ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.111.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 111

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
5 ta' Mejju 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 361/2009 tal-4 ta’ Mejju 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 362/2009 tal-4 ta’ Mejju 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 363/2009 tal-4 ta’ Mejju 2009 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2009 tal-4 ta’ Mejju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 360/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Mejju 2009

13

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (Verżjoni kodifikata) ( 1 )

16

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/364/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2008 dwar il-miżura (C 33/07 (ex N 339/06 u N 729/06)) li l-Ġermanja bi ħsiebha timplimenta permezz ta’ IBG Beteiligungsgesellschaft Sachsen-Anhalt mbH (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5581)  ( 1 )

23

 

 

2009/365/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2009 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)

31

 

 

2009/366/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' April 2009 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3199)

35

 

 

2009/367/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ April 2009 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

44

 

 

2009/368/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Mejju 2009 li tistipula għas-sena tas-suq 2009/2010, l-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni li għandha tingħata skont l-iskema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3158)

50

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi ( ĠU L 330, 9.12.2008 )

51

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 361/2009

tal-4 ta’ Mejju 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

JO

88,9

MA

82,7

TN

139,0

TR

132,5

ZZ

110,8

0707 00 05

JO

155,5

MA

32,7

TR

129,1

ZZ

105,8

0709 90 70

JO

216,7

TR

114,9

ZZ

165,8

0805 10 20

EG

44,2

IL

55,7

MA

51,6

TN

64,9

TR

55,0

US

51,9

ZZ

53,9

0805 50 10

TR

47,0

ZA

52,3

ZZ

49,7

0808 10 80

AR

83,4

BR

72,6

CA

114,7

CL

78,1

CN

89,0

MK

33,9

NZ

107,6

US

124,6

UY

70,5

ZA

79,5

ZZ

85,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 362/2009

tal-4 ta’ Mejju 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 348/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 106, 28.4.2009, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-5 ta’ Mejju 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

28,95

2,60

1701 11 90  (1)

28,95

7,06

1701 12 10  (1)

28,95

2,47

1701 12 90  (1)

28,95

6,63

1701 91 00  (2)

31,29

9,59

1701 99 10  (2)

31,29

5,07

1701 99 90  (2)

31,29

5,07

1702 90 95  (3)

0,31

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 363/2009

tal-4 ta’ Mejju 2009

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1974/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta' Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali] u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005, li jistabbilixxi l-qafas legali għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali tal-FAEŻR madwar il-Komunità, ġie emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (2). Konsegwentement, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006 (3) għandu jiġi kkumplimentat minn regoli addizzjonali dettaljati ta’ implimentazzjoni.

(2)

L-iskadenza tal-kwota tal-ħalib skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (4) jeżiġu sforzi speċifiċi minn produtturi tal-ħalib. Huwa għalhekk xieraq li, b’effett mill-bidu tal-perjodu ta’ programmar, jitneħħa l-limitu ta’ appoġġ għal investiment għal farms tal-ħalib biex jibqgħu fil-limiti tal-kwoti tal-produzzjoni allokati lill-farm individwali.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 74/2009 introdotta l-ħtieġa tar-reviżjoni tal-pjanijiet nazzjonali strateġiċi. Il-kontenut minimu ta’ din ir-reviżjoni għandu jiġi ddefinit.

(4)

Minħabba l-importanza tal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ir-reviżjonijiet tal-programmi tal-iżvilupp rurali wara l-ewwel implimentazzjoni ta’ dak l-Artikolu, għandhom jitqiesu bħala reviżjonijiet skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u jiġu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 74/2009 identifika lista ta' effetti potenzjali li l-operazzjonijiet marbuta mal-prijoritajiet msemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jimmiraw li jiksbu. Billi din il-lista mhiex eżawrjenti, effetti potenzjali oħrajn jistgħu jiġu proposti minn Stati Membri, li l-operazzjonijiet imsemmija hawn fuq jimmiraw li jiksbu. Madankollu, sabiex tkun żgurata konsistenza mal-effetti potenzjali diġà identifikati u mal-iskop ġenerali li jissaħħu l-operazzjonijiet relatati mal-isfidi l-ġodda, l-għażla għal Stati Membri biex jipproponu effetti potenzjali oħrajn bħal dawn għandha tkun soġġetta għall-reviżjoni mill-Kummissjoni u għall-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali. Għalhekk, modifikazzjonijiet li jintroduċu effett potenzjali ġdid għandhom ikunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(6)

Minħabba l-għadd kbir ta’ każijiet li fihom ir-reviżjonijiet jikkonċernaw eċċezzjoni ta’ importanza iktar baxxa minn prinċipji ta’ dimarkazzjoni bejn organizzazzjonijiet komuni tas-suq u żvilupp rurali u sabiex il-piż amministrattiv jiġi limitat, il-Kummissjoni ma għandhiex tibqa’ tadotta deċiżjonijiet dwar reviżjonijiet ta’ tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għalhekk, din il-kategorija ta’ reviżjoni għandha titħassar mil-lista tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006.

(7)

Għandhom jiġu speċifikati l-kontenut u l-kriterji tal-pjanijiet tan-negozju rigward appoġġ għal azjendi li qed jiġu ristrutturati minħabba riforma tal-organizzazzjoni komuni tas-suq.

(8)

Wara t-tneħħija tal-“miżura tas-serħan tal-art” skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (5), id-dispożizzjonijiet li jirreferu għal din il-miżura għandhom jiġu adattati.

(9)

Sabiex titħaffef il-kisba ta’ proġetti ta’ investiment fil-kuntest tal-kriżi ekonomika u finanzjarja attwali, il-limitu massimu ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandu jogħla fl-2009 u l-2010.

(10)

Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet dwar għanjuna mill-Istat għal ċerti miżuri kofinanzjati mill-FAEŻR u dwar finanzjament nazzjonali addizzjonali jiġu adattati sabiex ikun iċċarat l-iskop tagħhom ta' applikazzjoni u sabiex titqies il-miżura l-ġdida fuq azjendi li qed jiġu ristrutturati minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq introdottata bir-Regolament (KE) Nru 74/2009.

(11)

Ma hemmx bżonn ta’ definizzjoni tat-terminu “proposti sostanzjali għal tibdil” fl-Artikolu 78(f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

(12)

Sabiex jippermettu monitoraġġ tal-azzjonijiet relatati mal-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, indikaturi tal-produzzjoni u miri relatati, li jagħmlu parti mil-Qafas Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 80 ta’ dak ir-Regolament għandhom jiġu speċfikati skont it-tip ta’ operazzjoni.

(13)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar it-tipi ta’ operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fil-programmi reveduti tagħhom, u jindikaw liema minn dawn l-operazzjonijiet huma bbażati fuq miżuri ġodda, jiġifieri miżuri li għadhom ma ġewx approvati mill-programm tal-iżvilupp rurali. Barra minn hekk, iridu juru l-kontribuzzjoni indikattiva tal-FAEŻR għall-2010-2013. Għal dan il-għan, l-annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati.

(14)

Għall-konsistenza mad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 74/2009, li miegħu jikkumplimentaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu japplika b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2009. Applikazzjoni retroattiva bħal din ma għandhiex tikser il-prinċipju ta' ċertezza legali tal-benefiċjarji konċernati.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(16)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Iżvilupp Rurali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1974/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   B’eċċezzjoni għas-settur tal-ħalib, fejn organizzazzjoni komuni tas-suq, inklużi l-iskemi ta’ appoġġ dirett, iffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), tippreżenta restrizzjonijiet fuq il-produzzjoni jew limitazzjonijiet fuq l-appoġġ Komunitarju fil-livell ta’ bdiewa individwali, azjendi jew impjanti tal-ipproċessar, l-ebda investiment ma għandu jkun appoġġjat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jekk ikun ser iżid il-produzzjoni ’l fuq minn dawk ir-restrizzjonijiet jew il-limitazzjonijiet.”;

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

“Artikolu 3a

Ir-reviżjonijiet tal-pjanijiet nazzjonali strateġiċi skont l-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jinkludu reviżjoni tal-elementi rilevanti stipulati fl-Artikolu 11(3) ta’ dak ir-Regolament, li huma relatati mal-prijoritajiet previsti fl-Artikolu 16a(1) ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari, tal-għanijiet ewlenin kwantifikati.

L-Istrateġija Nazzjonali għandha tidentifika l-kontribuzzjoni indikattiva jew stmata tal-FAEŻR msemmija fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 allokata għal kull waħda mill-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) ta’ dak ir-Regolament fl-Istat Membru u għandu jkun fiha l-ispjegazzjonijiet xierqa relatati mal-allokazzjoni.”;

(3)

Fl-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-kontenut tal-programmi għall-iżvilupp rurali kif imsemmija fl-Artikolu 16 u 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu jkun stabbilit bi qbil mal-Anness II għal dan ir-Regolament.”;

(4)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (d) jinbidel b’li ġej:

“(d)

ir-reviżjoni tirreferi għall-ewwel implimentazzjoni tal-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005.”;

(b)

jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

ir-reviżjoni tintroduċi effett potenzjali ieħor, mhux elenkat fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, relatat mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tal-istess Regolament.”;

(5)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   It-tibdiliet fil-programmi mill-Istati Membri kif imsemmija fl-Artikolu 6(1)(c) jistgħu jinvolvu tibdiliet fit-tqassim finanzjarju skont il-miżura fi ħdan assi kif ukoll tibdiliet mhux finanzjarji li jikkonċernaw l-introduzzjoni ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet ġodda, l-irtirar ta’ miżuri u tipi ta’ operazzjonijiet eżistenzi, it-tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 jew informazzjoni dwar u deskrizzjoni ta’ miżuri eżistenti fil-programm.”;

(6)

Jiddaħħal l-Artikolu 24a li ġej:

“Artikolu 24a

Il-pjan tan-negozju msemmi fl-Artikolu 35a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandu:

(a)

jiddeskrivi l-aspetti ewlenin tar-ristrutturar ippjanat, inkluż id-diversifikazzjoni ’l barra mill-attivitajiet agrikoli;

(b)

jidentifika għanijiet speċifiċi.”;

(7)

Fl-Artikolu 27(6) jitħassar l-ewwel subparagrafu;

(8)

Fl-Artikolu 46 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-impenji effettwati mit-tneħħija tas-serħan tal-art wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Fuq talba tal-benefiċjarju, l-aġġustamenti ta’ impenji bħal dawn jistgħu jitħallew ukoll f’każ li ma jkunx hemm provdut klawsola ta’ reviżjoni.”;

(9)

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56(2), tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ ta’ investimenti li għalihom fl-2009 jew fl-2010 tkun ittieħdet deċiżjoni individwali li jingħata appoġġ, l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem jista’ jiżdied sa 50 % tal-għajnuna pubblika relatata ma' dak l-investiment.”;

(10)

Fl-Artikolu 57, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Programmi tal-iżvilupp rurali jistgħu biss ikopru ħlasijiet li jsiru minn Stati Membri għall-iżvilupp rurali, li jaqgħu ’l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, favur miżuri skont l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet taħt il-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta' dak ir-Regolament jew finanzjament nazzjonali addizzjonali, li jaqa' 'l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, favur il-miżuri skont l-Artikoli 25, 27, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u l-operazzjonijiet taħt miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament jekk l-għajnuna mill-Istat hija identifikata skont il-punt 9.B tal-Anness II għal dan ir-Regolament.”;

(11)

Fit-Taqsima 4 “Monitoraġġ u Evalwazzjoni”, jiddaħħal l-Artikolu 59a li ġej:

“Artikolu 59a

Għall-għanijiet tal-Artikolu 78, il-punt (f) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, ‘proposti sostanzjali għal tibdil’ għandhom jinkludu t-tibdiliet li għalihom jeħtieġ bilfors deċizjoni tal-Kummissjoni u t-tibdiliet imsemmija fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament għajr it-tibdiliet relatati mal-eċċezzjoni msemmija fl-Artikolu 5(6) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u t-tagħrif dwar u d-deskrizzjoni ta’ miżuri eżistenti fil-programm.”;

(12)

Fl-Artikolu 62(1), jiżdied is-sub-paragrafu li ġej:

“Għal miżuri li fihom tipi ta’ operazzjonijiet kif speċifikat fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 indikaturi tal-produzzjoni u miri indikattivi għal indikaturi tal-produzzjoni għandhom jinqasmu skont it-tipi ta’ operazzjonijiet.”;

(13)

Fl-Artikolu 63(8), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“F’każijiet ta’ force majeure jew ċirkustanzi eċċezzjonali, u b’mod partikolari meta s-Sistema ma taħdimx tajjeb f’nuqqas ta’ konnessjoni dejjiema, l-Istat Membru jista’ jippreżenta d-dokumenti lill-Kummissjoni b’kopja fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi adattati. Din il-preżentazzjoni ta’ kopji fuq karta jew b’mezzi oħra elettroniċi għandha teħtieġ notifika minn qabel lill-Kummissjoni.”;

(14)

L-Annessi I, II, VII, u VIII huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. Madankollu l-punt (1) tal-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 100.

(3)  ĠU L 368, 23.12.2006, p. 15.

(4)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.


ANNESS

L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 1974/2006 għandhom jiġu emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Skemi ta’ appoġġ imsemmija fl-Artikolu 2(2)

Frott u Ħxejjex (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima IVa tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*))

Inbid (It-Titolu II, il-Kapitolu I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 (**))

Tabakk (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima V tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Żejt taż-Żebbuġa (il-Parti II, it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima IV tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Ħops (l-Artikolu 68a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003)

Naħaġ u Mogħoż (l-Artikolu 102(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (***))

Trobbija tan-naħal (it-Titolu I, il-Kapitolu IV, it-Taqsima VI tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Zokkor (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 (****))

Miżuri speċifiċi għall-agrikultura fir-reġjuni l-aktar imbiegħda (It-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill Nru 247/2006) (*****) u l-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (Il-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006) (******)

Ħlasijiet diretti (l-Artikoli 41(3) u 68 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009)

(*)  ĠU L 299, 2.10.2007, p. 1."

(**)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1."

(***)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16."

(****)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 42."

(*****)  ĠU L 42, 14.2.2006, p. 1."

(******)  ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1.”"

(2)

L-Anness II qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 5.2, it-tieni inċiż jinbidel b’dan li ġej

“—

Konferma li għall-miżuri skont l-Artikoli 25, 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u għal operazzjonijiet taħt il-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament li ma jaqgħux fl-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, li tiġi żgurata l-osservanza tal-proċeduri tal-għajnuna mill-Istat u l-kriterji materjali tal-kompatibbiltà, b’mod partikolari l-limitu ta’ għajnuna tal-appoġġ pubbliku totali skont l-Artikoli 87 u 89 tat-Trattat.”;

(b)

Il-punt 5.3, jinbidel b'dan li ġej:

“5.3.   Informazzjoni meħtieġa għall-Assi u l-miżuri

It-tagħrif speċifiku li ġej, inkluż tagħrif dwar it-tipi speċifiċi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, huwa meħtieġ għal miżuri:”;

(ċ)

Il-punt 5.3.1.4 jinbidel b'dan li ġej:

“5.3.1.4.   

Miżuri tranżizzjonali ”;

(d)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“5.3.1.4.4.   Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq;

denominazzjoni tar-riformi tal-organizzazzjoni komuni tas-suq involuti;

sommarju tar-rekwiżiti tal-pjan tan-negozju;

l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-appoġġ.”;

(e)

Jiddaħħal il-punt li ġej:

“5.3.6.    Lista ta’ tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a (3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 sal-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(5a) ta’ dak ir-Regolament.

Assi/Miżura

Tip ta' operazzjoni

Effetti potenzjali

Tip ‘eżistenti’ jew ‘ġdid’ ta’ operazzjoni

Referenza għad-deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni fil-Programm ta’ Żvilupp Rurali (RDP)

Indikatur tal-produzzjoni - mira

Assi 1

Miżura 111

 

 

 

Miżura ...

 

 

 

Assi 2

Miżura 211

 

 

 

Miżura ...

 

 

 

Assi 3

Miżura 311

 

 

 

Miżura ...

 

 

 

 

 

Assi 4

Miżura 411

 

 

 

Miżura ...

 

 

 

 

 

NB: Il-kolonna ‘tip eżistenti jew ġdid ta’ operazzjoni’ għandha tindika jekk it-tip ta’ operazzjoni relatat mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 kinitx diġà inkluża fil-verżjoni tal-RDP applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2008. F’dan il-kuntest modifikazzjonijiet ta’ tipi eżistenti ta’ operazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll bħala ‘tipi ġodda ta’ operazzjonijiet.’ ”

(f)

It-Tabella 6.1 tinbidel b'dan li ġej:

“6.1.   Il-Kontribuzzjonijiet annwali mill-FAEŻR (f’EUR);

 

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Reġjuni mhux ta’ konverġenza

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ta’ Konverġenza (*******)

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni l-aktar imbiegħda u l-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (********)

 

 

 

 

 

 

 

Modulazzjoni volontarja (*********)

 

 

 

 

 

 

 

Kontribuzzjoni addizzjonali għall-Portugall

 

 

 

 

 

 

 

Fondi addizzjonali mill-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – reġjun mhux ta’ konverġenza

 

 

 

 

 

 

 

Fondi addizzjonali mill-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 – reġjun ta’ konverġenza (**********)

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

(g)

Nota fil-qiegħ tal-paġna (1) li r-referenza tagħha qiegħda fl-aħħar tat-titolu għat-Tabella 6.2 tinbidel b'li ġej:

“(1)

It-Tabella 6.2 jeħtieġ tiġi replikata għal kull subammont tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR murija f’ringiela waħda f’Tabella 6.1.”;

(h)

Jiddaħħal il-punt 6.3 li ġej:

“6.3.   Baġit indikattiv relatat ma’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a tar-Regolament (KE) 1698/2005 bejn l-1 ta’ Jannar 2010 u l-31 ta’ Diċembru 2013 (l-Artikolu 16a (3)(b) sal-ammonti speċifikati fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005).

Assi/Miżura

Kontribuzzjoni FAEŻR għall-2010-2013

Assi 1

Miżura 111

Miżura ...

Assi 2

Miżura 211

Miżura ...

Assi 3

Miżura 311

Miżura ...

 

Assi 4

Miżura 411

Miżura ...

 

Assi 1, 2, 3 u 4, total

…”

(i)

Fil-punt 7, jiddaħħal il-kodiċi 144 li ġej:

“(144)

Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq”;

(j)

Fil-punt 9(B), il-kliem ta’ introduzzjoni tal-ewwel subparagrafu jinbidlu b' dan li ġej:

“Għall-miżuri skont l-Artikoli 25, 27 (għal tal-aħħar għal finanzjament nazzjonali addizzjonali biss kif imsemmi fl-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005), 43 sa 49 u 52 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u operazzjonijiet għall-miżuri skont l-Artikoli 21, 24, 28, 29, 30 u 35a ta’ dak ir-Regolament li jaqgħu ’l barra mill-ambitu tal-Artikolu 36 tat-Trattat, jew:”;

(3)

L-Anness VII qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 2, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Kull Stat Membru li jirċievi riżorsi finanzjarji addizzjonali skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2009 (***********), minħabba modulazzjoni skont dak ir-Regolament, flimkien ma’, mill-2011, l-ammonti ta’ fondi mhux użati għandhom jinkludi mill-2011 kapitolu separat li fih tal-anqas l-istess analiżi kif imsemmi fil-paragrafu ta’ qabel rigward operazzjonijiet relatati mal-prijoritajiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005. Għall-Istati Membri ġodda, għajr il-Bulgarija u r-Rumanija dan l-obbligu se jkun effettiv mill-2014.

L-Istati Membri li japplikaw il-miżura l-ġdida ‘144 Azjendi li għadejjin minn ristrutturar’ għandhom jirraportaw dwar il-kisbiet li jkunu ntlaħaqu fir-rigward tal-għanijiet tal-miżura.

(***********)  ĠU L 30, 31.1.2009, p. 100.”"

(b)

Jiddaħħal il-punt 3a li ġej:

“3a.

L-implimentazzjoni finanzjara tal-programm rigward operazzjonijiet relatati mal-isfidi ġodda, billi tingħata, għal kull miżura, dikjarazzjoni tan-nefqiet imħallsa lil benefiċjarji wara l-1 ta’ Jannar 2010 għal tipi ta’ operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 16a(1) tar-Regolament (KE) Nru1698/2005 u l-ammonti msemmija fl-Artikolu 69(5a) ta’ dak ir-Regolament.

It-tabella li turi sommarju tal-implimentazzjoni finanzjarja ta’ dawn it-tipi ta’ operazzjonijiet għandha tal-anqas ikollha t-tagħrif li ġej:

Assi/Miżura

Ħlasijiet annwali-sena N

Ħlasijiet kumulattivi mis-sena 2010 sas-sena N

Miżura 111

Miżura ...

 

 

Total, Assi 1

Miżura 211

Miżura ...

 

 

Total, Assi 2

Miżura 311

Miżura ...

 

 

Total, Assi 3

Miżura 411

Miżura ...

 

 

Total, Assi 4

Total tal-programm

…”

(4)

Fl-Anness VIII, tiddaħħal ir-ringiela li ġejja taħt il-punt II INDIKATURI KOMUNI TAL-PRODUZZJONI fl-aħħar tal-lista li tikkonċerna l-Assi 1:

Kodiċi

Miżura

Indikaturi ta’ produzzjoni (*)

“144

Azjendi li għaddejjin minn ristrutturar minħabba riforma ta' organizzazzjoni komuni tas-suq

Għadd ta’ azjendi li rċevew appoġġ”


(*******)  Għal Stati Membri b’reġjuni ta’ konverġenza.

(********)  Għal Stati Membri b’reġjuni l-iktar imbiegħda jew il-Gżejjer iż-żgħar tal-Eġew

(*********)  Għal Stati Membri li japplikaw modulazzjoni volontarja skont ir-Regolament (KE) Nru 378/2007.

(**********)  Għal Stati Membri li jirċievu fondi addizzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 69(5a) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 ma’ reġjuni ta’ konverġenza.”


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 364/2009

tal-4 ta’ Mejju 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 360/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Mejju 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 360/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 360/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 360/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 360/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-5 ta’ Mejju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 27.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-5 ta’ Mejju 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

37,15

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

12,61

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

12,61

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

37,15


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.5.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

197,12

122,70

Prezz FOB USA

207,54

197,54

177,54

108,89

Tariffa fuq il-Golf

11,64

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,66

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

15,07  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

16,57  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


DIRETTIVI

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/16


DIRETTIVA 2009/24/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter

(Verżjoni kodifikata)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li ikkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li ikkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li ikkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2)

Billi:

(1)

Il-kontenut tad-Direttiva 91/250/KEE tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 1991 dwar il-protezzjoni legali tal-programmi tal-kompjuter (3) ġie emendat (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

(2)

L-iżvilupp ta’ programmi tal-kompjuter jeħtieġ investiment ta’ riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji konsiderevoli, filwaqt li programmi tal-kompjuter jistgħu jiġu ikkupjati b’parti tal-ispiża meħtieġa għall-iżvilupp tagħhom indipendentement.

(3)

Il-programmi tal-kompjuter qegħdin ikollhom parti dejjem aktar importanti fil-firxa wiesa’ tal-industriji u t-teknoloġija tal-programmi tal-kompjuter tista’ f’dan is-sens tiġi ikkunsidrata li hi ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp industrijali tal-Komunità.

(4)

Ċerti differenzi fil-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter offruta bil-liġijiet tal-Istati Membri għandhom effetti diretti u negattivi fuq it-tħaddim tas-suq intern dwar programmi tal-kompjuter.

(5)

Differenzi eżistenti li jkollhom dawn l-effetti hemm bżonn li jitneħħew u oħrajn ġodda ma jitħallewx jinqalgħu, filwaqt li d-differenzi li ma jkollhomx effett kontra it-tħaddim tas-suq intern sa grad sostanzjali m’għandhomx bżonn li jitneħħew jew li ma jitħallewx li jqumu.

(6)

Il-qafas legali tal-Komunità dwar il-protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter jista’ f’dan is-sens primarjament ikun limitat li jistabbilixxi li Stati Membri għandhom jagħtu protezzjoni lill-programmi tal-kompjuter skont liġi tad-drittijiet tal-awtur bħal xogħlijiet letterarji u, ukoll, biex jiġi stabbilit min jew xiex għandu jkun protett, id-drittijiet esklussivi li permezz tagħhom persuni protetti għandhom ikunu jistgħu jafdaw sabiex jawtorizzaw jew jipprojbixxu ċerti atti u għal kemm żmien il-protezzjoni għandha tapplika.

(7)

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, it-terminu “programm tal-kompjuter” għandu jinkludi programmi f’kull forma, inklużi dawk li jkunu mdaħħla fil-hardware. Dan it-terminu jinkludi wkoll xogħol preparatorju ta’ disinn li jwassal għall-iżvilupp ta’ programm tal-kompjuter kemm-il darba n-natura tax-xogħol preparatorju huwa hekk li programm tal-kompjuter jista’ jirriżulta minnu fi stadju aktar ’il quddiem.

(8)

Fir-rigward tal-kriterji li għandhom jiġu applikati biex jistabbilixxu jekk programm tal-kompjuter huwiex oriġinali jew le, ebda testijiet m’għandhom jiġu applikati dwar il-merti kwalitattivi jew estetiċi tal-programm.

(9)

Il-Komunità hija impenjata bi sħiħ għall-promozzjoni ta’ standardizzazzjoni internazzjonali.

10)

Il-funzjoni ta’ programm tal-kompjuter hija li jikkomunika u jaħdem flimkien ma’ komponenti oħra f’sistema ta’ kompjuters u ma’ utenti u, għal dan l-iskop, interkonnessjoni u interazzjoni loġika u, fejn ikun xieraq, waħda fiżika hija meħtieġa biex tippermetti l-elementi kollha tas-software u hardware li jaħdmu ma’ software u hardware ieħor u ma’ utenti fil-modi kollha li fihom huma maħsuba li jiffunzjonaw. Il-partijiet tal-programm li jipprovdu għal din l-interkonnessjoni u l-interazzjoni bejn l-elementi tas-software u l-hardware huma ġeneralment magħrufa bħala “interfaces”. Din l-interkonnessjoni u l-interazzjoni funzjonali hija ġeneralment magħrufa bħala “interoperabilità”; din l-interoperabilità tista’ tiġi imfissra bħala l-kapaċità li tagħmel skambju tal-informazzjoni u li tuża’ b’mod reċiproku l-informazzjoni li tkun ġiet skambjata.

(11)

Biex jiġi evitat id-dubju, għandu jkun ċar li l-espressjoni biss ta’ programm tal-kompjuter hija protetta u li l-ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element fil-programm, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall-interfaces tiegħu, mhumiex protetti bid-drittijiet tal-awtur skont din id-Direttiva. Skont dan il-prinċipju tad-drittijiet tal-awtur, sal-punt li l-loġika, l-algoritmi u lingwi tal-programmi jinkludu ideat u prinċipji, dawk l-ideat u prinċipji mhumiex protetti skont din id-Direttiva. Skont il-leġiżlazzjoni u l-każistika tal-Istati Membri u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur, l-espressjoni ta’ dawk l-ideat u l-prinċipji għandha tkun protetta bid-drittijiet tal-awtur.

(12)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “kirja” ifisser li tagħmel disponibbli għall-użu, għal perijodu limitat ta’ żmien u għal finijiet ta’ qligħ, programm ta’ kompjuter jew kopja tiegħu. Dan it-terminu ma jinkludix self lill-pubbliku, li, f’dan is-sens, jibqa’ barra mill-iskop ta’ din id-Direttiva.

(13)

Id-drittijiet esklussivi tal-awtur li jipprevjenu r-riproduzzjoni mhux awtorizzata ta’ dan ix-xogħol għandhom ikunu soġġetti għall-eċċezzjoni limitata fil-każ ta’ programm tal-kompjuter li tippermetti r-riproduzzjoni teknika meħtieġa għall-użu ta’ dak il-programm minn min jiksbu legalment. Dan ifisser li l-atti li jtellgħu u jħaddmu, meħtieġa għall-użu ta’ kopja ta’ programm li jkun inkiseb legalment, u l-att ta’ korrezzjoni tal-iżbalji tiegħu, jistgħu ma jkunux projbiti b’kuntratt. Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet kuntrattwali speċifiċi, inkluż meta kopja ta’ programm tkun inbiegħet, kull att ieħor meħtieġ għall-użu tal-kopja ta’ programm jista’ jitwettaq skont l-iskop maħsub tiegħu minn min ikun kiseb legalment dik il-kopja.

(14)

Persuna li għandha d-dritt li tuża programm tal-kompjuter m’għandhiex tkun ipprojbita milli twettaq atti meħtieġa biex tosserva, tistudja jew tittestja l-iffunzjonar tal-programm, kemm-il darba dawk l-atti ma jiksrux id-drittijiet tal-awtur fil-programm.

(15)

Ir-riproduzzjoni, traduzzjoni, adattament jew trasformazzjoni mhix awtorizzata tal-forma taċ-ċifrarju li fih kopja ta’ programm tal-kompjuter tkun saret disponibbli, tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet esklussivi tal-awtur. Minkejja dan, jistgħu jeżistu ċirkostanzi meta din ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu huma indispensabbli biex tikseb l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm maħluq indipendentement minn programmi oħra. Għalhekk għad għandu jiġi ikkunsidrat li dawn iċ-ċirkostanzi limitati biss, twettiq tal-atti ta’ riproduzzjoni u traduzzjoni minn jew f’isem persuna li għandha d-dritt li tuża’ kopja tal-programm hija leġittima u kompatibbli ma’ prattika ġusta u għandha għalhekk titqies li ma jkollhiex bżonn l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt. Skop ta’ din l-eċċezzjoni huwa li jagħmilha possibbli li jikkonnettja l-komponenti kollha ta’ sistema tal-kompjuter, inklużi dawk ta’ manifatturi differenti, biex ikunu jistgħu jaħdmu flimkien. Din l-eċċezzjoni tad-drittijiet esklussivi tal-awtur ma tistax tintuża’ b’mod li tippreġudika l-interessi leġittimi tad-detentur tad-drittijiet jew li tmur kontra l-isfruttar normali tal-programm.

(16)

Protezzjoni ta’ programmi tal-kompjuter skont liġijiet tad-drittijiet tal-awtur għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni, f’każi xierqa, ta’ forom oħra ta’ protezzjoni. B’danakollu, kull dispożizzjoni kuntrattwali kontrarja għad- dispożizzjonijiet tad-Direttiva msemmija għar-rigward id-dekumpilazzjoni jew għall-eċċezzjonijiet li hemm previsti b’din id-Direttiva għar-rigward l-għemil ta’ kopja ta’ rinforz jew għall-osservazzjoni, l-istudju jew l-ittestjar tal-funzjonament ta’ programm għandha tkun nulla u bla effett.

(17)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni skont l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jekk fornitur dominanti jirrifjuta li jagħmel disponibbli l-informazzjoni li hija meħtieġa għall-interoperabilità kif imfissra f’din id-Direttiva.

(18)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti speċifiċi tal-liġi tal-Komunità li tkun diġà għaddiet dwar il-pubblikazzjoni ta’ interfaces fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet jew Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni fil-qasam tal-informatika u t-telekomunikazzjoni.

(19)

Din id-Direttiva ma taffettwax derogi li hemm provdut dwarhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont il-Konvenzjoni ta’ Berna fuq punti li m’humiex regolati b’din id-Direttiva.

(20)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri għar-rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-għan tal-protezzjoni

1.   Skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipproteġu programmi tal-kompjuter, bid-drittijiet tal-awtur, bħala xogħlijiet letterarji skont it-tifsira tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-Protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artisitiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, it-terminu “programmi tal-kompjuter” għandu jinkludi l-materjal preparatorju tad-disinn tagħhom.

2.   Protezzjoni skont din id-Direttiva għandha tapplika għall-espressjoni f’kull forma ta’ programm tal-kompjuter. Ideat u prinċipji li jservu ta’ bażi għal kull element ta’ programm tal-kompjuter, inklużi dawk li jservu ta’ bażi għall-interfaces tiegħu, m’humiex protetti bid-drittijiet tal-awtur skont din id-Direttiva.

3.   Programm tal-kompjuter għandu jkun protett jekk ikun oriġinali fis-sens li jkun il-ħolqien intellettwali tal-awtur stess. L-ebda kriterji oħra ma għandhom jiġu applikati biex tiġi stabbilita l-eliġibilità tiegħu għall-protezzjoni.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jgħoddu wkoll għall-programmi maħluqa qabel l-1 ta’ Jannar tal-1993 mingħajr preġudizzju għal kull att konkluż u drittijiet miksuba qabel dik id-data.

Artikolu 2

L-awtur ta’ programmi tal-kompjuter

1.   L-awtur ta’ programm tal-kompjuter għandu jkun il-persuna fiżika jew grupp ta’ persuni fiżiċi li jkun ħoloq il-programm jew, fejn il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tippermetti, il-persuna ġuridika maħtura bħala detentur tad-drittijiet minn dik il-leġiżlazzjoni.

Fejn xogħlijiet kollettivi huma rikonoxxuti bil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, il-persuna ikkunsidrata mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li tkun ħolqot ix-xogħol għandha titqies bħala l-awtur tiegħu.

2.   Fir-rigward ta’ programm tal-kompjuter maħluq minn grupp ta’ persuni fiżiċi flimkien, id-drittijiet esklussivi għandhom ikunu ipposseduti flimkien.

3.   Fejn programm tal-kompjuter jinħoloq minn impjegat fit-twettiq ta’ dmirijietu jew billi jsegwi struzzjonijiet mogħtija mill-prinċipal tiegħu, il-prinċipal b’mod esklussiv għandu jkun intitolat biex jeżerċita d-drittijiet ekonomiċi kollha fil-programm hekk maħluq, kemm-il darba ma jkunx hemm provdut mod ieħor bil-kuntratt.

Artikolu 3

Il-benefiċjarji tal-protezzjoni

Protezzjoni għandha tingħata lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi kollha eliġibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur kif applikata għal xogħlijiet letterarji.

Artikolu 4

Atti ristretti

1.   Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6, id-drittijiet esklussivi tad-detentur tad-drittijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2 għandhom jinkludu d-dritt li jagħmlu jew li jawtorizzaw:

(a)

ir-riproduzzjoni permanenti jew temporanja ta’ programm tal-kompjuter b’kull mezz u f’kull forma, f’parti jew kollha. In kwantu għat-tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna tal-programm tal-kompjuter ikun hemm bżonn din ir-riproduzzjoni, dawn l-atti għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet;

(b)

it-traduzzjoni, addattament, arranġament u kull alterazzjoni oħra ta’ programm tal-kompjuter u r-riproduzzjoni tar-riżultati tagħhom, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-persuna li tibdel il-programm;

(c)

kull forma ta’ distribuzzjoni lill-pubbliku, inkluż il-kiri, tal-programm oriġinali tal-kompjuter jew kopji tiegħu.

2.   L-ewwel bejgħ fil-Komunità ta’ kopja ta’ programm mid-detentur tad-drittijiet jew bil-kunsens tiegħu għandu jeżawrixxi d-dritt ta’ distribuzzjoni fil-Komunità ta’ dik il-kopja, bl-eċċezzjoni tad-dritt biex jikkontrolla aktar il-kiri tal-programm jew kopja tiegħu.

Artikolu 5

Eċċezzjonijiet għall-atti ristretti

1.   Fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi kuntrattwali, l-atti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) m’għandhomx jeħtieġu awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet fejn ikunu meħtieġa għall-użu tal-programm tal-kompjuter minn min jiksbu legalment skont il-fini maħsub tiegħu, inkluża l-korrezzjoni ta’ żball.

2.   It-twettiq ta’ kopja ta’ rinforz minn persuna li jkollha dritt li tħaddem il-programm tal-kompjuter tista’ ma tkunx miżmuma b’kuntratt għal kemm żmien ikun meħtieġ għal dak l-użu.

3.   Il-persuna li jkollha dritt tuża kopja ta’ programm tal-kompjuter għandha tkun intitolata, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, li tosserva, tistudja jew tittestja l-funzjonament tal-programm sabiex tiddeċiedi l-ideat u l-prinċipji li huma l-bażi ta’ kull element tal-programm jekk hu jagħmel hekk waqt li jkun iwettaq kull att ta’ tlugħ, wiri, tħaddim, trasmissjoni jew ħażna ta’ programm li hu jkun intitolat li jagħmel.

Artikolu 6

Dekumpilazzjoni

1.   L-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet m’għandhiex tkun meħtieġa fejn ir-riproduzzjoni taċ-ċifrarju u t-traduzzjoni tal-forma tiegħu skont it-tifsira tal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) huma indispensabbli biex tottjeni l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement minn programmi oħra, kemm-il darba jsiru skont dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-atti jitwettqu mill-persuna li tingħatalha l-liċenzja jew minn persuna oħra li jkollha d-dritt li tuża’ kopja ta’ programm, jew f’isimhom minn persuna awtorizzata li tagħmel dan;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa biex tikseb l-interoperabilità ma tkunx minn qabel disponibbli għall-persuni msemmija fil-punt (a); u

(c)

dawk l-atti jkunu limitati għall-partijiet tal-programm oriġinali li huma meħtieġa biex jiksbu l-interoperabilità.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma għandhomx jippermettu l-informazzjoni miksuba permezz tal-applikazzjoni tiegħu:

(a)

li tintuża għal għanijiet oħra għajr biex tikseb l-interoperabilità tal-programm tal-kompjuter maħluq indipendentement;

(b)

li tingħata lill-oħrajn, għajr meta jkun meħtieġ għall-interoperabilità ta’ programm tal-kompjuter maħluq indipendentement; jew

(c)

li tintuża għall-iżvilupp, produzzjoni jew kummerċ ta’ programm tal-kompjuter sostanzjalment simili fl-espressjoni tiegħu, jew għal kull att ieħor li jikser id-drittijiet tal-awtur.

3.   Skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Berna għall-protezzjoni ta’ Xogħlijiet Letterarji u Artistiċi, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu ma jistgħux jiġu interpretati b’mod li jippermettu l-applikazzjoni tiegħu li tintuża b’mod li tippreġudika b’mod mhux raġunat l-interessi ġusti tad-detentur leġittimu jew imorru kontra l-isfruttar normali tal-programm tal-kompjuter.

Artikolu 7

Miżuri speċjali ta’ protezzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6, l-Istati Membri għandhom jipprovdu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, rimedji xierqa kontra persuna li tikkommetti xi wieħed mill-atti li ġejjin:

(a)

kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jaf, jew li jkollu raġuni għalfejn jemmen, li hija kopja illegali;

(b)

il-pussess, għal finijiet kummerċjali, ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter waqt li jkun jaf, jew ikollu raġuni għalfejn jemmen, li tkun kopja illegali;

(c)

kull att li jqiegħed fiċ-ċirkulazzjoni, jew il-pussess għal finijiet kummerċjali ta’ kull mezz li l-uniku għan maħsub għalih hu li jħaffef, li jneħħi mingħajr awtorità jew li jeħles minn xi strument tekniku li jista’ jkun applikat biex jipproteġi programm tal-kompjuter.

2.   Kull kopja illegali ta’ programm tal-kompjuter tista’ tiġi sekwestrata skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru interessat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għas-sekwestru b’kull mezz imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Applikazzjoni kontinwa ta’ dispożizzjonijiet legali oħra

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kull dispożizzjoni legali oħra bħal dik dwar id-drittijiet tal-privattivi, trademarks, kompetizzjoni inġusta, sigrieti tas-sengħa, protezzjoni ta’ prodotti semikundutturi jew liġi ta’ kuntratt.

Kull dispożizzjoni kuntrattwali kuntrarja għall-Artikolu 6 jew għall-eċċezzjonijiet li hemm provdut dwarhom fl-Artikolu 5(2) u (3) għandhom ikunu nulli u bla effett.

Artikolu 9

Komunikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 10

Deroga

Id-Direttiva 91/250/KEE, kif emendata mid-Direttiva imniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri għar-rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

Riferenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strażburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 24.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 122, 17.5.1991, p. 42.

(4)  Ara l-Anness I, Parti A.


ANNESS I

PARTI A

Direttiva imħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva tal-Kunsill 91/250/KEE

(ĠU L 122, 17.5.1991, p. 42)

 

Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE

(ĠU L 290, 24.11.1993, p. 9)

Artikolu 11(1) biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 10)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

91/250/KEE

31 ta’ Diċembru 1992

93/98/KEE

30 ta’ Ġunju 1995


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Direttiva 91/250/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 1(1), (2) u (3)

Artikolu 2(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 2(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 2(1), it-tieni sentenza

Artikolu 2(1), it-tieni subparagrafu

Artikolu 2(2) u (3)

Artikolu 2(2) u (3)

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4, kliem tal-bidu

Artikolu 4(1), kliem tal-bidu

Artikolu 4(a)

Artikolu 4(1), il-punt (a)

Artikolu 4(b)

Artikolu 4(1), il-punt (b)

Artikolu 4(c), l-ewwel sentenza

Artikolu 4(1), il-punt (c)

Artikolu 4(c), it-tieni sentenza

Artikolu 4(2)

Artikoli 5, 6 u 7

Artikoli 5, 6 u 7

Artikolu 9(1), l-ewwel sentenza

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 9(1), it-tieni sentenza

Artikolu 8, it-tieni paragrafu

Artikolu 9(2)

Artikolu 1(4)

Artikolu 10(1)

Artikolu 10(2)

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 11

Artikolu 12

Anness I

Anness II


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Ottubru 2008

dwar il-miżura (C 33/07 (ex N 339/06 u N 729/06)) li l-Ġermanja bi ħsiebha timplimenta permezz ta’ IBG Beteiligungsgesellschaft Sachsen-Anhalt mbH

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5581)

(It-test Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/364/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet il-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawn id-dispożizzjonijiet (1),

Wara li kkunsidrat dawk il-kummenti,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-ittra tat-30 ta’ Mejju 2006, irċevuta mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Ġermanizi avżaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE tal-ewwel parti tal-miżura, li l-Kummissjoni rreġistrat bħala għajnuna mill-Istat każ Nru 339/2006.

(2)

Permezz tal-ittra tat-22 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni. L-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tat-13 ta’ Lulju 2006. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni permezz tal-ittra tal-31 ta’ Awwissu 2006 u l-awtoritajiet Ġermaniżu wieġbu bl-ittra tat-22 ta’ Settembru 2006. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fil-11 ta’ Ottubru 2006 u l-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tas-6 ta’ Novembru 2006.

(3)

Permezz tal-ittra tad-9 ta’ Novembru 2006, irċevuta mill-Kummissjoni fl-istess ġurnata, l-awtoritajiet Ġermaniżi avżaw it-tieni parti tal-miżura, li l-Kummissjoni rreġistrat bħala għajnuna mill-Istat Każ Nru 729/06. Minħabba li dawn iż-żewġ notifiki jikkoinċidu (N 339/06 u N 729/06), fl-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2006 il-Kummissjoni pproponiet li tgħaqqad il-każijiet u li titratta l-korrispondenza kollha bħala marbuta bejn it-tnejn li huma, u talbet ukoll iktar informazzjoni relatata maż-żewġ każijiet. L-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tat-23 ta’ Jannar 2007.

(4)

Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fit-28 ta’ Frar 2007. Wara estensjoni tad-data tal-għeluq, l-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tal-11 ta’ April 2007. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fl-4 ta’ Mejju 2007. Wara estensjoni tad-data tal-għeluq, l-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tad-29 ta’ Ġunju 2007.

(5)

Permezz tal-ittra tat-30 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni infurmat il-Ġermanja li hi ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-għajnuna (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni ta’ ftuħ”) Id-deċiżjoni ta’ ftuħ kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-awtoritajiet Ġermaniżi u l-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(6)

L-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettu l-kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ permezz tal-ittra tad-19 ta’ Ottubru 2007. Wara estensjoni tad-data tal-għeluq, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet minn parti interessata, IBG Beteiligungsgesellschaft Sachsen-Anhalt mbH (minn hawn ‘il quddiem “il-Fond IBG”) bl-ittra tal-10 ta’ Diċembru 2007. Permezz tal-ittra tal-21 ta’ Jannar 2008, il-Kummissjoni bagħtet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Ġermaniżi. Bi tweġiba għall-osservazzjonijiet, l-awtoritajiet Ġermaniżi wieġbu bl-ittra tal-14 ta’ Frar 2008.

(7)

Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni bl-ittra tat-18 ta’ April 2008 u bl-e-Mails tat-28 ta’ April 2008 u tal-11 ta’ Ġunju 2008. L-awtoritajiet Ġermaniżi ssottomettew iktar informazzjoni bl-ittra tal-5 ta’ Ġunju 2008 u bl-e-Mail tat-13 ta’ Ġunju 2008.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

(8)

Il-Fond IBG hu fond pubbliku ta’ kapital ta’ riskju, stabbilit u ffinanzjat mil-Land ta’ Saxony-Anhalt. L-għan tal-Fond IBG hu li jipprovdi kapital ta’ riskju lill-SMEs innovattivi u orjentati lejn it-teknoloġija fis-Saxony-Anhalt fl-istadji tal-bidu u tat-tkabbir tal-iżvilupp. Saxony-Anhalt hu reġjun eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE (3).

(9)

Mill-1 ta’ Lulju 2007, il-Fond IBG kien amministrat mill-kumpanija ta’ ġestjoni GOODVENT Beteiligungsmanagement GmbH & Co. KG (minn hawn ‘il quddiem “il-maniġer tal-Fond”), magħżula fi proċedura ta’ tender pubblika miftuħa u mhux diskriminatorja. Id-daqs totali tal-finanzjament pubbliku hu ta’ madwar EUR 130 miljun. Din il-miżura hi applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013.

(10)

Il-Fond IBG jipprovdi dawn l-investimenti li ġejjin:

(a)

Parteċipazzjonijiet f’ekwità ordinarja sa EUR 1.5 miljun għal kull SME għall-perjodu ta’ tnax-il xahar, b’tal-inqas 30 % tal-finanzjament provdut minn investituri indipendenti privati fuq l-istess termini tal-Fond IBG;

(b)

Parteċipazzjonijiet f’ekwità ordinarja (offene Beteiligungen) sa EUR 10 miljuni għal kull SME, inkluż għażliet ta’ konverżjoni, bħal bonds konvertibbli (Wandelanleihen) u bonds b’warrants (Optionsanleihen), effettwati ma’ investituri privati f’ammonti ugwali, fuq l-istess termini u bl-istess riskji (“pari passu”);

(c)

Parteċipazzjonijiet passivi (stille Beteiligungen) (minn hawn ‘il quddiem ‘il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG) sa EUR 5 miljuni għal kull impriża, effettwati mill-Fond IBG waħdu, indipendentement mill-investituri privati, u miżmuma sa 10 snin;

(d)

konverżjoni ta’ parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG f’parteċipazzjonijiet ordinarji f’ekwità effettwati pari passu ma’ investituri privati.

(11)

F’konformità mal-parteċipazzjonijiet ordinarji f’ekwità u l-miżuri ta’ konverżjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ li ma kien hemm l-ebda għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE kemm għall-investituri (4) kif ukoll għall-ġestjoni tal-Fond IBG (5). Jista’ jkun hemm għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE għall-Fond IBG (6) jew għall-impriżi mmirati. Madankollu, il-Kummissjoni sabet il-miżura konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat biex jippromwovu l-investimenti tal-kapital f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju (7) (minn hawn ‘il quddiem il-Linji gwida) u kompatibbli mas-suq komuni taħt l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

(12)

Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG kienu vvalutati separatement għaliex l-awtoritajiet Ġermaniżi kkunsidrawhom bħala strumenti ta’ dejn f’konformità mal-kundizzjonijiet tas-suq, li għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, filwaqt li l-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk it-termini ekonomiċi għandhomx ikunu kklasifikati bħala strumenti ta’ dejn jew bħala strumenti ta’ ekwità.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(13)

Il-Kummissjoni bdiet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar il-kwistjoni ta’ jekk il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għandhomx, f’termini ekonomiċi, ikunu kkunsidrati bħala strumenti ta’ dejn, kif mistqarr mill-awtoritajiet Ġermanizi, jew bħala strumenti ta’ ekwità. F’każ li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ dejn, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-metodu għat-twaqqif tar-rati ta’ referenzi u ta’ skont (8) (minn hawn ‘il quddiem l-Avviż tal-1997), li għandu jintuża bħala indikatur tar-rata tas-suq, għandu jkun applikat biex ikun iddeterminat jekk jinvolvux għajnuna mill-Istat għall-impriżi mmirati skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (9).

(14)

Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li, jekk il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma kklassifikati bħala strumenti ta’ dejn, huma ma jikkostitwixxux vantaġġ għall-kumpaniji benefiċjarji skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE peress li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq skont l-Avviż tal-1997. Min-naħa l-oħra, jekk il-parteċipazzjonijiet passivi tal-IBG ikunu klassifikati bħala ekwità, l-għajnuna mill-Istat ma tistax titneħħa, peress li l-miżura tista’ tkun qed tindirizza falliment tas-suq fis-suq ta’ kapital ta’ riskju.

(15)

Biex ikun stabbilit jekk il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għandhomx ikunu kklassifikati bħala strumenti ta’ dejn jew strumenti ta’ ekwità, id-deċiżjoni ta’ ftuħ eżaminat is-sustanza ekonomika tal-istrumenti li huma konformi mal-punt 4.3.3 tal-Linji gwida, b’kunsiderazzjoni tal-grad ta’ riskju u telf potenzjali mħallsa mill-investitur, jekk ir-remunerazzjoni marbuta mal-profitt jew remunerazzjoni fissa kienet predominanti, il-livell ta’ subordinazzjoni fil-każ ta’ falliment u t-trattament tal-istrument ta’ investiment skont ir-regoli applikabbli domestiċi legali, regolatorji, finanzjarji u ta’ kontabbiltà.

(16)

Wara li eżaminat in-natura ekonomika tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG, il-Kummissjoni identifikat dawn id-differenzi possibbli bejn l-istrumenti standard ta’ dejn u l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG:

(a)   Subordinazzjoni: Fil-każ ta’ falliment ta’ impriża fil-mira, il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG ikunu ta’ prijorità fuq l-ekwità iżda huma subordinati għal self u obbligazzjonijiet oħrajn.

(b)   Garanzija: Il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma parzjalment garantiti (minimu 10 %), madankollu din il-garanzija hi ferm inqas mill-livell li jkun meħtieġ għall-finanzjament ta’ dejn.

(c)   Ħlas lura: Il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond tal-IBG huma mħallsa lura darbtejn fis-sena, filwaqt li fuq strumenti standard ta’ dejn il-prinċipal u l-interess huma normalment imħallsa lura kull xahar.

(d)   Drittijiet ta’ informazzjoni u ta’ kontroll: Deher li kien hemm differenzi bejn il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG u l-istrumenti standard ta’ dejn f’termini ta’ drittijiet ta’ informazzjoni u ta’ kontroll, minkejja li l-klawżoli ta’ proprjetà u bidla ta’ kontroll huma xi drabi inklużi f’kuntratti standard ta’ kreditu.

(e)   Terminazzjoni ta’ kuntratt: Deher li kien hemm differenzi bejn il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG u l-istrumenti standard ta’ dejn fir-rigward tat-tmiem tal-kuntratti.

(f)   Remunerazzjoni: Minħabba li l-komponent tar-remunerazzjoni ta’ ħruġ ta’ darba marbut mal-profitt (Exitvergütung), ma setax ikun stabbilit b’ċertezza ta’ 100 % li r-remunerazzjoni fissa kienet il-komponent predominanti tar-remunerazzjoni.

(17)

Għalhekk il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għandhomx ikunu kklassifikati bħala strumenti ta’ dejn, u saqsiet il-patrijiet interessati biex jipprovdu kummenti dwar dawn il-punti.

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(18)

Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (10) u bi tweġiba għall-avviż ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali  (11), il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn parti waħda interessata, jiġifieri l-Fond IBG, li pprovda argumenti dettaljati biex juri li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għandhom jiġu klassifikati bħala strumenti ta’ dejn.

(a)   Subordinazzjoni:

(19)

Il-Fond IBG spjega l-istatus subordinat tal-parteċipazzjonijiet passivi. Hu qal li s-subordinazzjoni hi miftiehma fuq bażi volontarja u mhix meħtieġa b’mod legali. Mhuwiex rari li l-istrumenti ta’ dejn jitpoġġew fi klassifiki differenti. Pereżempju fil-qasam tal-finanzjament tal-akkwist, hu kważi dejjem il-każ li d-dejn ikun miġbur f’dejn ta’ prijorità u dejn subordinat. Fil-kummenti tiegħu, il-Fond IBG enfasizza li filwaqt li l-parteċipazzjonijiet passivi jistgħu jkunu subordinati għal dejn u obbligazzjonijiet oħrajn, huma dejjem ta’ prijorità fuq l-ekwità u qatt ma jipparteċipaw fit-telf tal-impriżi mmirati.

(b)   Garanzija

(20)

Il-Fond IBG spjega li bejn 10 % u 30 % tal-valur tal-parteċipazzjonijiet passivi huma koperti b’garanziji mogħtija mill-azzjonisti tal-impriżi mmirati. L-ammont preċiż tal-kollateral jiddependi fuq il-każ individwali, u b’mod partikolari fuq l-assi li l-azzjonisti kienu trasferew qabel lill-impriża, pereżempju, fil-forma ta’ ekwità jew drittijiet ta’ proprjetà intelletwali. Skont il-Fond IBG, l-istrumenti ta’ dejn jistgħu jieħdu forom differenti, skont il-każ individwali. Fil-prattika, hemm saħansitra 0 % kollateral, u s-self mhux garantit; u dan ma jbiddilx awtomatikament strument ta’ dejn fi strument ta’ ekwità.

(c)   Ħlas lura

(21)

Skont il-Fond IBG, il-proċeduri ta’ ħlas lura għall-parteċipazzjonijiet passivi tiegħu huma simili ta’ dawk tal-istrumenti ta’ dejn. Fil-każ ta’ self standard, skont il-pożizzjoni ta’ likwidità tal-kumpanija, il-prinċipal u l-imgħax mhumiex neċessarjament mħallsa (lura) kull xahar. Ħlas lura kull sitt xhur jew kull tliet xhur huma wkoll komuni bħal pagamanenti ta’ kull xahar. Il-Kodiċi Ċivili Ġermaniż jipprovdi għall-ħlasijiet ta’ mgħax fl-aħħar ta’ kull sena, iżda jistgħu jkunu miftiehma arranġamenti oħra.

(22)

Fir-rigward tal-ħlas lura tal-prinċipal, il-Fond IBG jinnota li l-Kodiċi Ċivili Ġermaniż jistipula li l-prinċipal isir dovut meta l-kuntratt tas-self jintemm ħlief jekk il-kuntratt jipprovdi mod ieħor. Skont il-Fond IBG, il-parteċipazzjonijiet passivi huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili Ġermaniż u ma jipprevedux dispożizzjonijiet kuntrattwali differenti mir-regola ġenerali.

(d)   Drittijiet ta’ informazzjoni u ta’ kontroll:

(23)

Il-Fond IBG jippreżenta iktar argumenti biex juri s-similaritajiet bejn il-klawżoli ta’ informazzjoni u tas-sjieda u tal-bidla fil-kontroll tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG u dawk tal-istrumenti ta’ dejn. Skont il-Fond IBG, huwa normali li tkun miftiehma s-sjieda dwar il-klawżoli ta’ bidla tal-kontroll għall-istrumenti ta’ dejn. Il-kredituri jinsistu fuqhom b’mod partikolari fil-każ ta’ self kummerċjali u finanzjament tal-proġetti u tal-akkwist. Il-punt komuni bejn dawn it-tip ta’ krediti u l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG hu s-self ta’ terminu twil li jitħallsu lura biss mat-tmiem tagħhom. B’kumpens, il-kredituri jitolbu patti estensivi li permezz tagħhom ikunu intitolati li jwaqqfu l-kuntratt ta’ kreditu qabel fil-każ ta’ ksur tal-patt mid-debitur.

(24)

Fir-rigward tas-self kummerċjali, l-organizzazzjoni ġenerali tal-banek privati Ġermaniżi, il-Bundesverband Deutscher Banken, iddisinjat kuntratt mudell speċjali li għandu sjieda estensiva u klawżola tal-bidla tal-kontroll. Fir-rigward tal-finanzjament tal-proġetti u tal-akkwist, il-Fond IBG jirreferi għal diversi kummenti Ġermaniżi rilevanti li jiddiskutu u jgħarrfu klawżoli ta’ kontrol estensivi għall-benefiċċju tal-kreditur.

(e)   Tmiem tal-kuntratt:

(25)

Il-Fond IBG jipprovdi iktar argumenti biex juri similaritajiet bejn il-parteċipazzjonijiet passivi u s-self fir-rigward tal-kundizzjonijiet għat-tmiem tal-kuntratt. Fil-każ ta’ ksur tal-kuntratt, nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma, informazzjoni mhux korretta jew bdil tal-kontroll, kemm l-impriża mmirata kif ukoll il-Fond IBG huma intitolati biex itemmu l-kuntratt. Fejn it-terminoloġija speċifika tat-tmiem tal-kuntratt tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG hi differenti minn dak tas-self standard, dan juri biss in-natura speċifika tal-istrument ikkumparat ma’ self standard.

(f)   Remunerazzjoni

(26)

Il-Fond IBG jispjega l-istruttura tar-remunerazzjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tiegħu, sabiex juri li remunerazzjoni fissa hi l-komponent dominanti tar-remunerazzjoni annwali totali ta’ 13 %. Ir-remunerazzjoni totali hi magħmula minn komponent ta’ rata ta’ mgħax fissa, iddeterminata fuq il-bażi ta’ kreditu ta’ riskju ta’ kull impriża mmirata u hi mħallsa irrispettivament mill-profittabilità tal-ivestiment, u l-komponent marbut mal-profitt, imħallas jekk ċerti limiti ta’ profittabilità jinqabżu. Skont il-Fond IBG, il-komponent marbut mal-profitt hu dejjem ta’ mill-inqas 250 punt ta’ bażi inqas mir-rata ta’ mgħax fissa. Remunerazzjoni fissa ta’ ħruġ ta’ darba hi mħallsa aparti t-total ta’ 13 % remunerazzjoni annwali. Dan hu kkalkulat bħala persentaġġ tal-ammont nominali tal-parteċipazzjoni passiva u ma jiddependiex fuq il-profittabilità tal-investiment.

(g)   Kontabbiltà u trattament tat-taxxa

(27)

Il-Fond IBG jipprovdi informazzjoni dettaljata biex juri li skont il-liġi Ġermaniża (liġi ċivili, liġi tal-kontabbiltà u liġi tat-taxxa) u regoli internazzjonali tal-kontabbiltà (IFRS u IAS) il-parteċipazzjonijiet passivi tiegħu huma kkunsidrati li huma parteċipazzjonijiet passivi tipiċi u b’hekk strumenti ta’ dejn.

5.   KUMMENTI MILL-ĠERMANJA

5.1.   Kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ

(28)

Skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 u bi tweġiba għall-avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali  (12), il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-awtoritajiet Ġermaniżi. L-awtoritajiet Ġermaniżi argumentaw li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma parteċipazzjonijiet passivi tipiċi u ghalhekk għandhom ikunu kklassifikati bħala strumenti ta’ dejn, għal dawn ir-raġunijiet:

(a)

Taħt il-liġi ċivili, il-liġi tal-kontabbiltà u l-liġi tat-taxxa, dawn l-istrumenti ta’ investiment huma trattati bħala kapital misluf (Fremdkapital).

(b)

Id-drittijiet tal-informazzjoni u tal-kontroll, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar it-tmiem tal-investimenti, huma simili għal dawk tal-istrumenti ta’ self.

(c)

Bħal każ tal-istrumenti ta’ dejn, ħlas lura sħiħ tal-prinċipal u l-imgħax hu meħtieġ fl-aħħar tal-parteċipazzjoni.

(d)

Il-komponent ta’ mgħax fiss hu l-komponent predominanti tar-remunerazzjoni, li jindika li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għandhom ikunu trattati bħala strumenti ta’ dejn.

(e)

Is-subordinazzjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għas-self u l-obbligazzjonijiet oħrajn hi meħtieġa biex tkun evitata l-insolvenza tal-kontabbiltà immedjata minħabba l-pożizzjoni dgħajfa ta’ kreditu ta’ min jissellef.

(f)

Il-banek u l-istituzzjonijiet tal-kreditu tipikament jitrattaw il-kapital mezzanin bħala strument ta’ dejn anke meta ma jkunx garantit.

5.2.   Osservazzjonijiet dwar il-kummenti tal-parti interessata

(29)

Fl-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-kummenti tal-parti interessata, l-awtoritajiet Ġermanizi esprimew il-qbil tagħhom, u tennew il-konklużjonijiet ppreżentati fil-kummenti oriġinali tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ ftuħ. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ġermaniżi enfasizzaw li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma mogħtija fuq termini tas-suq u ma jinvolvux għajnuna mill-Istat peress li huma konformi mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għat-twaqqif ta’ rati ta’ referenza u ta’ skont (13) (minn hawn ‘il quddiem il-Komunikazzjoni tal-2008).

(30)

Fil-korrispondenza suċċessiva mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ġermaniżi spjegaw is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-Fond IBG, li kienet eżaminata minn Price Waterhouse Coopers u tikklassifika l-impriża mmirata bejn “tajjeb ħafna” (AAA) u “ħażin/diffikultajiet finanzjarji” (CCC); Il-kumpaniji CCC huma esklużi milli jirċievu finanzjament. Il-kollateralizzazzjoni baxxa u l-klassifikazzjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma kkunsidrati meta jkun ivvalutat il-kreditu ta’ riskju tal-impriżi mmirati.

(31)

Is-sistema ta’ klassifikazzjoni tipprovdi l-bażi għall-istabbiliment tar-rati ta’ mgħax b’riskju aġġustat. Il-parteċipazzjonijiet passivi huma dejjem remunerati fuq bażi ta’ rata ta’ mgħax fissa magħmula minn IBOR kif ukoll marġini xieraq. Dan tal-aħħar jista’ jvarja bejn 100 u 650 punt ta’ bażi, skont il-klassifika tal-impriża. Fil-każ ta’ impriżi fil-mira li ma jistgħux ikunu klassifikati bl-użu tas-sistema ta’ klassifikazzjoni tal-Fond IBG, hu applikat marġinu ta’ mill-inqas 400 punt ta’ bażi, li qatt ma jista’ jkun inqas minn dak li jkun applikabbli għall-kumpanija possedenti.

6.   VALUTAZZJONI

6.1.   Legalità

(32)

L-awtoritajiet Ġermaniżi ssodisfaw l-obbligu tagħhom skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE billi nnotifikaw il-miżura qabel l-implimentazzjoni tagħha. Id-dħul fis-seħħ tal-miżura hu soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

6.2.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni

6.2.1.   Il-klassifikazzjoni ekonomika tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG

(33)

Sabiex il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG ikunu klassifikati bħala strumenti ta’ dejn jew strumenti ta’ ekwità f’termini ekonomiċi, huma kellhom ikunu vvalutati skont il-Linji gwida. Punt 2.2 tal-Linji gwida jipprovdi dawn id-definizzjonijiet ta’ kważi-ekwità u ta’ strumenti ta’ investiment ta’ dejn:

“Strumenti ta’ investiment fi kważi-ekwità” tfisser strumenti li r-ritorn tagħhom għad-detentur (investitur/min isellef) hu bbażat il-biċċa l-kbira fuq il-profitti jew telf tal-kumpanija sottostanti mmirata, u li mhumiex garantiti fil-każ ta’ telf. Din id-definizzjoni hi bbażata fuq approċċ li jagħti prijorità lis-sustanza fuq il-forma.

“Strumenti ta’ investiment ta’ dejn” tfisser self u strumenti ta’ finanzjament oħrajn li jipprovdu lil min isellef/investitur b’komponent predominanti ta’ remunerazzjoni minima fissa u huma tal-inqas parzjalment garantiti. Din id-definizzjoni hi bbażata fuq approċċ li jagħti prijorità lis-sustanza fuq il-forma.

(34)

Punt 4.3.3 tal-Linji gwida jistipula li “l-Kummissjoni ser tagħti prijorità lis-sustanza ekonomika tal-istrument pjuttost milli l-isem u l-kwalifika li huma attribwiti mill-investituri… b’kunsiderazzjoni tal-livell ta’ riskju fl-impriża tal-kumpanija mmirata mħallsa mill-investitur, it-telf potenzjali imħallas mill-investitur, il-predominanza tar-remunerazzjoni marbuta mal-profitt kontra remunerazzjoni fissa, u l-livell ta’ subordinazzjoni tal-investitur fil-każ tal-falliment tal-kumpanija… [u] it-trattament applikabbli għall-istrument ta’ investiment taħt ir-regoli prevalenti domestiċi, regolatorji, finanzjarji u tal-kontabbiltà, jekk dawn huma konsistenti u relevanti għall-kwalifika.”

(35)

Wara eżaminazzjoni tal-argumenti mill-awtoritajiet Ġermaniżi u l-informazzjoni rċevuta mill-parti interessata (il-Fond IBG) bi tweġiba għad-deċiżjoni ta’ ftuħ, intlaħqu dawn il-konklużjonijiet:

(a)   Riskju tal-investitur

(36)

F’konformità mal-Linji-gwida, il-Kummissjoni vvalutat il-livell ta’ riskju u telf possibbli mħallas mill-Fond IBG. Kien ikkunsidrat il-fatt li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG, bħal fil-każ tal-istrumenti ta’ dejn, ma jġorrux ir-riskju sħiħ ta’ ħruġ bħal ma jġorru l-investituri fl-ekwità (14). Il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG qatt ma jipparteċipaw fit-telf tal-impriżi mmirati, kif jiġri fl-investimenti tal-ekwità; Dan il-kriterju għad-distinzjoni bejn ekwità u dejn hu msemmi b’mod espliċitu fil-punt 4.3.3 tal-Linji-Gwida. L-istess bħal l-istrumenti ta’ dejn, it-termini kuntrattwali tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG jeħtieġu l-prinċipal u l-imgħax, inkluż l-komponent marbut mal-profitt, li jrid jitħallas lura mill-fluss tal-likwidità tal-kumpanija. Fir-rigward tal-livell ta’ riskju u telf potenzjali imħallas mill-investitur, il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG għalhekk jistgħu jkunu klassifikati bħala strumenti ta’ investiment ta’ dejn.

(b)   Subordinazzjoni:

(37)

Skont il-Linji-Gwida għandu jiġi kkunsidrat il-livell ta’ subordinazzjoni fil-każ ta’ falliment. Il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma subordinati għal self u obbligazzjonijiet oħrajn, iżda huma ta’ prijorità fuq l-ekwità u qatt ma jipparteċipaw fit-telf tal-impriżi fil-mira; din hi karatteristika tipika tal-istrumenti ta’ dejn. Subordinazzjoni ta’ dejn mhux garantit jew parzjalment garantiti għall-pretensjonijiet ta’ kredituri ta’ prijorità hu normali. Filwaqt li l-parteċipazzjonijiet passivi subordinati tal-Fond IBG huma tabilħaqq iktar riskjużi minn dejn mhux subordinat, dan hu muri fir-rata ta’ mgħax b’riskju aġġustat. Għal dawn ir-raġunijiet is-subordinazzjoni għall-kredituri oħrajn ma jwassalx fih innifsu għall-klassifikazzjoni tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG bħala strumenti ta’ kważi-ekwità

(c)   Garanzija

(38)

Il-Linji-gwida jeħtieġu li strument ta’ dejn, sabiex jikkwalifika bħala tali, irid ikun tal-inqas parzjalment garantit. Il-fatt li bejn 10 % u 30 % tal-valur tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG hu garantit mill-azzjonisti tal-impriżi mmirata jrid jiġi kkunsidrat. Ir-rekwiżiti baxxi ta’ kollateralizzazzjoni huma l-biċċa l-kbira mfissra mill-fatt li SMEs teknoloġiċi li qed jikbru malajr m’għandhomx biżżejjed kollateral ta’ valur għoli. Barra minn hekk, il-garanzija parzjali tidher li hi adegwata, minħabba l-klassifikazzjoni baxxa tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG. In-natura subordinata u parzjalment garantita tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG tidher b’mod xieraq fil-livell ta’ remunerazzjoni. Għalhekk wieħed jista’ jikkonkludi li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma parzjalment garantiti, kif meħtieġ mil-Linji-gwida.

(d)   Remunerazzjoni

(39)

Il-Linji-gwida jeħtieġu li strument ta’ dejn, sabiex jikkwalifika bħala tali, irid ikollu element predominanti ta’ remunerazzjoni fissa. Il-komponent marbut mal-profitt tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG hu dejjem ta’ mill-inqas 250 punt ta’ bażi inqas mill-komponent tar-rata ta’ mgħax fissa. Barra minn hekk, il-fatt li remunerazzjoni fissa ta’ ħruġ ta’ darba addizzjonali tista’ tkun miżjuda mar-remunerazzjoni totali ta’ 13 % iżżid il-predominanza tar-remunerazzjoni fissa fir-remunerazzjoni totali. L-element tar-rata ta’ mgħax fissa tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-IBG hu għalhekk il-komponent predominanti ta’ remunerazzjoni, kif meħtieġ mil-Linji-gwida.

(e)   Sjieda tal-klawżoli tal-bidla tal-kontroll

(40)

Wara li vvalutat l-informazzjoni ddettaljata produta mill-parti interessata, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-informazzjoni u l-klawżoli tas-sjieda u tal-bidla tal-kontroll tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG jidhru li huma simili ta’ dawk tal-istrumenti ta’ dejn mhux garantiti jew parzjalment garantiti, li normalment jeħtieġu monitoraġġ intensiv u informazzjoni ddetaljata u immedjata dwar il-progress ekonomiku tal-kumpaniji, u d-definizzjoni ta’ indikaturi finanzjarji speċifiċi jew patti li l-kumpanija trid tosserva. Għalhekk, fit-termini tal-informazzjoni u tal-klawżoli ta’ sjieda u bidla tal-kontroll tal-paertċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG, dawn l-istrumenti jistgħu jkunu klassifikati bħala strumenti ta’ dejn.

(f)   Tmiem tal-kuntratt

(41)

Fid-Deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni għarrfet li l-kundizzjonijiet tal-Fond IBG għat-tmiem ta’ kuntratt ta’ parteċipazzjoni passiva jidhru li huma simili ta’ dawk tal-istrumenti ta’ dejn għaliex l-investimenti jistgħu jintemmu f’każ ta’ ksur tal-kuntratt, nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet miftiehma, informazzjoni żbaljata u bidla tal-kontroll. Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-differenzi fit-terminoloġija jirreflettu biss in-natura speċfika tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG b’paragun mal-istrumenti ta’ dejn standard. Għalhekk, minbarra d-differenzi fit-terminoloġija, id-dispożizzjonijiet ta’ tmiem tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma fil-prinċipju simili ta’ dawk tal-istrumenti ta’ dejn standard.

(g)   Trattament legali, tal-kontabbiltà u tat-taxxa

(42)

Il-Kummissjoni ssib li l-awtoritajiet Ġermaniżi u l-Fond IBG urew li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG huma parteċipazzjonijiet passivi tipiċi u għalhekk huma kkunsidrati li huma strumenti ta’ dejn skont il-leġiżlazzjoni Ġermaniża relevanti (liġi ċivili, liġi tal-kontabbiltà u liġi tat-taxxa) u skont l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)

(h)   Konklużjoni

(43)

Wara eżaminazzjoni tan-natura ekonomika tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG, u b’kunsiderazzjoni tat-trattament legali, tal-kontabbiltà u tat-taxxa ta’ dawn l-istrumenti, il-Kummissjoni ssib li f’termini ekonomiċi, il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG jistgħu jkunu kklasifikati bħala strumenti ta’ dejn.

6.2.2.   L-Istatus tal-għajnuna mill-Istat tal-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG

(44)

Il-Kummissjoni eżaminat il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG fid-dawl tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE. L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jistipula li “kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li toħloq tfixkil jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti, sakemm tkun taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, mhux ser tkun kompatibbli mas-suq komuni.” Sabiex miżura tkun tista’ taqa’ fl-ambitu tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, iridu jintlaħqu erba’ kriterji:

(a)

il-miżura trid tinvolvi l-użu ta’ riżorsi tal-Istat;

(b)

il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju;

(c)

il-vantaġġ irid ikun selettiv għaliex hu limitat għal ċerti impriżi jew setturi;

(d)

Il-miżura trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(45)

Fid-Deċiżjoni tagħha ta’ ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li, sakemm il-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG jistgħu jkunu kklassifikati bħala strumenti ta’ dejn, huma jkunu kkunsidrati bħala strumenti ta’ dejn konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq skont l-Avviż tal-1997. L-istrument hu wkoll konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq skont il-Komunikazzjoni tal-2008, peress li l-Fond IBG jivvaluta r-riskji ta’ kreditu ta’ kull impriża, inkluż il-livell ta’ subordinazzjoni u kollateralizzazzjoni, u japplika rati ta’ mgħax b’riskju aġġustat.

(46)

Għalhekk jista’ jiġi konkluż li l-parteċipazzjonijiet passivi tal-Fond IBG ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lill-impriżi mmirati skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li l-Ġermanja bi ħsiebha timplimenta permezz ta’ IBG Beteiligungsgesellschaft Sachsen-Anhalt mbH, mhijiex, fir-rigward tal-parteċipazzjonijiet passivi, għajnuna skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Brussell, 8 ta’ Ottubru 2008

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 246, 20.10.2007, p. 20.

(2)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(3)  N 459/06 – Linji ta’ Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 – il-mappa tal-għajnuna nazzjonali bi skop reġjonali mill-Istat: il-Ġermanja, (ĠU C 295, 5.12.2006, p. 6).

(4)  Il-Kummissjoni spjegat li dan kien minħabba li l-Fond IBG u l-investituri privati jaqsmu l-istess riskji pożittivi u negattivi u benefiċċji u għandhom l-istess livell ta’ subordinazzjoni; Fil-każ ta’ konverżjoni f’ekwità ordinarja, il-parteċipazzjonijiet f’ekwità tal-IBG ser ikunu valutati b’mod xieraq billi r-remunerazzjoni totali tkun konvertita (il-valur nominali, l-imgħax fiss u varjabbli dovut u r-remunerazzjoni ta’ ħruġ) f’parteċipazzjoni f’ekwità ordinarja.

(5)  Il-Kummissjoni spjegat li dan kien minħabba li kumpanija separata ta’ ġestjoni ġiet magħżula permezz ta’ proċedura miftuħa ta’ tender.

(6)  Il-Kummissjoni tikkonsidra l-Fond IBG bħala impriża proprjetà tal-Istat, li x’aktarx tiġbor il-kapital tagħha fuq termini li ma jkunux disponibbli fis-suq privat.

(7)  ĠU C 194, 18.8.2006, p. 2.

(8)  ĠU C 273, 9.9.1997, p. 3.

(9)  Dan ir-raġunament kien applikat ukoll f’deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni: Għajnuna mill-Istat N 344/2006 – il-Ġermanja (ĠU C 157, 10.7.2007, p. 8); Għajnuna mill-Istat N 104/2005 – il-Ġermanja: Regio MIT Fond ta’ Kapital ta’ Riskju Hessen (ĠU C 295, 26.11.2005, p. 8); Għajnuna mill-Istat N 212/2004 – il-Ġermanja: ERDF Fond ta’ Kapital ta’ Riskju Berlin (ĠU C 95, 20.4.2005, p. 8); Għajnuna mill-Istat N 213/2004 – il-Ġermanja: ERDF Fond ta’ Kapital ta’ Riskju Fund Schleswig-Holstein, ĠU C 72 24.3.2006, p. 2; Għajnuna mill-Istat N 266/2004 – il-Ġermanja: ERDF Fond ta’ Kapital ta’ Riskju Thüringen (ĠU C 95, 20.4.2005, p. 9); Għajnuna mill-Istat N 310/2004 – il-Ġermanja: ERDF Fond ta’ Kapital ta’ Riskju Brandenburg (ĠU C 79, 1.4.2006, p. 25);

(10)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(11)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(12)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(13)  ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6.

(14)  Il-fornituri tal-ekwità normalment jagħmlu l-kapital disponibbli għal terminu twil, mingħajr dritt għal ħlas lura u mingħajr garanzija. B’kumpens, huma jirċievu sehem tal-ekwità u jiksbu r-ritorn tagħhom billi joħorġu mill-investiment fl-aħħar tal-perjodu tal-investiment


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' April 2009

dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora bħala ingredjent alimentari ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3039)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2009/365/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2007, il-kumpanija Vitatene għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora fis-suq bħala ingredjent alimentari ġdid; fis-17 ta’ Ottubru 2007 l-entità kompetenti tar-Renju Unit dwar il-valutazzjoni tal-ikel ħarġet ir-rapport inizjali tal-valutazzjoni tagħha. F’dak ir-rapport hi waslet għall-konklużjoni li, fid-dawl ta’ applikazzjonijiet oħra pendenti li jikkonċernaw il-lycopene, hemm bżonn ta’ valutazzjoni oħra sabiex ikun żgurat li tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta’ tipi differenti ta’ lycopene bħala ingredjenti alimentari ġodda taħt l-istess kundizzjonijiet.

(2)

Il-Kummissjoni bagħtet ir-rapport preliminari ta’ valutazzjoni lill-Istati Membri kollha fit-11 ta’ Frar 2008.

(3)

Fl-2008, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) ġiet ikkonsultata u din ippubblikat il-fehma tagħha fl-4 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Fl-opinjoni tagħha, l-EFSA waslet għall-konklużjoni li, minħabba li l-lycopene jista’ jkollha bidliet ossidattivi, jenħtieġ li tkun ifformulata bħala sospensjonijiet fiż-żjut tal-ikel, bħala trab li huwa direttament kompressibbli jew bħala wieħed li jdub fl-ilma. Jenħtieġ li tkun żgurata biżżejjed protezzjoni antiossidattiva.

(5)

L-EFSA kkonkludiet ukoll li filwaqt li l-konsum tal-lycopene mill-konsumatur medju jibqa’ inqas mill-Konsum Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI), xi konsumaturi tal-lycopene jistgħu jikkunsmaw iżjed mill-ADI. Għaldaqstant, ta’ min ukoll jiġbor dejta dwar il-konsum għal numru ta’ snin wara li tinħareġ l-awtorizzazzjoni sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tiġi riveduta fid-dawl ta’ informazzjoni ulterjuri dwar is-sikurezza tal-lycopene u l-konsum tagħha. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ġbir ta’ dejta li tirrigwarda l-livelli tal-lycopene fiċ-ċereali għall-kolazzjon. Madankollu, dan ir-rekwiżit skont id-Deċiżjoni preżenti, japplika għall-użu ta’ lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel u mhux għall-użu ta’ lycopene bħala kulur għall-ikel, li jaqa’ fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrigwardaw l-addittivi mal-ikel awtorizzati għall-użu fl-oġġetti tal-ikel maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2).

(6)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora hija konformi mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(7)

Il-kumpanija Vitatene qablet li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/721/KE (3) għandha titħassar.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora, minn hawn ‘il quddiem imsejħa il-prodott, kif speċifikat fl-Anness I, tista’ titqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent alimentari ġdid għall-użu fl-ikel elenkat fl-Anness II.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent għandha tkun “lycopene”.

Artikolu 3

Il-kumpanija Vitatene għandha tistabbilixxi programm ta’ sorveljanza li jakkumpanja t-tqegħid fis-suq tal-prodott. Dan il-programm għandu jinkludi t-tagħrif dwar il-livelli tal-użu ta’ lycopene f’ikel kif speċifikat fl-Anness III.

Id-dejta miġbura għandha ssir disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. Fid-dawl ta’ informazzjoni ġdida u ta’ rapport mill-EFSA, l-użu tal-lycopene bħala ingredjent alimentari għandu jiġi rivedut sa mhux aktar tard mis-sena 2014.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2006/721/KE hi b’dan revokata.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Vitatene S.A.U. Avda. Antibióticos 59-61, E-24009 León, Spanja.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 27.

(3)  ĠU L 142M, 5.6.2007, p. 395.


ANNESS I

Speċifikazzjonijiet tal-lycopene mill-Blakeslea trispora

BLAKESLEA TRISPORA

Il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora meta ppurifikata tikkonsisti f’≥ 95 % lycopene u ≤ 5 % karotenojdi oħra. Hija ppreżentata jew bħala trab f’matriċi adegwata jew dispersjoni fiż-żejt. Il-kulur huwa aħmar skur jew aħmar jagħti fil-vjola. Il-protezzjoni antiossidativa trid tkun żgurata.

SPEĊIFIKAZZJONI

Isem kimiku:

Lycopene

Numru C.A.S:

502-65-8 (it-trans lycopene kollha)

Formula Kimika

C40H56

Formula strutturali:

Image

Piż tal-formula:

536,85


ANNESS II

Lista ta’ ikel li tista’ tiżdied miegħu l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora

Kategorija tal-ikel

Livell massimu ta’ lycopene

Xarbiet ibbażati fuq meraq tal-frott jew tal-ħaxix (inklużi l-konċentrati)

2,5 mg/100 g

Xarbiet maħsuba biex jilħqu l-massimu ta’ sforz muskolari intens speċjalment għall-isportivi

2,5 mg/100 g

Ikel maħsub għall-użu f’dieti mmirati għal użu ristrett ta’ enerġija u li huma intiżi għat-tnaqqis tal-piż

8 mg/sostitut tal-ikel

Ċereali għall-kolazzjon

5 mg/100 g

Xaħmijiet u taħwir tal-ikel

10 mg/100 g

Sopop ħlief sopop tat-tadam

1 mg/100 g

Ħobż (inkluż ħobż iqarmeċ)

3 mg/100 g

Ikel djetetiku għal dinijiet mediċi speċjali

Skont rekwiżiti ta’ nutrizzjoni partikolari

Supplimenti tal-ikel

15-il mg f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur


ANNESS III

Sorveljanza wara li l-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora titqiegħed fis-suq

TAGĦRIF LI GĦANDU JINĠABAR

Il-kwantitajiet ta’ lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora pprovduta mill-kumpanija Vitatene lill-konsumaturi tagħha għall-produzzjoni ta’ prodotti finali tal-ikel li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni Ewropea.

Ir-riżultati tat-tiftixiet fid-dejtabejż dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tal-ikel li fihom il-lycopene li tiġi mill-Blakeslea trispora miżjuda, inklużi l-livelli ta’ fortifikazzjoni u d-daqsijiet tal-porzjon għal kull prodott imqiegħed fis-suq skont l-Istat Membru.

RAPPURTAR TAT-TAGĦRIF

It-tagħrif ta’ hawn fuq għandu jkun irrappurtat lill-Kummissjoni Ewropea kull sena għas-snin mill-2009 sal-2012. L-ewwel darba fil-31 ta’ Ottubru 2010 għall-perjodu ta’ rappurtar mill-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010; u mbagħad bl-istess perjodu ta’ rappurtar fis-sena għas-sentejn ta’ wara.

TAGĦRIF ADDIZZJONALI

Fejn hu l-każ, u fejn hu disponibbli lil Vitalene, għandha tiġi rrappurtata wkoll l-istess informazzjoni dwar il-konsum ta’ lycopene użata bħala kulur għall-ikel.

Fejn tkun disponibbli, Vitatene għandha tipprovdi l-informazzjoni ġdida xjentifika għal rikonsiderazzjoni tal-livelli massimi mhux perikolużi għall-konsum tal-lycopene.

VALUTAZZJONI TAL-LIVELLI TA’ TEĦID TA’ LYCOPENE

Il-kumpanija Vitatene trid tagħmel valutazzjoni aġġornata dwar il-konsum abbażi tal-informazzjoni miġbura u rrappurtata li tissemma hawn fuq.

REVIŻJONI

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-EFSA sal-2013 biex tirrevedi t-tagħrif provdut mill-industrija.


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' April 2009

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3199)

(It-testi biċ-Ċek, l-Estonjan, il-Grieg, l-Ingliż, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Ungeriż, il-Pollakk, is-Slovakk u s-Sloven biss huma awtentiċi)

(2009/366/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqa mir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fir-rigward tal-infiq fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali, akkompanjati mill-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 għandhom jiġu approvati. L-approvazzjoni tkopri il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta fid-dawl tar-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni.

(2)

Il-limiti ta’ żmien konċessi lir-Repubblika Ċeka, lill-Estonja, lil Ċipru, lil-Latvja, lil-Litwanja, lill-Ungerija, lil Malta, lill-Polonja, lis-Slovenja u lis-Slovakkja msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (2) għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 8(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 885/2006, għalqu.

(3)

Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni mressqa u kkomunikata lir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja s-sejbiet tagħha qabel il-31 ta’ Marzu 2009, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali, kopert mill-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli dettaljati (transizzjonali) għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Lituwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (3), ir-riżultat tad-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni għandu jitnaqqas minn jew jiżdied ma’ ħlasijiet sussegwenti magħmula mill-Kummissjoni.

(5)

Fid-dawl tal-verifiki magħmula, il-kontijiet annwali u d-dokumenti mehmuża jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet mibgħuta. Id-dettalji ta’ dawn l-ammonti ġew deskritti fir-Rapport fil-Qosor ippreżentat lill-Kumitat tal-Fond flimkien ma’ din id-Deċiżjoni.

(6)

Fid-dawl tal-verifiki li saru, it-tagħrif mibgħut minn ċerti aġenziji tal-ħlas jeħtieġ aktar inkjesti u għalhekk il-kontijiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni.

(7)

Għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali kopert bir-Regolament (KE) Nru 27/2004, l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati jew li għandhom jitħallsu skont id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, għandhom jitnaqqsu minn jew jiżdiedu ma’ ħlasijiet sussegwenti.

(8)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħudin sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità infiq li ma jsirx skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Bla ħsara għall-Artikolu 2, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw infiq fil-qasam tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2008, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membri skont din id-Deċiżjoni fil-qasam ta’ miżuri ta’ żvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja huma stipulati fl-Anness I u l-Anness II.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri fil-qasam ta’ miżuri tal-iżvilupp rurali applikabbli fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, stipulati fl-Anness III, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu soġġetti għal Deċiżjoni dwar l-approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika tas-Slovenja u lir-Repubblika Slovakka.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 162.

(3)  ĠU L 5, 9.1.2004, p. 36.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008 - INFIQ GĦALL-IŻVILUPP RURALI TAL-FAEG FI STATI MEMBRI ĠODDA.

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn jew imħallas lill-Istat Membru.

SM

 

2008 - Infiq għall-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis

Total

Ħlasijiet Proviżorji mħallsa lura lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li jrid jiġi rkuprat minn-(-) jew imħallas lill-(+) Istat Membru (*)

approvati

mhux approvati

= infiq iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali

= total tal-Ħlasijiet Proviżorji mħallsa lura lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

 

 

a

b

c = a + b

d

e = c + d

f

g = e - f

CZ

EUR

32 399 539,50

 

32 399 539,50

0,00

32 399 539,50

0,00

32 399 539,50

EE

EUR

24 148 768,74

 

24 148 768,74

0,00

24 148 768,74

0,00

24 148 768,74

CY

EUR

17 570 826,20

 

17 570 826,20

0,00

17 570 826,20

11 388 159,00

6 182 667,20

LV

EUR

46 986 857,87

 

46 986 857,87

0,00

46 986 857,87

0,00

46 986 857,87

LT

EUR

79 148 259,37

 

79 148 259,37

0,00

79 148 259,37

0,00

79 148 259,37

HU

EUR

90 290 537,46

 

90 290 537,46

0,00

90 290 537,46

0,00

90 290 537,46

MT

EUR

0,00

2 699 140,00

2 699 140,00

0,00

2 699 140,00

2 699 140,00

0,00

PL

EUR

121 595 191,28

 

121 595 191,28

0,00

121 595 191,28

0,00

121 595 191,28

SI

EUR

607 424,53

 

607 424,53

0,00

607 424,53

0,00

607 424,53

SK

EUR

39 259 760,34

 

39 259 760,34

0,00

39 259 760,34

0,00

39 259 760,34


SM

Ħlasijiet bil-quddiem imħallsa iżda li għad iridu jiġu approvati għall-implimentazzjoni tal-programm [Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill Nru. 1260/1999].

CZ

EUR

86 848 000,00

EE

EUR

24 080 000,00

CY

EUR

11 968 000,00

LV

EUR

52 496 000,00

LT

EUR

78 320 000,00

HU

EUR

96 368 000,00

MT

EUR

4 304 000,00

PL

EUR

458 624 000,00

SI

EUR

45 056 000,00

SK

EUR

63 536 000,00


(*)  Ladarba l-ħlasijiet laħqu l-95 % mill-pjan finanzjarju tal-Istati Membri kollha, il-bilanċi se jitħallsu matul l-għeluq tal-programm.

NB: Fir-rigward tar-Repubblika Ċeka, l-ammont approvat għas-sena finanzjarja 2008 miżjud mal-ammonti approvati fis-snin preċedenti; jaqbeż il-kontribuzzjoni massima tal-FAEGG stabbilita fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm. Il-bilanċ finali tal-FAEGG li jrid jitħallas għall-programm se jiġi kkalkulat skont il-kontribuzzjoni totali tal-FAEGG.


ANNESS II

INFIQ APPROVAT SKONT IL-MIŻURA GĦALL-IŻVILUPP RURALI TAL-FAEG GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SENA 2008 FI STATI MEMBRI ĠODDA

Differenzi bejn kontijiet annwali u dikjarazzjonijiet tal-infiq

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

486 177,10

 

486 177,10

2

Żoni żvantaġġati

–62 324,19

 

–62 324,19

3

Agroambjent

24 415 487,28

 

24 415 487,28

4

Forestrija

768 151,81

 

768 151,81

5

Gruppi ta' produtturi

6 792 047,50

 

6 792 047,50

6

Għajnuna teknika

0,00

 

0,00

7

Sapard

0,00

 

0,00

700

Investimenti fl-azjendi agrikoli, R. 1268/99

0,00

 

0,00

701

Ipproċessar u kummerċjalizzazzjoni R. 1268/1999

0,00

 

0,00

702

Ħsara tal-għargħar 1

0,00

 

0,00

703

Titjib fl-istrutturi tal-kwalità

0,00

 

0,00

704

Titjib tal-art u t-tqassim mill-ġdid tagħha

0,00

 

0,00

705

Rinnovazzjoni u żvilupp tal-villaġġi

0,00

 

0,00

706

Ħsara tal-għargħar 2

0,00

 

0,00

707

Żvilupp tal-infrastruttura rurali

0,00

 

0,00

708

Żvilupp u diversifikazzjoni tal-attivitajiet

0,00

 

0,00

709

Metodi ta' produzzjoni agrikola għall-protezzjoni

0,00

 

0,00

710

Titjib tat-taħriġ professjonali

0,00

 

0,00

711

Għajnuna teknika SAPARD

0,00

 

0,00

 

Total

32 399 539,50

0,00

32 399 539,50


L-ESTONJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Żoni żvantaġġati

–85 013,95

 

–85 013,95

2

Agroambjent

20 416 942,68

 

20 416 942,68

3

Afforestazzjoni tal-art agrikola

125 877,94

 

125 877,94

4

Għajnuna għal farms semi-sussistenti

2 154 035,51

 

2 154 035,51

5

Ilħuq ta' standards

1 373 830,87

 

1 373 830,87

6

Ħlasijiet kumplimentari għall-ħlasijiet diretti

4 570,72

 

4 570,72

7

Għajnuna teknika

155 007,67

 

155 007,67

8

Sapard

0,00

 

0,00

9

Għajnuna lil żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

3 517,30

 

3 517,30

 

Total

24 148 768,74

0,00

24 148 768,74


ĊIPRU

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Għajnuna għall-investimenti għall-ġestjoni tal-iskart tal-annimali

2 160 970,53

 

2 160 970,53

2

Tħeġġiġ għat-titjib u għall-iżvilupp

3 845 690,82

 

3 845 690,82

3

Tħeġġiġ għat-twaqqif tal-gruppi ta' produtturi

391 894,08

 

391 894,08

4

Promozzjoni tat-taħriġ professjonali tal-bdiewa

0,00

 

0,00

5

Servizz tekniku u konsultattiv għall-bdiewa

58 475,17

 

58 475,17

6

Irtirar kmieni

500 463,80

 

500 463,80

7

Għajnuna għat-twaqqif ta' bdiewa żgħażagħ

710 000,00

 

710 000,00

8

Ilħuq tal-istandards tal-UE

1 890 818,08

 

1 890 818,08

9

Addozzjoni ta' miżuri agroambjentali

2 724 287,26

 

2 724 287,26

10

Azzjonijiet agroambjentali għall-ħarsien tal-valur naturali

2 608 009,46

 

2 608 009,46

11

Afforestazzjoni

40 915,05

 

40 915,05

12

Titjib tal-infrastruttura għall-iżvilupp tal-bhejjem

490 532,61

 

490 532,61

13

Żoni żvantaġġati

–13 576,13

 

–13 576,13

14

Għajnuna għall-iskemi ta' kwalità

673 718,97

 

673 718,97

15

Għajnuna għall-ipproċessar tradizzjonali fuq skala żgħira

584 241,84

 

584 241,84

16

Ħarsien ta' pajżaġġi agrikoli u tradizzjonali

282 638,86

 

282 638,86

17

Ħarsien min-nirien tal-foresti u d-diżastri naturali oħrajn

123 163,39

 

123 163,39

18

Afforestazzjoni tal-art li mhix agrikola

396 079,52

 

396 079,52

19

Titjib tal-proċess tal-ħsad

0,00

 

0,00

20

Għajnuna teknika għall-implimentazzjoni, monitoraġġ

70 039,46

 

70 039,46

21

Għajnuna teknika għall-inizjattivi kollettivi fuq livell lokali

32 463,43

 

32 463,43

 

Total

17 570 826,20

0,00

17 570 826,20


IL-LATVJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

3 250 393,40

 

3 250 393,40

2

Gruppi ta' produtturi

1 589 329,59

 

1 589 329,59

3

Għajnuna għall-farms semi-sussistenti

10 953 829,98

 

10 953 829,98

4

Ilqugħ ta' standards

7 050 638,64

 

7 050 638,64

5

Agroambjent

23 854 472,13

 

23 854 472,13

6

Żoni żvantaġġati

34 948,53

 

34 948,53

7

Għajnuna teknika

258 913,87

 

258 913,87

8

Obbligi trasferiti minn perjodu ta' programmazzjoni preċedenti

–5 668,27

 

–5 668,27

9

Allokazzjonijiet ta' riżorsi għall-ħlasijiet uniċi skont iż-żona

0,00

 

0,00

 

Total

46 986 857,87

0,00

46 986 857,87


IL-LITWANJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Agroambjent

27 947 981,79

 

27 947 981,79

2

Żoni żvantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

48 234,08

 

48 234,08

3

Ilqugħ ta' standards

26 055 356,07

 

26 055 356,07

4

Afforestazzjoni tal-art agrikola

1 734 572,99

 

1 734 572,99

5

Irtirar kmieni

19 490 903,99

 

19 490 903,99

6

Għajnuna għal farms semi-sussistenti li qed jiġu ristrutturati

2 081 962,83

 

2 081 962,83

7

Miżuri oħrajn

447 848,76

 

447 848,76

8

Għajnuna teknika

1 330 659,16

 

1 330 659,16

9

Ħlasijiet diretti nazzjonali kumplimentari

10 739,70

 

10 739,70

 

Total

79 148 259,37

0,00

79 148 259,37


L-UNGERIJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Agroambjent

59 606 523,82

 

59 606 523,82

2

Ilqugħ ta' standards

13 784 071,07

 

13 784 071,07

3

Afforestazzjoni

15 357 233,59

 

15 357 233,59

4

Għajnuna għal farms semi-sussistenti

322 737,06

 

322 737,06

5

Gruppi ta' produtturi

– 233,15

 

– 233,15

6

Iritirar kmieni

0,00

 

0,00

7

Żoni żvantaġġati

–25 011,06

 

–25 011,06

8

Għajnuna teknika

1 245 216,13

 

1 245 216,13

9

Proġetti approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999

0,00

 

0,00

10

Ħlasijiet diretti nazzjonali kumplimentari

0,00

 

0,00

 

Total

90 290 537,46

0,00

90 290 537,46


IL-POLONJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Irtirar kmieni

25 431 473,58

 

25 431 473,58

2

Għajnuna għall-farms semi-sussistenti

12 965 617,28

 

12 965 617,28

3

Żoni żvantaġġati

–1 487 716,01

 

–1 487 716,01

4

Impriżi agroambjentali u s-saħħa tal-annimali

5 663 544,07

 

5 663 544,07

5

Afforestazzjoni

11 625 652,61

 

11 625 652,61

6

Ilqugħ ta' standards tal-UE

62 703 110,98

 

62 703 110,98

7

Gruppi ta' Produtturi

1 799 132,10

 

1 799 132,10

8

Għajnuna teknika

2 763 199,78

 

2 763 199,78

9

Ħlasijiet kumplimentari għall-ħlasijiet diretti

140 155,01

 

140 155,01

10

Proġetti approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1268/1999

–8 978,12

 

–8 978,12

 

Total

121 595 191,28

0,00

121 595 191,28


IS-SLOVENJA

Nru

MiżurI

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Żoni żvantaġġati

78 615,04

 

78 615,04

2

Agroambjent

–1 190 735,17

 

–1 190 735,17

3

Irtirar kmieni

1 386 969,91

 

1 386 969,91

4

Ilqugħ ta' standards

199 761,17

 

199 761,17

5

Għajnuna teknika

101 777,75

 

101 777,75

6

Programm SAPARD

34 856,75

 

34 856,75

7

Ħlasijiet kumplimentari għall-ħlasijiet diretti

–3 820,92

 

–3 820,92

 

Total

607 424,53

0,00

607 424,53


IS-SLOVAKKJA

Nru

Miżuri

Infiq għas-sena 2008

Anness I kolonna “a”

Tnaqqis

Anness I kolonna “d”

Ammont approvat għas-sena 2008

Anness I kolonna “e”

 

 

i

ii

iii = i + ii

1

Investimenti fl-azjendi agrikoli

1 650 413,98

 

1 650 413,98

2

Taħriġ

0,00

 

0,00

3

Żoni żvantaġġati u żoni b'restrizzjonijiet ambjentali

317 367,06

 

317 367,06

4

Ilqugħ ta' standards

3 982 447,52

 

3 982 447,52

5

Għajnuna agroambjentali

25 815 864,82

 

25 815 864,82

6

Titjib tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti agrikoli

942 660,39

 

942 660,39

7

Ġestjoni tal-foresti

4 564,40

 

4 564,40

8

Afforestazzjoni tal-art agrikola

106 689,23

 

106 689,23

9

Konsolidazzjoni tal-art

465 593,60

 

465 593,60

10

Diversifikazzjoni tal-attivitajiet agrikoli

34 451,27

 

34 451,27

11

Għajnuna għall-farms semi-sussistenti

414 691,29

 

414 691,29

12

Gruppi ta' produtturi

2 387 788,82

 

2 387 788,82

13

Għajnuna teknika inkluża l-evalwazzjoni

3 137 462,36

 

3 137 462,36

14

Ħlasijiet kumplimentari għall-ħlasijiet diretti

– 234,40

 

– 234,40

901

Investimenti f'azjendi agrikoli, R. 1268/1999

0,00

 

0,00

905

Għajnuna agroambjentali - proġetti approvati R. 1268/1999

0,00

 

0,00

907

Ġestjoni tal-foresti - proġetti approvati skont R. 1268/1999

0,00

 

0,00

912

Gruppi ta' produtturi - proġett approvat skont R. 1268/1999

0,00

 

0,00

 

Total

39 259 760,34

0,00

39 259 760,34


ANNESS III

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008 - INFIQ GĦALL-IŻVILUPP RURALI TAL-FAEG FI STATI MEMBRI ĠODDA.

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom ma ġewx approvati u huma suġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni iktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

Malta

MRRA


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta’ April 2009

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3217)

(2009/367/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni, abbażi tal-kontijiet annwali mressqa mill-Istati Membri, flimkien mat-tagħrif meħtieġ għall-approvazzjoni tal-kontijiet u ċertifikat rigward l-integralità, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet u r-rapporti stabbiliti mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni, tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas imsemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 tal-21 ta’ Ġunju 2006 li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (2) għas-sena finanzjarja 2008, qiegħda titqies in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri bejn is-16 ta’ Ottubru 2007 u l-15 ta’ Ottubru 2008.

(3)

Il-Kummissjoni ċċekkjat it-tagħrif imressaq mill-Istati Membri u qabel il-31 ta’ Marzu 2009, bagħtet lill-Istati Membri r-riżultati tal-verifiki tagħha, flimkien mal-emendi meħtieġa.

(4)

Il-kontijiet annwali u d-dokumenti anċillari jippermettu lill-Kummissjoni tieħu, għal ċerti aġenziji tal-ħlas, deċiżjoni dwar il-kompletezza, ir-reqqa u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqa. L-Anness I jelenka l-ammonti approvati skont l-Istat Membru u l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati mingħand l-Istati Membri jew imħallsa lill-Istati Membri.

(5)

It-tagħrif imressaq minn ċerti aġenziji tal-ħlas oħra jesiġi aktar inkjesti u l-kontjiet tagħhom ma jistgħux jiġu approvati f’din id-Deċiżjoni. L-Anness II jelenka l-aġenziji tal-ħlas konċernati.

(6)

Skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, kwalunkwe skadenza maqbuża matul Awwissu, Settembru u Ottubru għandha titqies fid-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. Xi parti min-nefqa ddikjarata minn ċerti Stati Membri matul dawn ix-xhur tas-sena 2008 saret wara l-iskadenzi applikabbli. Għalhekk din id-Deċiżjoni għandha tiffissa t-tnaqqis rilevanti.

(7)

Il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2006, diġà naqqset jew issospendiet għadd ta’ ħlasijiet mensili mad-dħul fil-kontijiet tal-infiq għas-sena finanzjarja 2008. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe rifużjoni prematura jew temporanja tal-ammonti kkonċernati, dawn il-ħlasijiet mensili ma għandhomx jiġu rikonoxxuti f’din id-Deċiżjoni u għandhom jiġu eżaminati iktar skont il-proċedura tal-approvazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(8)

Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel tajjeb għal 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex iressqu quddiem il-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru segwiti b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jirrappurtaw l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 (3) tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR. L-Anness III tal-imsemmi Regolament jipprovdi t-tabella li kellha tiġi pprovduta mill-Istati Membri fl-2009. Abbażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew tmien snin, rispettivament. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, il-baġit Komunitarju għandu jagħmel tajjeb għal 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li l-Istat Membru ddeċieda li ma jiħux passi għall-irkupru tagħhom u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. L-Istati Membri kkonċernati ma għandhomx jagħmlu tajjeb għal dawn l-ammonti u għalhekk għandhom joħorġu mill-baġit Komunitarju. Din id-deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi.

(10)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas, għajr ta’ dawk l-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2, li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2008, huma approvati permezz ta’ din id-deċiżjoni.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil kull Stat Membru skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness I.

Artikolu 2

Għas-sena finanzjarja 2008, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri għan-nefqa ffinanzjata mill-FAEG, stipulati fl-Anness II, huma mifruda minn din id-Deċiżjoni u għandhom ikunu s-suġġett ta’ Deċiżjoni dwar approvazzjoni fil-ġejjieni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.

(3)  OJ L 322M, 2.12.2008, p. 162.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET GĦALL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008

Ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru.

SM

 

2008 - Nefqa / Dħul assenjat lill-Aġenzijji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma

Total a + b

Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja 1 kollha) (1)

Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1290/2005

Total li jinkludi t-tnaqqis u s-sospensjonijiet

Ħlasijiet magħmula lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

Ammont li għad irid jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru (2)

approvati

mifruda

= nefqa / dħul assenjat/a iddikjarat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull sena

= total tan-nefqa / dħul assenjat/a fid-dikjarazzjoni ta' kull xahar

 

 

a

b

c = a + b

d

e

f = c + d + e

g

h = f – g

BE

EUR

432 608 618,53

273 518 319,77

706 126 938,30

– 593,30

–54 510,68

706 071 834,32

706 201 150,75

– 129 316,43

BG

EUR

173 261 850,21

0,00

173 261 850,21

–10 969,94

0,00

173 250 880,27

173 262 003,11

–11 122,84

CZ

EUR

382 633 310,43

0,00

382 633 310,43

0,00

0,00

382 633 310,43

382 638 179,78

–4 869,35

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

–14 764,84

–14 764,84

0,00

–14 764,84

DK

EUR

981 148 146,05

0,00

981 148 146,05

– 334 916,53

0,00

980 813 229,52

980 605 638,09

207 591,43

DE

EUR

4 679 844 580,08

421 042 712,93

5 100 887 293,01

–37 390,29

–2 874 536,38

5 097 975 366,35

5 101 133 812,30

–3 158 445,95

EE

EUR

41 604 457,53

0,00

41 604 457,53

–30 242,24

0,00

41 574 215,29

41 537 242,47

36 972,82

IE

EUR

1 452 426 445,64

0,00

1 452 426 445,64

– 152 676,24

– 209 340,42

1 452 064 428,98

1 450 327 500,26

1 736 928,72

EL

EUR

0,00

2 460 745 905,37

2 460 745 905,37

0,00

0,00

2 460 745 905,37

2 460 745 905,37

0,00

ES

EUR

5 476 876 522,21

0,00

5 476 876 522,21

–4 919 283,22

–4 564 317,68

5 467 392 921,32

5 475 621 557,38

–8 228 636,07

FR

EUR

8 323 180 801,10

0,00

8 323 180 801,10

–1 302 798,28

–18 942 379,66

8 302 935 623,16

8 324 404 948,60

–21 469 325,44

IT

EUR

4 168 669 787,38

101 969 623,15

4 270 639 410,53

–1 887 157,65

–4 363 298,08

4 264 388 954,80

4 264 132 179,52

256 775,28

CY

EUR

27 774 540,54

0,00

27 774 540,54

0,00

0,00

27 774 540,54

27 774 540,54

0,00

LV

EUR

96 759 251,98

0,00

96 759 251,98

0,00

0,00

96 759 251,98

96 760 415,54

–1 163,56

LT

EUR

155 733 024,94

0,00

155 733 024,94

0,00

0,00

155 733 024,94

155 996 896,19

– 263 871,25

LU

EUR

33 965 171,44

0,00

33 965 171,44

–1 273,90

0,00

33 963 897,54

33 787 840,71

176 056,83

HU

EUR

486 553 484,46

0,00

486 553 484,46

–11 055,36

0,00

486 542 429,10

492 387 580,59

–5 845 151,49

MT

EUR

0,00

2 472 341,64

2 472 341,64

0,00

0,00

2 472 341,64

2 472 341,64

0,00

NL

EUR

854 800 814,16

0,00

854 800 814,16

–91 807,12

–65 076,30

854 643 930,74

856 242 767,86

–1 598 837,12

AT

EUR

656 513 475,83

0,00

656 513 475,83

0,00

–44 207,31

656 469 268,52

656 496 253,55

–26 985,03

PL

EUR

1 172 220 664,21

0,00

1 172 220 664,21

0,00

0,00

1 172 220 664,21

1 172 232 662,17

–11 997,96

PT

EUR

0,00

720 094 153,57

720 094 153,57

0,00

0,00

720 094 153,57

720 094 153,57

0,00

RO

EUR

0,00

461 870 850,36

461 870 850,36

0,00

0,00

461 870 850,36

461 870 850,36

0,00

SI

EUR

93 014 996,23

0,00

93 014 996,23

0,00

0,00

93 014 996,23

93 152 578,75

– 137 582,52

SK

EUR

169 701 265,50

0,00

169 701 265,50

0,00

0,00

169 701 265,50

169 768 426,79

–67 161,29

FI

EUR

565 626 400,21

0,00

565 626 400,21

–2 432,42

–7 736,10

565 616 231,70

567 200 798,71

–1 584 567,01

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

–65 415,38

–65 415,38

0,00

–65 415,38

SE

EUR

713 833 441,95

0,00

713 833 441,95

–35 629,22

0,00

713 797 812,73

713 869 554,32

–71 741,59

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–58 909,25

–58 909,25

0,00

–58 909,25

UK

EUR

3 158 349 336,06

0,00

3 158 349 336,06

–14 574 228,18

0,00

3 143 775 107,88

3 223 172 099,30

–79 396 991,42


SM

 

Nefqa (3)

Dħul assenjat (3)

Fond għaz-Zokkor

Artikolu 32 (=e)

Total (=h)

Spiża (4)

Dħul assenjat (4)

05 07 01 06

6701

05 02 16 02

6803

6702

i

j

k

l

m

n = i + j + k + l + m

BE

EUR

–74 805,75

0,00

0,00

0,00

–54 510,68

– 129 316,43

BG

EUR

–11 122,84

0,00

0,00

0,00

0,00

–11 122,84

CZ

EUR

–4 869,35

0,00

0,00

0,00

0,00

–4 869,35

DK

DKK

0,00

0,00

0,00

0,00

–14 764,84

–14 764,84

DK

EUR

207 591,43

0,00

0,00

0,00

0,00

207 591,43

DE

EUR

– 209 002,65

–74 906,93

0,00

0,00

–2 874 536,38

–3 158 445,95

EE

EUR

36 972,82

0,00

0,00

0,00

0,00

36 972,82

IE

EUR

1 946 269,14

0,00

0,00

0,00

– 209 340,42

1 736 928,72

EL

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

ES

EUR

–3 664 318,39

0,00

0,00

0,00

–4 564 317,68

–8 228 636,07

FR

EUR

–2 526 945,78

0,00

0,00

0,00

–18 942 379,66

–21 469 325,44

IT

EUR

4 620 073,36

0,00

0,00

0,00

–4 363 298,08

256 775,28

CY

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

LV

EUR

–1 035,93

– 127,63

0,00

0,00

0,00

–1 163,56

LT

EUR

– 263 563,31

– 307,94

0,00

0,00

0,00

– 263 871,25

LU

EUR

176 056,83

0,00

0,00

0,00

0,00

176 056,83

HU

EUR

–5 845 151,49

0,00

0,00

0,00

0,00

–5 845 151,49

MT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

NL

EUR

–1 444 785,70

–88 975,12

0,00

0,00

–65 076,30

–1 598 837,12

AT

EUR

17 222,28

0,00

0,00

0,00

–44 207,31

–26 985,03

PL

EUR

–11 997,96

0,00

0,00

0,00

0,00

–11 997,96

PT

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

RO

EUR

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

0,00

SI

EUR

– 137 582,52

0,00

0,00

0,00

0,00

– 137 582,52

SK

EUR

3 555,47

–70 716,76

0,00

0,00

0,00

–67 161,29

FI

EUR

–1 521 889,93

–54 940,99

0,00

0,00

–7 736,10

–1 584 567,01

SE

SEK

0,00

0,00

0,00

0,00

–65 415,38

–65 415,38

SE

EUR

–71 741,59

0,00

0,00

0,00

0,00

–71 741,59

UK

GBP

0,00

0,00

0,00

0,00

–58 909,25

–58 909,25

UK

EUR

–79 396 991,42

0,00

0,00

0,00

0,00

–79 396 991,42


(1)  It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li jitqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħha b'mod partikolari jiżdiedu l-korrezzjonijiet F'każ li ma jinżammux id-dati ta' skadenza għall-ħlasijiet iffissati f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2008.

(2)  Għall-kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand l-Istat Membru jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li jitqies huwa t-total tad-dikjarazzjoni ta' kull sena Għan-nefqa approvata (kol.a) jew, it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għan-nefqa mifruda (kol.b).

Ir-rata ta' skambju applikabbli: Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.

(3)  F'każ li parti mid-dħul assenjat tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 07 01 06.

(4)  F'każ li parti mid-dħul assenjat lill-Fond għaz-Zokkor, tkun ta' vantaġġ għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata skont 05 02 16 02.

NB: Nomenklatura 2009: 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803


ANNESS II

APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS

SENA FINANZJARJA 2008 - FAEG

Lista tal-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom huma mifruda u huma soġġetti għal deċiżjoni ta' approvazzjoni li għandha tittieħed iktar tard

Stat Membru

Aġenzija tal-Ħlas

Il-Belġju

ALV

Il-Ġermanja

Baden-Württemberg

Il-Greċja

OPEKEPE

L-Italja

ARBEA

Malta

MRRA

Il-Portugall

IFAP

Ir-Rumanija

PIAA


5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Mejju 2009

li tistipula għas-sena tas-suq 2009/2010, l-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni li għandha tingħata skont l-iskema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 3158)

(It-test bl-Ispanjol biss huwa awtentiku)

(2009/368/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 tal-20 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturazzjoni tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li temenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrarja komuni (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 968/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar tal-industrija taz-zokkor fil-Komunità (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni għandha tistipula l-ammonti attribwiti għal kull Stat Membru kkonċernat, għall-għajnuna għad-diversifikazzjoni skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006 u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni skont l-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

(2)

L-ammonti tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u tal-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni huma kkalkulati abbażi tat-tunnellati tal-kwota taz-zokkor irrinunzjati fis-sena tas-suq 2009/2010 fl-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 968/2006,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammonti għal kull Stat Membru kkonċernat tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u tal-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni skont l-Artikoli 6 u 7 tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, kif stipulati għall-kwoti rrinunzjati fis-sena tas-suq 2009/2010, huma stipulati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta’ Spanja.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 335M, 13.12.2008, p. 29.

(2)  ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 183.


ANNESS

Ammonti għal kull Stat Membru tal-għajnuna għad-diversifikazzjoni u l-għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni għas-sena tas-suq 2009/2010

(EUR)

Stat Membru

Għajnuna għad-diversifikazzjoni

Għajnuna addizzjonali għad-diversifikazzjoni

Spanja

10 304 268,00

23 197 020,93


Corrigendum

5.5.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/51


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 330, 9 ta’ Diċembru 2008 )

F'paġna 14, fl-Anness, ir-ringiela 213, il-kolonna “Isem komuni, numri ta' identifikazzjoni”:

minflok:

“T11”

jinqara:

“T25”

F'paġna 14, fl-Anness, ir-ringiela 213, il-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”:

minflok:

“T11”

jinqara:

“T25”