ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 81

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
27 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2009 tas-26 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2009 tat-23 ta' Marzu 2009 li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 257/2009 tal-24 ta' Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-folja ta' informazzjoni supplimentari għan-notifikazzjoni tal-għajnuna għas-sajd u l-akkwakultura ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 258/2009 tas-26 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

19

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/297/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Marzu 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1876)  ( 1 )

22

 

 

2009/298/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Marzu 2009 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi (novelty lighters) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2078)  ( 1 )

23

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 255/2009

tas-26 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

82,5

JO

68,6

MA

57,6

TN

134,4

TR

91,7

ZZ

87,0

0707 00 05

JO

167,2

MA

69,5

TR

151,3

ZZ

129,3

0709 90 70

MA

43,6

TR

84,4

ZZ

64,0

0709 90 80

EG

60,4

ZZ

60,4

0805 10 20

EG

41,2

IL

61,0

MA

42,8

TN

57,1

TR

76,0

ZZ

55,6

0805 50 10

TR

53,9

ZZ

53,9

0808 10 80

AR

75,7

BR

79,2

CA

78,6

CL

84,5

CN

70,5

MK

23,7

US

112,0

UY

57,1

ZA

83,6

ZZ

73,9

0808 20 50

AR

97,3

CL

136,2

CN

48,8

US

194,4

ZA

89,6

ZZ

113,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 256/2009

tat-23 ta' Marzu 2009

li jemenda l-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-azoxystrobin u l-fludioxonil f’ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 (1) (a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-azoxystrobin u l-fludioxonil il-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) ġew stabbiliti fl-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 rispettivament. Fir-rigward tal-azoxystrobin, fil-kuntest ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (2) għal użu ta’ dan il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq in-nevew, saret applikazzjoni għal modifikazzjoni tal-MRL eżistenti f'konformità mal-Artikolu 6(1) ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward tal-fludioxonil saret applikazzjoni għal MRL ta’ tolleranza għall-importazzjoni skont l-Artikolu 6(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 minn applikant f’pajjiż terz (l-Istati Uniti) li fih l-użu awtorizzat ta’ dan il-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti jwassal biex ir-residwi jaqbżu l-MRL għar-rummien, kif stabbilit fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

(2)

Iż-żewġ applikazzjonijiet ġew ivvalutati skont l-Artikolu 8 ta’ dak ir-Regolament u l-Portugall u d-Danimarka għaddew ir-rapporti ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”, evalwat is-sikurezza tal-MRLs proposti filwaqt li qieset it-tagħrif fl-applikazzjonijiet u r-rapporti ta’ valutazzjoni u tat opinjonijiet motivati. Din ressqet dawn l-opinjonijiet [skont l-Artikolu 10 tar-Regolament] lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlithom disponibbli għall-pubbliku (3).

(4)

L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjonijiet motivati tagħha li r-rekwiżiti kollha fir-rigward tad-dejta ntlaħqu u li ż-żewġ modifikazzjonijiet għall-MRLs mitluba mill-applikanti kienu aċċettabbli fir-rigward tas-sikurezza tal-konsumatur fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-esponiment tal-konsumatur għal 27 grupp ta’ konsumaturi Ewropej speċifiċi. Din qieset l-aktar tagħrif riċenti dwar il-proprjetajiet tossikoloġiċi tas-sustanzi. La l-esponiment tul il-ħajja għaż-żewġ sustanzi permezz tal-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista’ jkun fihom iż-żewġ sustanzi, u lanqas l-esponiment fuq medda qasira ta’ żmien minħabba konsum estrem ta’ nevew jew rummien, ma wrew li hemm riskju li tinqabeż id-doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI – acceptable daily intake) jew id-doża akuta ta’ referenza (ARfD – acute reference dose).

(5)

Fuq il-bażi tal-opinjoni motivata tal-Awtorità u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti għall-kwistjoni li qed tiġi kkunsidrata, il-modifikazzjonijiet mitluba għall-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(3)  Ir-rapporti xjentifiċi tal-EFSA (2008) 199 u 200 fuq http://efsa.europa.eu


ANNESS

L-Annessi II u III għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

Il-linji għall-azoxystrobin qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Fdalijiet ta' pestiċida u livelli massimi ta' fdal (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (1)

Azoxystrobin

100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠWIEŻ

 

110000

(i)

Frott taċ-ċitru

1

110010

Grejpfrut

 

110020

Larinġ

 

110030

Lumi

 

110040

Xkomp (lajm)

 

110050

Mandolin

 

110990

Oħrajn

 

120000

(ii)

Ġwież tas-siġar (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,1  (*)

120010

Lewż

 

120020

Gewż tal-Brażil

 

120030

Kexjus jew ġwież ta' l-anakardju

 

120040

Qastan

 

120050

Ġewż ta' l-Indi (coconut)

 

120060

Ġellewż

 

120070

Macadamia

 

120080

Ġewż Amerikan (pecans)

 

120090

Ġwież ta' l-arznu (pine nuts)

 

120100

Pistaċċi

 

120110

Ġewż

 

120990

Oħrajn

 

130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

0,05  (*)

130010

Tuffieħ

 

130020

Lanġas

 

130030

Sfarġel

 

130040

Naspli

 (**)

130050

Loquat

 (**)

130990

Oħrajn

 

140000

(iv)

Frott ta’ l-għadma

0,05  (*)

140010

Berquq

 

140020

Ċiras

 

140030

Ħawħ

 

140040

Għanbaqar

 

140990

Oħrajn

 

150000

(v)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

151000

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u għall-inbid

2

151010

Għeneb ta’ l-ikel

 

151020

Għeneb għall-inbid

 

152000

(b)

Frawli

2

153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

153010

Tut

3

153020

Dewberries

0,05  (*)

153030

Lampun

3

153990

Oħrajn

0,05  (*)

154000

(d)

Other small fruit & berries

0,05  (*)

154010

Blueberries

 

154020

Cranberries

 

154030

Passolina (ħamra, sewda jew bajda)

 

154040

Ribes

 

154050

Warda Skocciża

 (**)

154060

Ċawsli

 (**)

154070

Azarole (naspla Mediterranja)

 (**)

154080

Elderberries (frott is-sebuqa)

 (**)

154990

Oħrajn

 

160000

(vi)

Frott mixxellanju

 

161000

(a)

Qoxra li tittiekel

0,05  (*)

161010

Tamar

 

161020

Tin

 

161030

Żebbuġ tal-mejda

 

161040

Kumquat

 

161050

Karambola

 (**)

161060

Frotta tal-kaki

 (**)

161070

Jambolan(java plum),

 (**)

161990

Oħrajn

 

162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħira

0,05  (*)

162010

Kiwi

 

162020

Liċċi (lychee)

 

162030

Frotta tal-passjoni

 

162040

Bajtar tax-xewk

 (**)

162050

Star apple

 (**)

162060

Frotta tal-kaki (Kaki tal-Virġinja)

 (**)

162990

Oħrajn

 

163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbira

 

163010

Avokado

0,05  (*)

163020

Banana

2

163030

Mango

0,2

163040

Papaja

0,2

163050

Rummien

0,05  (*)

163060

Ċerimoja

 (**)

163070

Gwava

 (**)

163080

Ananas

0,05  (*)

163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

 (**)

163100

Durian

 (**)

163110

Il-frotta ta’ l-annona (guanbana),

 (**)

163990

Oħrajn

0,05  (*)

200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT;

 

210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

211000

(a)

Patata:

0,05  (*)

212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

0,05  (*)

212010

Kassava

 

212020

Patata ħelwa

 

212030

Jamm

 

212040

Ararut

 (**)

212990

Oħrajn

 

213000

(i)

Ħxejjex oħra ta’ l-għeruq u tat-tuberi minbarra pitravi

 

213010

Pitravi

0,05  (*)

213020

Karotti

0,2

213030

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

0,3

213040

Għerq il-mustarda

0,2

213050

Artiċokks

0,05  (*)

213060

Zunnarija bajda

0,2

213070

Għerq it-tursin

0,2

213080

Ravanell

0,2

213090

Sassefrika

0,2

213100

Rutabaga

0,05  (*)

213110

Turnip (xorta ta’ Brassica)

0,2

213990

Oħrajn

0,05  (*)

220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

 

220010

Tewm

0,05  (*)

220020

Basal

0,05  (*)

220030

Shallots

0,05  (*)

220040

Spring Basal

2

220990

Oħrajn

0,05  (*)

230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

231000

(a)

Solanacea

2

231010

Tadam

 

231020

Bżar

 

231030

Brunġiel

 

231040

Okra

 

231990

Oħrajn

 

232000

(b)

Cucurbits – qoxra li tittiekel

1

232010

Ħjar

 

232020

Hjar żgħar (gherkins)

 

232030

Zukkini

 

232990

Oħrajn

 

233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

0,5

233010

Bettieħ

 

233020

Qara’

 

233030

Dulliegħ

 

233990

Oħrajn

 

234000

(d)

Qamħ ħelu (Sweet corn)

0,05  (*)

239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

0,05  (*)

240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus brassica

 

241000

(a)

Brassica bil-fjuri

0,5

241010

Brokkoli

 

241020

Pastard

 

241990

Oħrajn

 

242000

(b)

Rjus tal-brassica

0,3

242010

Brussels sprouts

 

242020

Ġidra

 

242990

Oħrajn

 

243000

(c)

Brassica bil-weraq

5

243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

243020

Kale

 

243990

Oħrajn

 

244000

(d)

Kohlrabi

0,2

250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħwawar friski

 

251000

(a)

Ħass u pjanti oħra ta’ l-insalata inkluż il-Brassicacea

3

251010

Valerjanella

 

251020

Ħass

 

251030

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

 

251040

Ħabirxa

 

251050

Krexxun ,

 (**)

251060

Rukola

 

251070

Mustarda ħamra

 (**)

251080

Għeruq u rimi of Brassica spp.

 

251990

Oħrajn

 

252000

(b)

Spinaċi u smili (weraq)

 

252010

Spinaċi

0,05  (*)

252020

Burdlieqa

 (**)

252030

Weraq tal-pitravi chard

0,05  (*)

252990

Oħrajn

0,05  (*)

253000

(c)

Weraq tad-dielja

 (**)

254000

(d)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (*)

255000

(e)

Witloof

0,2

256000

(f)

Ħwawar

3

256010

Maxxita/Sorfolja

 

256020

Kurrat selvaġġ

 

256030

Weraq tal-karfus

 

256040

Tursin

 

256050

Salvja

 (**)

256060

Klin

 (**)

256070

Sagħtar

 (**)

256080

Ħabaq

 (**)

256090

Rand

 (**)

256100

Stragun

 (**)

256990

Oħrajn

 

260000

(vi)

Legumi (friski)

 

260010

Fażola (bil-miżwed)

1

260020

Fażola (bla miżwed)

0,2

260030

Piżelli (bil-miżwed)

0,5

260040

Piżelli (bla miżwed)

0,2

260050

Lentils

0,05  (*)

260990

Oħrajn

0,05  (*)

270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

270010

Asparagus

0,05  (*)

270020

Kardun

0,05  (*)

270030

Karfus

5

270040

Bużbież

5

270050

Qaqoċċ

1

270060

Kurrat

2

270070

Rubarbru

0,05  (*)

270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

 (**)

270090

Qlub tal-palma

 (**)

270990

Oħrajn

0,05  (*)

280000

(viii)

Fungi

0,05  (*)

280010

Ikkultivati

 

280020

Selvaġġi

 

280990

Oħrajn

 (**)

290000

(ix)

ALGI

 

300000

3.

ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI MNIXXFA

0,1

300010

Fażola u ful

 

300020

Lentils

 

300030

Piżelli

 

300040

Lupini

 

300990

Oħrajn

 

400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

 

401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

401010

Kittien

0,05  (*)

401020

Karawett

0,05  (*)

401030

Żerriegħet il-pepprin

0,05  (*)

401040

Żerriegħet il-ġunġlien

0,05  (*)

401050

Żerriegħet il-ġirasol

0,05  (*)

401060

Żerriegħet il-lift

0,5

401070

Żerriegħet is-sojja

0,5

401080

Żerriegħet il-mustarda

0,05  (*)

401090

Żerriegħet il-qoton

0,05  (*)

401100

Żerriegħa tal-qara' ħamra

0,05  (*)

401110

Għosfor

 (**)

401120

Fidloqqom

 (**)

401130

Gold of pleasure

 (**)

401140

Qanneb

0,05  (*)

401150

Castor bean

 (**)

401990

Oħrajn

0,05  (*)

402000

(ii)

Frott taż-żejt

0,05  (*)

402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

402020

Ġewż tal-palm (qlub biż-żejt tal-palm)

 (**)

402030

Frott il-palm

 (**)

402040

Kapok

 (**)

402990

Oħrajn

 

500000

5.

ĊEREALI

 

500010

Xgħir

0,3

500020

Qamħ Saraċin

0,05  (*)

500030

Mais

0,05  (*)

500040

Millieġ

0,05  (*)

500050

Ħafur

0,3

500060

Ross

5

500070

Segala

0,3

500080

Sorgu

0,05  (*)

500090

Qamħ

0,3

500990

Oħrajn

0,05  (*)

600000

6.

TÈ, KAFE, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

 

610000

(i)

TÈ (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentat jew mhux tal-Camellia sinensis)

0,1  (*)

620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafe

 (**)

630000

(iii)

Infużjonijiet erbali (imnixxfa)

 (**)

631000

(a)

Fjuri

 (**)

631010

Fjuri tal-kamomilla

 (**)

631020

Fjuri tal-ħibiskus

 (**)

631030

Petali tal-ward

 (**)

631040

Fjuri tal-verbena

 (**)

631050

Fjuri tal-ġiżimin

 (**)

631990

Oħrajn

 (**)

632000

(b)

Weraq

 (**)

632010

Weraq tal-frawli

 (**)

632020

Weraq tar-rooibos

 (**)

632030

Maté

 (**)

632990

Oħrajn

 (**)

633000

(c)

Għeruq

 (**)

633010

Għerq il-valerjana

 (**)

633020

Għerq il-ġinseng

 (**)

633990

Oħrajn

 (**)

639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 (**)

640000

(iv)

Kakaw (żrieragħ iffermentati)

 (**)

650000

(v)

Ħarrub

 (**)

700000

7.

ĦOPS (IMNIXXFA), INKLUŻI PELITS TAL-ĦOPS U TRAB MHUX IKKONĊENTRAT

20

800000

8.

ĦWAWAR

 (**)

810000

(i)

Żrieragħ

 (**)

810010

Ħlewwa

 (**)

810020

Ħlewwa sewda

 (**)

810030

Żerriegħa tal-karfus

 (**)

810040

Żerriegħa tal-kosbor

 (**)

810050

Kemmun

 (**)

810060

Żerriegħa tax-xibt

 (**)

810070

Żerriegħa tal-bużbies

 (**)

810080

Fienu

 (**)

810090

Noċimuskata

 (**)

810990

Oħrajn

 (**)

820000

(ii)

Frott u berries

 (**)

820010

Bżar tal-Ġamajka (allspice)

 (**)

820020

Bżar tal-ħlewwa (Bżar tal-Ġappun)

 (**)

820030

Ħlewwa (Caraway)

 (**)

820040

Kardamom

 (**)

820050

Ġnibru

 (**)

820060

Bżar, iswe u abjad

 (**)

820070

Imżiewed tal-vanilla

 (**)

820080

Tamarind (tamar ta' l-Indja)

 (**)

820990

Oħrajn

 (**)

830000

(iii)

Qoxra

 (**)

830010

Kannella

 (**)

830990

Oħrajn

 (**)

840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 (**)

840010

Għud is-sus/likwirizja

 (**)

840020

Ġinger

 (**)

840030

Żagħfran ta’ l-Indja/kurkuma

 (**)

840040

Ravanell (horse-radish)

 (**)

840990

Oħrajn

 (**)

850000

(v)

Rimi

 (**)

850010

Imsiemer tal-qronfol

 (**)

850020

Kappar

 (**)

850990

Oħrajn

 (**)

860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

 (**)

860010

Żagħfran

 (**)

860990

Oħrajn

 (**)

870000

(vii)

Aril (kisjet iż-żerriegħa)

 (**)

870010

Il-qoxra barranija tan-noċemoskata

 (**)

870990

Oħrajn

 (**)

900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 (**)

900010

Weraq tal-pitravi chard

 (**)

900020

Kannamieli taz-zokkor

 (**)

900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 (**)

900990

Oħrajn

 (**)

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TA’ L-ART

 

1010000

(i)

Laħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, interni, demm, xaħmijiet ta’ l-annimali frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ fis-salmura, imnixxef jew iffumigat jew ipproċessat fi dqiq jew pasti-prodotti pproċessati oħra bħaz-zalzett u preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn

0,05  (*)

1011000

(a)

Ħnieżer

 

1011010

Laħam

 

1011020

Xaħam mingħajr dgħif

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Interni li jittieklu

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

Bovini

 

1012010

Laħam

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Interni li jittieklu

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

1013010

Laħam

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Interni li jittieklu

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

1014010

Laħam

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Interni li jittieklu

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 (**)

1015010

Laħam

 (**)

1015020

Xaħam

 (**)

1015030

Fwied

 (**)

1015040

Kliewi

 (**)

1015050

Interni li jittieklu

 (**)

1015990

Oħrajn

 (**)

1016000

(f)

Tjur tar-razzett -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

1016010

Laħam

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Interni li jittieklu

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett/farm

 (**)

1017010

Laħam

 (**)

1017020

Xaħam

 (**)

1017030

Fwied

 (**)

1017040

Kliewi

 (**)

1017050

Interni li jittieklu

 (**)

1017990

Oħrajn

 (**)

1020000

(ii)

Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, u lanqas ma fihom zokkor jew ħlewwiet miżjuda, butir jew xaħmijiet oħra li ġejjin mill-ħalib, mill-ġobon jew mill-baqta.

0,01  (*)

1020010

Bhejjem ta' l-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

(iii)

Bajd ta’ l-għasafar, frisk, ippriservat, jew imsajjar; Bajd bil-qoxra u isfar tal-bajd friski, imnixxfa, imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreżervati mod ieħor, fihom jew ma fihomx żokkor jew ħlewwiet miżjuda

0,05  (*)

1030010

Tiġieġ

 (**)

1030020

Papra

 (**)

1030030

Wiżż

 (**)

1030040

Summiena

 (**)

1030990

Oħrajn

 (**)

1040000

(iv)

Għasel

 (**)

1050000

(v)

Anfibi u rettili

 (**)

1060000

(vi)

Bebbux

 (**)

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali ta’ l-art oħra

 (**)

(2)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Il-linji għall-fludioxonil qed jinbidlu b’dan li ġej:

“Fdalijiet ta' pestiċida u livelli massimi ta' fdal (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li għalihom japplikaw l-MRLs (2)

Fludioxonil

100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT; ĠWIEŻ

 

110000

(i)

Frott taċ-ċitru

 

110010

Grejpfrut

10

110020

Larinġ

7

110030

Lumi

7

110040

Xkomp (lajm)

7

110050

Mandolin

7

110990

Oħrajn

7

120000

(ii)

Ġwież tas-siġar (bil-qoxra jew mingħajrha)

0,05  (***)

120010

Lewż

 

120020

Gewż tal-Brażil

 

120030

Kexjus jew ġwież ta' l-anakardju

 

120040

Qastan

 

120050

Ġewż ta' l-Indi (coconut)

 

120060

Ġellewż

 

120070

Macadamia

 

120080

Ġewż Amerikan (pecans)

 

120090

Ġwież ta' l-arznu (pine nuts)

 

120100

Pistaċċi

 

120110

Ġewż

 

120990

Oħrajn

 

130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

5

130010

Tuffieħ

 

130020

Lanġas

 

130030

Sfarġel

 

130040

Naspli

 

130050

Loquat

 

130990

Oħrajn

 

140000

(iv)

Frott ta’ l-għadma

 

140010

Berquq

5

140020

Ċiras

5

140030

Ħawħ

5

140040

Għanbaqar

0,5

140990

Oħrajn

0,05  (***)

150000

(v)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

151000

(a)

Għeneb ta’ l-ikel u għall-inbid

2

151010

Għeneb ta’ l-ikel

2

151020

Għeneb għall-inbid

2

152000

(b)

Frawli

3

153000

(c)

Frott tal-kannamiela

 

153010

Tut

5

153020

Dewberries

0,05  (***)

153030

Lampun

5

153990

Oħrajn

0,05  (***)

154000

(d)

Frott tal-bosk (berries) u frott żgħir ieħor

 

154010

Blueberries

3

154020

Cranberries

1

154030

Passolina (ħamra, sewda jew bajda)

3

154040

Ribes

3

154050

Warda Skocciża

1

154060

Ċawsli

1

154070

Azarole (naspla Mediterranja)

1

154080

Elderberries (frott is-sebuqa)

2

154990

Oħrajn

1

160000

(vi)

Frott mixxellanju

 

161000

(a)

Qoxra li tittiekel

0,05  (***)

161010

Tamar

 

161020

Tin

 

161030

Żebbuġ tal-mejda

 

161040

Kumquat

 

161050

Karambola

 

161060

Frotta tal-kaki

 

161070

Jambolan(java plum),

 

161990

Oħrajn

 

162000

(b)

qoxra li ma tittikilx, żgħira

 

162010

Kiwi

20

162020

Liċċi (lychee)

0,05  (***)

162030

Frotta tal-passjoni

0,05  (***)

162040

Bajtar tax-xewk

0,05  (***)

162050

Star apple

0,05  (***)

162060

Frotta tal-kaki (Kaki tal-Virġinja)

0,05  (***)

162990

Oħrajn

0,05  (***)

163000

(c)

qoxra li ma tittikilx, kbira

 

163010

Avokado

0,05  (***)

163020

Banana

0,05  (***)

163030

Mango

0,05  (***)

163040

Papaja

0,05  (***)

163050

Rummien

3

163060

Ċerimoja

0,05  (***)

163070

Gwava

0,05  (***)

163080

Ananas

0,05  (***)

163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż

0,05  (***)

163100

Durian

0,05  (***)

163110

Il-frotta ta’ l-annona (guanbana),

0,05  (***)

163990

Oħrajn

0,05  (***)

200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT;

 

210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

211000

(a)

Patata:

1

212000

(b)

ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

0,05  (***)

212010

Kassava

 

212020

Patata ħelwa

 

212030

Jamm

 

212040

Ararut

 

212990

Oħrajn

 

213000

(i)

Ħxejjex oħra ta’ l-għeruq u tat-tuberi minbarra pitravi

0,05  (***)

213010

Pitravi

 

213020

Karotti

 

213030

Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi

 

213040

Għerq il-mustarda

 

213050

Artiċokks

 

213060

Zunnarija bajda

 

213070

Għerq it-tursin

 

213080

Ravanell

 

213090

Sassefrika

 

213100

Rutabaga

 

213110

Turnip (xorta ta’ Brassica)

 

213990

Oħrajn

 

220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

 

220010

Tewm

0,05  (***)

220020

Basal

0,1

220030

Shallots

0,05  (***)

220040

Basal tar-rebbiegħa

0,3

220990

Oħrajn

0,05  (***)

230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

231000

(a)

Solanacea

 

231010

Tadam

1

231020

Bżar

2

231030

Brunġiel

1

231040

Okra

0,5

231990

Oħrajn

0,5

232000

(b)

Cucurbits – qoxra li tittiekel

 

232010

Ħjar

1

232020

Hjar żgħar (gherkins)

0,5

232030

Zukkini

1

232990

Oħrajn

0,5

233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

0,05  (***)

233010

Bettieħ

 

233020

Qara’

 

233030

Dulliegħ

 

233990

Oħrajn

 

234000

(d)

Qamħ ħelu (Sweet corn)

0,05  (***)

239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

0,05  (***)

240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus brassica

0,05  (***)

241000

(a)

Brassica bil-fjuri

0,05  (***)

241010

Brokkoli

 

241020

Pastard

 

241990

Oħrajn

 

242000

(b)

Rjus tal-brassica

0,05  (***)

242010

Brussels sprouts

 

242020

Ġidra

 

242990

Oħrajn

 

243000

(c)

Brassica bil-weraq

0,05  (***)

243010

Kaboċċi Ċiniżi

 

243020

Kale

 

243990

Oħrajn

 

244000

(d)

Kohlrabi

0,05  (***)

250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħwawar friski

 

251000

(a)

Ħass u pjanti oħra ta’ l-insalata inkluż il-Brassicacea

10

251010

Valerjanella

 

251020

Ħass

 

251030

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa)

 

251040

Ħabirxa

 

251050

Krexxun ,

 

251060

Rukola

 

251070

Mustarda ħamra

 

251080

Għeruq u rimi of Brassica spp.

 

251990

Oħrajn

 

252000

(b)

Spinaċi u smili (weraq)

 

252010

Spinaċi

0,05  (***)

252020

Burdlieqa

10

252030

Weraq tal-pitravi chard

0,05  (***)

252990

Oħrajn

0,05  (***)

253000

(c)

Weraq tad-dielja

0,05  (***)

254000

(d)

Krexxuni ta’ l-ilma

0,05  (***)

255000

(e)

Witloof

0,05  (***)

256000

(f)

Ħwawar

1

256010

Maxxita/Sorfolja

 

256020

Kurrat selvaġġ

 

256030

Weraq tal-karfus

 

256040

Tursin

 

256050

Salvja

 

256060

Klin

 

256070

Sagħtar

 

256080

Ħabaq

 

256090

Rand

 

256100

Stragun

 

256990

Oħrajn

 

260000

(vi)

Legumi (friski)

 

260010

Fażola (bil-miżwed)

1

260020

Fażola (bla miżwed)

0,2

260030

Piżelli (bil-miżwed)

0,2

260040

Piżelli (bla miżwed)

0,05  (***)

260050

Lentils

0,05  (***)

260990

Oħrajn

0,05  (***)

270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

270010

Asparagus

0,05  (***)

270020

Kardun

0,05  (***)

270030

Karfus

0,05  (***)

270040

Bużbież

0,1

270050

Qaqoċċ

0,05  (***)

270060

Kurrat

0,05  (***)

270070

Rubarbru

0,05  (***)

270080

Rimi tal-pjanta tal-bambu

0,05  (***)

270090

Qlub tal-palma

0,05  (***)

270990

Oħrajn

0,05  (***)

280000

(viii)

Fungi

0,05  (***)

280010

Ikkultivati

 

280020

Selvaġġi

 

280990

Oħrajn

 

290000

(ix)

Algi

0,05  (***)

300000

3.

ŻRIERAGĦ TAL-LEGUMI MNIXXFA

0,05  (***)

300010

Fażola u ful

 

300020

Lentils

 

300030

Piżelli

 

300040

Lupini

 

300990

Oħrajn

 

400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

0,05  (***)

401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

401010

Kittien

 

401020

Karawett

 

401030

Żerriegħet il-pepprin

 

401040

Żerriegħet il-ġunġlien

 

401050

Żerriegħet il-ġirasol

 

401060

Żerriegħet il-lift

 

401070

Żerriegħet is-sojja

 

401080

Żerriegħet il-mustarda

 

401090

Żerriegħet il-qoton

 

401100

Żerriegħa tal-qara' ħamra

 

401110

Għosfor

 

401120

Fidloqqom

 

401130

Gold of pleasure

 

401140

Qanneb

 

401150

Castor bean

 

401990

Oħrajn

 

402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

402020

Ġewż tal-palm (qlub biż-żejt tal-palm)

 

402030

Frott il-palm

 

402040

Kapok

 

402990

Oħrajn

 

500000

5.

ĊEREALI

 

500010

Xgħir

0,05  (***)

500020

Qamħ Saraċin

0,05  (***)

500030

Mais

0,1

500040

Millieġ

0,05  (***)

500050

Ħafur

0,05  (***)

500060

Ross

0,05  (***)

500070

Segala

0,05  (***)

500080

Sorgu

0,05  (***)

500090

Qamħ

0,2

500990

Oħrajn

0,05  (***)

600000

6.

TÈ, KAFE, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

0,05  (***)

610000

(i)

Tè (weraq u zkuk imnixxfa, iffermentat jew mhux tal-Camellia sinensis)

 

620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafe

 

630000

(iii)

Infużjonijiet erbali (imnixxfa)

 

631000

(a)

Fjuri

 

631010

Fjuri tal-kamomilla

 

631020

Fjuri tal-ħibiskus

 

631030

Petali tal-ward

 

631040

Fjuri tal-verbena

 

631050

Fjuri tal-ġiżimin

 

631990

Oħrajn

 

632000

(b)

Weraq

 

632010

Weraq tal-frawli

 

632020

Weraq tar-rooibos

 

632030

Maté

 

632990

Oħrajn

 

633000

(c)

Għeruq

 

633010

Għerq il-valerjana

 

633020

Għerq il-ġinseng

 

633990

Oħrajn

 

639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 

640000

(iv)

Kakaw (żrieragħ iffermentati)

 

650000

(v)

Ħarrub

 

700000

7.

ĦOPS (IMNIXXFA), INKLUŻI PELITS TAL-ĦOPS U TRAB MHUX IKKONĊENTRAT

0,05  (***)

800000

8.

ĦWAWAR

0,05  (***)

810000

(i)

Żrieragħ

 

810010

Ħlewwa

 

810020

Ħlewwa sewda

 

810030

Żerriegħa tal-karfus

 

810040

Żerriegħa tal-kosbor

 

810050

Kemmun

 

810060

Żerriegħa tax-xibt

 

810070

Żerriegħa tal-bużbies

 

810080

Fienu

 

810090

Noċimuskata

 

810990

Oħrajn

 

820000

(ii)

Frott u berries

 

820010

Bżar tal-Ġamajka (allspice)

 

820020

Bżar tal-ħlewwa (Bżar tal-Ġappun)

 

820030

Ħlewwa (Caraway)

 

820040

Kardamom

 

820050

Ġnibru

 

820060

Bżar, iswe u abjad

 

820070

Imżiewed tal-vanilla

 

820080

Tamarind (tamar ta' l-Indja)

 

820990

Oħrajn

 

830000

(iii)

Qoxra

 

830010

Kannella

 

830990

Oħrajn

 

840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

840010

Għud is-sus/likwirizja

 

840020

Ġinger

 

840030

Żagħfran ta’ l-Indja/kurkuma

 

840040

Ravanell (horse-radish)

 

840990

Oħrajn

 

850000

(v)

Rimi

 

850010

Imsiemer tal-qronfol

 

850020

Kappar

 

850990

Oħrajn

 

860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

 

860010

Żagħfran

 

860990

Oħrajn

 

870000

(vii)

Aril (kisjet iż-żerriegħa)

 

870010

Il-qoxra barranija tan-noċemoskata

 

870990

Oħrajn

 

900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

0,05  (***)

900010

Weraq tal-pitravi chard

 

900020

Kannamieli taz-zokkor

 

900030

Għeruq taċ-ċikwejra

 

900990

Oħrajn

 

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI – ANNIMALI TA’ L-ART

0,05  (***)

1010000

(i)

Laħam, preparazzjonijiet ta’ laħam, interni, demm, xaħmijiet ta’ l-annimali frisk, imkessaħ jew iffriżat, immellaħ fis-salmura, imnixxef jew iffumigat jew ipproċessat fi dqiq jew pasti-prodotti pproċessati oħra bħaz-zalzett u preparazzjonijiet ta’ l-ikel ibbażati fuq dawn

 

1011000

(a)

Ħnieżer

 

1011010

Laħam

 

1011020

Xaħam mingħajr dgħif

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Interni li jittieklu

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

Bovini

 

1012010

Laħam

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Interni li jittieklu

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

1013010

Laħam

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Interni li jittieklu

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

1014010

Laħam

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Interni li jittieklu

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

1015010

Laħam

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Interni li jittieklu

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

Tjur tar-razzett -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

1016010

Laħam

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Interni li jittieklu

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett/farm

 

1017010

Laħam

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Interni li jittieklu

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

(ii)

Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati, u lanqas ma fihom zokkor jew ħlewwiet miżjuda, butir jew xaħmijiet oħra li ġejjin mill-ħalib, mill-ġobon jew mill-baqta.

 

1020010

Bhejjem ta' l-ifrat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

(iii)

Bajd ta’ l-għasafar, frisk, ippriservat, jew imsajjar; Bajd bil-qoxra u isfar tal-bajd friski, imnixxfa, imsajra bil-fwar jew mgħollija fl-ilma, iffurmati, iffriżati jew ippreżervati mod ieħor, fihom jew ma fihomx żokkor jew ħlewwiet miżjuda

 

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papra

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summiena

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

(iv)

Għasel

 

1050000

(v)

Anfibi u rettili

 

1060000

(vi)

Bebbux

 

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali ta’ l-art oħra

 


(1)  Għal-lista kompluta ta' prodotti li ġejjin mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, ara l-Anness I.

(*)  Jindika l-iktar limitu baxx ta' determinazzjoni analitika.

(**)  Kombinazzjoni ta' pestiċida-kodiċi li għalihom japplika l-MRL stabbilit fl-Annex III Parti B.”

(2)  Għal-lista kompluta ta' prodotti li ġejjin mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, ara l-Anness I.

(***)  Jindika l-iktar limitu baxx ta' determinazzjoni analitika.”


27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 257/2009

tal-24 ta' Marzu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 dwar il-folja ta' informazzjoni supplimentari għan-notifikazzjoni tal-għajnuna għas-sajd u l-akkwakultura

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1), u partikolarment l-Artikolu 27 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv dwar l-Għajnuna mill-Istat,

Billi:

(1)

Wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida Komunitarji ġodda għall-eżami tal-għajnuniet mill-Istat għas-sajd u l-akkwakultura (2), il-folja ta' informazzjoni supplimentari li tinsab f'Parti III.14 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (3) għandha tiġi sostitwita b'folja ta' informazzjoni supplimentari ġdida skont il-qafas fis-seħħ.

(2)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 794/2004 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti III.14 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 tinbidel bit-test tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 8, il-Volum 1, p. 339.

(2)  ĠU C 84, 3.4.2008, p. 10.

(3)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 8, il-Volum 4, p. 3.


ANNESS

“PARTI III.14

FOLJA TA' INFORMAZZJONI SUPPLIMENTARI TAL-GĦAJNUNA GĦAS-SAJD U L-AKKWAKULTURA

Din il-folja ta' informazzjoni supplementari għanda tintuża għan-notifikazzjoni ta' kwalunkwe skema ta' għajnuna jew għajnuna individwali koperta mil-Linji Gwida għall-eżami tal-għajnuna mill-istat għas-sajd u l-akkwakultura (‘il-Linji Gwida’).

L-GĦANIJIET TAL-ISKEMA jew L-GĦAJNUNA (immarka kif jixraq u daħħal l-informazzjoni meħtieġa):

Din is-Sezzjoni ssegwi l-ordni tas-Subparagrafi tal-Paragrafu 4 tal-Linji Gwida: ‘Għajnuna li tista’ tkun iddikjarata kompatibbli’.

   Punt 4.1 tal-Linji Gwida: Għajnuna għall-miżuri tal-istess tip ta' dawk koperti b'Regolament ta' eżenzjoni ġenerali

Rimarki ġenerali li jikkonċernaw din it-tip ta' għajnuna

Żewġ regolamenti ta' eżenzjoni ġenerali qegħdin fis-seħħ: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2008 (1) li japplika għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (2) li huwa r-regolament ta' eżenzjoni ġenerali li tapplika fis-setturi kollha.

Għalhekk, fil-prinċipju għajnuna bħal din ma għandhiex tkun innotifikata.

Madankollu, skont il-Premessa (6) tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 u l-Premessa (7) tar-Regolament Nru 800/2008, dawn ir-regolamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà tal-Istati Membri li jinnotifikaw l-għajnuna mill-Istat, ta' liema għanijiet jikkorrispondu mal-għanijiet koperti b'dawn ir-Regolamenti.

Barra minn hekk, it-tipi ta' għajnuna li ġejjin ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni pprovduta bir-Regolamenti (KE) Nru 736/2008 u (KE) Nru 800/2008: għajnuna li taqbeż il-limiti speċifikati, kif jissemma fl-Artikolu 1 (3) tar-Regolament (KE) Nru 736/2008 jew fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 800/2008, jew li għandha karatteristiċi speċifiċi, b'mod partikolari l-għajnuna mogħtija lill-impriżi apparti mill-SMEs (l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju), għajnuna lill-impriżi f'diffikultà, għajnuna li mhijiex trasparenti, għajnuna għal impriża li hija suġġett għall-ordni pendenti ta' rkupru wara deċiżjoni tal-Kummissjoni fejn kienet iddikjarata għajnuna li mhijiex kompattibli mas-suq komuni.

Il-Karatteristiċi tal-għajnuna notifikata:

Għajnuna tal-istess tip ta' għajnuna koperta bir-Regolament (KE) Nru 736/2008

Għajnuna tal-istess tip ta' għajnuna koperta bir-Regolament (KE) Nru 800/2008

Għajnuna li taqbeż il-limitu speċifikat

Għajnuna mogħtija lill-impriżi li mhumiex SMEs

Għajnuna li mhijiex trasparenti

Għajnuna għal impriża li hija suġġett għall-irkupru pendenti

Karatteristiċi oħra: jispeċifikawha

Il-Kompatibbiltà mas-suq komuni

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi ġustifikazzjoni dettaljata u motivata għaliex l-għajnuna tista' tkun ikkunsidrata kompatibbli mas-suq komuni

   Punt 4.2 tal-Linji Gwida: Għajnuna li taqa’ fl-ambitu ta’ ċerti Linji Gwida orizzontali

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi r-referenza għal-Linji Gwida relevanti li huma kkunsidrati bħala applikabbli għall-miżura ta’ għajnuna konċernata flimkien ma' ġustifikazzjoni ddettaljata u rraġunata għaliex l-għajnuna hija kkunsidrata kompatibbli ma' dawk il-Linji Gwida.

L-Istat Membru huwa wkoll mitlub jimla l-folji tal-informazzjoni sommarja l-oħra relevanti annessi ma' dan ir-Regolament.

għajnuna għat-taħriġ – folja f'parti III.2

għajnuna għall-impjiegi – folja f'parti III.3

għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp – folja f'partijiet III.6.A jew III.6.B kif jixraq

għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-kumpaniji f'diffikultà - folja f'partijiet III.7 jew III.8 kif jixraq

għajnuna ambjentali – folja III.10

   Punt 4.3 tal-Linji Gwida: Għajnuna għall-investiment abbord il-bastimenti tas-sajd

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni li turi l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet stipulati f'Artikolu 25 (2) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (3).

Huwa mitlub ukoll li jipprovdi ġustifikazzjoni għaliex din l-għajnuna mhijiex parti mill-programm operattiv kofinanzjat minn dan il-Fond.

   Punt 4.4 tal-Linji Gwida: Għajnuna biex tagħmel tajjeb għad-danni kkaġunati minn diżastri naturali, okkorrenzi eċċezzjonali jew avvenimenti klimatiċi avversi speċifiċi

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni li ġejja li turi l-kompatibbiltà tal-għajnuna:

informazzjoni dettaljata fuq l-eżistenza ta' diżastru naturali jew okkorrenza eċċezzjonali, li tinkludi r-rapporti tekniċi u/jew xjentifiċi,

prova tar-rabta kawżali bejn l-avveniment u d-danni,

il-metodu tal-kalkolu tad-danni,

mezzi oħra ta' ġustifikazzjoni

   Punt 4.5 tal-Linji Gwida: Ħelsien mit-taxxa u spejjeż relatati ma’ xogħol rigward bastimenti tas-sajd tal-Komunità li qed joperaw barra l-ilmijiet Komunitarji

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni li turi l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet tal-punt 4.5 tal-Linji Gwida.

Dik l-informazzjoni trid tinkludi b'mod partikolari dettalji li juru r-riskju li l-bastimenti kkonċernati bl-iskema jinqatgħu mir-reġistru tal-flotta tas-sajd.

   Punt 4.6 tal-Linji Gwida: Għajnuna ffinanzjata minn imposti parafiskali

L-Istat Membru huwa mitlub:

jindika kif il-fondi akkwistati bl-użu tal-imposti parafiskali se jintużaw u,

juri kif u fuq liema bażi l-użu tagħhom huwa kompatibbli mar-regoli ta' għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, irid juri kif l-iskema se tibbenefika kemm il-prodotti domestiċi kif ukoll dawk importati.

   Punt 4.7 tal-Linji Gwida: Għajnuna għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni li turi l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Punt u l-kundizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 791/2007 tal-21 ta' Mejju 2007 li jintroduċi skema bħala kumpens għall-ispejjeż addizzjonali magħmula fil-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd mir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-Azores, il-Madeira, il-Gżejjer Kanari, il-Gujana Franċiża u r-Réunion (4).

   Punt 4.8 tal-Linji Gwida: Għajnuna li tikkonċerna l-flotta tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi l-informazzjoni li turi l-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet ta' dan il-Punt u l-kundizzjonijiet relevanti tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità (5) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 li jippreskrivi r-regoli u l-arranġamenti dettaljati rigward l-għajnuna Komunitarja strutturali fis-settur tas-sajd (6).

   Punt 4.9 tal-Linji Gwida: Għajnuna għal miżuri oħrajn

L-Istat Membru huwa mitlub jiddeskrivi b'mod preċiż ħafna t-tip ta' għajnuna u l-għanijiet tiegħu.

Barra minn hekk, huwa mitlub jipprovdi ġustifikazzjoni ddetaljata u rraġunata dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mal-kundizzjonijiet tal-Punt 3 tal-Linji Gwida u sabiex juri kif din l-għajnuna sservi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.

PRINĊIPJI ĠENERALI

L-Istat Membru huwa mitlub jiddikjara li l-ebda għajnuna mhija se tingħata fir-rigward tal-operazzjonijiet li l-benefiċjarju diġà beda jimplimenta u għall-għajnuna għall-attivitajiet fejn il-benefiċċjarju diġà jkun jaħdem skont il-kundizzjonijiet tas-suq waħdu.

L-Istat Membru huwa mitlub jiddikjara li mhuwa se jingħata l-ebda għajnuna f’ċirkostanzi fejn ma hemmx konformità mal-liġi tal-Komunità, u b’mod partikolari mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd.

F'dak is-sens, l-Istat Membru huwa mitlub jiddikjara li l-miżuri tal-għajnuna jipprovdu espliċitament li, matul il-perjodu tal-għotja, il-benefiċjarji tal-għajnuna għandhom ikunu konformi mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u li, jekk matul dan il-perjodu jirriżulta li l-benefiċjarju ma jkunx konformi mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, l-għotja jkollha tintradd lura skont is-serjetà tal-infrazzjoni.

L-Istat Membru huwa mitlub jiddikjara li l-għajnuna hija limitata għal massimu ta' 10 snin, jew, jekk dan mhux il-każ, jieħu ħsieb li jerġa’ jinnotifika l-għajnuna tal-inqas xahrejn qabel l-għaxar anniversarju li daħlet fis-seħħ.

REKWIŻITI OĦRA

L-Istat Membru huwa mitlub jipprovdi lista tad-dokumenti kollha ta’ sostenn sottomessi man-notifikazzjoni flimkien ma' sommarju ta' dawn id-dokumenti (eż. dejta soċjoekonomika dwar ir-reġjuni riċevituri, ġustifikazzjonijiet xjentifiċi u ekonomiċi).

L-Istat Membru huwa mitlub jindika li din l-għajnuna mhijiex akkumulata ma' għajnuna oħra għall-istess spejjeż eliġibbli jew għall-istess kumpens.

Jekk din l-akkumulazzjoni teżisti, l-Istat Membru huwa mitlub jindika r-referenzi tal-għajnuna (skema ta' għajnuna jew għajnuna individwali) li magħhom hemm l-akkumulazzjoni u juri li l-għajnuna kollha mogħtija tibqa' kompatibbli mar-regoli relevanti. Għal dak l-għan, l-Istat Membru għandu jieħu in konsiderazzjoni kull tip ta' għajnuna mill-Istat, inkluża l-għajnuna de minimis.


(1)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(3)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 176, 6.7.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 4, il-Volum 7, p. 61.

(6)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 10, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kaptiolu 4, il-Volum 4, p. 179.”


27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 258/2009

tas-26 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 69(2), l-Artikolu 80(1) u l-Artikolu 85, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (2) jipprovdi għall-mod kif għandu jitqies il-kontenut ta’ xaħam fil-ħalib meta tinkiteb id-dikjarazzjoni definittiva ta’ kwantitajiet ikkunsinnati.

(2)

Il-koeffiċjenti ta’ aġġustament applikati għall-kunsinni tal-ħalib meta l-kontenut tax-xaħam ikun akbar jew anqas mil-livell ta’ referenza ilhom l-istess mill-1989. Minħabba l-ħafna tibdiliet fin-natura tas-sistema ta’ appoġġ għas-settur tal-ħalib minn dak iż-żmien ‘il hawn, huwa xieraq li jitnaqqas il-livell ta’ aġġustament applikat għall-ħalib ikkunsinnat li għandu kontenut ta’ xaħam akbar mill-kontenut ta’ xaħam ta’ referenza. Il-koeffiċjent li għandu jiġi applikat meta l-kontenut ta’ xaħam reali tal-kunsinni huwa anqas mill-kontenut ta’ xaħam ta’ referenza għandu jibqa’ bla mittiefes.

(3)

Minħabba dawn ir-rati differenzjali ta’ aġġustament, huwa xieraq ukoll li l-informazzjoni provduta mill-Istati Membri lill-Kummissjoni tiġi modifikata fil-kwestjonarju annwali bil-għan li turi dettalji fuq aġġustamenti kemm ‘il fuq kif ukoll ‘l isfel.

(4)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 jeħtieġ li kull sena l-Kummissjoni tqassam il-kwota nazzjonali għal kull Stat Membru bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett, abbażi tal-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri. Dawn il-komunikazzjonijiet jirrigwardaw it-talbiet għal konverżjonijiet li jsiru mill-produtturi. Kwota addizzjonali allokata lill-Istati Membri tiġi allokata l-ewwel lir-riżerva nazzjonali u mbagħad titqassam mill-Istati Membri bejn kunsinni u bejgħ dirett skont il-ħtiġijiet li setgħu kienu previsti. Madankollu, ma hemm l-ebda dispożizzjoni formali li permezz tagħha l-Kummissjoni tkun infurmata dwar dan it-tqassim. Għalhekk, huwa xieraq li wieħed jesiġi li l-Kummissjoni fl-adattament annwali tqis dan it-tqassim u tipprovdi lill-Istati Membri l-mekkaniżmu li permezz tiegħu jistgħu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tqassim ta’ tali kwota.

(5)

F’għadd ta’ Stati Membri, u għal ħafna snin il-kunsinni kienu sostanzjalment aktar baxxi mill-parti tal-kunsinni tal-kwota nazzjonali. Il-possibbiltà li l-kwota tinqabeż tkompli titnaqqas hekk kif il-kwoti nazzjonali jiżdiedu. L-esperjenza turi li kif jitnaqqas ir-riskju li jkun hemm imposta, jaqa’ wkoll ir-riskju li l-operaturi jiddikjaraw valur aktar baxx jew inkella jaħbu l-kwantità tal-kunsinni. Huwa għalhekk xieraq li skont dan titnaqqas l-intensità tal-kontrolli li jseħħu fit-tali Stati Membri sabiex ikun ottimizzat l-użu tar-riżorsi ta’ kontroll.

(6)

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004, l-Istati Membri huma mitluba fi żmien tmintax-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu konċernat ilestu r-rapporti kollha ta’ kontroll relatati ma’ perjodu ta’ tnax-il xahar. Meta l-Istati Membri jiddisponu mill-alternattiva li issa ġiet offruta li f’ċerti ċirkostanzi jimplimentaw rata mnaqqsa ta’ intensità ta’ kontroll, huwa xieraq li jitnaqqas it-tul massimu taż-żmien permess biex jitlestew ir-rapporti kollha.

(7)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw minn sitwazzjoni ta’ inqas piż b’riżultat tal-intensità aġġustata tal-kontroll, u meta jiġi kkunsidrat li skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 595/2004 l-kontrolli għandhom jitwettqu parzjalment matul il-perjodu ta’ 12-il xahar li ssemma, u parzjalment wara l-perjodu ta’ 12-il xahar, huwa xieraq li tiġi applikata l-intensità aġġustata ta’ kontrolli għall-perjodu ta’ tnax-il xahar 2008/2009, i.e. il-perjodu li jibda fl-1 ta’ April 2008 u li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu 2009.

(8)

Sabiex tiġi appoġġata s-sorveljanza tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tas-sistema tal-kwota u b’mod partikolari fil-kuntest tar-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati mill-Kummissjoni lill-Kunsill qabel tmiem l-2010 u l-2012, huwa xieraq li jkun hemm lok għal informazzjoni aktar dettaljata dwar sakemm ġiet utilizzata l-kwota, it-tqassim tal-kwoti mhux użati lill-produtturi, u fejn japplika, dwar il-ġbir tal-imposta dovuta mill-produtturi.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx opinjonifil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 595/2004 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, l-“Artikolu 21” huwa sostitwit bl-“Artikolu 25.”

(2)

L-Artikolu 10 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

It-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Jekk tinstab differenza pożittiva, il-kwantità ta’ ħalib ikkunsinnata għandha tiżdied b’0,09 % għal kull 0,1 gramm ta’ xaħam addizzjonali għal kull kilogramm ta’ ħalib.”

(ii)

Il-ħames subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta l-kwantità ta’ ħalib ikkunsinnata tkun espressa f’litri, l-aġġustament għandu jkun immultiplikat bil-koeffiċjent 0,971.”

(b)

Il-Paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-aġġustament tal-kunsinni f’livell nazzjonali skont l-Artikolu 80(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (*).

(*)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.”"

(3)

Fl-Artikolu 19(3), tiżdied is-sentenza li ġejja mat-tieni subparagrafu:

“Madankollu r-rapporti ta’ spezzjoni għandhom jitlestew mhux aktar tard minn 12-il xahar wara t-tmiem tal-perjodu konċernat fl-Istati Membri fejn l-Artikolu 22(1), il-punti (aa) u (ba) japplikaw.”

(4)

Fl-Artikolu 22(1), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

2 % tal-produtturi għal kull perjodu ta’ 12-il xahar, jew

(aa)

1 % tal-produtturi fl-Istati Membri fejn it-total tal-kunsinni aġġustati kienu anqas minn 95 % tal-parti tal-kunsinni tal-kwota nazzjonali f’kull wieħed mit-tliet perjodi ta’ 12-il-xaħar ta’ qabel; kif ukoll

(b)

40 % tal-kwantità ta’ ħalib iddikjarata qabel l-aġġustament għall-perjodu konċernat;

(ba)

20 % tal-kwantità tal-ħalib iddikjarata wara l-aġġustment fl-Istati Membri fejn it-total tal-kunsinni aġġustati kienu anqas minn 95 % tal-parti tal-kunsinni tal-kwota nazzjonali f’kull wieħed mit-tliet perjodi ta’ 12-il xaħar ta’ qabel; kif ukoll”

(5)

Fl-Artikolu 25, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Skont l-Artikolu 69(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni, qabel l-1 ta’ Frar ta’ kull-sena dwar:

(a)

il-kwantitajiet li ġew ikkonvertiti definittavament bejn il-kwoti individwali għal kunsinni u l-bejgħ dirett għat-talba tal-produtturi individwali;

(b)

It-tqassim bejn il-kunsinni u l-bejgħ dirett tal-kwota mqiegħda fir-riżerva nazzjonali skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 b’effett mill-1 ta’ April fil-perjodu ta’ 12-il xahar inkwistjoni.”

(6)

Fl-Artikolu 27, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Qabel l-1 ta’ Ottubru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni rapport dwar l-utilizzazzjoni tal-kwota u l-ġbir tal-imposta fir-rigward tal-perjodu ta’ 12-il xahar li jispiċċa fil-31 ta’ Marzu tal-istess sena kalendarja. Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni dwar ir-rijallokazzjoni ta’ kwota mhux użata inkluża l-għadd ta’ produtturi li għalihom saru allokazzjonijiet u l-bażi għall-allokazzjonijiet. Fejn japplika, ir-rapport għandu jiddikjara l-għadd ta’ produtturi li jikkontribwixxu għall-ħlas tat-taxxa żejda u jindika l-għadd ta’ każijiet fejn, jekk ikun il-każ, fejn jitqies li t-taxxa żejda bl-ebda mod ma tista’ tinġabar minħabba n-nuqqas konfermat fil-kapaċità tal-produtturi li jħallsu jew fil-każ ta’ falliment. L-Istati Membri għandhom qabel l-1 ta’ Diċembru jikkomunikaw aġġornament dwar ir-rapport lill-Kummissjoni li jinkludi kull informazzjoni ġdida disponibbli u rilevanti. Kull rapport ta’ wara għandu jaġġorna l-pożizzjoni fir-rigward tal-ġbir ta’ kwalunkwe imposta żejda li qabel kienet ġiet irrappurtata bħala nieqsa.”

(7)

Fl-Anness I, il-punt 1.8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.8

Aġġustament ta’ kunsinni minħabba kontenut ta’ xaħam:

(a)

Kwantità ta’ kunsinni soġġetta għal aġġustament ‘il fuq (f’kilogrammi)

(b)

Total ta’ aġġustament ‘il-fuq (f’kilogrammi)

(c)

Kwantità ta’ kunsinni soġġetta għal aġġustament ‘l isfel (f’kilogrammi)

(d)

Total ta’ aġġustament ‘l isfel (f’kilogrammi).”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ April 2009, bl-eċċezzjoni tal-punti (3) u (4) tal-Artikolu 1, li għandhom japplikaw mill-1 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.

Ghall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22, l-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, il-Kapitolu 3, il-Volum 43, p. 333.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Marzu 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2008/866/KE fejn jirrigwarda l-perjodu tal-applikazzjoni tagħha

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1876)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/297/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(i) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/866/KE tat-12 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza li jissospendu importazzjonijiet mill-Perù ta’ ċerti molluski bivalvi maħsuba għall-konsum mill-bniedem (2) kienet addottata bħala riżultat ta’ kontaminazzjoni bil-virus tal-epatite A (HAV) ta’ ċerti molluski bivalvi importati mill-Peru li kienu identifikati bħala l-oriġini ta’ mxija tal-epatite A fil-bnedmin. Dik id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Marzu 2009.

(2)

L-awtoritajiet Peruvjani ipprovdew ċerta informazzjoni li tikkonċerna l-miżuri korrettivi mwaqqfa biex jittejjeb il-kontroll tal-produzzjoni ta’ molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni fil-Komunità.

(3)

Madanakollu, dik l-informazzjoni hija insuffiċjenti u għandha tiġi mwettqa spezzjoni tal-Kummissjoni fil-Peru.

(4)

Sakemm ikunu sottomessi l-informazzjoni kollha rilevanti mill-awtoritajiet Peruvjani u r-riżultati ta’ dik l-ispezzjoni, huwa xieraq li l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/866/KE tkun estiża sat-30 ta’ Novembru 2009.

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/866/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2008/866/KE, id-data “31 ta’ Marzu 2009” hija sostitwita bid-data “30 ta’ Novembru 2009”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 307, 18.11.2008, p. 9.


27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Marzu 2009

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi (novelty lighters)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2078)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/298/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-passi biex jiżguraw li fis-suq jitqiegħdu biss lajters li huma reżistenti għall użu mit-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta’ lajters innovattivi.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għall-perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għall-perjodi żejda li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jaqbeż sena.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE li ġiet emendata darbtejn, l-ewwel mid-Deċiżjoni 2007/231/KE (3) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni sal-11 ta’ Mejju 2008 u t-tieni darba bid-Deċiżjoni 2008/322/KE (4) li estendiet il-validità tad-Deċiżjoni għal sena oħra, sal-11 ta’ Mejju 2009.

(4)

Fl-assenza ta’ miżuri oħra adegwati li jindirizzaw il-ħarsien tat-tfal mil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi mtawla għal 12-il xahar oħra u li tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 6, il-paragrafu 2 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta’ Mejju 2010.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta’ Mejju 2009 u għandhom jippubblikaw dawn il-miżuri. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan minnufih.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Meglena KUNEVA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41; MT: ĠU L 118M, 8.5.2007, p. 976.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16; MT: ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 488.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TAL-UE

27.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 81/24


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2009/299/ĠAI

tas-26 ta’ Frar 2009

li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(1)(a) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Id-dritt tal-akkużat li jkun preżenti waqt il-kawża huwa inkluż fid-dritt għal proċess ġust previst fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Qorti ddikjarat ukoll li dan id-dritt tal-persuna akkużata li tkun preżenti waqt il-kawża mhuwiex assolut u li taħt ċerti kondizzjonijiet l-akkużat jista’, bil-volontà tiegħu, espressament jew taċitament iżda inekwivokabbilment, jirrinunzja dak id-dritt.

(2)

Id-diversi Deċiżjonijiet Kwadru li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji finali ma jitrattawx b’mod konsistenti l-kwistjoni ta’ deċiżjonijiet li ngħataw wara kawża li fiha l-persuna konċernata ma dehritx personalment. Din id-diversità tista’ tikkomplika l-ħidma tal-prattikant fil-qasam u tfixkel il-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(3)

Is-soluzzjonijiet previsti minn dawn id-Deċiżjonijiet Kwadru mhumiex sodisfaċenti f’ każijiet meta l-persuna ma setgħetx tiġi informata bil-proċedimenti. Id-Deċiżjonijiet Kwadru 2005/214/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għall-penalitajiet finanzjarji (2), 2006/783/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għall-ordnijiet ta’ konfiska (3), 2008/909/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu sentenzi jew miżuri ta’ kustodja li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà għall-fini tal-infurzar tagħhom fl-Unjoni Ewropea (4) u 2008/947/ĠAI dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal sentenzi u deċiżjonijiet ta’ probazzjoni bil-ħsieb tas-superviżjoni ta’ miżuri ta’ probazzjoni u ta’ sanzjonijiet alternattivi (5) jippermettu lill-awtorità tal-eżekuzzjoni li tiċħad l-eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi. Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (6) tippermetti lill-awtorità tal-eżekuzzjoni li titlob lill-awtorità emittenti sabiex tagħti assigurazzjoni meqjusa xierqa sabiex tiggarantixxi lill-persuna suġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew li hi ser ikollha opportunità sabiex tapplika għal kawża mill-ġdid tal-każ fl-Istat Membru emittent u li tkun preżenti meta tingħata s-sentenza. Hija l-awtorità tal-eżekuzzjoni li għandha tiddeċiedi dwar il-kwisjoni kemm tali assigurazzjoni hi adegwata u għalhekk hu diffiċli li wieħed ikun jaf bl-eżatt meta l-eżekuzzjoni tistà tiġi miċħuda.

(4)

Hu għalhekk meħtieġ li jingħataw raġunijiet ċari u komuni għan-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna konċernata ma dehritx personalment. Din id-Deċiżjoni Qafas għandha l-għan li tirraffina d-definizzjoni ta’ tali raġunijiet komuni li jippermettu lill-awtorità tal-eżekuzzjoni tesegwixxi d-deċiżjoni minkejja l-assenza tal-persuna fil-kawża, filwaqt li jiġi rrispettat id-dritt ta’ difiża tal-persuna. Din id-DeċiżjoniQafas m’hijiex imfassla biex tirregola l-forom u l-metodi, inklużi l-ħtiġiet proċedurali, li huma użati biex jinkisbu riżultati speċifikati fid-Deċiżjoni Qafas, li huma kwistjoni li tirrigwarda l-liġi nazzjonali tal-Istati Membri.

(5)

Dawn it-tibdiliet jeħtieġu l-emenda tad-Deċiżjoniet Kwadru eżistenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji finali. Id-dispożizzjonijiet il-ġodda għandhom iservu wkoll bħala bażi għal strumenti futuri f’dan il-qasam.

(6)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas li temenda Deċiżjonijiet Kwadru oħrajn jistabbilixxu kondizzjonijiet li taħthom ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna konċernata ma dehritx pesonalment, m’għandhomx jiġu miċħuda. Dawn huma kondizzjonijiet alternattivi; meta tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet, l-awtorità emittenti, billi timla t-taqsima korrispondenti tal-mandat ta’ arrest Ewropew jew taċ-ċertifikat relevanti taħt id-Deċiżjonijiet Kwadru l-oħra, tagħti l-assigurazzjoni li l-ħtiġiet kienu jew ser jiġu sodisfatti, li għandu jkun biżżejjed għall-finijiet tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

(7)

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna konċernata ma dehritx personalment, m’għandhomx jinċaħdu jekk hu jew hi kienu ikkonvokati personalment u għaldaqstant kien b’hekk infurmati bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, jew jekk hu jew hi fil-fatt irċeviet, b’mezzi oħrajn, informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hu jew hi kienet konxja mill-kawża skedata. F’dan il-kuntest, hu mifhum li l-persuna kellha tirċievi tali informazzjoni “fi żmien debitu”, li jfisser fi żmien biżżejjed li jippermettilha tipparteċipa fil-kawża u teżerċita b’mod effettiv id-dritt ta’ difiża tiegħu jewtagħha.

(8)

Id-dritt għal smigħ xieraq ta’ persuna akkużata huwa ggarantit mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif interpretata mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan id-dritt jinkludi d-dritt tal-persuna konċernata li tidher personalment waqt il-kawża. Sabiex teżerċita dan id-dritt, il-persuna konċernata teħtieġ li tkun konxja mill-kawża skedata. Skond din id-Deċiżjoni Qafas l-għarfien tal-persuna dwar il-kawża għandu jiġi żgurat minn kull Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, waqt li jkun mifhum li dan għandu jkun konformi mal-ħtiġiet ta’ dik il-Konvenzjoni. F’konformità mal-każistika tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, meta jkun qed jiġi kkunsidrat jekk il-mod kif l-informazzjoni tingħata hux biżżejjed biex jiżgura l-għarfien tal-persuna dwar il-proċess, tista’ tingħata wkoll, jekk ikun opportun, attenzjoni partikolari lid-diliġenza eżerċitata mill-persuna konċernata sabiex tirċievi informazzjoni indirizzata lilu jew lilha.

(9)

Id-data skedata ta’ kawża tista’ għal raġunijiet prattiċi tiġi espressa inizjalment bħala diversi dati possibbli f’perijodu qasir ta’ żmien.

(10)

Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija wara kawża li fiha l-persuna konċernata ma dehritx personalment, m’għandhomx jinċaħdu meta l-persuna konċernata, konxja mill-kawża skedata, ġiet difiża fil-kawża minn konsulent legali li lilu hi kienet tat mandat biex jagħmel dan, waqt li jkun żgurat li l-assistenza legali tkun prattika u effettiva. F’dan il-kuntest, m’għandux ikun importanti jekk il-konsulent legali ntgħażilx, inħatarx jew tħallasx mill-persuna konċernata, jew jekk dan il-konsulent legali nħatarx u tħallasx mill-Istat, u hu mifhum li l-persuna konċernata kellha deliberatament tagħżel li tkun irrappreżentata minn konsulent legali minflok li tidher personalment fil-kawża. Il-ħatra tal-konsulent legali u suġġetti relatati huma kwistjoni tal-liġi nazzjonali.

(11)

Soluzzjonijiet komuni li jikkonċernaw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent fid-Deċiżjonijiet Kwadru eżistenti rilevanti għandhom jieħdu kont tad-diversità tas-sitwazzjonijiet fir-rigward tad-dritt tal-persuna konċernata għal kawża mill-ġdid jew appell. Tali kawża mill-ġdid jew appell, għandhom l-għan li jiggarantixxu d-drittijiet tad-difiża u huma kkaratterizzati mill-elementi li ġejjin: il-persuna konċernata għandha d-dritt tkun preżenti, il-merti tal-każ inkluża evidenza ġdida jiġu ri-eżaminati, u l-proċedimenti jistgħu jwasslu biex id-deċiżjoni oriġinali tinbidel.

(12)

Id-dritt għal proċess mill-ġdid jew appell għandu jkun garantit meta d-deċiżjoni tkun diġà ġiet notifikata kif ukoll meta, fil-każ tal-mandat ta’ arrest Ewropew, meta dan ikun għadu ma ġiex notifikat, imma jkun ser jiġi notifikat mingħajr dewmien wara ċ-ċediment. Il-każ tal-aħħar jirreferi għal sitwazzjoni fejn l-awtoritajiet fallew fl-attentat tagħhom li jagħmlu kuntatt mal-persuna, b’mod partikolari għax hi tkun fittxet li taħrab l-ġustizzja.

(13)

F’każ fejn mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni u l-persuna konċernata ma tkunx irċeviet minn qabel xi informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza tal-proċedimenti kriminali kontriha, u lanqas ma tkun ġiet notifikata bis-sentenza, din il-persuna għandha, wara talba fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, tirċievi kopja tas-sentenza għal skopijiet biss ta’ informazzjoni. L-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u eżekuturi għandhom, fejn ikun opportun, jikkonsultaw lil xulxin dwar il-ħtieġa u l-possibbiltajiet eżistenti li l-persuna kkonċernata tingħata traduzzjoni tas-sentenza, jew tal-partijiet essenzjali tagħha, b’lingwa li l-persuna tifhem. Dan il-forniment tas-sentenza m’għandu la jdewwem il-proċedura ta’ ċediment u lanqas idewwem id-deċiżjoni li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew.

(14)

Din id-Deċiżjoni Qafas hija limitata għar-raffinazzjoni tad-definizzjoni tar-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent fi strumenti li jimplimentaw il-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Għalhekk, dispożizzjonijiet bħal dawk relatati mad-dritt għal kawża mill-ġdid għandhom kamp ta’ applikazzjoni li huwa limitat għad-definizzjoni ta’ dawn ir-raġunijiet ta’ non-rikonoxximent. Dawn mhumiex imfassla sabiex jarmonizzaw il-leġislazzjoni nazzjonali. Din id-Deċiżjoni Qafas hija mingħajr preġudizzju għall-istrumenti futuri tal-Unjoni Ewropea mfassla biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-liġi kriminali.

(15)

Ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ rikonoxximent huma fakultattivi. Madankollu, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri li jittrasponu dawn ir-raġunijiet fil-liġi nazzjonali hija regolata b’mod partikolari mid-dritt għal smigħ xieraq, filwaqt li jittieħed kont tal-objettiv ġenerali ta’ din id-Deċiżjoni Qafas li ssaħħaħ id-drittijiet proċedurali tal-persuni u li tiffaċilita kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

Artikolu 1

Objettivi u kamp ta’ applikazzjoni

1   L-objettivi ta’ din id-Deċiżjoni Qafas huma li jissaħħu d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suġġetti għal proċedimenti kriminali, li tiffaċilita l-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u, b’mod partikolari, li ttejjeb ir-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji bejn l-Istati Membri.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif proklamati fl-Artikolu 6 tat-Trattat, inkluż id-dritt ta’ difiza ta’ persuni soġġetti għal proċedimenti kriminali, u kwalunkwe obbligu li jaqa’ fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji f’dan ir-rigward m’għandux jiġi milqut.

3.   Din id-Deċiżjoni Qafas tistabbilixxi regoli komuni għar-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji fi Stat Membru wieħed (l-Istat Membru tal-eżekuzzjoni) maħruġa minn Stat Membru ieħor (l-Istat Membru emittenti) wara l-proċedimenti li għalihom il-persuna konċernata ma kenitx preżenti, skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI, tal-Artikolu 7(2)(g) tad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI, tal-Artikolu 8(2)(e) tad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI, tal-Artikolu 9(1)(i) tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI u tal-Artikolu 11(1)(h) tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/947/ĠAI.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Għandu jiżdied l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Deċiżjonijiet mogħtija wara kawża li fiha l-persuna ma dehritx personalment

1.   L-awtorità ġudizzjarja tal-eżekuzzjoni tista’ wkoll tiċħad l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-finijiet li tiġi eżegwita sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni jekk il-persuna ma dehritx personalment fil-proċess li rriżulta fid-deċiżjoni, sakemm il-mandat ta’ arrest Ewropew ma jiddikjarax li l-persuna, skond ħtiġiet proċedurali ulterjuri definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru emittenti:

(a)

fi żmien debitu

(i)

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni, jew b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

(ii)

kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(b)

konxja mill-kawża skedata, kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(ċ)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

(i)

iddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;

jew

(ii)

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli;

jew

(d)

ma kinitx notifikata personalment bid-deċiżjoni iżda:

(i)

ser tkun innotifikata personalment biha mingħajr dewmien wara ċ-ċediment u ser tkun infurmata espressament dwar id-dritt tiegħu jew tagħha għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali;

u

(ii)

ser tkun infurmata bil-perijodu taż-żmien li fih hija għandha titlob din il-kawża mill-ġdid jew l-appell, kif imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew rilevanti.

2.   F’każ li l-mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ għall-fini tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni taħt il-kondizzjonijiet tal-paragrafu (1)(d) u l-persuna konċernata ma tkunx irċeviet minn qabel xi informazzjoni uffiċjali dwar l-eżistenza tal-proċedimenti kriminali kontriha, huwa jew hija tista’, meta tiġi infurmata bil-kontenut tal-mandat ta’ arrest Ewropew, titlob biex tirċievi kopja tas-sentenza qabel ma tiġi kkonsenjata. Minnufih wara li tkun ġiet infurmata bit-talba, l-awtorità emittenti għandha tipprovdi lill-persuna rikjesta l-kopja tas-sentenza permezz tal-awtorità tal-eżekuzzjoni. It-talba tal-persuna rikjesta m’għandha la ddewwem il-proċedura ta’ ċediment u lanqas iddewwem id-deċiżjoni li teżegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew. Il-forniment tas-sentenza lill-persuna konċernata hu għal finijiet biss ta’ informazzjoni; la għandu jitqies bħala notifika formali tas-sentenza u lanqas ma jistabbilixxi xi limiti ta’ żmien applikabbli biex jintalab proċess ġdid jew appell.

3.   F’każ li persuna tiġi kkonsenjata skond il-kondizzjonijiet tal-paragrafu (1)(d) u huwa jew hija tkun talbet għal proċess ġdid jew appell, id-detenzjoni ta’ dik il-persuna li tkun qed tistenna dan il-proċess ġdid jew l-appell għandha, sakemm jintemmu dawn il-proċedimenti, tiġi riveduta skond il-liġi tal-Istat Membru emittenti, fuq bażi regolari jew fuq talba tal-persuna konċernata. Reviżjoni bħal din għandha b’mod partikolari tinkludi l-possibbiltà tas-sospensjoni jew l-interruzzjoni tad-detenzjoni. Il-proċess ġdid jew l-appell għandu jibda fi żmien dovut wara ċ-ċediment.”.

(2)

fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jitħassar.

(3)

Fl-Anness, (“MANDAT TA’ ARREST EWROPEW”), il-punt (d) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(d)
Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni:
1.
Iva, il-persuna dehret personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
2.
Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
3.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.1a
il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fid-deċiżjoni u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.1b
il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.2
konxja mill-kawża skedata, l-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;
JEW
3.3
il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u
il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;
JEW
il-persuna ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli;
JEW
3.4
il-persuna ma ġietx notifikata personalment bid-deċiżjoni, iżda

il-persuna ser tkun innotifikata personalment b’din id-deċiżjoni mingħajr dewmien wara ċ-ċediment; u

meta notifikata bid-deċiżjoni, il-persuna tkun infurmata espressament dwar id-dritt tiegħu jew tagħha għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom huwa jew hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali; u

il-persuna tkun infurmata bil-perijodu taż-żmien li fih hija għandha titlob kawża mill-ġdid jew l-appell, li jkun fi … jiem.
4.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punti 3.1b, 3.2 jew 3.3 fuq, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfatta l-kondizzjoni rilevanti:
…”

Artikolu 3

Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru 2005/214/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7(2) huwa b’dan emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (g) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(g)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, il-persuna konċernata, fil-każ ta’ proċedura bil-miktub, ma kinitx, skond il-liġi tal-Istat emittenti, infurmata personalment jew permezz ta’ rappreżentant, kompetenti skond il-liġi nazzjonali, bid-dritt tagħha li tikkontesta l-każ u bil-limiti ta’ żmien għal tali rimedju legali”;

(b)

il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu:

“(i)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna, skond aktar ħtiġiet proċedurali definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti:

(i)

fi żmien debitu

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni, jew b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(ii)

konxja mill-kawża skedata kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(iii)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom huwa jew hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.

(j)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment, ħlief jekk iċ-ċertifikat jiddikjara li l-persuna, wara li tkun ġiet infurmata espressament bil-proċedimenti u bil-possibbiltà li tidher personalment fi proċess, tkun espressament irrinunzjat għad-dritt tiegħu jew tagħha għal smigħ orali u tkun indikat espressament li m’hix qed tikkontesta l-każ.”.

(2)

L-Artikolu 7(3) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2(c), (g), (i) u (j), qabel ma tiddeċiedi li ma tirrikonoxxix jew li ma tesegwix deċiżjoni, kompletament jew parzjalment, l-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ eżekuzzjoni għandha tikkonsulta ma’ l-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz adatt, u għandha, fejn ikun opportun, titlobha biex tforni kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħajr dewmien.”.

(3)

Fil-punt (h) tal-Anness (“ĊERTIFIKAT”), il-punt 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.
Indika jekk il-persuna konċernata dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni:
1.
Iva, il-persuna dehret personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
2.
Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
3.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.1a
il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fid-deċiżjoni u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.1b
il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.2
konxja mill-kawża skedata, l-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;
JEW
3.3
il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u
il-persuna ddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;
JEW
il-persuna ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli;
JEW
3.4
il-persuna, wara li tkun ġiet infurmata espressament bil-proċedimenti u bil-possibbiltà li tidher personalment fi proċess, espressament irrinunzjat għad-dritt tiegħu jew tagħha għal smigħ orali u tkun indikat espressament li hija ma tikkontestax il-każ.
4.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt punt 3.1b, 3.2, 3.3 jew 3.4 fuq, jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfatta l-kondizzjoni rilevanti:
…”

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2006/783/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 8(2), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(e)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4(2), il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fl-ordni tal-konfiska, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna, skond aktar ħtiġiet proċedurali definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti:

(i)

fi żmien debitu

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati għall-kawża li rriżultat fl-ordni ta’ konfiska, jew b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

kienet infurmata li din l-ordni ta’ konfiska tista’ tingħata jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(ii)

konxja mill-kawża skedata kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(iii)

wara li kienet innotifikata bl-ordni tal-konfiska u kienet infurmata espressament bid-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax l-ordni ta’ konfiska;

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.”.

(2)

fl-Anness (“ĊERTIFIKAT”), il-punt (j) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(j)
Proċeduri li rriżultaw fl-ordni ta’ konfiska
Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fl-ordni ta’ konfiska:
1.
Iva, il-persuna dehret personalment fil-kawża li tirriżulta fl-ordni ta’ konfiska.
2.
Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fl-ordni ta’ konfiska.
3.
Jekk immarkajt il-kaxxa fil-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.1a
il-persuna kienet ikkonvokata personalment … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fl-ordni ta’ konfiska u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.1b
il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fl-ordni ta’ konfiska, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.2
konxja mill-kawża skedata, il-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;
JEW
3.3
il-persuna kienet innotifikata bl-ordni ta’ konfiska fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u
il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;
JEW
il-persuna ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.
4.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punti 3.1b, 3.2 jew 3.3 fuq, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfatta l-kondizzjoni rilevanti:
…”

Artikolu 5

Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/909/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(1), punt (f) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

“(f)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 4, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna, skond aktar ħtiġiet proċedurali definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti:

(i)

fi żmien debitu

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni, jew b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(ii)

konxja mill-kawża skedata kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(iii)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament bid-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermettu li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.”.

(2)

Fil-punt (i) tal-Anness I (“ċertifikat”), il-punt 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“1.
Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni:
1.
Iva, il-persuna dehret personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
2.
Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
3.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.1a
il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fid-deċiżjoni u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.1b
il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.2
konxja mill-kawża skedata l-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;
JEW
3.3
il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali, u
il-persuna ddikjarat espressament li huwa jew hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;
JEW
il-persuna ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.
4.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 3.1b, 3.2 jew 3.3 fuq, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfatta l-kondizzjoni rilevanti:
…”

Artikolu 6

Emendi għad-Deċiżjoni Kwadru 2008/947/ĠAI

Id-Deċiżjoni Kwadru 2008/947/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11(1), il-punt (e) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(h)

skond iċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 6, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna, skond aktar ħtiġiet proċedurali definiti fil-liġi nazzjonali tal-Istat emittenti:

(i)

fi żmien debitu

jew kienet ikkonvokata personalment u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati li rriżultaw fid-deċiżjoni, jew b’mezzi oħra fil-fatt irċeviet informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati ta’ dik il-kawża b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hija kienet konxja mill-kawża skedata;

u

kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk huwa jew hija ma tidhirx għall-kawża;

jew

(ii)

konxja mill-kawża skedata kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;

jew

(iii)

wara li kienet innotifikata bid-deċiżjoni u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid, jew appell, li fihom il-persuna għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluż evidenza ġdida, u li jistgħu jwasslu biex tinbidel id-deċiżjoni oriġinali:

iddikjarat espressament li hija ma tikkontestax id-deċiżjoni;

jew

ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.”.

(2)

fl-Anness I (“ċertifikat”), il-punt (h) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(h)
Indika jekk il-persuna dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni:
1.
Iva, il-persuna dehret personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
2.
Le, il-persuna ma dehritx personalment fil-kawża li tirriżulta fid-deċiżjoni.
3.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punt 2, jekk jogħġbok ikkonferma l-eżistenza ta’ wieħed minn dawn li ġejjin:
3.1a
il-persuna kienet ikkonvokata personalment fi … (jum/xahar/sena) u għaldaqstant infurmata bid-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultaw fid-deċiżjoni u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hi ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.1b
il-persuna ma kenitx ikkonvokata personalment iżda b’mezzi oħrajn realment irċeviet l-informazzjoni uffiċjali tad-data u l-post skedati tal-kawża li rriżultat fid-deċiżjoni, b’tali mod li ġie stabbilit inekwivokabbilment li hi kienet konxja mill-kawża skedata, u kienet infurmata li tista’ tingħata deċiżjoni jekk hija ma tidhirx għall-kawża;
JEW
3.2
konxja mill-kawża skedata l-persuna kienet tat mandat lil konsulent legali, li kien jew appuntat mill-persuna konċernata jew mill-Istat, biex jiddefendiha fil-kawża, u kienet fil-fatt ġiet difiża minn dak il-konsulent fil-kawża;
JEW
3.3
il-persuna kienet innotifikata bid-deċiżjoni fi … (jum/xahar/sena) u kienet infurmata espressament dwar id-dritt għal kawża mill-ġdid jew appell, li fihom hija għandha d-dritt li tipparteċipa u li jippermetti li jiġu eżaminati mill-ġdid il-merti tal-każ, inkluża evidenza ġdida, u
il-persuna ddikjarat espressament li hija ma tikkontestax din id-deċiżjoni;
JEW
il-persuna ma talbitx kawża mill-ġdid jew appell fil-perijodu ta’ żmien applikabbli.
4.
Jekk immarkajt il-kaxxa taħt il-punti 3.1b, 3.2 jew 3.3 fuq, jekk jogħġbok ipprovdi informazzjoni dwar kif ġiet issodisfatta l-kondizzjoni rilevanti:
…”

Artikolu 7

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 8

Implimentazzjoni u dispożizzjonijiet transitorji

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sat-28 ta’ Marzu 2011.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika mid-data msemmija fil-paragrafu 1 għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata waqt il-kawża.

3.   Jekk Stat Membru jkun iddikjara, fil-mument tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, li għandu raġunijiet serji biex jassumi li mhux ser ikun jista’ jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sad-data msemmija fil-paragrafu 1, din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2014 għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet, mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża li huma maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Kwalunkwe Stat Membru ieħor jista’ jeħtieġ li l-Istat Membru li għamel tali dikjarazzjoni japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjonijiet Kwadru msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6 fil-verżjonijiet li fihom huma kienu adottati oriġinarjament għar-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet, mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża, li nħarġu minn tali Stat Membru ieħor.

4.   Sad-dati msemmija fil-paragrafi 1 u 3, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjonijiet Kwadru msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4, 5 u 6 għandhom ikomplu japplikaw fil-verżjonijiet li fihom kienu adottati oriġinarjament.

5.   Dikjarazzjoni magħmula skond il-paragrafu 3 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.

6.   L-Istati Membri għandhom jitrażmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom skond din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 9

Reviżjoni

1.   Sat-28 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport abbażi tal-informazzjoni riċevuta mill-Istati Membri skond l-Artikolu 8(6).

2.   Abbażi tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kunsill għandu jivvaluta:

(a)

sa liema punt l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Qafas; u

(b)

l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill,

Il-President

I. LANGER


(1)  ĠU C 52, 26.2.2008, p. 1.

(2)  Deċiżjoni Kwadru tal-24 ta’ Frar 2005 (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

(3)  Deċiżjoni Kwadru tas-6 ta’ Ottubru 2006 (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59).

(4)  Deċiżjoni Kwadru tas-27 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 327, 5.12.2008, p. 27).

(5)  Deċiżjoni Kwadru tas-27 ta’ Novembru 2008 (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 102).

(6)  Deċiżjoni Qafas tat-13 ta’ Ġunju 2002 (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).