikunu vverifikati perjodikament mill-Istati Membri.


ANNESS VI

L-IMMARKAR TA’ KONFORMITÀ “CE”

L-immarkar ta’ konformità “CE” għandu jkun magħmul mill-inizjali “CE” li jieħdu l forma segwenti:

Image

Jekk il-marka tal-konformità “CE” tiġi mċekkna jew imkabbra, il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn gradwat ta’ hawn fuq għandhom jiġu rispettati.

Il-komponenti varji tal-immarkar tal-konformità “CE” għandu jkollhom sostanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.


ANNESS VII

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien mal-emendament tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva tal-Kunsill 90/384/KEE

(ĠU L 189, 20.7.1990, p. 1)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/68/KEE

(ĠU L 220, 30.8.1993, p. 1)

l-Artikolu 1, punt 7, u l-Artikolu 8 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

90/384/KEE

30 ta’ Ġunju 1992

1 ta’ Jannar 1993 (1)

93/68/KEE

30 ta’ Ġunju 1994

1 ta’ Jannar 1995 (2)


(1)  Skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 90/384/KEE, l-Istati Membri għandhom jippermettu matul perjodu ta’ 10 snin mid-data li fiha japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi adottati mill-Istati Membri sabiex jittrasponu fil-liġi nazzjonali dik id-Direttiva, it-tqegħid fis-suq u/jew it-tħaddim ta’ strumenti li huma konformi mar-regoli fis-seħħ qabel l-1 ta’ Jannar 1993.

(2)  Skont l-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 93/68/KEE : “Sa l-1 ta’ Jannar 1997 l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq u d-dħul fis-servizz ta’ prodotti li jikkonformaw ma’ l-arranġamenti ta’ mmarkar fis-seħħ qabel fl-1 ta’ Jannar 1995.”


ANNESS VIII

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 90/384/KEE

Din id-Direttiva

Premessa 5, l-aħħar sentenza

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 1(1), l-ewwel paragrafu

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 1(1), it-tieni paragrafu

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 1(1), it-tielet paragrafu

Artikolu 1, l-ewwel paragrafu

Artikolu 1(2), sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 1, sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 1(2), punt (a)(1)

Artikolu 1(2), punt (a)(i)

Artikolu 1(2), punt (a)(2)

Artikolu 1(2), punt (a)(ii)

Artikolu 1(2), punt (a)(3)

Artikolu 1(2), punt (a)(iii)

Artikolu 1(2), punt (a)(4)

Artikolu 1(2), punt (a)(iv)

Artikolu 1(2), punt (a)(5)

Artikolu 1(2), punt (a)(v)

Artikolu 1(2), punt (a)(6)

Artikolu 1(2), punt (a)(vi)

Artikolu 1(2), punt (b)

Artikolu 1(2), punt (b)

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza

Artikolu 7, l-ewwel paragrafu

Artikolu 6, l-ewwel paragrafu, it-tieni sentenza

Artikolu 7, it-tieni paragrafu

Artikolu 6, it-tieni paragrafu

Artikolu 7, it-tielet paragrafu

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 8(3)(a)

Artikolu 9(3), l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(3)(b)

Artikolu 9(3), it-tieni paragrafu

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14, l-ewwel sentenza

Artikolu 15, l-ewwel paragrafu

Artikolu 14, it-tieni sentenza

Artikolu 15, it-tieni paragrafu

Artikolu 15(1) (2) (3)

Artikolu 15(4)

Artikolu 16

Artikolu 15(5)

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Annesss I sa VI

Anness I sa VI

Anness VII

Anness VIII


16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/28


DIRETTIVA 2009/38/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Mejju 2009

dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-impjegati

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Għandhom isiru numru ta’ bidliet sostantivi fid-Direttiva tal-Kunsill 94/45/KE tat-22 ta’ Settembru 1994 dwar l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja għall-għanijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni għall-impjegati (3). Din id-Direttiva għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/45/KE, il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri u mal-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, irrevediet l-operazzjoni ta’ dik id-Direttiva u eżaminat partikolarment jekk il-limiti tad-daqs tal-forza tax-xogħol humiex adegwati bil-għan li jiġu proposti emendi, fejn ikun hemm bżonn.

(3)

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell Ewropew, il-Kummissjoni, fl-4 ta’ April 2000, ppreżentat rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 94/45/KE.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 138(2), tat-Trattat, il-Kummissjoni kkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar d-direzzjoni possibbli ta’ azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam.

(5)

Wara din il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni stmat li azzjoni Komunitarja kienet konsiljabbli u mill-ġdid ikkonsultat l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju dwar il-kontenut tal-proposta maħsuba, skont l-Artikolu 138(3) tat-Trattat.

(6)

Wara din it-tieni fażi ta’ konsultazzjoni, l-imsieħba soċjali ma infurmawx lill-Kummissjoni bix-xewqa reċiproka tagħhom li jibdew il-proċess li jista’ jwassal għall-konklużjoni ta’ ftehim, kif previst fl-Artikolu 138(4) tat-Trattat.

(7)

Huwa neċessarju li tiġi mmodernizzata l-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati bil-għan li tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati, li jiżdied il-proporzjon ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej stabbiliti filwaqt li jiġi permess il-funzjonament kontinwu tal-istrumenti ta’ ftehim eżistenti, li jiġu solvuti l-problemi fl-applikazzjoni prattika tad-Direttiva 94/45/KE u li jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ċertezza legali li jirriżulta minn xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha jew min-nuqqas ta’ ċerti dispożizzjonijiet, u li jiġi żgurat li jkun hemm irbit aħjar bejn l-istrumenti leġiżlattivi Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati.

(8)

Skont l-Artikolu 136 tat-Trattat, għan partikolari tal-Komunità u tal-Istati Membri huwa li jiġi promoss djalogu bejn min imexxi u l-impjegati.

(9)

Din id-Direttiva hija parti mill-qafas Komunitarju maħsub biex jappoġġa u jikkomplementa l-azzjoni meħuda mill-Istati Membri fil-qasam tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati. Dan il-qafas għandu jillimita l-piż fuq l-impriżi jew l-istabbilimenti filwaqt li jiżgura l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet mogħtija.

(10)

Il-funzjonament tas-suq intern jinvolvi proċess ta’ konċentrazzjonijiet ta’ impriżi, ta’ mergers transkonfinali, ta’ amalgamazzjonijiet ta’ impriżi, ta’ impriżi konġunti u, konsegwentement, tat-transnazzjonalizzazzjoni tal-impriżi u tal-gruppi tal-impriżi. Jekk iridu jiġu żviluppati l-attivitajiet ekonomiċi f’mod armonjuż, l-impriżi u l-gruppi tal-impriżi li joperaw f’żewġ Stati Membri jew iktar għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lir-rappreżentanti ta’ dawk mill-impjegati tagħhom li jiġu affettwati bid-deċiżjonijiet tagħhom.

(11)

Il-proċeduri sabiex jiġu infurmati u kkonsultati l-impjegati kif inkorporati fil-leġiżlazzjoni jew fil-prattika fl-Istati Membri spiss mhumiex ingranati għall-istruttura transnazzjonali tal-entità li tieħu d-deċiżjonijiet li jaffettwaw lil dawn l-impjegati. Dan jista’ jwassal għal trattament mhux ugwali għall-ħaddiema affettwati bid-deċiżjoni ġewwa l-istess impriża jew il-grupp tal-impriżi.

(12)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw illi l-impjegati tal-impriżi fuq skala Komunitarja jew tal-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja jiġu infurmati u kkonsultati kif jixraq meta jittieħdu deċiżjonijiet illi jaffettwawhom fi Stat Membru ieħor għajr dak fejn ikunu impjegati.

(13)

Sabiex jiġi ggarantit illi l-impjegati tal-impriżi jew tal-gruppi tal-impriżi f’żewġ Stati Membri jew iktar jiġu infurmati u kkonsultati kif xieraq, huwa meħtieġ illi jitwaqqaf Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew li jinħolqu proċeduri oħra addattati għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati.

(14)

L-arranġamenti għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati jeħtieġ li jiġu definiti u implimentati b’mod effettiv sabiex jiġi żgurat li jinkisbu l-għanijiet ta’ din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-konsultazzjoni ma’, u l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, għandhom jippermettulu li jagħti opinjoni lil impriża f’ħin tajjeb mingħajr ma jikkomprometti l-ħila tal-impriżi li jadattaw. Huwa biss id-djalogu fil-livell fejn jitħejjew id-direzzjonijiet u l-involviment effettiv tar-rappreżentanti tal-impjegati, li jirrendu possibbli l-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla.

(15)

Il-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom għandhom ikunu ggarantiti l-informazzjoni u l-konsultazzjoni fil-livell rilevanti ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni, skont is-suġġett in kwistjoni. Sabiex jinkiseb dan il-għan, il-kompetenza u l-ambitu ta’ azzjoni ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu distinti minn dawk ta’ korpi rappreżentattivi nazzjonali u għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali.

(16)

In-natura transnazzjonali ta’ kwistjoni għandha tiġi determinata billi jitqiesu kemm l-ambitu tal-effetti potenzjali tagħha kif ukoll il-livell ta’ ġestjoni u rappreżentazzjoni li tinvolvi. Għal dan l-iskop, kwistjonijiet li jikkonċernaw l-impriża sħiħa jew il-grupp sħiħ jew mill-inqas żewġ Stati Membri għandhom jitqiesu bħala transnazzjonali. Ikun xi jkun l-għadd ta’ Stati Membri involuti, dawn jinkludu kwistjonijiet li huma ta’ importanza għall-forza tax-xogħol Ewropea f’dak li huwa l-ambitu tal-effetti potenzjali tagħhom, jew kwistjonijiet li jinvolvu trasferimenti ta’ attivitajiet bejn l-Istati Membri.

(17)

Huwa neċessarju li tiġi definita l-“impriża kontrollatriċi” relattiva biss għal din id-Direttiva, bla ħsara għad-definizjonijiet ta’ “grupp” jew ta’ “kontroll” f’atti oħrajn.

(18)

Il-mekkaniżmi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati f’impriżi jew gruppi ta’ impriżi li joperaw f’żewġ Stati Membri jew aktar għandhom jikkomprendu l-istabbilimenti kollha jew, skont kif ikun il-każ, l-impriżi tal-grupp, li jinsabu fl-Istati Membri, irrispettivament minn jekk l-impriża jew l-impriża kontrollatriċi l-grupp ikollhomx it-tmexxija ċentrali tagħhom ġewwa jew barra t-territorju tal-Istati Membri.

(19)

Skont il-prinċipju tal-awtonomija tal-partijiet, hija r-responsabbiltà tar-rappreżentanti tal-impjegati u ta’ min imexxi l-impriża jew tal-impriża li tikkontrolla l-grupp li jistabbilixxu bi ftehim in-natura, il-kompożizzjoni, il-funzjoni, il-mod tal-operazzjoni, il-proċeduri u r-riżorsi finanzjarji tal-Kunsilli Ewropej tax-Xogħolijiet jew il-proċeduri l-oħra ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni sabiex ikunu jixirqu ċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

(20)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jistabbilixxu min huma r-rappreżentanti tal-impjegati u b’mod partikolari li jipprovdu, jekk jikkunsidrawha xierqa, rappreżentanza bbilanċjata tal-kategoriji differenti tal-impjegati.

(21)

Jeħtieġ li jiġu ċċarati l-kunċetti ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati, f’konformità mad-definizzjonijiet fl-iktar Direttivi riċenti fuq dan is-suġġett u dawk li japplikaw fi ħdan qafas nazzjonali, bil-għan tripplu li tissaħħaħ l-effettività tad-djalogu fil-livell transnazzjonali, li jkun possibbli rbit xieraq bejn il-livelli nazzjonali u transnazzjonali tad-djalogu u li tkun żgurata ċ-ċertezza legali meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(22)

Id-definizzjoni ta’ “informazzjoni” teħtieġ li tieħu kont tal-mira li r-rappreżentanti tal-impjegati jitħallew jagħmlu eżami xieraq, li jimplika li l-informazzjoni għandha tingħata f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa bla ma jitnaqqas il-pass tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-impriżi.

(23)

Id-definizzjoni ta’ “konsultazzjoni” teħtieġ li tieħu kont tal-mira li tkun permessa l-espressjoni ta’ opinjoni li tkun utli fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, li jimplika li l-konsultazzjoni għandha sseħħ f’tali ħin, u b’tali mod u b’tali kontenut li jkunu xierqa.

(24)

Id-dispożizzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni stabbiliti b’din id-Direttiva, għandhom jiġu implimentati fil-każ ta’ kull impriża jew kull impriża kontrollatriċita’ grupp li jkollha t-tmexxija ċentrali tagħha barra mit-territorju tal-Istati Membri, mill-aġent rappreżantant tagħhom, li għandu jiġi nominat jekk meħtieġ, f’wieħed mill-Istati Membri jew, fin-nuqqas ta’ dan l-aġent, mill-istabbiliment jew mill-impriża kkontrollata li jħaddmu l-ikbar numru ta’ impjegati fl-Istati Membri.

(25)

Ir-responsabbià ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi fit-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa biex jibdew in-negozjati, għandha tiġi speċifikata b’tali mod li l-impjegati jkunu jistgħu jiddeterminaw jekk l-impriża jew il-grupp ta’ impriżi fejn jaħdmu humiex impriża fuq skala Komunitarja u li jkunu jistgħu jagħmlu l-kuntatti meħtieġa sabiex ifasslu talba għall-bidu tan-negozjati.

(26)

Il-grupp speċjali tan-negozjati għandu jirrappreżenta l-impjegati mill-Istati Membri varji b’mod ibbilanċjat. Ir-rappreżentanti tal-impjegati għandhom ikunu jistgħu jikkooperaw biex jiddefinixxu l-pożizzjonijiet tagħhom fir-rigward tan-negozjati mat-tmexxija ċentrali.

(27)

Għandu jingħata rikonoxximent lir-rwol li t-trade unions rikonoxxuti jistgħu jaqdu fin-negozjar u fin-negozjar mill-ġdid tal-istrumenti ta’ ftehim kostitwenti tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej, billi jagħtu appoġġ lir-rappreżentanti tal-impjegati li jesprimu dan il-bżonn. Biex ikunu jistgħu jissorveljaw it-twaqqif ta’ Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ġodda u jippromwovu l-aħjar prattika, l-organizzazzjonijiet kompetenti tat-trade unions u ta’ min iħaddem li jkunu rikonoxxuti bħala sħab soċjali Ewropej għandhom jiġu infurmati bil-bidu tan-negozjati. L-organizzazzjonijiet kompetenti u rikonoxxuti Ewropej tat-trade unions u ta’ min iħaddem huma dawk l-organizzazzjonijiet ta’ sħab soċjali li jkunu kkonsultati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 138 tat-Trattat. Il-lista ta’ dawk l-organizzazzjonijiet tkun aġġornata u ppubblikata mill-Kummissjoni.

(28)

L-istrumenti ta’ ftehim li jiggverna it-twaqqif u l-operazzjoni tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej għandhom jinkludu l-metodi biex isirulhom il-modifiki, biex jiġu tterminati jew innegozjati mill-ġdid skont il-bżonn, partikolarment fejn l-għamla jew l-istruttura tal-impriża jew il-grupp ta’ impriżi jiġu mmodifikati.

(29)

Dawn l-istrumenti ta’ ftehim għandhom jistabbilixxu l-arranġamenti għall-irbit tal-livelli nazzjonali u transnazzjonali ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati li jkunu xierqa għall-kundizzjonijiet partikolari tal-impriża jew il-grupp ta’ impriżi. L-arranġamenti għandhom jiġu definiti b’tali mod li jirrispettaw il-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi ta’ rappreżentazzjoni ta’ impjegati, partikolarment fir-rigward tal-antiċipazzjoni u l-ġestjoni tal-bidla.

(30)

Dawk l-istrumenti ta’ ftehim għandhom jipprovdu, fejn ikun meħtieġ, għat-twaqqif u t-tħaddim ta’ kumitat ristrett sabiex jippermetti l-koordinazzjoni u effettività ikbar tal-attivitajiet regolari tal-Kunsill Ewropej tax-Xogħlijiet, flimkien ma’ informazzjoni u konsultazzjoni fl-inqas żmien possibbli f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

(31)

Ir-rappreżentanti tal-impjegati jistgħu jiddeċiedu illi ma jfittxux l-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew il-partijiet interessati jistgħu jiddeċiedu dwar proċeduri oħra għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati.

(32)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex jiġu applikati ċerti rekwiżiti sussidjarji jekk il-partijiet jiddeċiedu dan jew fil-każ li t-tmexxija ċentrali tirrifjuta illi tiftaħ in-negozjati jew fin-nuqqas tal-ftehim li suppost li jiġi wara dawn in-negozjati.

(33)

Sabiex jaqdu fl-intier tiegħu r-rwol rappreżentattiv tagħhom u sabiex il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun utli, ir-rappreżentanti tal-impjegati għandhom jirrappurtaw lill-impjegati li jirrappreżentaw u għandhom jkunu jistgħu jingħataw it-taħriġ illi jirrikjedu.

(34)

Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex ir-rappreżentanti tal-impjegati filwaqt li jkunu qed jaġixxu fi ħdan il-qafas ta’ din id-Direttiva jgawdu, meta jkunu qegħdin jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom, mill-istess protezzjoni u garanziji bħal dawk provduti lir-rappreżentanti tal-impjegati bil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika tal-pajjiż fejn jaħdmu. Ma għandhom jiġu soġġetti għall-ebda diskriminazzjoni bħala riżultat tal-eżerċizzju skont il-liġi tal-attivitajiet tagħhom u għandhom igawdu minn protezzjoni adegwata rigward it-tkeċċija u sanzjonijiet oħra.

(35)

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri fil-każ ta’ nuqqas li jitħarsu l-obbligi stabbiliti minn din id-Direttiva.

(36)

B’konformità mal-prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja, f’każi ta’ ksur tal-obligazzjonijiet naxxenti minn din id-Direttiva għandhom ikunu applikabbli il-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjari, kif ukoll sanzjonijiet li jkunu effettivi, proporzjonati fir-rigward tal-gravità tal-ksur u diswassivi.

(37)

Għal raġunijiet ta’ effettività, konsistenza u ċertezza legali, jeħtieġ irbit bejn id-Direttivi u l-livelli ta’ infurmar u kkonsultar tal-impjegati stabbiliti mil-liġi u/jew prattika nazzjonali u Komunitarja. Għandha tingħata prijorità lin-negozjati dwar dawn il-proċeduri għall-irbit tal-informazzjoni f’kull impriża jew grupp ta’ impriżi. Jekk ma jkunx hemm strumenti ta’ ftehim dwar dan is-suġġett u fejn hemm previsti deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal tibdil sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew il-kuntratti tax-xogħol, il-proċess għandu jsir kemm fil-livell nazzjonali u kemm f’dak Ewropew b’tali mod li jirrispetta l-kompetenzi rispettivi u l-oqsma ta’ azzjoni tal-korpi rappreżentattivi tal-impjegati. L-opinjonijiet espressi mill-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu bla ħsara għall-kompetenza tat-tmexxija ċentrali li twettaq il-konsultazzjonijiet neċessarji skont l-iskedi fil-leġiżlazzjoni u/jew il-prassi nazzjonali. Il-leġiżlazzjoni u/jew il-prassi nazzjonali jista’ jkollha tiġi adattata biex il-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej ikunu jistgħu, skont il-każ, jirċievu informazzjoni minn qabel jew fl-istess waqt bħall-korpi nazzjonali rappreżentattivi tal-ħaddiema, iżda ma għandhiex tnaqqas il-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-impjegati.

(38)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni msemmija fid-Direttiva 2002/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2002 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati fil-Komunità Ewropea (4) u għall-proċeduri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mas-sensji kollettivi (5) u l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (6).

(39)

Għandu jiġi mogħti trattament speċjali lill-impriżi u lill-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja li fihom fit-22 ta’ Settembru 1996 kien jeżisti ftehim, li jkopri l-forza tax-xogħol fl-intier tagħha, li jipprovdi għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati.

(40)

Fejn l-istruttura ta’ impriża jew grupp ta’ impriżi tinbidel b’mod sinifikanti, pereżempju minħabba merger, akkwist jew diviżjoni, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom jiġu adattati. Dan l-adattament għandu jsir bi prijorità skont il-klawżoli tal-ftehim applikabbli, jekk dawn il-klawżoli jippermettu li jsir l-adattament meħtieġ. Jekk dan ma jkunx il-każ u ssir rikjesta li tistabbilixxi l-bżonn, għandhom jibdew negozjati għal ftehim ġdid, fejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j eżistenti għandhom ikunu involuti. Sabiex ikun hemm informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati matul il-perjodu - ħafna drabi deċiżiv - meta tinbidel l-istruttura, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu jaħdmu, possibbilment b’xi adattamenti, sakemm jiġi konkluż ftehim ġdid. Ladarba jiġi ffirmat ftehim ġdid, il-kunsilli li kienu stabbiliti qabel għandhom jiġu xolti, u l-istrumenti ta’ ftehim li jistabbilixxuhom għandhom jiġu tterminati, irrispettivament mid-dispożizzjonijiet tagħhom dwar il-validità jew it-terminazzjoni.

(41)

Sakemm ma tiġix applikata din il-klawżola ta’ adattament, l-istrumenti ta’ ftehim fis-seħħ għandhom jitħallew ikomplu sabiex jiġi evitat li jkollhom jerġgħu jiġu nnegozjati mill-ġdid b’mod obbligatorju meta dan ma jkunx neċessarju. Għandhom isiru dispożizzjonijiet sabiex sakemm jibqgħu fis-seħħ l-istrumenti ta’ ftehim konklużi qabel it-22 ta’ Settembru 1996 skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 94/45/KE jew skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/74/KE (7), l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għalihom. Barra minn dan, din id-Direttiva ma tistabbilixxix obbligu ġenerali biex jerġgħu jiġu nnegozjati l-istrumenti ta’ ftehim konklużi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE bejn it-22 ta’ Settembru 1996 u l-5 ta’ Ġunju 2011.

(42)

Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-partijiet jiddeċiedu xorta oħra, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew stabbilit fin-nuqqas ta’ ftehim bejn il-partijiet għandu, sabiex iwettaq l-għan ta’ din id-Direttiva, jinżamm infurmat u kkonsultat dwar l-attivitajiet tal-impriża jew tal-grupp tal-impriżi sabiex ikun jista’ jagħmel stima tal-impatt possibbli fuq l-interess tal-impjegati f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. Għal dan il-għan, l-impriża jew l-impriża kontrollatriċi għandhom jintalbu li jikkomunikaw lir-rappreżentanti maħtura mill-impjegati l-informazzjoni ġenerali li tirrigwarda l-interessi tal-impjegati u l-informazzjoni li jkollha x’taqsam iktar speċifikament ma’ dawk l-aspetti tal-attivitajiet tal-impriża jew tal-grupp tal-impriżi li jaffettwaw l-interessi tal-impjegati. Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkun kapaċi jagħti opinjoni fl-aħħar tas-seduta.

(43)

Ċerti deċiżjonijiet li jkollhom effett sinifikanti fuq l-interessi tal-impjegati għandhom ikunu bla ħsara għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tar-rappreżentanti maħtura mill-impjegati malajr kemm jista’ jkun.

(44)

Il-kontenut tar-rekwiżiti sussidjarji li japplikaw fin-nuqqas ta’ ftehim u jservu ta’ referenza għan-negozjati għandu jiġi ċċarat u adattat għall-iżviluppi fil-ħtiġijiet u l-prattiki marbuta mal-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali. Għandha ssir distinzjoni bejn l-oqsma fejn għandha tingħata l-informazzjoni u l-oqsma fejn għandu jiġi kkonsultat ukoll il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, li tinkludu l-possibbiltà li jinkiseb rispons raġunat għal kwalunkwe opinjoni mogħtija. Biex il-kumitat ristrett ikun jista’ jaqdi r-rwol neċessarju ta’ koordinazzjoni u jindirizza b’mod effettiv iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-kumitat għandu jkollu massimu ta’ ħames membri u għandu jkun jista’ jikkonsulta regolarment.

(45)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tad-dritt tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati f’impriżi fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(46)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva b’ mod partikolari l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva tfittex li tiżgura rispett sħiħ għad-dritt tal-impjegati jew ir-rappreżentanti tagħhom li jkunu ggarantiti lilhom informazzjoni u konsultazzjoni f’waqthom fil-livelli adegwati fil-każijiet u skont il-kundizzjonijiet previsti fil-liġi Komunitarja u l-liġijiet u l-prattika nazzjonali (l-Artikolu 27 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

(47)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandha tkun limitata għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla sostantiva meta mqabbla mad-Direttivi preċedenti f’dan il-qasam. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma ġewx emendati hija imposta fid-Direttivi preċedenti.

(48)

Skont il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar legiżlazzjoni aħjar (8), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, tabelli li sa fejn ikun possibbli juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi.

(49)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TAQSIMA I

DIŻPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettiv

1.   L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li ttejjeb id-dritt għall-informazzjoni u tal-konsultazzjoni tal-impjegati fl-impriżi fuq skala Komunitarja u fil-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja.

2.   Għal dan l-iskop, għandu jiġi stabbilit Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati f’kull impriża fuq skala Komunitarja u f’kull grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, jekk mitluba bil-manjiera stabbilita fl-Artikolu 5(1), bil-għan li jinfurmaw u jikkonsultaw l-impjegati. L-arranġamenti għall-informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati għandhom jiġu definiti u implimentati b’tali mod li tiġi żgurata l-effettivà tagħhom u li tippermetti lill-impriża jew lill-grupp ta’ impriżi li jieħdu deċiżjonijiet b’mod effettiv.

3.   L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati għandhom isiru fil-livell rilevanti ta’ tmexxija u rappreżentazzjoni, skont is-suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Għal dan il-għan, il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-ambitu tal-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati regolati minn din id-Direttiva għandhom ikunu limitati għal kwistjonijiet transnazzjonali.

4.   Kwistjonijiet li jitqiesu li huma transnazzjonali huma dawk li jikkonċernaw lill-impriża fuq skala Komunitarja jew lill-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja kollu kemm hu, jew mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti tal-impriża jew tal-grupp li jkunu jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti.

5.   Minkejja l-paragrafu 2, fejn grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 2(1)(c) jikkomprendi impriża jew iktar jew grupp ta’ impriżi jew iktar jew gruppi ta’ impriżi li jkunu impriżi fuq skala Komunitarja jew gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 2(1)(a) jew (c), għandu jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet fil-livell tal-grupp sakemm ma jkunx provdut diversament fl-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 6.

6.   Sakemm l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fl-Artikolu 6, ma jipprovdux għal ambitu aktar wiesa’, il-poteri u l-kompetenza tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u l-ambitu tal-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti sabiex jiksbu l-għan speċifikat fil-paragrafu 1 għandhom, fil-każ ta’ impriża fuq skala Komunitarja, ikopru l-istabbilimenti kollha li jinsabu ġewwa l-Istati Membri u, fil-każ ta’ grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja, l-impriżi kollha tal-grupp li jinstabu fl-Istati Membri.

7.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu illi din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-baħrin tal-flotot merkantili navali.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

impriża fuq skala Komunitarja” tfisser kull impriża b’mill-inqas 1 000 impjegat ġewwa l-Istati Membri u b’mill-inqas 150 impjegat f’kull wieħed minn mill-inqas żewġ Stati Membri;

(b)

“grupp ta’ impriżi” tfisser impriża kontrollatriċi u l-impriżi kontrollati minnha;

(c)

“grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja”tfisser grupp ta’ impriżi bil-karatteristiċi li ġejjin;

mill-inqas 1 000 impjegat ġewwa l-Istati Membri,

mill-inqas żewġ gruppi ta’ impriżi fi Stati Membri differenti,

u

mill-inqas impriża ta’ grupp b’mill-inqas 150 impjegat fi Stat Membru wieħed u b’mill-inqas impriża oħra minn grupp b’mill-inqas 150 impjegat fi Stat Membru ieħor;

(d)

“rappreżentanti tal-impjegati” tfisser ir-rappreżentanti tal-impjegati previsti mil-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali;

(e)

“tmexxija ċentrali” tfisser it-tmexxija ċentrali tal-impriża fuq skala Komunitarja jew, fil-każ tal-gruppi ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, tal-impriża li tikkontrolla;

(f)

“informazzjoni” tfisser it-trażmissjoni ta’ data mingħand min jimpjega lir-rappreżentanti tal-impjegati sabiex jiffaċilita li dawn jiffamiljarizzaw irwieħhom mal-materja tas-suġġett u biex ikunu jistgħu jezaminawha; l-informazzjoni għandha tkun mogħtija f’tali waqt, u b’tali mod u b’tali kontenut hekk kif ikun xieraq sabiex tippermetti lir-rappreżentanti tal-impjegati li jwettqu evalwazzjoni dettaljata tal-impatt possibbli u fejn ikun xieraq jippreparaw konsultazzjonijiet mal-korp kompetenti tal-impriża ta’ skala Komunitarja jew tal-grupp ta’ impriżi ta’ skala Komunitarja;

(g)

“konsultazzjoni” tfisser l-istabbiliment ta’ djalogu u l-iskambju ta’ fehmiet bejn ir-rappreżentanti tal-impjegati u t-tmexxija ċentrali jew kull livell iktar xieraq ta’ tmexxija f’tali ħin, b’tali mod u b’tali kontenut li, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija, jippermettu lir-rappreżentanti tal-impjegati li, fi żmien raġonevoli, jesprimu opinjoni dwar il-miżuri proposti li magħhom il-konsultazzjoni jkollha x’taqsam, bla ħsara għar-responsabilitajiet tat-tmexxija, li jistgħu jitqiesu fl-impriża fuq skala Komunitarja jew fil-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja;

(h)

“Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet” ifisser kunsill stabbilit skont l-Artikolu 1(2) jew id-dispożizzjonijiet tal-Anness I, bil-għan li jinforma u jikkonsulta lill-impjegati;

(i)

“korp speċjali għan-negozjar” tfisser il-korp stabbilit skont l-Artikolu 5(2) sabiex jinnegozja mat-tmexxija ċentrali rigward l-istabbiliment tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati skont l-Artikolu 1(2).

2.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, il-livelli massimi preskritti għad-daqs tal-forza tax-xogħol għandhom jiġu msejsa fuq in-numru medju tal-impjegati, inklużi l-impjegati li jaħdmu part-time, li kienu impjegati matul is-sentejn ta’ qabel, ikkalkolati skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali.

Artikolu 3

Definizzjoni ta’ “impriża kontrollatriċi”

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, “impriża kontrollatriċi” tfisser impriża li tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra (“l-impriża kkontrollata”) bis-saħħa, pereżempju, tal-proprjetà tagħha, il-parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

2.   L-abbiltà li teżerċita influwenza dominanti għandha tkun preżunta, mingħajr preġudizzju għal prova kuntrarja, meta impriża, f’relazzjoni ma’ impriża oħra direttament jew indirettament:

(a)

jkollha l-parti l-kbira tal-kapital sottoskritt tal-impriża;

(b)

tikkontralla l-maġġoranza tal-voti marbuta mal-kapital azzjonarju maħruġ mill-impriża;

jew

(c)

tista’ taħtar iktar min-nofs il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza ta’ din l-impriża.

3.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 2, id-drittijiet ta’ impriża kontrollatriċi rigward il-votazzjoni u l-ħatriet għandhom jinkludu d-drittijiet ta’ kull impriża oħra kkontrollata u dawk ta’ kull persuna jew korp li jaġixxu f’ismu jew f’isem l-impriża, iżda f’isem l-impriża kontrollatriċi jew ta’ kull impriża oħra kkontrollata.

4.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, impriża ma għandhiex titqies li tkun “impriża kontrollatriċi” rigward impriża oħra li fiha jkollha ishma fejn l-impriża tal-ewwel tkun kumpanija msemmija fl-Artikolu 3(5)(a) jew (c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004, dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (9).

5.   Influwenza dominanti ma għandhiex tkun preżunta li tiġi eżerċitata unikament bis-saħħa tal-fatt illi uffiċjal ikun qiegħed jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, skont il-liġi ta’ Stat Membru rigward il-likwidazzjoni, l-istralċ, insolvenza, il-waqfien tal-ħlasijiet, il-kompożizzjonijiet jew proċeduri analogi.

6.   Il-liġi li tapplika sabiex tistabbilixxi jekk impriża tkunx “impriża kontrollatriċi” għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li jirregola din l-impriża.

Fejn il-liġi li tirregola din l-impriża ma tkunx dik ta’ Stat Membru, il-liġi li tapplika għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li ġewwa t-territorju tiegħu jkun jinsab ir-rappreżentant tal-impriża jew, fin-nuqqas ta’ dan ir-rappreżentant, it-tmexxija ċentrali tal-impriża tal-grupp li timpjega l-ikbar numru ta’ impjegati.

7.   Fejn, fil-każ ta’ konflitt bejn il-liġijiet fl-applikazzjoni tal-paragrafu 2, żewġ impriżi jew iktar minn grupp jissodisfaw wieħed jew aktar mill-kriterji stabbiliti b’dak il-paragrafu, l-impriża li tissodisfa l-kriterju stabbilit fil-punt (c) għandha titqies bħala l-impriża kontrollatriċi, mingħajr preġudizzju għall-prova illi impriża oħra tkun kapaċi teżerċita influwenza dominanti.

IT-TAQSIMA II

STABBILIMENT TA’ KUNSILL TAX-XOGĦLIJIET EWROPEW JEW TA’ PROĊEDURA GĦAL INFORMAZZJONI U KONSULTAZZJONI TAL-IMPJEGATI

Artikolu 4

Responsabbilità għall-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta’ proċedura għal informazzjoni konsultazzjoni tal-impjegati

1.   Il-korp ta’ tmexxija ċentrali għandu jkun responsabbli għall-ħolqien tal-kondizzjonijiet u tal-mezzi neċessarji għall-istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni, kif previst fl-Artikolu 1(2), f’impriża fuq skala Komunitarja u fi grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja.

2.   Fejn it-tmexxija ċentrali ma tkunx tinsab fi Stat Membru, l-aġent rappreżentant tat-tmexxija ċentrali fi Stat Membru, li għandu jiġi nnominat jekk meħtieġ, għandu jassumi r-responsabbilità msemmija fil-paragrafu 1.

Fin-nuqqas ta’ dan ir-rappreżentant, il-korp ta’ tmexxija tal-istabbiliment jew tal-impriża tal-grupp li jimpjegaw l-ikbar numru ta’ impjegati f’kull wieħed mill-Istati Membri għandhom jassumu r-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, ir-rappreżentant jew ir-rappreżentanti jew, fin-nuqqas ta’ kull rappreżentant minn dawn, il-korp ta’ tmexxija msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, għandhom jiġu meqjusa bħala t-tmexxija ċentrali.

4.   It-tmexxija ta’ kull impriża li tagħmel parti mill-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja u t-tmexxija ċentrali jew it-tmexxija ċentral preżunta skont it-tifsira tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 tal-impriża jew tal-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għandha tkun responsabbli għall-ksib u t-trażmissjoni lill-partijiet ikkonċernati mill-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni neċessarja għall-bidu tan-negozjati msemmija fl-Artikolu 5, u partikolarment l-informazzjoni dwar l-istruttura tal-impriża jew tal-grupp u l-forza tax-xogħol tiegħu. Dan l-obbligu għandu jkun marbut partikolarment mal-informazzjoni dwar l-għadd ta’ impjegati msemmija fl-Artikolu 2(1)(a) u (c).

Artikolu 5

Korp Speċjali għan-Negozjar

1.   Sabiex tinkiseb il-mira stabbilita fl-Artikolu 1(1), il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandu jibda n-negozjati sabiex jiġi stabbilit Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni fuq l-inizzjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba bil-miktub ta’ mill-inqas 100 impjegat jew tar-rappreżentanti tagħhom f’mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

2.   Għal dan l-għan, għandu jiġi stabbilit korp speċjali tan-negozjati skont il-linji gwida li ġejjin:

(a)

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw l-metodu li għandu jintuża għall-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-korp speċjali għan-negozjar li għandhom jiġu eletti jew maħtura fit-territorji tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill- l-impjegati fl-impriżi u/jew l-istabbilimenti fejn ma jkunx hemm rappreżentanti tal-impjegati mingħajr ħtija tagħhom, ikollhom id-dritt li jeleġġu jew li jaħtru l-membri tal-korp speċjali għan-negozjar.

It-tieni subparagrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-leġiżazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali li jistabbilixxu l-livelli massimi għall-istabbiliment tal-korpi tar-rappreżentanti tal-impjegati.

(b)

Il-membri tal-korp speċjali għan-negozjar għandhom jiġu eletti jew maħtura fi proporzjon mal-għadd ta’ impjegati f’kull Stat Membru mill-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, billi jiġi allokat, għal kull Stat Membru siġġu wieħed għal kull porzjon ta’ impjegati f’dak l-Istat Membru ekwivalenti għal 10 % jew frazzjoni tagħha, tal-għadd ta’ impjegati fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien;

(c)

it-tmexxija ċentrali u lokali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet Ewropej kompetenti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem għandhom jiġu mgħarrfa bil-kompożizzjoni tal-korp speċjali għan-negozjar u bil-bidu tan-negozjati.

3.   Il-korp speċjali għan-negozjar jrid ikollu d-dmir li jiddetermina, mal-korp ċentrali ta’ tmexxija, bi ftehim bil-miktub, l-iskop, il-kompożizzjoni, il-funzjonijiet, u t-terminu tal-kariga tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew l-arranġamenti sabiex jimplimentaw proċedura ta’ informazzjoni lil u konsultazzjoni tal-impjegati.

4.   Bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim skont l-Artikolu 6, il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandu jsejjaħ laqgħa mal-korp speċjali għan-negozjar. Għandu jinforma lill-korpi ta’ tmexxija lokali kif jixraq.

Qabel u wara kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-korp speċjali għan-negozjar għandu jkun intitolat jiltaqa’, bil-mezzi meħtieġa għall-komunikazzjoni, mingħajr ma jkunu preżenti r-rappreżentanti tat-tmexxija ċentrali.

Għall-għan tan-negozjati, il-korp speċjali għan-negozjar jista’ jitlob biex jiġi assistit minn esperti tal-għażla tiegħu, li jistgħu jinkludu rappreżentanti ta’ trade unions kompetenti u rikonoxxuti fuq skala Komunitarja. Tali esperti u rappreżentanti ta’ trade unions jistgħu jkunu preżenti fil-laqgħat tan-negozjati f’kapaċità konsultattiva fuq it-talba tal-korp speċjali għan-negozjar.

5.   Il-korp speċjali għan-negozjar jista’ jiddeċiedi, b’mill-inqas żewġ terzi tal-voti, li ma jiftaħx in-negozjati skont il-paragrafu 4, jew li jtemm in-negozati diġà miftuħa.

Tali deċiżjoni għandha twaqqaf il-proċedura sabiex tikkonkludi l-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6. Fejn din id-deċiżjoni tkun ittieħdet, ma għandhomx japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Anness I.

Tista’ ssir talba ġdida sabiex jitlaqqa’ l-korp speċjali għan-negozjar l-iktar kmieni sentejn wara d-deċiżjoni msemmija hawn fuq għajr jekk il-partijiet interessati jistabbilixxu perjodu iqsar ta’ żmien.

6.   L-ispejjeż kollha li jkollhom x’jaqsmu man-negozjati msemmija fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta’ tmexxija sabiex jgħinu lill-korp speċjali għan-negozjar jwettaq ix-xogħol tiegħu f’manjiera xierqa.

B’konformità ma’ dan il-prinċipju, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli baġitarji li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-korpi speċjali tan-negozjati. Dawn jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss.

Artikolu 6

Kontenut tal-ftehim

1.   Il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jinnegozjaw fi spirtu ta’ koperazzjoni bil-ħsieb li jilħqu ftehim dwar l-arranġamenti ddettaljati għall-implimentazzjoni tal-informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati previsti fl-Artikolu 1(1).

2.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tal-partijiet, il-ftehim imsemmi fil-paragrafu 1 u magħmul bil-miktub bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jistabbilixxu:

(a)

l-impriżi tal-grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja jew l-istabbilimenti tal-impriża fuq skala Komunitarja li jkunu koperti bil-ftehim;

(b)

il-kompożizzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew, in-numru tal-membri, l-allokazzjoni tas-siġġijiet, b’kont meħud kull fejn possibbli tal-ħtieġa ta’ rappreżentazzjoni bbilanċjata tal-impjegati fir-rigward tal-attivitajiet, il-kategorija u s-sess tagħhom, u t-terminu tal-kariga;

(c)

il-funzjonijiet u l-proċeduri għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-arranġamenti għall-irbit tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw l-impjegati, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3);

(d)

il-post, il-frekwenza u t-tul taż-żmien tal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet;

(e)

kull fejn ikun meħtieġ, il-kompożizzjoni, il-proċedura tal-ħatra, il-funzjonijiet u r-regoli proċedurali tal-kumitat ristrett stabbilit fi ħdan il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew;

(f)

ir-riżorsi finanzjarji u materjali li għandhom jiġu allokati lill-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet;

(g)

id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim u t-tul ta’ żmien tiegħu, l-arranġamenti għall-emendar jew it-terminazzjoni tal-ftehim u l-każijiet li fihom il-ftehim għandu jerġa jiġi nnegozjat u l-proċedura sabiex dan jiġi nnegozjat mill-ġdid, inkluż, fejn ikun hemm bżonn, meta tinbidel l-istruttura tal-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja.

3.   It-tmexxija ċentrali u l-korpi speċjali għan-negozjar jistgħu jiddeċiedu, bil-miktub, li jistabbilixxu proċedura waħda jew iktar ta’ informazzjoni u konsultazzjoni minflok il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet.

Il-ftehim għandu jistipula b’liema metodu r-rappreżentanti tal-impjegati għandu jkollhom id-dritt li jiltaqgħu sabiex jiddiskutu l-informazzjoni mgħoddija lilhom.

Din l-informazzjoni għandha jkollha x’taqsam b’mod partikolari mal-kwistjonijiet transnazzjonali li jaffettwaw b’mod sinifikanti l-interessi tal-impjegati.

4.   L-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx ikunu, sakemm ma jkunux jipprovdu diversament, soġġetti għar-rekwiżiti sussidjarji tal-Anness I.

5.   Għall-għanijiet li jiġu konklużi l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, il-korpi speċjali għan-negozjar għandhom jaġixxu bil-maġġoranza tal-membri tagħhom.

Artikolu 7

Rekwiżiti sussidjarji

1.   Sabiex jinkiseb l-għan stabbilit fl-Artikolu 1(1), ir-rekwiżiti sussidjarji stabbiliti bil-leġiżlazzjoni tal-Stat Membru li fihom ikun jinsab il-korp ċentrali ta’ tmexxija għandhom japplikaw:

fejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-korp speċjali għan-negozjar jiddeċiedu hekk;

fejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija jirrifjuta li jiftaħ in-negozjati fi żmien sitt xhur mit-talba li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 5(1);

jew

fejn, wara tliet snin mid-data ta’ din it-talba, ma jkunux jistgħu jikkonkludu ftehim kif stabbilit bl-Artikolu 6 u l-korp speċjali għan-negozjar ma jkunx ħa d-deċiżjoni provduta fl-Artikolu 5(5).

2.   Ir-rekwiżiti sussidjarji li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 kif adottatti fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri għandhom jissodisfaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I.

SEZZJONI III

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELANJI

Artikolu 8

Informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu illi l-membri tal-korpi speċjali tan-negozjati jew tal-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej u kull espert li jassistihom ma jiġux awtorizzati li jirrevelaw informazzjoni li tkun ġiet espressament ipprovduta lilhom konfidenzjalment.

L-istess għandu japplika għar-rappreżentanti tal-impjegati fil-qafas ta’ proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

Dan l-obbligu għandu jkompli japplika, ikunu fejn ikunu l-persuni li hemm referenza għalihom fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, anke wara li jiskadi l-mandat tagħhom.

2.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi, f’każijiet speċifiċi u taħt il-kondizzjonijiet u l-limiti stabbiliti mil-leġiżazzjoni nazzjonali, illi l-korp ċentrali ta’ tmexxija li jinsab fit-territorju tiegħu ma jiġix obbligat jittrażmetti l-informazzjoni meta n-natura ta’ din tkun tali li, skont kriterja oġġettivi, tagħmel ħsara serja lill-funzjonament tal-impriżi interessati jew tkun ta’ preġudizzju għalihom.

Stat Membru jista’ jagħmel dik id-dispensa suġġetta għall-awtorizzazzjoni minn qabel amministrattiva jew ġudizzjarja.

3.   Kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet partikolari għall-korp ċentrali ta’ tmexxija tal-impriżi fit-territorju tiegħu illi jsegwu direttament u essenzjalment l-għan tal-gwida ideoloġika rigward l-informazzjoni u l-espressjoni tal-opinjonijiet, bil-kondizzjoni illi, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva dawn id-dispożizzjonijiet partikolari jkunu diġà jeżistu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Artikolu 9

Operazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema

Il-korp ċentrali ta’ tmexxija u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jaħdmu fi spirtu ta’ koperazzjoni b’kont meħud tad-drittijiet u l-obbligi reċiproki.

L-istess għandu japplika għall-koperazzjoni bejn il-korp ċentrali ta’ tmexxija u r-rappreżentanti tal-impjegati fil-qafas tal-proċedura ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-ħaddiema.

Artikolu 10

Rwol u protezzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegati

1.   Bla ħsara għall-kompetenza ta’ korpi jew organizzazzjonijiet oħra f’dan ir-rigward, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikollhom il-mezzi meħtieġa biex japplikaw id-drittijiet naxxenti minn din id-Direttiva, biex jirrappreżentaw kollettivament l-interessi tal-impjegati fl-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja.

2.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 8, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jinfurmaw lir-rappreżentanti tal-impjegati tal-istabbilimenti jew tal-impriżi ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, jew, fin-nuqqas tar-rappreżentanti, lill-forza tax-xogħol bħala korp wieħed, bil-kontenut u bir-riżultat tal-proċedura tal-informazzjoni u l-konsultazzjoni mwettqa skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-membri tal-korpi speċjali għan-negozjar, il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u r-rappreżentanti tal-impjegati, huma u jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(3) għandhom, fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, igawdu minn protezzjoni u garanziji simili għal dawk ipprovduti lir-rappreżentanti tal-impjegati bil-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali fis-seħħ fil-pajjiż tal-impjieg tagħhom.

Dan għandu japplika b’mod partikolari għall-attendenza fil-laqgħat tal-korpi speċjali għan-negozjar jew fil-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew f’kull laqgħa oħra fil-qafas tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6(3), u l-ħlas tal-pagi tal-membri li jkunu fuq il-lista tal-persunal tal-impriża fuq skala Komunitarja jew ta’ grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja għall-perjodu ta’ assenza meħtieġ għall-qadi tad-dmirijiet tagħhom.

4.   Safejn ikun hemm bżonn għall-eżerċizzju tad-dmirijiet rappreżentattivi tagħhom f’ambjent internazzjonali, il-membri tal-korp speċjali għan-negozjar u l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jingħataw taħriġ mingħajr ma jitilfu l-paga.

Artikolu 11

Konformità ma’ din id-Direttiva

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura illi l-korp ta’ tmexxija tal-istabbilimenti ta’ impriża fuq skala Komunitarja u l-korpijiet ta’ tmexxija tal-impriżi li jagħmlu parti minn grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja li jkunu jinsabu ġewwa t-territorju tiegħu u r-rappreżentanti tal-impjegati tagħhom jew, skont kif ikun il-każ, l-impjegati jimxu skont l-obbligi stabbiliti b’din id-Direttiva, mingħajr ma jingħata każ jekk il-korp ċentrali ta’ tmexxija jkunx jinsab fit-territorju tiegħu jew le.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-miżuri xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ din id-Direttiva; b’mod partikolari, għandhom jiżguraw illi jkunu disponibbli l-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji adegwati sabiex jgħinu li jiġu infurzati l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva.

3.   Meta l-Istati Membri japplikaw l-Artikolu 8, għandhom jagħmlu dispożizzjoni għall-proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ appell illi r-rappreżentanti tal-impjegati jistgħu jibdew meta t-tmexxija ċentrali tirrikjedi l-kunfidenzjalità jew ma tagħtix l-informazzjoni skont dan l-Artikolu 8.

Tali proċeduri jistgħu jinkludu proċeduri mfassla sabiex jipproteġu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni in kwistjoni.

Artikolu 12

Relazzjoni ma’ dispożizzjonijiet oħra Komunitarji u nazzjonali

1.   L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu marbuta ma’ dawk tal-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati b’kont meħud tal-kompetenzi u l-oqsma ta’ azzjoni għal kull wieħed minnhom u tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 1(3).

2.   L-arranġamenti għall-irbit bejn l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u l-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati għandhom jiġu stabbiliti bil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6. Dak il-ftehim għandu jkun bla preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-liġi jew prattika nazzjonali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-impjegati.

3.   Fejn tali arranġamenti ma jkunux ġew definiti bi ftehim, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċessi ta’ informazzjoni u konsultazzjoni jsiru fil-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u kif ukoll fil-korpi nazzjonali li jirrappreżentaw lill-impjegati fil-każijiet fejn ikun maħsub li jittieħdu deċiżjonijiet li aktarx iwasslu għal bidliet sostanzjali fl-organizzazzjoni tax-xogħol jew fir-relazzjonijiet kuntrattwali.

4.   Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2002/14/KE u għall-proċeduri speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/59/KE u l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/23/KE.

5.   L-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva m’għandiex isservi bħala bażi suffiċjenti għal tnaqqis fir-relazzjoni mas-sitwazzjoni li diġa’ tkun prevalenti f’kull Stat Membru u b’relazzjoni mal-livell ġenerali tal-protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma li dwarhom tkun applikabbli.

Artikolu 13

Adattament

Fejn l-istruttura tal-impriża fuq skala Komunitarja jew il-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja tinbidel sostanzjalment, u jew fin-nuqqas tad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-istrumenti ta’ ftehim fis-seħħ jew fil-każ ta’ kunflitti bejn id-dispożizzjonijiet rilevanti taż-żewġ strumenti ta’ ftehim jew iktar, it-tmexxija ċentrali għandha tibda n-negozjati msemmija fl-Artikolu 5 fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq it-talba bil-miktub ta’ mill-inqas 100 impjegat jew ir-rappreżentanti tagħhom f’mill-inqas żewġ impriżi jew stabbilimenti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti.

Mill-inqas tliet membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew minn kull wieħed mill-Kunsilli tax-Xogħlijiet Ewropej eżistenti għandhom ikunu membri tal-korp speċjali tan-negozjati, minbarra l-membri eletti jew maħtura skont l-Artikolu 5(2).

Matul in-negozjati, il-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet eżistenti għandhom ikomplu joperaw skont kwalunkwe arranġamenti addattati bi ftehim bejn il-membri tal-Kunsill(i) Ewropew/j tax-Xogħlijiet u t-tmexxija ċentrali.

Artikolu 14

Strumenti ta’ Ftehim fis-seħħ

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13, l-obbligi naxxenti minn din id-Direttiva ma għandhomx japplikaw għall-impriżi fuq skala Komunitarja jew għall-gruppi tal-impriżi fuq skala Komunitarja meta:

(a)

jiġu konklużi strument jew strumenti ta’ ftehim li jkopru l-forza tax-xogħol kollha li jipprevedu l-informazzjoni u l-konsultazzjoni transnazzjonali tal-impjegati, skont l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 94/45/KE jew l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 97/74/KE, jew meta tali strumenti ta’ ftehim jiġu aġġustati minħabba bidliet fl-istruttura tal-impriżi jew tal-gruppi tal-impriżi;

jew

(b)

jiġi ffirmat jew rivedut ftehim konkluż skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 94/45/KE bejn il-5 ta’ Ġunju 2009 u l-5 ta’ Ġunju 2011.

Il-liġi nazzjonali applikabbli meta jiġi ffirmat jew rivedut il-ftehim għandha tibqa’ tapplika għall-impriżi u l-gruppi ta’ impriżi msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu.

2.   Malli jiskadu l-istrumenti ta’ ftehim imsemmija fil-paragrafu 1, il-partijiet f’dawn l-istrumenti ta’ ftehim jistgħu jiddeċiedu konġuntement li jġedduhom jew li jirreveduhom. Fejn dan ma jkunx il-każ, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Rapport

Mhux iktar tard mill-5 ta’ Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn.

Artikolu 16

Transpożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(2), (3) u (4), mal-Artikolu 2(1), punti (f) u (g), mal-Artikolu 3(4), mal-Artikolu 4(4), mal-Artikolu 5(2), punti (b) u (c), mal-Artikolu 5(4), mal-Artikolu 6(2), punti (b), (c), (e) u (g), u mal-Artikoli 10, 12, 13 u 14, kif ukoll mal-Anness I, punti 1(a), (c) u (d) u punti 2 u 3, mhux iktar tard minn mill-5 ta’ Ġunju 2011 jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu f’dik id-data d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, u l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati jieħdu l-passi kollha neċessarji li jippermettulhom f’kull ħin li jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Huma għandhom ukoll jinkludu stqarrija li r-referenzi fil-liġijiet eżistenti, ir-regolamenti eżistenti, u dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom ikunu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif tali referenza għandha ssir u kif dik l-istqarrija għandha tkun ifformulata.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 17

Tħassir

Id-Direttiva 94/45/KE, kif emendata bid-Direttivi elenkati fl-Anness II, Parti A, hija mħassra b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2011, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limitu ta’ żmien għat-trasponiment fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness II, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

Artikolu 18

Dħul fis-Seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1(1), (5), (6) u (7), l-Artikolu 2(1), punti (a) sa (e), (h) u (i), l-Artikolu 2(2), l-Artikolu 3(1), (2), (3), (5), (6) u (7), l-Artikolu 4(1), (2) u (3), l-Artikolu 5(1), (3), (5) u (6), l-Artikolu 5(2), punt (a), l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 6(2), punti (a), (d) u (f), u l-Artikolu 6(3), (4) u (5), u l-Artikoli 7, 8, 9 and 11, kif ukoll l-Anness I, punt 1(b), (e) u (f), u punti 4, 5 u 6, għandhom japplikaw mis-6 ta’ Ġunju 2011.

Artikolu 19

Indirizzati

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strażburgu, 6 ta’ Mejju 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J. KOHOUT


(1)  L-Opinjoni tal-4 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2008.

(3)  ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64.

(4)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.

(5)  ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16.

(6)  ĠU L 82, 22.3.2001, p. 16.

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 97/74/KE tal-15 ta’ Diċembru li testendi, għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ fuq, id-Direttiva 94/45/KE dwar l-Istabbiliment ta’ Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew jew proċedura f’impriżi ta’ skala Komunitarja u fi gruppi ta’ skala Komunitarja ta’ impriżi għall-iskopijiet ta’ informazzjoni u konsultazzjoni tal-impjegati (ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22).

(8)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(9)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


ANNESS I

IR-REKWIŻITI SUSSIDJARI

(imsemmija fl-Artikolu 7)

1.

Sabiex jinkiseb l-għan stabbilit fl-Artikolu 1(1) u fil-każijiet previsti fl-Artikolu 7(1), l-istabbiliment, il-kompożizzjoni u l-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jiġi rregolat mir-regoli li ġejjin:

(a)

Il-kompetenza tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tiġi determinata skont l-Artikolu 1(3).

L-informazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandha tkun marbuta partikolarment mal-istruttura, il-qagħda ekonomika u finanzjarja, l-iżvilupp potenzjali u l-produzzjoni u l-bejgħ tal-impriża jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja. L-informazzjoni u l-konsultazzjoni tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom ikunu marbuta partikolarment mas-sitwazzjoni u x-xejra li aktarx jieħdu l-impjiegi, l-investimenti u l-bidliet sostanzjali li jirrigwardaw l-organizzazzjoni, l-introduzzjoni ta’ metodi ta’ ħidma jew proċessi ta’ produzzjoni ġodda, trasferimenti ta’ produzzjoni, mergers, tnaqqis fid-daqs jew għeluq ta’ impriżi, stabbilimenti jew partijiet importanti tagħhom, u sensji kollettivi.

Il-konsultazzjoni għandha ssir b’tali mod li tippermetti lir-rappreżentanti tal-impjegati li jiltaqgħu mat-tmexxija ċentrali u biex jakkwistaw rispons, u għar-raġunijiet ta’ dak ir-rispons, dwar xi opinjoni li huma jistgħu jifformulaw;

(b)

Il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet għandu jkun kompost minn impjegati tal-impriża fuq skala Komunitarja jew tal-grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja eletti jew maħtura minn fost in-numru tagħhom mir-rappreżentanti tal-impjegati jew, fin-nuqqas ta’ dawn, mill-korp intier tal-impjegati.

L-elezzjoni jew il-ħatra tal-membri tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet għandhom jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni u/jew il-prattika nazzjonali;

(c)

Il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandhom jiġu eletti jew maħtura fi proporzjon mal-għadd ta’ impjegati f’kull Stat Membru mill-impriża fuq skala Komunitarja jew grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja, billi jiġu allokati, għal kull Stat Membru siġġu wieħed kull porzjon ta’ impjegati f’dak l-Istat Membru ekwivalenti għal 10 % jew frazzjoni tiegħu, tal-għadd ta’ impjegati fl-Istati Membri kollha meħuda flimkien;

(d)

Biex ikun garantit li l-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew ikun jista’ jikkoordina l-attivitajiet tiegħu, għandu jeleġġi kumitat ristrett minn fost il-membri tiegħu, magħmul minn massimu ta’ ħames membri, li għandu jibbenefika mill-kundizzjonijiet li jippermettulu jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fuq bażi regolari.

Għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu;

(e)

Il-korp ċentrali ta’ tmexxija u kull livell xieraq ta’ tmexxija għandhom jiġu infurmati bil-kompożizzjoni tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet;

(f)

Erba’ snin wara li jiġi stabbilit il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet dan għandu jeżamina jekk jiftaħx in-negozjati għall-konklużjoni tal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 6 jew li jkompli japplika r-rekwiżiti sussidjarji adottati skont dan l-Anness.

L-Artikoli 6 u 7 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, jekk tkun ittieħdet deċiżjoni sabiex jiġi nnegozjat ftehim skont l-Artikolu 6, fejn, f’dan il-każ, il-frażi “il-korp speċjali tan-negozjati” għandha tiġi sostitwita bil-frażi “il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew”.

2.

Il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiltaqa’ mal-korp ċentrali ta’ tmexxija darba fis-sena, sabiex jiġi infurmat u kkonsultat, fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-korp ċentrali ta’ tmexxija, dwar il-progress tal-kummerċ tal-impriża fuq skala Komunitarja jew tal-grupp tal-impriżi fuq skala Komunitarja u l-prospetti tagħhom. Il-korpi ta’ tmexxija lokali għandhom jiġu infurmati kif xieraq.

3.

Fejn ikun hemm ċirkostanzi eċċezzjonali jew deċiżjonijiet ippjanati li aktarx jaffettwaw l-interessi tal-impjegati b’mod konsiderevoli, b’mod partikolari fil-każ tal-allokazzjonijiet mill-ġdid, l-għeluq ta’ stabbilimenti jew impriżi jew sensji kollettivi, il-kumitat ristrett jew, fejn ma jeżisti l-ebda kumitat bħal dan, il-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew għandu jkollu d-dritt li jiġi infurmat. Għandu jkollu d-dritt li jiltaqa’, fuq it-talba tagħhom, mal-korp ċentrali ta’ tmexxija, jew ma’ kull livell ta’ tmexxija ieħor aktar xieraq fl-impriża jew fil-grupp ta’ impriżi fuq skala Komunitarja bil-poteri li jieħdu d-deċiżjonijiet, sabiex jiġu infurmati u kkonsultati.

Dawk il-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew li kienu ġew eletti jew maħtura mill-istabbilimenti u/jew l-impriżi u li huma direttament interessati fiċ-ċirkostanzi jew id-deċiżjonijiet fil-kwistjoni għandu jkollhom ukoll id-dritt li jipparteċipaw f’każ ta’ laqgħa organizzata mill-kumitat ristrett.

Din il-laqgħa ta’ tagħrif u konsultazzjoni għandha ssir malajr kemm jista’ jkun fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-korp ċentrali ta’ tmexxija jew minn kull livell ieħor ta’ tmexxija xieraq tal-impriża jew tal-grupp tal-impriża fuq skala Komunitarja, li fiha tista’ tingħata opinjoni fit-tmiem tal-laqgħa jew fi żmien raġjonevoli.

Din il-laqgħa ma għandhiex taffettwa l-prerogattivi tal-korp ċentrali ta’ tmexxija.

Il-proċeduri ta’ informazzjoni u konsultazzjoni previsti fiċ-ċirkostanzi ta’ hawn fuq għandhom jitwettqu bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1(2) u 8.

4.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli dwar min jippresjedi l-laqgħat ta’ informazzjoni u konsultazzjoni.

Qabel kull laqgħa mat-tmexxija ċentrali, il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew il-kumitat ristrett, mkabbar fejn meħtieġ skont it-tieni paragrafu tal-punt 3, għandu jkun intitolat li jiltaqa’ mingħajr ma jkun preżenti l-korp ta’ tmexxija interessat.

5.

Il-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet jew il-kumitat ristrett jistgħu jkunu assistiti minn esperti tal-għażla tagħhom, safejn u sakemm dawn ikunu meħtieġa sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

6.

L-ispejjeż operattivi tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet għandhom jinġarru mill-korp ċentrali ta’ tmexxija.

Il-korp ċentrali ta’ tmexxija interessat għandu jipprovdi lill-membri tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet b’dawk ir-risorsi finanzjarji u materjali sabiex jgħinuhom jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod xieraq.

B’mod partikolari, l-ispejjeż dwar l-organizzazzjoni tal-laqgħat u l-arranġamenti għall-faċilitajiet tal-interpretazzjoni u l-ispejjez tal-akkomodazzjoni u tal-ivvjaġġar tal-membri tal-Kunsill tax-Xogħlijiet Ewropew u tal-kumitat ristrett tiegħu għandhom jitħallsu mill-korp ċentrali ta’ tmexxija sakemm ma jiġix diversament miftiehem.

B’konformità ma’ dawn il-prinċipji, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu r-regoli tal-estimi li jirrigwardaw l-operazzjoni tal-Kunsill Ewropew tax-Xogħlijiet. Jistgħu b’mod partikolari jillimitaw il-fondi sabiex ikopru espert wieħed biss.


ANNESS II

TAQSIMA A

Id-Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Id-Direttiva 94/45/KE tal-Kunsill

(ĠU L 254, 30.9.1994, p. 64)

Id-Direttiva 97/74/KE tal-Kunsill

(ĠU L 10, 16.1.1998, p. 22)

Id-Direttiva 2006/109/KE tal-Kunsill

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 416)

TAQSIMA B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 17)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

94/45/KE

22.9.1996

97/74/KE

15.12.1999

2006/109/KE

1.1.2007


ANNESS III

Tabella ta’ korrelazzjoni

Id-Direttiva 94/45/KE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2), it-tieni sentenza

Artikolu 1(3) u (4)

Artikolu 1(3) u (4)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(6)

Artikolu 1(5)

Artikolu 1 (7)

Artikolu 2(1)(a) sa (e)

Artikolu 2(1)(a) sa (e)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1)(f)

Artikolu 2(1)(g)

Artikolu 2(1)(g) u (h)

Artikolu 2(1)(h) u (i)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4(1)(2) u (3)

Artikolu 4(1)(2) u (3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 5(1) u (2)(a)

Artikolu 5(1) u (2)(a)

Artikolu 5(2)(b) u (c)

Artikolu 5(2)(b)

Artikolu 5(2)(d)

Artikolu 5(2)(c)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 5(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(5) u (6)

Artikolu 5(5) u (6)

Artikolu 6(1) u (2)(a)

Artikolu 6(1) u (2)(a)

Artikolu 6(2)(b)

Artikolu 6(2)(b)

Artikolu 6(2)(c)

Artikolu 6(2)(c)

Artikolu 6(2)(d)

Artikolu 6(2)(d)

Artikolu 6(2)(e)

Artikolu 6(2)(e)

Artikolu 6(2)(f)

Artikolu 6(2)(f)

Artikolu 6(2)(g)

Artikolu 6(3)(4) u (5)

Artikolu 6(3)(4) u (5)

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10(1) u (2)

Artikolu 10

Artikolu 10(3)

Artikolu 10(4)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 4(4)

Artikolu 11(3)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(4)

Artikolu 11(3)

Artikolu 12(1) u (2)

Artikolu 12(1) sa (5)

Artikolu 13

Artikolu 13(1)

Artikolu 14(1)

Artikolu 13(2)

Artikolu 14(2)

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 16

Artikolu 19

Anness

Anness I

Punt 1, kliem introduttorju

Punt 1, kliem introduttorju

Punt 1(a) (parzjalment) u punt 2, it-tieni paragrafu (parzjalment)

Punt 1(a) (parzjalment)

Punt 1(b)

Punt 1(b)

Punt 1(c) (parzjalment) u punt 1(d)

Punt 1(c)

Punt 1(c) (parzjalment)

Punt 1(d)

Punt 1(e)

Punt 1(e)

Punt 1(f)

Punt 1(f)

Punt 2, l-ewwel paragrafu

Punt 2

Punt 3

Punt 3

Punt 4

Punt 4

Punt 5

Punt 6

Punt 5

Punt 7

Punt 6

Annessi II u III


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta' Mejju 2009

dwar il-ħatra ta' tliet membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi maħluq permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG)

(2009/386/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2006/505/KE, il-Kummissjoni għandha taħtar sa massimu ta' seba' membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi minn esperti indipendenti li l-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fil-qasam tal-kontabilità, b'mod partikolari fil-kwistjonijiet ta' rapportaġġ finanzjarju, huma ġeneralment rikonoxxuti fil-livell Komunitarju.

(2)

Skont id-Deċiżjoni 2007/73/KE (2), il-Kummissjoni ħatret seba' membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fit-8 ta' Frar 2007 għal kariga ta' 3 snin li tista' tiġġedded. Sabiex tkun possibbli li ssir rotazzjoni ordnata tas-sħubija fil-Grupp, il-Grupp jista' jiddeċiedi dwar bidla parzjali tal-membri fi gruppi ta' 2 jew 3. Il-Grupp iddeċieda li jibdel 3 Membri fl-2009.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni b'dan taħtar 3 membri tal-Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi, li l-ismijiet tagħhom huma riprodotti fl-Anness.

Artikolu 2

Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 993.

(2)  ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 187.


ANNESS

LISTA TA' MEMBRI

 

Rien VAN HOEPEN

 

Bernard RAFFOURNIER

 

Mari PAANANEN


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Kummissjoni

16.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 122/47


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Mejju 2009

dwar l-implimentazzjoni ta’ prinċipji għall-protezzjoni tal-privatezza u tad-dejta f’applikazzjonijiet li jużaw l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3200)

(2009/387/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Wara li kkonsultat lis-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta,

Billi:

(1)

L-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju (RFID) hija żvilupp ġdid fis-Soċjetà tal-Informazzjoni, li fiha, l-oġġetti b’tagħmir mikroelettroniku li jistgħu jipproċessaw id-dejta b’mod awtomatiku se jkomplu jsiru dejjem aktar parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum.

(2)

L-RFID qed issir dejjem aktar komuni, u għalhekk qed issir ukoll parti mill-ħajja tal-bniedem f’diversi oqsma bħal dawk tal-loġistika (1), tal-kura tas-saħħa, tat-trasport pubbliku, tal-kummerċ bl-imnut, b’mod partikolari biex tittejjeb is-sikurezza tal-prodotti u għall-ġbir aktar malajr ta’ prodotti li jeħtieġu li jitneħħew mis-suq, id-divertiment, ix-xogħol, il-ġestjoni tat-taxxi tat-toroq, l-immaniġjar tal-bagalji, u d-dokumenti tal-ivvjaġġar.

(3)

It-teknoloġija RFID tista’ ssir forza ġdida li twassal għal aktar xogħol u impjiegi, u b’hekk tagħti kontribut qawwi għall-Istrateġija ta’ Liżbona, peress li għandha potenzjal kbir f’termini ekonomiċi, fejn tista’ toħloq opportunitajiet ġodda ta’ kummerċ, tnaqqis fl-ispejjeż u żieda fl-effiċjenza, b’mod partikolari fil-mod ta’ kif jiġi indirizzat l-iffalsifikar u fil-ġestjoni tal-iskart elettroniku (e-waste), tal-materjali perikolużi u fir-riċiklaġġ ta’ prodotti fi tmiem il-ħajja tagħhom.

(4)

It-teknoloġija RFID tippermetti l-ipproċessar ta’ dejta, inkluż ta’ dejta personali, fuq distanzi qosra mingħajr il-ħtieġa ta’ kuntatt fiżiku jew ta’ interazzjoni viżiva bejn it-tagħmir li jaqra jew dak li jirrekordja u t-tikketta, b’mod li din l-interazzjoni tista’ sseħħ mingħajr ma jkun jaf biha l-individwu konċernat.

(5)

L-applikazzjonijiet RFID jistgħu jipproċessaw dejta dwar persuna fiżika identifikata jew jew identifikabbli, fejn persuna fiżika tiġi identifikata direttament jew indirettament. Jistgħu jipproċessaw dejta personali li tkun maħżuna fit-tikketta, bħal ma huma l-isem, id-data tat-twelid jew l-indirizz tal-persuna jew dejta bijometrika jew dejta li tassoċja numru speċifiku ta’ oġġett RFID ma’ dejta personali li tkun maħżuna x’imkien ieħor fis-sistema. Barra minn hekk, din it-teknoloġija tista’ tintuża fil-monitoraġġ ta’ individwi li jkollhom oġġett wieħed jew aktar b’numru speċifiku ta’ oġġett RFID.

(6)

Peress li t-teknoloġija RFID tista’ tkun kemm kullimkien kif ukoll prattikament inviżibbli, fl-applikazzjoni tagħha għandha tingħata attenzjoni partikolari għal kwistjonijiet ta’ protezzjoni ta’ dejta u ta’ privatezza. Konsegwentement, fl-applikazzjonijiet RFID għandhom jiġu inkorporati karatteristiċi ta’ sigurtà tal-informazzjoni qabel ma l-użu tagħhom jinfirex ħafna (il-prinċipju ta’ “sigurtà u privatezza permezz tad-disinn”).

(7)

L-RFID ikun jista’ biss iwassal l-għadd kbir ta’ benefiċċji ekonomiċi u soċjali tiegħu jekk ikun hemm miżuri fis-seħħ li jkunu effettivi għall-protezzjoni tad-dejta personali, tal-privatezza u l-prinċipji etiċi assoċjati, li huma fatturi essenzjali għad-dibattitu dwar l-aċċettazzjoni tal-RFID mill-pubbliku.

(8)

L-Istati Membri u l-partijiet interessati għandhom jintensifikaw l-isforzi tagħhom, speċjalment f’din il-fażi inizjali ta’ implimentazzjoni tal-RFID, biex jiżguraw li l-applikazzjonijiet RFID jiġu mmonitorjati u li d-drittijiet u l-libertà tal-individwi jiġu rrispettati.

(9)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2007, “l-Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (RFID) fl-Ewropa: Passi lejn qafas ta’ politika” (2) ħabbret li, permezz ta’ Rakkomandazzjoni waħda jew aktar, il-Kummissjoni kienet se tagħti kjarifikazzjonijiet u gwida dwar l-aspetti tal-applikazzjonijiet RFID relatati mal-protezzjoni tad-dejta u mal-privatezza.

(10)

Id-drittijiet u l-obbligi li jikkonċernaw il-protezzjoni ta’ dejta personali u l-moviment liberu tat-tali dejta, kif provdut mid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (3) u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (4) huma applikabbli bis-sħiħ għall-użu tal-applikazzjonijiet RFID li jipproċessaw dejta personali.

(11)

Il-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 1999/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 1999 dwar it-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjonijiet u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (5) għandhom jiġu applikati fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet RFID.

(12)

L-Opinjoni tas-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (6) tipprovdi gwida dwar kif għandhom jiġu ttrattati dawk il-prodotti li jkun fihom tikketti li jingħataw lill-individwi u jħeġġeġ li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-privatezza u s-sigurtà biex jiġu identifikati u żviluppati “l-aqwa tekniki disponibbli” għas-salvagwardja tal-privatezza u s-sigurtà ta’ sistemi RFID.

(13)

L-operaturi ta’ applikazzjonijiet RFID għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li d-dejta ma tkunx relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli permezz ta’ kwalunkwe mezz li x’aktarx jista’ jintuża mill-operatur tal-applikazzjoni RFID jew minn kwalunkwe persuna oħra, sakemm it-tali dejta ma tiġix ipproċessata b’konformità mal-prinċipji applikabbli u r-regoli legali dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(14)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Mejju 2007 dwar “il-Promozzjoni tal-Protezzjoni tad-Dejta b’Teknoloġiji li jtejbu l-Privatezza (PETs)” (7) tistabbilixxi azzjonijiet ċari biex jintlaħaq l-għan li l-ipproċessar tad-dejta personali jiġi mnaqqas kemm jista’ jkun u li, fejn possibbli, jintużaw id-dejta anonima u l-psewdonimi billi jiġi appoġġat l-iżvilupp tal-PETs u l-użu tagħhom mill-kontrolluri tad-dejta u l-individwi.

(15)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2006“Strateġija għas-Sigurtà tas-Soċjetà tal-Informazzjoni ‘Djalogu, sħubija u responsabbilizzazzjoni’” (8) tirrikonoxxi li d-diversità, it-trasparenza, l-interoperabbiltà, l-użu u l-kompetizzjoni huma fatturi importanti għas-sigurtà tas-Soċjetà tal-Informazzjoni, tenfasizza r-rwol li għandhom l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet pubbliċi biex itejbu l-għarfien u jippromwovu prattiki tajbin fil-qasam tas-sigurtà, u tistieden lill-partijiet interessati mis-settur privat biex jieħdu inizjattivi li jwasslu għal skemi taċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà bi prezz li jista’ jintlaħaq għal prodotti, proċessi u servizzi li jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-privatezza.

(16)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2007 (9) dwar strateġija għas-sigurtà tas-soċjetà tal-informazzjoni fl-Ewropa tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jagħtu l-attenzjoni xierqa għall-ħtieġa li jipprevjenu u jikkumbattu t-theddid ġdid u eżistenti għas-sigurtà tan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.

(17)

Qafas, li jiġi żviluppat fuq livell Komunitarju, għat-twettiq ta’ valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza għandu jiżgura li d-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni jiġu segwiti b’mod koerenti mill-Istati Membri kollha. L-iżvilupp ta’ qafas ta’ dan it-tip għandu jkun ibbażat fuq prattiki attwali u fuq l-esperjenzi miksuba fi Stati Membri, f’pajjiżi terzi u fix-xogħol li twettaq mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni (ENISA) (10).

(18)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, fuq livell Komunitarju, jiġu żviluppati linji gwida dwar il-ġestjoni tas-sigurtà tal-informazzjoni għall-applikazzjonijiet RFID, abbażi tal-prattiċi attwali u l-esperjenzi miksuba fi Stati Membri u f’pajjiżi terzi. L-Istati Membri għandhom jikkontribwixxu għal dak il-proċess u jħeġġu lill-entitajiet privati u lill-awtoritajiet pubbliċi biex jipparteċipaw.

(19)

Valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta li titwettaq mill-operatur qabel ma tiġi implimentata xi applikazzjoni RFID għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid ta’ miżuri ta’ protezzjoni xierqa. Jeħtieġ li dawn il-miżuri jiġu mmonitorjati u riveduti tul il-ħajja kollha tal-applikazzjoni RFID.

(20)

Fis-settur tal-kummerċ bl-imnut, il-valutazzjoni tal-impatti tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta ta’ prodotti li jkollhom tikketti u li jinbiegħu lill-konsumaturi għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi deċiż jekk hemmx theddida għall-privatezza jew għall-protezzjoni ta’ dejta personali.

(21)

L-użu ta’ standards internazzjonali, bħal dawk żviluppati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO), il-kodiċijiet tal-imġieba u l-aħjar prattiki li huma konformi mal-qafas regolatorju tal-UE jista’ jgħin fil-ġestjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni tal-privatezza u s-sigurtà tal-informazzjoni fil-proċess kummerċjali kollu li l-RFID tagħmel possibbli.

(22)

L-applikazzjonijiet RFID li jkollhom konsegwenzi għall-pubbliku ġenerali, bħall-biljetti elettroniċi fit-trasport pubbliku, jeħtieġu miżuri ta’ protezzjoni xierqa. L-applikazzjonijiet RFID li jaffettwaw lill-individwi minħabba l-ipproċessar, pereżempju, id-dejta bijometrika ta’ identifikazzjoni jew id-dejta relatata mas-saħħa, huma partikolarment kritiċi fir-rigward tas-sigurtà tal-informazzjoni u tal-privatezza, u għalhekk, jeħtieġu attenzjoni speċifika.

(23)

Jeħtieġ li s-soċjeta, kollha kemm hi, tkun konxja dwar l-obbligi u d-drittijiet applikabbli fir-rigward tal-użu ta’ applikazzjonijiet RFID. Għaldaqstant, il-partijiet li japplikaw din it-teknoloġija għandhom ir-responsabbiltà li jipprovdu, lill-individwi, b’informazzjoni dwar l-użu ta’ dawn l-applikazzjonijiet.

(24)

It-trawwim ta’ għarfien fost il-pubbliku u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) dwar il-karatteristiċi u l-kapaċitajiet tal-RFID għandu jgħin biex din it-teknoloġija tilħaq il-potenzjal ekonomiku tagħha u fl-istess ħin jittaffew ir-riskji li l-RFID tintuża bi ħsara għall-interessi tal-pubbliku, u b’hekk issir aktar aċċettabli.

(25)

Il-Kummissjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, b’mod dirett u indirett, billi tiffaċilita d-djalogu u l-kooperazzjoni fost il-partijiet interessati, b’mod partikolari permezz tal-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u s-Seba’ Programm Kwadru ta’ Riċerka (FP7) stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(26)

Ir-riċerka u l-iżvilupp, fil-livell Komunitarju, dwar teknoloġiji li jżidu l-privatezza u teknoloġiji ta’ sigurtà tal-informazzjoni li jkunu rħas hija essenzjali għall-promozzjoni ta’ użu aktar wiesa’ ta’ dawn it-teknoloġiji f’kundizzjonijiet aċċettabbli.

(27)

Din ir-Rakkomandazzjoni tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din ir-Rakkomandazzjoni timmira li tiżgura l-ħarsien sħiħ tal-ħajja privata u familjari, kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta personali.

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

Ambitu

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida għad-disinn u t-tħaddim tal-applikazzjonijiet RFID b’mod legali, etiku, soċjali u politikament aċċettabbli, filwaqt li tirrispetta d-dritt għall-privatezza u tiżgura l-protezzjoni tad-dejta personali.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni tipprovdi gwida dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fl-użu tal-applikazzjonijiet RFID biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timplimenta d-Direttivi 1995/46/KE, 1999/5/KE u 2002/58/KE tiġi mħarsa, fejn applikabbli, waqt l-użu ta’ dawn l-applikazzjonijiet.

Definizzjonijiet

3.

Għall-għanijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“l-identifikazzjoni bil-frekwenza tar-radju” (RFID), tfisser l-użu ta’ mewġ elettromanjetiku radjanti jew akkoppjament tal-kamp reattiv fil-porzjon tal-ispettru korrispondenti għall-frekwenzi tar-radju biex isseħħ komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet ma’ tikketta permezz ta’ diversi sistemi ta’ modulazzjoni u kodifikazzjoni sabiex tinqara, b’mod ċar, l-identità tat-tikketta ta’ frekwenza tar-radju jew xi dejta oħra li tkun fiha;

(b)

“tikketta RFID” jew “tikketta”, tfisser tagħmir RFID li jkollu l-kapaċità jipproduċi sinjal bil-frekwenza tar-radju jew tagħmir RFID li jerġa’ jakkoppja, jifrex lura jew jirrifletti (skont it-tip ta’ tagħmir) u jimmodula sinjal “carrier” riċevut minn tagħmir li jaqra jew li jirrekordja;

(c)

“tagħmir RFID li jaqra jew li jirrekordja” jew “tagħmir li jaqra”, tfisser tagħmir fiss jew mobbli li jsib u jidentifika d-dejta bl-użu ta’ mewġ elettromanjetiku ta’ frekwenzi tar-radju u akkoppjament ta’ kamp reattiv biex jistimula u jipproduċi rispons ta’ dejta modulata minn tikketta jew grupp ta’ tikketti;

(d)

“applikazzjoni RFID” jew “applikazzjoni”, tfisser applikazzjoni li tipproċessa d-dejta permezz tal-użu ta’ tikketti u tagħmir li jaqra, u li jkollha l-appoġġ ta’ sistema back-end u infrastruttura ta’ komunikazzjoni b’netwerk;

(e)

“operatur ta’ applikazzjoni RFID” jew “operatur”, tfisser il-persuna fiżika jew legali, l-awtorità pubblika, l-aġenzija jew kwalunkwe entità oħra, li, waħidha jew flimkien ma’ oħrajn, tiddetermina l-għanijiet u l-mezzi li bihom titħaddem l-applikazzjoni, inkluż il-kontrolluri ta’ dejta personali li jużaw l-applikazzjoni RFID;

(f)

“sigurtà tal-informazzjoni”, tfisser il-preservazzjoni tal-konfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tal-informazzjoni;

(g)

“monitoraġġ”, tfisser kwalunkwe attività li titwettaq għall-għan ta’ detezzjoni, osservazzjoni, ikkuppjar jew irrekordjar ta’ lokalizzazzjoni, moviment, attività jew stat ta’ individwu.

Valutazzjonijiet tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta

4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-industrija, b’kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti tas-soċjetà ċivili, tiżviluppa qafas għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Dan il-qafas għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni, lill-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni tad-Dejta stabbilit skont l-Artikolu 29, fi żmien 12-il xahar mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

5.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi, mingħajr preġudizzju għall-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 95/46/KE:

(a)

iwettqu valutazzjoni tal-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ dejta personali u l-privatezza, inkluż jekk l-applikazzjoni tistax tintuża għall-monitoraġġ ta’ individwi. Il-livell ta’ dettall tal-valutazzjoni għandu jkun xieraq għar-riskji possibbli għall-privatezza li huma assoċjati mal-applikazzjoni;

(b)

jieħdu l-miżuri tekniċi u organizzativi xierqa biex jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza;

(c)

jinnominaw persuna jew grupp ta’ persuni responsabbli għar-reviżjoni tal-valutazzjonijiet biex jaraw li l-miżuri tekniċi u organizzattivi jibqgħu xierqa tant li jiżguraw il-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza;

(d)

jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli għall-awtorità kompetenti mill-anqas sitt xhur qabel ma l-applikazzjoni tibda tintuża;

(e)

meta l-qafas għall-valutazzjonijiet tal-impatt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta jkun disponibbli kif stipulat fil-punt 4, jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq f’konformità ma’ dan il-qafas.

Sigurtà tal-informazzjoni

6.

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni biex tidentifika dawk l-applikazzjonijiet li jistgħu joħolqu theddid għas-sigurtà tal-informazzjoni b’konsegwenzi għall-pubbliku ġenerali. Fil-każ ta’ dawn l-applikazzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jiżviluppaw skemi ġodda, jew japplikaw skemi eżistenti, bħal ma huma ċ-ċertifikazzjoni u l-awtovalutazzjoni tal-operatur, sabiex juru li jkun ġie stabbilit livell xieraq ta’ sigurtà tal-informazzjoni u protezzjoni tal-privatezza fir-rigward tar-riskji valutati.

Informazzjoni u trasparenza fl-użu tal-RFID

7.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-kontrolluri tad-dejta, skont id-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jiżviluppaw u jippubblikaw, għal kull applikazzjoni tagħhom, politika ta’ informazzjoni li tkun konċiża, preċiża u faċli li tinftiehem. Il-politika għandha tinkludi tal-anqas:

(a)

l-identità u l-indirizz tal-operaturi,

(b)

l-għan tal-applikazzjoni,

(c)

liema dejta għandha tiġi pproċessata mill-applikazzjoni, b’mod partikolari jekk tkun se tiġi pproċessata dejta personali, u jekk il-lok tat-tikketti hix se tiġi mmonitorjata,

(d)

sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta,

(e)

ir-riskji probabbli għall-privatezza, jekk ikun hemm, li huma assoċjati mal-użu tat-tikketti fl-applikazzjoni u l-miżuri li l-individwi jistgħu jieħdu biex inaqqsu dawn ir-riskji.

8.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi jieħdu passi biex jinfurmaw lill-individwi dwar il-preżenza ta’ tagħmir li jaqra abbażi ta’ sinjal Ewropew komuni, żviluppat mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ Standardizzazzjoni, bl-appoġġ tal-partijiet interessati kkonċernati. Dan is-sinjal għandu jinkludi l-identità tal-operatur u l-punt ta’ kuntatt minn fejn l-individwi jkunu jistgħu jiksbu l-politika ta’ informazzjoni għall-applikazzjoni.

Applikazzjonijiet RFID li jintużaw fil-kummerċ bl-imnut

9.

Abbażi ta’ sinjal Ewropew komuni, żviluppat mill-Organizzazzjonijiet Ewropej ta’ Standardizzazzjoni, bl-appoġġ tal-partijiet interessati kkonċernati, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-individwi dwar il-preżenza ta’ tikketti li jitqiegħdu fuq il-prodotti jew li jiġu inkorporati fihom.

10.

Meta jwettaq il-valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta msemmija fil-punti 4 u 5, l-operatur ta’ applikazzjoni għandu jiddetermina, b’mod speċifiku, jekk it-tikketti li jitqiegħdu fuq prodotti jew li jiġu inkorporati fi prodotti li jinbiegħu lill-konsumatur mill-bejjiegħa bl-imnut li mhumiex operaturi ta’ dik l-applikazzjoni jirrappreżentawx theddida possibbli għall-privatezza jew għall-protezzjoni tad-dejta personali.

11.

Il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jiddiżattivaw jew jirtiraw mill-bejgħ dawk it-tikketti li jintużaw fl-applikazzjoni tagħhom sakemm il-konsumaturi, wara li jkunu ġew mgħarrfa dwar il-politika msemmija fil-punt 7, ma jkunux taw il-kunsens tagħhom li jħallu t-tikketti jibgħu operattivi. Id-diżattivazzjoni tat-tikketti għandha tinftiehem bħala proċess li jwaqqaf dawk l-interazzjonijiet bejn tikketta u l-ambjent tagħha li ma jeħtiġux l-involviment attiv tal-konsumatur. Id-diżattivazzjoni jew l-irtirar ta’ tikketti min-naħa tal-bejjiegħ bl-imnut għandha ssir mill-ewwel u mingħajr spejjeż għall-konsumatur. Il-konsumaturi għandhom ikunu kapaċi jivverifikaw li d-diżattivazzjoni jew l-irtirar mis-suq isiru b’mod effettiv.

12.

Il-punt 11 mhux applikabbli fil-każ li l-valutazzjoni tal-impatt tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-dejta tikkonkludi li t-tikketti li jintużaw f’applikazzjoni ta’ bejgħ bl-imnut u li jibgħu operattivi wara li jseħħ il-bejgħ ma jirrappreżentawx theddida probabbli għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. Madankollu, il-bejjiegħa bl-imnut għandhom jagħmlu disponibbli, mingħajr ħlas, kwalunkwe mezz li bih dawn it-tikketti jkunu jistgħu jiġu ddiżattivati jew irtirati mis-suq, immedjatament jew aktar tard.

13.

Id-diżattivazzjoni jew l-irtirar ta’ tikketti ma għandu jwassal għall-ebda tnaqqis jew tmiem tal-obbligi legali li l-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur ikollhom lejn il-konsumatur.

14.

Il-punti 11 u 12 għandhom japplikaw biss għal bejjiegħa bl-imnut li huma operaturi wkoll.

Azzjonijiet li jrawwmu l-għarfien

15.

L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, il-Kummissjoni u partijiet interessati oħrajn, għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jinfurmaw u jrawwmu l-għarfien fost l-awtoritajiet pubbliċi u kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, dwar il-benefiċċji u r-riskji potenzjali assoċjati mal-użu tat-teknoloġija RFID. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għal aspetti relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni u l-privatezza

16.

L-Istati Membri, b’kollaborazzjoni mal-industrija, l-assoċjazzjonijiet mis-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni u partijiet interessati rilevanti oħrajn, għandhom jidentifikaw u jagħtu eżempji ta’ prattika tajba fl-implimentazzjoni tal-applikazzjonijiet RFID biex jinfurmaw u jrawwmu l-għarfien fost il-pubbliku ġenerali. Barra minn hekk, għandhom jieħdu miżuri xierqa, bħal proġetti pilota fuq skala kbira, biex iżidu l-għarfien tal-pubbliku dwar it-teknoloġija RFID, il-benefiċċji tagħha, ir-riskji u l-konsegwenzi tal-użu tagħha, bħala prerekwiżit biex din it-teknoloġija tibda tintuża aktar.

Riċerka u Żvilupp

17.

L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-industrija, il-partijiet interessati rilevanti mis-soċjetà ċivili u l-Kummissjoni biex jistimulaw u jappoġġaw l-introduzzjoni tal-prinċipju ta’ “sigurtà u privatezza permezz tad-disinn” fi stadju bikri tal-iżvilupp tal-applikazzjonijiet RFID.

Segwitu

18.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex il-partijiet interessati kollha li huma involuti fid-disinn u t-tħaddim tal-applikazzjonijiet RFID fil-Komunità jsiru jaf b’din ir-Rakkomandazzjoni.

19.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard minn 24 xahar minn meta din ir-Rakkomandazzjoni tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar l-azzjoni meħuda b’rispons għal din ir-Rakkomandazzjoni.

20.

Fi żmien tliet snin mill-pubblikazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, l-effikaċja tagħha u l-impatt tagħha fuq l-operaturi u l-konsumaturi, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri rrakkomandati fil-punti 9 sa 14.

Id-destinatarji

21.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007)607 finali

(2)  COM(2007)96 finali

(3)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.

(4)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37.

(5)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10.

(6)  ĠU C 101, 23.4.2008, p. 1.

(7)  COM(2007)228 finali

(8)  COM(2006)251 finali

(9)  ĠU C 68, 24.3.2007, p. 1.

(10)  L-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1).

(11)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(12)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.