ISSN 1725-5104

doi:10.3000/17255104.L_2009.106.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 106

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
28 ta' April 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 347/2009 tas-27 ta’ April 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 348/2009 tas-27 ta’ April 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2009 tal-24 ta' April 2009 rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2009/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (tfassil mill-ġdid) ( 1 )

7

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/347/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ April 2009 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet tal-ġestjoni skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, tal-Ftehim

25

 

 

2009/348/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2009 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2975)

55

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

 

2009/349/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2009 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 347/2009

tas-27 ta’ April 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

74,9

TN

139,0

TR

102,8

ZZ

105,6

0707 00 05

MA

37,3

TR

144,6

ZZ

91,0

0709 90 70

TR

104,9

ZZ

104,9

0805 10 20

EG

47,2

IL

58,6

MA

51,8

TN

55,4

TR

51,6

US

48,4

ZZ

52,2

0805 50 10

TR

54,5

ZA

73,4

ZZ

64,0

0808 10 80

AR

89,7

BR

73,3

CA

113,8

CL

78,9

CN

89,0

MK

22,1

NZ

103,1

US

130,3

UY

68,0

ZA

81,4

ZZ

85,0

0808 20 50

AR

78,2

CL

103,5

CN

36,6

NZ

141,0

ZA

89,8

ZZ

89,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 348/2009

tas-27 ta’ April 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 321/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 101, 21.4.2009, p. 7.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-28 ta’ April 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

27,53

3,03

1701 11 90  (1)

27,53

7,77

1701 12 10  (1)

27,53

2,89

1701 12 90  (1)

27,53

7,34

1701 91 00  (2)

31,29

9,59

1701 99 10  (2)

31,29

5,07

1701 99 90  (2)

31,29

5,07

1702 90 95  (3)

0,31

0,34


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 349/2009

tal-24 ta' April 2009

rigward il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati ma’ kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun hemm dispożizzjoni li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri rigward il-klassifika tal-oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda imma li ma jkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista’ jkompli jiġi invokat mid-detentur għal perjodu ta' tliet xhur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott fil-forma ta' trab li jikkonsisti minn (% bil-piż):

Aċidu L-askorbiku (vitamina Ċ)

97

Idrossipropilmetilċelluloża

3

Iż-żieda tal-idrossipropilmetilċelluloża mhijiex meħtieġa għall-ippreservar jew it-trasport tal-vitamina Ċ.

Il-prodott huwa adattat għal użu speċifiku (il-manifattura ta' pilloli tal-vitamini) pjuttost milli għal użu ġenerali.

2106 90 92

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kodiċijiet NM 2106 , 2106 90 u 2106 90 92 .

Iż-żieda tal-idrossipropilmetilċelluloża (aġent ta' kisi u antikoagulanti) ibiddel in-natura tal-prodott tal-vitamina Ċ u jagħmel il-prodott teknikament adattat għall-manifattura ta' pilloli tal-vitamini.

Ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-SA għat-tielet paragrafu tal-intestatura 2936 .

Il-prodott mhuwiex maħsub għal użu terapewtiku jew profilattiku, fi ħdan it-tifsira tal-Kapitlu 30.


DIRETTIVI

28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/7


DIRETTIVA 2009/34/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ April 2009

dwar dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-kejl kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku

(tfassil mill-ġdid)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE tas-26 ta’ Lulju 1971 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ dispożizzjonijiet komuni kemm għall-istrumenti tal-miżurazzjoni kif ukoll għall-metodi ta’ kontroll metroloġiku (3) ġiet emendata diversi drabi b’mod sostanzjali (4). Billi għandhom isiru emendi ulterjuri, għandha tiġi mfassla mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

F’kull Stat Membru, dispożizzjonijiet mandatorji jiddeterminaw il-karatteristiċi tekniċi tal-istrumenti tal-kejl u l-metodi tal-kontroll metroloġiku. Dawk ir-rekwiżiti jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor. Dawk id-differenzi jfixklu l-kummerċ u jistgħu joħolqu kondizzjonijiet mhux ugwali ta’ kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità.

(3)

Wieħed mill-objettivi tal-kontrolli f’kull Stat Membru huwa li tingħata assigurazzjoni lill-konsumaturi li l-kwantitajiet imwassla jikkorrispondu għall-prezz imħallas. Konsegwentement, l-għan ta’ din id-Direttiva m’għandux ikun li jabolixxi dawk il-kontrolli iżda li telimina d-differenzi bejn ir-regoli sakemm dawn jikkostitwixxu tfixkil għall-kummerċ.

(4)

Dak it-tfixkil għall-funzjonament tas-suq intern jista’ jitnaqqas u jiġi eliminat jekk l-istess rekwiżiti japplikaw fl-Istati Membri, fil-bidu billi jikkompletaw id-disposizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ u aktar tard, meta l-kondizzjoniijet meħtieġa jkunu ntlaħqu, billi jissostitwixxu dawk id-disposizzjonijiet nazzjonali.

(5)

Anke matul il-perjodu fejn jikkoeżistu mad-disposizzjoniet nazzjonali, ir-rekwiżiti Komunitarji jippermettu lill-kumpaniji biex jimmanifatturaw prodotti li jkollhom karatteristiċi tekniċi uniformi u jkunu għalhekk jistgħu jiġu kkummerċjlaizzati u jintużaw fil-Komunità kollha wara li jgħaddu mill-kontrolli tal-KE.

(6)

Ir-rekwiżiti tekniċi Komunitarji għad-disinn u t-tħaddim għandhom jiżguraw li l-istrumenti jagħtu kontinwament qisien li jkunu preċiżi biżżejjed għall-iskop maħsub tagħhom.

(7)

Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi tkun normalment ikkonfermata mill-Istati Membri qabel l-istrumenti tal-kejl jitqiegħdu fis-suq jew jintużaw għall-ewwel darba, u fejn ikun xieraq meta jkunu fis-servizz, konferma bħal din issir permezz ta’ proċeduri ta’ approvazzjoni tal-mudell u ta’ verifika. Biex ikun hemm moviment ħieles ta’ dawn l-istrumenti fi ħdan il-Komunità, huwa wkoll meħtieġ li jkun previst ir-rikonoxximent reċiproku tal-kontrolli fost l-Istati Membri u biex ikunu stabbiliti proċeduri xierqa ta’ approvazzjoni KE tal-mudell u ta’ verifika inizjali kif ukoll ta’ metodi KE ta’ kontroll metroloġiku skont din id-Direttiva u d-Direttivi separati rilevanti.

(8)

Il-preżenza, fuq strument tal-kejl jew prodott, ta’ sinjali jew marki li juru li għadda mill-kontrolli xierqa tindika li dak l-istrument jew prodott jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi rilevanti tal-Komunità, u għalhekk li meta dak l-istrument jew prodott jiġi impurtat jew jibda jitħaddem ma jkunx meħtieġ li jkunu rripetuti l-kontrolli li jkunu diġà twettqu.

(9)

Ir-regoli metroloġiċi nazzjonali jkopru diversi kategoriji ta’ strumenti tal-kejl u prodotti. Din id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali li jittrattaw, b’mod partikolari, il-proċeduri ta’ approvazzjoni tal-mudell KE u l-verifika inizjali, kif ukoll il-metodi KE ta’ kontroll metroloġiku. Id-Direttivi tal-implementazzjoni li jkopru d-diversi kategoriji ta’ strumenti u prodotti ser jistabbilixxu r-rekwiżiti tekniċi rigward id-disinn, it-tħaddim u l-preċiżjoni, il-proċeduri ta’ kontroll u, fejn xieraq, il-kondizzjonijiet li taħthom rekwiżiti tekniċi Komunitarji għandhom jissostitwixxu d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jkunu fis-seħħ.

(10)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5).

(11)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva u l-annessi għad-Direttivi separati. Peress li dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi separati, dawn għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(12)

L-elementi ġodda introdotti f’din id-Direttiva jikkonċernaw biss il-proċeduri ta’ kumitat. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġu trasposti mill-Istati Membri.

(13)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

PRIĊIPJI BAŻIĊI

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal:

(a)

strumenti kif definiti fil-paragrafu 2;

(b)

l-unitajiet ta’ kejl, l-armonizzazzjoni ta’ metodi ta’ kejl u kontroll metroloġiku u, fejn xieraq, il-mezzi meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dawn il-metodi;

(ċ)

l-iffissar, il-metodi ta’ kejl, il-kontroll metroloġiku u l-immarkar ta’ kwantitajiet tal-prodotti imballati minn qabel.

2.   Għall-fini ta’ din id-Direttiva, “strumenti” għandha tfisser strumenti tal-kejl, komponenti ta’ strumenti tal-kejl, apparat addizzjonali u tagħmir tal-kejl.

3.   L-ebda Stat Membru ma jista’, abbażi ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi separati relatati magħha, jipprevjeni, jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq u/jew id-dħul fis-servizz ta’ strument jew ta’ prodott deskritt fil-paragrafu 1 jekk dak l-istrument jew prodott iġib il-marki u/jew is-sinjali KE skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u fid-Direttivi separati relatati mal-istrument jew prodott ikkonċernat.

4.   L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tal-mudell KE u l-kontroll inizjali KE l-istess valur li jingħata lill-atti nazzjonali korrispondenti.

5.   Id-Direttivi separati li jikkonċernaw il-kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jispeċifikaw:

b’mod partikolari, il-proċeduri u l-karatteristiċi ta’ kejl ta’, u r-rekwiżiti tekniċi għal, id-disinn u t-tħaddim tagħhom, fir-rigward tal-istrumenti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1,

ir-rekwiżiti li jikkonċernaw il-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1.

6.   Id-Direttivi separati jistgħu jiffissaw id-data li fiha d-disposizzjonijiet nazzjonali eżistenti jinbidlu mid-disposizzjonijet Kommunitarji.

KAPITOLU II

APPROVAZZJONI TAL-MUDELL KE

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tal-mudell KE skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi separati rilevanti.

2.   L-approvazzjoni tal-mudell KE ta’ strumenti għandha tikkostitwixxi d-dħul tagħhom fil-verifika inizjali KE u, fejn dan tal-aħħar ma jkunx meħtieġ, l-awtorizzazzjoni li jitqiegħdu fis-suq u/jew idaħħluhom fis-servizz. Jekk id-Direttiva/i separata/i applikabbli għal kategorija ta’ strumenti teżenta/jeżentaw dik il-kategorija mill-approvazzjoni tal-mudell KE, l-istrumenti f’dik il-kategorija għandhom ikunu mdaħħlin direttament għall-kontroll inizjali tal-KE.

3.   Jekk it-tagħmir ta’ spezzjoni tagħhom hekk jippermetti, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tal-mudell KE għal kull strument li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva u d-Direttivi separati relatati mal-istrument ikkonċernat.

4.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-mudell KE tista’ ssir biss mill-fabbrikant jew ir-rappreżentant tiegħu stabbilit ġewwa l-Komunità. Għall-istess strument partikolari, tista’ ssir applikazzjoni fi Stat Membru wieħed biss.

5.   Stat Membru li jkun ta approvazzjoni tal-mudell KE għandu jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li jinżamm infurmat b’kull modifika ta’ jew żieda għall-mudell approvat. Huwa għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra b’dawn it-tibdiliet.

Il-modifiki ta’ jew iż-żidiet għall-mudell approvat għandhom jirċievu approvazzjoni KE addizzjonali tal-mudell mill-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tal-mudell KE, fejn dawn il-bidliet jinfluwenzaw jew jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultati tal-kejl jew il-kondizzjonijiet stipulati għall-użu tal-istrument.

Madankollu, fil-każ ta’ mudell modifikat, għandha tingħata approvazzjoni ta’ mudell KE ġdida minflok żieda għaċ-ċertifikat oriġinali tal-approvazzjoni tal-mudell KE, jekk il-mudell jiġi modifikat wara li jkunu ġew modifikati jew adattati d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew tad-Direttiva rilevanti separata b’mod li l-mudell modifikat jista’ jiġi approvat biss bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Artikolu 3

Meta l-approvazzjoni tal-mudell KE tingħata għal tagħmir anċillari, l-approvazzjoni għandha tispeċifika:

(a)

il-mudelli ta’ strument li miegħu dan it-tagħmir jista’ jitwaħħal jew li jista’ jkun inkorporat fih;

(b)

il-kondizzjonijiet ġenerali għat-tħaddim ġenerali tal-istrumenti li għalihom ġie approvat.

Artikolu 4

Meta strument ikun temm b’suċċess l-eżami tal-approvazzjoni tal-mudell KE stabbilit f’din id-Direttiva u f’Direttivi separati relatati ma’ dak l-istrument, l-Istat Membru li jkun għamel dak l-eżami għandu jħejji ċertifikat tal-approvazzjoni tal-mudell KE.

Dak l-Istat Membru għandu jibgħat dak iċ-ċertifikat lill-applikant.

Fil-każijiet previsti fl-Artikolu 11 ta’ din id-Direttiva jew f’Direttiva separata, l-applikant għandu, u fil-każijiet kollha l-oħra jista’, jwaħħal jew jara li jitwaħħal fuq kull strument li jikkonforma mal-mudell approvat is-sinjal ta’ approvazzjoni tal-KE muri fiċ-ċertifikat.

Artikolu 5

1.   L-approvazzjoni tal-mudell KE għandha tkun valida għal 10 snin. Din tista’ tiġi estiża għall-perjodi suċċessivi ta’ 10 snin. In-numru ta’ strumenti li jistgħu jiġu manifatturati skont il-mudell approvat m’għandux ikun limitat.

L-approvazzjonijiet tal-mudelli KE mogħtija abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u ta’ Direttiva separata ma jistgħux jiġu estiżi wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ xi emenda lil, jew adattament ta’, dawk id-dispożizzjonijiet Komunitarji, fil-każijiet fejn dawn l-approvazzjonijiet tal-mudell KE ma setgħux ingħataw abbażi tad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Meta l-approvazzjoni tal-mudell KE ma tiġix estiża, din l-approvazzjoni għandha madankollu tkompli tapplika għall-istrumenti li diġà fis-servizz.

2.   Fejn isir użu ta’ tekniċi ġodda mhux previsti f’Direttiva separata, tista’ tingħata l-approvazzjoni tal-mudell KE b’effett limitat, wara konsultazzjonijiet minn qabel mal-Istati Membri l-oħra.

Din tista’ tinkludi r-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)

limitu fuq in-numru ta’ strumenti li jistgħu jkunu koperti bl-approvazzjoni;

(b)

obbligu għan-notifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-postijiet ta’ installazzjoni;

(ċ)

restrizzjonijiet fuq l-użu;

(d)

restrizzjonijiet speċjali dwar it-teknika użata.

Madankollu, din tista’ ma tingħatax ħlief jekk:

(a)

id-Direttiva separata għal dik il-kategorija ta’ strumenti tkun daħlet fis-seħħ;

(b)

l-ebda deroga ma tkun saret mill-massimu ta’ żbalji permissibbli stabbiliti fid-Direttivi separati.

Il-perjodu ta’ validità ta’ din l-approvazzjoni m’għandux jaqbeż is-sentejn. Dan jista’ jiġi estiż sa tliet snin.

3.   L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni limitata tal-mudell KE msemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-aġġustament għall-progress tekniku tal-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva, fejn xieraq, u tad-Direttivi separati, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2), hekk kif jikkunsidra li teknika ġdida uriet li kienet sodisfaċenti.

Artikolu 6

Meta l-approvazzjoni tad-disinn KE ma tkunx meħtieġa għal kategorija ta’ strumenti li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Direttiva separata, il-manifattur jista’, bir-responsabbiltà tiegħu stess, iwaħħal fuq l-istrumenti f’din il-kategorija is-sinjal speċjali deskritt fil-punt 3.3 tal-Anness I.

Artikolu 7

1.   L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tad-disinn KE jista’ jirtiraha:

(a)

jekk l-istrumenti li għalihom tkun ingħatat din l-approvazzjoni ma jkunux konformi mad-disinn approvat jew mad-disposizzjonijieti tad-Direttiva separata rilevanti;

(b)

jekk ir-rekwiżiti metroloġiċi speċifikati fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni jew jekk id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(2) ma jiġux sodisfatti;

(ċ)

jekk jaċċerta li l-approvazzjoni ngħatat b’mod mhux adatt.

2.   L-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tad-disinn KE għandu jirtirah jekk l-istrumenti mibnija skont disinn approvat juru fis-servizz difett ta’ natura ġenerali li ma jagħmluhomx xierqa għall-użu maħsub tagħhom.

3.   Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni KE tal-mudell jkun infurmat minn Stat Membru ieħor bl-okkorrenza ta’ wieħed mill-każijiet koperti mil-paragrafi 1 u 2, għandu wkoll jieħu il-miżuri previsti f’dawk il-paragrafi, wara li jikkonsulta ma’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

4.   L-Istat Membru li jiddikjara li l-każ msemmi fil-paragrafu 2 ikun seħħ jista’ jissospendi t-tqegħid fis-suq u fis-servizz tal-istrumenti konċernati sakemm joħroġ avviż ieħor.

Dan għandu jinforma immedjatament lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, billi jagħti r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni.

L-istess proċedura għandha tapplika fil-każijiet msemmija fil-paragrafu 1, fir-rigward tal-istrumenti li jkun ġew eżentati mill-kontrolli inizjali KE, jekk il-manifattur, wara twissija debita, ma jġibx l-istrumenti f’konformità mad-disinn approvat jew mar-rekwiżiti tad-Direttiva separata rilevanti.

5.   Jekk l-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni KE tal-mudell jargumenta li l-każ imsemmi fil-paragrafu 2 li bih kien infurmat ikun seħħ, jew jargumenta li l-miżuri meħuda skont il-paragrafu 4 huma ġġustifikati, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jagħmlu sforz biex isolvu dik il-kwistjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinżamm infurmata. Hija għandha, meta jkun meħtieġ, tlaqqa’ konsultazzjoni xierqa bil-għan li tinstab soluzzjoni.

KAPITOLU III

VERIFIKA INIZJALI

Artikolu 8

1.   Il-verifika inizjali tal-KE tikkostitwixxi l-eżami ta’ strument ġdid jew rikondizzjonat u l-konferma li jikkonforma mal-mudell approvat u/jew mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi separati relatati mal-istrument ikkonċernat. Din tkun iċċertifikata bil-marka inizjali tal-KE.

2.   Il-kontroll inizjali tal-KE tal-istrumenti tista’ ssir b’metodu ieħor minbarra l-kontroll tal-unità fil-każijiet speċifikati fid-Direttivi separati u skont il-proċeduri adottati.

3.   Jekk it-tagħmir tagħhom jippermetti, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kontrolli inizjali KE tal-strumenti ppreżentati bħala li għandhom il-karatteristiċi tal-kejl u li jissodissfaw ir-rekwiżiti tekniċi ta’ kostruzzjoni u funzjonament stabbiliti mid-Direttivi separati relatati ma’ dik il-kategorija ta’ strumenti.

4.   Fil-każ ta’ strumenti li jkollhom il-marka tal-kontroll inizjali KE, l-obbligu impost fuq l-Istati Membri skont l-Artikolu 1(3) għandu jibqa’ sal-aħħar tas-sena ta’ wara dik li fiha tkun twaħħlet il-marka tal-kontroll inizjali KE, sakemm Direttivi separati ma jipprovdux perjodu itwal.

Artikolu 9

1.   Meta strument jintbagħat għall-kontroll inizjali tal-KE, l-Istat Membru li jwettaq l-eżami għandu jiddetermina:

(a)

jekk l-istrument ikunx ta’ kategorija eżenti mill-approvazzjoni tal-mudell KE u, jekk dan ikun il-każ, jekk jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kostruzzjoni teknika u t-tħaddim stabbiliti b’Direttivi separati fir-rigward ta’ dak l-istrument;

(b)

jekk l-istrument irċeviex l-approvazzjoni tal-mudell KE u, jekk dan ikun il-każ, jekk jikkonformax mal-mudell approvat, u mad-Direttivi separati fir-rigward ta’ dak l-istrument, fis-seħħ fid-data tal-ħruġ ta’ dik l-approvazzjoni tal-mudell KE.

2.   L-eżami mwettaq fil-verifika inizjali tal-KE jirrigwarda partikolament, skont id-Direttivi separati:

(a)

il-karatteristiċi metroloġiċi;

(b)

l-iżbalji massimi permissibbli;

(ċ)

il-bini, safejn dan jiggarantixxi li l-karatteristiċi tal-kejl x’aktarx mhumiex ser jiddeterjoraw bil-kbir taħt kondizzjonijiet normali tal-użu;

(d)

il-preżenza ta’ iskrizzjonijiet stipulati u lastri tal-istampar jew dispożizzjonijiet għall-kontroll KE tal-immarkar inizjali.

Artikolu 10

Meta strument ikun għadda b’suċċess minn verifika inizjali tal-KE, skont ir-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi separati, il-marki ta’ kontroll parzjali jew finali tal-KE mfissra fl-Anness II, punt (3) għandhom jitwaħħlu ma’ dak l-istrument taħt ir-responsabiltà tal-Istat Membru konċernat skont ir-regoli stabbiliti f’dak il-Punt.

Artikolu 11

Meta verifika inizjali tal-KE ma tkunx meħtieġa għal kategorija ta’ strumenti li tissodisfa r-rekwiżiti ta’ Direttiva separata, il-manifattur għandu, bir-responsabiltà tiegħu stess, iwaħħal fuq l-istrumenti f’dik il-kategorija is-simbolu speċjali deskritt fil-punt 3.4 tal-Anness I.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-MUDELL KE U KEMM GĦALL-VERIFIKA INIZJALI TAL-KE

Artikolu 12

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jimpedixxu l-użu fuq strumenti ta’ marki jew iskrizzjonijiet li jistgħu joħolqu konfużjoni mas-sinjali jew il-marki tal-KE.

Artikolu 13

Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni tas-servizzi, l-aġenziji u l-istituti li huma debitament awtorizzati li jwettqu eżamijiet previsti f’din id-Direttiva u fid-Direttivi separati, biex joħorġu ċertifikati ta’ approvazzjoni tal-mudell tal-KE u biex iwaħħlu l-marki ta’ verifika inizjali tal-KE.

Artikolu 14

L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-iskrizzjonijiet preskritti jsiru fil-lingwa jew fil-lingwi uffiċjali tagħhom.

KAPITOLU V

KONTROLL TA’ STRUMENTI FIS-SERVIZZ

Artikolu 15

Id-Direttivi separati għandhom jispeċifikaw ir-rekwiżiti ta’ kontroll għall-istrumenti fis-servizz li jkollhom sinjali jew marki tal-KE u partikolarment l-iżbalji massimi permissibbli fis-servizz. Jekk dispożizzjonijiet nazzjonali rigward strumenti li ma jkollhomx sinjali jew marki tal-KE jistipulaw rekwiżiti anqas ibsin, dawn tal-aħħar jistgħu jservu bħala kriterji għall-kontrolli.

KAPITOLU VI

AĠĠUSTAMENT TAD-DIRETTIVI GĦALL-PROGRESS TEKNIKU

Artikolu 16

L-emendi meħtieġa għall-aġġustament għall-progress tekniku tal-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva u l-annessi għad-Direttivi separati msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva u d-Direttivi separati, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 17(2).

Madankollu, din il-proċedura m’għandhiex tapplika la għall-kapitolu dwar l-unitajiet tal-kejl imperjali tal-anness għad-Direttiva dwar l-unitajiet ta’ kejl u lanqas għall-annessi, dwar il-meded ta’ kwantità għall-kwantitajiet ta’ prodotti imballati minn qabel, għad-Direttivi dwar prodotti imballati minn qabel.

Artikolu 17

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Aġġustament għall-Progress Tekniku tad-Direttivi msemmija fl-Artikolu 16.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, skont id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda skont il-dispożizzjonijiet adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u tad-Direttivi separati dwar l-istrumenti kkonċernati u li jirrifjutaw li jagħtu jew li jestendu l-approvazzjoni tal-mudell KE, li jirtiraw din l-approvazzjoni, li jirrifjutaw li jagħmlu kontroll inizjali tal-KE jew li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew dħul fis-servizz għandhom jagħtu r-raġunijiet li fuqhom ikunu ġew ibbażati. Rifjut, irtirar jew projbizzjoni bħal din għandhom jiġu nnotifikati lill-parti kkonċernata, li għandha fl-istess ħin tkun infurmata bir-rimedji disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istati Membri u bil-limiti ta’ żmien permessi għall-eżerċizzju ta’ rimedji bħal dawn.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Id-Direttiva 71/316/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness III, Parti A, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness III, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 21

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 23 ta’ April 2009.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

P. NEČAS


(1)  Opinjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Diċembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Marzu 2009.

(3)  ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1.

(4)  Ara l-Anness III, Parti A.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.


ANNESS I

APPROVAZZJONI TAL-MUDELL KE

1.   Applikazzjoni għall-approvazzjoni KE

1.1.

L-applikazzjoni u l-korrispondenza relatata magħha għandha ssir fil-lingwa uffiċjali skont il-liġijiet tal-Istat fejn issir l-applikazzjoni. L-Istat Membru għandu d-dritt li jitlob li d-dokumenti annessi jkunu wkoll miktuba bl-istess lingwa uffiċjali.

L-applikant għandu jibgħat fl-istess ħin lill-Istati Membri kollha kopja tal-applikazzjoni tiegħu.

1.2.

L-applikazzjoni għandha tkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-manifattur jew tal-kumpanija, jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu jew tal-applikant;

(b)

il-kategorija tal-istrument;

(ċ)

l-użu maħsub;

(d)

il-karatteristiċi tal-kejl;

(e)

l-isem kummerċjali, jekk ikun hemm, jew it-tip.

1.3.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti meħtieġa għall-evalwazzjoni tagħha, f’żewġ kopji, u b’mod partikolari:

1.3.1.

deskrizzjoni b’mod partikolari ta’:

(a)

il-kostruzzjoni u t-tħaddim tal-istrument;

(b)

l-arranġamenti protettivi li jiżguraw tħaddim tajjeb;

(ċ)

l-apparati għar-regolazzjoni u l-aġġustament;

(d)

il-postijiet maħsuba għal:

marki ta’ verifika;

siġilli (fejn applikabbli).

1.3.2.

disinnji tal-bini ġenerali u, fejn meħtieġ, disinnji dettaljati ta’ komponenti importanti.

1.3.3.

disinn skematiku li juri l-prinċipji tat-tħaddim u, fejn meħtieġ, ritratt.

1.4.

L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata, fejn xieraq, minn dokumenti rilevanti għall-approvazzjonijiet nazzjonali li jkunu diġà ngħataw.

2.   Eżami għall-approvazzjoni KE

2.1.

L-eżami għandu jinkludi:

2.1.1.

studju tad-dokumenti u eżami tal-karatteristiċi ta’ kejl tal-mudell fil-laboratorji tas-servizzi metroloġiċi, f’laboratorji approvati jew fil-post tal-manifattura, tat-twassil jew tal-installazzjoni;

2.1.2.

jekk il-karatteristiċi ta’ kejl tal-mudell ikunu magħrufa fid-dettall, l-eżami biss tad-dokumenti ppreżentati.

2.2.

L-eżami għandu jkopri l-prestazzjoni sħiħa tal-istrument f’kondizzjonijiet normali tal-użu. F’kondizzjonijiet bħal dawn, dak l-istrument għandu jżomm il-karatteristiċi ta’ kejl meħtieġa.

2.3.

In-natura u l-iskop tal-eżami msemmi fil-punt 2.1 tista’ tkun speċifikata b’Direttivi separati.

2.4.

Is-servizz metroloġiku jista’ jitlob lill-applikant biex ipoġġi għad-dispożizzjoni tiegħu l-istandards u l-mezzi xierqa f’termini ta’ materjal u personal li jassisti għall-prestazzjoni tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.   Ċertifikat u sinjal tal-approvazzjoni KE

3.1.

Iċ-ċertifikat għandu jagħti r-riżultati tal-eżami tal-mudell u għandu jispeċifika r-rekwiżiti l-oħra li jenħtieġ li jkun hemm konformità magħhom. Dan għandu jkun akkumpanjat b’deskrizzjonijiet, b’disinnji u b’dijagrammi meħtieġa biex ikun identifikat il-mudell u biex ikun spejgat it-tħaddim tiegħu. Is-sinjal tal-approvazzjoni previst fl-Artikolu 4 għandu jkun ittra stilizzata ε li jkollha:

fil-parti ta’ fuq, l-ittra kbira/ittri kbar distintiva/i tal-Istat Membru li ta l-approvazzjoni (B għall-Belġju, BG għall-Bulgarija, CZ għar-Repubblika Ċeka, DK għad-Danimarka, D għall-Ġermanja, EST għall-Estonja, IRL għall-Irlanda, EL għall-Greċja, E għal Spanja, F għal Franza, I għall-Italja, CY għal Ċipru, LV għal-Latvja, LT għal-Litwanja, L għal-Lussemburgu, H għall-Ungerija, M għal Malta, NL għall-Olanda, A għall-Awstrija, PL għall-Polonja, P għall-Portugall, RO għar-Rumanija, SI għas-Slovenja, SK għas-Slovakkja, FI għall-Finlandja, S għall-Isvezja, UK għar-Renju Unit) u l-aħħar żewġ numri tas-sena tal-approvazzjoni;

fil-parti t’isfel, tismija li għandha tkun iddeterminata mis-servizz metroloġiku li jkun ta l-approvazzjoni (numru tal-identifikazzjoni).

Eżempju ta’ dan is-sinjal tal-approvazzjoni jidher fil-punt 6.1.

3.2.

Fil-każ tal-approvazzjoni limitata KE, l-ittra P, bl-istess qisien tal-ittra stilizzata ε, għandha titpoġġa quddiem din l-ittra.

Eżempju ta’ dan is-sinjal tal-approvazzjoni limitata jidher fil-punt 6.2.

3.3.

Is-sinjal imsemmi fl-Artikolu 6 huwa l-istess bħas-sinjal tal-approvazzjoni KE, ħlief li l-ittra stilizzata ε hija maqluba simetrikament fuq assi vertikali u ma jkollu ebda indikazzjoni oħra ħlief jekk id-Direttivi separati jistipulaw mod ieħor.

Eżempju ta’ dan is-sinjal qed jintwera fil-punt 6.3.

3.4.

Is-sinjal imsemmi fl-Artikolu 11 huwa l-istess bħas-sinjal approvat KE f’exagonu.

Eżempju ta’ dan is-sinjal jidher fil-punt 6.4.

3.5.

Is-sinjali msemmija fil-punti 3.1 sa 3.4 u mwaħħla mill-manifattur skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jitwaħħlu f’punt viżibbli ta’ kull strument u t-tagħmir anċillari kollu ppreżentat għall-verifika, u għandhom ikunu jistgħu jinqraw u li ma jitħassrux. Jekk it-twaħħil tagħhom joħloq diffikultajiet tekniċi, jistgħu jsiru xi eċċezzjonijiet f’Direttivi separati jew ikunu aċċettati wara li jintlaħaq qbil bejn is-servizzi metroloġiċi tal-Istati Membri.

4.   Id-depositu ta’ strument kampjun

Fil-każijiet msemmija mid-Direttivi separati, is-servizz li jkun ta l-approvazzjoni jista’, jekk jikkunsidrah meħtieġ, jitlob id-deposizzjoni tal-istrument kampjun li għalih tkun ingħatat l-approvazzjoni. Minflok dak l-istrument kampjun, is-servizz jista’ jawtorizza d-depositu ta’ partijiet tal-istrument, ta’ mudelli magħmula fi skala mnaqqsa, jew ta’ disinnji, u għandu jsemmi dan fuq iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni KE.

5.   Tħabbir tal-approvazzjoni

5.1.

Fl-istess ħin meta il-parti kkonċernata tkun innotifikata, kopji taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni KE għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra; dawn tal-aħħar jistgħu jiksbu wkoll kopji tar-rapporti tal-eżamijiet metroloġiċi, jekk hekk jixtiequ.

5.2.

L-irtirar tal-approvazzjoni ta’ mudell KE u l-komunikazzjonijiet l-oħra li jikkonċernaw l-estensjoni u l-validità tad-disinn approvat KE għandhom ikunu suġġetti wkoll għall-proċedura ta’ tħabbir imsemmija fil-punt 5.1.

5.3.

Stat Membru li jirrifjuta li jagħti l-approvazzjoni ta’ mudell KE għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu.

6.   Sinjali relattivi għall-approvazzjoni tal-mudell KE

6.1.

Sinjal tal-approvazzjoni tal-mudell KE

Eżempju:

Image

Approvazzjoni tal-mudell KE mogħtija mis-Servizz Metroloġiku tal-Ġermanja fl-1971 (ara l-punt 3.1, l-ewwel inċiż)

Numru tal-identifikazzjoni tal-approvazzjoni tal-mudell KE (ara l-punt 3.1, it-tieni inċiż)

6.2.

Sinjal tal-approvazzjoni limitata tal-mudell KE (ara l-punt 3.2)

Eżempju:

Image

L-approvazzjoni limitata tal-mudell KE mogħtija mis-Servizz Metroloġiku tal-Ġermanja fl-1971.

Numru tal-identifikazzjoni tal-approvazzjoni tal-mudell KE.

6.3.

Sinjal ta’ eżenzjoni mill-approvazzjoni tal-mudell KE (ara l-punt 3.3)

Eżempju:

Image

6.4.

Sinjal tal-approvazzjoni tal-mudell KE għall-istrumenti eżentati mill-verifika inizjali KE (ara l-punt 3.4)

Eżempju:

Image

L-approvazzjoni tal-mudell KE mogħtija mis-Servizz Metroloġiku tal-Ġermanja fl-1971.

Numru tal-identifikazzjoni tal-approvazzjoni tal-mudell KE.


ANNESS II

VERIFIKA INIZJALI KE

1.   Punti Ġenerali

1.1.

Il-verifika inizjali KE tista’ ssir f’wieħed jew iktar stadji (normalment tnejn).

1.2.

Suġġett għad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi separati:

1.2.1.

il-verifika inizjali KE għandha issir fi stadju wieħed fuq strumenti li jikkostitwixxu oġġett sħiħ meta joħorġu mill-fabbrika, jiġifieri strumenti li, teoretikament, jistgħu jiġu trasferiti fil-post tal-installazzjoni tagħhom mingħajr ma jkollhom jiżżarmaw;

1.2.2.

il-verifika inizjali KE għandha ssir f’żewġ stadji jew aktar għall-istrumenti li t-tħaddim korrett tagħhom jiddependi fuq il-kondizzjonijiet li fihom ikunu ġew installati jew użati;

1.2.3.

l-ewwel stadju tal-proċedura ta’ verifika għandu jiżgura, b’mod partikolari, li l-istrument ikun konformi mal-mudell KE approvat jew, fil-każ ta’ strumenti eżentati mill-approvazzjoni tal-mudell, li jkunu konformi mad-disposizzjonijiet rilevanti.

2.   Post tal-verifika inizjali KE

2.1.

Jekk id-Direttivi separati ma jispeċifikawx il-post fejn għandha ssir il-verifika, l-istrumenti li għandhom jiġu vverifikati fi stadju wieħed biss għandhom jiġu vverifikati fil-post magħżul mis-servizz metroloġiku kkonċernat.

2.2.

L-istrumenti li għandhom jiġu vverifikati f’żewġ stadji jew aktar għandhom jiġu vverifikati mis-servizz metroloġiku territorjalment kompetenti.

2.2.1.

L-aħħar stadju ta’ verifika għandu jsir fil-post tal-installazzjoni.

2.2.2.

L-istadji ta’ verifika l-oħrajn għandhom isiru kif stabbilit fil-punt 2.1.

2.3.

B’mod partikolari, meta l-verifika ssir barra mill-uffiċċju ta’ verifika, is-servizz metroloġiku li jwettaq il-verifika jista’ jitlob lill-applikant:

biex ipoġġi għad-dispożizzjoni tiegħu l-istandards u l-mezzi xierqa f’termini ta’ materjal u personal li jassisti għall-prestazzjoni tal-verifika;

biex jipprovdi kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni KE.

3.   Marki ta’ verifika inizjali KE

3.1.   Deskrizzjoni tal-marki ta’ verifika inizjali KE.

3.1.1.

Suġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ Direttivi separati, marki ta’ verifika inizjali KE li jitwaħħlu skont il-punt 3.3 għandhom ikunu kif ġej:

3.1.1.1.

il-verifika finali KE għandha tkun komposta minn żewġ timbri:

(a)

l-ewwel waħda tikkonsisti fl-ittra żgħira “e” li jkun fiha:

fin-nofs ta’ fuq, l-ittra kbira/ittri kbar distintiva/i tal-Istat Membru fejn issir l-ispezzjoni oriġinali (B għall-Belġju, BG għall-Bulgarija, CZ għar-Repubblika Ċeka, DK għad-Danimarka, D għall-Ġermanja, EST għall-Estonja, IRL għall-Irlanda, EL għall-Greċja, E għal Spanja, F għal Franza, I għall-Italja, CY għal Ċipru, LV għal-Latvja, LT għal-Litwanja, L għal-Lussemburgu, H għall-Ungerija, M għal Malta, NL għall-Olanda, A għall-Awstrija, PL għall-Polonja, P għall-Portugall, RO għar-Rumanija, SI għas-Slovenja, SK għas-Slovakkja, FI għall-Finlandja, S għall-Isvezja, UK għar-Renju Unit) flimkien, fejn meħtieġ, ma’ xi waħda jew aktar mill-figuri li jidentifikaw suddiviżjoni territorjali jew amministrattiva;

fin-nofs t’isfel, in-numru tal-identifikazzjoni tal-aġent jew l-uffiċċju tal-verifika;

(b)

it-tieni timbru għandu jikkonsisti fl-aħħar żewġ figuri tas-sena tal-verifika, f’exagonu.

3.1.1.2.

Il-marka ta’ verifika parzjali KE għandha tikkonsisti biss fl-ewwel timbru. Din għandha sservi wkoll bħala siġill.

3.2.   Għamla u qisien tal-marki

3.2.1.

Id-disinji mehmuża juru l-għamla, il-qisien u l-kontorni tal-ittri u n-numri tal-marki tal-verifika inizjali KE kif stabiliti fil-punt 3.1; l-ewwel żewġ disinji juru l-partijiet varji tat-timbru u t-tielet huwa eżempju ta’ timbru. Il-qisien mogħtija fid-disinji huma valuri relattivi; dawn huma funzjoni tad-dijametru taċ-ċirku deskritt madwar l-ittra żgħira “e” u madwar il-medda tal-exagonu.

Id-dijametri reali taċ-ċrieki deskritti madwar il-marki huma 1.6 mm, 3.2 mm, 6.3 mm, 12.5 mm.

3.2.2.

Is-servizzi metroloġiċi tal-Istati Membri għandhom jgħamlu skambju bejniethom tad-disinji oriġinali tal-marki ta’ verifika inizjali KE, li jkunu konformi mal-mudelli fid-disinji annessi.

3.3.   Twaħħil tal-marki

3.3.1.

Il-marka tal-verifika finali KE għandha titwaħħal fil-post allokat fuq l-istrument meta dan tal-aħħar ikun ġie kompletament ivverifikat u jkun rikonoxxut li jkun konformi mar-rekwiżiti tal-KE.

3.3.2.

Il-marka tal-verifika parzjali KE għandha titwaħħal:

3.3.2.1.

meta l-verifika ssir f’diversi stadji fuq l-istrument jew fuq parti mill-istrument li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti għat-tħaddim minbarra dawk fil-post tal-installazzjoni, fil-post fejn jitwaħħal it-timbru bid-data jew f’xi post ieħor speċifikat fid-Direttivi separati.

3.3.2.2.

fil-każijiet kollha bħala siġill, fil-postijiet speċifikati fid-Direttivi separati.

Image Image Image Image


ANNESS III

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva tal-Kunsill 71/316/KEE

(ĠU L 202, 6.9.1971, p. 1)

 

Att ta’ Adeżjoni tal-1972, Anness I, Punt X.12

(ĠU L 73, 27.3.1972, p. 118)

 

Direttiva tal-Kunsill 72/427/KEE

(ĠU L 291, 28.12.1972, p. 156)

 

Att ta’ Adeżjoni tal-1979, Anness I, punt X.A

(ĠU L 291, 19.11.1979, p. 108)

 

Direttiva tal-Kunsill 83/575/KEE

(ĠU L 332, 28.11.1983, p. 43)

 

Att ta’ Adeżjoni tal-1985, Anness I, punt IX.A.7

(ĠU L 302, 15.11.1985, p. 212)

 

Direttiva tal-Kunsill 87/354/KEE

(ĠU L 192, 11.7.1987, p. 43)

Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula għad-Direttiva 71/316/KEE fl-Artikolu 1 u l-Anness, punt 4

Direttiva tal-Kunsill 87/355/KEE

(ĠU L 192, 11.7.1987, p. 46)

 

Direttiva tal-Kunsill 88/665/KEE

(ĠU L 382, 31.12.1988, p. 42)

L-Artikolu 1(1) biss

Att ta’ Adeżjoni tal-1994, Anness I, Punt XI.C.VII.1

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 211)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 807/2003

(ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36)

L-Anness III, punt 5 biss

Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness II, Punt I.D.1

(ĠU L 236, 23.9.2003, p. 64)

 

Direttiva tal-Kunsill 2006/96/KE

(ĠU L 363, 20.12.2006, p. 81)

Biss għal dak li għandu x’jaqsam mar-referenzi magħmula għad-Direttiva 71/316/KEE fl-Artikolu 1 u l-Anness punt B.1

Direttiva tal-Kummissjoni 2007/13/KE

(ĠU L 73, 13.3.2007, p. 10)

 

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 20)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

71/316/KEE

fit-30 ta’ Jannar 1973.

83/575/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1985.

87/354/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

87/355/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1987.

2006/96/KE

fl-1 ta’ Jannar 2007.

2007/13/KE

fid-9 ta’ Marzu 2008.


ANNESS IV

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Direttiva 71/316/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 1(1) punt (a) u Artikolu 1(2)

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 1(1) punt (b)

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 1(1) punt (c)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 1(5)

Artikolu 1(4) it-tieni subparagrafu

Artikolu 1(6)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(3)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(4)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(5)

Artikolu 2(1)

Artikolu 3, formulazzjoni introduttiva

Artikolu 3, formulazzjoni introduttiva

Artikolu 3, l-ewwel inċiż

Artikolu 3 punt (a)

Artikolu 3 it-tieni inċiż

Artikolu 3 punt (b)

Artikolu 4, l-ewwel sentenza

Artikolu 4, l-ewwel u t-tieni subparagrafu

Artikolu 4, it-tieni sentenza

Artikolu 4, it-tielet subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, formulazzjoni introduttiva

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, formulazzjoni introduttiva

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, punt (a)

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, punt (b)

Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu, it-tielet inċiż

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, punt (c)

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, ir-raba’ inċiż

Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu, punt (d)

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, formulazzjoni introduttorja

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, l-ewwel inċiż

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, punt (a)

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, it-tieni inċiż

Artikolu 5(2), it-tielet subparagrafu, punt (b)

Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 5(2), ir-raba’ subparagrafu

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1), (2) u (3)

Artikolu 7(1), (2) u (3)

Artikolu 7(4), l-ewwel sentenza

Artikolu 7(4), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4), it-tieni sentenza

Artikolu 7(4), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(4), it-tielet sentenza

Artikolu 7(4), it-tielet subparagrafu

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(5)

Artikolu 8(1), punt (a)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(1), punt (b)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(3)

Artikolu 8(4)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(1)

Artikolu 9(2), formulazzjoni introduttiva

Artikolu 9(2), formulazzjoni introduttiva

Artikolu 9(2), l-ewwel inċiż

Artikolu 9(2), punt (a)

Artikolu 9(2), it-tieni inċiż

Artikolu 9(2), punt (b)

Artikolu 9(2), it-tielet inċiż

Artikolu 9(2), punt (c)

Artikolu 9(2), ir-raba’ inċiż

Artikolu 9(2), punt (d)

Artikoli 10 u 11

Artikoli 10 u 11

Artikoli 12, 13 u 14

Artikoli 12, 13 u 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16, l-ewwel sentenza

Artikolu 16, l-ewwel paragrafu

Artikolu 16, it-tieni sentenza

Artikolu 16, it-tieni paragrafu

Artikolu 17

Artikolu 18(1)

Artikolu 17(1)

Artikolu 18(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 17(2)

Artikolu 18(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 18(3)

Artikolu 19

Artikolu 18

Artikolu 20(1)

Artikolu 20(2)

Artikolu 19

Artikoli 20 u 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Anness I

Anness I

Punti 1 u 1.1

Punti 1 u 1.1

Punt 1.2, formulazzjoni introduttiva

Punti 1.2, formulazzjoni introduttiva

Punt 1.2, l-ewwel inċiż

Punt 1.2(a)

Punt 1.2, it-tieni inċiż

Punt 1.2(b)

Punt 1.2, it-tielet inċiż

Punt 1.2(c)

Punt 1.2, ir-raba’ inċiż

Punt 1.2(d)

Punt 1.2, il-ħames inċiż

Punt 1.2(e)

Punt 1.3

Punt 1.3

Punt 1.3.1, formulazzjoni introduttiva

Punt 1.3.1, formulazzjoni introduttiva

Punt 1.3.1, l-ewwel inċiż

Punt 1.3.1(a)

Punt 1.3.1, it-tieni inċiż

Punt 1.3.1(b)

Punt 1.3.1, it-tielet inċiż

Punt 1.3.1(c)

Punt 1.3.1, ir-raba’ inċiż

Punt 1.3.1(d)

Punt 1.3.2 sa Punt 5

Punt 1.3.2 sa Punt 5

Punt 5.2

Punt 5.1

Punt 5.3

Punt 5.2

Punt 5.4

Punt 5.3

Punt 6 sa Punt 6.4

Punt 6 sa Punt 6.4

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ April 2009

li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Komunità fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-entitajiet tal-ġestjoni skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, tal-Ftehim

(2009/347/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1005/KE tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-konlużjoni ta’ Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinament ta’ programmi ta’ ttikkettar dwar effiċjenza fl-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jipprovdi li l-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent (EPA) tal-Istati Uniti, għandha tiżviluppa il-Livell II tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini, u b’hekk temenda l-Anness C għall-Ftehim.

(2)

Il-pożizzjoni tal-Komunità dwar l-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni mogħtija mill-Bord Energy Star tal-Komunità Ewropea li jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (2).

(4)

Mill-1 ta’ Lulju 2009, l-ispeċifikazzjoni għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, għandha tiġi mħassra u sostitwita bl-ispeċifikazzjonijiet annessi għal din id-Deċiżjoni,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

Il-pożizzjoni li l-Komunità Ewropea għandha tadotta fir-rigward ta’ deċiżjoni tal-Entitajiet tal-Ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, għall-Ftehim għandha tiġi bbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni mehmuż.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 381, 28.12.2006, p. 24.

(2)  ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1.


ANNESS

ABBOZZ TA’ DEĊIŻJONI

ta’ […]

tal-entitajiet tal-ġestjoni skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji rigward ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, tal-Ftehim

L-ENTITAJIET TAL-ĠESTJONI,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta’ programmi tal-ittikkettar tal-użu effiċjenti tal-enerġija għat-tagħmir tal-uffiċċji, u b’mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,

Billi l-ewwel livell tal-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, b’effett mill-1 ta’ April 2007, għandu jkun imħassar u sostitwit bit-tieni livell ta’ speċifikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

L-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tal-immaġini fl-Anness C, parti VII, għall-Ftehim jiġu mħassra u sostitwiti bl-ispeċifikazzjonijiet fl-Anness għal din id-Deċiżjoni b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009.

Id-Deċiżjoni, magħmula f’żewġ oriġinali, għandha tkun iffirmata mill-Kopresidenti. Id-Deċiżjoni għandha tkun applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2009.

Iffirmat f’Washington DC,

[…]

f’isem l-Aġenzija għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Istati Uniti

Iffirmat fi Brussell,

[…]

f’isem tal-Komunità Ewropea

ANNESS

ANNESS C, parti VII, GĦALL-FTEHIM

VII.   Speċifikazzjonijiet għat-Tagħmir tal-Immaġini

Dawn l-Ispeċifikazzjonijiet għat-Tagħmir tal-Immaġini li ġejjin għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009.

A.   Definizzjonijiet

Prodotti

1.

Kopjatur — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment u li l-funzjoni unika tiegħu hija l-produzzjoni ta’ kopji minn kopja grafika oriġinali stampata. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li huma mibjugħa fis-suq bħala kopjaturi jew kopjaturi diġitali li jistgħu jittejbu (UDCs - upgradeable digital copiers).

2.

Dupplikatur Diġitali — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jinbiegħ fis-suq bħala sistema tal-irduppjar għal kollox awtomatizzata bil-metodu tal-irduppjar bi stensil b’funzjoni ta’ riproduzzjoni diġitali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala duplikaturi diġitali.

3.

Magna tal-Facsimile (Magna tal-Faks) — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li l-funzjonijiet primarji tiegħu huma li jiskannja kopji stampati oriġinali għat-trażmissjoni elettronika lejn unitajiet fil-bogħod u li jirċievi trażmissjonijiet elettroniċi simili biex jipprovdi produzzjoni stampata. It-trażmissjoni elettronika sseħħ primarjament permezz ta’ sistema tat-telefon pubblika, iżda tista’ ssir ukoll permezz tan-netwerk tal-kompjuter jew l-Internet. Il-prodott jista’ wkoll ikollu l-kapaċità li jipproduċi kopji doppji stampati. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala magni tal-faks.

4.

Magna tal-posta — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi biex jistampa l-posta fuq oġġetti tal-posta. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala Magni tal-Posta.

5.

Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (Multifunction Device - MFD) — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment, li huwa tagħmir integrat fiżikament jew tagħqida ta’ komponenti integrati funzjonalment, li jwettaq tnejn jew aktar mill-funzjonijiet ewlenin tal-ikkopjar, l-istampar, l-iskannjar jew l-iffaksjar. Il-funzjonalità tal-ikkopjar kif indirizzata f’din id-definizzjoni titqies li hija distinta mill-ikkopjar okkażjonali ta’ folja waħda li joffru l-magni tal-faks. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala MFDs jew prodotti ta’ bosta funzjonijiet (MFPs - multifunction products).

Nota:Jekk l-MFD mhuwiex unità waħda integrata, iżda sett ta’ komponenti integrati funzjonalment, il-manifattur għandu jiċċertifika li meta jiġu istallati b’mod korrett, it-total tal-użu kollu tal-enerġija għall-komponenti kollha tal-MFD li jifformaw l-unità bażi jikseb il-livelli tal-enerġija pprovduti fit-Taqsima C biex jikkwalifikaw bħala MFD ENERGY STAR.

6.

Printer — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jservi bħala tagħmir li jipproduċi l-kopji stampati, u li huwa kapaċi li jirċievi informazzjoni minn kompjuter ta’ utent wieħed jew kompjuters imqabbda ma’ netwerk, jew tagħmir ieħor ta’ input (eż., kameras diġitali). L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala printers, inklużi printers li jistgħu jkunu mtejba għal MFDs fil-qasam.

7.

Skaner — Tagħmir tal-immaġini disponibbli kummerċjalment li jaħdem bħala tagħmir elettro-ottiku li jikkonverti l-informazzjoni f’immaġini elettroniċi li jistgħu jkunu maħżuna, editjati, konvertiti jew trażmessi primarjament f’ambjent tal-kompjuters personali. L-unità għandha tkun tista’ tieħu l-enerġija minn plakka mal-ħajt jew minn kollegament tad-dejta jew tan-netwerk. Din id-definizzjoni hija maħsuba li tkopri prodotti li jinbigħu fis-suq bħala skaners.

It-teknoloġiji tal-immarkar

8.

Termali Dirett (Direct Thermal - DT) — Teknoloġija tal-immarkar li tittrasferixxi immaġini billi taħraq tikek fuq medja miksija hekk kif tgħaddi minn fuq ras tal-istampar imsaħħna. Il-prodotti DT ma juzawx zigarelli.

9.

Sublimazzjoni taż-Żebgħa (Dye Sublimation - DS) — Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi tkun depożitata (sublimata) ż-żebgħa fuq il-medja tal-istampar skont l-ammont tal-enerġija mogħtija mill-elementi li jsaħħnu.

10.

Elettrofotografija (Electrophotography - EP) — Teknoloġija tal-immarkar karatterizzata mill-illuminazzjoni ta’ fotokonduttur f’disinn li jirrappreżenta l-immaġini stampata mixtieqa permezz ta’ sors tad-dawl, l-iżvilupp tal-immaġini bil-partiċelli tal-linka bl-użu tal-immaġini latenti fuq il-fotokonduttur biex tkun definita l-preżenza jew in-nuqqas tal-linka f’post definit, it-trasferiment tal-linka fuq il-kopja stampata finali, u l-fużjoni biex il-kopja stampata mixtieqa ssir durabbli. It-tipi ta’ EP jinkludu Laser, LED, u LCD. L-EP bil-kulur hija distinta mill-EP monokromatika għaliex il-linka ta’ mill-inqas tliet kuluri differenti hija disponibbli fi prodott partikolari fl-istess ħin. Zewġ tipi ta’ EP bil-kulur huma definiti hawn taħt:

11.

EP tal-Kulur Parallel — Teknoloġija tal-immarkar li tuża aktar minn sors wieħed tad-dawl u ħafna fotokondutturi biex iżżid il-veloċità massima tal-istampar bil-kulur.

12.

EP tal-Kulur Serjali — Teknoloġija tal-immarkar li tuża fotokonduttur wieħed b’mod serjali u sors tad-dawl wieħed jew aktar biex tikseb il-produzzjoni tal-kopja stampata b’ħafna kuluri.

13.

Impatt — Teknoloġija tal-immarkar ikkaratterizzata mill-formazzjoni ta’ immaġini tal-kopja stampata mixtieqa billi tittrasferixxi l-kolorant minn “żigarella” għal fuq il-medja permezz ta’ proċess ta’ impatt. Żewġ tipi ta’ teknoloġija tal-impatt huma l-Impatt Iffurmat mit-Tikek u l-Impatt Iffurmat Sħiħ.

14.

Ink Jet (IJ) — Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini huma ffurmati billi jiġi ddepożitat il-kolorant f’qatriet żgħar direttament fil-medja tal-istampar f’għamla ta’ matriċi. L-IJ bil-kulur huwa distint mill-IJ monokromatiku għaliex, fi kwalunkwe ħin, aktar minn kolorant wieħed ikun disponibbli fi prodott. It-tipi tipiċi ta’ IJ jinkludu l-IJ Pieżo-elettriku (PE), Sublimazzjoni tal-IJ u IJ Termali.

15.

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja — Teknoloġija tal-immarkar bl-IJ f’applikazzjonijiet kummerċjali ta’ prestazzjoni għolja li ġeneralment jużaw teknoloġija tal-immarkar elektrofotografika. L-IJ ta’ Prestazzjoni Għolja hija differenti mill-IJ konvenzjonali għaliex ikollha meded ta’ żnienen tul il-wisa’ tal-paġna u/jew għaliex tista’ tnixxef il-linka fuq il-medja permezz ta’ mekkaniżmi addizzjonali li jsaħħnu l-medja.

16.

Linka Solida (Solid Ink - SI) — Teknoloġija tal-immarkar fejn il-linka hija solida f’temperatura normali u likwida meta msaħħna għat-temperatura tal-jetting. It-trasferiment għall-medja jista’ jsir b’mod dirett, iżda ħafna drabi jsir lejn tanbur jew ċintorin intermedju u mbagħad stampat bl-offset fuq il-medja.

17.

Stensil — Teknoloġija tal-immarkar li tittrasferixxi l-immaġini fuq il-medja tal-istampar minn stensil li huwa armat madwar tanbur tal-linka.

18.

Trasferiment Termali (TT) — Teknoloġija tal-immarkar fejn l-immaġini tal-kopja stampata mixtieqa hija ffurmata billi jkunu ddepożitati qatriet żgħar ta’ kolorant solidu (normalment xemgħa kkulurita) fi stat maħlul/fluwidu direttament fuq il-medja tal-istampar fl-għamla ta’ matriċi. It-TT huwa differenti mill-IJ għaliex il-linka hija solida f’temperatura normali u ssir likwida meta tissaħħan.

Il-Modalitajiet tal-Operat, l-Attivitajiet u l-Istati tal-Enerġija

19.

Attiv — L-istat tal-enerġija li fih il-prodott huwa konness ma’ sors tal-enerġija u attivament qed jipproduċi output, kif ukoll iwettaq xi funzjonijiet primarji oħrajn tiegħu.

20.

Stampar Awtomatiku fuq Żewġ Naħat — Il-kapaċità ta’ kopjatur, magna tal-faks, MFD jew printer li awtomatikament iqiegħed l-immaġini fuq iż-żewġ naħat ta’ folja prodotta, mingħajr manipolazzjoni manwali tal-folja prodotta bħala pass intermedju. Eżempji ta’ dan huma l-ikkopjar minn stampar fuq naħa waħda għal stampar fuq żewġ naħat u l-ikkopjar minn stampar fuq żewġ naħat għal stampar fuq żewġ naħat. Prodott jitqies li għandu kapaċità ta’ stampar awtomatika fuq żewġ naħat jekk il-mudell jinkludi l-aċċessorji kollha meħtieġa biex jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq.

21.

Ħin tad-Dewmien Default — Il-ħin stabbilit mill-manifattur qabel il-konsenja li jiddetermina meta l-prodott jidħol f’modalità tal-enerġija baxxa (eż., Sleep, Mitfi) wara li jlesti l-funzjoni primarja tiegħu.

22.

Mitfi — L-istat tal-enerġija li jidħol fih il-prodott meta jkun intefa’ manwalment jew awtomatikament iżda għadu pplaggjat u konness mad-dawl. Isir ħruġ minn din il-modalità meta jsir stimolu minn input, bħal swiċċ manwali tad-dawl jew tajmer bl-arloġġ, biex l-unità tinġieb f’modalità Ready biex tintuża. Meta dan l-istat jirriżulta minn intevent manwali minn utent, spiss jissejjaħ Tifi Manwali, u meta jirriżulta minn stimuli awtomatiċi jew predeterminati, (eż. żmien ta’ dewmien jew arloġġ) spiss jissejjaħ Tifi Awtomatiku.

23.

Ready — Il-kundizzjoni li teżisti meta l-prodott mhux qed jipproduċi output, laħaq il-kondizzjonijiet tal-operat, għadu ma daħalx f’modalitajiet ta’ enerġija baxxa, u jista’ jidħol fil-modalità Attiv b’dewmien minimu. Il-karatteristiċi kollha tal-prodott jistgħu jkunu ffaċilitati f’din il-modalità, u l-prodott għandu jkun jista’ jmur lura għall-modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe alternattiva ta’ input potenzjali ddisinjat tal-prodott. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż. stimolu min-netwerk, sejħa tal-faks, jew kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż. l-attivazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna).

24.

Sleep — L-istat tal-enerġija mnaqqsa li jidħol fih il-prodott awtomatikament wara perjodu ta’ inattività. Minbarra li jidħol awtomatikament fil-modalità Sleep, il-prodott jista’ jidħol f’din il-modalità wkoll 1) f’ħin tal-jum issettjat mill-utent, 2) immedjatament b’reazzjoni għal azzjoni manwali tal-utent, mingħajr ma attwalment jintefa, jew 3) permezz ta’ modalitajiet oħrajn, miksuba awtomatikament, li huma relatati mal-imġieba tal-utent. Il-funzjonijiet kollha tal-prodott jistgħu jiġu attivati b’dan il-mod u l-prodott għandu jkun jista’ jidħol fil-modalità Attiv billi jirreaġixxi għal kwalunkwe alternattiva potenzjali ta’ input disinjata tal-prodott; Madankollu, jista’ jkun hemm dewmien. L-input potenzjali jinkludi stimolu elettriku estern (eż. stimolu tan-netwerk, sejħa tal-faks, kontroll remot) u intervent fiżiku dirett (eż l-attivazzjoni ta’ swiċċ fiżiku jew buttuna). Il-prodott għandu jżomm il-kollegament man-netwerk filwaqt li jkun fil-modalità Sleep, u jattiva ruħu biss kif meħtieġ

Nota: Meta jirrapportaw id-dejta u l-prodotti li jikkwalifikaw li jistgħu jidħlu fil-modalità sleep f’bosta modi, l-imsieħba għandhom jagħmlu riferenza għal livell ta’ Sleep li jista’ jintlaħaq awtomatikament. Jekk il-prodott ikollu l-kapaċità li jidħol f’ħafna livelli suċċessivi ta’ Sleep awtomatikament, hija d-diskrezzjoni tal-manifattur liema minn dawn il-livelli jintuża għall-għanijiet tal-kwalifika; madankollu, il-ħin tad-dewmien default provdut għandu jikkorrispondi għal kwalunkwe livell li jintuża.

25.

Standby — Il-modalità tal-konsum l-aktar baxx ta’ enerġija li ma jistax jintefa (jiġi influwenzat) mill-utent u li jista’ jdum għal żmien indefinit meta l-prodott huwa konness mal-provvista ewlenija tal-elettriku u jintuża skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur (1). Stanby hija l-modalità ta’ konsum tal-enerġija minimu tal-prodott.

Nota: Għall-prodotti tat-tagħmir tal-immaġini indirizzati minn dawn l-ispeċifikazzjonijiet, il-livell tal-enerġija Standby, jew il-modalità ta’ konsum tal-enerġija minimu tal-prodott, normalment iseħħ fil-modalità Mitfi, iżda jista’ jseħħ fil-modalità Ready jew Sleep. Prodott ma jistax joħroġ minn Standby u jilħaq stat ta’ enerġija aktar baxx kemm-il darba ma jkunx fiżikament skonnettjat minn mal-provvista ewlenija tal-enerġija b’riżultat ta’ manipolazzjoni manwali.

Il-Formati tad-Daqs tal-Prodott

26.

Format Kbir — Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Kbir jinkludu dawk disinjati għal medja A2 jew akbar, inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ 406 millimetri (mm) jew usa. Il-prodotti ta’ Format Kbir jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità li jistampaw fuq medja tad-daqs standard jew ta’ Format Zgħir.

27.

Format Żgħir — Il-prodotti fil-kategorija ta’ Format Żgħir jinkludu dawk disinjati għal medja ta’ daqsijiet iżgħar minn dwak definiti bħala Standard (eż., A6, 4” × 6”, microfilm), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ inqas minn 210 mm.

28.

Standard — Il-prodotti fil-kategorija Standard jinkludu dawk disinjati għal medja tad-daqs standard (eż., Ittra, Legali, Ledger, A3, A4, u B4), inklużi dawk disinjati biex jakkomodaw medja ta’ forma kontinwa b’wisa’ ta’ bejn 210 mm u 406 mm. Il-prodotti ta’ daqs Standard jistgħu wkoll ikollhom il-kapaċità jistampaw fuq medja ta’ Format Żgħir

It-Termini Addizzjonali

29.

Aċċessorju — Komponent ta’ tagħmir periferali mhux obbligatorju li mhuwiex meħtieġ għall-operazzjoni tal-unità bażi iżda li jista’ jiżdied qabel jew wara l-konsenja sabiex iżid il-funzjonalità. Aċċessorju jista’ jinbiegħ separatament bin-numru tal-mudell tiegħu stess, jew jinbiegħ ma’unità bażi bħala parti minn pakkett jew minn konfigurazzjoni.

30.

Prodott Bażi — Prodott bażi huwa l-mudell standard ikkonsenjat mill-manifattur. Meta l-mudelli tal-prodott jiġu offruti f’konfigurazzjonijiet differenti, il-prodott bazi huwa l-konfigurazzjoni l-aktar fundamentali tal-mudell, li jippossjedi n-numru minimu ta’ oġġetti li jzidu l-funzjonijiet disponibbli. Il-komponenti jew aċċessorji funzjonali offruti bħala mhux obbligatorji, minflok standard, ma jitqiesux parti mill-prodott bazi.

31.

Forma Kontinwa — Il-prodotti fil-kategorija ta’ Forma Kontinwa jinkludu dawk li ma jużawx daqs ta’ medja bil-folji maqtugħa, u huma disinjati għal applikazzjonijiet ewlenin, bħall-istampar ta’ bar codes, tabelli, irċevuti, waybills, fatturi, biljetti tal-ajru u tikketti tal-bejgħ.

32.

Front-end Diġitali (Digital Front-end - DFE) — Server funzjonalment integrat li jospita lil kompjuters u applikazzjonijiet oħrajn u jaġixxi bħala interface għat-tagħmir tal-immaġini. DFE jżid il-funzjonalità tat-tagħmir tal-immaġini. DFE jiġi ddefinit bħala wieħed minn dawn it-tipi:

 

DFE tat-Tip 1: DFE li jieħu l-enerġija DC tiegħu mill-provvista tal-enerġija AC tiegħu stess (interna jew esterna), li tkun separata mill-provvista tal-enerġija li tagħti l-enerġija lit-tagħmir tal-immaġini. Dan id-DFE jista’ jieħu l-enerġija AC tiegħu direttament minn plakka fil-ħajt, jew jista’ jeħodha mis-sors tal-AC assoċjat mal-provvista interna tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini.

 

DFE tat-Tip 2: DFE li jieħu l-enerġija DC tiegħu mill-istess provvista tal-enerġija bħat-tagħmir tal-immaġini operat minnu. Id-DFEs tat-Tip 2 għandu jkollhom bord jew muntatura (assembly) b’unità tal-ipproċessar indipendenti li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk u li tkun tista’ titneħħa fiżikament, tiġi iżolata jew diżattivata permezz ta’ prattiċi komuni tal-inġinerija biex ikun jista’ jittieħed kejl tal-enerġija.

DFE wkoll joffri għall-inqas tlieta minn dawn il-karatteristiċi avvanzati li ġejjin:

(a)

Il-kapaċità ta’ kollegament ma’ netwerk f’ambjenti diversi;

(b)

Funzjonalità ta’ kaxxa tal-posta (mailbox);

(ċ)

Il-ġestjoni tal-kju tax-xogħol;

(d)

L-immaniġġjar tal-magni (eż. jattiva t-tagħmir tal-immaġini minn stat ta’ enerġija mnaqqsa);

(e)

User-interface (UI) grafiku avvanzat;

(f)

L-abbiltà li jibda l-komunikazzjoni ma’ servers li jospitaw jew kompjuters klijenti oħrajn (eż. skannjar għal posta elettronika, polling ta’ kaxxi tal-posta remoti għax-xogħol); jew

(g)

L-abbiltà ta’ post-ipproċessar tal-paġni (eż. l-ifformattjar mill-ġdid tal-paġni qabel l-istampar).

33.

Aġent li jżid il-Funzjonijiet — Aġent li jżid il-funzjonijiet huwa karatteristika standard tal-prodott li jżid il-funzjonalità mal-magna li timmarka l-bażi ta’ tagħmir tal-immaġini. Il-parti tal-Modalità Operazzjonali ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet tinkludi tolleranzi ta’ enerġija addizzjonali għal xi aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Xi eżempji ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet jinkludu interfaces mingħajr wajers u l-kapaċità tal-iskannjar.

34.

Approċċ ta’ Modalità Operazzjonali (Operational Mode – OM) — Metodu tal-ittestjar u tat-tqabbil tar-rendiment tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini, li jiffoka fuq il-konsum tal-enerġija mill-prodott f’diversi modalitajiet ta’ enerġija baxxa. Il-kriterji ewlenin użati mill-istrateġija tal-OM huma l-valuri għall-modalitajiet tal-enerġija baxxa, imkejla f’watts (W). Informazzjomi dettaljata tinsab fl-‘ENERGY STAR Qualified Imaging Equipment Operational Mode Test Procedure’ li huwa disponibbli fuq www.energystar.gov/products.

35.

Magna li Timmarka (Marking Engine) — Il-magna bażika ħafna ta’ tagħmir tal-immaġini, li tidderieġi l-produzzjoni tal-immaġini ta’ dak il-prodott. Mingħajr komponenti funzjonali addizzjonali, magna tal-immarkar ma tistax tikseb dejta tal-immaġini biex tipproċessahom, u għalhekk ma tkunx funzjonali. Magna tal-immarkar tiddependi fuq aġenti li jżidu l-funzjonijiet biex tikseb l-abbiltà tal-komunikazzjoni u biex tipproċessal-immaġini.

36.

Mudell — Tagħmir tal-immaġini li jinbiegħ jew jitqiegħed fis-suq b’numru ta’ mudell uniku jew b’isem kummerċjali uniku. Mudell jista’ jkun magħmul minn unità bażi jew minn unità bażi u aċċessorji.

37.

Veloċità tal-prodott — B’mod ġenerali, għall-prodotti tad-daqs Standard, folja waħda A4 jew 8,5” × 11” stampata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija daqs immaġini waħda fil-minuta (ipm - image-per-minute). Jekk il-veloċitajiet massimi ddikjarati ikunu differenti meta jiġu prodotti l-immaġini fuq karta A4 jew 8,5” x 11”, għandha tintuża l-ogħla waħda.

Għall-magni tal-bolli, oġġett wieħed tal-posta pproċessat fil-minuta huwa ekwivalent għal oġġett wieħed tal-posta fil-minuta (mppm - mail-piece-per-minute).

Għall-prodotti tal-format Żgħir, folja waħda A6 jew 4” x 6” stampata/ikkopjata/skanjata fuq naħa waħda f’minuta hija ekwivalenti għal 0,25 ipm.

Għall-prodotti tal-format Kbir, folja waħda A2 hija ekwivalenti għal 4 ipm u folja waħda A0 hija ekwivalenti għal 16 ipm.

Għall-prodotti tal-forma kontinwa fil-kategorija tal-format Żgħir, tal-format Kbir jew tad-daqs Standard, il-veloċità tal-istampar f’ipm għandha tinkiseb mill-veloċità massima tal-produzzjoni tal-immaġini f’metri kull minuta illi tiġi kkwotata waqt il-bejgħ tal-prodott fis-suq, skont il-konverżjoni t’hawn taħt:

X ipm = 16 x [Il-wisa’ massima tal-medja (metri) x Veloċità massima tal-produzzjoni tal-immaġini (tul-metri/minuta)]

Fil-każijiet kollha, il-veloċità kkonvertita f’ipm għandha tkun imnaqqsa jew miżjuda sal-eqreb numru sħiħ (eż. 14,4 ipm jitnaqqas għal 14 ipm; 14,5 ipm jiżdied għal 15 ipm).

Għall-għanijiet tal-kwalifikazzjoni, il-manifattur għandu jirrapporta l-veloċità tal-prodott skont il-prijoritizzazzjoni tal-funzjonijiet deskritti fil-qosor hawn taħt:

Il-Veloċità tal-Istampar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni tal-istampar, f’liema każ,

Il-Veloċità tal-Ikkopjar, sakemm il-prodott ma jistax iwettaq il-funzjoni tal-istampar jew tal-ikkopjar, f’liema każ,

Il-Veloċità tal-Iskannjar.

38.

Approċċ tal-Konsum tal-Enerġija Tipiku (Typical Electricity Consumption - TEC) — Metodu tal-ittestjar u tat-tqabbil tar-rendiment tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini, li jiffoka fuq l-enerġija tipikament ikkonsmata minn prodott meta jaħdem b’mod normali matul żmien rappreżentattiv. Il-kriterju ewlieni tal-approċċ tat-TEC (Typical Electricity Consumption) għat-tagħmir tal-immaġini huwa valur għall-konsum tipiku tal-enerġija f’ġimgħa, imkejjel f’kilowatt-siegħat (kWh). It-tagħrif dettaljat jista’ jinsab fil-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku tal-Enerġija fit-Taqsima D.2.

B.   Il-Prodotti li Jikkwalifikaw

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR huma maħsuba biex ikopru tagħmir tal-immaġini personali, ta’ negozji u kummerċjali iżda mhux tagħmir industrijali (eż. prodotti konnessi direttament mal-provvista three-phase). L-unitajiet għandhom ikunu jistgħu jieħdu l-provvista minn plakka fil-ħajt jew minn konnessjoni ta’ dejta jew netwerk, bl-użu tal-provvisti ta’ vultaġġi nominali standard internazzjonali elenkati fit-Taqsima D4. Sabiex jikkwalifika bħala ENERGY STAR, tagħmir tal-immaġini għandu jkun definit fit-Taqsima A u jikkorrispondi ma’ waħda mid-deskrizzjonijiet ta’ prodott elenkati fit-Tabella 1 jew 2, hawn taħt.

Tabella 1

Prodotti li Jikkwalifikaw — Approċċ tat-TEC

It-tip ta’ Prodott

It-teknoloġija tal-Immarkar

Il-Format tad-Daqs

Il-Kapaċità tal-Kulur

Tabella TEC

Kopjaturi

Dirett Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 2

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1

Duplikaturi diġitali

Stensil

Standard

Kulur

TEC 2

Stensil

Standard

Monokromatika

TEC 1

Magni tal-Faks

Dirett Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1

Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (MFDs)

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Monokromatika

TEC 3

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Kulur

TEC 4

Dirett Termali

Standard

Monokromatika

TEC 3

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 4

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokromatika

TEC 3

EP

Standard

Monokromatika

TEC 3

EP

Standard

Kulur

TEC 4

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 4

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 4

Trasferiment Termali

Standard

Monokromatika

TEC 3

Printers

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Monokromatika

TEC 1

IJ ta’ Prestazzjoni Għolja

Standard

Kulur

TEC 2

Dirett Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Kulur

TEC 2

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Monokromatika

TEC 1

EP

Standard

Kulur

TEC 2

Linka Solida

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Kulur

TEC 2

Trasferiment Termali

Standard

Monokromatika

TEC 1


Tabella 2

Prodotti li Jikkwalifikaw — Approċċ ta’ Modalità Operazzjonali

It-tip ta’ Prodott

It-teknoloġija tal-Immarkar

Il-Format tad-Daqs

Il-Kapaċità tal-Kulur

Tabella OM

Kopjaturi

Dirett Termali

Kbir

Monokromatika

OM 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

EP

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

Linka Solida

Kbir

Kulur

OM 1

Trasferiment Termali

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

Magni tal-Faks

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Magni tal-posta

Dirett Termali

Mhux Applikabbli

Monokromatika

OM 4

EP

Mhux Applikabbli

Monokromatika

OM 4

Ink Jet

Mhux Applikabbli

Monokromatika

OM 4

Trasferiment Termali

Mhux Applikabbli

Monokromatika

OM 4

Tagħmir b’Funzjonijiet Varji (MFDs)

Dirett Termali

Mhux Applikabbli

Monokromatika

OM 1

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

EP

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Ink Jet

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 3

Linka Solida

Kbir

Kulur

OM 1

Trasferiment Termali

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 1

Printers

Dirett Termali

Kbir

Monokromatika

OM 8

Dirett Termali

Żgħir

Monokromatika

OM 5

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 8

Sublimazzjoni taż-Żebgħa

Żgħir

Kulur u Monokromatika

OM 5

EP

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 8

EP

Żgħir

Kulur

OM 5

Impatt

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 8

Impatt

Żgħir

Kulur u Monokromatika

OM 5

Impatt

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 6

Ink Jet

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 3

Ink Jet

Żgħir

Kulur u Monokromatika

OM 5

Ink Jet

Standard

Kulur u Monokromatika

OM 2

Linka Solida

Kbir

Kulur

OM 8

Linka Solida

Żgħir

Kulur

OM 5

Trasferiment Termali

Kbir

Kulur u Monokromatika

OM 8

Trasferiment Termali

Żgħir

Kulur u Monokromatika

OM 5

Skaners

Mhux Applikabbli

Kbir, Żgħir u Standard

Mhux Applikabbli

OM 7

C.   L-Ispeċifikazzjonijiet dwar l-uzu effiċjenti tal-enerġija għall-Prodotti li Jikkwalifikaw

Huma biss il-prodotti elenkati fit-Taqsima B hawn fuq li jilħqu l-kriterji li ġejjin, li jistgħu jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR. Id-dati effettivi jidhru fit-Taqsima F.

Prodotti Mibjugħa bi Provvista tal-Enerġija Esterna: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, it-tagħmir tal-immaġini mmanifatturati mill-1 ta’ Lulju 2009 li jużaw provvista tal-enerġija AC-AC jew AC-DC esterna b’vultaġġ uniku għandhom jużaw provvista tal-enerġija esterna kkwalifikata bħala ENERGY STAR, jew waħda li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Verżjoni 2.0 tal-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR għal Provvisti tal-Enerġija Esterni (EPS) meta ttestjati bil-metodu tal-ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjonijiet ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-provvisti tal-enerġija esterni AC-AC u AC-DC b’vultaġġ uniku jinsabu fuq www.energystar.gov/products.

Prodotti Disinjati biex Jaħdmu b’DFE tat-Tip 1: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, it-tagħmir tal-immaġini mmanifatturati mill-1 ta’ Lulju 2009 li jinbigħu b’DFE tat-Tip 1 għandhom jużaw DFE li jissodisfa r-Rekwiżiti tal-użu Effiċjenti tal-Enerġija ENERGY STAR għal DFE ta’ Tagħmir tal-Immaġini elenkati fit-Taqsima C.3.

Prodotti Disinjati biex Jaħdmu b’DFE tat-Tip 2: Sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet applikabbli għat-Tagħmir tal-Immaġini, għat-tagħmir tal-immaġini mmanifatturati mill-1 ta’ Lulju 2009 li jinbigħu b’DFE tat-Tip 2 il-manifatturi għandhom inaqqsu l-konsum tal-enerġija tad-DFE fil-Modalità Ready fil-każ ta’ prodotti TEC, jew jeskluduha meta jkejlu l-Modalitajiet Sleep u Standby għal prodotti OM. It-Taqsima C.1 tipprovdi aktar dettalji dwar l-aġġustament tal-valuri TEC għal DFEs ta’ prodotti TEC u t-Taqsima C.2 tipprovdi aktar dettalji għall-esklużjoni ta’ DFEs minn livelli ta’ Sleep u standby OM.

L-intenzjoni tal-EPA u tal-Kummissjoni Ewropea hi li, meta possibbli, l-konsum tal-enerġija assoċjat mad-DFE (tat-Tip 1 jew tat-Tip 2) għandu jiġi eskluż jew imnaqqas mill-enerġija TEC jew mill-kejl tal-konsum tal-enerġija OM.

Prodotti Mibjugħa b’Settijiet tal-Idejn Mingħajr wajers Addizzjonali: Biex jikkwalifikaw, il-magni tal-faks jew MFDs bil-kapaċità ta’ faks manifatturati mill-1 ta’ Lulju 2009 u li jinbigħu bis-settijiet tal-idejn mingħajr wajers addizzjonali għandhom jużaw settijiet tal-idejn li bi kwalifikazzjoni ENERGY STAR, jew sett li jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tat-Telefonija ENERGY STAR meta ttestjat bil-metodu tal-ENERGY STAR fid-data meta t-tagħmir tal-immaġini jiġi kkwalifikat bħala ENERGY STAR. L-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR u l-metodu tat-test għall-prodotti tat-telefonija jinsabu fuq www.energystar.gov/products.

Stampar fuq żewġ naħat: Il-kopjaturi tad-daqs Standard, l-MFDs, u l-printers li jużaw teknoloġiji tal-immarkar bħall-EP, SI, u IJ ta’ Prestazzjoni Għolja indirizzati mill-approċċ TEC fit-Taqsima C.1 għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti tal-istampar fuq żewġ naħat fuq bażi tal-veloċità monokromatika tal-prodott:

1.   Il-kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR – TEC.

Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, il-valur tat-TEC għat-tagħmir tal-immaġini elenkati fit-Taqsima B, Tabella 1, ta’ hawn fuq ma għandux ikun ogħla mil-limiti korrispondendenti ta’ hawn taħt:

Fil-każ ta’ tagħmir tal-immaġini b’DFE tat-Tip 2, il-konsum tal-enerġija tad-DFE, kalkolat kif bil-metodu tal-eżempju ta’ hawn taħt, għandu jiġi eskluż meta jsir paragun bejn il-valur imkejjel tat-TEC u l-limiti elenkati hawn taħt. Id-DFE m’għandux jaffettwa l-abbiltà tat-tagħmir tal-immaġini li jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet ta’ enerġija aktar baxxa tiegħu. Sabiex jiġi eskluż, id-DFE għandu jissodisfa d-definizzjoni fit-Taqsima A.32 u jkun unità separata tal-ipproċessar li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk.

Eżempju:Ir-riżultat TEC totali ta’ printer huwa 24,5 kWh/ġimgħa u d-DFE intern tiegħu jikkonsma 50 W fil-modalità Ready. 50 W × 168 siegħa/ġimgħa = 8,4 kWh/ġimgħa, li mbagħad jitnaqqas mill-valur TEC ittestjat: 24,5 kWh/ġimgħa — 8,4 kWh/ġimgħa = 16,1 kWh/ġimgħa. Wara, 16,1 kWh/ġimgħa jiġi pparagunat mal-limiti li ġejjin.

Nota: Fl-ekwazzjonijiet kollha li ġejjin, x = il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm).

Tabella TEC 1

Prodott(i): Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Faks, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono Stencil, Mono TT, IJ Mono ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 15

1 kWh

15 < x ≤ 40

(0,10 kWh/ipm)x – 0,5 kWh

40 < x ≤ 82

(0,35 kWh/ipm)x – 10,3 kWh

> 82

(0,70 kWh/ipm)x – 39,0 kWh


Tabella TEC 2

Prodott(i): Kopjaturi, Duplikaturi Diġitali, Magni tal-Faks, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, Stensil tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI, IJ tal-Kulur ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 32

(0,10 kWh/ipm)x + 2,8 kWh

32 < x ≤ 58

(0,35 kWh/ipm)x – 5,2 kWh

> 58

(0,70 kWh/ipm)x – 26 kWh


Tabella TEC 3

Prodott(i): MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, Mono DS, Mono EP, Mono TT, IJ Mono ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 10

1,5 kWh

10 < x ≤ 26

(0,10 kWh/ipm)x + 0,5 kWh

26 < x ≤ 68

(0,35 kWh/ipm)x – 6 kWh

> 68

(0,70 kWh/ipm)x – 30 kWh


Tabella TEC 4

Prodott(i): MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, EP tal-Kulur, SI, IJ tal-Kulur ta’ Prestazzjoni Għolja

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

TEC Massimu (kWh/ġimgħa)

≤ 26

(0,10 kWh/ipm)x + 3.5 kWh

26 < x ≤ 62

(0,35 kWh/ipm)x – 3.0 kWh

> 62

(0,70 kWh/ipm)x – 25.0 kWh

2.   Il-kriterji tal-Eliġibbiltà ENERGY STAR – OM.

Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, il-valuri tal-konsum tal-enerġija għat-tagħmir tal-immaġini elenkati fit-Taqsima C, Tabella 2, ta’ hawn fuq ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti korrispondendenti ta’ hawn taħt: Għall-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżit tal-enerġija tal-modalità Sleep fil-modalità Ready, l-ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri tal-enerġija ma huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq il-limitu Sleep. Barra minn dan, għall-prodotti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-enerġija Standby fil-modalità Ready jew fil-modalità Sleep, ma huwa meħtieġ ebda tnaqqis awtomatiku ulterjuri tal-enerġija sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR.

Għat-tagħmir tal-immaġini li għandhom DFE funzjonalment integrat li jiddependi fuq it-tagħmir tal-immaġini għall-enerġija tiegħu, il-konsum tal-enerġija tad-DFE għandu jiġi eskluż meta jitqabbel il-konsum tal-enerġija tat-tagħmir imkejjel fil-Modalità Sleep mal-limiti ta’ hawn taħt għall-magna tal-immarkar kombinata u għall-aġent li jżid il-funzjonijiet u meta jitqabbel il-livell imkejjel fil-modalità Standby mal-limiti Standby ta’ hawn taħt. Id-DFE m’għandux jaffettwa l-abbiltà tat-tagħmir tal-immaġini li jidħol jew joħroġ mill-modalitajiet ta’ enerġija aktar baxxa tiegħu. Sabiex jiġi eskluż, id-DFE għandu jissodisfa d-definizzjoni fit-Taqsima A.32 u jkun unità separata tal-ipproċessar li tkun kapaċi tattiva permezz tan-netwerk.

Ir-Rekwiżiti tal-Ħin tad-Dewmien Default: Biex jikkwalifikaw għal ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jissodisfaw is-settings tal-ħin tad-dewmien default provduti fit-Tabelli A sa C hawn taħt għal kull tip ta’ prodott, li jkun ffaċilitat għall-konsenja tal-prodott. Barra minn dan, il-prodotti OM kollha għandhom ikunu kkonsenjati bil-ħin massimu tad-dewmien tal-magna mhux aktar minn erba’ sigħat, li jista’ jiġi aġġustat mill-manifattur biss. Dan il-ħin massimu tad-dewmien tal-magna ma jistax ikun influwenzat mill-utent u tipikament ma jistax ikun modifikat mingħajr manipolazzjoni interna u invażiva tal-prodott. Is-settings tal-ħin tad-dewmien default provduti fit-Tabelli a sa C jistgħu jkunu aġġustabbli mill-utent.

Tabella A

Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Prodotti OM tal-Format Żgħir u tad-Daqs Standard, Ħlief Magni tal-Posta (f’Minuti)

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

Magni tal-Faks

MFDs

Printers

Skaners

0 – 10

5

15

5

15

11 – 20

5

30

15

15

21 – 30

5

60

30

15

31 – 50

5

60

60

15

51 +

5

60

60

15


Tabella B

Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Prodotti OM tal-Format Kbir, Ħlief Magni tal-Postar (f’Minuti)

Il-Veloċità Monokromatika tal-Prodott (ipm)

Kopjaturi

MFDs

Kopjaturi

Skaners

0 – 10

30

30

30

15

11 – 20

30

30

30

15

21 – 30

30

30

30

15

31 – 50

60

60

60

15

51 +

60

60

60

15


Tabella C

Il-Ħinijiet tad-Dewmien Default Massimi għal Sleep għal Magni tal-Posta, (f’Minuti)

Il-Veloċità tal-Prodott

(mppm)

Magni tal-posta

0 – 50

20

51 – 100

30

101 – 150

40

151 +

60

Ir-Rekwiżiti għal Standby: Biex jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR, il-prodotti OM għandhom jissodisfaw il-limitu tal-konsum ta’ enerġija fil-modalità Standby kif jidher fit-Tabella D ta’ hawn taħt għal kull tip ta’ prodott.

Tabella D

Il-Livell Massimu tal-konsum ta’ Enerġija fil-Modalità Standby għall-Prodotti OM (f’Watts)

Tip ta’ Prodott

Standby (W)

Il-Prodotti OM kollha

1

Il-kriterji tal-eliġibbiltà fit-Tabelli OM 1 sa 8 hawn taħt jindirizzaw il-magna tal-immarkar tal-prodott. Ladarba l-prodotti huma mistennija li jiġu kkonsenjati b’funzjoni waħda jew aktar apparti l-magna bażika tal-immarkar, it-tolleranzi korrispondenti ta’ hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-kriterji tal-magna tal-immarkar għall-modalità Sleep. Il-valur totali għall-prodott bażi u l-“aġenti li jżidu l-funzjonijiet” għandu jintuża biex tiġi ddeterminata l-eliġibbiltà. Il-manifatturi jistgħu japplikaw sa mhux aktar minn tliet aġenti li jżidu l-funzjonijiet primarji għal kull mudell ta’ prodott, iżda jistgħu japplikaw aġenti sekondarji li jżidu l-funzjonijiet daqs kemm ikun hemm preżenti (u fejn hemm aktar minn tliet aġenti primarji dawn ikunu inklużi bħala aġenti Sekondarji). Eżempju ta’ dan il-metodu huwa provdut hawn taħt:

Eżempju:: Ikkonsidra printer IJ ta’ daqs standard b’konnessjoni USB 2.0 u konnessjoni ta’ karta tal-memorja. Jekk wieħed jassumi li l-konnessjoni USB hija l-interface ewlenija użata waqt it-test, il-mudell tal-printer jirċievi tolleranza tal-aġent li jżid il-funzjonijiet ta’ 0,5 W għall-USB u 0,1 għal-qarrej tal-karta tal-memorja, għal total ta’ 0,6 W ta’ toleranzi tal-aġent li jżid il-funzjonijiet. Ladarba t-Tabella OM 2 tissettja limitu ta’ 1,4 W għall-magna tal-immarkar fil-modalità Sleep, biex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR, il-manifattur jgħodd il-limitu għall-magna tal-immarkar fil-modalità Sleep mat-tolleranzi applikabbli tal-aġent li jżid il-funzjonijiet biex jiddetermina l-konsum massimu tal-enerġija permess biex il-prodott bażi jikkwalifika: 1,4 W + 0,6 W. Jekk il-konsum tal-enerġija tal-printer fil-modalità Sleep huwa mkejjel bħala 2 W jew inqas, il-printer jissodisfa l-limitu Sleep tal-ENERGY STAR.

Tabella 3

Il-Prodotti li Jikkwalifikaw — Aġenti li Jżidu l-Funzjonijiet OM

Tip

Dettalji

Tolleranzi tal-Aġent li Jżid il-Funzjonijiet (W)

Primarju

Sekondarju

Interfaces

A.

Bil-Fili < 20 MHz

0,3

0,2

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment < 20 MHz. Jinkludi USB 1.x, IEEE488, IEEE 1284/Parallel/Centronics, RS232, u/jew modem tal-faks.

B.

Bil-Fili ≥ 20 MHz u < 500 MHz

0,5

0,2

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 20 MHz u < 500 MHz. Jinkludi USB 2.x, IEEE 1394/FireWire/i. LINK, u 100Mb Ethernet.

C.

Bil-Fili ≥ 500 MHz

1,5

0,5

Port fiżiku ta’ konnessjoni ta’ data jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li għandu kapaċità ta’ rata ta’ trasferiment ≥ 500 MHz. Jinkludi 1G Ethernet.

D.

Mingħajr wajers

3

0,7

Interface ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa ddisinjat biex jittrasferixxi d-dejta permezz ta’ mezzi ta’ frekwenza tar-radju mingħajr wajers. Jinkludu l-Bluetooth u 802.11.

E.

Kard/kamera/ħżin bil-wajer

0,5

0,1

Port fiżiku tal-konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa disinjat biex jippermetti l-konnessjoni ta’ tagħmir estern, bħall-qarrejja tal-karti tal-memorja flash/karti smart - u l-interfaces tal-kamera (inkluż PictBridge).

G.

Infrared

0,2

0,2

Interface ta’ konnessjoni ta’ dejta jew ta’ netwerk preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini li huwa ddisinjat biex jittrasferixxi d-dejta permezz tat-teknoloġija infrared. Jinkludi IrDA.

Oħrajn

Ħżin

0,2

Id-drives interni tal-ħżin preżenti fuq it-tagħmir tal-immaġini. Jinkludi d-drives interni biss (eż., disk drives, DVD drives, Zip drives), u japplika għal kull drive separata. Dan l-aġent li jżid ma jkoprix interfaces mad-drives esterni (eż., SCSI) jew memorja interna.

Skaners b’lampi CCFL jew b’lampi mhux CCFL

0,5

Il-preżenza ta’ skaner li juża t-teknoloġija tal-Cold Cathode Fluorescent Lamp (CCFL) jew teknoloġija differenti minn dik tal-CCFL, bħal teknolġiji tal-Light-Emitting Diode (LED), Halogen, Hot-Cathode Fluorescent Tube (HCFT), Xenon, jew Tubular Fluorescent (TL). Dan l-aġent li jzid huwa applikat darba biss, irrispettivament mid-daqs tal-lampa jew l-għadd ta’ lampi/bozoz li jintuża.

Sistema bbażata fuq il-PC (ma tistax tistampa/tikkopja/tiskanja mingħajr l-użu ta’ riżorsi sinifikanti tal-PC)

–0,5

Dan l-aġent li jżid japplika għall-prodotti tal-immaġini li jiddependu fuq kompjuter estern għal riżorsi sinifikanti, bħall-ipproċessar tal-memorja u tad-dejta, biex iwettqu l-funzjonijiet bażiċi komunament imwettqa minn prodotti tal-immaġini, bħal rendering tal-paġna. Dan l-aġent li jżid ma japplikax għal prodotti li sempliċement jużaw kompjuter bħala sors jew destinazzjoni għad-dejta tal-immaġini.

Settijiet tal-idejn mingħajr wajers

0,8

Il-kapaċità ta’ tagħmir tal-immaġini li jikkomunika mas-settijiet tal-idejn mingħajr wajers. Dan l-aġent li jżid huwa applikat darba biss, irrispettivament min-numru ta’ settijiet tal-idejn mingħajr wajers li l-prodott huwa ddisinjat għalihom. Dan l-aġent li jżid ma jindirizzax ir-rekwiżiti tal-enerġija tas-settijiet tal-idejn mingħajr wajers stess.

Il-memorja

1 W għal kull 1 GB

I-kapaċità interna disponibbli fit-tagħmir tal-immaġini biex jaħżen id-dejta. Dan l-aġent li jżid japplika għall-volumi kollha tal-memorja interna u għandu jkun skalat f’dan is-sens. Pereżempju, unità b’memorja ta’ 2,5 GB tingħata tolleranza ta’ 2,5 W filwaqt li unità ta’ 0,5 GB tingħata tolleranza ta’ 0,5 W.

Daqs tal-Provvista tal-Enerġija (PS - Power-supply) fuq bażi tar-rata tal-output tal-PS (OR – Output Rating)

Nota:: Dan l-aġent li jżid japplika BISS għal prodotti li jaqgħu taħt it-Tabelli OM 2 u 6.

Għal PSOR > 10 W,

0,02 x (PSOR — 10 W)

Dan l-aġent li jżid japplika biss għal tagħmir tal-immaġini li jaqgħu taħt it-Tabelli OM 2 u 6. Din it-tolleranza hija kalkolata mill-output nominali tad-DC tal-provvista tal-enerġija interna jew esterna kif speċifikat mill-manifattur tal-provvista tal-enerġija. (Mhijiex kwantità mkejla). Pereżemju, unità li tkun ratata biex tipprovdi sa 3 A bi 12 V għandha PSOR ta’ 36 W u tingħata tolleranza ta’ 0,02 x (36-10) = 0,02 x 26 = 0,52 W għall-provvista tal-enerġija. Fil-każ ta’ provvisti li jipprovdu aktar minn vultaġġ wieħed, jintuża t-total tal-enerġija mill-vultaġġi kollha, sakemm l-ispeċifikazzjonijiet ma jindikawx li l-limitu nominali huwa aktar baxx minn dan. Pereżempju, provvista li tista’ tagħti output ta’ 3 A b’ 24 V u 1,5 A b’ 5 V għandha PSOR totali ta’ (3 x 24) + (1,5 x 5) = 79,5 W, u tolleranza ta’ 1,39 W.

Għat-tolleranzi tal-aġenti li jżidu l-funzjonijiet murija fit-Tabella 3 ta’ hawn fuq, isiru distinzjonijiet bejn it-tipi “Primarji” u “Sekondarji” ta’ aġenti li jżidu l-funzjonijiet. Dawn id-denominazzjonijiet jirreferu għall-istat li l-interface huwa meħtieġ jibqa’ fih meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Sleep. Il-konnessjonijiet li jibqgħu attivi matul il-proċedura tat-test tal-OM meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Sleep huma definiti bħala primarji, filwaqt li l-konnessjonijiet li jistgħu jkunu inattivi meta t-tagħmir tal-immaġini ikun fil-modalità Sleep huma definiti bħala sekondarji. Tipikament, il-parti l-kbira tal-aġenti li jżidu l-funzjonijiet huma tat-tip sekondarju.

Il-manifatturi għandhom iqisu biss it-tipi ta’ aġenti li jzidu li huma disponibbli fuq prodott fil-konfigurazzjoni tiegħu kif ikkonsenjat. L-għażliet disponibbli għall-konsumaturi wara li l-prodott jiġi kkonsenjat jew l-interfaces preżenti fuq id-digital front-end (DFE) tal-prodott li jieħu l-enerġija esternament m’għandhomx jitqiesu meta jiġu applikati t-tolleranzi għat-tagħmir tal-immaġini.

Fil-każ ta’ prodotti b’aktar minn interface wieħed, dawn l-interfaces għandhom jitqiesu bħala uniċi u separati. Madankollu, l-interfaces li jwettqu bosta funzjonijiet għandhom jitqiesu darba biss. Pereżempju, konnessjoni tal-USB li topera bħala 1.x kif ukoll bħala 2.x tista’ titqies darba biss u tingħata tolleranza waħda. Meta interface partikolari tista’ taqa’ taħt aktar minn tip wieħed ta’ interface skont it-Tabella 3 ta’ hawn fuq, il-manifattur għandu jagħżel dik il-funzjoni li l-interface hija primarjament maħsuba li twettaq meta tkun qed tiġi ddeterminata t-tolleranza xierqa tal-aġent li jżid. Pereżempju, konnessjoni tal-USB fuq quddiem tat-tagħmir tal-immaġini li titqiegħed fis-suq bħala PictBridge jew “interface tal-kamera” fid-dokumentazzjoni tal-prodott għandha titqies bħala interface tat-Tip E minflok tat-Tip B. Bl-istess mod, slot tal-qarrej tal-karta tal-memorja li jaqbel ma’ diversi formati jista’ jitqies darba biss. Barra minn hekk, sistema li tieħu aktar minn tip wieħed ta’ 802.11 tista’ titqies biss bħala interface wieħed mingħajr wajers.

Tabella OM 1

Prodott(i): Kopjaturi, MFDs

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

30


Tabella OM 2

Prodott(i): Magni tal-Faks, MFDs, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

1,4


Tabella OM 3

Prodott(i): MFDs, Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: IJ tal-Kulur, IJ Mono

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

15


Tabella OM 4

Prodott(i): Magni tal-posta

Il-Format(i) tad-Daqs: Mhux Applikabbli

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DT, EP Mono, IJ Mono, TT Mono

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

7


Tabella OM 5

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Zgħir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, DT, IJ tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DS Mono, EP Mono, IJ Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

9


Tabella OM 6

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: Impatt tal-Kulur, Impatt Mono

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

4,6


Tabella OM 7

Prodott(i): Skaners

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir, Format Zgħir, Daqs Standard

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: Mhux Applikabbli

 

Sleep (W)

Magna tal-Iskannjar

4,3


Tabella OM 8

Prodott(i): Printers

Il-Format(i) tad-Daqs: Format Kbir

It-Teknoloġiji tal-Immarkar: DS tal-Kulur, Impatt tal-Kulur, TT tal-Kulur, DT, DS Mono, EP Mono, Impatt Mono, TT Mono, EP tal-Kulur, SI

 

Sleep (W)

Magna tal-Immarkar

14

3.   Rekwiżiti tal-effiċjenza għal tagħmir DFE

Dawn ir-rekwiżiti tal-effiċjenza huma applikabbli għal tagħmir DFE kif definiti fit-Taqsima A ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet.

Rekwiżiti tal-Effiċjenza għal Provvisti tal-Enerġija

DFE tat-Tip 1 li juża Provvista tal-Enerġija Interna AC-DC: DFE li jingħata l-enerġija DC mis-sors tal-enerġija AC-DC intern tiegħu stess għandu jissodisfa dan ir-rekwiżit tal-effiċjenza għal provvisti tal-enerġija li ġej: 80 % effiċjenza minima b’20 %, 50 %, u 100 % tal-output nominali u Fattur ta’ Kurrent (Power Factor) > 0,9 b’output nominali ta’ 100 %.

DFE tat-Tip 1 li juża Provvista tal-Enerġija Esterna: DFE li jingħata l-enerġija DC mis-sors tal-enerġija estern tiegħu stess (kif definit mill-ENERGY STAR V2.0 Programme Requirements for Single Voltage AC-AC and AC-DC External Power Supplies) għandu jkollu kwalifika ENERGY STAR jew jissodisfa l-livelli ta’ effiċjenza għal modalità ta’ mingħajr tagħbija u għall-modalità attiva kif speċifikati fl-ENERGY STAR V2.0 Programme Requirements for Single Voltage AC-AC and AC-DC External Power Supplies. L-ispeċifikazzjoni ENERGY STAR u l-lista ta’ prodotti kwalifikati tinsab fuq: www.energystar.gov/powersupplies.

Proċeduri tal-Ittestjar

Il-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR.

Fit-twettiq ta’ dawn it-testijiet, l-imsieħeb jaqbel li juża l-proċeduri tal-ittestjar applikabbli mogħtija fit-Tabella 4, hawn taħt.

Ir-riżultati tal-ittestjar għall-prodotti li jikkwalifikaw għandhom jiġu rrappurtati lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont kif ikun xieraq.

Ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

Il-Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli jkunu se jinbigħu u se jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. L-EPA u l-Pajjiżi Mseħbin ENERGY STAR tagħha qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet tal-ittestjar. Għal dettalji dwar il-kombinazzjonijiet internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza għal kull suq, jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima D.4.

Għal prodotti li jinbigħu bħala ENERGY STAR fi swieq internazzjonali varji u li għalhekk jiġu rratati b’vultaġġi input multipli, il-manifattur għandu jittestja l-konsum ta’ enerġija meħtieġ jew il-valuri tal-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta’ vultaġġ/frekwenza u jirrapportahom. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kombinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., 115Volts/60Hz), f’dan il-każ ikun jista’ jiġi kkwalifikat u promoss bħala ENERGY STAR f’dawk ir-reġjuni biss li għandhom il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., l-Amerika ta’ Fuq u t-Tajwan).

Tabella 4

Proċeduri ta’ Ttestjar għal DFE tat-Tip 1

Rekwiżit tal-Ispeċifikazzjoni

Protokoll tat-Test

Sors

Effiċjenza tal-Provvista tal-Enerġija

Provvista tal-Enerġija Interna (IPS)

IPS: http://efficientpowersupplies.epri.com/

Test ENERGY STAR Provvista tal-Enerġija Esterna (EPS)

EPS: www.energystar.gov/powersupplies/

D.   Linji Gwida għall-Ittestjar

L-istruzzjonijiet speċifiċi biex jiġi ttestjat l-użu effiċjenti tal-enerġija tat-tagħmir tal-immaġini huma deskritti fi tliet taqsimiet separati hawn taħt, bit-titolu:

Il-Proċedura tat-Test għall-Konsum Tipiku tal-Elettriku;

Il-Proċedura tat-Test għall-Modalità Operazzjonali; u

Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test għat-Tagħmir tal-Immaġini ENERGY STAR.

Ir-riżultati tat-test prodotti minn dawn il-proċeduri għandhom jintużaw bħala l-bażi primarja biex tiġi ddeterminata l-kwalifikazzjoni għall-ENERGY STAR.

Il-manifatturi huma meħtieġa jwettqu testijiet u jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jilħqu l-linji gwida tal-ENERGY STAR. Il-familji ta’ mudelli tat-tagħmir tal-immaġini li huma mibnija fuq l-istess qafas u li huma identiċi f’kull aspett ħlief għall-kaxxa u l-kulur jistgħu jiġu kkwalifikati permezz tas-sottomissjoni tad-dejta tat-test għal mudell wieħed rappreżentattiv. Bl-istess mod, il-mudelli li jibqgħu l-istess jew li jvarjaw biss fl-aspett estern minn dawk mibjugħin fis-sena ta’ qabel jistgħu jibqgħu kwalifikati mingħajr is-sottomissjoni ta’ dejta tat-test ġdida, jekk l-ispeċifikazzjoni tibqa’ l-istess.

Jekk mudell ta’ prodott jiġi offrut fis-suq f’bosta konfigurazzjonijiet bħala familja jew serje ta’ prodotti, l-imsieħeb jista’ jittestja u jirrapporta l-ogħla konfigurazzjoni disponibbli fil-familja, miflok kull mudell individwali. Meta jissottomettu familji ta’ mudelli, il-manifatturi għandhom jibqgħu jinżammu responsabbli għal kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ effiċjenza dwar it-tagħmir tal-immaġini tagħhom, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma kinitx irrapportata d-dejta.

Eżempju: Il-Mudelli A u B huma identiċi, ħlief li l-mudell A jiġi kkonsenjat b’interface tal-wajers > 500 MHz, u l-mudell B jiġi kkonsenjat b’interface tal-wajers < 500 MHz. Jekk il-mudell A huwa ttestjat u jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR, allura l-imsieħeb jista’ jirrapporta d-dejta tat-test għall-mudell A biss, u jkun qed jirrappreżenta kemm il-mudell A kif ukoll il-mudell B.

Jekk l-enerġija elettrika ta’ prodott tiġi mill-mejn, USB, IEEE1394, Power-over-Ethernet, sistema tat-telefon, jew kwalunkwe mezz jew kombinazzjoni ta’ mezzi oħra, l-enerġija elettrika AC netta kkonsmata mill-prodott (filwaqt li jitqies it-telf tal-konverżjoni minn AC għal DC, kif speċifikat fil-proċedura tat-test tal-OM) għandha tintuża għall-kwalifikazzjoni.

1.   Ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ittestjar u tar-rapportar huma mogħtija hawn taħt.

Numru ta’ Unitajiet Meħtieġa għat-Test

It-Test għandu jsir mill-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu fuq unità waħda ta’ mudell.

(a)

Għall-prodotti elenkati fit-Taqsima B, Tabella 1 ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, jekk l-unità inizjali ttestjata tikseb riżultati tat-test tat-TEC li jilħqu l-kriterji tal-eliġibbiltà iżda huma sa 10 % tal-limitu, għandha wkoll tiġi ttestjata unità addizzjonali waħda tal-istess mudell. Il-manifatturi għandhom jirraportaw il-valuri għaż-żewġ unitajiet. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, iż-żewġ unitajiet għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

(b)

Għall-prodotti elenkati fit-Taqsima B, Tabella 2, ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet, jekk l-unità inizjali ttestjata tikseb riżultati tat-test tal-OM li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà iżda huma sa 15 % tal-limiti fi kwalunkwe mill-modalitajiet ta’ operazzjoni speċifikati għal dak it-tip ta’ prodott, allura għandhom jiġu ttestjati żewġ unitajiet oħra. Biex jikkwalifikaw bħala ENERGY STAR, it-tliet unitajiet kollha għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR.

Il-preżentazzjoni ta’ Dejta tal-Prodott Ikkwalifikat lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq.

L-imsieħba huma obbligati jiċċertifikaw huma stess dawk il-mudelli tal-prodotti li jissodisfaw il-linji gwida tal-ENERGY STAR u jirrappurtaw l-informazzjoni lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq. L-informazzjoni li għandha tiġi rrappurtata għall-prodotti għandha tiġi deskritta fil-qosor wara l-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet finali. Barra minn hekk, l-imsieħba għandhom jippreżentaw lill-EPA jew lill-Kummissjoni Ewropea, skont ma jkun xieraq, siltiet mid-dokumentazzjoni tal-prodott li jispjegaw lill-konsumaturi s-settings rakkomandati tal-ħinijiet default ta’ dewmien għall-ġestjoni tal-konsum tal-enerġija. L-intenzjoni ta’ dan ir-rekwiżit huwa li jixhed il-fatt li l-prodotti qed jiġu ttestjati kif ittrasportati u rrakkomandati għall-użu.

Mudelli li Kapaċi Joperaw b’Kombinazzjonijiet Multipli ta’ Vultaġġ/Frekwenza

Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq il-bażi tas-suq/swieq fejn il-mudelli jkunu se jinbigħu u se jiġu promossi bħala prodotti kwalifikati ENERGY STAR. EPA, il-Kummissjoni Ewropea u l-Pajjiżi Mseħbin tal-ENERGY STAR tagħhom qablu dwar tabella bi tliet kombinazzjonijiet ta’ vultaġġ/frekwenza għall-finijiet tal-ittestjar. Jekk jogħġbok irreferi għall-Kundizzjonijiet tat-Test għat-Tagħmir tal-Immaġini għal dettalji dwar qisien internazzjonali ta’ vultaġġ/frekwenza u tal-karti għal kull suq.

Għal prodotti li jinbigħu bħala ENERGY STAR fi swieq internazzjonali varji u li għalhekk jingħataw rata b’vultaġġi input multipli, il-manifattur għandu jittestja l-konsum ta’ enerġija meħtieġ jew il-valuri tal-effiċjenza fil-kombinazzjonijiet kollha rilevanti ta’ vultaġġ/frekwenza u jirrapportahom. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel, jissodisfa l-ispeċifikazzjoni, u jirrapporta l-valuri tat-test kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz sabiex jikkwalifika l-mudell bħala ENERGY STAR fiż-żewġt iswieq. Jekk mudell jikkwalifika bħala ENERGY STAR f’kombinazzjoni waħda biss ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., 115 Volts/60 Hz), f’dan il-każ ikun jista’ jiġi kkwalifikat u promoss bħala ENERGY STAR f’dawk ir-reġjuni biss li għandhom il-kombinazzjoni ttestjata ta’ vultaġġ/frekwenza (eż., l-Amerika ta’ Fuq u t-Tajwan).

2.   Il-Proċedura tat-Test tal-Konsum Tipiku tal-Elettriku (TEC)

(a)   Tipi ta’ Prodotti Koperti: Il-Proċedura tat-Test tat-TEC tapplika biex jitkejlu l-prodotti tad-daqs Standard kif definiti fit-Tabella 1 tat-Taqsima B.

(b)   Il-Parametri tat-Test

Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintużaw meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC. Din it-taqsima ma tkoprix il-kondizzjonijiet tat-test, li huma deskritti fil-qosor fit-Taqsima D.4, hawn taħt.

L-ittestjar bis-Simplex

Il-prodotti għandhom ikunu ttestjati fil-modalità simplex. L-oriġinali li ser jiġu kkopjati għandhom ikunu immaġini simplex.

L-immaġini tat-test

L-immaġini tat-test hija d-Disinn tat-Test A mill-istandard ISO/IEC 10561:1999. Għandha tkun riprodotta f’daqs ta’ 10 punti bit-tipa Courier ta’ wisa’ fissa (jew l-eqreb ekwivalenti); Il-karattri speċifiċi għall-Ġermaniż m’għandhomx għalfejn ikunu riprodotti jekk il-prodott ma jkunx kapaċi jagħmilhom. L-immaġini għandha tkun riprodotta fuq folja tal-karta 8.5” × 11” jew A4, kif xieraq għas-suq intenzjonat. Għall-printers u l-MFDs li jistgħu jinterpretaw lingwa li tiddeskrivi l-paġna (PDL- page description language) (eż., PCL, Postscript), l-immaġini għandhom jintbagħtu lill-prodott f’PDL.

L-ittestjar monokromatiku

Il-prodotti li kapaċi jieħdu l-kulur għandhom jiġu ttestjati b’immaġini monokromatiċi sakemm ma jkunux inkapaċi li jagħmlu dan.

It-tifi awtomatiku u l-Abilitazzjoni tan-Netwerk

Il-prodott għandu jkun konfigurat bl-istess mod li ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħalma huma l-ħinijiet tad-dewmien default għall-ġestjoni tal-enerġija u r-riżoluzzjoni (ħlief kif speċifikat hawn taħt). L-informazzjoni kollha li tiġi mingħand il-manifattur dwar il-ħinijet tad-dewmien default rakkomandati għandha tkun konsistenti mal-konfigurazzjoni kif ser jiġi kkonsenjat, inklużi dawk fil-manwali tal-operat, fuq il-paġni tal-Web, u dik ipprovduta mill-persunal tal-istallazzjoni. Jekk printer, duplikatur diġitali jew MFD li għandu kapaċità li jistampa, jew magna tal-faks ikollhom kapaċità li jintfew waħedhom u din tiġi ffaċilitata meta l-prodott ikun ser jiġi kkonsenjat, din għandha tkun mitfija qabel it-test. Il-printers u l-MFDs li jistgħu jiġu konnessi man-netwerk meta kkonsenjati (2) għandhom ikunu konnnessi ma’ netwerk. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk (jew konnessjoni oħra tad-dejta jekk il-prodott ma jistax ikun konness ma’ netwerk) issir kif jagħżel il-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat. Ix-xogħol tal-istampar għat-test jistgħu jintbagħtu minn fuq konnessjonijiet li mhumiex tat-tip netwerk (eż., USB), anki fuq dawk l-unitajiet li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk.

Il-Konfigurazzjoni tal-Prodott

Is-sors tal-karta u l-hardware estern għandhom ikunu preżenti u konfigurati bl-istess mod li ser jiġu kkonsenjati u rrakkomandati għall-użu; madankollu, l-użu tagħhom fit-test huwa skont id-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., jista’ jintuża kwalunkwe sors tal-karti). Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jiġu mitfija jekk huma kontrollabbli mill-utent. Kwalunkwe hardware li huwa parti mill-mudell u maħsub li jkun istallat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun istallat qabel isir dan it-test.

Duplikaturi Diġitali

Id-duplikaturi diġitali għandhom ikunu ssettjati u wżati skont id-disinn u l-kapaċitajiet tagħhom. Pereżempju, kull biċċa xogħol għandha tinkludi biss immaġini waħda oriġinali. Id-duplikaturi għandhom ikunu ttestjati bil-veloċità massima dikjarata, li hija wkoll il-veloċità li għandha tintuża biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-biċċa xogħol biex isir it-test, mhux il-veloċità default kif ser jiġi kkonsenjat, jekk dawn ikunu differenti. Id-duplikaturi diġitali għandhom fl-aspetti l-oħrajn jiġu ttrattati bħala printers, kopjaturi jew MFDs, skont il-kapaċitajiet tagħhom meta ser jiġu kkonsenjati.

(c)   L-Istruttura tal-Biċċa Xogħol

Din it-taqsima tiddeskrivi kif jiġi ddeterminat in-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandhom jintużaw meta jitkejjel prodott taħt il-proċedura tat-test tat-TEC, u x-xogħlijiet fil-jum għall-kalkolu tat-TEC.

Għall-għanijiet ta’ din il-proċedura ta’ ttestjar, il-veloċità tal-prodott li tintuża biex jiġi ddeterminat id-daqs tal-biċċa xogħol għat-test għandha tkun il-veloċità massima simplex li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromatiċi fuq karta ta’ daqs standard (8,5” × 11” jew A4), miżjuda jew imnaqqsa sal-eqreb numru sħiħ. Din il-veloċità tintuża wkoll għall-għanijiet tar-rapportar bħala l-Veloċità tal-Prodott tal-mudell. Il-veloċità default tal-prodott, li għandha tintuża fl-ittestjar attwali, ma titkejjilx u tista’ tkun differenti mill-veloċità massima dikjarata minħabba fatturi bħalma huma s-settings għar-riżoluzzjoni, il-kwalità tal-immaġini, il-modalitajiet tal-istampar, il-ħin tal-iskannjar ta’ dokument, id-daqs u l-istruttura tal-biċċa xogħol, u d-daqs u l-piż tal-karta.

Il-magni tal-faks għandhom dejjem jiġu ttestjati b’immaġini waħda għal kull biċċa xogħol. In-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol li għandu jintuża għall-prodotti kollha l-oħrajn tal-IE għandu jiġi kkalkolat skont dawn it-tliet passi li ġejjin. Għall-konvenjenza, it-Tabella 8 tipprovdi l-immaġini riżultanti għall-komputazzjoni ta’ kull biċċa xogħol għal kull Veloċità tal-Prodott integrali sa 100 immaġini fil-minuta (ipm).

(i)

Ikkalkula n-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum. In-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum ivarja skont il-Veloċità tal-Prodott:

Għal unitajiet b’veloċità ta’ tmien ipm jew inqas, uża tmien biċċiet xogħol fil-jum

Għal unitajiet b’veloċità bejn tmien u 32 ipm, in-numru ta’ biċċiet xogħol fil-jum huwa daqs il-veloċità. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm tuża 14 biċċiet xogħol fil-jum.

Għal unitajiet b’veloċità ta’ 32 ipm u aktar, uża 32 biċċiet xogħol fil-jum.

(ii)

Ikkalkula l-ammont nominali ta’ immaġini fil-jum (3) mit-Tabella 5. Pereżempju, unità ta’ 14 ipm tuża 0,50 × 142, jew 98 immaġini fil-jum.

Tabella 5

Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol tat-Tagħmir tal-Immaġini

Tip ta’ prodott

Ir-rata li għandha tintuża

Formula (immaġini fil-jum)

Monokromatiku (ħlief faks)

Veloċità monokromatika

0,50 × ipm2

Kulur (ħlief faks)

Veloċità monokromatika

0,50 × ipm2

(iii)

Ikkalkula n-numru ta’ immaġini għal kull biċċa xogħol billi tiddividi n-numru ta’ immaġini fil-jum bin-numru ta’ biċċiet ta’ xogħol fil-jum. Naqqas il-figura sal-eqreb numru sħiħ. Pereżempju, figura ta’ 15,8 għandha tiġi rrapportata bħala 15-il immaġini għal kull biċċa xogħol, minflok 16-il immaġini għal kull biċċa xogħol.

Għal kopjaturi ta’ inqas minn 20 ipm, għandu jkun hemm oriġinali waħda għal kull immaġini meħtieġa. Għal biċċiet xogħol b’għadd kbir ta’ immaġini, bħal dawk għal magni li għandhom aktar minn 20 ipm, jista’ ma jkunx possibbli li jitqabbel in-numru ta’ immaġini meħtieġa, b’mod partikolari meta jkun hemm limiti fuq il-kapaċità tal-apparati li jdaħħlu d-dokumenti. Għalhekk, il-kopjaturi ta’ 20 ipm u aktar jistgħu jagħmlu bosta kopji tal-istess oriġinali, kemm-il darba n-numru ta’ oriġinali jkun għall-inqas għaxra. Dan jista’ jirriżulta f’li jkun hemm aktar immaġini magħmula milli meħtieġ. Bħala eżempju, għal unità ta’ 50 ipm li teħtieġ 39 immaġini għal kull biċċa xogħol, it-test jista’ jsir b’erba’ kopji ta’ għaxar oriġinali jew tliet kopji ta’ 13-il oriġinali.

(d)   Il-Proċeduri tal-Kejl

Biex jitkejjel il-ħin, huwa biżżejjed stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Il-figuri kollha tal-enerġija għandhom jiġu rrekordjati bħala watt-hours (Wh). Il-ħin kollu għandu jiġi rrekordjat f’sekondi jew minuti. Ir-referenzi “qiegħed il-miter fuq żero” huma għall-qari “Wh” tal-miter. It-Tabelli 6 u 7 jiddeskrivu fil-qosor il-passi tal-proċedura TEC.

Il-modalitajiet tas-servizz/manutenzjoni (inkluża l-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inklużi fil-kejl tat-TEC. Kull waħda minn dawn il-modalitajiet li sseħħ matul it-test għandha tiġi nnutata. Jekk modalità tas-servizz isseħħ matul biċċa xogħol li ma tkunx l-ewwel waħda, dik il-biċċa xogħol tista’ tiġi skartata u minflokha tiżdied biċċa xogħol oħra mat-test. Fil-każ li hija meħtieġa biċċa xogħol sostituta, tirrekordjax il-valuri tal-enerġija għall-biċċa xogħol skartata u żid il-biċċa xogħol sostituta immedjatament wara l-Biċċa Xogħol 4. L-intervall ta’ 15-il minuta bejn biċċa xogħol u oħra għandu jinżamm f’kull ħin, inkluż għall-biċċa xogħol li hija skartata

L-MFDs mingħajr il-kapaċità li jistampaw għandhom ikunu trattati bħala kopjaturi għall-għanijiet kollha ta’ din il-proċedura ta’ ttestjar.

(i)   Il-Proċedura għall-Printers, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u l-Magni tal-Faks

Tabella 6

Il-Proċedura tat-Test tat-TEC — Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs bil-Kapaċità li Jistampaw, u Magni tal-Faks

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni

Irrekordja (fl-aħħar tal-pass)

L-Istati Mkejla Possibbli

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

L-enerġija mitfija

Mitfi

Il-ħin tal-intervall tat-test

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija fil-modalità Ready.

3

Ready

Stampa biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda prodotta iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol.

Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità Sleep tagħha.

Ħin Attiv0

4

Sleep

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa.

Enerġija Sleep

Sleep

5

Sleep

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stampa biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

Enerġija Biċċa Xogħol 1

Irkupru, Attiv, Ready, Sleep

Ħin Attiv1

6

Ready

Irrepeti l-Pass 5

Enerġija Biċċa Xogħol2

Bħal fuq

Ħin Attiv2

7

Ready

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol3

Bħal fuq

8

Ready

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol4

Bħal fuqBħal fuq

9

Ready

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fl-aħħar modalità sleep tagħha.

Ħin Final

Ready, sleep

Enerġija Finali

Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

L-istruzzjoni “qiegħed il-miter fuq żero” tista’ titwettaq billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat tal-enerġija f’dak il-ħin minflok ma l-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

Pass 1 — Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq, biex jitnaqqas l-iżball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

Pass 2 — Jekk l-unità m’għandiex indikatur Ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza għal-livell Ready.

Pass 3 — Wara li tirrekordja l-ħin Attiv0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tiġi kkanċellata.

Pass 5 — Il-perjodu ta’ 15-il minuta jibda minn x’ħin tinbeda l-biċċa xogħol. L-unità għandha turi konsum miżjud tal-enerġija fi żmien ħames sekondi minn meta l-miter jitqiegħed fuq żero; Biex dan jiġi żgurat, jista’ jkun meħtieġ li l-istampar jinbeda qabel ma l-miter jitqiegħed fuq żero.

Pass 6 — Unità li tiġi kkonsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien default qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn Sleep.

Pass 9 — L-unitajiet jista’ jkollhom bosta modalitajiet Sleep sabiex il-modalitajiet Sleep kollha ħlief l-aħħar waħda jkunu inklużi fil-perjodu Finali.

Kull immaġini għandha tintbagħat separatament; kollha jistgħu jkunu parti mill-istess dokument, iżda m’għandhomx ikunu speċifikati fid-dokument bħala kopji multipli ta’ immaġini waħda oriġinali (kemm-il darba l-prodott mhuwiex duplikatur diġitali, kif speċifikat fit-Taqsima D.2(b)).

Għall-magni tal-faks, li jużaw immaġini waħda biss għal kull biċċa xogħol, il-paġna għandha tiddaħħal fl-apparat li jdaħħal id-dokumenti għall-ikkopjar okkażjonali, u tista’ titqiegħed f’dan l-apparat qabel ma jibda t-test. L-unità m’għandiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju jekk il-magna tal-faks m’għandhiex il-kapaċità ta’ kkopjar okkażjonali, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz tal-linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-faks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

(ii)   Il-Proċedura għall-Kopjaturi, id-Duplikaturi Diġitali u l-MFDs mingħajr il-Kapaċità tal-Istampar

Tabella 7

Il-Proċedura tat-Test tat-TEC — Printers, Duplikaturi Diġitali u l-MFDs mingħajr Kapaċità li Jistampaw

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni

Irrekordja (fl-aħħar tal-pass)

L-Istati Mkejla Possibbli

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

L-enerġija mitfija

Mitfi

Il-ħin tal-intervall tat-test

2

Mitfi

Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija fil-modalità Ready.

3

Ready

Ikkopja biċċa xogħol ta’ għall-inqas immaġini waħda iżda mhux aktar minn biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm il-miter juri li l-unità daħlet fl-aħħar modalità Sleep tagħha.

Ħin Attiv0

4

Sleep

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna siegħa. Jekk l-unità tintefa f’inqas minn siegħa, irrekordja l-ħin u l-enerġija fi Sleep, iżda stenna s-siegħa sħiħa qabel ma tgħaddi għall-Pass 5.

Enerġija Sleep

Sleep

Il-ħin tal-intervall tat-test

5

Sleep

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Ikkopja biċċa xogħol waħda għal kull Tabella tal-Biċċiet ta’ Xogħol. Irrekordja l-ħin meta l-ewwel folja toħroġ mill-unità. Stenna sakemm l-arloġġ juri li għaddew 15-il minuta.

Enerġija Biċċa Xogħol 1

Irkupru, Attiv, Ready, Sleep, Tifi Awtomatiku

Ħin Attiv1

6

Ready

Irrepeti l-Pass 5

Enerġija Biċċa Xogħol2

Bħal fuq

Ħin Attiv2

7

Ready

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol3

Bħal fuq

8

Ready

Irrepeti l-Pass 5 (mingħajr il-kejl tal-ħin Attiv).

Enerġija Biċċa Xogħol4

Bħal fuq

9

Ready

Qiegħed il-miter u l-arloġġ fuq żero. Stenna sakemm il-miter u/jew l-unità turi li daħlet fil-Modalità Tifi Awtomatiku.

Enerġija Finali

Ready, sleep

Ħin Final

10

Tifi Awtomatiku

Qiegħed il-miter fuq żero; stenna l-perjodu tat-test (ħames minuti jew aktar).

Enerġija Tifi Awtoma-tiku

Tifi Awtomatiku

Qabel ma jinbeda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li huma l-istess bħal kif ser jiġu kkonsenjati, u jiġi kkonfermat li hemm biżżejjed karti fit-tagħmir.

L-istruzzjoni “qiegħed il-miter fuq żero” tista’ titwettaq billi jkun irrekordjat il-konsum akkumulat tal-enerġija f’dak il-ħin minflok ma l-miter litteralment jitqiegħed fuq żero.

Pass 1 — Il-perjodu tal-kejl Mitfi jista’ jkun itwal jekk mixtieq, biex jitnaqqas l-iżball fil-kejl. Innota li l-enerġija meta Mitfi ma tintużax fil-kalkoli.

Pass 2 — Jekk l-unità m’għandiex indikatur Ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza għal-livell Ready.

Pass 3 — Wara li tirrekordja l-ħin Attiv0, il-bqija ta’ din il-biċċa xogħol tista’ tiġi kkanċellata.

Pass 4 — Jekk l-unità tintefa f’din is-siegħa, irrekordja l-enerġija fi sleep u l-ħin f’dak il-punt iżda stenna sakemm tħaddi siegħa sħiħa minn meta tkun inbdiet il-modalità Sleep finali qabel ma tibda l-Pass 5. Innota li l-kejl tal-enerġija fi Sleep ma jintużax f’dan il-kalkolu, u l-unità tista’ tidħol fil-Modalità Tifi Awtomatiku fis-siegħa sħiħa.

Pass 5 — Il-perjodu ta’ 15-il minuta jibda minn x’ħin tinbeda l-biċċa xogħol. Sabiex ikunu jistgħu jiġu evalwati b’din il-proċedura tat-test, il-prodotti għandhom ikunu kapaċi jlestu l-biċċa xogħol meħtieġa għal kull Tabella ta’ Biċċa Xogħol fl-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

Pass 6 — Unità li tiġi kkonsenjata bil-ħinijiet ta’ dewmien default qosra tista’ tibda l-Passi 6-8 minn Sleep jew Tifi Awtomatiku.

Pass 9 — Jekk l-unità tkun diġà daħlet f’Tifi Awtomatiku qabel jinbeda l-Pass 0, il-valuri għall-enerġija finali u ħin finali huma żero.

Pass 10 — L-intervall tat-test għal Tifi Awtomatiku jista’ jkun itwal biex tiżdied il-preċiżjoni.

L-oriġinali għandhom jitqiegħdu fl-apparat li jdaħħal id-dokumenti qabel ma jibda t-test. Il-prodotti mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti jistgħu jagħmlu l-immaġini kollha minn oriġinal wieħed imqiegħed fuq il-platen.

(iii)   Il-kejl Addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima A.32.

Jekk id-DFE għandu wajer tal-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir tal-immaġini, għandu jsir kejl ta’ ħames minuti tal-enerġija tad-DFE waħdu waqt li l-prodott ikun fil-modalità Ready. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi kkonsenjata.

Jekk id-DFE m’għandux wajer tal-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-enerġija AC meħtieġa għad-DFE meta l-unità sħiħa tkun f’modalità Ready. Dan iseħħ l-aktar komunement billi jittieħed kejl istantanju tal-enerġija tal-input DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jitqies it-telf fil-provvista tal-enerġija.

(e)   Il-Metodi tal-Kalkolu

Il-valur TEC jirrifletti assunzjonijiet dwar kemm sigħat fil-jum il-prodott huwa f’użu ġenerali, kif jintuża f’dawk is-sigħat, u l-ħinijiet ta’ dewmien default li juża l-prodott biex jgħaddi għal modalitajiet ta’ inqas enerġija. Il-kejl kollu tal-elettriku jsir bħala enerġija akkumulata mal-ħin, u mbagħad maqluba għall-enerġija billi ssir diviżjoni bit-tul ta’ ħin.

Il-kalkoli huma bbażati fuq il-biċċiet xogħol tal-immaġini mqassma f’żewġ gruppi kuljum u l-unità tgħaddi għall-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa bejniethom (bħal fil-ħin tal-ikel), kif jidher fil-Figura 2 ta’ hawn taħt. Wieħed jassumi li ma jsirx użu fi tmiem il-ġimgħa, u li ma jsir ebda tifi manwali.

Il-Ħin Finali huwa l-perjodu minn meta tinbeda l-aħħar biċċa xogħol sal-bidu tal-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa (Tifi Awtomatiku għall-kopjaturi, għad-duplikaturi diġitali u l-MFDs mingħajr il-kapaċità tal-istampar; u Sleep għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità tal-istampar, u l-magni tal-faks) bit-tnaqqis tal-ħin tal-intervall tal-biċċa xogħol ta’ 15-il minuta.

Dawn iz-zewġ ekwazzjonijiet jintuzaw għat-tipi kollha tal-prodotti:

 

Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol = (Xogħol2 + Xogħol3 + Xogħol4)/3

 

Enerġija għall-Biċċiet Xogħol Kuljum = (Xogħol1 × 2) + [(Biċċiet Xogħol fil-Jum – 2) × Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol)]

Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li għandhom il-kapaċità tal-istampar u għall-magni tal-faks ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

 

Enerġija Medja tal-Biċċa Xogħol = [24 siegħa — ((Biċċiet Xogħol fil-Jum/4) + (Ħin Finali × 2))] × Enerġija Sleep

 

Enerġija Kuljum = Enerġija għall-Biċċiet Xogħol Kuljum + (2 × Enerġija Finali) + Enerġija Finali Sleep

 

TEC = (Enerġija Kuljum × 5) + (Enerġija Sleep × 48)

Il-metodu tal-kalkolu għall-printers, duplikaturi diġitali u l-MFDs li m’għandhomx il-kapaċità tal-istampar ukoll juża dawn it-tliet ekwazzjonijiet:

 

Enerġija Kuljum Tifi Awtomatiku = [24 siegħa — ((Biċċiet Xogħol fil-Jum/4) + (Ħin Finali × 2))] × Enerġija Tifi Awtomatiku

 

Enerġija Kuljum = Enerġija għall-Biċċiet Xogħol Kuljum + (2 × Enerġija Finali) + Enerġija Kuljum Tifi Awtomatiku

 

TEC = (Enerġija Kuljum × 5) + (Enerġija Tifi Awtomatiku × 48)

L-ispeċifikazzjonijiet tat-tagħmir tal-kejl u l-iskali wżati f’kull kejl għandhom jiġu rrapportati. Il-kejl għandu jitwettaq sabiex jirriżulta fi żball potenzjali totali tal-valur tat-TEC ta’ mhux aktar minn 5 %. Il-preċizjoni m’għandhiex għalfejn tkun irrapportata għall-kazijiet fejn l-izball potenzjali ikun inqas minn 5 %. Meta l-iżball potenzjali tal-kejl ikun qrib il-5 %, il-manifatturi għandhom jieħdu miżuri sabiex jikkonfermaw li jiġi osservat il-limitu ta’ 5 %.

(f)   Referenzi

ISO/IEC 10561:1999. Teknoloġija informatika— Tagħmir tal-uffiċċju — Tagħmir tal-istampar— Metodu biex jiġi żgurat throughput — Printers tal-Klassi 1 u tal-Klassi 2.

Tabella 8

It-Tabella tal-Biċċiet Xogħol Ikkalkolata

Veloċità

Biċċiet Xogħol/Jum

Immaġini Interim/Jum

Immaġini Interim/Biċċa Xogħol

Immaġini/Biċċa Xogħol

Immaġini/Jum

1

8

1

0,06

1

8

2

8

2

0,25

1

8

3

8

5

0,56

1

8

4

8

8

1,00

1

8

5

8

13

1,56

1

8

6

8

18

2,25

2

16

7

8

25

3,06

3

24

8

8

32

4,00

4

32

9

9

41

4,50

4

36

10

10

50

5,00

5

50

11

11

61

5,50

5

55

12

12

72

6,00

6

72

13

13

85

6,50

6

78

14

14

98

7,00

7

98

15

15

113

7,50

7

105

16

16

128

8,00

8

128

17

17

145

8,50

8

136

18

18

162

9,00

9

162

19

19

181

9,50

9

171

20

20

200

10,00

10

200

21

21

221

10,50

10

210

22

22

242

11,00

11

242

23

23

265

11,50

11

253

24

24

288

12,00

12

288

25

25

313

12,50

12

300

26

26

338

13,00

13

338

27

27

365

13,50

13

351

28

28

392

14,00

14

392

29

29

421

14,50

14

406

30

30

450

15,00

15

450

31

31

481

15,50

15

465

32

32

512

16,00

16

512

33

32

545

17,02

17

544

34

32

578

18,06

18

576

35

32

613

19,14

19

608

36

32

648

20,25

20

640

37

32

685

21,39

21

672

38

32

722

22,56

22

704

39

32

761

23,77

23

736

40

32

800

25,00

25

800

41

32

841

26,27

26

832

42

32

882

27,56

27

864

43

32

925

28,89

28

896

44

32

968

30,25

30

960

45

32

1 013

31,64

31

992

46

32

1 058

33,06

33

1 056

47

32

1 105

34,52

34

1 088

48

32

1 152

36,00

36

1 152

49

32

1 201

37,52

37

1 184

50

32

1 250

39,06

39

1 248

51

32

1 301

40,64

40

1 280

52

32

1 352

42,25

42

1 344

53

32

1 405

43,89

43

1 376

54

32

1 458

45,56

45

1 440

55

32

1 513

47,27

47

1 504

56

32

1 568

49,00

49

1 568

57

32

1 625

50,77

50

1 600

58

32

1 682

52,56

52

1 664

59

32

1 741

54,39

54

1 728

60

32

1 800

56,25

56

1 792

61

32

1 861

58,14

58

1 856

62

32

1 922

60,06

60

1 920

63

32

1 985

62,02

62

1 984

64

32

2 048

64,00

64

2 048

65

32

2 113

66,02

66

2 112

66

32

2 178

68,06

68

2 176

67

32

2 245

70,14

70

2 240

68

32

2 312

72,25

72

2 304

69

32

2 381

74,39

74

2 368

70

32

2 450

76,56

76

2 432

71

32

2 521

78,77

78

2 496

72

32

2 592

81,00

81

2 592

73

32

2 665

83,27

83

2 656

74

32

2 738

85,56

85

2 720

75

32

2 813

87,89

87

2 784

76

32

2 888

90,25

90

2 880

77

32

2 965

92,64

92

2 944

78

32

3 042

95,06

95

3 040

79

32

3 121

97,52

97

3 104

80

32

3 200

100,00

100

3 200

81

32

3 281

102,52

102

3 264

82

32

3 362

105,06

105

3 360

83

32

3 445

107,64

107

3 424

84

32

3 528

110,25

110

3 520

85

32

3 613

112,89

112

3 584

86

32

3 698

115,56

115

3 680

87

32

3 785

118,27

118

3 776

88

32

3 872

121,00

121

3 872

89

32

3 961

123,77

123

3 936

90

32

4 050

126,56

126

4 032

91

32

4 141

129,39

129

4 128

92

32

4 232

132,25

132

4 224

93

32

4 325

135,14

135

4 320

94

32

4 418

138,06

138

4 416

95

32

4 513

141,02

141

4 512

96

32

4 608

144,00

144

4 608

97

32

4 705

147,02

157

4 704

98

32

4 802

150,06

150

4 800

99

32

4 901

153,14

153

4 896

100

32

5 000

156,25

156

4 992

Figura 2

Il-Proċedura tal-Kejl tat-TEC

Image

Il-Figura 2 turi l-proċedura tal-kejl f’forma grafika. Wieħed għandu jinnota li l-prodotti ta’ ħinijiet default-delay qosra jistgħu jinkludu perjodi ta’ Sleep fil-kejl ta’ erba’ biċċiet xogħol (jobs), jew Tifi Awtomatiku (Auto-off) fil-kejl ta’ Sleep fil-Pass 4. Barra minn hekk, il-prodotti b’faċilità tal-istampar li jkollhom modalità Sleep waħda biss ma jkollhomx modalità Sleep fl-aħħar perjodu. Il-Pass 10 japplika biss għall-kopjaturi, duplikaturi diġitali u MFDs mingħajr il-faċilità ta’ stampar.

Figura 3

Jum Tipiku

Image

Il-Figura 3 turi eżempju skematiku ta’ kopjatur bi tmien ipm li jwettaq erba’ biċċiet xogħol filgħodu u erba’ biċċiet xogħol wara nofsinhar, għandu żewġ perjodi “finali” u modalità Tifi Awtomatiku għall-bqija tal-jum ta’ xogħol u fi tmiem il-ġimgħa kollha. Perjodu preżunt tal-“ħin tal-ikel” huwa implikat iżda mhux speċifiku. Il-figura mhijiex preċiża fuq bażi ta’ skala. Kif wieħed jista’ jinnota, il-biċċiet tax-xogħol huma dejjem 15-il minuta separati minn xulxin u f’żewġ raggruppamenti. Hemm dejjem żewġ perjodi “finali” sħaħ, irrispettivament mit-tul ta’ dawn il-perjodi. Il-printers, id-duplikaturi diġitali u l-MFDs bil-faċilità ta’ stampar, u l-magni tal-faks jużaw il-modalità Sleep u mhux il-modalità Tifi Awtomatiku bħala l-modalità bażi, iżda altrimenti jiġu ttrattati l-istess bħall-kopjaturi.

3.   Il-Proċedura tat-Test tal-Mod Operazzjonali (OM)

(a)   Tipi ta’ Prodotti Koperti: Il-Proċedura tat-test OM hija biex jitkejlu l-prodotti definiti fit-Taqsima B, Tabella 2.

(b)   Il-Parametri tat-Test

Din it-taqsima tiddeskrivi l-parametri tat-test li għandhom jintużaw meta jitkejjel il-konsum tal-enerġija minn prodott skont il-proċedura tat-test OM.

Il-Konnettività man-Netwerk

Il-prodotti li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk meta ser jiġu kkonsenjati (4) għandhom ikunu konnessi mill-inqas ma’ netwerk wieħed matul il-proċedura tat-test. It-tip ta’ konnessjoni tan-netwerk li hija attiva hija fid-diskrezzjoni tal-manifattur, u t-tip użat għandu jkun irrapportat.

Il-prodott m’għandux jirċievi enerġija operattiva minn fuq il-konnessjoni tan-netwerk (eż., permezz tal-Power Over Ethernet, USB, USB PlusPower, jew IEEE 1394) kemm-il darba dak ma jkunx l-uniku sors ta’ enerġija għall-prodott (i.e., m’hemm ebda sors tal-elettriku AC).

Il-Konfigurazzjoni tal-Prodott

Il-prodott għandu jkun konfigurat kif ser jiġi kkonsenjat u rakkomandat għall-użu, b’mod partikolari għall-parametri ewlenin bħall-ħinijiet ta’ dewmien default tal-ġestjoni tal-enerġija, il-kwalità tal-immaġini, u r-riżoluzzjoni. Barra minn hekk:

 

Is-sors tal-karti u l-hardware estern għandhom ikunu preżenti u konfigurati kif ser jiġu kkonsenjati; madankollu l-użu ta’ dawn il-karatteristiċi fit-test huwa fid-diskrezzjoni tal-manifattur (eż., jista’ jintuża kwalunkwe sors tal-karti). Kwalunkwe hardware li jkun parti mill-mudell u maħsub li jiġi installat jew imwaħħal mill-utent (eż., karatteristika tal-karti) għandu jkun installat qabel isir dan it-test.

 

Il-karatteristiċi kontra l-umdità jistgħu jiġu mitfija jekk huma kontrollabbli mill-utent.

 

Għall-magni tal-faks, paġna għandha tiddaħħal fit-tagħmir tal-unità li ddaħħal il-karti għall-ikkopjar okkażjonali, u tista’ titqiegħed fit-tagħmir li jdaħħal il-karti qabel ma jibda t-test. L-unità m’għandiex għalfejn tkun konnessa ma’ linja tat-telefon kemm-il darba l-linja tat-telefon mhijiex meħtieġa biex isir it-test. Pereżempju jekk il-magna tal-faks m’għandhiex il-kapaċità ta’ kkopjar okkażjonali, il-biċċa xogħol imwettqa fil-Pass 2 għandha tintbagħat permezz tal-linja tat-telefon. Fuq il-magni tal-faks mingħajr apparat li jdaħħal id-dokumenti, il-paġna għandha titqiegħed fuq il-platen.

 

Jekk prodott għandu il-modalità Tifi Awtomatiku mixgħula meta jkun ser jiġi kkonsenjat, din għandha tkun mixgħula qabel ma jsir it-test.

Veloċità

Meta titkejjel l-enerġija skont din il-proċedura tat-test, il-prodott għandu jipproduċi immaġini fil-veloċità li tirriżulta mid-default settings tiegħu kif ġie kkonsenjat. Madankollu, għall-fini tar-rapportar, għandha tintuża l-veloċità simplex massima li jirrapporta l-manifattur biex isiru l-immaġini monokromatiċi fuq karta tad-daqs standard.

(c)   Il-Metodu tal-Kejl tal-Enerġija

Il-kejl kollu tal-enerġija għandu jsir skont IEC 62301, b’dawn l-eċċezzjonijiet li ġejjin:

 

Biex jiġu ddeterminati l-kondizzjonijiet tal-vultaġġ/frekwenza li għandhom jintużaw waqt it-test, ara l-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-test Għall-Prodotti tat-Tagħmir tal-immaġini ENERGY STAR fit-Taqsima D.4.

 

Ir-rekwiżit tal-armoniċi użat matul it-test huwa aktar strett minn dak meħtieġ mill-IEC 62301.

 

Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għal din il-proċedura tat-test OM huwa ta’ 2 % għall-kejl kollu ħlief dak tal-enerġija Ready. Ir-rekwiżit tal-preċiżjoni għall-kejl kollu tal-enerġija Ready huwa ta’ 5 %, kif provdut fit-Taqsima D.4. Il-figura ta’ 2 % hija konsistenti mal-IEC 62301, għalkemm l-istandard tal-IEC jesprimiha bħala livell ta’ kunfidenza.

 

Għat-test ta’ prodotti disinjati biex jaħdmu bil-batteriji, meta mhux konnessi mal-mejn, il-batterija għandha titħalla f’postha; iżda, il-kejl m’għandux jirrifletti l-iċċarġjar attiv tal-batterija lil hinn mill-iċċarġjar tal-manutenzjoni (jiġifieri, il-batterija għandha tkun għal kollox iċċarġjata qabel ma jibda t-test).

 

Il-prodotti bil-provvisti tal-enerġija esterni għandhom ikunu ttestjati bil-prodott konness mal-provvista tal-enerġija esterna.

 

Il-prodotti mħaddma bi provvista standard ta’ vultaġġ baxx DC (eż., USB, USB PlusPower, IEEE 1394, u Power Over Ethernet) għandhom jużaw sors xieraq tal-enerġija AC li jagħti enerġija DC. Il-konsum tal-enerġija mis-sors tal-AC għandu jitkejjel u jiġi rapportat għat-tagħmir tal-immaġini li jkun qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir tal-immaġini li jieħu l-enerġija minn USB, għandu jintuża hub bl-elettriku li jservi biss it-tagħmir tal-immaġini li qed jiġi ttestjat. Għat-tagħmir tal-immaġini mħaddem minn Power Over Fuq Ethernet jew USB PlusPower, huwa aċċettabbli li t-tagħmir tad-distribuzzjoni tal-enerġija jitħaddem bi u mingħajr it-tagħmir tal-immaġini konness, u din id-differenza tintuża bħala l-konsum tat-tagħmir tal-immaġini. Il-manifattur għandu jikkonferma li dan jirrefletti b’mod raġonevoli l-konsum tad-DC mill-unità u xi tolleranza għall-ineffiċjenza fil-provvista u fid-distribuzzjoni tal-enerġija.

(d)   Il-Proċedura tal-Kejl

Biex jitkejjel il-ħin, biżżejjed jintuża stopwatch ordinarju b’kalkolu tal-ħin sa riżoluzzjoni ta’ sekonda. Il-figuri kollha tal-enerġija għandhom jiġu rrekordjati f’watts (W). It-Tabella 9 tiddeskrivi fil-qosor il-passi tal-proċedura tat-test OM.

Il-modalitajiet tas-servizz/mantenuzzjoni (inkluz il-kalibrazzjoni tal-kulur) ġeneralment m’għandhomx ikunu inkluzi fil-kejl. Kwalunkwe adattazzjoni tal-proċedura meħtieġa sabiex ikunu eskluzi dawn il-modalitajiet li jseħħu matul it-test għandhom jiġu nnutati.

Kif jingħad hawn fuq, il-kejl tal-enerġija għandu jsir skont IEC 62301. Skont in-natura tal-modalità, l-IEC 62301 jipprovdi għall-kejl istantanju tal-enerġija, kejl tal-enerġija li takkumula f’ħames minuti, jew kejl tal-enerġija akkumulata fuq perjodi twal biżżejjed biex ikunu stmati sew it-tendenzi tal-konsum ċikliku. Irrispettivament mill-metodu, għandhom ikunu rrapportati biss il-valuri tal-enerġija.

Tabella 9

Il-Proċedura tat-Test OM

Pass

Stat Inizjali

Azzjoni

Irrekordja

1

Mitfi

Ipplaggja l-unità fil-miter. Ixgħel l-unità. Stenna sakemm l-unità tindika li hija fil-modalità Ready.

2

Ready

Stampa, ikkopja jew skanja immaġini waħda.

3

Ready

Kejjel l-enerġija Ready.

L-enerġija Ready

4

Ready

Stenna l-ħin ta’ dewmien minn default sa Sleep.

Il-ħin ta’ dewmien default sa Sleep

5

Sleep

Kejjel l-enerġija Sleep.

L-enerġija Sleep

6

Sleep

Stenna l-ħin ta’ dewmien default sa Tifi Awtomatiku.

Il-ħin ta’ dewmien default sa Tifi Awtomatiku

7

Tifi Awtomatiku

Kejjel l-enerġija Tifi Awtomatiku.

L-enerġija Tifi Awtomatiku

8

Mitfi

Itfi t-tagħmir manwalment. Stenna sakemm l-unità tkun fil-Modalità Mitfija.

9

Mitfi

Kejjel l-enerġija Mitfi.

L-enerġija Mitfi

Qabel ma tibda t-test, huwa utli li wieħed jivverifika l-ħinijiet ta’ dewmien default tal-ġestjoni tal-enerġija sabiex jiġi żgurat li jkunu kif ikkonsenjati.

Pass 1 — Jekk l-unità m’għandiex indikatur tal-modalità Ready, uża l-ħin li fih il-livell tal-konsum tal-enerġija jistabbilizza ruħu għal-livell Ready, u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-dejta tat-test tal-prodott.

Passi 4 u 5 — Għal prodotti li għandhom aktar minn livell wieħed Sleep, irreperti dawn il-passi kemm il-darba jkun meħtieġ sabiex jinqabdu l-livelli suċċessivi kollha ta’ modalità Sleep u rrapporta din id-dejta. Tipikament jintużaw żewġ livelli ta’ Sleep fil-kopjaturi tal-format kbir u fl-MFDs li jużaw teknoloġiji tal-immarkar ta’ sħana għolja. Għall-prodotti li m’għandhomx din il-modalità, skarta l-Passi 4 u 5.

Passi 4 u 6 — Il-kejl tal-ħin tad-dewmien default għandu jsir b’mod parallel, kumulattiv mill-bidu tal-Pass 4. Pereżempju, prodott issettjat biex jidħol fil-modalita’ Sleep fi 15-il minuta u jidħol fit-tieni livell Sleep 30 minuta wara li jidħol fl-ewwel livell Sleep ikollu ħin tad-dewmien default ta’ 15-il minuta għall-ewwel livell u ħin tad-dewmien default ta’ 45 minuta għat-tieni livell.

Passi 6 u 7 — Il-parti l-kbira tal-prodotti OM m’għandhomx modalità Tifi Awtomatiku distinta. Għall-prodotti li m’għandhomx din il-modalità, skarta l-Passi 6 u 7.

Pass 8 — Jekk l-unità m’għandhiex swiċċ tal-enerġija, stenna sakemm tidħol fil-modalità tal-enerġija l-aktar baxxa u nnota dan id-dettall meta tirrapporta d-dejta tat-test tal-prodott.

Kejl Addizzjonali għall-Prodotti li għandhom Digital Front End (DFE)

Dan il-pass jgħodd biss ghall-prodotti li għandhom DFE kif definit fit-Taqsima A.32.

Jekk id-DFE għandu wajer tal-elettriku tal-mejn separat, irrispettivament jekk il-wajer u l-kontrollatur humiex interni jew esterni għat-tagħmir tal-immaġini, għandu jsir kejl ta’ ħames minuti tal-enerġija tad-DFE waħdu waqt li l-prodott ikun fil-modalità Ready. L-unità għandha tkun konnessa ma’ netwerk jekk hija kapaċi titqabbad fuq netwerk meta tiġi kkonsenjata.

Jekk id-DFE m’għandux wajer tal-elettriku tal-mejn separat, il-manifattur għandu jiddokumenta l-enerġija AC meħtieġa għad-DFE meta l-unità sħiħa tkun f’modalità Ready. Dan iseħħ l-aktar komunement billi jittieħed kejl istantanju tal-enerġija tal-input DC għad-DFE u din l-enerġija tiżdied biex jitqies it-telf fil-provvista tal-enerġija.

(e)   Referenzi

IEC 62301:2005. Tagħmir Elettriku tad-Dar — Kejl tal-Elettriku Standby

4.   Il-Kondizzjonijiet u t-Tagħmir tat-Test Għall-Prodotti tat-Tagħmir tal-Immaġini ENERGY STAR

Dawn il-kondizzjonijiet ta’ ttestjar li ġejjin għandhom jiġu applikati għall-Proċeduri tat-Test tal-OM u tat-TEC. Dawn ikopru kopjaturi, duplikaturi diġitali, magni tal-faks, magni tal-posta, mekkaniżmi b’diversi funzjonijiet, printers, u skaners.

Hawn taħt jidhru l-kondizzjonijiet tal-ambjent tat-test li għandhom ikunu stabbiliti meta jsir il-kejl tal-enerġija jew tal-elettriku. Dawn huma meħtieġa sabiex jiġi żgurat li d-differenza fil-kondizzjonijiet ambjentali ma taffettwax ir-riżultati tat-test, u li r-riżultati tat-test jistgħu jiġu riprodotti. Wara l-kondizzjonijiet tat-test jiġu rrapportati l-ispeċifikazzjonijiet għat-tagħmir tat-test.

(a)   Kondizzjonijiet tat-Test

Kriterji Ġenerali:

Il-Vultaġġ tal-Provvista : (5):

L-Amerika ta’ Fuq/Tajwan:

115 (± 1 %) Volts AC, 60 Hz (± 1 %)

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

230 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)

Il-Ġappun:

100 (± 1 %) Volts AC, 50 Hz (± 1 %)/60 Hz (± 1 %)

 

Nota: Għal prodotti ratati għal enerġija massima > 1,5 kW, il-firxa tal-vultaġġ hija ± 4 %

Id-Distorsjoni Armonika Totali (THD Total Harmonic Distortion) (Vultaġġ):

< 2 % THD (< 5 % għal prodotti ratati għal enerġija massima > 1,5 kW)

Temperatura Ambjentali:

23 °C ± 5 °C

Umdità Relattiva:

10 – 80 %

(Referenza IEC 62301: Tagħmir Elettriku tad-Dar — Kejl tal-Elettriku Standby, Taqsimiet 3.2, 3.3)

L-Ispeċifikazzjonijiet tal-Karta:

Għat-testijiet kollha tat-TEC u għat-testijiet OM li jeħtieġu l-użu tal-karti, id-daqs tal-karti u l-piż bażi għandhom ikunu xierqa għas-suq intern, skont din it-tabella.

Daqs u Piż tal-Karta

Market

Daqs

Piż Bażi

L-Amerika ta’ Fuq/Tajwan:

8,5″ × 11″

75 g/m2

L-Ewropa/L-Awstralja/New Zealand:

A4

80 g/m2

Il-Ġappun:

A4

64 g/m2

(b)   It-Tagħmir tat-Test

L-għan tal-proċeduri tat-test huwa li l-konsum REALI tal-enerġija (6) tal-prodott jitkejjel b’mod preċiż. Dan jeħtieġ l-użu ta’ miter tal-enerġija Reali RMS. Il-manifatturi għandhom ikunu attenti meta jagħżlu mudell xieraq għaliex hemm kwantià kbira ta’ miters bħal dawn disponibbli. Dawn il-fatturi għandhom jitqiesu meta jingħażel miter u jitwettaq it-test.

Reazzjoni għall-frekwenza: Apparat elettroniku li fih provvisti ta’ enerġija bis-swiċċ joħloq ton armoniku (ton armoniku bil-fart tipikament sal-21 post). Jekk dawn it-toni armoniċi ma jitqisux fil-kejl tal-enerġija, ir-riżultat ma jkunx preċiż. L-EPA tirrakkomanda li l-manifatturi jużaw miters li għandhom reazzjoni għall-frekwenza ta’ mhux inqas minn 3 kHz; dan iqis toni armoniċi sal-50 post, u huwa rakkomandat mill-IEC 555.

Rizoluzzjoni: Għal kejl dirett tal-enerġija, ir-riżoluzzjoni tat-tagħmir tal-kejl għandha tkun konsistenti ma’ dawn ir-rekwiżiti tal-IEC 62301:

“L-istrument tal-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjoni ta’:

0,01 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ 10 W jew inqas.

0,1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 10 W u sa 100 W;

1 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 100 W.” (7)

Barra minn hekk, l-istrument tal-kejl għandu jkollu riżoluzzjoni ta’ 10 W jew aħjar għall-kejl tal-enerġija ta’ aktar minn 1.5 kW. Il-kejl tal-enerġija għandu jkollu riżoluzzjonijiet ġeneralment konsistenti ma’ dawn il-valuri meta konvertiti għal enerġija medja. Għall-kejl tal-enerġija akkumulata, il-figura ta’ mertu għad-determinazzjoni tal-preċiżjoni meħtieġa hija l-valur massimu tal-enerġija, mhux il-medja, għaliex huwa l-massimu li jiddetermina t-tagħmir u s-setup tal-kejl.

Preċizjoni

Il-kejl li jsir b’dawn il-proċeduri f’kull każ għandu jkollu preċiżjoni ta’ 5 % jew aħjar, għalkemm il-manifatturi normalment jiksbu preċiżjoni awqa minn hekk. Għal xi kejl, il-proċeduri tat-test jistgħu jispeċifikaw preċizjoni ta’ aktar minn 5 %. Bl-għarfien tal-livelli tal-enerġija tal-prodotti tal-immaġini attwali u l-miters disponibbli, il-manifatturi jistgħu jikkalkolaw l-iżball massimu fuq bażi tal-qari u l-firxa ta’ qari li tintuża. Għal kejl ta’ 0,50 W jew inqas, il-preċizjoni meħtieġa hija ta’ 0,02 W.

Il-kalibrar

Il-miters għandhom ikunu ġew ikkalibrati fl-aħħar 12-il xahar biex tiġi żgurata l-preċiżjoni.

E.   Interface tal-Utent

Huwa rakkomandat bil-qawwa li l-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti skont l-istandard IEEE 1621: Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Dan l-istandard ġie żviluppat biex il-kontrolli tal-enerġija jsiru aktar konsistenti u intuwittivi għat-tagħmir elettroniku kollu. Għal dettalji dwar l-iżvilupp ta’ dan l-istandard, ara http://eetd.lbl.gov/controls.

F.   Data Effettiva

Id-data meta l-manifatturi jkunu jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star, skont il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet, ser tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-ftehim. Kwalunkwe ftehim li twettaq preċedentement dwar is-suġġett tat-tagħmir tal-immaġini ikkwalifikat ENERGY STAR se jiġi tterminat mit-30 ta’ Ġunju 2009.

Il-kwalifikazzjoni u t-Tikkettar ta’ Prodotti skont il-Verzjoni 1.1: l-ispeċifikazzjonijiet tal-Verżjoni 1.1 se jibdew japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009. Il-prodotti kollha, inklużi mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti ta’ tagħmir tal-immaġini, b’data tal-manifattura mill-1 ta’ Lulju 2009 ‘il quddiem, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-Verżjoni 1.1 il-ġdida sabiex jikkwalifikaw bħala prodotti energy star (inklużi produzzjonijiet addizzjonali ta’ mudelli li oriġinarjament kienu kkwalifikati taħt speċifikazzjonijiet preċedenti). Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data (eż. ix-xahar u s-sena) li fiha unità titqies li ġiet armata kompletament.

Eliminazzjoni tal-Grandfathering: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea mhux se jippermettu li jsir grandfathering taħt il-Verżjoni 1.1 attwali tal-ispeċifikazzjonijiet Energy Star. Il-kwalifika Energy Star skont Verżjonijiet preċedenti ma tingħatax awtomatikament għall-ħajja kollha tal-mudell tal-prodott. Għalhekk, kwalunkwe prodott mibjugħ, kummerċjalizzat, jew identifikat mill-imsieħeb tal-manifattura bħala Energy Star għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet attwali li jkunu fis-seħħ fil-mument tal-manifattura tal-prodott.

G.   Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjonijiet

L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriservaw id-dritt li jbiddlu l-ispeċifikazzjonijiet f’każ li l-bidliet teknoloġiċi u/jew dawk tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħhom għall-konsumaturi, l-industrija jew l-ambjent. B’konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjonijiet isiru permezz ta’ diskussjonijiet mal-partijiet interessati u mistennija li jseħħu madwar 2 – 3 snin mid-data effettiva tal-Verżjoni 1.1. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jevalwaw perjodikament is-suq fir-rigward tal-effiċjenza tal-enerġija u t-teknoloġiji l-ġodda. Bħal dejjem, il-partijiet interessati se jkollhom l-opportunità jaqsmu d-dejta tagħhom, iressqu proposti, u jesprimu kwalunkwe tħassib. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu biex jiżguraw li l-ispeċifikazzjonijiet jirrikonoxxu l-mudelli fis-suq li huma l-aktar effiċjenti f’termini ta’ enerġija u tippremja lil dawk il-manifatturi li ħadmu biex itejbu dejjem iktar l-effiċjenza tal-enerġija. Xi wħud mill-kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fl-ispeċifikazzjonijiet li jmiss jinkludu:

(a)

L-ittestjar tal-Kulur: F’xi waqt fil-ġejjieni, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw din l-ispeċifikazzjoni, abbażi tad-dejta tat-test imressqa, il-preferenzi futuri tal-konsumaturi u l-avvanzi fl-inġinerija, biex l-immaġini tal-kulur jiġu inklużi fil-metodu tat-test.

(b)

Il-ħin tal-Irkupru: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jimmonitorjaw mill-qrib il-ħinijiet inkrimentali u assoluti tal-irkupru kif irrappurtati mill-imsieħba li jittestjaw skont il-metodu TEC, kif ukoll dokumentazzjoni mressqa mill-imsieħba dwar default settings ta’ dewmien. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jqisu l-modifikazzjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet biex jindirizzaw il-ħin tal-irkurpu jekk isir evidenti li l-prassi tal-manifattura qed jirriżultaw f’modalitajiet ta’ ġestjoni tal-enerġija li jiddiżattivaw lill-utent.

(ċ)

L-indirizzar tal-Prodotti OM Skont it-TEC: Abbażi ta’ dejta tat-test imressqa, l-opportunitajiet għal iktar iffrankar ta’ enerġija, u l-avvanzi fl-inġinerija, l-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jimmodifikaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet f’xi punt fil-ġejjieni biex jindirizzaw prodotti li attwalment qed jiġu ttrattati bl-approċċ OM skont l-approċċ TEC inkluż prodotti b’Format Kbir u b’Format Żgħir, kif ukoll prodotti li jużaw teknoloġija IJ.

(d)

Impatti Addizzjonali tal-Enerġija: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom motivi ta’ interess biex jipprovdu lill-konsumaturi b’għażliet li jnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mod sinifikanti meta mqabbla mal-għażliet alternattivi tipiċi. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jitolbu għall-kontribut tal-partijiet interessati dwar metodi ta’ kif jiġu ddokumentati u kkwantifikati l-impatti ambjentali li permezz tagħhom il-manifattura, it-trasport, id-disinn tal-prodott jew l-użu ta’ oġġetti konsumibbli jistgħu jwasslu għal-prodott bl-istess impatt globali jew aqwa ta’ impatt tal-gassijiet serra minn prodotti li jikkwalifikaw bħala prodotti ENERGY STAR abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba l-użu tagħhom tal-enerġija biss. Qegħdin neżaminaw metodi kif nindirizzaw dawn il-kwistjonijiet b’mod effettiv u nistgħu nemendaw dawn l-ispeċifikazzjonijiet kif mistħoqq abbażi ta’ informazzjoni suffiċjenti. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea se jaħdmu mill-qrib flimkien mal-partijiet interessati dwar ir-reviżjonijiet kollha u jiżguraw li r-reviżjonijiet ikunu konsistenti mal-prinċipji gwida tal-programm ENERGY STAR.

(e)

Rappurtar ta’ Dejta ta’ 230 V: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw li għall-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati fi swieq differenti, li wieħed minnhom jinkludi s-suq ta’ 230 V, id-dejta tal-ittestjar fil-livell ta’ 230 V għandha tiġi aċċettata bħala suffiċjenti għad-diversi swieq. Dan is-suġġeriment huwa bbażat fuq l-osservazzjoni li jekk prodott jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-230 V, huwa jissodisfa wkoll l-istandards fil-livelli ta’ vultaġġ aktar baxxi.

(f)

Tkabbir tar-Rekwiżiti tal-Istampar Doppju L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jevalwaw mill-ġdid il-preżenza ta’ stampar doppju fuq it-tipi attwali kollha ta’ prodotti, u jikkunsidraw kif ir-rekwiżiti mhux obbligatorji jistgħu jsiru aktar stretti. Potenzjalment, il-kunsiderazzjoni mill-ġdid tar-rekwiżiti tal-istampar doppju biex dawn ikopru firxa akbar ta’ stampar doppju tista’ twassal għal tnaqqis fl-użu tal-karti, li rriżulta bħala l-akbar impatt li l-printer jista’ jħalli tul ħajtu.

(g)

Ir-Reviżjoni tal-Proċedura tat-Test tat-TEC: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw mill-ġdid il-metodoloġija tal-ittestjar tat-TEC biex jagħmlu l-assunzjonijiet tal-użu aktar trasparenti jew li jżidu r-rekwiżiti għall-ispeċifikazzjoni li l-konsum tal-enerġija jiġi mkejjel u rrapportat f’xi modalitajiet distinti li jippermettu valuri rilevanti għal tendenzi reali tal-użu.

(h)

Stati tal-Enerġija: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jistgħu jikkunsidraw mill-ġdid id-definizzjoni ta’ ċerti termini tal-enerġija (eż., Standby) jew li jżidu approċċi ġodda għall-ġestjoni tal-enerġija (eż., weekend Sleep) sabiex tinżamm konsistenza mal-kriterji internazzjonali u sabiex jinkiseb l-ogħla livell ta’ ffrankar tal-enerġija possibbli għat-tagħmir tal-immaġini.


(1)  IEC 62301 — Tagħmir elettriku tad-dar — Kejl tal-enerġija standby (2005).

(2)  It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrappurtata. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta’ konnessjoni mad-dejta (mingħajr netwerk) huma USB, Serial, u Parallel.

(3)  Immaġini/Jum Interim fit-Tabella 37.

(4)  It-tip ta’ konnessjoni man-netwerk għandha tiġi rrappurtata. Tipi komuni huma Ethernet, 802.11, u Bluetooth. Tipi komuni ta’ konnessjoni mad-data iżda mhux ma’ netwerk huma USB, Serial, u Parallel.

(5)  Vultaġġ tal-Provvista: Il-manifatturi għandhom jittestjaw il-prodotti tagħhom fuq bażi tas-suq li fih l-imsieħeb biħsiebu jbigħ il-prodotti bħala prodotti ENERGY STAR kwalifikati. Għat-tagħmir mibjugħ fi swieq internazzjonali diversi u għalhekk ratati fuq bosta vultaġġi input, il-manifattur għandu jittestja u jirrapporta il-vultaġġi kollha rilevanti u l-livelli kollha tal-konsum tal-elettriku. Pereżempju, manifattur li jikkonsenja l-istess mudell ta’ printer lill-Istati Uniti u l-Ewropa għandu jkejjel u jirrapporta l-valuri tat-TEC jew tal-OM kemm b’115 Volts/60 Hz kif ukoll b’230 Volts/50 Hz. Jekk prodott huwa ddisinjat biex jaħdem f’kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza f’suq speċifiku li huwa differenti mill-kombinazzjoni ta’ vultaġġ/frekwenza għal dak is-suq (eż., 230 Volts, 60 Hz fl-Amerika ta’ Fuq), il-manifattur għandu jittestja l-prodott fil-kombinazzjoni reġjonali li l-aktar taqbel mal-kapaċitajiet tad-disinn tal-prodott u jinnota dan il-fatt fuq il-folja tar-rapport tat-test.

(6)  Enerġija vera hija definita bħala (volts) × (amps) × (fattur ta’ enerġija) u hija tipikament irrapportata bħala watts. Enerġija apparenti hija definita bħala (volts) × (amps) u hija normalment espressa f’termini ta’ VA jew volt-amps. Il-fattur ta’ enerġija għal apparat bi provvisti ta’ enerġija li tinxtegħel huwa dejjem anqas minn 1, għalhekk l-enerġija reali hija dejjem anqas mill-enerġija apparenti. Somom akkumulati ta’ kejl tal-enerġija, kejl tal-enerġija fuq perjodu ta’ żmien, eċċ., jeħtieġu jiġu bbażati wkoll fuq kejl ta’ enerġija reali.

(7)  IEC 62301 — Tagħmir Elettriku tad-Dar— Kejl tal-Enerġija Standby 2005.


28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' April 2009

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2975)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2009/348/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar ikel ġdid u l-ingredjenti tal-ikel ġodda (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Ottubru 2005 il-kumpanija BASF għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tal-Olanda biex tqiegħed il-lycopene sintetiku fis-suq bħala ingredjent ġdid għall-ikel; fid-19 ta’ Ottubru 2006 il-korp kompetenti tal-evalwazzjoni tal-ikel tal-Olanda ħareġ l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu. F’dak ir-rapport, wasal għall-konklużjoni li l-lycopene huwa aċċettabbli għall-użu fis-sensiela ta’ prodotti tal-ikel proposti.

(2)

Il-Kummissjoni għaddiet dan l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni lill-Istati Membri kollha nhar l-10 ta’ Novembru 2006.

(3)

Fi żmien il-perjodu ta’ 60 jum stipulat fl-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu oġġezzjonijiet motivati għat-tqegħid fis-suq tal-prodott skont din id-dispożizzjoni; għalhekk l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà Alimentari (EFSA) ġiet ikkonsultata fit-13 ta’ Ġunju 2007 u ħarġet l-opinjoni tagħha fl-10 ta’ April 2008.

(4)

F’din l-opinjoni l-EFSA waslet għall-konklużjoni li l-lycopene jista’ jintuża mingħajr periklu bħala ingredjent tal-ikel għall-użi proposti. Minkejja dan, l-EFSA kkonkludiet li filwaqt li l-konsum tal-lycopene mill-konsumatur medju jibqa’ inqas mill-konsum aċċettabbli ta’ kuljum (ADI), xi konsumaturi tal-lycopene jistgħu jikkunsmaw iżjed mill-ADI. Għalhekk, jidher f’waqtu li tkun stabbilita lista ta’ tipi ta’ ikel li magħhom huwa aċċettabbli li jiżdied il-lycopene.

(5)

Fl-4 ta’ Diċembru 2008, l-EFSA adottat l-“Opinjoni Xjentifika tal-Bord Xjentifiku dwar il-Prodotti tad-dieta, in-Nutrizzjoni u l-Allerġiji fuq talba tal-Kummissjoni marbuta mas-sikurezza tal-lycopene mingħand Blakeslea trispora Cold Water Dispersion (CWD).” Din l-opinjoni waslet għall-konklużjonijiet li l-preparazzjonijiet tal-lycopene maħsuba għall-użu fl-ikel u fis-supplimenti tal-ikel huma fformulati bħala sospensjonijiet fiż-żjut tal-ikel, u bħala trabijiet li jistgħu jkunu kompressati jew maħlulin fl-ilma. Billi l-lycopene jista’ jiġi mibdul bil-kuntatt mal-ossiġenu f’dawn il-formolazzjonijet, jeħtieġ li tkun aċċertata l-protezzjoni kontra l-ossidazzjoni.

(6)

Jidher xieraq ukoll li jsir ġbir tad-dejta dwar il-konsum għal numru ta’ snin wara l-awtorizzazzjoni biex din imbagħad tkun riveduta fid-dawl ta’ kull informazzjoni miżjuda dwar is-sikurezza tal-użu u l-konsum tal-lycopene. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-ġbir tad-dejta rigward il-livelli tal-lycopene fiċ-ċereali għall-fatra. Iżda dan ir-rekwiżit, skont id-Deċiżjoni preżenti, japplika għall-użu tal-lycopene bħala ingredjent ġdid tal-ikel u mhux tal-użu tiegħu bħala kolorant tal-ikel, li jidħol fl-ambitu tad-Direttiva tal-Kunsill 89/107/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri li jikkonċernaw l-addittivi tal-ikel awtorizzati għall-użu fil-prodotti tal-ikel għall-konsum tal-bniedem (2).

(7)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-lycopene sintetiku jikkonforma mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lycopene sintetiku, minn hawn ‘il quddiem imsemmi l-prodott, kif speċifikat fl-Anness I, jista’ jitqiegħed fis-suq fil-Komunità bħala ingredjent ġdid tal-ikel għall-użu fl-ikel kif speċifikat fl-Anness II.

Artikolu 2

L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent ġdid tal-ikel awtorizzata b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-prodott għandha tkun “lycopene”.

Artikolu 3

Il-kumpanija BASF għandha tistabbilixxi programm ta’ monitoraġġ li jakkompanja n-negozju f’dan il-prodott. Dan il-programm se jiġbor l-informazzjoni dwar il-livelli tal-użu tal-lycopene fl-ikel kif speċifikat fl-Anness III.

Id-dejta miġbura għandha tkun disponibbli għall-Kummissjoni u għall-Istati Membri. Fid-dawl tal-informazzjoni ġdida u ta’ rapport mill-EFSA, għandu jiġi rivedut l-użu tal-“lycopene” bħala ingredjent tal-ikel mhux aktar tard mis-sena 2014.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil BASF SE, D-67056 Ludwigshafen, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14 2 1997, p. 1.

(2)  ĠU L 40, 11 2 1989, p. 27.


ANNESS I

L-ispeċifikazzjonijiet tal-lycopene sintetiku

L-ISPJEGAZZJONI

Il-lycopene sintetiku huwa magħmul bil-kondensazzjoni Wittig tal-intermedjarji sintetiċi użati ġeneralment fil-produzzjoni ta’ karotenojdi oħrajn li huma użati fl-ikel. Il-lycopene sintetiku jikkonsisti fi ≥ 96 % lycopene u kwantitajiet żgħar ta’ komponenti karotenojdi relatati oħra. Il-lycopene hu prodott jew fil-forma ta’ trab f’matriċi addattata jew fil-forma ta’ taħlita żejtnija. Il-kulur tiegħu jkun jew aħmar skur jew aħmar jagħti fil-vjola. Jeħtieġ il-ħarsien mill-kuntatt mal-ossiġenu.

L-ISPEĊIFIKAZZJONI

Isem kimiku

:

Lycopene

Numru C.A.S.

:

502-65-8 [(kollu trans lycopene)

Formula kimika

:

C40H56

Formula strutturali

:

Image

Piż tal-formula

:

536,85


ANNESS II

Il-lista tal-ikel li miegħu jista’ jiżdied il-lycopene sintetiku

Kategorija tal-ikel

Kontenut massimu ta’ lycopene

Xarbiet magħmulin mill-meraq tal-frott jew tal-ħaxix (anki l-konċentrati)

2,5 mg/100 g

Xarbiet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għall-ħala tal-enerġija mill-użu intensiv tal-muskoli, speċjalment għall-isportivi

2,5 mg/100 g

Ikel maħsub għall-użu f’dieti ta’ enerġija ristretta għat-tnaqqis tal-piż

8 mg/għal kull sostitut tal-ikel

Ċereali għall-kolazzjon

5 mg/100 g

Xaħmijiet u Ħwawar

10 mg/100 g

Sopop minbarra s-sopop tat-tadam

1 mg/100 g

Ħobż (jinkludi l-ħobż iqarmeċ)

3 mg/100 g

Ikel tad-dieta għal Skopijiet Speċjali Mediċi

Skont il-bżonnijiet nutrittivi individwali

Supplimenti tal-ikel

Doża ta’ 15 mg/kuljum kif irrikkmandat mill-manifattur


ANNESS III

Il-monitoraġġ tal-lycopene sintetiku wara li jkun inħareġ fis-suq

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI MIĠBURA

Kwantitajiet tal-lycopene sintetiku li jkunu pprovduti minn BASF lill-klijenti tagħha għall-produzzjoni tal-oġġetti tal-ikel lesti biex jitqiegħdu fis-suq fl-Unjoni Ewropea.

Ir-riżultati tat-tiftix fil-banek tad-dejta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti tal-ikel miżjudin bil-lycopene, dawn jinkludu l-livelli taż-żieda u l-qisien tal-porzjonijiet għal kull oġġett tal-ikel maħruġ fis-suq mill-Istat Membru.

RAPPURTAĠĠ TAL-INFORMAZZJONI

L-informazzjoni ta’ fuq għandha tkun irrappurtata lill-Kummissjoni Ewropea kull sena fis-snin 2009 sal-2012. Għall-ewwel darba fil-31 ta’ Ottubru 2010 għall-perjodu ta’ rappurtaġġ bejn l-1 ta’ Lulju 2009 sat-30 ta’ Ġunju 2010; u għas-sentejn ta’ wara dan, fl-istess żmien kull sena.

AKTAR TAGĦRIF

Fejn xieraq u fejn tkun disponibbli għal BASF, għanda tkun irrappurtata wkoll l-istess informazzjoni dwar il-konsum tal-lycopene li jkun użat bħala kolorant tal-ikel.

Fejn tkun disponibbli, BASF għandha tipprovdi l-informazzjoni ġdida xjentifika għal rikonsiderazzjoni tal-livelli massimi mhux perikolużi għall-konsum tal-lycopene.

IL-VALUTAZZJONI TAL-LIVELLI TAL-KONSUM TAL-LYCOPENE

BASF għandha tagħmel valutazzjoni aġġornata tal-konsum ibbażata fuq l-informazzjoni miġbura u rrapportata ta’ hawn fuq.

REVIŻJONI

Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-EFSA fl-2013 biex tirrevedi l-informazzjoni li tipprovdi l-industrija.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

28.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 106/60


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ April 2009

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

(2009/349/PESK)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Waqt li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fit-31 ta’ Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (UNSCR 1807 (2008)), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK tal-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2)

Fit-3 ta’ Marzu 2009, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1533 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR 1533 (2004)) emenda l-lista ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi.

(3)

IIl-listi ta’ persuni u entitajiet li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandhom jiġu sostitwiti kif meħtieġ. Il-listi għandhom jiġu emendati wkoll biex jinkludu informazzjoni addizzjonali għal ċerti persuni u entitajiet u biex jitneħħa individwu wieħed kif determinat mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-listi ta’ persuni u entitajiet stabbiliti fl-Anness mal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK huma b’dan sostitwiti bil-listi stabbiliti fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ April 2009

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.


ANNESS

“a)   Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5

 

Kunjom

Isem

Psewdonimu

Sess

Titolu, funzjoni

Indirizz

(Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

(belt, pajjiż)

Numru tal-passaport jew ID

(inkluż il-pajjiż fejn inħarġu u d-data u l-post tal-ħruġ)

Ċittadinanza

Data tan-nomina

Informazzjoni oħra

1.

BWAMBALE

Frank Kakolele

Frank Kakorere, Frank Kakorere Bwambale

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

Il-Mexxej RDK-ML ta’ qabel, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RDK-ML, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), kien responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Telaq mis-CNDP f’Jannar 2008. Residenti f’Kinshasa minn Diċembru 2008.

2.

KAKWAVU BUKANDE

Jérôme

Jérôme Kakwavu

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Kmandant Jérôme’. Qabel kien President tal-UCD/FAPC. Kontroll tal-FAPC ta’ okkupazzjonijet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK - rotta ta’ transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitatjiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentament, fi ksur tal-embargo tal-armi. Mogħti l-kariga ta’ Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Minn Diċembru 2008, jibqa’ fl-FARDC, ibbażat f’Kinshasa.

3.

KATANGA

Germain

 

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Kap tal-FRPI. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f’Diċembru 2004. Involut fi trasferimenti ta’ armamenti, fi ksur tal-embargo tal-armi. Taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FRPI f’abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta’ Ottubru 2007.

4.

LUBANGA

Thomas

 

M

 

 

 

Ituri

 

Kongoliża

1.11.2005

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat f’Kinshasa f’Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur abbużiv tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17 ta’ Marzu 2006. Minn Diċembru 2008 qed jiġi pproċessat għal delitti tal-gwerra.

5.

MANDRO

Khawa Panga

Kawa Panga, Kawa Panga Mandro, Kawa Mandro, Yves Andoul Karim, Mandro Panga Kahwa, Yves Khawa Panga Mandro

M

 

 

20.8.1973

Bunja

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Kap Kahwa’, ‘Kawa’. Eks-President tal-PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fi traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Fil-ħabs f’Bunja mill-04/05 minħabba s-sabotaġġ tal-proċess ta’ paċi ta’ Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda ta’ delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, omiċidju, attakk aggravat u swat

6.

MBARUSHIMANA

Callixte

 

M

 

 

24.7.1963

Ndusu/Ruhengeri Provinċja tat-Tramuntana, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR. Mexxejj Politiku/Militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, skont riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Pariġi jew Thaïs, Franza.

7.

MPAMO

Iruta Douglas

Mpano, Douglas Iruta Mpamo

M

 

Bld Kanyamuhanga 52, Goma

28.12.1965/ 29.12.1965

Bashali, Masisi / Goma, DRC

 

Kongoliża

1.11.2005

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħhom intużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta’ informazzjoni taħt forma oħra fuq titjiriet u f’merkanziji apparentament biex jippermetti l-ksur tal-embargo tal-armi. Ibbażat f’Goma u Gisenyi, Rwanda. Spiss jaqsam il-fruntiera bejn ir-Rwanda u l-Kongo.

8.

MUDACUMURA

Sylvestre

 

M

 

 

 

 

 

Rwandiża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Radja’, ‘Mupenzi Bernard’, ‘General Major Mupenzi’. President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Minn Diċembru 2008, għadu jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA Ibbażat f’Kibua, territorju Masisi, RDK.

9.

MUJYAMBERE

Leopold

Musenyeri, Achille, Frere Petrus Ibrahim

M

 

 

17.3.1962, Est. 1966

Kigali, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Kurunell. Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta’ Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Mwenga, Kivu tan-Nofs-in-nhar, RDK.

10.

MURWANASHYAKA

Dr. Ignace

Ignace

M

 

 

14.5.1963

Butera (Rwanda) / Ngoma, Butare (Rwanda)

 

Rwandiża

1.11.2005

President tal-FDLR, jeżerċeta influwenza fuq linji politiċi u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Residenti fil-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA.

11.

MUSONI

Straton

IO Musoni

M

 

 

06.04.1961 (possibbilment 04.06.1961)

Mugambazi, Kigali, Rwanda

 

Passaport tar-Rwanda li skada fl-10.09.2004

29.3.2007

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed ixekkel id-diżarm u r-ripatrijazzjoni jew is-sistemazzjoni mill-ġdid volontarji ta’ ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Residenti f’Neuffen, il-Ġermanja. Minn Diċembru 2008, għadu rikonoxxut bħala l-Viċi-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA.

12.

MUTEBUTSI

Jules

Jules Mutebusi, Jules Mutebuzi Kurunell Mutebutsi

M

 

 

 

Kivu tan-Nofs-in-nhar

 

Kongoliża (Kivu tan-Nofs-in-nhar)

1/11/2005

Magħruf bħala: ‘Kurunell Mutebutsi’. Qabel kien Deputat Kmandant Reġjonali tal-Militari tal-Għaxar MR f’April 2004, kien imkeċċi minħabba nuqqas ta’ dixxiplina u ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu bil-forza f’Mejju 04. Akkużat bir-riċeviment ta’ armamenti barra l-istrutturi tal-FARDC u l-proviżjon ta’ forniment lil gruppi armati u milizzji msemmija f’paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi f’Diembru 2007 meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Jingġad li attwalment jinsab ‘imrażżan’.

13.

NGUDJOLO

Matthieu Cui

Cui Ngudjolo

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

‘Kurunell’ jew ‘Ġeneral’. Kap tal-personal tal-FNI u qabel kien Kap tal-persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta’ politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat minn MONUC f’Bunja f’Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta’ Frar 2008.

14.

NJABU

Floribert Ngabu

Floribert Njabu, Floribert Ndjabu, Floribert Ngabu Ndjabu

M

 

 

 

 

 

 

1.11.2005

President tal-FNI, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f’abbużi tad-drittijiet umani.

15.

NKUNDA

Laurent

Laurent Nkunda Bwatare, Laurent Nkundabatware, Laurent Nkunda Mahoro Batware, Laurant Nkunda Batware

M

 

 

6.2.1967/ 2.2.1967

Kivu tat-Tramuntana/Rutshuru

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala ‘Chairman’ u ‘Papa Six’ u ‘General Nkunda’. Qabel kien Ġeneral tal-RCD-G. Ngħaqad ngħaqad ma’ elementi oħra tar-rinnegat ta’ dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta’ Bukavu fl-04 ta’ Mejju bil-forza. Irċieva armamenti barra l-FARDC bi ksur tal-embargo tal-armi. Irċieva armamenti barra l-FARDC fi ksur tal-embargo tal-armi. Fundatur, National Congress for the People’s Defense, 2006; Uffiċjal Anzjan, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006;Officer Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Residenti f’Tebero u Kitchanga, territorju Masisi. Minn Diċembru 2008, kmandant tas-CNDP f’Kivu tat-Tramuntana.

16.

NTAWUNGUKA

Pacifique

Kurunell Omega, Nzeri, Israel, Pacifique Ntawungula

M

 

 

1.1.1964, Est. 1964

Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Kurunell. Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ mill-età ta’ 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, skont ir-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Peti, il-fruntiera Walikale-Masisis, RDK. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu;

17.

NYAKUNI

James

 

M

 

 

 

 

 

Ugandaniża

1.11.2005

Sħab fil-kummerċ mal-‘Kmandant Jerome’, b’mod partikolari f’kuntrabandu fil-fruntiera RDK/Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta’ armamenti u materjal militari fi trakkijiet mhux imfittxija. Ksur tal-embargo tal-armi u forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż.1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom li joperaw b’mod militari.

18.

NZEYIMANA

Stanislas

Deogratias Bigaruka Izabayo, Bigaruka, Bigurura, Izabayo Deo

M

 

 

1.1.1966; Est. 1967; Alt. 28.8.1966

Mugusa (Butare), Rwanda

 

Rwandiża

3.3.2009

Brigadier Ġenerali. Deputat Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxejj militari ta’ grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta’ kumbattenti, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta’ Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżel fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta’ Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien f’nofs jew tard fl-età ta’ bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta b’qawwa żgħażagħ tal-età ta’ 10 snin u iżjed. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u t-tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-linja ta’ quddiem, bi ksur tar-riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill ta’ Sigurtà. Post attwali: Kalonge, Masisi, Kivu tat-Tramuntana, RDK jew Kibua, RDK

19.

OZIA MAZIO

Dieudonné

Ozia Mazio

M

 

 

6.6.1949

Ariwara, DRC

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Omari’, ‘Mr Omari’. President tal-FEC fit-territorju ta’ Aru. Pjanijiet finanzjarji mal-Kmandant Jerome u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera RDK/Uganda, li ppermetta d-dispożizzjoni ta’ fornimenti u flus kontanti għall-’Kmandant Jerome’ u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo tal-armi, inkluż il-forniment ta’ għajnuna lil gruppi armati u milizzja msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003). Miet f’Ariwara fit-23 Settembru 2008.

20.

TAGANDA

Bosco

Bosco Ntaganda, Bosco Ntagenda, Ġeneral Taganda

M

 

 

 

 

 

Kongoliża

1.11.2005

Magħruf bħala: ‘Terminator’, ‘Maġġur’. Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji politiċi u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riż. 1493 (2003), involut fit-traffikar ta’ armi, fi ksur tal-embargo tal-armi. Huwa kien maħtur Ġeneral tal-FARDC f’Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa’ barra l-FARDC. Minn Diċembru 2008, kap tal-personal tas-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru.


b)   Lista ta’ entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5

 

Isem

Psewdonimu

Indirizz

(Nru, triq, kodiċi postali, belt, pajjiż)

Post tat-twelid

(belt, pajjiż)

Data tar-reġistrazzjoni

Numru tar-reġistrazzjoni

Post prinċipali tan-negozju

Data tan-nomina

Informazzjoni oħra

21.

BUTEMBO AIRLINES (BAL)

 

 

Butembo, RDK

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadhiex iżżomm liċenzja tat-tħaddim ta’ inġenji tal-ajru fir-RDK.

22.

CONGOCOM TRADING HOUSE

 

 

Butembo, RDK (Tel: +253 (0) 99 983 784

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. CONGOCOM kienet proprjetà ta’ Kisoni Kambale (miet fil-5 ta’ Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta’ April 2008). Kisoni kiseb kważi d-deheb kollu li jiġi prodott fid-distrett ta’ Mongbwalu, li huwa kkontrollat mill-FNI. L-FNI jikseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).

23.

COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL), GREAT LAKES BUSINESS

 

CAGL, Avenue Président Mobutu, Goma, RDK (CAGL għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda); GLBC, PO Box 315, Goma, RDK (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, Rwanda);

 

 

 

 

29.3.2007

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta’ Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà suġġett għal sanzjonijiet taħt ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta’ armi u munizzjon bi ksur tar-Riżoluzzjoni tal-embargo tal-armi 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma għadx kellha inġenji tal-ajru operazzjonali, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

24.

MACHANGA LTD

 

Kampala, Uganda

 

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Is-Sur Rajua) MACHANGA xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).

25.

TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPMENT (NGO)

TPD

Goma, Kivu tat-Tramuntana

 

 

 

 

1.11.2005

Implikata fil-ksur tal-embargo tal-armi, billi pprovdiet għajnuna lill-RCD-G, b’mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport ta’ armi u truppi, u anke billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni, lil partijiet tal-popolazzjoni f’Masisi u Rutshuru, Kivu tat-Tramuntana, fil-bidu tal-2005. Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha uffiċċji f’diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet tagħha kienu kważi waqfu.

26.

UGANDA COMMERCIAL IMPEC (UCI) LTD

 

Kajoka Street, Kisemente Kampala, Uganda (Tel: +256 41 533 578/9); indirizz alternattiv: PO Box 22709, Kampala, Uganda

 

 

 

 

29.3.2007

Kumpannija tal-esportazzjoni tad-deheb f’Kampala. (Diretturi Is-Sur Kunal LODHIA u s-Sur J.V. LODHIA). UCI xtrat id-deheb permezz ta’ relazzjoni kummerċjali regolari ma’ kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta’ assistenza’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo tal-armi, tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005).”