ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 79

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
25 ta' Marzu 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 246/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (consortia) (Verżjoni kodifikata)

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2009 tal-24 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2009 tad-19 ta’ Marzu 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fejn jirrigwarda n-notifiki li jikkonċernaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-iffissar tal-prezzijiet u l-intervent fi ħdan l-iskop tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura (Riformulazzjoni)

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 249/2009 tat-23 ta’ Marzu 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

34

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kunsill

 

 

2009/289/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja

37

 

 

2009/290/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien

39

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/291/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2009 li tikkonċerna l-abbozz ta’ Regolamenti mill-Irlanda dwar l-ittikkettjar tal-pajjiż tal-oriġini ta’ laħam tat-tjur, laħam tal-majjal u laħam tal-mogħoż (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1931)  ( 1 )

42

 

 

2009/292/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2009 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1959)  ( 1 )

44

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/293/PESK tas-26 ta’ Frar 2009 dwar Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

47

Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u L-Gvern tal-Kenja dwar il-Kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

49

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/294/PESK tat-23 ta’ Marzu 2009 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

60

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 246/2009

tas-26 ta' Frar 2009

dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja (consortia)

(Verżjoni kodifikata)

IL- KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92 tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 85(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpanniji tat-tbaħħir tal-linja (consortia) (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kodifikat.

(2)

Konformement mal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat, l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat jista' jiġi dikjarat inapplikabbli għall-kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li jissodisfaw il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 81 (3) tat-Trattat.

(3)

Konformement mal-Artikolu 83 tat-Trattat, id-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat għandhom jiġu adottati taħt Regolament jew Direttiva. Konformement mal-Artikolu 83 (2)(b) tat-Trattat, dawn id-disposizzjonijiet għandhom jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat, filwaqt li titqies il-ħtieġa li tkun, min-naħa waħda assigurata sorveljanza effettiva u biex, min-naħa l-oħra, ikun simplifikat safejn possibbli l-kontroll amministrattiv. Konformement mal-Artikolu 83 (2)(d) tat-Trattat, jeħtieġ li dawn id-disposizzjonijiet ifissru l-funzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(4)

Is-settur tat-trasport marittimu tal-linja huwa industrija b'intensità tal-kapital. It-trasport bil-containers żied il-bżonn ta' koperazzjoni u razzjonalizzazzjoni. L-industrija marittima kummerċjali tal-Istati Membri teħtieġ li tilħaq l-iskala tal-ekonomiji meħtieġa biex tikkompeti b'suċċess fis-suq dinji tat-trasport marittimu tal-linja.

(5)

L-akkordji ta' servizz konġunt bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja bil-għan li jirrazzjonalizzaw l-operazzjonijiet tagħhom permezz ta' arranġamenti tekniċi, operattivi u/jew kummerċjali (deskritti fl-ambjenti marittimi bħala “consortia”) jista' jgħin biex jipprovdi l-mezzi meħtieġa għat-titjib tal-produttività tas-servizzi tat-trasport marittimu tal-linja u jħeġġeġ il-progress tekniku u ekonomiku.

(6)

Wara li jikkunsidraw l-importanza tat-trasport marittimu għall-iżvilupp tal-kummerċ tal-Komunità u l-irwol li l-akkordji tal-consortia jista' jwettaq f'dan ir-rigward, billi jitqiesu l-karatteristiċi speċjali tat-traffiku marittimu internazzjonali tal-linja. Billi l-legalizzazzjoni ta' dawn l-akkordji hija miżura li tista' tagħti kontribut siewi għat-titjib tal-kompetittività fis-settur marittimu tal-Komunità.

(7)

L-utenti tas-servizzi marittimi offruti mill-consortia jistgħu jibbenefikaw minn sehem mill-benefiċċji li jirriżultaw mit-titjib fil-produttività u fis-servizz, notevolment permezz tar-regolarità fis-servizz, tnaqqis fl-ispejjeż li jirriżultaw minn livelli ogħla fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità, u kwalità ta' servizz aħjar li tirriżulta minn titjib fil-vapuri u fit-tagħmir.

(8)

Jinħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddikjara permezz ta' Regolament li d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 81 (1) tat-Trattat ma japplikawx għal ċerti kategoriji ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma tal-consortia, sabiex ikun aktar faċli għall-impriżi biex jikkoperaw f'modi li huma ekonomikament mixtieqa u mingħajr effetti negattivi mill-aspett tal-politika dwar il-kompetizzjoni. Jinħtieġ li l-Kummissjoni tkun kapaċi, b'koperazzjoni mill-qrib u kostanti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, li tiddefinixxi b'mod eżatt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-eżenzjonijiet u l-kondizzjonijiet marbuta magħhom.

(9)

Il-consortia fil-qasam tat-trasport marittimu tal-linja huma tip ta' impriża konġunta speċjalizzata u kumplessa. Hemm varjetà kbira ta' akkordji differenti ta' consortia li joperaw f'ċirkostanzi differenti. Il-kamp ta' applikazzjoni, l-attivitajiet, u l-kondizzjonijiet tal-consortia huma mibdula ta' spiss mill-partijiet għall-akkordju. Jinħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tingħata r-responsabbiltà li tiddefinixxi minn żmien għal żmien il-consortia li għalihom tkun applikabbli l-eżenzjoni ta' grupp.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet kollha tal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat ikunu sodisfatti, il-kondizzjonjiet għandhom ikunu marbuta mal-eżenzjonijiet ta' gruppi biex jiżguraw b'mod partikulari li jkun garantit sehem ġust mill-benefiċċji lill-karigaturi tal-vapuri u li l-kompetizzjoni ma tiġix eliminata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-Kummissjoni tista' permezz ta' Regolament u konformement mal-Artikolu 81 (3) tat-Trattat, tiddikjara li l-Artikolu 81 (1) tat-Trattat m'għandux ikunu applikabbli għal ċerti kategoriji ta' akkordji bejn l-impriżi, deċiżjonijiet ta' assoċjazzjonijet ta' impriżi u prattiċi miftiehma li għandhom l-għan li jippromwovu jew jistabbilixxu koperazzjoni fl-operazzjoni konġunta tas-servizzi tat-trasport marittimu, bejn il-kumpanniji marittimi tal-linja, bl-iskop tar-razjonalizzazzjoni tal-operazzjonijiet tagħhom permezz ta' arranġamenti tekniċi, operattivi u/jew kummerċjali — bl-eċċezzjoni tal-iffissar tal-prezzijiet (consortia).

2.   Ir-Regolament adottat taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu jiddefinixxi l-kategoriji ta' akkordji, tad-deċiżjonijiet u tal-prattiċi miftiehma li jkun japplika għalihom u għandu jispeċifika l-kondizzjonijiet li taħthom għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 81 (1) tat-Trattat, taħt l-Artikolu 81 (3) tat-Trattat.

Artikolu 2

1.   Ir-Regolament adottat taħt l-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta' ħames snin, kalkulat mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament.

2   Ir-Regolament adottat taħt l-Artikolu 1 jista' jiġi mħassar jew emendat meta jinbidel xi wieħed mill-fatturi fundamentali li kienu wasslu għall-adozzjoni tiegħu.

Artikolu 3

Ir-Regolament adottat taħt l-Artikolu 1 jista' jinkludi dispożizzjoni li tispeċifika li jkun japplika b'effett retroattiv għall-akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li kienu jeżistu fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament, sakemm dawn ikunu jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament.

Artikolu 4

Ir-Regolament adottat bis-saħħa tal-Artikolu 1 jista' jistabilixxi li l-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 81 (1) tat-Trattat m’għandhiex tkun applikabbli, għal perjodu stabbilit b’dak ir-Regolament, fir-rigward ta' akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma diġà eżistenti fid-data tal-1 ta' Jannar 1995, li għalihom hu applikabbli l-Artikolu 81 (1) bis-saħħa tal-adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja, u tal-Isvezja u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 81 (3). Madankollu, dan l-Artikolu m’għandux japplika għal akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma li, fl-1 ta' Jannar 1995 kienu diġà jaqgħu taħt l-Artikoli 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

Qabel ma tadotta r-Regolament previst mill-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tippubblika abbozz tiegħu sabiex ikun possibbli għall-persuni u l-organizzazzjonijiet kollha konċernati li jippreżentaw il-kummenti tagħhom f'termini ta' żmien raġonevoli li għandha tistabbilixxi l-Kummissjoni, imma li fl-ebda każ ma għandu jkun ta’ anqas minn xahar.

Artikolu 6

Qabel ma tippubblika l-abbozz tar-Regolament u qabel ma tadotta Regolament taħt l-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiċi restrittivi u posizzjonijiet dominanti, msemmija fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (4).

Artikolu 7

Ir-Regolament (KEE) Nru 479/92, hekk kif modifikat mill-atti elenkati fl-Anness I, huwa b'dan imħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER


(1)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 55, 29.2.1992, p. 3.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1 (Il-Verżjoni MT, Edizzjoni Speċjali, il-Kapitolu 08, Volum 02, p. 205).


ANNESS I

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi sussegwenti tiegħu

(imsemmija fl-Artikolu 7)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 479/92

(ĠU L 55, 29.2.1992, p. 3)

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003

(ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1)

L-Artikolu 42 biss

L-Att ta' Adeżjoni 1994, Art. 29 u l-Anness I, il-punt IIIA.4

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 56)

 


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Ir-Regolament (KEE) Nru 479/92

Dan ir-Regolament

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 3a

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Anness I

Anness II


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 247/2009

tal-24 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Marzu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss tal-importazzjoni

0702 00 00

IL

82,5

JO

64,0

MA

61,5

TN

134,4

TR

101,8

ZZ

88,8

0707 00 05

JO

167,2

MA

69,5

TR

146,8

ZZ

127,8

0709 90 70

MA

52,9

TR

139,7

ZZ

96,3

0709 90 80

EG

60,4

ZZ

60,4

0805 10 20

EG

44,2

IL

60,0

MA

44,2

TN

49,5

TR

70,6

ZZ

53,7

0805 50 10

TR

53,5

ZZ

53,5

0808 10 80

AR

91,7

BR

75,3

CA

110,4

CL

84,2

CN

68,6

MK

21,2

US

115,4

UY

67,9

ZA

82,7

ZZ

79,7

0808 20 50

AR

81,3

CL

96,6

CN

66,7

ZA

91,6

ZZ

84,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 248/2009

tad-19 ta’ Marzu 2009

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fejn jirrigwarda n-notifiki li jikkonċernaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-iffissar tal-prezzijiet u l-intervent fi ħdan l-iskop tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura (Riformulazzjoni)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-sajd u l-prodotti tal-akwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2001 tas-16 ta’ Jannar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 fejn jirrigwarda n-notifiki li jikkonċernaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi, l-iffissar tal-prezzijiet u l-intervent fi ħdan l-iskop tal-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-prodotti tas-sajd u tal-akwakultura (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b'mod sostanzjali. Ladarba għandhom isiru aktar emendi rigward aġġustamenti fil-listi ta’ reġjuni tal-Istati Membri u fil-kodiċi tal-munita li jintużaw għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi mfassal mill-ġdid fl-interessi taċ-ċarezza.

(2)

Skont l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, il-Kummissjoni tippubblika kull sena lista tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti tagħhom l-Istati Membri għandhom għalhekk jagħtuha informazzjoni adegwata.

(3)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tagħmel monitoraġġ fuq l-attiviatjiet għall-istabilizzazzjoni tal-prezzijiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-mod li bih japplikaw is-sistemi ta’ kumpens finanzjarju u l-premji għall-carry-over.

(4)

L-arranġamenti Komunitarju għall-intervent skont l-Artikoli 21 sa 26 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 jeħtieġu li tkun disponibbli informazzjoni dwar il-prezzijiet irreġistrati f'reġjuni definiti b'mod ċar f'intervalli regolari.

(5)

Sistema ta’ trasmissjoni elettronika tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ġiet introdotta fi ħdan il-qafas tal-politika komuni tas-sajd (sistema FIDES II). Din għandha tintuża għall-iskopijiet tal-ġbir tal-informazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ġestjoni tal-Prodotti tas-Sajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Notifiki li jirrigwardaw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tagħhom

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kumissjoni bl-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6(1)(ċ) u 13(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 mhux aktar tard minn żmien xahrejn mid-data tad-deċiżjoni adottata.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU II

Prezzijiet u intervent

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn xahrejn minn wara l-bidu ta’ kull sena tas-sajd, bl-informzzjoni msemmija fl-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 104/2000.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni immedjatament b'kull bidla fid-dettalji msemmija fl-ewwel paragrafu.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Għall-ispeċi elenkati fl-Annessi minn I sa IV mar-Regolament (KE) Nru 104/2000, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet maħtuta x-xatt, mibjugħa, rtirati u ttrasportati tul it-territorju tagħhom, flimkien mal-valur tal-kwantitajiet mibjugħa, f'kull tliet xhur fid-diversi reġjuni definiti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII ma’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn seba' ġimgħat wara t-tliet xhur in kwistjoni.

Meta jkun hemm kriżi għal speċi waħda jew aktar elenkati fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 104/2000, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet maħtuta, mibjugħa, rtirati u ttrasportati tul it-territorju tagħhom, flimkien mal-valur tal-kwantitajiet mibjugħa, f'kull ħmistax fid-diversi reġjuni definiti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII ma’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara l-ħmistax in kwistjoni.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness III ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni kull tliet xhur, fir-rigward ta’ kull prodott elenkat fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 104/2000 li jkun ġie rtirat, bil-valur u l-kwantitajiet imneħħija, analizzati skont l-għażliet tat-tneħħija stabbiliti fl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2493/2001 (4) sa mhux aktar tard minn tmien ġimgħat warat-tliet xhur in kwistjoni.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness IV ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, għal kull prodott elenkat fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 104/2000, bil-kwantitajiet maħtuta x-xatt, mibjugħa, u maħżuna, flimkien mal-valur tal-kwantitajiet mibjugħa, f'kull tliet xhur fid-diversi reġjuni definiti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII ma’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara t-tliet xhur in kwistjoni.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness V ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, fir-rigward ta’ kull prodott elenkat fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 104/2000, bil-kwantitajiet maħtuta x-xatt, mibjugħa, u kkunsinnati lill-industrija skont l-organizzazzjonijiet tal-produttur, flimkien mal-valur tal-kwantitajiet ikkunsinnati lill-industrija, f'kull xahar fid-diversi reġjuni definiti fit-Tabella 1 tal-Anness VIII ma’ dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara x-xahar in kwistjoni.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness VI ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kull sena, fi żmin tliet xhur mill-aħħar tas-sena in kwistjoni, informazzjoni biex l-ispejjeż tekniċi li għandhom x'jaqsmu mal-operazzjonijiet meħtieġa għall-istabbilizzazzjoni u l-ħażna previsti fl-Artikoli 23 u 25 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000 ikunu jistgħu jiġu stabbiliti.

Din l-informazzjoni u l-format li bih għandha tintbagħat għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness VII ma’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

Artikolu 8

L-Istati Membri għandhom jibagħtu l-informazzjoni lill-Kummissjoni b'mezzi elettroniċi, bl-użu tas-sistemi ta’ trasmissjoni li jintużaw bħalissa għall-iskambju tad-data fil-qafas tal-ġestjoni tal-politika komuni tas-sajd (sistema FIDES II).

Artikolu 9

Ir-Regolament (KE) Nru 80/2001 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness X.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 19 ta’ Marzu 2009

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 13, 17.1.2001, p. 3.

(3)  Ara l-Anness IX.

(4)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 20.


ANNESS I

Informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom

Nru ta’ reġistrazzjoni

Isem tas-settur

Tip

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-PO

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA. ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

4

Tip ta’ messaġġ

<TYP>

It-Test

3

INS = ġdid

MOD = emenda

DEL = rikonoxximent irtirat

5

Nru ta’ assoċjazzjoni PO jew PO

<NOP>

It-Test

7

Biss għal tip ta’ messaġġ “MOD” jew “DEL”

6

Isem

<NOM>

It-Test

 

 

7

Abbrevjazzjoni uffiċjali

<ABB>

 

 

Fejn disponibbli

8

Nru Nazzjonali

<NID>

 

 

Fejn disponibbli

9

Żona ta’ kompetenza

<ARE>

It-Test

 

 

10

Attività

<ACT>

It-Test

6

Tab. 10

11

Data meta stabbilita

<DCE>

YYYYMMDD

 

 

12

Data meta hi mfassla l-kostituzzjoni

<DST>

YYYYMMDD

 

 

13

Data meta ngħata r-rikonoxximent

<DRE>

YYYYMMDD

 

 

14

Data meta r-rikonoxximent hu rtirat

<DRA>

YYYYMMDD

 

Biss għal tip ta’ messaġġ “DEL”

15

Indirizz 1

<ADR1>

It-Test

 

 

16

Indirizz 2

<ADR2>

It-Test

 

 

17

Indirizz 3

<ADR3>

 

 

 

18

Kodiċi postali

<CPO>

It-Test

 

 

19

Post

<LOC>

It-Test

 

 

20

Nru tat-telefon 1

<TEL1>

It-Test

 

+ nn(nn)nnn.nnn.nnn

21

Nru tat-telefon 2

<TEL2>

It-Test

 

+ nn(nn)nnn.nnn.nnn

22

Nru tal-Fax

<FAX>

It-Test

 

+ nn(nn)nnn.nnn.nnn

23

E-mail

<MEL>

It-Test

 

 

24

Indirizz tal-website

<WEB>

It-Test

 

 

25 et seq.

Nru tal-membru PO

<ADH>

It-Test

 

Għal assoċjazzjonijiet PO, lista tal-PO membri


ANNESS II

Prezzijiet ta’ irtirar applikati minn organizzazzjonijiet tal-produtturi

Ibgħat xahrejn wara l-bidu tas-sena tas-sajd


Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-PO-WP

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA. ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru tas-Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

Y

1

Y = annwali

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

8

PPP = sekwenza

YYYY = sena

8

Valuta wżata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

Kodiċi ta’ identifikazzjoni PO

<DAT>

It-Test

7

CCC-999

 

Kodiċi tal-ispeċi

 

It-Test

3

Tab. 7

 

Kodiċi ta’ preservazzjoni

 

It-Test

3

Tab. 4

 

Kodiċi ta’ presentazzjoni

 

It-Test

2

Tab. 3

 

Kodiċi ta’ freskezza

 

It-Test

2

Tab. 5

 

Kodiċi tad-daqs

 

It-Test

3

Tab. 2

 

Prezz ta’ irtirar

 

Numru sħiħ

 

Skond il-valuta indikata fin-Nru ta’ reġistrazzjoni 8, għal kull 1 000 kg

 

Reġjun fejn il-prezz ta’ irtirar aġġustat minn koeffiċjent reġjonali

 

It-Test

 

Tab. 8


ANNESS III

Prodotti fl-Annessi I u IV mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Notifika kull kwart


Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-FRESH

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA.ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru tas-Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

Q jew C

1

Q = kwart ta’ sena

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

8

PPP = sekwenza

1-4 għal kwart ta’ sena

1-24 għal ħmistax

YYYY = sena

8

Valuta użata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

Ir-Reġjun tal-wasla (kodiċi NUTS)

<DAT>

It-Test

7

Tab. 1

 

Kodiċi tal-ispeċi

 

It-Test

3

Tab. 7

 

Kodiċi ta’ preservazzjoni

 

It-Test

3

Tab. 4

 

Kodiċi ta’ presentazzjoni

 

It-Test

2

Tab. 3

 

Kodiċi ta’ freskezza

 

It-Test

2

Tab. 5

 

Kodiċi tad-daqs

 

It-Test

3

Tab. 2

 

Il-Valur tal-kwantitajiet mibjugħa

 

Numru sħiħ

 

Skond il-valura indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

Kwantitajiet mibjugħa

 

Numru sħiħ

 

kg

 

Kwantitajiet irtirati bil-prezz Komunitarju

 

Numru sħiħ

 

kg

 

Kwantitajiet irtirati bil-prezz awtonomu

 

Numru sħiħ

 

kg

 

Kwantitajiet trasportati

 

Numru sħiħ

 

kg


ANNESS IV

Prodotti fl-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

L-Użu ta' prodotti rtirati mis-suq

Notifika kull kwart


Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-STD-VAL

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA. ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru ta’ Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

Q

1

Q = quarter

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

8

PPP = sekwenza

1-4

YYYY = sena

8

Valuta wżata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

Kodiċi tal-ispeċi

<DAT>

It-Test

3

Tab. 7

 

Kodiċi tad-destinazzjoni

 

It-Test

6

Tab. 9

 

Valur tal-kwantitajiet mibjugħa jew trasferiti

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

“0” permessa għal kwantitajiet trasferiti

 

Kwantitajiet mibjugħa jew trasferiti

 

Numru sħiħ

 

kg


ANNESS V

Prodotti fl-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 104/2000 (Notifika kull kwart tas-sena)

Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-IFFRIŻATI

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA.ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru tas-Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

Q

1

Q = kwart ta’ sena

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

8

PPP = sekwenza 1 – 4

YYYY = sena

8

Valuta użata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

Ir-Reġjun tal-wasla (kodiċi NUTS)

<DAT>

It-Test

7

Tab. 1

 

Kodiċi tal-ispeċi

<DAT>

It-Test

3

Tab. 7

 

Kodiċi ta’ preservazzjoni

 

It-Test

3

Tab. 4

 

Kodiċi ta’ presentazzjoni

 

It-Test

2

Tab. 3

 

Kodiċi ta’ freskezza

 

It-Test

2

Tab. 5

 

Kodiċi tad-daqs

 

It-Test

3

Tab. 2

 

Il-Valur tal-kwantitajiet mibjugħa

 

Numru sħiħ

 

Skond il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

Kwantitajiet mibjugħa qabel il-ħażna

 

Numru sħiħ

 

kg

 

Kwantitajiet maħżuna

 

Numru sħiħ

 

kg

 

Kwantitajiet imneħħija mill-ħażna

 

Numru sħiħ

 

kg


ANNESS VI

Prodotti fl-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Frekwenza: kull xahar


Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-TONN

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA.ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru tas-Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

M

1

M = kull xahar

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

7

PPP = sekwenza 1-12

YYYY = sena

8

Valuta wżata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

L-Organizzazzjoni tal-perjodu

<DAT>

It-Test

7

CCC-999

 

Kodiċi tal-ispeċi

 

It-Test

3

Tab. 7

 

Kodiċi ta’ preservazzjoni

 

It-Test

3

Tab. 4

 

Kodiċi ta’ presentazzjoni

 

It-Test

2

Tab. 3

 

Kodiċi tad-daqs

 

It-Test

3

Tab. 2

 

Valur tal-kwantitajiet mibjugħa u mogħtija lill-industrija

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

Il-kwantitajiet mibjugħa u mogħtija lill-industrija

 

Numru sħiħ

 

Kg


ANNESS VII

Prodotti fl-Anness I u II mar-Regolament (KE) Nru 104/2000

Il-Frekwenza: annwali


Nru ta’ reġistrazzjoni

Id-Data kkonċernata

Identifikazzjoni tat-tip ta’ data

Format

Daqs

Kodiċi

1

Identifikazzjoni tal-messaġġ

<L-ISEM TA’ MIN QED JAGĦMEL IT-TALBA>

It-Test

 

MK-TECH

2

L-Istat Membru

<IL-PAJJIŻ LI QED JAGĦMEL IT-TALBA.ISO_A3>

It-Test

3

Tab. 1

3

Numru tas-Serje

<LOT>

Numeriku

4

Nru tas-Serje allokat mill-Istat Membru

4

It-Tip ta’ messaġġ

<MTYP>

 

19

INS NOTIFIKA

SUP NOTIFIKA

REP NOTIFIKA

INS IN NOTIFIKA

MOD IN NOTIFIKA

SUP IN NOTIFIKA

5

Id-data meta mibgħuta

<DSE>

YYYYMMDD

8

 

6

Tip ta’ perjodu

<PTYP>

Y

1

Y = annwali

7

Identifikazzjoni tal-perjodu

<IDP>

PPP/YYYY

7

PPP = 1

YYYY = sena

8

Valuta wżata

<MON>

It-Test

3

Tab. 6

9 et seq.

Il-Kodiċi tal-prodott

<DAT>

It-Test

3

1AB = Anness I prodottt, AB

1C = Anness I prodott, C

2 = Anness II prodott

 

Il-Kodiċi tal-ispejjeż tekniċi

 

It-Test

2

Tab. 11

 

L-ispejjeż tax-xogħol

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

L-ispejjeż tal-enerġija

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

L-ispejjez tat-trasport

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8

 

Spejjeż oħrajn (l-ippakkjar, l-immarinar, il-kisi dirett, eċċ.)

 

Numru sħiħ

 

Skont il-valuta indikata fir-reġistrazzjoni Nru 8


ANNESS VIII

Tabella 1

Kodiċi NUTS “ISO-A3”

PAJJIŻ

L-Isem NUTS

BE

BELGIQUE-BELGIE

 

BE10

REG.BRUXELLES-CAP./BRUSSELS HFDST.GEW.

BE21

PROV. ANTWERPEN

BE22

PROV. LIMBURG (B)

BE23

PROV. OOST-VLAANDEREN

BE24

PROV. VLAAMS BRABANT

BE25

PROV. WEST-VLAANDEREN

BE31

PROV. BRABANT WALLON

BE32

PROV. HAINAUT

BE33

PROV. LIEGE

BE34

PROV. LUXEMBOURG (B)

BE35

PROV. NAMUR

BG

България

 

BG01

SEVEROZAPADEN

BG02

SEVEREN TSENTRALEN

BG03

SEVEROIZTOCHEN

BG04

YUGOZAPADEN

BG05

YUZHEN TSENTRALEN

BG06

YUGOIZTOCHEN

CZ

ČESKÁ REPUBLIKA

 

CZ01

PRAHA

DK

DANMARK

 

DK011

BYEN KØBENHAVN

DK012

KØBENHAVNS OMEGN

DK013

NORDSJÆLLAND

DK014

BORNHOLM

DK021

ØSTSJÆLLAND

DK022

VEST – OG SYDSJÆLLAND

DK031

FYN

DK032

SYDJYLLAND

DK041

VESTJYLLAND

DK042

ØSTJYLLAND

DK050

NORDJYLLAND

DE

DEUTSCHLAND

 

DE11

STUTTGART

DE12

KARLSRUHE

DE13

FREIBURG

DE14

TÜBINGEN

DE21

OBERBAYERN

DE22

NIEDERBAYERN

DE23

OBERPFALZ

DE24

OBERFRANKEN

DE25

MITTELFRANKEN

DE26

UNTERFRANKEN

DE27

SCHWABEN

DE30

BERLIN

DE41

BRANDENBURG - NORDOST

DE42

BRANDENBURG - SÜDWEST

DE50

BREMEN

DE60

HAMBURG

DE71

DARMSTADT

DE72

GIEßEN

DE73

KASSEL

DE80

MECKLENBURG-VORPOMMERN

DE91

BRAUNSCHWEIG

DE92

HANNOVER

DE93

LÜNEBURG

DE94

WESER-EMS

DEA1

DÜSSELDORF

DEA2

KÖLN

DEA3

MÜNSTER

DEA4

DETMOLD

DEA5

ARNSBERG

DEB1

KOBLENZ

DEB2

TRIER

DEB3

RHEINHESSEN-PFALZ

DEC0

SAARLAND

DED1

CHEMNITZ

DED2

DRESDEN

DED3

LEIPZIG

DEE0

SACHSEN-ANHALT

DEF0

SCHLESWIG-HOLSTEIN

DEG0

THÜRINGEN

EE

EESTI

 

EE001

PÕHJA-EESTI

EE004

LÄÄNE-EESTI

EE006

KESK-EESTI

EE007

KIRDE-EESTI

EE008

LÕUNA-EESTI

GR

ΕΛΛΑΔΑ

 

GR11

Aνατολική Μακεδονία, Θράκη

GR12

Κεντρική Μακεδονία

GR13

Δυτική Μακεδονία

GR14

Θεσσαλία

GR21

Ήπειρος

GR22

Ιόνια Νησιά

GR23

Δυτική Ελλάδα

GR24

Στερεά Ελλάδα

GR25

Πελοπόννησος

GR30

Aττική

GR41

Βόρειο Αιγαίο

GR42

Νότιο Αιγαίο

GR43

Κρήτη

ES

ESPAÑA

 

ES11

GALICIA

ES12

PRINCIPADO DE ASTURIAS

ES13

CANTABRIA

ES21

PAÍS VASCO

ES22

COMUNIDAD FORAL DE NAVARRA

ES23

LA RIOJA

ES24

ARAGÓN

ES30

COMUNIDAD DE MADRID

ES41

CASTILLA Y LEÓN

ES42

CASTILLA-LA MANCHA

ES43

EXTREMADURA

ES51

CATALUÑA

ES52

COMUNIDAD VALENCIANA

ES53

ILLES BALEARS

ES61

ANDALUCÍA

ES62

REGIÓN DE MURCIA

ES63

CIUDAD AUTÓNOMA DE CEUTA

ES64

CIUDAD AUTÓNOMA DE MELILLA

ES70

CANARIAS

FR

FRANCE

 

FR1

ÎLE DE FRANCE

FR21

CHAMPAGNE-ARDENNE

FR22

PICARDIE

FR23

HAUTE-NORMANDIE

FR24

CENTRE

FR25

BASSE-NORMANDIE

FR26

BOURGOGNE

FR30

NORD-PAS-DE-CALAIS

FR41

LORRAINE

FR42

ALSACE

FR43

FRANCHE-COMTÉ

FR51

PAYS DE LA LOIRE

FR521

CÔTES-D’ARMOR

FR522

FINISTÈRE

FR523

ILLE-ET-VILAINE

FR524

MORBIHAN

FR53

POITOU-CHARENTES

FR61

AQUITAINE

FR62

MIDI-PYRÉNÉES

FR63

LIMOUSIN

FR71

RHÔNE-ALPES

FR72

AUVERGNE

FR81

LANGUEDOC-ROUSSILLON

FR82

PROVENCE-ALPES-CÔTE D’AZUR

FR83

CORSE

FR91

GUADELOUPE

FR92

MARTINIQUE

FR93

GUYANE

FR94

RÉUNION

IE

IRELAND

 

IE011

BORDER

IE012

MIDLAND

IE013

WEST

IE021

DUBLIN

IE022

MID-EAST

IE023

MID-WEST

IE024

SOUTH-EAST (IRL)

IE025

SOUTH-WEST (IRL)

IT

ITALIA

 

ITC1

PIEMONTE

ITC2

VALLE D’AOSTA/VALLEE D'AOSTE

ITC3

LIGURIA

ITC4

LOMBARDIA

ITD1

PROVINCIA AUTONOMA BOLZANO/BOZEN

ITD2

PROVINCIA AUTONOMA TRENTO

ITD3

VENETO

ITD4

FRIULI-VENEZIA GIULIA

ITD5

EMILIA-ROMAGNA

ITE1

TOSCANA

ITE2

UMBRIA

ITE3

MARCHE

ITE4

LAZIO

ITF1

ABRUZZO

ITF2

MOLISE

ITF3

CAMPANIA

ITF4

PUGLIA

ITF5

BASILICATA

ITF6

CALABRIA

ITG1

SICILIA

ITG2

SARDEGNA

CY

ΚΥΠΡΟΣ/KIBRIS

 

LV

LATVIJA

 

LV003

KURZEME

LV005

LATGALE

LV006

RĪGA

LV007

PIERĪGA

LV008

VIDZEME

LV009

ZEMGALE

LT

LIETUVA

 

LT001

ALYTAUS APSKRITIS

LT002

KAUNO APSKRITIS

LT003

KLAIPĖDOS APSKRITIS

LT004

MARIJAMPOLĖS APSKRITIS

LT005

PANEVĖŽIO APSKRITIS

LT006

ŠIAULIŲ APSKRITIS

LT007

TAURAGĖS APSKRITIS

LT008

TELŠIŲ APSKRITIS

LT009

UTENOS APSKRITIS

LT00A

VILNIAUS APSKRITIS

LU

LUXEMBOURG (GRAND-DUCHÉ)

 

HU

MAGYARORSZÁG

 

HU10

KÖZÉP-MAGYARORSZÁG

HU21

KÖZÉP-DUNÁNTÚL

HU22

NYUGAT-DUNÁNTÚL

HU23

DÉL-DUNÁNTÚL

HU31

ÉSZAK-MAGYARORSZÁG

HU32

ÉSZAK-ALFÖLD

HU33

DÉL-ALFÖLD

MT

MALTA

 

NL

NEDERLAND

 

NL11

GRONINGEN

NL12

FRIESLAND (NL)

NL13

DRENTHE

NL21

OVERIJSSEL

NL22

GELDERLAND

NL23

FLEVOLAND

NL31

UTRECHT

NL32

NOORD-HOLLAND

NL33

ZUID-HOLLAND

NL34

ZEELAND

NL41

NOORD-BRABANT

NL42

LIMBURG (NL)

AT

ÖSTERREICH

 

AT11

BURGENLAND (A)

AT12

NIEDERÖSTERREICH

AT13

WIEN

AT21

KÄRNTEN

AT22

STEIERMARK

AT31

OBERÖSTERREICH

AT32

SALZBURG

AT33

TIROL

AT34

VORARLBERG

PL

POLSKA

 

PL11

ŁÓDZKIE

PL12

MAZOWIECKIE

PL21

MAŁOPOLSKIE

PL22

ŚLĄSKIE

PL31

LUBELSKIE

PL32

PODKARPACKIE

PL33

ŚWIĘTOKRZYSKIE

PL34

PODLASKIE

PL41

WIELKOPOLSKIE

PL42

ZACHODNIOPOMORSKIE

PL43

LUBUSKIE

PL51

DOLNOŚLĄSKIE

PL52

OPOLSKIE

PL61

KUJAWSKO-POMORSKIE

PL62

WARMIŃSKO-MAZURSKIE

PL63

POMORSKIE

PT

PORTUGAL

 

PT11

NORTE

PT15

ALGARVE

PT16

CENTRO (P)

PT17

LISBOA

PT18

ALENTEJO

PT20

REGIÃO AUTÓNOMA DOS AÇORES

PT30

REGIÃO AUTÓNOMA DA MADEIRA

RO

ROMÂNIA

 

RO01

NORD-EST

RO02

SUD-EST

RO03

SUD

RO04

SUD-VEST

RO05

VEST

RO06

NORD-VEST

RO07

CENTRU

RO08

BUCUREȘTI

SI

SLOVENIJA

 

SK

SLOVENSKÁ REPUBLIKA

 

FI

SUOMI/FINLAND

 

FI13

ITÄ-SUOMI

FI18

ETELÄ-SUOMI

FI19

LÄNSI-SUOMI

FI1A

POHJOIS-SUOMI

FI20

ÅLAND

SE

SVERIGE

 

SE11

STOCKHOLM

SE12

ÖSTRA MELLANSVERIGE

SE21

SMÅLAND MED ÖARNA

SE22

SYDSVERIGE

SE23

VÄSTSVERIGE

SE31

NORRA MELLANSVERIGE

SE32

MELLERSTA NORRLAND

SE33

ÖVRE NORRLAND

UK

UNITED KINGDOM

 

UKC1

TEES VALLEY AND DURHAM

UKC2

NORTHUMBERLAND AND TYNE AND WEAR

UKD1

CUMBRIA

UKD2

CHESHIRE

UKD3

GREATER MANCHESTER

UKD4

LANCASHIRE

UKD5

MERSEYSIDE

UKE1

EAST YORKSHIRE AND NORTHERN LINCOLNSHIRE

UKE2

NORTH YORKSHIRE

UKE3

SOUTH YORKSHIRE

UKE4

WEST YORKSHIRE

UKF1

DERBYSHIRE AND NOTTINGHAMSHIRE

UKF2

LEICESTERSHIRE, RUTLAND AND NORTHAMPTONSHIRE

UKF3

LINCOLNSHIRE

UKG1

HEREFORDSHIRE, WORCESTERSHIRE AND WARWICKSHIRE

UKG2

SHROPSHIRE AND STAFFORDSHIRE

UKG3

WEST MIDLANDS

UKH1

EAST ANGLIA

UKH2

BEDFORDSHIRE AND HERTFORDSHIRE

UKH3

ESSEX

UKI1

INNER LONDON

UKI2

OUTER LONDON

UKJ1

BERKSHIRE, BUCKINGHAMSHIRE AND OXFORDSHIRE

UKJ2

SURREY, EAST AND WEST SUSSEX

UKJ3

HAMPSHIRE AND ISLE OF WIGHT

UKJ4

KENT

UKK1

GLOUCESTERSHIRE, WILTSHIRE AND BRISTOL/BATH AREA

UKK2

DORSET AND SOMERSET

UKK3

CORNWALL AND ISLES OF SCILLY

UKK4

DEVON

UKL1

WEST WALES AND THE VALLEYS

UKL2

EAST WALES

UKM2

EASTERN SCOTLAND

UKM3

SOUTH WESTERN SCOTLAND

UKM50

ABERDEEN CITY AND ABERDEENSHIRE

UKM61

CAITHNESS & SUTHERLAND AND ROSS & CROMARTY

UKM62

INVERNESS & NAIRN AND MORAY, BADENOCH & STRATHSPEY

UKM63

LOCHABER, SKYE & LOCHALSH, ARRAN & CUMBRAE AND ARGYLL & BUTE

UKM64

EILAN SIAR (WESTERN ISLES)

UKM65

ORKNEY ISLANDS

UKM66

SHETLAND ISLANDS

UKN

NORTHERN IRELAND


Tabella 2

Kodiċi tad-daqs

Kodiċi

Isem

1

Daqs 1

2

Daqs 2

3

Daqs 3

4

Daqs 4

5

Daqs 5

6

Daqs 6

M10

≤ 10 kg

P10

> 10 kg

M4

≤ 4 kg

M1

≤ 1,1 kg

50

> 1,8 kg

51

≤ 1,8 kg

SO

Mhux applikabbli

M11

< 1,1 kg

M13

< 1,33 kg

B21

≥ 1,1 kg < 2,1 kg

B27

≥ 1,33 kg < 2,7 kg

P21

≥ 2,1 kg

P27

≥ 2,7 kg


Tabella 3

Il-Kodiċi ta’ presentazzjoni

Kodiċi

Presentazzjoni

1

Sħiħ

12

Bir-ras maqtugħa

3

Bl-organi mneħħija u bir-ras

31

Bl-organi u bil-garġi mneħħija

32

Bl-organi mneħħija u mingħajr ras

61

Imnaddfa

25

Il-Ġenb

2

Flett

62

Ċilindru

63

Tubi

21

Flett standard, bix-xewk

22

Fletti mingħajr għadam

23

Fletti, bil-ġilda

24

Fletti, mingħajr ġilda

51

Blokok ikkapuljati

5

Biċċiet u ġilda oħra

11

Bir-ras jew mingħajrha

9

Presentazzjonijiet aċċettabbli ta’ xort’ oħra minn sħaħ jew mingħajr organi u bil-garġi

26

Fletti fi blokok ikkapuljati < 4 kg

70

Imnaddfa, bir-ras JEW sħaħ

71

Il-presentazzjonijiet aċċettabbli kollha għal din l-ispeċi

72

Il-presentazzjonijiet aċċettabbli kollha ta’ xort’ oħra minn fletti, biċċiet u ġilda oħra

6

Imnaddfa, ċilindri, tubi

7

Presentazzjonijiet oħra

SO

Mhux applikabbli


Tabella 4

Kodiċi ta’ preservazzjoni

Kodiċi

Preservazzjoni

SO

Mhux applikabbli

V

Ħajjin

C

Iffriżati

CU

Imsajjra fl-ilma

S

Bil-melħ

FC

Friski jew iffriżati

FR

Friski jew imkessħa

PRE

Preparazzjoni

CSR

Ħut tal-bott

F

Frisk

R

Imkessaħ


Tabella 5

Il-Kodiċi ta’ freskezza

Kodiċi

Freskezza

E

Żejjed

A

A

B

B

V

Ħajjin

SO

Mhux applikabbli


Tabella 6

Il-Kodiċi tal-valuta

Kodiċi

Valuta

EUR

L-Euro

BGN

Bulgarian lev

CZK

Koruna Ċeka

DKK

Kron Daniż

EEK

Krona Estonjana

GBP

Lira sterlina

HUF

Forint Ungeriż

LTL

Litas Litwanjana

LVL

Lats Latvjana

PLN

Złoty Pollakk

RON

Romanian new leu

SEK

Krona Svediża


Tabella 7

Kodiċi

Speċi

ALB

Thunnus alalunga

ALK

Theragra chalcogramma

BFT

Thunnus thynnus

BIB

Trisopterus luscus

BOG

Boops boops

BRA

Brama spp.

BRB

Spondyliosoma cantharus

BSF

Aphanopus carbo

CDZ

Gadus spp.

COD

Gadus morhua

COE

Conger conger

CRE

Cancer pagurus

CSH

Crangon crangon

CTC

Sepia officinalis

CTR

Sepiola rondeleti

DAB

Limanda limanda

DEC

Dentex dentex

DGS

Squalus acanthias

DOL

Coryphaena hippurus

DPS

Parapenaeus longirostris

ENR

Engraulis spp.

FLE

Platichthys flesus

GHL

Rheinhardtius hippoglossoides

GRC

Gadus ogac

GUY

Triga spp.

HAD

Melanogrammus aeglefinus

HER

Clupea harengus

HKE

Merluccius merluccius

HKP

Merluccius hubbsi

HKX

Merluccius spp.

ILL

Illex spp.

JAX

Trachurus spp.

LEM

Mircostomus kitt

LEZ

Lepidorhombus spp.

LNZ

Molva spp.

MAC

Scomber scombrus

MAS

Scomber japonicus

MAZ

Scomber scombrus, japonicus, Orcynopsis unicolor

MGS

Mugil spp.

MNZ

Lophius spp.

MUR

Mullus surmulettus

MUT

Mullus barbatus

NEP

Nephrops norvegicus

OCZ

Octopus spp.

PAX

Pagellus spp.

PCO

Gadus macrocephalus

PEN

Penaeus spp.

PIL

Sardina pilchardus

PLE

Pleuronectes platessa

POC

Boreogadus saida

POK

Pollachius virens

POL

Pollachius pollachius

PRA

Pandalus borealis

RED

Sebastes spp.

ROA

Rossia macrosoma

SCE

Pecten maximus

SCL

Scyliorhinus spp.

SFS

Lepidopus caudatus

SKA

Raja spp.

SKJ

Katsuwonus pelamis

SOO

Solea spp.

SPC

Spicara smaris

SPR

Sprattus sprattus

SQA

Illex argentinus

SQC

Loligo spp.

SQE

Ommastrephes sagittatus

SQE

Todarodes sagittatus sagittatus

SQI

Illex illecebrosus

SQL

Loligo pealei

SQN

Loligo patagonica

SQO

Loligo opalescens

SQR

Loligo vulgaris

SWO

Xiphias gladius

TUS

Thunnus spp. u Euthynnus spp. Bl-esklużjoni ta’ Thunnus thunnus u T. obesus

WHB

Micromesistius poutassou

WHE

Buccinum undatum

WHG

Merlangius merlangus

YFT

Thunnus albacares


Tabella 8

Reġjuni fejn il-prezz ta' rtirar hu aġġustat b'koeffiċjent reġjonali

Kodiċi

Reġjun

Deskrizzjoni tar-Reġjun

MADER

Azores u Madeira

Il-Gżejjer ta’ l-Azores u Madeira

BALNOR

Il-Baltiku ta’ Fuq

Il-Baħar Baltiku fit-Tramuntana ta’ 59° 30′

CANA

Il-Kanarji

Il-Gżejjer Kanarji

CORN

Cornwall

Ir-reġjuni fuq il-kosta u l-gżejjer tal-pajjiżi ta’ Cornwell u Devon fir-Renju Unit

ECOS

Skozja

Ir-reġjuni fuq il-kosta ta’ l-Iskozja fil-Grigal ta’ Wick sa Aberdeen

ECOIRL

Skozja u l-Irlanda ta’ Fuq

Ir-reġjuni fuq il-kosta minn Portpatrick fi Lbiċ ta' l-Iskozja sa Wick fil-Grigal ta' l-Iskozja, u l-gżejjer lejn il-Punent u t-Tramuntana ta' dawn ir-reġjuni. Ir-reġjuni fuq il-kosta u l-gżejjer ta' l-Irlanda ta' Fuq

ESTECO

Skozja (lvant)

Ir-reġjuni fuq il-Kosta ta' l-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth, u l-gżejjer lejn il-punent u t-tramuntana ta' dawn ir-reġjuni

ESPATL

Spanja (l-Atlantiku)

Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' l-Atlantiku ta' Spanja (għajr il-Gżejjer Kanarji)

ESTANG

L-Ingilterra ta’ Lvant

Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' l-Ingilterra, minn Berwick sa Dover Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' l-Iskozja minn Portpatrick sa Eyemouth, u l-gżira lejn il-punent u t-tramuntana ta' dawn ir-reġjuni. Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' County Down

FRAATL

Franza (l-Atlantiku, iċ-Channel, it-Tramuntana)

Ir-reġjuni fuq il-kosta Franċiża fuq l-Atlantiku, iċ-Channel Ingliż u l-Baħar Nord

IRL

L-Irlanda

Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' l-Irlanda u l-gżejjer

NIRL

L-Irlanda ta’ Fuq

Ir-reġjuni fuq l-kosta ta' County Down (l-Irlanda ta' fuq)

PRT

Il-Portugall

Ir-reġjuni fuq il-kosta ta' l-Atlantiku Portugiż

UER

Il-Bqija ta' l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tar-reġjuni li għalihom japplika l-koeffiċjent reġjonali

EU

l-Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea fl-intier

WECO

Skozja (il-punent)

Ir-reġjuni fuq il-kosta minn Troon (l-Iskozja fi Lbiċ) sa Wick (fil-Grigal ta' l-Iskozja) u l-gżejjer lejn il-Punent u t-Tramuntana ta' dawn ir-reġjuni.

BALSUD

Il-Baltiku

Il-Baħar Baltiku fin-nofs in-nhar ta' 59° 30′


Tabella 9

Użu ta' irtirar

Kodiċi

Użu ta’ l-irtirar

FMEAL

Użu wara pproċessar f'għalf (għalf għall-annimali)

OTHER

Użu frisk jew ippriservat (għalf għall-annimali)

NOALIM

Użu għal għanijiet minbarra għalf

DIST

Tqassim b'xejn

BAIT

Lixka


Tabella 10

Tip ta' sajd

Kodiċi

Tip ta’ Sajd

D

Is-Sajd fil-baħar fond

H

Is-Sajd fil-baħar fuq barra

C

Is-sajd mal-kosta

L

Is-sajd lokali fuq skala żgħira

O

Tipi oħrajn ta' sajd

A

L-Akwakultura


Tabella 11

Tip ta' spiża teknika

Kodiċi

Tip ta’ spiża teknika

CO

L-Iffriżar

ST

Il-Ħażna

FL

L-Ifflettar

SL

L-Għoti tal-melħ fit-tnixxif

MA

L-Immarinar

CU

Il-pastorizzazzjoni tas-sajran

VV

Il-Ħażna f'tankijiet fissi


ANNESS IX

Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2001 (ĠU L 13, 17.1.2001, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2494/2001 (ĠU L 337, 20.12.2001, p. 22)

2003 Att ta’ Adeżjoni (Punt 7.4 tal-Anness II, p. 445)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006 (ĠU L 362, 20.12.2006, p. 1)

Rigward ir-referenza fl-Artikolu 1(1), ir-raba' inċiż tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 80/2001, u rigward punt 5(1) tal-Anness biss


ANNESS X

Tabella ta’ Korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 80/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 10

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness III

Anness IV

Anness IV

Anness V

Anness V

Anness VI

Anness VI

Anness VII

Anness VII

Anness VIII

Anness VIII

Anness IX

Anness X


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 249/2009

tat-23 ta’ Marzu 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn “il quddiem ‘l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

(2)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi tal-Aġenzija b’referenza għar-rata tal-inflazzjoni u taġġornahom, b’effett mill-1 ta’ April ta’ kull sena.

(3)

Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2008. Ir-rata tal-inflazzjoni fil-Komunità, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), kienet 3,7 % fl-2008.

(4)

Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(6)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2009.

(7)

Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2009. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 3 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 242 600” hi mibdula għal “EUR 251 600”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 24 300” hi mibdula għal “EUR 25 200”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 94 100” hi mibdula għal “EUR 97 600”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 156 800” hi mibdula għal “EUR 162 600”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 9 400” hi mibdula għal “EUR 9 700”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 72 800” hi mibdula għal “EUR 75 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 200 sa EUR 54 600” hi mibdula għal “EUR 18 900 sa EUR 56 600”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) hu emendat kif ġej:

“EUR 2 600” hi mibdula għal “EUR 2 700”,

“EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 72 800” hi mibdula għal “EUR 75 500”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 200 sa EUR 54 600” hi mibdula għal “EUR 18 900 sa EUR 56 600”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 12 100” hi mibdula għal “EUR 12 500”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 18 200” hi mibdula għal “EUR 18 900”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(f)

Il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 87 000” hi mibdula għal “EUR 90 200”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 21 700 sa EUR 65 200” hi mibdula għal “EUR 22 500 sa EUR 67 600”.

(2)

Fl-Artikolu 4, “EUR 60 600” hi mibdula għal “EUR 62 800”.

(3)

L-Artikolu 5 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 121 300” hi mibdula għal “EUR 125 800”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 12 100” hi mibdula għal “EUR 12 500”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”,

ir-raba’ subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 60 600” hi mibdula għal “EUR 62 800”

“EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 60 600” hi mibdula għal “EUR 62 800”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 102 500” hi mibdula għal “EUR 106 300”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 12 100” hi mibdula għal “EUR 12 500”,

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”,

il-ħames subparagrafu hu emendat kif ġej:

“EUR 30 300” hi mibdula għal “EUR 31 400”.

“EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(iii)

il-punt (c) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 30 300” hi mibdula għal “EUR 31 400”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 500 sa EUR 22 700” hi mibdula għal “EUR 7 800 sa EUR 23 500”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

fil-punt (a) “EUR 2 600” hi mibdula għal “EUR 2 700” u “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”,

(ii)

il-punt (b) hu emendat kif ġej:

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 36 400” hi mibdula għal “EUR 37 700”,

fit-tieni subparagrafu, “EUR 9 100 sa EUR 27 300” hi mibdula għal “EUR 9 400 sa EUR 28 300”,

fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(d)

Fil-paragrafu 4, “EUR 18 200” hi mibdula għal “EUR 18 900”.

(e)

Fil-paragrafu 5, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

(f)

Il-paragrafu 6 hu emendat kif ġej:

(i)

fl-ewwel subparagrafu, “EUR 29 000” hi mibdula għal “EUR 30 100”,

(ii)

fit-tieni subparagrafu “EUR 7 200 sa EUR 21 700” hi mibdula għal “EUR 7 500 sa EUR 22 500”.

(4)

Fl-Artikolu 6, “EUR 36 400” hi mibdula għal “EUR 37 700”.

(5)

L-Artikolu 7 hu emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel paragrafu, “EUR 60 600” hi mibdula għal “EUR 62 800”,

(b)

fit-tieni paragrafu, “EUR 18 200” hi mibdula għal “EUR 18 900”.

(6)

L-Artikolu 8 hu emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 hu emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 72 800” hi mibdula għal “EUR 75 500”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 36 400” hi mibdula għal “EUR 37 700”,

(iii)

fir-raba’ subparagrafu, “EUR 18 200 sa EUR 54 600” hi mibdula għal “EUR 18 900 sa EUR 56 600”,

(iv)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 9 100 sa EUR 27 300” hi mibdula għal “EUR 9 400 sa EUR 28 300”.

(b)

Il-paragrafu 2 hu emendat kif ġej:

(i)

fit-tieni subparagrafu, “EUR 242 600” hi mibdula għal “EUR 251 600”,

(ii)

fit-tielet subparagrafu, “EUR 121 300” hi mibdula għal “EUR 125 800”,

(iii)

fil-ħames subparagrafu, “EUR 2 600 sa EUR 209 100” hi mibdula għal “EUR 2 700 sa EUR 216 800”,

(iv)

fis-sitt subparagrafu, “EUR 104 600” hi mibdula għal “EUR 108 500”.

(c)

Fil-paragrafu 3, “EUR 6 100” hi mibdula għal “EUR 6 300”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2009.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ April 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kunsill

25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2009

li tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja

(2009/289/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 119,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, li saret wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Fl-isfond tar-riskji finanzjari esterni għolja, is-swieq kapitali u finanzjarji Latvjani kienu riċentement taħt pressjoni, li tirrifletti deterjorament ġenerali fl-atmosfera tas-suq, u tħassib dejjem akbar dwar is-saħħa tal-ekonomija Latvjana minħabba l-iżbilanċi kbar f’termini ta’ defiċit estern wiesa’ u dejn estern kbir ħafna, finanzi pubbliċi dgħajfa u rati għolja ta’ spejjeż u inflazzjoni tal-prezzijiet. Is-settur bankarju Latvjan għadda minn problemi serji ta’ likwidità u fiduċja. Il-livell tar-riservi f’munita barranija naqas hekk kif il-bank ċentrali intervjena biex iżomm il-livell attribwit lill-munita.

(2)

Il-Kunsill b’mod regolari jirrivedi l-politika ekonomika implimentata mil-Latvja, b’mod partikolari fil-kuntesti tal-programm ta’ konverġenza tal-Latvja u tal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali, kif ukoll fil-kuntest tar-Rapporti ta’ Konverġenza.

(3)

Il-finanzjamenti esterni totali li l-Latvja għandha bżonn sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011 huma stmati li jlaħħqu madwar EUR 7,5 biljun.

(4)

L-awtoritajiet Latvjani talbu assistenza finanzjarja sostanzjali mill-UE u minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u pajjiżi oħrajn biex jappoġġaw is-sostenibbiltà tal-bilanċ tal-pagamenti.

(5)

Hemm theddida serja lill-bilanċ tal-pagamenti Latvjan li tiġġustifika l-għoti urġenti ta’ għajnuna reċiproka mill-Komunità flimkien mal-FMI u ma’ kontributuri oħra. Addizzjonalment, fid-dawl tal-urġenza tal-każ, huwa imperattiv li tiġi permessa eċċezzjoni għall-perijodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat fl-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(6)

Il-pakkett ta’ assistenza finanzjarja jiġi provdut suġġett għal impenn qawwi mill-awtoritajiet Latvjani biex jimplimentaw programm ambizjuż ta’ riforma fiskali, ta’ riforma tas-sistema finanzjarja u ta’ riforma strutturali biex ikunu faċilitati l-aġġustamenti interni u esterni neċessarji, biex tiġi stabilizzata l-ekonomija u biex terġa’ tinbena l-kredibbiltà fil-politika ekonomika. Il-Kummissjoni għandha tivverifika b’mod regolari u mill-qrib, f’kollaborazzjoni mal-EFC, li l-kundizzjonijiet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna huma implimentati bis-sħiħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Komunità għandha tagħti għajnuna reċiproka lil-Latvja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2009

li tagħti għajnuna finanzjarja Komunitarja lil-Latvja għal medda medja ta’ żmien

(2009/290/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal medda medja ta’ żmien għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, li saret wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni 2009/289/KE (2), il-Kunsill iddecieda li għandha tingħata għajnuna reċiproka lil-Latvja.

(2)

Fl-isfond ta’ ħtiġijiet kbar ħafna ta’ finanzjament estern, is-swieq kapitali u finanzjarji Latvjani kienu riċentement taħt pressjoni, li tirrifletti deterjorament ġenerali fl-atmosfera tas-suq, u tħassib dejjem akbar dwar is-saħħa tal-ekonomija Latvjana minħabba l-iżbilanċi kbar f’termini ta’ defiċit estern wiesa’, finanzi pubbliċi dgħajfa u rati għolja ta’ spejjeż u inflazzjoni tal-prezzijiet. Is-settur bankarju Latvjan għadda minn problemi serji ta’ likwidità u fiduċja. Il-livell tar-riservi f’munita barranija naqas hekk kif il-bank ċentrali intervjena biex iżomm il-livell attribwit lill-munita.

(3)

Il-finanzjamenti esterni totali li l-Latvja għandha bżonn sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011 huma stmati li jlaħħqu madwar EUR 7,5 biljun.

(4)

Jixraq li tingħata għajnuna Komunitarja lil-Latvja ta’ massimu ta’ EUR 3,1 biljun permezz tal-Faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal medda medja ta’ żmien għall-bilanċ tal-pagamenti tal-Istati Membri stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 332/2002. Dik l-għajnuna għandha tingħata flimkien ma’ self mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ta’ SDR 1,5 biljun (1 200 % tal-kwota tal-Latvja mill-FMI, madwar EUR 1,7 biljun) taħt arranġament Stand-by tal-FMI approvat fit-23 ta’ Diċembru 2008. Il-pajjiżi Nordiċi (Iżvezja, id-Danimarka, il-Finlandja, l-Estonja u n-Norveġja) għandhom jikkontribwixxu EUR 1,9 biljun flimkien, il-Bank Dinji - EUR 0,4 biljun, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, ir-Repubblika Ċeka u l-Polonja - total ta’ EUR 0,4 biljun, għal total ta’ EUR 7,5 biljun matul il-perjodu sal-aħħar tal-ewwel tliet xhur tal-2011.

(5)

L-għajnuna Komunitarja għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni. Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-politika ekonomika miftiehma mal-awtoritajiet tal-Latvja wara konsultazzjoni mal-KEF għadhom ikunu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. Dawn għandhom fost oħrajn jinkludu miżuri biex jittaffu l-pressjonijijet għal-likwidità immedjata, biex terġa tiddaħħal stabbiltà fuq medda twila ta’ żmien permezz tat-tisħiħ tas-settur bankarju, biex jiġu korretti l-iżbilanċi fiskali u biex tiġi adottata politika domestika li tinvoli l-kompetittività. Il-miżuri għandhom jinkludu konsolidazzjoni immedjata u sostnuta, strateġija għal riżoluzzjoni bankarja komprensiva, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet regolatorji fl-amministrazzjoni tal-kriżi, riformi strutturali komprensivi, kif ukoll miżuri importanti oħra. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.

(6)

L-għajnuna għandha tkun provduta bil-għan li jittaffu l-pressjonijijet għal-likwidità immedjata u għandha tkun marbuta ma’ politika biex tinġieb mill-ġdid l-istabbiltà fuq medda twila ta’ żmien bit-tisħiħ tas-settur bankarju, bil-korrezzjoni ta’ żbilanċi fiskali u bl-adozzjoni ta’ politika domestika li ssaħħaħ il-kompetittività filwaqt li żżomm il-limiti stretti tar-rata ta’ skambju fir-rata ċentrali eżistenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità għandha tagħmel disponibbli self għal medda medja ta’ żmien lil-Latvja li jammonta għal massimu ta’ EUR 3,1 biljun, b’maturità medja massima ta’ seba’ snin.

2.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli matul perijodu ta’ tliet snin, li jibdew mill-ewwel jum wara d-daħla fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-assistenza għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni b’mod konsistenti mar-responsabbiltajiet tal-Latvja u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom jiġu stipulati f’Memorandum ta’ Ftehim. It-termini finanzjarji dettaljati għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni fil-Ftehim dwar is-Self.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivverifika f’intervalli regolari, f’kollaborazzjoni mal-KEF, li jiġu sodisfatti l-kundizzjonijijet ta’ politika ekonomika marbutin mal-għajnuna. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-KEF infurmat dwar il-possibbiltà ta’ rifinanzjament tas-self jew tar-ristrutturazzjoni tal-kundizzjonijiet finanzjarji.

3.   Il-Latvja għandha tkun lesta tadotta u timplimenta miżuri addizzjonali ta’ konsolidament biex l-ekonomija tkun aktar stabbli, jekk ikun il-każ li dawn il-miżuri jkunu neċessarji matul il-programm ta’ assistenza. L-awtoritajiet Latvjani għandhom jikkonsultaw lill-Kummissjoni qabel jadottaw xi miżura addizzjonali bħal dawn.

Artikolu 3

1.   L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha ssir disponibbli mill-Kummissjoni lil-Latvja f’mhux iktar minn sitt ħlasijiet, li d-daqs tagħhom għandu jiġi stipulat fil-Memorandum ta’ Ftehim.

2.   L-ewwel ħlas għandu jiġi rilaxxat suġġett għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar is-Self u l-Memorandum ta’ Ftehim.

3.   Jekk ikun meħtieġ sabiex jiġi ffinanzjat is-self, għandu jkun permess l-użu prudenti ta’ skambji tar-rata tal-interessi ma’ kontropartijiet tal-ogħla kwalità ta’ kreditu.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-rilaxx ta’ iktar ħlasijiet wara li tkun kisbet l-opinjoni tal-KEF.

5.   Ir-rilaxx ta’ kull ħlas sussegwenti għandu jsir fuq il-bażi tal-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-programm ekonomiku l-ġdid (Programm ta’ Fejqan għall-Istabbiltà u t-Tkabbir Ekonomiku) tal-Gvern Latvjan, inkluż fil-programm ta’ konverġenza, u, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet speċifiċi ta’ politika ekonomika stipulati fil-Memorandum ta’ Ftehim. Dawn għandhom jinkludu, fost affarijiet oħra:

(a)

l-adozzjoni ta’ programm fiskali ppjanat b’mod ċar fuq medda medja ta’ żmien maħsub biex inaqqas sal-2011 id-defiċit ġenerali tal-gvern għal wieħed mhux akbar mill-livell ta’ referenza tat-Trattat ta’ 3 % tal-PGD;

(b)

l-eżekuzzjoni tal-baġit għall-2009 kif emendata mill-baġit supplimentari adottat fit-12 ta’ Diċembru 2008 (u li għandu jkun preżentat fid-dettall sal-aħħar ta’ Marzu 2009), li jindirizza defiċit ġenerali tal-gvern, ta’ flus kontanti, ta’ mhux aktar minn 5 % tal-PGD jew 5,3 % f’termini ta’ ESA 95;

(ċ)

it-tnaqqis fir-remunerazzjoni medja tas-settur pubbliku f’termini nominali fl-2009 tal-anqas bi 15 % relattivament għall-baġit oriġinali tal-14 ta’ Novembru 2008 u bi 2 % oħra fl-2010-2011;

(d)

it-tkomplija ta’ miżuri mibdija fl-2008 sabiex jitnaqqsu l-impjiegi mal-gvern ċentrali b’mill-anqas 5 % sal-aħħar tal-2008 u bit-tnaqqis totali ta’ 10 % sat-30 ta’ Ġunju 2009;

(e)

it-tisħiħ tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tal-proċeduri baġitarji permezz tal-adozzjoni ta’ liġi dwar il-qafas fiskali u r-riforma baġitarja permezz ta’ emenda fil-liġi kurrenti dwar il-Baġit u l-Amministrazzjoni Finanzjarja;

(f)

l-introduzzjoni ta’ sistema ċara u trasparenti tal-pagi għall-impjegati diretti tal-amministrazzjoni pubblika u t-twaqqif ta’ sistema unika għall-ippjanar u l-amministrazzjoni tar-riżorsi umani għall-istituzzjonijiet tal-amministrazzjoni pubblika;

(g)

mekkaniżmi li jiżguraw stabbiltà aktar wiesgħa fis-settur bankarju fil-medda medja sa twila ta’ żmien, inkluża firxa wiesgħa ta miżuri ta’ politika ta’ superviżjoni, prudenti u monetarja. Dawn għandhom jillimitaw it-tkabbir tal-kreditu għal-livelli sotenibbli u jħaffu d-dipendenza fuq finanzjament barrani. Se jsiru wkoll studji fis-sistema bankarja intiżi biex jiżguraw li l-banek kollha għandhom il-likwidità u l-kapital neċessarju;

(h)

miżuri xierqa dwar ir-ristrutturazzjoni tad-dejn tas-settur privat. Il-bażi legali xierqa għar-ristrutturazzjoni tal-maturità u tal-munita tad-dejn eżistenti għandha tkun imsaħħa. Il-faċilitazzjoni tal-proċeduri ta’ likwidazzjoni u l-implimentazzjoni rapida tal-pjanijiet ta’ rijabilitazzjoni għandhom isiru prijoritajiet ukoll;

(i)

l-iżgurar li s-sidien minoritarji ta’ Parex Bank ma jibbenefikawx mir-riżoluzzjoni tal-bank u minn miżuri biex titjieb l-istabbiltà finanzjarja tal-bank, permezz ta’ nazzjonalizzazzjoni sħiħa ta’ Parex Bank;

(j)

miżuri ta’ riforma strutturali appoġġati fil-kuntest tal-Istrateġija ta’ Liżbona u implimentati fil-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tal-Latvja, inklużi politika attiva tas-suq tax-xogħol u tat-tagħlim matul il-ħajja, l-involviment akbar tal-atturi tas-settur privat fir-R&Ż u fl-attivitajiet ta’ innovazzjoni, miżuri għall-promozzjoni tal-esportazzjoni u t-tnaqqis ta’ piżijiet amministrattivi żejda għan-negozji;

(k)

l-implimentazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-UE fil-livell ippjanat sabiex jgħinu fit-titjib tal-kontribuzzjoni tas-setturi kummerċjali għat-tkabbir ekonomiku;

(l)

miżuri li jsaħħu l-aċċess għall-finanzi għall-kumpaniji u intraprendituri, li l-applikazzjonijiet tagħhom għal Fondi Strutturali kienu approvati, jew li qed jippjanaw biex japplikaw għal Fondi Strutturali.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1.

(2)  Ara paġna 37 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.


Il-Kummissjoni

25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-20 ta’ Marzu 2009

li tikkonċerna l-abbozz ta’ Regolamenti mill-Irlanda dwar l-ittikkettjar tal-pajjiż tal-oriġini ta’ laħam tat-tjur, laħam tal-majjal u laħam tal-mogħoż

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1931)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/291/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni ta’ liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti tal-ikel (1), kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/89/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 19 u 20 tagħha,

Billi:

(1)

Skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19(2), tad-Direttiva 2000/13/KE, l-awtoritajiet Irlandiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Ġunju 2008 b’abbozz ta’ Regolamenti dwar is-Saħħa li jikkonċernaw l-ittikkettjar obbligatorju tal-pajjiż tal-oriġini ta’ laħam tat-tjur, laħam tal-majjal u laħam tal-mogħoż.

(2)

L-abbozz ta’ Regolamenti jeħtieġ li l-laħam kollu tat-tjur, tal-majjal u tal-mogħoż, u l-ikel kollu li fih mill-inqas 70 % f’piż minn dawn il-laħmijiet, ikun jindika l-pajjiż tal-oriġini tagħhom b’tipa ċara li tinqara bl-ilsien Irlandiż u/jew Ingliż. L-“oriġini” hija definita bħala l-pajjiż li fih l-annimal ikun trabba għall-biċċa l-kbira ta’ ħajtu u, f’każ li jkun differenti, il-pajjiż fejn ikun inqatel.

(3)

Id-Direttiva 2000/13/KE tarmonizza r-regoli li jirregolaw l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel billi tipprevedi, minn naħa, l-armonizzazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet nazzjonali u, mill-oħra, l-arranġamenti għal dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati. L-ambitu tal-armonizzazzjoni huwa mfisser fl-Artikolu 3(1), li jelenka l-partikularitajiet li huma obbligatorji fuq l-ittikkettjar tal-prodotti tal-ikel, “skont l-Artikoli 4 sa 17 u soġġetti għall-eċċezzjonijiet li jinsabu fihom”. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(2) jistipula li xi partikularitajiet oħra flimkien ma’ dawk elenkati fl-Artikolu 3(1) jistgħu jkunu meħtieġa, fil-każ ta’ prodotti tal-ikel speċifikati, minn dispożizzjonijiet Komunitarji jew, fin-nuqqas tagħhom, minn miżuri nazzjonali.

(4)

L-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2000/13/KE jippermetti l-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali mhux armonizzati jekk ikunu ġġustifikati skont waħda mir-raġunijiet elenkati fih, inklużi inter alia l-prevenzjoni ta’ frodi u l-ħarsien tas-saħħa pubblika, u sakemm ma jkunux ta’ natura tali li jwaqqfu l-applikazzjoni tad-definizzjonijiet u r-regoli stabbiliti mid-Direttiva 2000/13/KE; għaldaqstant meta fi Stat Membru jkun ġie propost abbozz ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali tal-ittikkettjar, jinħtieġ li tiġi eżaminata l-kompatibilità tagħhom mar-rekwiżiti msemmija hawn fuq u mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(5)

Skont l-Artikolu 3(1), il-punt 8, tad-Direttiva 2000/13/KE, l-indikazzjoni tal-post ta’ oriġini jew provenjenza hija obbligatorja “fejn in-nuqqas ta’ dawn il-partikularitajiet jista’ jqarraq lill-konsumatur sa ċertu grad materjali rigward l-oriġini jew il-provenjenza awtentika tal-prodott tal-ikel”. Din id-dispożizzjoni, billi tipprovdi obbligu biex tiġi indikata l-oriġini jew il-provenjenza ta’ prodott tal-ikel fejn indikazzjonijiet oħra fuq it-tikketta ta’ prodott partikolari jistgħu jimplikaw li dan il-prodott ġej minn oriġini differenti, tipprovdi mekkaniżmu xieraq biex wieħed jilqa’ għar-riskju li l-konsumaturi jiġu żgwidati.

(6)

Fil-każ ta’ laħam tat-tjur, laħam tal-majjal u laħam tal-mogħoż, ir-raġunijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Irlandiżi ma jippermettux li jiġi konkluż li l-konsumaturi Irlandiżi jistgħu, bħala regola ġenerali, jaħsbu b’mod żbaljat li l-prodotti kkonċernati ġejjin minn ċertu post.

(7)

L-Irlanda ma pprovdiet l-ebda evidenza li l-abbozzi ta’ Regolamenti huma neċessarji biex jintlaħaq wieħed mill-objettivi tal-Artikolu 18 imsemmi hawn fuq jew li l-ostaklu hekk maħluq huwa proporzjonat. Din issemmi biss l-għan li l-konsumaturi jkunu mgħarrfa dwar l-oriġini tal-prodotti kkonċernati. Din ir-raġuni waħidha mhijiex biżżejjed biex tiġġustifika l-abbozz ta’ Regolamenti.

(8)

Fid-dawl ta’ dawn l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni ressqet opinjoni negattiva skont l-Artikolu 19, it-tielet paragrafu tad-Direttiva 2000/13/KE.

(9)

L-awtoritajiet Irlandiżi għandhom, għaldaqstant, jintalbu li ma jadottawx l-abbozzi ta’ Regolamenti kkonċernati.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

L-Irlanda ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ Regolamenti dwar is-Saħħa (Il-Pajjiż tal-Oriġini ta’ Laħam tat-Tjur, Laħam tal-Majjal u Laħam tal-Mogħoż).

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(2)  ĠU L 308, 25.11.2003, p. 15.


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-24 ta’ Marzu 2009

li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1959)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/292/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/177/KE tat-8 ta’ Frar 1999 li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal deroga għall-kaxex tal-plastik u l-paliti tal-plastik fejn għandhom x’jaqsmu l-livelli ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (2) skadiet fid-9 ta’ Frar 2009.

(2)

Fid-data tal-iskadenza tad-Deċiżjoni 1999/177/KE, ammont konsiderevoli ta’ kaxex u paliti tal-plastik li kien fihom livell ta’ konċentrazzjoni tal-metalli tqal li jaqbeż dak provdut fid-Direttiva 94/62/KE kienu għadhom fis-suq. Meta wieħed jikkunsidra n-nuqqas ta’ kapaċità tal-industrija biex dawn il-kaxex u l-paliti jinbidlu, hemm riskju għoli li dawn il-kaxex u l-paliti jintremew f’miżbliet jew jiġu inċenerati. Iż-żewġ soluzzjonijiet ikollhom impatti ta’ ħsara fuq is-saħħa u l-ambjent.

(3)

Id-Direttiva 94/62/KE għandha l-għan li tillimita l-preżenza ta’ metalli tqal fl-imballaġġ kif ukoll li tipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali li jinkludi l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

(4)

Sabiex l-industrija tingħata ż-żmien biex tibdel dawk il-kaxex u l-paliti tal-plastik bl-użu tal-aqwa tekniki disponibbli, ikun xieraq li jiġu adottati kundizzjonijiet għal deroga marbuta ma’ dawn il-kaxex u paliti li huma f’ċirkwiti tal-prodotti f’katina magħluqa u kkontrollata. Ir-rapporti xjentifiċi mressqa lill-Kummissjoni jirrakkomandaw li t-tali deroga għandha tingħata.

(5)

Peress li l-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tirrevedi l-funzjonalità tas-sistema kif hemm provdut f’din id-Deċiżjoni u l-progress li sar fit-tneħħija gradwali tal-kaxex u l-paliti tal-plastik li jkun fihom metalli tqal wara ħames snin, hemm il-ħtieġa li l-Istati Membri jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti. Sabiex il-piż amministrattiv attwali ma jiżdiedx bl-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ rappurtar speċifiku fuq l-Istati Membri, ikun biżżejjed li tali informazzjoni tiġi inkluża fir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE.

(6)

Għal aktar ċarezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika b’effett mid-data wara l-iskadenza tad-Deċiżjoni 1999/177/KE sabiex jiġi evitat kull effett negattiv possibbli li jista’ jirriżulta mill-iskadenza.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 94/62/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(1)

“metalli tqal” tfisser ċomb, kadmju, merkurju u kromju eżavalenti;

(2)

“introduzzjoni intenzjonata ta’ metalli tqal” tfisser l-att tal-użu deliberat ta’ sustanza li jkun fiha metalli tqal fil-formulazzjoni tal-imballaġġ jew f’komponent tal-imballaġġ fejn il-preżenza kontinwa tagħha tkun mixtieqa fl-imballaġġ jew fil-komponent tal-imballaġġ finali sabiex tipprovdi karatteristika, dehra jew kwalità speċifika;

(3)

“preżenza inċidentali ta’ metalli tqal” tfisser il-preżenza ta’ metalli tqal bħala ingredjent mhux intenzjonat tal-imballaġġ jew komponent tal-imballaġġ.

Artikolu 2

L-ammont totali tal-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ metalli tqal f’kaxex u paliti tal-plastik jista’ jaqbeż il-limitu applikabbli stabbilit fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 94/62/KE sakemm dawk il-kaxex u l-paliti tal-plastik jiġu introdotti u miżmuma f’ċirkwiti tal-prodotti li jkunu f’katina magħluqa u kkontrollata skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 5.

Artikolu 3

1.   Il-kaxex u l-paliti tal-plastik li jkollhom ammont eċċessiv ta’ metalli tqal, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 2, għandhom jiġu mmanifaturati jew imsewwija fi proċess ta’ riċiklaġġ kontrollat skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-materjal użat għar-riċiklaġġ għandu joriġina biss minn kaxex jew paliti tal-plastik oħra.

L-introduzzjoni ta’ materjal ieħor għandu jiġi limitat għall-minimu meħtieġ teknikament u ma għandu, fl-ebda każ, jaqbeż l-20 % tal-piż.

3.   L-introduzzjoni intenzjonata ta’ metalli tqal bħala element użat matul ir-riċiklaġġ, għall-kuntrarju tal-preżenza inċidentali ta’ metalli tqal, ma għandhiex tkun permessa.

L-użu ta’ materjali riċiklati biex jintużaw bħala materja prima għat-tiswija ta’ materjali tal-imballaġġ, fejn xi porzjon tal-materjali riċiklati jista’ jinkludi metalli tqal, ma għandux jiġi kkunsidrat bħala introduzzjoni intenzjonata ta’ metalli tqal.

4.   L-ammont totali tal-livelli ta’ konċentrazzjoni ta’ metalli tqal f’kaxex u paliti tal-plastik jista’ jaqbeż il-limitu applikabbli stabbilit fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 94/62/KE biss b’riżultat tal-użu ta’ materjali li jkun fihom metalli tqal fil-proċess ta’ riċiklaġġ.

Artikolu 4

1.   Il-kaxxi u l-paliti tal-plastik li jkun fihom ammont eċċessiv ta’ metalli tqal, kif imsemmi fl-Artikolu 2, għandhom jiġu identifikati b’mod permanenti u viżibbli.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-kaxex u l-paliti tal-plastik konċernati, mill-inqas 90 % tal-kaxex u l-paliti tal-plastik imqassma li jkun fihom ammont eċċessiv ta’ metalli tqal, kif imsemmi fl-Artikolu 2, jiġu rritornati lill-manifattur, lil dak responsabbli mill-ippakkjar jew mill-mili jew lir-rappreżentant awtorizzat.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-miżuri li ttieħdu skont l-Artikolu 6, il-kaxex u l-paliti tal-plastik kollha li ntbagħtu lura skont dan l-Artikolu li ma għadhomx adattati jew intenzjonati għall-użu mill-ġdid għandhom jintremew skont proċedura awtorizzata speċifikament mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konċernat jew jiġu rriċiklati fi proċess ta’ riċiklaġġ kontrollat skont il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 3.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sistema ta’ inventarju jew żamma ta’ reġistri u għal metodu ta’ responabbiltà regolatorja u finanzjarja li jippermettu li l-konformità skont il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni jiġu dokumentati.

Is-sistema għandha tagħti rendikont tal-kaxex u l-paliti tal-plastik kollha li jkun fihom ammont eċċessiv ta’ metalli tqal, kif imsemmi fl-Artikolu 2, li jkunu tpoġġew għas-servizz, u li tneħħew minnu.

2.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fi ftehim voluntarju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jfassal fuq bażi annwali dikjarazzjoni bil-miktub tal-konformità u rapport annwali li juru kif il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni ġew issodisfatti. Ir-rapport għandu jinkludi l-bidliet possibli fis-sistema u fir-rappreżentanti awtorizzati.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu jżomm id-dokumentazzjoni teknika rilevanti għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ spezzjoni għal tal-anqas erba’ snin.

Fejn la l-manifattur u lanqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu ma jkun stabbilit fi ħdan il-Komunità, il-persuna li tqiegħed il-prodott fis-suq Komunitarju għandha tkun responsabbli mill-obbligu li żżomm disponibbli d-dokumentazzjoni teknika rilevanti.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex iħeġġu lill-manifatturi jinvestigaw metodi biex progressivament jiksbu l-limitu applikabbli ta’ metalli tqal f’kaxex u paliti tal-plastik stabbilit fl-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 94/62/KE, inklużi l-aqwa tekniki disponibbli dwar l-estrazzjoni ta’ metalli tqal.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jinkludu fir-rapporti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 94/62/KE rapport dettaljat dwar il-funzjonalità tas-sistema kif hemm provdut f’din id-Deċiżjoni u dwar il-progress li jkun sar fit-tneħħija gradwali tal-kaxex u l-paliti tal-plastik li mhumiex konformi mal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 94/62/KE.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-10 ta’ Frar 2009.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(2)  ĠU L 56, 4.3.1999, p. 47.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/293/PESK

tas-26 ta’ Frar 2009

dwar Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) li titlob lill-Istati kollha sabiex jikkoperaw fid-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni, u fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ persuni responsabbli għall-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi fil-baħar ‘il barra mix-xtut tas-Somalja. Dawk id-dispożizzjonijiet ġew riaffermati bir-Riżoluzzjoni 1846 (2008) tal-KSNU, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008.

(2)

Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni “Atalanta”).

(3)

L-Azzjoni Konġunta tipprevedi li persuni li kkommettew, jew li huma suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija, jew serq bl-użu tal-armi fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja, li huma arrestati u miżmuma, bil-ħsieb tal-prosekuzzjoni tagħhom, u l-proprjetà użata sabiex jitwettqu tali atti, jistgħu jiġu trasferiti fi Stat terz li jixtieq jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq il-persuni u l-proprjetà imsemmijin hawn fuq, previst li l-kondizzjonijiet għat-trasferiment kienu nqablu ma’ dak l-Istat terz b'mod konsistenti mad-dritt internazzjonali rilevanti, jiġifieri d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jiġi garantit partikolarment li ħadd ma jkun suġġett għall-piena tal-mewt, għal tortura jew għal kwalunkwe trattament kiefer, inuman jew degradanti.

(4)

Konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat, il-Presidenza, megħjuna mill-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SG/RGħ), innegozjat Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment.

(5)

L-Iskambju ta’ Ittri għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Kenja, dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-EUNAVFOR, u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment, huwa hawnhekk approvat f'isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Iskambju ta’ Ittri huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa jiffirmaw l-Ittra rispettiva sabiex l-Unjoni Ewropea tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER


(1)  ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.


TRADUZZJONI

Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u L-Gvern tal-Kenja dwar il-Kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment

A.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Nairobi, 6 ta’ Marzu 2009, 10.15 am

Sinjur,

B'referenza għall-ittra tiegħi ddatata l-14 ta’ Novembru 2008 u l-ittra tiegħek iddatata l-5 ta’ Diċembru 2008, jiena għandi l-unur nikkonferma l-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkonkludi Skambju ta’ Ittri mal-Gvern tal-Kenja bil-ħsieb li jiġu ddefiniti l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija fl-ibħra internazzjonali u miżmuma mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja, u t-trattament tagħhom wara tali trasferiment.

Dan l-Iskambju ta’ Ittri huwa konkluż fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (operazzjoni “Atalanta”).

Barra minn hekk, dan l-Iskambju ta’ Ittri ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti taħt ftehimiet internazzjonali u strumenti oħra li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, u liġijiet domestiċi rilevanti, u huwa konkluż b'rispett sħiħ ta’:

ir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008), 1838 (2008), 1846 (2008), 1851 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) u riżoluzzjonijiet suċċessivi tal-KSNU,

il-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), b'mod partikolari l-Artikoli 100 sa 107,

il-Liġi Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tal-1984 kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti.

Għalhekk, għandi l-unur nipproponi, kif stabbilit fl-Anness għal din l-ittra, tali dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-EUNAVFOR, u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment.

Inkun grat jekk inti tkun tista’ tikkonferma li taċċetta dawk id-dispożizzjonijiet f'isem il-Gvern tal-Kenja.

Dan l-Istrument ser ikun applikat provviżorjament mid-data li fiha jkun iffirmat u ser jidħol fis-seħħ meta kull wieħed mill-Parteċipanti jkun temm il-proċeduri interni tiegħu stess. Dan l-Istrument ser ikompli jkollu effett sa sitt xhur wara li kwalunkwe wieħed mill-parteċipanti jkun ta lill-Firmatarju l-ieħor notifika bil-miktub dwar deċiżjoni sabiex jiġi terminat l-istrument. Dan l-Istrument jista’ jkun varjat permezz ta’ arranġamenti reċiproċi bejn il-Firmatarji. It-tmiem ta’ dan l-istrument mhux ser jaffettwa kwalunkwe benefiċċju jew obbligu li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-istrument qabel tali tmiem, inkluż il-benefiċċji għal kwalunkwe persuna trasferita sakemm tkun fil-kustodja jew tkun imħarrka mill-Kenja.

Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, kif definit fl-Anness ma’ din l-Ittra, il-benefiċji kollha tal-EUNAVFOR, kif definiti f'dak l-Anness, taħt dan l-Istrument jistgħu jkunu eżerċitati minn kwalunkwe persuna jew entità maħtura mill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Kull persuna jew entità maħtura tista’, fost l-oħrajn, tkun aġent diplomatiku jew uffiċjal konsulari ta’ dak l-Istat akkreditat lill-Kenja. Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, in-notifiki kollha li kienu ser isiru lill-EUNAVFOR taħt dan l-istrument ser isiru lill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Unjoni Ewropea

ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KONDIZZJONIJIET TAT-TRASFERIMENT TA’ PIRATI SUSPETTATI U TA’ PROPRJETÀ MAQBUDA MILL-FORZI NAVALI MMEXXIJA MILL-UE LIR-REPUBBLIKA TAL-KENJA

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri:

(a)

“Forza Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR)” tfisser kwartieri ġenerali militari tal-UE u kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu fl-operazzjoni “Atalanta” tal-EU, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-assi tagħhom;

(b)

“Operazzjoni” tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni u l-appoġġ tal-missjoni militari stabbilita mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK u/jew is-suċċessuri tagħha;

(c)

“Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE” tfisser il-Kmandant tal-Operazzjoni;

(d)

“Kmandant tal-Forzi tal-UE” tfisser il-Kmandant tal-UE fil-qasam tal-operazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 1(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tal-Kunsill tal-UE;

(e)

“kontinġenti nazzjonali” tfisser l-unitajiet u l-bastimenti li jappartjenu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati l-oħrajn li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(f)

“Stat Mittenti” tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għall-EUNAVFOR;

(g)

“Piraterija” tfisser piraterija kif definita fl-Artikolu 101 tal-UNCLOS;

(h)

“Persuna trasferita” tfisser kwalunkwe persuna suspettata bl-intenzjoni li tikkommetti, li qed tikkommetti jew li kkommettiet, atti ta’ piraterija trasferita mill-EUNAVFOR lill-Kenja taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri.

2.   Prinċipji ġenerali

(a)

Il-Kenja ser taċċetta, fuq it-talba tal-EUNAVFOR, it-trasferiment ta’ persuni miżmuma mill-EUNAVFOR b'konnessjoni ma’ piraterija u proprjetà assoċjata maqbuda mill-EUNAVFOR u se tqiegħed lil dawn il-persuni u tali proprjetà f'idejn l-awtoritajiet kompetenti tagħha għall-finijiet ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni.

(b)

Meta jaġixxi taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-EUNAVFOR ser tittrasferixxi persuni jew proprjetà biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Kenja.

(c)

Il-Firmatarji jikkonfermaw li huma ser jittrattaw lill-persuni trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, kemm qabel kif ukoll wara t-trasferiment, b'mod uman u skont l-obbligi tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż il-projbizzjoni kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani u degradanti, il-projbizzjoni ta’ detenzjoni arbitrarja u konformement mar-rekwiżit għal proċess ġust.

3.   Trattament, prosekuzzjoni u proċess ta’ persuni trasferiti

(a)

Kwalunkwe persuna trasferita ser tkun ittrattata b'mod uman u mhux ser tkun suġġetta għal tortura jew għal trattament jew piena krudili, inumani jew degradanti, ser tirċievi akkomodazzjoni u ikel adegwati, ikollha aċċess għal kura medika u ser tkun tista’ twettaq osservanza reliġjuża.

(b)

Kwalunkwe persuna trasferita ser titressaq fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat mil-liġi sabiex jeżerċita poter ġudizzjarju, li ser jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar kemm hija legali d-detenzjoni tagħha u jordna ir-rilaxx tagħha jekk id-detenzjoni tkun illegali.

(c)

Kwalunkwe persuna trasferita ser tkun intitolata għal proċess fi żmien raġonevoli jew għal rilaxx.

(d)

Fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kwalunkwe persuna trasferita ser tkun intitolata għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi.

(e)

Kwalunkwe persuna trasferita akkużata b'reat kriminali għandha titqies innoċenti sakemm ma tiġix ippruvata ħatja taħt il-liġi.

(f)

Fl-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kull persuna trasferita ser tkun intitolata għall-garanziji minimi li ġejjin, f'ugwaljanza sħiħa:

(1)

Li tkun infurmata minnufih u fid-dettall f'lingwa li tifhem, bin-natura u l-kawża tal-akkuża kontriha;

(2)

Li jkollha żmien u faċilitajiet adegwati għat-tħejjija tad-difiża tagħha u li tikkomunika ma avukat tal-għażla tagħha;

(3)

Li l-kawża tinstema mingħajr dewmien bla bżonn;

(4)

Li l-kawża tinstema fil-preżenza tagħha, u li tiddefendi ruħha personalment jew permezz ta’ assistenza legali tal-għażla tagħha; li tkun infurmata, jekk ma għandhiex assistenza legali, b'dan id-dritt; u li jkollha assistenza legali assenjata lilha, f'kull każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk, u mingħajr ħlas minnha f'każ li ma jkollhiex mezzi suffiċjenti sabiex tħallas għaliha;

(5)

Li teżamina, jew tiġi eżaminata għaliha, l-evidenza kollha kontriha, inklużi affidavits ta’ xhieda li wettqu l-arrest, u li tikseb l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda f'isimha taħt l-istess kondizzjonijiet bħal tax-xhieda kontriha;

(6)

Li jkollha assistenza b'xejn ta’ interpretu jekk ma tkunx tifhem jew titkellem il-lingwa wżata fil-qorti;

(7)

Li ma tkunx imġiegħla tixhed kontriha stess jew tammetti l-ħtija.

(g)

Kwalunkwe persuna trasferita li tiġi kkundannata b'delitt ser tkun permessa li jkollha d-dritt għal reviżjoni jew għal appell tal-kundanna u s-sentenza tagħha minn tribunal ogħla taħt il-liġi tal-Kenja.

(h)

Il-Kenja ma hijiex ser titrasferixxi xi persuna lejn Stat ieħor għall-finijiet ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-EUNAVFOR.

4.   Piena tal-mewt

L-ebda persuna trasferita mhi ser tkun suġġetta għal sentenza tal-mewt. Il-Kenja sejra, konformement mal-liġijiet applikabbli, tieħu passi sabiex tiżgura li kull sentenza tal-mewt tinbidel f'sentenza ta’ ħabs.

5.   Rekords u notifiki

(a)

Kwalunkwe trasferiment ser ikun suġġett għal dokument adatt iffirmat minn rappreżentant tal-EUNAVFOR u rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja tal-infurzar tal-liġi.

(b)

L-EUNAVFOR ser tipprovdi rekords tad-detenzjoni lill-Kenja fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna trasferita. Dawn ir-rekords ser jinkludu, sakemm huwa possibbli, il-kondizzjoni fiżika tal-persuna trasferita waqt id-detenzjoni, il-ħin tat-trasferiment lill-awtoritajiet Kenjani, ir-raġuni għad-detenzjoni tagħha, il-ħin u l-post tal-bidu tad-detenzjoni tagħha, u kwalunkwe deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tad-detenzjoni tagħha.

(c)

Il-Kenja ser tkun responsabbli għaż-żamma ta’ rekord akkurat tal-persuni trasferiti kollha, inkluż iżda mhux limitat għaż-żamma tar-rekords ta’ kwalunkwe proprjetà maqbuda, il-kondizzjoni fiżika tal-persuna, il-post ta’ fejn huma miżmuma f'detenzjoni, kwalunkwe akkuża kontriha u kwalunkwe deċiżjoni sinifikanti li ttieħdet matul il-prosekuzzjoni u l-proċess tagħha.

(d)

Dawn ir-rekords ser ikunu disponibbli għar-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR fuq talba bil-miktub lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kenja.

(e)

Barra dan, il-Kenja għandha tinnotifika lill-EUNAVFOR bil-post tad-detenzjoni ta’ kwalunkwe persuna trasferita taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, bi kwalunkwe deterjorament tal-kondizzjoni fiżika tagħha u bi kwalunkwe allegazzjoni ta’ trattament allegat mhux adatt. Ir-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR ser ikollhom aċċess għal kwalunkwe persuna trasferita taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri sakemm tali persuni jkunu arrestati u jkunu intitolati li jinterrogawhom.

(f)

L-aġenziji umanitarji nazzjonali u internazzjonali, fuq talba tagħhom, ser jitħallew iżuru lill-persuni trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri.

(g)

Sabiex ikun żgurat li l-EUNAVFOR ikun jista’ jipprovdi assistenza f'waqtha lill-Kenja għall-attendenza tax-xhieda mill-EUNAVFOR u l-provvista ta’ evidenza rilevanti, il-Kenja ser tinnotifika lill-EUNAVFOR bl-intenzjoni tagħha li tibda proċedimenti ta’ proċess kriminali kontra kwalunkwe persuna trasferita u l-iskeda ta’ żmien għall-provvista ta’ evidenza, u s-smigħ tal-evidenza.

6.   Assistenza tal-EUNAVFOR

(a)

L-EUNAVFOR, fil-mezzi u l-kapaċitajiet tagħhom, ser jipprovdu l-assistenza kollha lill-Kenja bil-ħsieb tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni trasferiti.

(b)

B'mod partikolari, l-EUNAVFOR ser:

(1)

jippreżentaw ir-rekords tad-detenzjoni mfassla taħt il-Paragrafu 5(b) ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri;

(2)

jipproċessaw kull evidenza konformement mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja kif miftiehem fl-arranġamenti tal-implimentazzjoni deskritti fil-Paragrafu 9;

(3)

ifittxu li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ xhieda jew affidavits mill-persunal EUNAVFOR involuti f'xi inċident li b'relazzjoni miegħu persuni ġew trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri;

(4)

jippreżentaw il-proprjetà rilevanti maqbuda kollha fil-pussess tal-EUNAVFOR.

7.   Relazzjoni ma’ drittijiet oħra ta’ persuni trasferiti.

Xejn f'dan l-Iskambju ta’ Ittri ma huwa maħsub li jidderoga jew jista’ jiġi interpretat li jidderoga minn kwalunkwe dritt li persuna trasferita jista’ jkollha taħt liġi domestika jew internazzjonali applikabbli.

8.   Kollegament u disputi

(a)

Il-kwistjonijiet kollha li jistgħu jitqajmu f'konnessjoni mal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ser ikunu eżaminati b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja u tal-UE.

(b)

Jekk ma tinstabx soluzzjoni minn qabel, id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijet ser jiġu solvuti esklużivament b'mezzi diplomatiċi bejn ir-rappreżentanti tal-Kenja u tal-UE.

9.   Arranġamenti implimentattivi

(a)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kwistjonijiet operazzjonali, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti implimentattivi li għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja min-naħa waħda u l-awtoritajiet kompetenti tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Mittenti min-naħa l-oħra.

(b)

L-arranġamenti tal-implimentazzjoni jistgħu, fost l-oħrajn, ikopru:

(1)

L-identifikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Kenja li l-EUNAVFOR jistgħu jittrasferulhom persuni.

(2)

Il-faċilitajiet ta’ detenzjoni fejn ser jinżammu l-persuni trasferiti.

(3)

L-immaniġġar ta’ dokumenti, inklużi dawk relatati mal-ġbir ta’ evidenza, li ser ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja tal-infurzar tal-liġi meta jsir it-trasferiment ta’ persuna.

(4)

Punti ta’ kuntatt għan-notifiki.

(5)

Formoli li jintużaw għat-trasferimenti.

(6)

Il-provvista ta’ appoġġ tekniku, għajnuna esperta, taħriġ u assistenza oħra fuq talba tal-Kenja sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri.

B.   Ittra mir-Repubblika tal-Kenja

Nairobi, 6 ta’ Marzu 2009, 10.15 am

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek datata is-6 ta’ Marzu 2009 u l-Anness tagħha dwar il-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment, li taqra kif ġej:

“B'referenza għall-ittra tiegħi ddatata l-14 ta’ Novembru 2008 u l-ittra tiegħek iddatata l-5 ta’ Diċembru 2008, jiena għandi l-unur nikkonferma l-intenzjoni tal-Unjoni Ewropea li tikkonkludi Skambju ta’ Ittri mal-Gvern tal-Kenja bil-ħsieb li jiġu ddefiniti l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet għat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija fl-ibħra internazzjonali u miżmuma mill-Forzi Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR), u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja, u t-trattament tagħhom wara tali trasferiment.

Dan l-Iskambju ta’ Ittri huwa konkluż fil-qafas tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (operazzjoni ‘Atalanta’).

Barra minn hekk, dan l-Iskambju ta’ Ittri ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti taħt ftehimiet internazzjonali u strumenti oħra li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, u liġijiet domestiċi rilevanti, u huwa konkluż b'rispett sħiħ ta’:

ir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008), 1838 (2008), 1846 (2008), 1851 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) u riżoluzzjonijiet suċċessivi tal-KSNU,

il-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), b'mod partikolari l-Artikoli 100 sa 107,

il-Liġi Internazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż il-Patt Internazzjonali tal-1966 dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, u l-Konvenzjoni tal-1984 kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti.

Għalhekk, għandi l-unur nipproponi, kif stabbilit fl-Anness għal din l-ittra, tali dispożizzjonijiet li jiddefinixxu l-kondizzjonijiet u l-modalitajiet tat-trasferiment ta’ persuni suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija u li nżammu mill-EUNAVFOR, u proprjetà maqbuda fil-pussess tal-EUNAVFOR, mill-EUNAVFOR lill-Kenja u għat-trattament tagħhom wara tali trasferiment.

Inkun grat jekk inti tkun tista’ tikkonferma li taċċetta dawk id-dispożizzjonijiet f'isem il-Gvern tal-Kenja.

Dan l-Istrument ser ikun applikat provviżorjament mid-data li fiha jkun iffirmat u ser jidħol fis-seħħ meta kull wieħed mill-Parteċipanti jkun temm il-proċeduri interni tiegħu stess. Dan l-Istrument ser ikompli jkollu effett sa sitt xhur wara li kwalunkwe wieħed mill-parteċipanti jkun ta lill-Firmatarju l-ieħor notifika bil-miktub dwar deċiżjoni sabiex jiġi terminat l-istrument. Dan l-Istrument jista’ jkun varjat permezz ta’ arranġamenti reċiproċi bejn il-Firmatarji. It-tmiem ta’ dan l-istrument mhux ser jaffettwa kwalunkwe benefiċċju jew obbligu li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dan l-istrument qabel tali tmiem, inkluż il-benefiċċji għal kwalunkwe persuna trasferita sakemm tkun fil-kustodja jew tkun imħarrka mill-Kenja.

Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, kif definit fl-Anness ma’ din l-Ittra, il-benefiċji kollha tal-EUNAVFOR, kif definiti f'dak l-Anness, taħt dan l-Istrument jistgħu jkunu eżerċitati minn kwalunkwe persuna jew entità maħtura mill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE. Kull persuna jew entità maħtura tista’, fost l-oħrajn, tkun aġent diplomatiku jew uffiċjal konsulari ta’ dak l-Istat akkreditat lill-Kenja. Wara t-tmiem tal-Operazzjoni, in-notifiki kollha li kienu ser isiru lill-EUNAVFOR taħt dan l-istrument ser isiru lill-Istat li jeżerċita l-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.

ANNESS

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KONDIZZJONIJIET TAT-TRASFERIMENT TA’ PIRATI U ĦALLELIN ARMATI SUSPETTATI U TA’ PROPRJETÀ MAQBUDA MILL-FORZI NAVALI MMEXXIJA MILL-UE LIR-REPUBBLIKA TAL-KENJA

1.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri:

(a)

‘Forza Navali mmexxija mill-Unjoni Ewropea (EUNAVFOR)’ tfisser kwartieri ġenerali militari tal-UE u kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu fl-operazzjoni ‘Atalanta’ tal-EU, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-assi tagħhom;

(b)

‘Operazzjoni’ tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, l-eżekuzzjoni u l-appoġġ tal-missjoni militari stabbilita mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-UE 2008/851/PESK u/jew is-suċċessuri tagħha;

(c)

‘Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE’ tfisser il-Kmandant tal-Operazzjoni;

(d)

‘Kmandant tal-Forzi tal-UE’ tfisser il-Kmandant tal-UE fil-qasam tal-operazzjonijiet kif definit fl-Artikolu 1(2) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tal-Kunsill tal-UE;

(e)

kontinġenti nazzjonali’ tfisser l-unitajiet u l-bastimenti li jappartjenu lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u lill-Istati l-oħrajn li jipparteċipaw fl-operazzjoni;

(f)

Stat Mittenti’ tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għall-EUNAVFOR;

(g)

Piraterija’ tfisser piraterija kif definita fl-Artikolu 101 tal-UNCLOS;

(h)

Serq bl-użu tal-armi’ tfisser atti kif definit fil-punt (g) meta kommessi fil-baħar territorjali ta’ Stat tal-kosta fiż-żona tal-Operazzjoni;

(i)

Persuna trasferita’ tfisser kwalunkwe persuna suspettata bl-intenzjoni li tikkommetti, li qed tikkommetti jew li kkommettiet, atti ta’ piraterija jew serq bl-użu tal-armi trasferita mill-EUNAVFOR lill-Kenja taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri.

2.   Prinċipji ġenerali

(a)

Il-Kenja ser taċċetta, fuq it-talba tal-EUNAVFOR, it-trasferiment ta’ persuni miżmuma mill-EUNAVFOR b'konnessjoni ma’ piraterija jew serq bl-użu tal-armi u proprjetà assoċjata maqbuda mill-EUNAVFOR u se tqiegħed lil dawn il-persuni u tali proprjetà f'idejn l-awtoritajiet kompetenti tagħha għall-finijiet ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni.

(b)

Meta jaġixxi taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, l-EUNAVFOR ser tittrasferixxi persuni jew proprjetà biss lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Kenja.

(c)

Il-Firmatarji jikkonfermaw li huma ser jittrattaw lill-persuni trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, kemm qabel kif ukoll wara t-trasferiment, b'mod uman u skont l-obbligi tad-drittijiet internazzjonali tal-bniedem, inkluż il-projbizzjoni kontra t-tortura u t-trattament jew il-pieni krudili, inumani u degradanti, il-projbizzjoni ta’ detenzjoni arbitrarja u konformement mar-rekwiżit għal proċess ġust.

3.   Trattament, prosekuzzjoni u proċess ta’ persuni trasferiti

(a)

Kwalunkwe persuna trasferita ser tkun ittrattata b'mod uman u mhux ser tkun suġġetta għal tortura jew għal trattament jew piena krudili, inumani jew degradanti, ser tirċievi akkomodazzjoni u ikel adegwati, ikollha aċċess għal kura medika u ser tkun tista’ twettaq osservanza reliġjuża.

(b)

Kwalunkwe persuna trasferita ser titressaq fil-pront quddiem imħallef jew uffiċjal ieħor awtorizzat mil-liġi sabiex jeżerċita poter ġudizzjarju, li ser jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar kemm hija legali d-detenzjoni tagħha u jordna ir-rilaxx tagħha jekk id-detenzjoni tkun illegali.

(c)

Kwalunkwe persuna trasferita ser tkun intitolata għal proċess fi żmien raġonevoli jew għal rilaxx.

(d)

Fid-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kwalunkwe persuna trasferita ser tkun intitolata għal smigħ ġust u pubbliku minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali stabbilit mil-liġi.

(e)

Kwalunkwe persuna trasferita akkużata b'reat kriminali għandha titqies innoċenti sakemm ma tiġix ippruvata ħatja taħt il-liġi.

(f)

Fl-determinazzjoni ta’ kwalunkwe akkuża kriminali kontriha, kull persuna trasferita ser tkun intitolata għall-garanziji minimi li ġejjin, f'ugwaljanza sħiħa:

(1)

Li tkun infurmata minnufih u fid-dettall f'lingwa li tifhem, bin-natura u l-kawża tal-akkuża kontriha;

(2)

Li jkollha żmien u faċilitajiet adegwati għat-tħejjija tad-difiża tagħha u li tikkomunika ma avukat tal-għażla tagħha;

(3)

Li l-kawża tinstema mingħajr dewmien bla bżonn;

(4)

Li l-kawża tinstema fil-preżenza tagħha, u li tiddefendi ruħha personalment jew permezz ta’ assistenza legali tal-għażla tagħha; li tkun infurmata, jekk ma għandhiex assistenza legali, b'dan id-dritt; u li jkollha assistenza legali assenjata lilha, f'kull każ fejn l-interessi tal-ġustizzja jeħtieġu hekk, u mingħajr ħlas minnha f'każ li ma jkollhiex mezzi suffiċjenti sabiex tħallas għaliha;

(5)

Li teżamina, jew tiġi eżaminata għaliha, l-evidenza kollha kontriha, inklużi affidavits ta’ xhieda li wettqu l-arrest, u li tikseb l-attendenza u l-eżami ta’ xhieda f'isimha taħt l-istess kondizzjonijiet bħal tax-xhieda kontriha;

(6)

Li jkollha assistenza b'xejn ta’ interpretu jekk ma tkunx tifhem jew titkellem il-lingwa użata fil-qorti;

(7)

Li ma tkunx imġiegħla tixhed kontriha stess jew tammetti l-ħtija.

(g)

Kwalunkwe persuna trasferita li tiġi kkundannata b'delitt ser tkun permessa li jkollha d-dritt għal reviżjoni jew għal appell tal-kundanna u s-sentenza tagħha minn tribunal ogħla taħt il-liġi tal-Kenja.

(h)

Il-Kenja ma hijiex ser titrasferixxi xi persuna lejn Stat ieħor għall-finijiet ta’ investigazzjoni jew prosekuzzjoni mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel mill-EUNAVFOR.

4.   Piena tal-mewt

L-ebda persuna trasferita mhi ser tkun suġġetta għal sentenza tal-mewt. Il-Kenja sejra, konformement mal-liġijiet applikabbli, tieħu passi sabiex tiżgura li kull sentenza tal-mewt tinbidel f'sentenza ta’ ħabs.

5.   Rekords u notifiki

(a)

Kwalunkwe trasferiment ser ikun suġġett għal dokument adatt iffirmat minn rappreżentant tal-EUNAVFOR u rappreżentant tal-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja tal-infurzar tal-liġi.

(b)

L-EUNAVFOR ser tipprovdi rekords tad-detenzjoni lill-Kenja fir-rigward ta’ kwalunkwe persuna trasferita. Dawn ir-rekords ser jinkludu, sakemm huwa possibbli, il-kondizzjoni fiżika tal-persuna trasferita waqt id-detenzjoni, il-ħin tat-trasferiment lill-awtoritajiet Kenjani, ir-raġuni għad-detenzjoni tagħha, il-ħin u l-post tal-bidu tad-detenzjoni tagħha, u kwalunkwe deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tad-detenzjoni tagħha.

(c)

Il-Kenja ser tkun responsabbli għaż-żamma ta’ rekord akkurat tal-persuni trasferiti kollha, inkluż iżda mhux limitat għaż-żamma tar-rekords ta’ kwalunkwe proprjetà maqbuda, il-kondizzjoni fiżika tal-persuna, il-post ta’ fejn huma miżmuma f'detenzjoni, kwalunkwe akkuża kontriha u kwalunkwe deċiżjoni sinifikanti li ttieħdet matul il-prosekuzzjoni u l-proċess tagħha.

(d)

Dawn ir-rekords ser ikunu disponibbli għar-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR fuq talba bil-miktub lill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Kenja.

(e)

Barra dan, il-Kenja għandha tinnotifika lill-EUNAVFOR bil-post tad-detenzjoni ta’ kwalunkwe persuna trasferita taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri, bi kwalunkwe deterjorament tal-kondizzjoni fiżika tagħha u bi kwalunkwe allegazzjoni ta’ trattament allegat mhux adatt. Ir-rappreżentanti tal-UE u tal-EUNAVFOR ser ikollhom aċċess għal kwalunkwe persuna trasferita taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri sakemm tali persuni jkunu arrestati u jkunu intitolati li jinterrogawhom.

(f)

L-aġenziji umanitarji nazzjonali u internazzjonali, fuq talba tagħhom, ser jitħallew iżuru lill-persuni trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri.

(g)

Sabiex ikun żgurat li l-EUNAVFOR ikun jista’ jipprovdi assistenza f'waqtha lill-Kenja għall-attendenza tax-xhieda mill-EUNAVFOR u l-provvista ta’ evidenza rilevanti, il-Kenja ser tinnotifika lill-EUNAVFOR bl-intenzjoni tagħha li tibda proċedimenti ta’ proċess kriminali kontra kwalunkwe persuna trasferita u l-iskeda ta’ żmien għall-provvista ta’ evidenza, u s-smigħ tal-evidenza.

6.   Assistenza tal-EUNAVFOR

(a)

L-EUNAVFOR, fil-mezzi u l-kapaċitajiet tagħhom, ser jipprovdu l-assistenza kollha lill-Kenja bil-ħsieb tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-persuni trasferiti.

(b)

B'mod partikolari, l-EUNAVFOR ser:

(1)

jippreżentaw ir-rekords tad-detenzjoni mfassla taħt il-Paragrafu 5(b) ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri;

(2)

jipproċessaw kull evidenza konformement mar-rekwiżiti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja kif miftiehem fl-arranġamenti tal-implimentazzjoni deskritti fil-Paragrafu 9;

(3)

ifittxu li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ xhieda jew affidavits mill-persunal EUNAVFOR involuti f'xi inċident li b'relazzjoni miegħu persuni ġew trasferiti taħt dan l-Iskambju ta’ Ittri;

(4)

jippreżentaw il-proprjetà rilevanti maqbuda kollha fil-pussess tal-EUNAVFOR.

7.   Relazzjoni ma’ drittijiet oħra ta’ persuni trasferiti.

Xejn f'dan l-Iskambju ta’ Ittri ma huwa maħsub li jidderoga jew jista’ jiġi interpretat li jidderoga minn kwalunkwe dritt li persuna trasferita jista’ jkollha taħt liġi domestika jew internazzjonali applikabbli.

8.   Kollegament u disputi

(a)

Il-kwistjonijiet kollha li jistgħu jitqajmu f'konnessjoni mal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ser ikunu eżaminati b'mod konġunt mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja u tal-UE.

(b)

Jekk ma tinstabx soluzzjoni minn qabel, id-disputi li jikkonċernaw l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijet ser jiġu solvuti esklużivament b'mezzi diplomatiċi bejn ir-rappreżentanti tal-Kenja u tal-UE.

9.   Arranġamenti implimentattivi

(a)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, kwistjonijiet operazzjonali, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti implimentattivi li għandhom ikunu approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja min-naħa waħda u l-awtoritajiet kompetenti tal-UE kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Mittenti min-naħa l-oħra.

(b)

L-arranġamenti tal-implimentazzjoni jistgħu, fost l-oħrajn, ikopru:

(1)

L-identifikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi tal-Kenja li l-EUNAVFOR jistgħu jittrasferulhom persuni.

(2)

Il-faċilitajiet ta’ detenzjoni fejn ser jinżammu l-persuni trasferiti.

(3)

L-immaniġġar ta’ dokumenti, inklużi dawk relatati mal-ġbir ta’ evidenza, li ser ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti tal-Kenja tal-infurzar tal-liġi meta jsir it-trasferiment ta’ persuna.

(4)

Punti ta’ kuntatt għan-notifiki.

(5)

Formoli li jintużaw għat-trasferimenti.

(6)

Il-provvista ta’ appoġġ tekniku, għajnuna esperta, taħriġ u assistenza oħra fuq talba tal-Kenja sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan l-Iskambju ta’ Ittri.

Għandi l-unur nikkonferma, f'isem il-Gvern tar-Repubblika tal-Kenja, li l-kontenut tal-Ittra tiegħek u l-kontenut tal-Anness tagħha huma aċċettabbli għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kenja. Kif espost fl-ittra tiegħek, dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar ta’ din l-Ittra u se jidħol fis-seħħ meta kull wieħed mill-Firmatarji jkun lesta l-proċeduri interni tiegħu.

Nassigurak, Sinjur, mill-ikbar stima li għandi lejk.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kenja


25.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/60


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/294/PESK

tat-23 ta’ Marzu 2009

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (1), b’ammont finanzjarju ta’ referenza ta’ EUR 31 000 000.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/759/PESK li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (2), sabiex jiżdied l-ammont finanzjarju ta’ referenza għal EUR 35 000 000;

(3)

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-EUMM Georgia għandu jiżdied aktar, b’effett mill-1 ta’ Frar 2009, sabiex jittieħed kont tal-ħtiġijiet operattivi addizzjonali tal-Missjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni huwa ta’ EUR 37 100 000.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2009.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Marzu 2009.

Għall-Kunsill

P. GANDALOVIČ

Il-President


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 15.