ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 53

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
26 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 157/2009 tal-25 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 158/2009 tal-25 ta’ Frar 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tas-16 sa tal-20 ta’ Frar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 159/2009 tal-25 ta' Frar 2009 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chabichou du Poitou (DPO))

8

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/157/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar il-miżura ta’ għajnuna implimentata minn Franza favur il-grupp IFP (C 51/05 (ex NN 84/05)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1330)  ( 1 )

13

 

 

2009/158/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2009 dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm ( 1 )

41

 

 

2009/159/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Frar 2009 li tagħti deroga lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5875-5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1136)

74

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/160/KE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (ifformulata mill-ġdid) (BĊE/2008/31)

76

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 157/2009

tal-25 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-26 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

50,9

SN

127,1

TN

101,1

TR

82,8

ZZ

90,5

0707 00 05

MA

102,4

MK

143,3

TR

171,9

ZZ

139,2

0709 90 70

MA

59,9

TR

131,6

ZZ

95,8

0709 90 80

EG

88,5

ZZ

88,5

0805 10 20

EG

45,1

IL

49,0

MA

49,7

TN

52,8

TR

65,6

ZZ

52,4

0805 20 10

IL

141,5

MA

94,9

TR

71,0

ZZ

102,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

101,5

JM

95,1

MA

72,9

PK

48,7

TR

65,3

ZZ

76,7

0805 50 10

MA

53,4

TR

59,1

ZZ

56,3

0808 10 80

CA

89,6

CL

67,7

CN

72,7

MK

25,7

US

113,4

ZZ

73,8

0808 20 50

AR

85,3

CL

73,7

CN

46,2

US

96,7

ZA

96,8

ZZ

79,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 158/2009

tal-25 ta’ Frar 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tas-16 sa tal-20 ta’ Frar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tas-16 sa tal-20 ta’ Frar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4351 (2008-2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tas-16 sa tal-20 ta’ Frar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

0

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

Intlaħqu


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 16.2.2009-20.2.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 159/2009

tal-25 ta' Frar 2009

li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chabichou du Poitou (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta' Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni billi tippreċiża l-kundizzjonijiet tal-użu ta’ trattamenti u additivi għall-ħalib u fil-produzzjoni tal-“Chabichou du Poitou”. Dawn il-prattiki jiżguraw iż-żamma tal-karatteristiċi essenzjali tad-denominazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

(4)

F’konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (3), u skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, jeħtieġ li jkun ippubblikat sommarju tal-ispeċifikazzjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou” hija b'dan emendata skont l-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Is-sommarju konsolidat bl-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. (Dan il-Ġurnal ma jeżistix bil-lingwa Maltija).

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 364.


ANNESS I

B′dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chabichou du Poitou”:

Metodu ta' produzzjoni

Il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni rigward id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni huwa kkompletat bid-dispożizzjonijiet li ġejjin:

“(…) L-operazzjoni tat-tibqit tal-ħalib għandha ssir esklussivament bit-tames.

Il-konċentrazzjoni tal-ħalib bl-eliminazzjoni parzjali tal-parti ilmija qabel il-koagolazzjoni hija pprojbita.

Minbarra l-materja prima tal-ħalib, l-uniċi ingredjenti jew prodotti sekondarji jew addittivi awtorizzati fil-ħalib u waqt il-produzzjoni huma t-tames, il-kulturi innoffensivi tal-batterji, il-ħmira, il-moffa, il-klorur tal-kalċju u l-melħ.

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’temperatura negattiva tal-materja prima tal-ħalib, tal-prodotti fil-proċess tal-produzzjoni, tal-baqta jew tal-ġobon frisk (fromage frais).

(…) Hija pprojbita l-konservazzjoni f’atmosfera mmodifikata tal-ġobniet friski jew tal-ġobniet li għaddejjin mill-maturazzjoni.”


ANNESS II

SOMMARJU

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini għal prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

“CHABICHOU DU POITOU”

Nru tal-KE: FR-PDO-0117-0115/29.03.2006

DPO (X) IĠP ( )

Dan is-sommarju jippreżenta l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b'finijiet ta’ informazzjoni biss.

1.   Dipartiment responsabbli fl-istat membru

Isem

:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d’Anjou – 75008 Paris — FRANCE

Tel.

:

+33 153898000

Feks

:

+33 153898060

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

2.   Grupp

Isem

:

Syndicat de défense du Chabichou du Poitou

Indirizz

:

Agropole — Route de Chauvigny — BP 50002 — 86550 Mignaloux Beauvoir — FRANCE

Tel.

:

+33 549447480

Feks

:

+33 549467905

Posta elettronika

:

filieres-lait@poitou-charentes.chambagri.fr

Kompożizzjoni

:

produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

3.   Tip ta' prodott

Klassi 1.3

Ġobnijiet

4.   Speċifikazzjoni

(sommarju tal-kundizzojnijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

4.1.   Isem

“Chabichou du Poitou”

4.2.   Deskrizzjoni

Ġobon mill-ħalib tal-mogħoż, b’konsistenza ratba u mhux ippressat, b’qoxra rqiqa u bl-intern tal-ġobna kulur abjad, b’forma, imsejħa “bonde”, ta’ kon żgħir bla ponta ta’ madwar 6 cm għoli, b’piż medju ta’ 120 gramma, u b’45 % kontenut ta’ xaħam.

4.3.   Żona ġeografika

Id-Dipartiment tal-Vienne

Il-Kantoni Châtellerault, Charroux, Civray, Couhé, Gençay, Lencloître, Lusignan, Mirebeau, Moncontour, Neuville, Poitiers, Saint-Georges-lès-Baillargeaux, Saint-Julien-l'Ars, La Villedieu-du-Clain, Vivonne, Vouillé: il-muniċipalitajiet kollha.

Il-muniċipalitajiet Arçay, Availles-en-Châtellerault, Beaumont, Berthegon, Bonneuil-Matours, Bouresse, Cenon, Chalais, Chauvigny, Chouppes, Coussay, Curzay-sur-Dive, Dercé, Glenouzé, Guesnes, Lhommaizé, Loudun, Maulay, Mauprévoir, Messemé, Monthoiron, Monts-sur-Guesnes, Moussac, Mouterre-Silly, Prinçay, Queaux, Ranton, La Roche-Rigault, Saint-Laon, Saint-Laurent-de-Jourdes, Saint-Martin-l'Ars, Saires, Sammarçolles, Sérigny, Ternay, Verrières, Verrue, Le Vigeant, Vouneuil-sur-Vienne.

Id-Dipartiment ta’ Deux-Sèvres

Il-Kantoni Airvault, Celles-sur-Belle, Chef-Boutonne, Lezay, Mazières-en-Gâtine, Melle, Ménigoute, La Mothe-Saint-Héray, Saint-Loup-Lamairé, Saint-Maixent-l'Ecole-2, Saint-Maixent-l'Ecole-Ville, Sauzé-Vaussais, Thénezay, Thouars-1, Thouars-Ville: il-muniċipalitajiet kollha.

Il-muniċipalitajiet Augé, Asnières-en-Poitou, Azay-le-Brûlé, Brieuil-sur-Chizé, Brioux-sur-Boutonne, Brûlain, La Crèche, Chérigné, Ensigné, Geay, Glénay, Juillé, Luché-sur-Brioux, Lusseray, Luzay, Paizay-le-Chapt, Périgné, Pierrefitte, Prahecq, Saint-Martin-de-Bernegoue, Sainte-Gemme, Saint-Varent, Saivres, Secondigné-sur-Belle, Séligné, Vernoux-sur-Boutonne, Villefollet, Villiers-sur-Chizé, Vouillé.

Id-Département tax-Charente

Il-muniċipalitajiet Adjots, Benest, Bernac, Bioussac, Le Bouchage, Brettes, Champagne-Mouton, La Chèvrerie, Condac, Courcôme, Empuré, La Faye, La Forêt-de-Tessé, Londigny, Longré, La Magdeleine, Montjean, Nanteuil-en-Vallée, Paizay-Naudoin-Embourie, Raix, Ruffec, Saint-Gourson, Saint-Martin-du-Clocher, Souvigné, Taizé-Aizié, Theil-Rabier, Vieux-Ruffec, Villefagnan, Villiers-le-Roux.

4.4.   Prova tal-oriġini

Kull produttur tal-ħalib, lok tal-iproċessar u kull lok tal-maturazzjoni jeħtiġilhom jimlew “dikjarazzjoni ta' kapaċità” rreġistrata mis-servizzi tal-I.N.A.O. u li tippermetti lil dan tal-aħħar li jidentifika l-operaturi kollha. Dawn għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-I.N.A.O. r-reġistri kif ukoll kull dokument meħtieġ għall-kontroll tal-oriġini, tal-kwalità u tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni tal-ħalib u tal-ġobon.

Fil-qafas tal-kontroll li jsir fuq il-karatteristiċi tal-prodott b’denominazzjoni tal-oriġini, eżami analitiku u organolettiku għandu l-għan li jassigura l-kwalità u t-tipiċità tal-prodotti ppreżentati għal dan l-eżami.

4.5.   Metodu ta' produzzjoni

Il-produzzjoni tal-ħalib, il-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobniet iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

Ħalib tal-mogħoż sħiħ, miżjud bi ftit tames, b’koagulazzjoni lattika; il-baqta friska, imqattra jew le, titqiegħed f’forma mtaqqba fis-sura ta’ kon b la ponta; taqtir bejn 18-il siegħa u 20 siegħa, bil-wiċċ immellaħ; tnixxif bejn 24 u 48 siegħa; maturazzjoni għal tal-anqas għaxart ijiem f’temperatura ta’ 10 sa 12 °C u ndewwa bejn 80 u 90 %.

4.6.   Rabta

L-isem “chebli” ta’ oriġini Għarbija li jfisser mogħża, kienu jagħmluh is-saraċeni li baqgħu fl-inħawi wara t-telfa tas-sena 732, imma mwarrba fuq għolja ħdejn il-belt ta’ Poitiers; bl-isem “Chabichou”, jissemma fl-1782 fil-“Guide du voyageur à Poitiers” ta’ Charles de Cherge; wieħed mis-simboli taż-żona ta’ Poitiers, imfaħħar f’sunett ta’ Emile Bergerat fl-1910 u f’kanzunetta tal-1914; l-applikazzjoni għad-denominazzjoni saret fl-1989 u r-rikonoximent bħala denominazzjoni tal-oriġini ingħata l-1990.

Marbuta mas-sit ġeoloġiku msejjaħ tas-Seuil du Poitou, il-produzzjoni żviluppat fuq terren omoġenju minħabba l-ġeoloġija kalkari tiegħu, it-tradizzjoni tat-trobbija tal-mogħoż, u l-preżenza fih tal-produtturi u l-proċessaturi tax-Chabichou du Poitou.

4.7.   Struttura tal-kontroll

Isem

:

Institut national de l’origine et de la qualité (INAO)

Indirizz

:

51 rue d'Anjou — 75008 Paris — FRANCE

Tel.

:

+33 153898000

Feks

:

+33 153898060

Posta elettronika

:

info@inao.gouv.fr

L-Institut National de l’Origine et de la Qualité huwa entità pubblika ta' natura amministrattiva, b'personalità ċivili, u jaqa' taħt il-Ministeru tal-Agrikoltura.

Isem

:

Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF)

Indirizz

:

59 boulevard Vincent-Auriol — 75703 Paris Cedex 13 — FRANCE

Tel.

:

+33 144871717

Feks

:

+ 33 144973037

Id-DGCCRF huwa servizz tal-Ministeru tal-Ekonomija, tal-Industrija u tal-Impjiegi.

4.8.   Tikkettar

Huwa obbligatorju li l-ġobniet iġibu l-indikazzjoni Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini u isem id-denominazzjoni.

L-indikazzjoni “Denominazzjoni tal-Oriġini” hija obbligatorja.

Hija prevista l-indikazzjoni “Produzzjoni fir-razzett” jew “Ġobna tar-razzett”.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2008

dwar il-miżura ta’ għajnuna implimentata minn Franza favur il-grupp IFP (C 51/05 (ex NN 84/05))

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1330)

(It-test bil-lingwa Franċiża biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/157/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b’konformità mal-Artikoli msemmija (1) u wara li kkunsidrat dawk l-osservazzjonijiet,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet ilment bil-posta fil-25 ta’ Novembru 2004, li ġie rreġistrat fid-29 ta’ Novembru 2004 taħt in-numru CP221/2004, dwar għajnuna mill-Istat li tista’ tkun illegali favur l-Institut Français du Pétrole (IFP) u waħda mis-sussidjarji tiegħu, il-kumpanija Axens. L-ilmentatur talab li l-identità tiegħu ma tiġix żvelata minħabba li jista’ jkun hemm xi riperkussjonijiet negattivi fuq is-suq.

(2)

B’ittra datata 21 ta’ Diċembru 2005, il-Kummissjoni informat lil Franza bid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat kontra din il-miżura.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar il-miżura kkonċernata.

(4)

B’ittra datata 16 ta’ Jannar 2006, irreġistrata fl-istess jum, Franza talbet żmien addizzjonali ta’ xahar biex tagħti l-osservazzjonijiet tagħha, u dan iż-żmien ġie konċess mill-Kummissjoni b’ittra datata 19 ta’ Jannar 2006. Franza tat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni b’ittra datata 23 ta’ Frar 2006, li ġiet irreġistrata fl-istess jum.

(5)

Il-kumpanija UOP talbet żmien addizzjonali ta’ xahar biex tagħti l-osservazzjonijiet tagħha b’ittra datata 15 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fl-istess jum, u dan ġie konċess mill-Kummissjoni b’ittra datata 22 ta’ Marzu 2006.

(6)

B’ittra datata 17 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fl-istess jum, il-kumpanija Haldor Topsoe A/S talbet żmien addizzjonali ta’ xahar biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, u dan ġie konċess mill-Kummissjoni b’ittra datata 22 ta’ Marzu 2006.

(7)

B’ittra datata 20 ta’ Marzu 2006, irreġistrata fit-22 ta’ Marzu 2006, il-kumpanija Axens tat lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-miżura kkonċernata.

(8)

B’ittra datata 12 ta’ April 2006, irreġistrata fl-istess jum, il-kumpanija Haldor Topsoe A/S talbet żmien addizzjonali sal-24 ta’ April 2006 biex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha li ġie kunċess mill-Kummissjoni b’ittra datata d-19 ta’ April 2006.

(9)

B’ittra datata 18 ta’ April 2006, irreġistrata fid-19 ta’ April 2006, il-kumpanija UOP tat lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-miżura kkonċernata.

(10)

B’ittra datata 19 ta’ April 2006, il-Kummissjoni talbet lill-ilmentatur biex jagħti verżjoni mhux konfidenzjali tal-ilment tiegħu. Din il-verżjoni ngħatat lill-Kummissjoni b’ittra datata s-26 ta’ April 2006, irreġistrata fis-27 ta’ April 2006.

(11)

B’ittra datata 3 ta’ Mejju 2006, irreġistrata fl-istess jum, il-kumpanija Haldor Topsoe A/S talbet żmien addizzjonali li ġie rrifjutat mill-Kummissjoni b’ittra datata 4 ta’ Mejju 2006.

(12)

B’ittra datata 22 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni tat kopja tal-osservazzjonijiet ippreżentati minn UOP u Axens kif ukoll tal-ilment lil Franza. Hija talbet ukoll xi informazzjoni oħra. B’ittra datata 4 ta’ Lulju 2006, irreġistrata fil-5 ta’ Lulju 2006, Franza talbet estensjoni taż-żmien li l-Kummissjoni kkonċediet b’ittra datata 7 ta’ Lulju 2006. B’ittra datata 8 ta’ Settembru 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fit-12 ta’ Settembru 2006, Franza tat lill-Kummissjoni l-kummenti tagħha dwar l-osservazzjonijiet li ngħataw mill-partijiet interessati kif ukoll ir-risposti għall-mistoqsijiet addizzjonali tal-Kummissjoni.

(13)

Minbarra dan, b’ittra datata 18 ta’ Lulju 2006, irreġistrata fid-19 ta’ Lulju 2006, Franza infurmat lill-Kummissjoni bit-tibdil ta’ IFP fi stabbiliment pubbliku industrijali u kummerċjali (Établissement Public à Caractère Industriel et Commercial – EPIC).

(14)

B’ittra datata 13 ta’ Ottubru 2006, il-Kummissjoni talbet lil Franza għal informazzjoni addizzjonali. Franza tat din l-informazzjoni lill-Kummissjoni b’ittra datata 24 ta’ Ottubru 2006, irreġistrata fis-26 ta’ Ottubru 2006.

(15)

Saret laqgħa ta’ ħidma bejn Franza u l-Kummissjoni fil-15 ta’ Ġunju 2007.

(16)

B’ittra datata 19 ta’ Ġunju 2007, il-Kummissjoni talbet lil Franza informazzjoni addizzjonali. B’ittra datata 10 ta’ Lulju 2007, Franza talbet żmien addizzjonali sal-31 ta’ Awwissu 2007. B’ittra datata 11 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni kkonċediet żmien addizzjonali sat-13 ta’ Awwissu 2007. Franza tat l-informazzjoni addizzjonali lill-Kummissjoni b’ittri datati 9 u 22 ta’ Awwissu 2007, irreġistrati rispettivament fid-9 u t-22 ta’ Awwissu 2007.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   Il-grupp IFP

(17)

Sal-2006, IFP kien stabbiliment professjonali taħt id-dritt privat (3) mingħajr kapital jew azzjonisti, li kien jaqa’ taħt il-kontroll ekonomiku u finanzjarju tal-gvern Franċiż (4). Wara d-digriet Nru 2006-797 tas-6 ta’ Lulju 2006, li ġie adottat b’applikazzjoni tal-liġi Nru 2005-781 tat-13 ta’ Lulju 2005, IFP sar stabbiliment pubbliku industrijali u kummerċjali (Établissement Public à Caractère Industriel et Commercial – EPIC). Il-kwistjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, li tirriżulta minn dan it-tibdil fl-istatut, qed tiġi investigata mill-Kummissjoni fil-qafas ta’ proċedura oħra (NN 11/08).

(18)

Skont it-termini tal-istatuti tiegħu, IFP jissodisfa tliet missjonijiet: missjoni ta’ riċerka u żvilupp fl-oqsma tal-prospetti fiż-żejt u l-gass, tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-industriji petrokimiċi, missjoni ta’ taħriġ għall-inġiniera u t-teknixins u missjoni ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni tas-setturi. Kuntratt ta’ objettivi mal-Istat jistabilixxi l-orjentazzjonijiet l-aktar importanti tal-azzjoni tiegħu għal kull ħames snin.

(19)

Min-naħa l-oħra, IFP jibbenefika minn allokazzjoni baġitarja annwali. Din l-għajnuna pubblika kienet ta’ 144 miljun ewro fl-2005 u 167,5 miljun ewro fl-2006 (5).

(20)

Il-kumpanija Axens tirriżulta mill-amalgamazzjoni, fid-29 ta’ Mejju 2001 (b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2001), bejn il-kumpanija Procatalyse SA (sussidjarja ta’ ISIS b’100 % tal-ishma, hi stess ikkontrollata dak iż-żmien minn IFP b’52,8 % tal-ishma) u s-sezzjoni industrijali ta’ IFP li ġiet esternalizzata f’din l-okkażjoni. Fit-22 ta’ Ottubru 2001, IFP xtrat is-sehem tagħha f’Axens mingħand ISIS. Bħalissa, IFP għandu 100 % tal-kapital ta’ Axens. Axens hija attiva fis-suq tal-katalizzaturi u tat-teknoloġiji għall-industriji tar-raffinar u petrokimiċi. Il-fatturat ikkonsolidat kien ta’ 304,9 miljun ewro fl-2005 u 308,45 miljun ewro fl-2006, waqt li l-attività ta’ liċenzji tal-ipproċessar tirrapreżenta madwar terz tal-fatturat tagħha (6). Hija kienet timpjega 636 persuna fl-2006 (7). Is-sehem tagħha fis-suq dinji tal-unitajiet tar-raffinar liċenzjati eżistenti hija stmata għal 7 % (8).

(21)

Minbarra hekk, IFP għandha direttament u indirettament (permezz tal-kumpanija holding finanzjarja IFP Investissements) it-totalità tal-ishma f’bosta kumpaniji, fosthom Beicip-Franlab u Prosernat. Beicip-Franlab hija kumpanija kummerċjali li kienet mwaqqfa minn IFP fl-1967. Din il-kumpanija tispeċjalizza fil-pubblikazzjoni u d-distribuzzjoni tas-softwer fil-qasam ta’ Esplorazzjoni ta’ Riżervi ta’ Żejt kif ukoll fl-implimentazzjoni ta’ studji u konsulenza. Fl-2006, il-fatturat tagħha kien ta’ 42 miljun ewro u kienet timpjega 166 persuna (9). Prosernat hija kumpanija kummerċjali li nxtrat fl-2001 fil-qafas tat-trasferiment minn ISIS ta’ IFP Investissements lil IFP. Din il-kumpanija tipprovdi studji u servizzi kif ukoll tagħmir fil-qasam tat-trattament tal-gass u l-irkupru tal-kubrit. Fl-2006, il-fatturat tagħha kien ta’ 49,9 miljun ewro u hija timpjega 71 persuna (10).

2.2.   Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda minn qabel

(22)

Mill-1944, id-data meta twaqqfet, sal-aħħar tal-2002, IFP rċeviet ir-rikavat ta’ taxxa parafiskali fuq ċerti prodotti taż-żejt. Il-ħlas ta’ dik it-taxxa kien is-suġġett tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/615/KE tad-29 ta’ Mejju 1996 dwar it-tiġdid, għall-perijodu 1993-1997, tat-taxxa fuq ċerti prodotti taż-żejt għall-benefiċċju tal-Institut français du Pétrole (11), li kkonkludiet li l-ħlas tar-rikavat ta’ taxxa parafiskali għall-benefiċċju ta’ IFP għall-perijodu 1993-1997 ma kienx jaqa’ taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, b’applikazzjoni tal-punt 2.4 tal-qafas tal-għajnuniet tal-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp (12) tal-1996 (“il-qafas R & Ż tal-1996”).

(23)

Fit-3 ta’ Ottubru 1997, Franza nnotifikat lill-Kummissjoni b’digriet ġdid fuq it-taxxa parafiskali li rċeviet fuq ċerti prodotti taż-żejt għall-benefiċċju ta’ IFP, mingħajr tibdil sostanzjali, għall-perijodu 1998-2002. Fid-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Frar 1998 (13), il-Kummissjoni ma sabitx oġġezzjoni għall-implimentazzjoni tiegħu għall-perijodu 1998-2002.

2.3.   Ftehimiet esklużivi bejn IFP u Axens

(24)

B’ittri datati 1 ta’ Marzu u 18 ta’ Mejju 2001 (iktar ‘il quddiem “l-ittri tal-2001”), Franza infurmat lill-Kummissjoni bi proġett ta’ riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka ta’ IFP fl-oqsma tar-raffinar, tal-petrokimika u tal-gass u staqsiet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li dan il-proġett ma kienx jimplika r-rikonsiderazzjoni tal-analiżi adottata mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet li ħadet qabel.

(25)

Il-proġett kien jistabbilixxi li l-ġestjoni tal-kummerċjalizzazzjoni tar-riżultati fil-qasam tiġi fdata lil entità kummerċjali kkostitwita mill-amalgamazzjoni tas-sezzjoni industrijali ta’ IFP u l-kumpanija Procatalyse, li hija kkontrollata indirettament minn IFP u speċjalizzata fl-iżvilupp industrijali, il-manifattura u l-bejgħ ta’ kull prodott kimiku.

(26)

Minbarra t-trasferiment tal-elementi essenzjali tas-sezzjoni industrijali ta’ IFP, inklużi l-klijentela u l-kuntratti eżistenti, li l-ħlas għalih kien jikkonsisti fl-maġġoranza tal-ishma fis-sussidjarja l-ġdida, il-proġett kien jimplika li IFP u s-sussidjarja tiegħu jiffirmaw il-ftehimiet u l-konvenzjoni li ġejjin:

(a)

kuntratt esklużiv ta’ liċenzja ta’ qafas, b’terminu ta’ għaxar snin, li bih is-sussidjarja tista’ tuża l-proprjetà intellettwali preżenti u tal-futur ta’ IFP essenzjalment għal dak li għandu x’jaqsam ma’ proċeduri fil-qasam tal-attività tagħha biex tipprovdi servizzi ta’ inġinerija lill-klijenti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri u li jagħtuhom id-dritt li jużaw it-teknoloġiji relatati fil-forma ta’ sub-konċessjonijiet ta’ liċenzji ta’ privattivi;

(b)

kuntratt esklużiv ta’ liċenzja ta’ prodotti, b’terminu ta’ għaxar snin, li bih is-sussidjarja tista’ tuża t-teknoloġija preżenti u futura ta’ IFP fil-qasam tal-attività tagħha għall-manifattura u l-bejgħ ta’ katalizzaturi, assorbenti, trapping masses, tagħmir, prodotti oħra u softwer żviluppati minn IFP;

(ċ)

ftehim ta’ riċerka industrijali, b’terminu ta’ għaxar snin, li skont it-termini tiegħu [IFP jipproponi lis-sussidjarja tiegħu ir-riżultati tar-riċerki tiegħu fil-qasam tar-raffinar u tal-petrokimika, sabiex tkun tista’, jekk trid, tkompli r-riċerka f’proġett konġunt ma’ IFP, imbagħad tuża dawn ir-riżultati. Jekk is-sussidjarja ma tużax din il-possibbiltà, IFP jista’ jipproponi r-riżultati tiegħu lil impriżi oħra. Kull sieħeb iħallas l-ispejjeż tas-sehem tiegħu fil-proġett u wara li jintemm il-proġett ta’ riċerka, IFP jkollu d-drittijiet ta’ proprjetà fuq il-prodotti u l-proċeduri filwaqt li s-sussidjarja tiegħu jkollha d-drittijiet ta’ proprjetà relatati mal-istadji tal-industralizzazzjoni tal-prodotti u tal-proċeduri] (*).

(27)

Bħala kumpens, is-sussidjarja tħallas lil IFP, minn naħa waħda, onorarji għall-kuntratti ta’ liċenzja u, min-naħa l-oħra, rimunerazzjoni […] (**) għall-aċċess għall-kapaċità ta’ riċerka ta’ IFP.[…] (**)

(28)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni ta’ IFP li ġie ppreżentat kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 1998 dwar it-tiġdid għall-perijodu 1998-2002 tat-taxxa parafiskali li tinġabar fuq ċerti prodotti taż-żejt, u infurmat lil Franza dwar dan permezz ta’ ittra ta’ notifika D/52473, datata 19 ta’ Ġunju 2001.

(29)

B’konformità mal-proġett ippreżentat, il-kumpanija Axens, sussidjarja ta’ IFP, ġiet mwaqqfa fid-29 ta’ Mejju 2001. Il-ftehimiet bejn IFP u Axens daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001 b’terminu ta’ għaxar snin.

(30)

B’ittra datata 27 ta’ Novembru 2002, Franza infurmat lill-Kummissjoni bis-sostituzzjoni tar-rikavat mit-taxxa parafiskali b’allokazzjoni baġitarja għall-benefiċċju ta’ IFP mill-1 ta’ Jannar 2003.

2.4.   Ftehimiet esklużivi bejn IFP u Beicip-Franlab

(31)

Konvenzjoni esklużiva ta’ żvilupp, ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ użu, iffirmata fit-28 ta’ Mejju 2003, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2003, b’terminu ta’ għaxar snin, tistabbilixxi li [IFP jipproponi lil Beicip-Franlab ir-riżultati tar-riċerki tiegħu dwar l-algoritmi, il-mudelli jew il-metodi żviluppati minn IFP fil-qasam “Esplorazzjoni – Depożiti” u li Beicip-Franlab tista’ titlob lil IFP jagħmel prodotti fuq din il-bażi. IFP għandu d-drittijiet kollha ta’ proprjetà fuq il-prodotti tas-softwer żviluppati. Beicip-Franlab tkopri l-ispejjeż kollha għall-iżvilupp tal-prodotti magħmula minn IFP, u tħallas diversi ammonti addizzjonali għall-manutenzjoni u d-drittijiet għall-użu] (*).

(32)

Klawżola addizzjonali ġiet iffirmata fis-16 ta’ Diċembru 2005, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2005. Din temenda l-arranġamenti ta’ remunerazzjoni filwaqt li żżomm il-prinċipju ta’ kopertura totali tal-ispejjeż tal-iżvilupp minn Beicip-Franlab.

2.5.   Ftehimiet esklużivi bejn IFP u l-Prosernat

(33)

Ftehim ta’ liċenzja ta’ qafas u konvenzjoni ta’ riċerka industrijali bejn IFP u Prosernat ġew iffirmati fit-18 ta’ Awwissu 2003, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2002, b’terminu ta’ għaxar snin, li bihom [IFP jipproponi r-riżultati tar-riċerki tiegħu fil-qasam tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit. IFP għandu d-drittijiet ta’ proprjetà relatati mal-korrelazzjonijiet, mal-proċeduri u mat-tagħmir speċifiku assoċjat mal-proċeduri. Jekk Prosernat tkun interessata fil-kummerċjalizzazzjoni tagħħom, hija għandha tagħmel dan għal rasha, filwaqt li żżomm id-drittijiet ta’ proprjetà relatati, u x-xogħol ta’ industrijalizzazzjoni ta’ dawn il-proċeduri li għalihom tkun tista’ tieħu konċessjoni ta’ liċenzja esklużiva] (*).

(34)

Bħala remunerazzjoni għal-liċenza tal-proċeduri, Prosernat għandha tħallas onorarju ta’ […] (**) fuq il-fatturat annwali magħmul minn onorarji għas-subliċenzji għall-ewwel erba’ snin. Huwa stabbilit li r-rata tal-onorarju jinbidel għal […] (**) wara l-ewwel erba’ snin. Ir-rata tal-onorarju għat-tagħmir huwa stabbilit għal kull każ. Ir-remunerazzjoni ta’ IFP għall-aċċess ta’ Prosernat għar-riżultati tar-riċerki huwa ta’ […] (**) tal-fatturat annwali globali ta’ Prosernat.

3.   IR-RAĠUNIJIET LI WASSLU GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(35)

Fil-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet dawn id-dubji li ġejjin dwar l-intervenzjoni tal-Istat Franċiż favur il-grupp IFP u dwar il-ġustifikazzjonijiet li Franza tat dak iż-żmien.

(36)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjonijiet li saru qabel ma kinux għadhom sodisfaċenti. Pro memoria, dawn id-deċiżjonijiet ta’ qabel ittieħdu minħabba:

a)

in-nuqqas ta’ għajnuna diretta fuq il-livell ta’ IFP, għalkemm IFP kien ċentru ta’ riċerka li ma jaħdimx għall-qligħ li ma kienx involut f’attività kummerċjali. B’konformità mal-ewwel inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996, il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp li jitwettqu minn stabbilimenti ta’ tagħlim superjuri jew ta’ riċerki pubbliċi li ma jaħdmux għall-qligħ, mhuwiex, b’regola ġenerali, stabbilit fid-dispozizzjonijiet tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat;

b)

in-nuqqas ta’ għajnuna indiretta lill-impriżi li jixtru r-riċerka mwettqa minn IFP, għalkemm il-vantaġġ potenzjali li jirriżulta mit-trasferiment tar-riżultati kien miftuħ lill-impriżi kollha mingħajr diskriminazzjoni. Rigward dan, il-Kummissjoni kienet innutat li IFP kien jittrasferixxi r-riżultati tar-riċerki tiegħu b’erba’ modi: tqassim fil-qasam pubbliku, provvisti ta’ servizzi iċċarġjati bi prezz tal-ispejjeż reali li kellhom IFP, riċerka kollaborattiva u bejgħ ta’ liċenzji. F’dawn l-aħħar żewġ każijiet, hija kkunsidrat li, jekk l-impriżi ma setgħux iħallsu l-ispejjeż kollha tar-riċerki, dan il-vantaġġ kien miftuħ mingħajr diskriminazzjoni għall-impriżi kollha, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom;

ċ)

in-nuqqas ta’ għajnuna indiretta lill-kumpaniji li fihom IFP għandu xi ishma, għalkemm IFP kien jikkollabora ma’ dawn l-impriżi bl-istess kundizzjonijiet ta’ dawk l-impriżi l-oħra li fihom ma kellux ishma. Minħabba l-involviment ta’ azzjonisti oħra, il-parti minoritarja ta’ IFP f’kumpaniji attivi fil-qasam tiegħu ta’ riċerka u l-kollaborazzjoni tiegħu ma’ dawn l-impriżi bl-istess kundizzjonijiet ta’ dawk l-impriżi l-oħra li fihom m’għandux sehem, il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-impriżi ma kinux jibbenefikaw minn trattament aktar favorevoli.

(37)

Il-Kummissjoni osservat li, mill-2001 min-naħa l-oħra, IFP beda’ proċess kummerċjali dejjem aktar strutturat u dejjem aktar sostanzjali, bis-saħħa tad-dħul ta’ Axens fis-suq tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika u għall-konklużjoni ta’ ftehimiet esklużivi ta’ riċerka u ta’ liċenzja magħha. Għalhekk, din is-sussidjarja kummerċjali, li l-maġġoranza tal-ishma tagħha huma ta’ IFP, għandha aċċess privileġġat għax-xogħol ta’ R & Ż li jagħmel IFP fil-qasam tal-attivitajiet tagħha. Minħabba dan, il-Kummissjoni kienet tal-fehma, fid-Deċiżjoni tagħha għall-ftuħ ta’ proċedura, li r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-Deċiżjonijiet tal-1996 u tal-1998 ma kinux aktar validi u li l-ewwel inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996 ma kienx għadu japplika fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Axens. Hija għalhekk ikkonkludiet li kienet teżisti għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, favur IFP u s-sussidjarja tiegħu Axens.

(38)

Minbarra hekk, inkwantu IFP kellu l-maġġoranza tal-ishma f’żewġ sussidjarji kummerċjali oħra, Beicip-Franlab u Prosernat, u inkwantu IFP iffirma ftehimiet esklużivi mas-sussidjarji tiegħu, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, fl-oqsma ta’ attivitajiet tas-sussidjarji Beicip-Franlab u Prosernat.

(39)

It-tieni nett, il-Kummissjoni analizzat il-kumpatibilità tal-għajnuna fid-dawl tad-diversi dispożizzjonijiet tat-Trattat. Hija waslet għall-konklużjoni li, meta jiġu kkunsidrati l-objettivi tagħha, l-għajnuna potenzjali tista’ tkun analizzata biss fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-tal-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat u b’mod partikolari fid-dawl tal-qafas R & Ż tal-1996. Minħabba n-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni minn Franza f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji dwar il-fatt li l-kundizzjonijiet neċessarji għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna skont dawn id-dispożizzjonijiet kienu ssodisfati.

(40)

Għalhekk il-Kummissjoni talbet lil Franza biex tagħti l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-punti li ġejjin:

a)

l-elementi li jippermettu li jiġi stabbilit kif IFP u s-sussidjarji tiegħu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala entitajiet distinti li r-relazzjonijiet tagħhom isegwu logika ta’ suq;

b)

id-delimitazzjoni ċara, b’konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 80/723/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1980 fuq it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjar[j]i bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (14), tal-attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu sabiex tiġi ċċarata liema proporzjon tas-sussidju pubbliku tappoġġa l-attivitajiet kummerċjali tal-grupp;

ċ)

prova preċiża li l-għajnuniet li setgħu ngħataw huma kompatibbli mar-regoli Komunitarji għal dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuniet għar-R & Ż.

4.   L-OSSERVAZZJONIJIET TA’ FRANZA DWAR IL-FTUĦ FORMALI TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI

4.1.   Fuq il-kuntest tal-proċedura mibdija

(41)

L-ewwel nett, Franza tenfasizza li l-iskema ta’ finanzjament ta’ IFP kien is-suġġett ta’ żewġ Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li kkonkludew li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(42)

It-tieni nett, hija tfakkar li r-riorganizzazzjoni tal-2001 wasslet għat-tqassim tal-attivitajiet kummerċjali ta’ IFP fil-qasam tar-raffinar u tal-petrokimika, li qabel kienu jsiru minn naħa waħda internament mis-sezzjoni industrijali ta’ IFP u min-naħa l-oħra mill-kumpanija Procatalyse, li hija kkontrollata indirettament minn IFP. Hija temmen li l-għan ta’ din ir-riorganizzazzjoni kienet iċ-ċentralizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet ta’ IFP li jirrigwardaw il-missjoni tagħha ta’ interess ġenerali, mogħtija mill-Istat, għall-appoġġ għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-idrokarbonji u għat-teknoloġiji ġodda tal-enerġija u l-ambjent.

(43)

F’dan il-kuntest, Franza hija tal-fehma li l-ittri tal-2001 huma notifiki skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat. Hija issostni li fl-ittra li ntbagħtet fil-5 ta’ Marzu 2001 hemm nota ta’ informazzjoni, formula ta’ notifika kompluta (15) u ħames annessi tekniċi, li fosthom hemm il-konvenzjoni ta’ riċerka industrijali u l-ftehimiet ta’ liċenzja. Barra minn hekk hija tfakkar il-laqgħa (16) u l-iskambju ta’ informazzjoni (17) li saru wara u minbarra hekk tindika li rċeviet nota ta’ rċevuta mill-Kummissjoni datata 7 ta’ Mejju 2001 (18). Hija tfakkar li kienet staqsiet lill-Kummissjoni biex tikkonferma li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni ma jimplikax rikonsiderazzjoni tal-analiżi tal-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tagħha li saru qabel.

(44)

Għalhekk, Franza tikkonsidra li l-ittra D/52473, tad-19 ta’ Ġunju 2001, li fiha l-Kummissjoni indikat li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni ta’ IFP ippreżentat kien konformi mal-kundizzjonijiet stabbilit fid-Deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Frar 1998 dwar it-tiġdid għall-perijodu 1998-2002 tat-taxxa parafiskali li tinġabar fuq ċerti prodotti taż-żejt, wasslet għal sitwazzjoni ta’ aspettattiva leġittima. Hija tfakkar li, f’din l-ittra, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li l-proġett ta’ riorganizzazzjoni ma biddilx in-natura tal-attivitajiet ta’ IFP u lanqas il-pożizzjoni tal-impriżi Franċiżi kkumparati mal-impriżi Komunitarji l-oħra f’dak li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ proċeduri u ma qajmet ebda oġġezzjoni dwar l-abbozzi tal-konvenzjoni, b’mod partikolari fuq id-dritt tal-ewwel rifjut li hija madankollu kienet saret taf bih waqt l-iskambji ma’ Franza mill-5 ta’ Marzu 2001. Għalhekk skont Franza, setgħet ġustament tikkunsidra li l-ħolqien ta’ Axens u l-iffirmar tal-konvenzjonijiet bejn IFP u Axens ma kinux ser iwasslu għall-eżistenza ta’ għajnuniet tal-Istat. Franza issostni li l-ħolqien ta’ Axens u l-iffirmar tal-konvenzjonijiet bejn IFP u Axens saru b’konformità mal-abbozz ippreżentat lill-Kummissjoni f’Marzu 2001.

(45)

Dwar it-tibdil li sar wara u li l-Kummisjoni ma kinitx infurmata dwaru, Franza tat l-elementi li ġejjin. Minn naħa waħda, skont Franza, it-teħid tal-kontroll ta’ 100 % tal-ishma ta’ Prosernat u Axens minn IFP fl-aħħar tas-sena 2001 ma jistax jiġi attribwit lil għażla ta’ IFP minħabba l-fatt li dan sar minn atturi independenti. Minbarra dan, Franza rrimarkat li l-Kummissjoni, fl-ittra D/52473 tad-19 ta’ Ġunju 2001, ikkunsidrat il-fatt li IFP għandu għallinqas il-maġġoranza tal-ishma tal-entità l-ġdida bħala garanzija ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni. Min-naħa l-oħra, Franza ssostni li, peress li l-konvenzjonijiet bejn IFP u Prosernat u bejn IFP u Axens huma simili, hija ma dehrilhiex li kien meħtieġ li tinnotifikhom lill-Kummissjoni. Fl-aħhar nett, Franza ħasbet li ma kienx meħtieġ li tinnotifika l-konvenzjoni ta’ bejn IFP u Beicip-Franlab lill-Kummissjoni minħabba li din il-konvenzjoni tistabbilixxi kopertura totali tal-ispejjeż ta’ IFP.

(46)

Franza tfakkar li hija infurmat lill-Kummissjoni bit-tibdil fil-mod ta’ finanzjament ta’ IFP b’ittra tas-27 ta’ Novembru 2002.

4.2.   Dwar ir-rispett minn IFP tad-Direttiva 80/723/KEE

(47)

Franza hija tal-fehma li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-kontijiet għal kull attività, imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 80/723/KEE huwa rrispettat. Hija ssostni rigward dan li l-baġit ta’ IFP huwa organizzat skont tqassim tar-riżultati f’ħames ċentri, missjoni “Informazzjoni” kif ukoll sezzjoni ta’ “Riċerka esploratorja” li tippermetti li jiġu distinti l-attivitajiet diversi ta’ IFP.

(48)

Minbarra hekk, Franza tiddeskrivi l-mod ta’ klassifikazzjoni tal-proġetti fi ħdan iċ-ċentri tar-riżultati:

a)

il-proġetti ta’ akkwist ta’ kompetenzi, li spiss ikunu żviluppati b’kollaborazzjoni ma’ istituti ta’ riċerka oħrajn, għandhom l-għan li jiġu żviluppati ideat ġodda;

b)

il-proġetti ta’ riċerka industrijali huma mmexxija minn IFP bil-kollaborazzjoni jew mingħajr kollaborazzjoni ta’ terzi. Għaċ-ċentri tar-riżultati “Esplorazzjoni-Produzzjoni”, dawn ikollhom x’jaqsmu mar-riċerka ta’ soluzzjonijiet li jistgħu jwasslu għal metodoloġiji, softwer, addittivi kimiċi, tagħmir, proċeduri u kompetenza. Għaċ-ċentru tar-riżultati “Raffinar-Petrokimika” dawn ikollhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ proċeduri u ta’ prodotti ta’ fjuwil, ta’ materjal kombustibbli u intermedjarji petrokimiċi minn kull sors ta’ karbonju aċċessibbli;

ċ)

il-proġetti “Tagħmir tal-professjoni” dwar l-iżvilupp ta’ bankijiet ta’ testijiet, ta’ tagħmir ta’ testijiet, ta’ installazzjonijiet għall-esperimenti u ta’ ċirkuwiti ta’ testijiet kif ukoll l-iżvilupp ta’ softwer speċifiku u l-ġestjoni ta’ databases;

d)

il-proġetti “Attivitajiet ta’ Appoġġ” jinkludu l-proċeduri ta’ kwalità, il-monitoraġġ tal-programm u l-ġestjoni tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(49)

Fl-aħhar nett, Franza tagħti informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontabilità tal-ispejjeż ta’ IFP, li tippermetti allokazzjoni tal-prodotti (minbarra allokazzjoni baġitarja tal-Istat) u tal-prezzijiet għal kull proġett fi ħdan kull ċentru ta’ riżultati.

4.3.   Dwar id-distinzjoni bejn IFP u s-sussidjarji tiegħu

(50)

Franza tikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni skont liema IFP u Axens huma entità ekonomika waħda. Hija tal-fehma li IFP u s-sussidjarji tiegħu huma entitajiet distinti li għandhom missjonijiet ta’ natura differenti.

(51)

L-ewwel nett, Franza hija tal-fehma li l-attività ta’ riċerka ta’ IFP hija missjoni ta’ interess ġenerali, li għandha x’taqsam ma’ loġika speċifika, rikonoxxuta fuq livell nazzjonali, Komunitarju u dinji, li tassigura fuq żmien twil is-sigurtà tal-provvisti tal-idrokarbonji.

(52)

It-tieni nett, hija tal-fehma li r-referenza għall-kunċett ta’ impriżi assoċjati mhijiex pertinenti f’dan il-każ, li hija msemmija fl-Anness I tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-impriżi mikro, żgħar u medji (19) (“rakkomandazzjoni SME”). Franza tfakkar ukoll il-ġurisprudenza Komunitarja skont liema ż-żamma ta’ 100 % tal-ishma ta’ sussidjarja mill-kumpanija prinċipali tagħha mhijiex biżżejjed biex turi li hemm kontroll minn din il-kumpanija. Minbarra dan, Franza tindika li l-eżistenza ta’ ftehim esklużiv ma tfissirx li hemm nuqqas ta’ awtonomija, li mingħajrha l-Artikolu 81 tat-Trattat li jistabbilixxi ftehimiet bħal dawn bejn impriżi indipendenti ma jkollux skop. Fl-aħhar nett, Franza hija tal-fehma li d-dehra komuni ta’ IFP u Axens fis-suq hija neċessarjament ir-riżultat tal-fatt li Axens tqassam prodotti li nħolqu mir-riċerka mmexxija minn IFP u li din id-dehra komuni għandha tiġi distinta min-nuqqas ta’ aġir awtonomu.

(53)

It-tielet nett, Franza tressaq provi li għandhom l-iskop li juru l-awtonomija tas-sussidjarji ta’ IFP. Hija tindika li kull sussidjarja telabora l-istrateġija tagħha li tiġi approvata mill-bord tat-tmexxija tagħha li mhuwiex magħmul biss minn rappreżentanti ta’ IFP. Hija tgħid ukoll li l-kuntratti bejn IFP u s-sussidjarji tiegħu jirrispettaw ir-regoli tad-dritt komuni għal dak li għandu x’jaqsam mal-konvenzjonijiet regolati u li fuq din il-bażi, ir-rappreżentant ta’ IFP jastjena milli jivvota dwar kwistjonijiet relatati ma’ dawn il-kuntratti; hija tispeċifika li kull sussidjarja għandha l-kumitati tagħha u għandha awtonomija sħiħa fil-ġestjoni taħt il-kontroll tal-azzjonisti, li jaħdmu b’metodu ta’ rapportaġġ klassiku. Minbarra dan, Franza tispjega li IFP u s-sussidjarji tiegħu għandhom servizzi finanzjarji u ta’ kontabilità li huma indipendenti fuq livell ta’ ġerarkija u ġeografija, u li għandhom sistemi ta’ informazzjoni u ta’ ġestjoni differenti. Fl-aħhar nett, Franza ssemmi l-fatt li s-sussidjarji ta’ IFP jiddefinixxu liberament il-prodotti u s-servizzi li jikkumerċjalizzaw. Rigward dan, Franza tispeċifika li Axens hija libera li taċċetta jew tirrifjuta x-xogħol ippreżentat minn IFP u tiddeskrivi bosta eżempji ta’ proċeduri fejn Axens tikkompleta l-bżonnijiet tagħha għal dak li għandu x’jaqsam mar-riċerki b’relazzjonijiet kuntrattwali oħra.

4.4.   Dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(54)

Franza temmen li l-finanzjament ta’ IFP, li huwa organizzazzjoni li ma taħdimx għall-qligħ, mhijiex għajnuna mill-Istat, konformi mal-ewwel inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996.

(55)

L-ewwel nett, Franza ssostni li, skont it-tieni inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996, “meta r-riżultati ta’ dan ix-xogħol ta’ riċerka u tal-iżvilupp iffinanzjati mill-Istat ikun disponibbli għall-impriżi Komunitarji fuq bażi mhux diskriminatorja, il-Kummissjoni tassumi li normalment m’hemmx għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 92(1) [li sar 87(1)] tat-Trattat”.

(56)

Rigward dan, Franza tindika li IFP jagħmel ħafna xogħol ta’ riċerka li r-riżultat tiegħu jkun disponibbli għall-impriżi Komunitarji mingħajr diskriminazzjoni. Fost il-mezzi implimentati biex tiġi assigurata l-aċċessibbiltà tar-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet, hemm ġurnal xjentifiku u l-kitba ta’ artikli, il-preżentazzjoni ta’ xogħol waqt kungressi, il-pubblikazzjoni u t-tpoġġija ta’ xogħlijiet fuq l-Internet, il-preżenza f’assoċjazzjonijiet xjentifiċi u l-istabbiliment ta’ sħubija ma’ ċentri oħra ta’ riċerka u t-taħriġ dottorali.

(57)

Franza tispeċifika li tliet kwarti tal-baġit ta’ riċerka taċ-ċentru ta’ riżultati “Esplorazzjoni-Produzzjoni” jintuża għax-xogħol ta’ riċerka fundamentali li r-riżultati tiegħu huma mxerrda fuq bażi wiesgħa u mingħajr diskriminazzjoni. Rigward iċ-ċentru ta’ riżultati “Raffinar-Petrokimika”, Franza tindika li r-riżultati ta’ ħafna mix-xogħol ta’ riċerka huma wkoll mqassma mingħajr diskriminazzjoni.

(58)

It-tieni nett, Franza temmen li r-raġunament tal-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-1996 u tal-1998, skont liema “hemm raġuni li jiġi kkonstatat li IFP, minkejja l-fatt li mhux dejjem jiċċarġja l-prezz reali tar-riċerka, ma jagħmel ebda diskriminazzjoni fir-rigward ta’ liema impriżi għandhom jingħataw ir-riżultati tar-riċerka li jmexxi waħdu kif ukoll b’kollaborazzjoni” għadu vverifikat.

(59)

Rigward dan, hija tenfasizza li, fil-qasam “Esplorazzjoni-Produzzjoni”, IFP jagħmel xogħol ta’ riċerka industrijali għal ħafna soċji industrijali, li jieħu forma ta’ kooperazzjoni sempliċi jew proġetti industrijali konġunti (Joint Industrial Projects) għal ħafna klijenti b’parteċipazzjoni miftuħa.

(60)

Għas-suq tar-raffinar u tal-petrokimika, Franza temmen li l-ħlasijiet li għamlet Axens għax-xogħol li IFP għamel disponibbli għaliha huma ekwivalenti għall-kundizzjonijiet tas-suq. Fir-rigward ta’ dan il-kumpens finanzjarju, Franza tgħid li għandhom jitqiesu wkoll l-ispejjeż li kellha Axens biex tagħmel xi xogħol addizzjonali li huwa neċessarju għall-użu ta’ dan ix-xogħol ta’ riċerka kif ukoll l-ispejjeż żejda mħallsin minn Axens għall-użu ta’ teknoloġiji u prodotti li m’humiex dawk ta’ IFP. Skont Franza, il-parti kbira tal-fatturat tagħha li tintuża għall-attivitajiet ta’ riċerka tindika sew in-nuqqas ta’ vantaġġ kompetittiv li ħadet Axens mix-xogħol ta’ riċerka li għamel IFP għaliha. Franza tippreżenta xi provi biex turi li l-ammonti mħallsin minn Axens għall-attivitajiet tagħha ta’ riċerka huma b’mod ċar superjuri mill-medja tas-settur.

(61)

Minbarra hekk, Franza tafferma li minkejja d-dritt tal-ewwel rifjut favur Axens, ħafna xogħol ta’ riċerka mmexxi miċ-ċentru ta’ riżultati “Raffinar-Petrokimika” kien ta’ benefiċċju għal diversi soċji industrijali li ġejjin minn Stati differenti.

(62)

Għalhekk Franza tikkonkludi li l-intervent tal-Istat għall-benefiċċju ta’ IFP m’huwiex għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat u li s-sussidjarji ta’ IFP ma jieħdu ebda vantaġġ mill-aċċess tagħhom għar-riżultati tar-riċerka mmexxija minn IFP għalihom.

4.5.   Dwar il-kompatibbilità ta’ għajnuna potenzjali tal-Istat mat-Trattat

(63)

Franza tindika li, jekk l-intervent mill-Istat favur IFP għandu jkun interpretat bħala għajnuna mill-Istat, skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, għall-benefiċċju ta’ Axens, din l-għajnuna tkun f’kull każ kompatibbli mas-suq komuni. Franza ppreżentat xi elementi li juru li l-għajnuna tista’ tkun ikkunsidrata kompatibbli mat-Trattat b’applikazzjoni tad-deroga stabbilita fl-Artikolu 87(3)(ċ) tiegħu.

(64)

L-ewwel nett, Franza temmen li l-finanzjament mill-Istat għax-xogħol ta’ riċerka industrijali ta’ Axens ma jaqbiżx il-limiti ffissati mill-qafas R & Ż tal-1996. Rigward dan hija tipprovdi l-ammonti tal-onorarji ta’ IFP, tax-xogħol ta’ riċerka industrijali mmexxi ma’ Axens, u tar-redditu finanzjarju mħallas minn Axens. […] (**)

(65)

It-tieni nett, Franza tindika li għajnuna potenzjali favur Axens jkollha effett ta’ inċentiv. Hija tipprovdi statistiċi li juru żieda fl-ammont kemm tal-ispejjeż li Axens iddedikat għar-R & Ż tal-personal tagħha tar-R & Ż kif ukoll fil-proporzjon tal-infiq intern meta jiġi mqabbel mal-fatturat. Minbarra dan, Franza tagħti eżempji ta’ xi proġetti ta’ Axens li ma setgħux jsiru mingħajr l-appoġġ ta’ IFP. Fl-aħħar, Franza tiddiskuti l-fatt li l-kompetituri kollha ta’ Axens, b’mod partikolari l-Amerikani, jibbenefikaw minn għajnuniet pubbliċi kbar.

(66)

Fl-aħħar nett, Franza tfakkar l-importanza strateġika tal-għajnuniet tal-Istat għall-innovazzjoni u għar-R & Ż, rikonoxxuta mill-Kummissjoni fil-qafas tat-tnedija mill-ġdid tal-istrateġija ta’ Liżbona u msemmija fil-Pjan ta’ Azzjoni għall-għajnuniet mill-Istat.

5.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

5.1.   Kontenut tal-ilment li ta lok għall-ftuħ tal-proċedura

(67)

L-ilmentatur, minħabba li jista’ jkun hemm effetti kummerċjali negattivi, ma jixtieqx li l-identità tiegħu tkun żvelata. L-ilmentatur jemmen li l-interessi tiegħu huma direttament mhedda mis-sussidju allokat minn Franza lil IFP u/jew is-sussidjarja tiegħu Axens. Mit-twaqqif tagħha fl-2001, Axens, li hija kompetitriċi tal-ilmentatur, kienet qed tuża politika kummerċjali aggressiva relatata ma’ liċenzji ta’ teknoloġiji żviluppati totalment grazzi għall-attivitajiet ta’ R & Ż tal-kumpanija prinċipali tagħha, IFP.

(68)

L-ilment jikkonċentra fuq oqsma ta’ attivitajiet speċifiċi ta’ IFP, bħal m’huma t-teknoloġiji u l-katalizzaturi għar-raffinar, it-trattament tal-gass u l-produzzjoni petrokimika kif ukoll l-attività ta’ liċenzja ta’ Axens f’dawn l-oqsma. L-ilmentatur jemmen li, f’dawn l-oqsma, Axens tinsab f’kompetizzjoni diretta ma’ operaturi oħra tas-suq mingħajr ma tkopri l-ispejjeż tar-R & Ż, minħabba li Axens hija d-distributriċi esklużiva tat-teknoloġiji żviluppati minn IFP bl-għajnuna finanzjarja tal-Istat. Minbarra dan, skont l-ilmentatur, l-għaqda IFP/Axens tista’ tmexxi attivitajiet ta’ R & Ż li ma jkunux ta’ benefiċċju għal operaturi li ma jieħdux sussidju.

(69)

L-ilmentatur jemmen li l-elementi ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu jkunu identifikati fis-sussidju dirett tal-Istat favur IFP, fil-ħolqien u l-kapitalizzazzjoni minn IFP tas-sussidjarja kummerċjali tiegħu Axens, fil-finanzjament tas-settur tar-raffinar u petrokimika ta’ IFP, li d-distributiċi esklużiva tiegħu hija Axens, kif ukoll fil-liċenzji esklużivi li IFP talloka lil Axens għat-teknoloġiji tagħha.

(70)

L-ilmentatur jemmen li l-finanzjament attwali tal-attivitajiet ta’ IFP u ta’ Axens mill-Istat, li ma kienx innotifikat lill-Kummissjoni u mhu kopert minn ebda Deċiżjoni li ħadet qabel, huma għajnuna illeċita mill-Istat. Rigward dan, l-ilmentatur jispeċifika d-differenzi fattwali bejn il-konklużjonijiet tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni meħuda qabel u s-sitwazzjoni attwali ta’ IFP u ta’ Axens:

is-sussidjarja Axens hija entità kummerċjali;

Axens għadha aċċess esklużiv jew privileġġat għas-servizzi jew għar-riżultati ta’ riċerka ta’ IFP;

IFP għandha l-100 % tal-ishma tal-kapitali ta’ Axens;

fis-suq tat-teknoloġiji, il-maġġoranza tal-operaturi, inkluż l-ilmentatur, m’għandhomx sussidji. L-attivitajiet issussidjati tal-għaqda IFP/Axens iwasslu għal żbilanċ fil-prezz.

(71)

Għalhekk, l-ilmentatur jemmen li IFP huwa differenti ħafna mill-mudell ta’ stabbiliment pubbliku ta’ riċerka li ma jaħdimx għal qligħ, kif imsemmi fil-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996, fil-qasam tal-attivitajiet kummerċjali tas-sussidjarja tiegħu Axens. L-ilmentatur anzi jemmen li IFP u Axens huma entità waħda ekonomika li taġixxi fis-suq b’kompetizzjoni diretta mal-operaturi l-oħra. Skont l-ilmentatur, bosta elementi jindikaw li IFP u Axens għandhom jiġu kkunsidrati bħala entità ekonomika waħda u għalhekk bħala impriża skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat:

IFP għandha l-100 % tal-kapital ta’ Axens;

IFP jaġixxi bħala azzjonist attiv peress li jieħu sehem fid-definizzjoni tal-istrateġija tas-sussidjarja tiegħu;

l-impjegati ta’ Axens u ta’ IFP jżuru l-klijenti potenzjali flimkien;

Axens tuża l-isem tagħha b’kollegament mat-teknoloġiji ta’ IFP (kif jidher fuq il-logo ta’ Axens li jinkorpora dak ta’ IFP).

(72)

Ir-riżorsi allokati mill-Istat Franċiż lill-għaqda IFP/Axens biex jiffinanzjaw ir-riċerka fl-oqsma tat-teknoloġiji tar-raffinar, tat-trattament tal-gass u tal-petrokimika huma riżorsi tal-Istat. Skont l-istimi tal-ilmentatur, l-infiq ta’ R & Ż magħmul minn IFP f’dawn l-oqsma kien ta’ madwar 100 miljun ewro filwaqt li Axens ma kinitx tagħti lura aktar minn nofs dawn l-ispejjeż lill-kumpanija prinċipali tagħha. L-ilmentatur għalhekk jemmen li l-għajnuna favur l-għaqda IFP/Axens hija ta’ 50 miljun ewro fis-sena.

(73)

Il-vantaġġ kompetittiv, skont l-ilmentatur, jiġi mill-fatt li l-entità IFP/Axens m’għandhiex għalfejn tkopri l-ispejjeż kollha tar-R & Ż u li għalhekk jista’ jkollha influwenza qawwija fuq it-tnaqqis tal-prezzijiet tas-suq fl-oqsma kkonċernati. L-ilmentatur jemmen li vantaġġ bħal dan jintroduċi riskju ta’ effett ta’ żgumbrament għall-operaturi l-oħra fis-suq.

(74)

Skont l-ilmentatur, is-suq tat-teknoloġiji huwa suq dinji, jew għallinqas Ewropew. L-għajnuna mill-Istat favur l-għaqda IFP/Axens għalhekk taffettwa l-kummerċ intra-komunitarju.

(75)

Għalhekk, l-ilmentatur huwa tal-fehma li l-għajnuna mill-Istat favur l-għaqda IFP/Axens hija tassew għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(76)

L-ilmentatur isostni li, inkwantu l-iżvilupp tat-teknoloġiji tar-raffinar huwa attività qrib is-suq li r-riżultati tagħha jistgħu jiġu kkummerċjati direttament, dan ma jaqax taħt id-definizzjoni tal-attivitajiet prekompetittivi stabbiliti fil-qafas R & Ż tal-1996. Għalhekk, din l-għajnuna allokata lill-għaqda IFP/Axens hija għajnuna għall-funzjonament, li hija inkompatibbli mar-regoli tat-Trattat dwar l-għajnuna mill-Istat.

(77)

L-ilmentatur jenfasizza li, anke jekk l-attivitajiet tal-għaqda IFP/Axens jiġu kkunsidrati bħala attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittivi, l-għajnuna xorta taqbeż il-limitu ammissibbli stabbilit fil-qafas R & Ż tal-1996 għal attivitajiet bħal dawn, li hija ta’ 25 %, u tista’ wkoll taqbeż il-limitu ta’ 50 % stabbilit għar-riċerka industrijali.

(78)

Jekk nassumu li dawn huma attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp kif iddefiniti fil-qafas R & Ż tal-1996, l-ilmentatur jemmen li l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna huwa diskutibbli. Skont l-ilmentatur, l-għajnuna lill-għaqda IFP/Axens tiddiswadi lill-operaturi l-oħra fis-suq milli jinvestu fir-R & Ż f’dawn l-oqsma, minħabba li d-dħul tagħħom huwa effettwat mill-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat u ma jippermettix li jkopru l-ispejjeż ta’ R & Ż.

(79)

L-ilmentatur għalhekk jikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat favur l-għaqda IFP/Axens hija illegali u inkompatibbli mas-suq komuni.

5.2.   Osservazzjonijiet ippreżentati minn Axens

(80)

L-ewwel nett, il-kumpanija Axens tfakkar li hija kienet mwaqqfa fl-2001 sabiex jinġabru flimkien f’entità waħda b’vokazzjoni kummerċjali l-attivitajiet ta’ IFP li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri ta’ raffinar u petrokimika u dawk tas-sussidjarja li tipproduċi katalizzaturi. Il-kumpanija tindika li hija għandha l-funzjonijiet kollha (finanzjarji, legali, riżorsi umani) li jippermettuha tipprattika l-attività tagħha b’mod totalment awtonomu u li l-ġestjoni tagħha ta’ kuljum hija assigurata mill-istaff maniġerjali tagħha, taħt ir-responsabbiltà tal-President-Direttur Ġenerali. Hija temmen li numru limitat ħafna ta’ deċiżjonijiet jaslu sal-bord tad-diretturi tagħha u li l-azzjonist tagħha jħalli libertà kbira lid-diretturi tagħha fid-deċiżjonijiet kummerċjali u industrijali. Għalhekk hija tikkontesta l-analiżi tal-Kummissjoni skont liema IFP u Axens huma entità ekonomika waħda.

(81)

It-tieni nett, il-kumpanija Axens tfakkar li r-riorganizzazzjoni tal-2001 saret b’konformità mal-proġett li ġie vvalidat espliċitament mill-Kummissjoni. Hija temmen li kellha raġuni leġittima li tafda fil-validità ta’ dan il-qafas legali u finanzjarju li r-rikonsiderazzjoni tiegħu tkun ostakolu serju għall-iżvilupp tiegħu.

(82)

It-tielet nett, il-kumpanija Axens issostni li ħafna mill-operaturi fis-swieq tat-teknoloġiji u l-katalizzaturi fir-raffinar u l-petrokimika jirrikorru għal arranġament ta’ riċerka interna u fi sħubija. Il-kumpanija Criterion, sussidjarja ta’ Shell, għandha aċċess għar-riċerka ta’ din tal-aħħar, ABB Lummus għandha xi ftehimiet ma’ Chevron u Shell, UOP ma’ Total u operaturi oħra u Albermale ma’ ExxonMobil. Il-kumpanija Axens tindika li l-kollaborazzjoni tagħha ma’ IFP taqa’ f’dan il-kuntest u kienet strutturata b’mod trasparenti skont it-tliet konvenzjonijiet ta’ riċerka u ta’ liċenzja. Dawn tal-aħhar jibbażaw ruħhom, mil-lat ta’ kull wieħed mill-partijiet, fuq loġika kummerċjali klassika. Il-kumpanija Axens temmen li l-fatt li s-sehem tal-fatturat tagħha li jintuża għall-ispejjeż ta’ riċerka huwa komparabbli mal-isforzi magħmula mill-kompetituri tagħha huwa ħjiel ieħor li Axens ma tikseb ebda vantaġġ mir-relazzjonijiet tagħha ma’ IFP.

(83)

Fl-aħħar nett, il-kumpanija Axens tenfasizza li hija tiffaċċja kompetizzjoni minn operaturi b’saħhithom ħafna, li huma ta’ spiss appoġgati mill-Istati ta’ oriġini tagħhom. Fl-Istati Uniti, id-Department of Energy fil-fatt jalloka baġit ta’ bosta mijiet ta’ miljuni ta’ dollari għall-appoġg ta’ proġetti.

5.3.   Osservazzjonijiet ippreżentati mill-UOP

(84)

L-uffiċju prinċipali tal-kumpanija UOP Limited jinsab fir-Renju Unit. Il-kumpanija għandha żewġ siti ta’ produzzjoni, fir-Renju Unit u fl-Italja, u hija attiva fi sbatax-il Stat Membru. Din il-kumpanija hija speċjalizzata fil-ħolqien, l-inġinerija, il-liċenzjar u s-servizzi ta’ proċeduri, bħall-ipproċessar taż-żejt, il-produzzjoni ta’ fjuwils nodfa, it-tneħħija tal-kubrit mill-fjuwils u t-teknoloġiji petrokimiċi. Hija tipproduċi wkoll katalizzaturi, filtri molekolari, assorbenti u tagħmir ieħor speċjalizzat.

(85)

UOP u l-għaqda IFP/Axens huma kompetituri fil-qasam tat-teknoloġiji ta’ produzzjoni u ta’ tneħħija tal-kubrit mill-petrol, ta’ produzzjoni u ta’ estrazzjoni ta’ aromatiċi kif ukoll fil-qasam tal-katalizzaturi għal varjetà kbira ta’ proċessi ta’ produzzjoni ta’ fjuwils nodfa. UOP hija favur il-ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-għajnuna mogħtija lil IFP u taqbel mal-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet l-aktar importanti tagħha.

(86)

L-ewwel nett, UOP tara evoluzzjoni netta fl-attivitajiet ta’ IFP f’dawn l-ahhar snin. IFP irristrutturat attività ta’ liċenzji, relattivament insinifikanti u miftuħa lill-kumpaniji kollha, b’mod li tikkompeti direttament mal-operaturi privati fis-suq tal-proċessi. UOP tfakkar li l-ġurisprudenza Komunitarja titlob li, meta l-Istat jiddeċiedi li jaġixxi bħala operatur ekonomiku, huwa għandu jaġixxi bl-istess kundizzjonjiet ta’ operatur privat. Rigward dan, il-kumpanija UOP temmen li defiċit operattiv ta’ aktar minn 555 miljun ewro f’dawn l-aħħar tliet snin mhuwiex aċċettabbli għal azzjonista normali.

(87)

F’dan il-kuntest, UOP staqsiet lill-Kummissjoni biex toħroġ inġunzjoni għal Franza biex tissospendi l-għajnuna pubblika favur IFP, b’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (20).

(88)

It-tieni nett, UOP temmen li l-fatt li l-għaqda IFP/Axens m’għandhiex tkopri l-ispejjeż kollha ta’ R & Ż mhux biss ippermetta li tirbaħ parti sinifikanti tas-suq tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika, imma wkoll thedded il-profitti tal-kompetituri tagħha. Minbarra hekk, UOP issostni li l-prossimità tas-suq u l-livell baxx tal-attivitajiet ta’ R & Ż tal-għaqda IFP/Axens juru n-nuqqas ta’ effett ta’ inċentiv tal-għajnuna. Fl-aħhar nett, UOP hija tal-fehma li l-benefiċċju li tista’ tagħti għajnuna tkun ikkumpensata bil-kbir bir-riskju ta’ żgumbrament tal-operaturi privati fis-swieq ikkonċernati, minħabba li UOP hija tal-fehma li fi żmien medju l-operaturi privati jkollhom inaqqsu l-ispejjeż tagħhom ta’ R & Ż sabiex jibqgħu kompetittivi mal-kompetituri li huma ssussidjati ħafna.

(89)

It-tielet nett, il-kumpanija UOP taqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni skont liema IFP u s-sussidjarja tagħha Axens huma entità ekonomika waħda. Minn naħa waħda, l-istruttura kapitali, l-istaff maniġerjali, ir-relazzjonijiet preferenzjali u l-livell ta’ integrazzjoni ekonomika ta’ IFP u s-sussidjarja tiegħu Axens iwasslu għal din il-konklużjoni. Rigward dan, UOP tenfasizza li l-integrazzjoni ekonomika taż-żewġ entitajiet hija ppruvata mill-fatt li Axens hija l-unika distributriċi tat-teknoloġiji żviluppati minn IFP u l-ewwel u potenzjalment l-unika destinatarja tar-riżultati ta’ IFP. Ftehimiet bħal dawn juru, skont UOP, li IFP u Axens bilfors jiddependu fuq xulxin, jaħdmu flimkien u għandhom l-istess interessi fis-suq. Min-naħa l-oħra, UOP hija tal-fehma li bħala azzjonist uniku ta’ Axens, IFP jista’ jistabbilixxi l-istrateġija ta’ din il-kumpanija fi żmien qasir u medju.

(90)

Ir-raba’ nett, UOP hija tal-fehma, bħall-Kummissjoni, li biex ma jkunx hemm vantaġġ favur l-għaqda IFP/Axens, il-baġit ta’ IFP li huwa allokat għar-R & Ż mmexxija b’kollaborazzjoni ma’ jew għal Axens għandu jkun iffinanzjat mid-dħul akkwistat mis-suq.

(91)

Il-ħames nett, UOP tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tikkunsidra n-natura speċifika tas-suq tal-liċenzji tat-teknoloġiji ta’ proċessi meta tkun qed tipprova tistabbilixxi korrispondenza bejn l-attivitajiet ta’ R & Ż tal-għaqda IFP/Axens u l-kategoriji ta’ riċerka stabbiliti fl-Anness I tal-qafas R & Ż tal-1996. Din in-natura speċifika tiġi mill-fatt li l-għaqda IFP/Axens u l-kompetituri tagħha ma jikkummerċjalizzawx prodotti jew servizzi iżda proċessi. Skont UOP, il-fatt li l-industrija normalment issemmi l-iżvilupp ta’ proċess li jista’ jiġi kkummerċjalizat bit-termini “R & Ż” m’għandhux jiżvija lill-Kummissjoni mill-fatt li dan l-iżvilupp jinsab ‘l isfel fl-attivitajiet ta’ R & Ż bħal m’huma stabbiliti fil-qafas R & Ż tal-1996. F’dan ir-rigward, UOP issostni li r-R & Ż għall-industriji ta’ proċessi tar-raffinar u tal-petrokimika tista’ tkun ikkategorizzata fi tliet stadji:

a)

stadju ta’ riċerka bażika, li fih il-materjali l-ġodda u kunċetti ta’ proċessi jiġu żviluppati u ttestjati sakemm jiġi ppruvat il-prinċipju tagħhom (21);

b)

stadju ta’ żvilupp tal-proċessi u tal-materjali, li fih il-kunċetti tal-materjali u l-proċessi skoperti huma żviluppati għal applikazzjoni kummerċjali;

ċ)

stadju ta’ żvilupp ta’ applikazzjoni, li fih l-istrumenti jiġu mibnija, li tippermetti l-previżjoni ta’ eżekuzzjonijiet li jistgħu jkunu riprodotti u l-manifattura ta’ materjali sabiex il-proċess jiġi offrut kompetittiv.

(92)

UOP temmen li l-istadji 0 u 0 huma parti integrali tal-iżvilupp kummerċjali.

(93)

Fl-aħħar nett, il-kumpanija UOP, filwaqt li taqbel mal-analiżi tal-Kummissjoni dwar li IFP u s-sussidjarja tiegħu Axens huma entità ekonomika waħda, xtaqet tagħti ċerti elementi addizzjonali fl-ipotesi li l-Kummissjoni tikkonkludi fit-tmiem tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali li IFP u Axens huma żewġ entitajiet ekonomiċi separati. Skont UOP, is-suq tal-proċessi joffri prodotti mhux komparabbli. Għalhekk, l-uniku mod kif jista’ jiġi ggarantit li Axens tħallas il-prezz tas-suq għar-riżultati ta’ IFP huwa l-użu ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Għaldaqstant, UOP temmen li d-dritt tal-ewwel rifjut huwa fih innifsu vantaġġ minħabba li, jekk jiġi konċess dritt tal-ewwel rifjut lil Axens, IFP jirrinunzja għall-possibilità li jittrasferixxi r-riżultati tiegħu bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti lill-operatur li joffri l-aktar fis-suq.

6.   KUMMENTI TA’ FRANZA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(94)

Il-kummenti ta’ Franza huma dwar l-osservazzjonijiet ta’ UOP u dwar l-ilment.

6.1.   Bħala risposta lill-osservazzjonijiet ta’ UOP

(95)

L-ewwel nett, Franza tikkontesta l-affermazzjoni ta’ UOP dwar l-eżistenza ta’ entità waħda IFP/Axens billi tinsisti fuq l-awtonomija ta’ Axens meta kkumparata ma’ IFP u fuq il-fatt li IFP huwa istitut ta’ riċerka, ta’ taħriġ u ta’ dokumentazzjoni, li jagħmluh fondamentalment differenti mis-sussidjarja tiegħu Axens u minn UOP Limited.

(96)

Rigward l-awtonomija ta’ Axens fir-rigward ta’ IFP, Franza tfakkar l-ewwel nett li, skont ġurisprudenza Komunitarja konstanti, l-istruttura azzjonarja ta’ sussidjarja mhijiex, fiha nnifisha, kriterju suffiċjenti biex turi jekk din is-sussidjarja tistax titqies jew le bħala entità li għandha awtonomija ekonomika mill-kumpanija prinċipali tagħha. Axens, minkejja li 100 % tal-ishma tagħha huma miżmuma minn IFP, hija totalment indipendenti fis-suq. Hemm bosta ħjiel li juru din l-indipendenza:

a)

Axens għandha proċess ta’ deċiżjoni awtonomu u organizzazzjoni finanzjarja u umana indipendenti;

b)

Axens tispeċifika liberament il-politika kummerċjali tagħha u l-objettivi ta’ bejgħ u l-marġni grossi tagħha;

ċ)

Axens tintervjeni fis-suq tar-raffinar u tal-petrokimika f’isimha u għaliha stess u għandha l-poter li tagħmel kuntratti mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel ta’ IFP;

d)

Axens għandha awtonomija finanzjarja fil-konfront ta’ IFP fil-limitu tal-poteri kkonferiti speċifikati fl-istatuti tagħha u mhijiex l-unika distributriċi tat-teknoloġiji ta’ IFP.

(97)

Rigward in-natura ta’ IFP, jiġifieri dik ta’ istitut ta’ riċerka li ma jaħdimx għal skopijiet ta’ qligħ, Franza tennet l-affermazzjoni tagħha li IFP huwa istitut ta’ riċerka li l-għan prinċipali tiegħu huwa li jwettaq attivitajiet ta’ riċerka u jqassam ir-riżultati ta’ dawn l-attivitajiet bit-tagħlim, il-pubblikazzjoni jew it-trasferiment ta’ teknoloġiji, u l-profitti jeġgħu jiġu totalment investiti fir-riċerka jew fit-tqassim tar-riżultati ta’ dik ir-riċerka.

(98)

It-tieni nett, billi r-riżorsi ttrasferiti mill-Istat lil IFP m’humiex għajnuna mill-Istat skont l-ewwel inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996, Franza tikkontesta l-affermazzjoni ta’ UOP li tgħid li dawn ir-riżorsi (22) huma għajnuna għall-funzjonament.

(99)

It-tielet nett, skont UOP, kważi t-total tal-appoġġ pubbliku mogħti lil IFP jintuża għall-finanzjament ta’ xogħol orjentat lejn is-suq u, għalhekk, il-qafas ta’ R & Ż tal-1996 ma japplikax. Din l-affermazzjoni hija kkontestata minn Franza, li tfakkar li IFP iwettaq qabel kollox missjoni ta’ interess ġenerali bbażata fuq ir-riċerka fondamentali u l-promozzjoni tar-riżultati tiegħu, kif ukoll fuq it-tagħlim u t-tqassim tal-għarfien tiegħu, li ma jistax jiġi mħallat mal-objettivi kummerċjali stretti li għandhom l-operaturi privati, bħal UOP u Axens.

(100)

Minbarra hekk, ix-xogħol ta’ riċerka li jwettaq IFP għal Axens fil-qafas tal-konvenzjoni ta’ riċerka industrijali huma, minn naħa waħda, studji ta’ vijabilità teknika, u min-naħa l-oħra, xogħol ta’ riċerka industrijali. IFP ma jwettaqx xogħol ta’ riċerka prekompetittiva għal Axens li tagħmel u tiffinanzja dan ix-xogħol waħedha. Inwantu t-tabelli finanzjarji mogħtija mal-osservazzjonijiet ta’ Franza ta’ Frar 2006 jikkonfermaw li IFP jirrispetta totalment id-disposizzjonijiet tad-Direttiva 80/723/KEE, Franza temmen li l-allokazzjoni baġitarja tabilħaqq tintuża biex taqdi il-missjoni tagħha ta’ interess ġenerali u tiffinanzja x-xogħol ta’ R & Ż skont il-qafas R & Ż tal-1996.

(101)

Ir-raba’ nett, skont UOP, id-dritt tal-ewwel rifjut jagħti vantaġġ lil Axens, li ma jkollhiex tħallas il-prezz tas-suq għal dritt bħal dan. Franza tenfasizza l-importanza li jiġi evalwat ir-riżultat ekonomiku globali tar-remunerazzjonijiet mħallsin minn Axens lil IFP. Minbarra d-dividendi, l-elementi ta’ din ir-remunerazzjoni globali (li hija magħmula mir-remunerazzjoni mħallsa taħt id-dritt tal-ewwel rifjut u t-taxxi mħallsin taħt il-konvenzjonijiet ta’ liċenzja ta’ qafas u liċenzja ta’ prodotti) kienu ddeterminati fl-2001 skont loġika ekonomika. Din il-loġika għandha l-iskop li tiggarantixxi li Axens ma jkollhiex vantaġġ ekonomiku mir-relazzjoni tagħħa ma’ IFP u li tassigura redditu deċenti u stabbli minn sena għal sena għal IFP, indipendenti biżżejjed mill-kombinazzjoni li tirriżulta mill-bejgħ istantanju ta’ Axens sabiex jiġi evitat ir-riskju għal IFP ta’ varjazzjonijiet eċċessivi tar-riżorsi.

(102)

Franza ssostni li hija biss din ir-remunerazzjoni globali, appoġġata effettivament minn Axens, miżjuda mal-fatturat totali tagħha, li għandha tiġi analizzata skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, id-dritt tal-ewwel rifjut ma joħloqx vantaġġ kompetittiv favur Axens u lanqas distorzjoni tal-kompetizzjoni.

(103)

Fl-aħhar nett, Franza tikkontesta wkoll l-affermazzjoni skont liema l-eżistenza possibbli ta’ għajnuna illeċita mill-Istat favur l-għaqda IFP/Axens ipprovokat xi danni lill-kompetituri u fixklet id-dinamika tal-innovazzjoni. Franza tindika li UOP Limited hija l-unika kompetitriċi, fost dawk il-ħafna li jeżistu, li ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni. Franza tenfasizza wkoll li m’hemm ebda prova tad-danni allegati.

(104)

Fl-aħhar nett, Franza temmen li d-dinamika tal-innovazzjoni ma kinitx effettwata fis-suq tar-raffinar u tal-petrokimika. Rigward dan, fis-suq tal-liċenzji ta’ teknoloġiji u tal-katalizzaturi, l-analiżi tal-ishma tas-suq turi dominanza netta tal-grupp UOP. Jekk veru jeżisti poter tas-suq, skont Franza, dan jeżisti fi ħdan UOP, u mhux fi ħdan Axens. Hija tgħid ukoll li, anke jekk il-poter tas-suq ta’ UOP naqas, dan it-tnaqqis kien minħabba l-iżbalji strateġiċi ta’ UOP stess, b’mod partikolari fis-suq tat-tneħħija tal-kubrit li fih UOP irrinunzjat li tinvesti u għalhekk baqgħet ‘l barra minn attività li tiġġenera redditi kbar.

6.2.   Risposta għall-ilment anonimu

(105)

L-ewwel nett, Franza terġa’ tafferma li r-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ IFP kienet innotifikata lill-Kummissjoni. L-ittri tal-2001, li bihom infurmat lill-Kummissjoni bil-proġett ta’ riorganizzazzjoni interna li wasslet għas-sussidjarjetà tal-attivitajiet kummerċjali ta’ IFP, huma tassew notifiki skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat.

(106)

It-tieni nett, Franza tfakkar l-argumenti kkwotati fl-osservazzjonijiet tagħha (ara s-sezzjoni 0) u b’risposta għall-kummenti ta’ UOP (ara l-premessi 0 et sequitur) li jikkontradixxu l-affermazzjoni li tgħid li IFP u Axens huma entità ekonomika waħda.

(107)

It-tielet nett, Franza tinsisti fuq il-fatt li x-xogħol ta’ riċerka ta’ IFP imwettaq fil-qafas taċ-ċentru tar-riżultati “Raffinar-Petrokimika” jibbenefika lill-assoċjati industrijali diversi li ġejjin minn bosta Stati […] (**) u mhux biss lil Axens kif jgħid l-ilmentatur.

(108)

Ir-raba’ nett, kontra l-affermazzjoni tal-ilmentatur li tgħid li aktar min-nofs tad-dħul ta’ Axens ġej mill-bejgħ ta’ liċenzji ta’ proċessi u l-provvista ta’ servizzi li għandhom x’jaqsmu, Franza tindika li s-sehem tal-attività “liċenzja ta’ teknoloġiji” (process licensing) fil-fatturat ta’ Axens tas-snin 2003, 2004 u 2005 kien rispettivament ta’ 36 %, 38 % u 31 %.

(109)

Il-ħames nett, Franza tikkontesta l-affermazzjoni tal-ilmentatur li tgħid li Axens m’għandhiex il-faċilitajiet ta’ riċerka tagħha stess. Axens min-naħa l-oħra għadha r-riżorsi umani u materjali tagħha stess biex twettaq ix-xogħol tagħha ta’ żvilupp prekompetittiv għall-iskop ta’ awtorizzazzjoni qabel it-tpoġġija fis-suq: softwer ta’ kejl, strumenti ta’ simulazzjoni ta’ proċeduri, tagħmir ta’ evalwazzjoni ta’ katalizzaturi u ta’ assorbenti u installazzjonijiet pilota ta’ żvilupp ta’ katalizzaturi u ta’ simulazzjoni ta’ sekwenzi ta’ fażijiet unitarji qabel l-estrapolazzjoni industrijali. Ir-riżorsi ta’ Axens ippermettewlha li tiffinalizza l-iżvilupp ta’ prodotti u proċeduri proposti minn terzi oħra minbarra IFP.

(110)

Is-sitt nett, Franza terġa’ tafferma li IFP għad għandha, bil-missjoni tagħha u l-attivitajiet tagħha, il-karatteristiċi ta’ istitut li ma jaħdimx għall-qligħ li jipprattika totalment missjoni ta’ interess ġenerali kkonferita mill-Istat. Din l-analiżi tista’ tkun ikkonfermata mill-funzjonament u l-organizzazzjoni ta’ IFP u tas-sussidjarji tagħha peress li IFP għamel dak kollu possibbli sabiex is-sussidjarji kummerċjali tiegħu jkunu kompletament awtonomi u indipendenti. Għalhekk hija temmen li l-finanzjament ta’ IFP, istitut li ma jaħdimx għall-qligħ, mhuwiex għajnuna mill-Istat konformi mal-ewwel inċiż tal-punt 2.4 tal-qafas R & Ż tal-1996.

(111)

Is-seba’ nett, Franza ma taċċettax speċifikament il-punt li jgħid li l-attività ta’ riċerka ta’ IFP għandha tkun assimilata għas-sempliċi żvilupp ta’ “proċess ta’ teknoloġija” (technology process) li għandu l-possibbiltà kbira li jintuża direttament mill-kumpaniji kummerċjali għall-produzzjoni industrijali tagħhom. Fuq dan il-punt hija tagħti informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċikli ta’ żvilupp ta’ proċeduri u ta’ prodotti.

(112)

It-tmien nett, hija tirreferi għall-osservazzjonijiet mogħtija wara l-ftuħ tal-proċedura dwar l-affermazzjoni tal-ilmentatur li tgħid li r-remunerazzjoni tax-xogħol ta’ riċerka mmexxija minn IFP għal Axens mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq (ara l-premessa 60).

(113)

Id-disa’ nett, Franza tikkontesta l-affermazzjoni li tgħid li l-ammont tal-għajnuna possibbli li tibbenefika minnha Axens hija ta’ 50 miljun ewro għas-sena 2003 u għal dan tirreferi għat-tabelli finanzjarji pprovduti.

(114)

Fl-aħhar nett, Franza temmen li, kontra dak li jafferma l-ilmentatur, il-kompetituri ta’ Axens jibbenefikaw ġeneralment minn għajnuniet pubbliċi (diretti u indiretti) biex iwettqu x-xogħol tagħhom ta’ R & Ż. Pereżempju, il-grupp UOP jirċievi finanzjamenti għall-programmi interni tiegħu tar-R & Ż, min-National Institute of Standards and Technologies (NIST). Minbarra hekk, huwa jesternalizza parti mir-riċerka tiegħu permess ta’ sħubija ma’ istituti, laboratorji ta’ riċerka jew universitajiet, li jibbenefikaw huma stess minn fondi pubbliċi. UOP tikkollabora għalhekk mal-Pacific Northwest National Laboratory, l-Argonne National Laboratory, is-Synchrotron Catalysis Consortium tal-Università tad-Delaware, kif ukoll mal-College of Engineering tal-Università tal-Illinois f’Urbana Champaign, jew ukoll mas-SINTEF Norveġiż.

7.   EVALWAZZJONI

7.1.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

7.1.1.   Identifikazzjoni tal-benefiċjarji potenzjali

(115)

Fid-deċiżjonijiet tagħha tal-1996 u tal-1998, il-Kummissjoni dehrilha li l-għajnuna pubblika allokata lill-attivitajiet ta’ R & Ż immexxija minn IFP ma kellhomx x’jaqsmu mal-qasam ta’ applikazzjon tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat minħabba li IFP kienet organizzazzjoni ta’ riċerka li ma taħdimx għall-qligħ u li ma kienitx involuta fi proċess kummerċjali.

(116)

Għaldaqstant, fid-deċiżjoni tagħha tal-ftuħ tal-proċedura, għal raġunijiet miġburin fil-qosor fil-premessa 37 ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat mill-ġdid parti minn din l-analiżi. B’mod partikolari hija dehrilha li IFP, permess tas-sussidjarji tagħha Axens, Beicip-Franlab u Prosernat, kienet involuta f’attivitajiet ekonomiċi rispettivament fis-suq tat-teknoloġiji ta’ raffinar u tal-petrokimika, fis-suq ta’ parir fl-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt kif ukoll fis-suq tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit (hawn taħt “is-swieq ikkonċernati”). Għalhekk, għandu jiġi investigat jekk is-sussidju pubbliku mogħti lil IFP ma jirriżultax f’għajnuna mill-Istat fis-swieq ikkonċernati.

(117)

Sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni bdiet l-identifikazzjoni tal-benefiċjarji eventwali. Il-Kummissjoni temmen li, f’analiżi kompetittiva, IFP u s-sussidjarji tagħha Axens, Beicip-Franlab u Prosernat ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala operaturi ekonomiċi distinti. Hija tibbaża ruħha l-aktar fuq iż-żamma diretta minn IFP ta’ 100 % tal-kapital ta’ Axens u ta’ 100 % tal-kapital tal-Beicip-franlab u fuq iż-żamma indiretta ta’ 100 % tal-kapital ta’ Prosernat.

(118)

L-istruttura kapitali hija komunament użata mill-Kummissjoni fl-analiżi kompetittivi tagħha bħala indikazzjoni tal-indipendenza tal-impriżi. Rigward dan, il-Kummissjoni tfakkar li l-konsiderazzjoni tal-kriterju tal-istruttura kapitali, bħal m’hija speċifikata fl-Artikolu 3(3) tal-Anness tar-rakkomandazzjoni SME, tippermetti li jiġu esklużi mill-kwalifikazzjoni ta’ SME il-gruppi ta’ impriżi li għandhom poter ekonomiku li jaqbeż dak ta’ SME. Ir-rakkomandazzjoni dwar l-SME’s tikkunsidra li xi impriżi huma “ikkollegati” minn meta xi impriża jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet ta’ voti tal-azzjonisti ta’ impriża oħra. Din ir-rakkomandazzjoni hija wkoll użata f’rapporti oħra tal-Kummissjoni, b’mod partikolari l-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuniet tal-Istat għas-salvataġġ u t-tibdil radikali ta’ impriżi f’diffikultà (23) sabiex tiġi ddeterminata l-indipendenza ta’ impriża. L-istruttura kapitali hija wkoll imsemmija fl-Artikolu 5(4)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (24), jew fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2004 tas-27 ta’ April 2004 fuq l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għall-kategoriji ta’ ftehim dwar it-trasferiment ta’ teknoloġija (25).

(119)

Minbarra l-kriterju tal-istruttura kapitali, il-Kummissjoni tikkunsidra bosta elementi li, jekk jiġu kkunsidrati flimkien, jikkonfermaw l-analiżi tal-Kummissjoni li tgħid li IFP u s-sussidjarji tagħha, min-naħa tal-klijenti u tal-kompetituri fis-swieq ikkonċernati, m’humiex separabbli. Kif tgħid is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Eworopej Intermills vs Il-Kummissjoni (26), “minkejja l-fatt li t-tliet kumpaniji industrijali għandhom personalità ġuridika distinta mill-kumpanija preċedenti Intermills, il-kumpaniji kollha jiffurmaw flimkien grupp uniku, almenu fir-rigward tal-għajnuna allokata mill-awtoritajiet Belġjani. Il-Kummissjoni għalhekk kellha raġun li tikkunsidra l-grupp kollu bħala “impriża” unika fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 92 tat-Trattat.”

(120)

Rigward il-missjonijiet u l-attivitajiet ta’ IFP u tas-sussidjarji tagħha, il-Kummissjoni tosserva li anke jekk l-objettiv ewlieni u l-istatut ta’ IFP jkunu differenti minn dawk tas-sussidjarji tiegħu, il-promozzjoni tar-riżultati ta’ R & Ż ta’ IFP fis-suq jidhru minkejja kollox fost il-prijoritajiet stabbiliti mill-Istat fil-kuntratt tiegħu ta’ objettivi ma’ IFP u tagħmel parti mill-istrateġija ta’ żvilupp ta’ IFP. Il-punt wara dan huwa li “jinkiseb redditu finanzjarju fuq l-ispejjeż ta’ R & Ż, li jżid l-isforz tar-riċerka” filwaqt li jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet offerti mis-swieq:

fil-qasam “Raffinar-Petrokimika”, il-kuntratt ta’ objettivi jindika li “l-ambizzjoni ta’ IFP, waqt dawn l-għaxar snin, huwa li jestendi l-qasam ta’ intervent u li jżid l-ishma tiegħu fis-suq biex isir, fuq livell dinji, attur ewlieni. … [Il-punt huwa li] isaħħaħ is-settur il-ġdid magħmul mid-Direttorat Industrijali ta’ IFP u Procatalyse [Axens], li għandu l-iskop li jibbenefika mill-effett multiplikatorju assoċjat mal-bejgħ ta’ liċenzji u li jippromwovi bl-aħjar mod il-potenzjal ta’ R & Ż ta’ IFP f’dan il-qasam.”

fil-qasam “Esplorazzjoni-Produzzjoni”, “hemm bżonn, għal kull każ, li jintużaw bl-aħjar mod possibbli l-“kompetenzi tal-Grupp”, b’mod partikolari dawk tas-sussidjarji diretti, u li jittieħdu minnhom is-sinerġiji kollha possibbli ta’ din is-sistema, biex tiġi assigurata l-kopertura l-aktar effikaċi tas-swieq” (27).

(121)

Rigward il-kontroll effettiv tas-sussidjarji, il-Kummissjoni kkunsidrat, minn naħa waħda, il-preżenza tal-istaff maniġerjali ta’ IFP fil-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tas-sussidjarji, u min-naħa l-oħra, iċ-ċentri ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-orjentazzjonijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet fondamentali:

Axens: sal-10 ta’ Novembru 2005, minn disa’ membri tal-bord tad-diretturi, sitt amministraturi kienu parti wkoll mill-istaff maniġerjali ta’ IFP, u b’mod partikolari ħames amministraturi kienu fil-kumitat eżekuttiv ta’ IFP. Il-bord tad-diretturi kien l-uniku wieħed li kellu l-awtorizzazzjoni li jadotta l-baġit, il-pjan ta’ investiment u l-pjan ta’ finanzjament annwali ta’ Axens u l-ispejjeż ta’ investiment ta’ aktar minn 762 000 ewro kellhom ikunu validati mill-bord tad-diretturi.

Beicip-Franlab: sal-1 ta’ Jannar 2003, tliet membri tal-kunsill ta’ sorveljanza ta’ Beicip-Franlab minn sebgħa kienu parti mill-istaff maniġerjali ta’ IFP. Skont l-istatut ta’ Beicip-Franlab, il-kunsill ta’ sorveljanza kellu kontroll permanenti fuq il-ġestjoni mill-bord tad-diretturi tiegħu.

Prosernat: sal-1 ta’ Jannar 2003, tliet membri tal-bord tad-diretturi ta’ Prosernat minn ħamsa kienu wkoll parti mill-kumitat eżekuttiv ta’ IFP. Il-bord tad-diretturi ta’ Prosernat kien jiddeċiedi l-pjanijiet strateġiċi, il-baġit annwali, il-ħolqien ta’ attivitajiet ġodda, u l-ftehimiet ta’ negozji kontġunti.

(122)

Il-Kummissjoni tindika li l-ftehimiet esklużivi, bħala konvenzjonijiet regolamentati, huma rregolati minn regoli preċiżi skont liema r-rappreżentant ta’ IFP fil-bord tad-diretturi ma jiħux sehem fil-votazzjoni fuq il-kwistjonijiet dwar il-ftehimiet esklużivi. Madankollu, jekk ir-rappreżentant ta’ IFP ma jiħux sehem fil-votazzjoni, membri oħra tal-bord tad-diretturi, li huma wkoll diriġenti ta’ IFP, jieħdu sehem f’din il-votazzjoni.

(123)

Il-Kummissjoni tikkonċedi li l-ftehimiet esklużivi m’humiex fihom infushom indikazzjoni tan-nuqqas ta’ awtonomija tal-impriżi. Mandankollu, l-Kummissjoni tosserva li dawn il-kuntratti huma essenzjali għall-attivitajiet ekonomiċi tas-sussidjarji.

(124)

Hija tikkunsidra wkoll il-fatt li l-possibbiltajiet ta’ riċerka b’kollaborazzjoni ma’ impriżi oħra fil-qasam tal-attivitajiet tas-sussidjarji huma strettament imfissra fil-ftehimiet esklużivi. Għalhekk, IFP tista’ tibda proġett fil-qasam tal-attivitajiet tas-sussidjarji kkonċernati biss jekk dawn ma jixtiqux iwettqu l-proġett ta’ riċerka, wara li jeżerċitaw id-dritt tal-ewwel rifjut (1). Barra dan, IFP għandu dritt tal-ewwel rifjut fuq ix-xogħol ta’ riċerka kollu li s-sussidjarji ikkonċernati jixtiequ jagħmlu. Huwa biss wara li ma jiġix eżerċitat id-dritt tal-ewwel rifjut minn IFP li s-sussidjarji kkonċernati jkollhom il-possibbiltà li jipproponu l-proġett ta’ riċerka lil impriżi oħra (2). Il-Kummisjoni temmen li dawn ir-restrizzjonijiet huma indikatur tal-integrazzjoni ekonomika qawwija ta’ IFP u s-sussidjarji ikkonċernati.

(125)

Minbarra hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat l-eżistenza ta’ kuntratti ta’ provvista, b’mod partikolari ta’ bini u staff:

għal Axens: bini, servizzi ta’ kejtering tal-impriża, staff, servizzi amministrattivi;

għal Beicip-Franlab: teżorier, staff;

għal Prosernat: servizzi legali u finanzjarji.

(126)

Rigward il-kwistjoni tad-dħul ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu fis-swieq ikkonċernati, il-Kummissjoni temmen li hemm bosta elementi li jindikaw li IFP u s-sussidjarji kkonċernati għandhom preżenza u dehra komuni għall-klijenti tagħhom u l-kompetituri tagħhom. Minbarra l-kliem “IFP Group Technologies” fil-logos ta’ Axens u Prosernat, hemm xi kollegamenti diretti bejn is-siti elettroniċi tas-sussidjarji kkonċernati u s-sit elettroniku ta’ IFP. Minbarra hekk, fuq is-sit elettroniku tagħhom, Axens u Prosernat jirreferu għall-isforzi ta’ R & Ż ta’ IFP fil-qasam ta’ attivitajiet tagħhom (28). Hekk ukoll, l-uffiċju ta’ Beicip-Franlab f’Bahrain jismu “IFP Middle East Consulting”. Minbarra hekk, IFP u Axens jipparteċipaw flimkien f’diversi konferenzi (29). Il-Kummissjoni sabet ukoll bosta referenzi għal entità waħda IFP/Axens f’pubbliċità u pubblikazzjonijiet (30) u fis-siti elettroniċi ta’ atturi fis-settur (31).

(127)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva kontro-referenza bejn l-oqsma ta’ attivitajiet ta’ IFP u dawk tas-sussidjarji Axens, Beicip-Franlab u Prosernat, u dan iżid in-neċessità li l-grupp IFP jiġi kkunsidrat bħala impriża waħda.

(128)

Bħala konklużjoni, l-objettiv ta’ valorizzazzjoni tar-riżultati ta’ R & Ż jinsab fil-qalba tal-istrateġija ta’ żvilupp ta’ IFP bħal m’huwa speċifikat fil-kuntratt ta’ objettivi tiegħu mal-Istat. Barra hekk, iż-żamma tal-kapital tas-sussidjarji u l-preżenza tal-istaff ta’ diriġenti ta’ IFP fil-qafas tas-sussidjarji huma prova ta’ kontroll ġuridiku u de facto ta’ IFP fuq is-sussidjarji kkonċernati. Fl-aħħar nett, il-ftehimiet esklużivi bejn IFP u s-sussidjarji kkonċernati fl-oqsma essenzjali tal-attivitajiet tagħhom juru l-integrazzjoni ekonomika tal-entitajiet preżenti. Minbarra dan, id-dehra u l-preżenza komuni ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu fis-swieq ikkonċernati huma indikaturi oħra. Għalhekk, il-Kummissjoni temmen li skont il-prattika deċiżjonali tagħha u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-sussidjarji kkonċernati ma jistgħux jiġu sseparati mill-kumpanija prinċipali tagħhom IFP, bħala operaturi ekonomiċi fis-swieq ikkonċernati.

(129)

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-Kummissjoni temmen li l-benefiċjarji ta’ għajnuna possibbli tal-Istat huma l-entitajiet IFP, Axens, Beicip-Franlab u Prosernat għall-attivitajiet tagħhom fis-suq tat-tekonoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika, fis-suq tal-konsulenza fl-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt kif ukoll fis-suq tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit.

7.1.2.   Determinazzjoni tal-vantaġġ selettiv iffinanzjat minn riżorsi tal-Istat

(130)

Billi ġie pprovat li IFP, permezz tas-sussidjarji tiegħu Axens, Beicip-Franlab u Prosernat, iwettaq attivitajiet ekonomiċi, l-għajnuna pubblika allokata mill-Istat lil IFP fl-oqsma tal-attivitajiet tat-tliet sussidjarji aktarx taqa’ taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

(131)

Il-mistoqsija li l-Kummissjoni għandha twieġeb qabel ma tikkonkludi li hemm vantaġġ kompetittiv hija jekk il-finanzjament pubbliku ta’ IFP jibbenefikax wkoll l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu fis-swieq ikkonċernati. Rigward dan, il-Kummissjoni speċifikat l-interpretazzjoni tagħha tal-kunċett ta’ għajnuna, fil-każ fejn l-istess entità tipprattika attivitajiet ekonomiċi u mhux ekonomiċi, fil-qafas il-ġdid Komunitarju tal-għajnuniet tal-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni (32) tal-2006, li jirrifletti l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fuq is-suġġett: “Jekk l-istess entità twettaq attivitajiet ekonomiċi kif ukoll mhux ekonomiċi, sabiex jiġi evitat il-kontro-sussidju favur l-attività ekonomika, il-finanzjament pubbliku tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ma jaqax taħt l-Artikolu 87(1) tat-Trattat jekk iż-żewġ tipi ta’ attivitajiet u l-ispejjeż tagħhom u finanzjament jistgħu jiġu distinti b’mod ċar. Prova li l-ispejjeż ġew allokati korrettement tista’ tikkonsisti f’rapporti finanzjarji annwali tal-universitajiet u l-organizzazzjonijiet ta’ riċerka” (33).

(132)

Fi kliem ieħor, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk jeżistix kontro-sussidjar tal-attivitajiet ekonomiċi permezz tal-finanzjament mill-Istat tal-attivitajiet mhux ekonomiċi ta’ IFP. Biex tagħmel dan, il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni tal-kontijiet ta’ IFP sabiex tidentifika l-ammont possibbli tas-sussidju pubbliku li jiġi allokat għall-attivitajiet kummerċjali tagħhom. Fil-fatt, billi IFP u s-sussidjarji kkonċernati huma entitajiet ġuridiċi distinti, il-kontijiet tagħhom huma separati. Il-Kummissjoni temmen li, jekk hemm sussidju ta’ attivitajiet ekonomiċi, dan jirriżulta mir-remunerazzjonijiet mħallsin mis-sussidjarji kkonċernati lill-kumpanija prinċipali u jirrifletti fil-kontijiet ta’ IFP.

(133)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota sew li l-baġit ta’ IFP huwa organizzat, għal kull tip ta’ attività, f’seba’ ċentri ta’ riżultati, u dan jippermetti li jkun hemm separazzjoni effettiva tal-kontijiet tal-attivitajiet ta’ R & Ż, tat-taħriġ, tat-trasmissjoni ta’ tagħrif u tal-ġestjoni tal-fondi ta’ IFP.

(134)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni temmen li l-kontijiet rilevanti fil-qafas tal-investigazzjoni tagħha huma dawk taċ-ċentru tar-riżultati “Raffinar-Petrokimika” għall-attivitajiet fil-qasam tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika kif ukoll għall-attivitajiet fil-qasam tat-teknoloġiji tal-irkupru tal-kubrit u dawk taċ-ċentru tar-riżultati “Esplorazzjoni-Produzzjoni” għall-attivitajiet fil-qasam tal-konsulenza fl-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt kif ukoll għall-attivitajiet fil-qasam tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass. Il-Kummissjoni temmen li l-finanzjament pubbliku tal-proġetti mmexxija ġewwa s-settur “Riċerka esploratorja” ma jaqax taħt l-investigazzjoni tagħha minħabba li dawn il-proġetti li għandhom x’jaqsmu mar-riċerka fondamentali, skont l-Anness I tal-qafas R & Ż tal-1996, huma ta’ riskju kbir u m’humiex iddestinati lis-sussidjarja preċiża.

(135)

It-tieni nett, il-Kummissjoni temmen li s-sistema ta’ verifika analitika implimentata fi ħdan IFP tippermetti effettivament allokazzjoni tal-prodotti (minbarra l-allokazzjoni baġitarja tal-Istat) u tal-ispejjeż ġewwa kull ċentru tar-riżultati. Hija tosserva f’dan ir-rigward li l-verifika analitika ta’ IFP hija bbażata fuq il-kunċett tal-proġett. Il-proġetti huma miġbura flimkien f’ċentri ta’ riżultati. Fi ħdan kull ċentru ta’ riżultati, il-proġetti huma elenkati f’segmenti jew tipi. L-allokament tal-ispejjeż u tal-prodotti f’kull ċentru ta’ riżultati jsir proġett proġett. Minbarra dan, il-Kummissjoni tosserva li l-baġit u l-kontijiet annwali ta’ IFP huma soġġetti għall-kontroll estern u indipendenti ta’ żewġ kummissarji tal-kontijiet.

(136)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tosserva li ċ-ċentri ta’ riżultati għandhom id-dħul tagħhom stess billi l-allokazzjoni baġitarja tal-Istat m’hijiex allokata b’mod analitiku liċ-ċentri ta’ riżultati. Minn dan eventwalment jirriżulta defiċit kontabilistiku bejn il-prodotti u l-ispejjeż allokati għalihom. Id-dħul tagħhom stess jinkludu r-remunerazzjonijiet ta’ servizzi, it-taxxi fuq liċenzji u d-dividendi mħallsin mis-sussidjarji.

(137)

Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tosserva li l-ispejjeż totali li jkollu IFP fuq proġett speċifiku huma kkunsdrati, u jinkludu mhux biss l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu direttament mal-proġett (xiri ta’ provvisti u tagħmir żgħir li ma jistax ikun mobilizzat, servizzi ta’ barra, spostamenti, assigurazzjonijiet, dokumentazzjoni, manuntenzjoni u lokazzjoni speċifika għall-proġett) imma wkoll l-ispejjeż indiretti (salarji u kontribuzzjonijiet soċjali tal-istaff, ħlas ta’ beni kapitali tanġibbli u intanġibbli, spejjeż ġenerali). L-ispejjeż indiretti huma ċċarġjati lill-proġett b’mod pro rata għan-numru ta’ persuni * siegħa skont rata għal kull siegħa kkalkolata skont il-kategorija tal-istaff ikkunsidrat (inġiniera, teknixins, eċċ.). Il-Kummissjoni temmen li dan il-metodu ta’ imputazzjoni huwa objettiv u relattiv mil-lat kontabilistiku rigward l-attivitajiet kkunsidrati.

(138)

Il-ħames nett, il-Kummisjoni tosserva li l-ispiża tal-proġetti orizzontali mmexxija fi ħdan iċ-ċentri ta’ riżultati fuq is-segmenti “Tagħmir tal-professjoni” u “Attivitajiet ta’ Appoġġ” hija wkoll mogħdija lil kull proġett jew direttament, jew b’mod pro rata tat-total tal-ispejjeż tas-segment li qiegħed fih (Xiri ta’ kompetenzi jew riċerka industrijali).

(139)

Fl-aħhar nett, il-Kummissjoni tinnota sew li l-provvisti l-oħra, imsemmija fil-premessa 124, huma soġġetti għall-konvenzjonijiet bejn IFP u s-sussidjarji kkonċernati. Dawn is-servizzi huma ċċarġjati minn IFP skont l-ispejjeż totali u imputati liċ-ċentri ta’ riżultati kkonċernati.

(140)

Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tikkonkludi li l-ispejjeż taċ-ċentri ta’ riċerka “Raffinar-Petrokimika” u “Esplorazzjoni-Produzzjoni” jirriflettu effettivament it-total tal-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ IFP fis-swieq ikkonċernati.

(141)

Madankollu, il-Kummisjoni tinnota sew li m’hemmx korrespondenza eżatta bejn iċ-ċentri ta’ riżultati “Raffinar-Petrokimika” u “Esplorazzjoni-Produzzjoni” minn naħa waħda, u, min-naħa l-oħra, l-oqsma ta’ attivitajiet tas-sussidjarji kkonċernati. Fi kliem ieħor, f’terminoloġija użata fil-konvenzjonijiet ta’ riċerka, iċ-ċentri ta’ riżultati jiġbru attivitajiet f’oqsma esklużivi tas-sussidjarji iżda wkoll f’oqsma mhux esklużivi.

(142)

Minn naħa waħda, iċ-ċentru ta’ riżultati “Raffinar-Petrokimika” jiġbor l-attivitajiet ta’ R & Ż ta’ IFP fil-qasam tat-teknoloġiji tal-irkupru tal-kubrit li r-riżultati tiegħu jintużaw mis-sussidjarja Prosernat, fil-qasam tat-teknoloġiji ta’ raffinar, petrokimika, GTL (gas to liquid), tal-esteri taż-żjut veġetali għal żjut tad-diżil li r-riżultati tagħhom jintużaw mis-sussidjarja Axens, kif ukoll fil-qasam tas-CTL (coal to liquid), tal-bijomassa (minbarra l-esteri taż-żjut veġetali għaż-żjut tad-diżil) u tal-produzzjoni tal-idroġenu li r-riżultati tagħhom jintużaw b’kollaborazzjoni ma’ sħab industrijali oħra.

(143)

Min-naħa l-oħra ċ-ċentru ta’ riżultati “Esplorazzjoni-produzzjoni” jinkludi x-xogħol ta’ R & Ż ta’ IFP fil-qasam tal-konsulenza dwar l-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt, li r-riżultati tagħhom jintużaw mis-sussidjarja Beicip-Franlab, fil-qasam tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass, li r-riżultati tagħhom jintużaw mis-sussidjarja Prosernat, iżda wkoll fil-qasam tal-irkupru tas-CO2 u tat-trasport tal-idroġenu li r-riżultati tagħhom jintużaw b’kollaborazjoni ma’ sħab industrijali oħra.

(144)

Minbarra hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra l-fatt li ħafna proġetti mmexxija fi ħdan iċ-ċentri ta’ riżultati “Raffinar-Petrokimika” u “Esplorazzjoni-Produzzjoni” fis-segment “Xiri ta’ kompetenzi” jaqgħu taħt ir-riċerka fondamentali skont l-Anness I tal-qafas R & Ż tal-1996 u r-riżultati tagħhom huma trasmessi b’mod estensiv lill-impriżi Komunitarji mingħajr diskriminazzjoni. L-għan ta’ dawn il-proġetti huwa l-ħruġ ta’ ideat ġodda minn riċerka kreattiva li qed tintuża ħafna kif ukoll l-iżvilupp ta’ kompetenzi. Franza tat lill-Kummissjoni lista ta’ proġetti mmexxija fuq dawn is-segmenti u fuljetti deskrittivi. Minbarra dan, il-Kummissjoni tinnota li IFP tqassam ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol permezz ta’ numru ta’ strumenti, bħal pereżempju l-ġurnal xjentifiku tiegħu stess Oil & Gas Science and Technology, li huwa aċċessibbli fuq l-Internet liberament, l-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’kungressi, il-pubblikazzjoni ta’ kotba, l-isħubijiet ma’ ċentri ta’ riċerka oħra u l-appoġġ għad-dottorati.

(145)

Billi tikkunsidra l-elementi msemmija fil-premessi 132 sa 138, il-Kummissjoni temmen li s-sistema ta’ verifika analitika ta’ IFP tippermetti li jiġu ntraċċati l-ispejjeż kollha li kellhom u r-remunerazzjonijiet li daħħlu mill-attivitajiet ekonomiċi. Minkejja dan, il-Kummissjoni tosserva li fl-organizzazzjoni attwali tal-kontijiet ta’ IFP, id-distinzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi mill-attivitajiet mhux ekonomiċi tirrikjedi analiżi dettaljata tal-kontijiet taċ-ċentri ta’ riżultati, proġett proġett. Hija temmen għalhekk li, fil-futur, IFP għandu jorganizza u jippubblika l-kontijiet tiegħu sabiex ikunu delimitati b’mod aktar ċar l-attivitajiet ekonomiċi u l-attivitajiet mhux ekonomċi tiegħu, pereżempju billi jinġabru l-attivitajiet ekonomiċi tiegħu ġewwa l-istess ċentru ta’ riżultati, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE.

(146)

Wara l-investigazzjoni tal-kontijiet taċ-ċentri ta’ riżultati ta’ IFP, il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-ammont tal-ispejjeż tal-proġetti R & Ż kif ukoll tar-riżorsi proprji ta’ IFP fl-oqsma tal-attivitajiet esklużivi tas-sussidjarji Axens u Prosernat, li huma t-teknoloġiji tar-raffinar, tal-petrokimika, tal-GTL u tal-esteri taż-żjut veġetali għaż-żjut tad-diżil, kif ukoll it-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit:

Tabella 1

(EUR)

 

2003

2004

2005

2006

Spejjeż

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Riżorsi proprji

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Defiċit kontabilistiku

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

(147)

Dawn l-istatistiċi li jindikaw defiċit kontabilistiku, l-attivitajiet kummerċjali ta’ IFP fl-oqsma tat-teknoloġiji tar-raffinar, tal-petrokimika, tal-GTL u tal-esteri taż-żjut veġetali għaż-żjut tad-diżil, kif ukoll tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit m’humiex totalment iffinanzjati mir-riżorsi proprji u għalhekk jibbenefikaw mill-finanzjament allokat mill-Istati lil IFP. Dan huwa vantaġġ selettiv iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat.

(148)

Id-defiċit akkumulat fil-perijodu 2003-2006 għalhekk, għaż-żewġ swieq ikkonċernati, jilħaq [inqas minn 50 miljun ewro] (**). Dan l-ammont huwa minkejja kollox nettament inferjuri mill-ammont mogħti minn UOP.

(149)

L-attivitajiet ta’ IFP fil-qasam tal-konsulenza fl-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt jimmeritaw aċċenn speċjali. Fil-fatt, il-Kummissjoni tosserva li l-konvenzjoni ta’ żvilupp bejn IFP u s-sussidjarja tiegħu Beicip-Franlab, kif kien emendat mill-klawżola addizzjonali ffirmata fis-16 ta’ Diċembru 2005 u applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2005, jistabbilixxi li Beicip-Franlab għandha tagħti lura lil IFP it-total tal-ispejjeż, aġġornati bir-rata ta’ imgħax legali, tax-xogħol li għamel fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Beicip-Franlab, inkluż ix-xogħol ta’ riċerka fuq l-algoritmi, mudelli u metodi. Minbarra dan, il-Kummissjoni vverifikat ir-remunerazzjonijiet mħallsin minn Beicip-Franlab lil IFP fl-2003 u fl-2004 u tinnota li dawn ikopru faċilment l-ispejjeż tax-xogħol immexxi minn IFP fil-qasam esklużiv tas-sussidjarja tiegħu.

(150)

Għalhekk il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li x-xogħol ta’ IFP u ta’ Beicip-Franlab huwa integralment iffinanzjat mid-dħul li ġej mis-suq tal-konsulenza fl-isfruttament tal-meded taż-żejt u l-ikkummissjonar ta’ softwer tal-isfruttament taż-żejt. Għalhekk f’dan is-suq, IFP u l-Beicip-Franlab m’għandhomx vantaġġ kompetittiv.

7.1.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna

(151)

Bħala konklużjoni, ċerti attivitajiet ta’ IFP ma jaqgħux fil-qasam tal-attivitajiet mhux ekonomiċi tiegħu minħabba li jwasslu għal użu kuumerjali mis-sussidjarji tiegħu. Il-Kummissjoni fil-fatt waslet għall-konklużjoni li s-sussidjarji kkonċernati ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala operaturi awtonomi mill-kumpanija prinċipali tagħhom minħabba li l-attivitajiet tagħhom jagħmlu parti mill-istrateġija ta’ żvilupp ta’ IFP, minħabba li IFP għandu kontroll mhux biss ġuridiku iżda wkoll de facto, minħabba li xi ftehimiet esklużivi juru integrazzjoni ekonomika qawwija u minħabba li IFP u s-sussidjarji kkonċernati għandhom dehra komuni f’għajnejn l-operaturi tas-setturi kkonċernati.

(152)

Minbarra dan, IFP għandu, għall-attivitajiet kummerċjali tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-qasam ta’ attivitajiet tas-sussidjarja Beicip-Franlab, finanzjament pubbliku parzjali, li huwa vantaġġ selettiv minħabba li huwa allokat għal impriżi waħda biss. Minbarra hekk, dan il-finanzjament jiġi mill-Istat.

(153)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li, fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Axens u Prosernat, il-kriterji l-oħra tal-eżistenza tal-għajnuna huma ssodisfati wkoll.

(154)

Il-Kummissjoni temmen li kull kontribuzzjoni lill-attivitajiet fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Axens u Prosernat issaħħaħ il-pożizzjoni kompetittiva ta’ IFP u s-sussidjarji tagħha u tista’ timplika distorzjoni ta’ kompetittività.

(155)

Rigward il-qasam tal-attivitajiet ta’ IFP u ta’ Axens, il-Kummissjoni tinnota sew l-informazzjoni rrappurtata minn Franza, imsemmija minn Axens fl-osservazzjonijiet tagħha, li turi l-ammont għoli, b’mod partikolari meta kkumparat mal-impriżi oħrajn tas-settur, tal-ispejjeż tar-riċerka addizzjonali ffinanzjati mis-sussidjarja Axens mir-riżorsi proprji. Mandankollu, il-Kummissjoni temmen li n-nuqqas ta’ vantaġġ ma jistax jiġi mnaqqas minn dan l-ammont għoli minħabba li l-analiżi tal-kontijiet ta’ IFP turi b’mod ċar defiċit kontabilistiku bejn l-ispejjeż u r-riżorsi fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Axens.

(156)

Rigward il-qasam tal-attivitajiet ta’ IFP u ta’ Prosernat, il-Kummissjoni tinnota sew l-osservazzjonijiet ta’ Franza li tgħid li l-kollaborazzjoni fil-maġġoranza tal-proġetti mmexxija fil-qasam tar-riċerka u tal-esplorazzjoni taż-żejt hija miftuħa mingħajr diskriminazzjoni għal bosta sħab industrijali. Madankollu ċerti proġetti jaqgħu taħt xi ftehimiet esklużivi bejn IFP u Prosernat u minħabba dan, il-kollaborazzjonijiet ma’ sħab industrijali oħrajn huma strettament ikkontrollati u limitati. Minn dan, Prosernat tieħu vantaġġ selettiv iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat.

(157)

Minbarra hekk, hemm possibbiltà li din id-distorzjoni ta’ kompetittività jkollha impatt fuq il-kummerċ intra-Komunitarju, minħabba li s-setturi tal-attivitajiet tas-sussidjarji kkonċernati huma swieq kompetittivi fuq livell dinji. Is-suq tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika huwa suq ta’ dimensjoni dinjija, miftuħ għall-kompetittività mis-snin 50. Il-kompetituri ta’ IFP u ta-Axens f’dan is-suq huma prinċipalment l-impriżi UOP, Chevron, Lummus, Shell, ExxonMobil, Haldor Topsoe u ConocoPhillips. Fis-suq tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u tal-irkupru tal-kubrit, IFP u Prosernat jikkompetu ma’ fornituri ta’ tagħmir tat-trattament tal-gass, bħal m’huma l-kumpaniji KCC, KPS, SIIRTEC-NIGI, Hanover Maloney, Frames, TDE u GPS, ma’ dawk li jagħtu l-liċenzji tat-teknoloġija biex tħaffef il-gass, bħall-UOP, ExxonMobil, Shell Global Solutions, BASF, Eneos u Huntsman kif ukoll ma’ xi speċjalisti tal-kubrit, bħal m’huma Jacobs, Black & Veath Pritchard, Lurgi, Parsons, Technip-KTI, SIIRTEC-NIGI, CBI &TPA.

(158)

Għalhekk, il-Kummissjoni rribattiet l-argument ta’ Franza li jgħid li l-elementi kollha neċessarji għall-kwalifikazzjoni tal-għajnuna pubblika għall-attivitajiet ta’ IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat bħala għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat m’humiex preżenti.

(159)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tispeċifika li l-kwistjoni tal-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat addizzjonali skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat, li tirriżulta mill-istatut il-ġdid tal-EPIC u tal-possibbiltà ta’ garanzija illimitata tal-Istat favur IFP li tirriżulta minn dan l-istatut (34) hija s-suġġett ta’ investigazzjoni separata tal-Kummissjoni fil-qafas ta’ proċedura oħra (NN11/2008). Din l-investigazzjoni separata hija possibbli b’mod partikolari minħabba l-karattru relattivament reċenti ta’ dan l-istatut il-ġdid tal-EPIC meta kkumparat mal-miżuri kollha investigati f’din id-deċiżjoni.

7.2.   Legalità tal-għajnuna

(160)

Il-Kummissjoni wriet li IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat għandhom vantaġġ selettiv iffinanzjat mir-riżorsi tal-Istat. Dan il-vantaġġ jirriżulta min-nuqqas tal-kopertura mir-riżorsi tagħhom stess tal-attivitajiet R & Ż fl-oqsma tal-attivitajiet ta’ Axens u Prosernat. In-nuqqas ta’ kopertura tal-ispejjeż ta’ IFP fl-oqsma ta’ Axens u ta’ Prosernat jirriżulta mis-sistemi ta’ trasferiment intra-grupp, bħal m’huma stabbiliti fil-ftehimiet esklużivi bejn IFP u Axens minn naħa, u IFP u Prosernat min-naħa l-oħra. Għalhekk il-Kummissjoni temmen, li l-eżistenza tal-għajnuna tirriżulta mis-simultanjetà tal-eżistenza ta’ sussidjarji kummerċjali u l-iffirmar ta’ ftehimiet esklużivi bejn dawn is-sussidjarji u l-kumpanija prinċipali, minħabba li dawn ma jiggarantux il-kopertura totali tal-ispejjeż tax-xogħol immexxi minn IFP għal Axens u Prosernat. Tajjeb infakkru li l-ftehimiet bejn IFP u Axens daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2001 u l-ftehimiet bejn IFP u Prosernat fl-1 ta’ Jannar 2002.

(161)

Il-Kummissjoni tinnota sew l-osservazzjonijiet ta’ Franza u msemmijin fil-qosor fis-sezzjoni 0. Il-Kummissjoni tifhem b’mod partikolari li Franza dehrilha li rrapportat l-elementi essenzjali tat-tibdil strutturali u kuntrattwali lill-Kummissjoni fl-2001. Minkejja dan, il-Kummissjoni temmen li l-evoluzzjoni tal-attività kummerċjali ta’ IFP mill-2001 permezz tas-sussidjarji tiegħu hija tant kbira li teffettwa b’mod sinjifikattiv kull analiżi ekonomika u ġuridika li saret qabel. Għalhekk il-Kummissjoni żżomm mal-evalwazzjoni tagħha, żviluppat fil-punt 3.2 tad-deċiżoni tal-ftuħ tal-proċedura f’dak li għandu x’jaqsam mal-illegalità tal-għajnuna, li tgħid li l-għajnuna msemmija għandha tiġi kkunsidrata bħala waħda illegali mid-data ta’ għeluq tal-validità tad-deċiżjoni tagħha tal-1998, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2003.

(162)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-osservazzjonijiet ta’ Franza u tal-kumpanija Axens dwar is-sitwazzjoni ta’ fiduċja leġittima li rriżultat bejn il-benefiċjarji. Madankollu, fid-dawl tal-elementi li ġejjin, jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna allokata lil IFP u s-sussidjarji tagħha hija kompatibbli mas-suq komuni, m’huwiex neċessarju li l-Kummissjoni tagħti l-opinjoni tagħha fuq din il-kwistjoni.

7.3.   Ordni ta’ sospensjoni

(163)

Il-Kummissjoni ma approvatx it-talba tal-kumpanija UOP biex tadotta deċiżjoni li tordna lil Franza tissospendi l-ħlas ta’ kull għajnuna illegali. Fil-fatt, minn naħa waħda, l-appoġġ pubbliku allokat lil IFP huwa s-sors prinċipali tal-finanzjament ta’ attivitajiet oħra għajr dawk ekonomiċi ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat, bħall-attivitajiet ta’ taħriġ, ta’ riċerka fondamentali u ta’ R & Ż b’kollaborazzjoni kif ukoll it-tqassim tar-riżultati ta’ R & Ż, li l-Kummissjoni tikkunsidrahom teoretikament bħala mhux ekonomiċi u li jirrapreżentaw aktar minn 90 % tal-għajnuna pubblika allokata lil IFP. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni dehrilha li deċiżjoni bħal din ma kinitx relevanti minħabba li huwa raġonevoli li tiġi antiċipata l-kompatibbiltà ta’ għallinqas parti mill-għajnuna.

7.4.   Bażi għall-investigazzjoni tal-kompatibbilità tal-għajnuna

(164)

Qabel ma jiġu investigati l-istadji ta’ riċerka stabbiliti fil-qafas R & Ż tal-1996, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-attivitajiet immexxija minn IFP, li huma suġġetti għal għajnuna mill-Istat, għandhomx x’jaqsmu tassew mar-riċerka u l-iżvilupp. Rigward dan, il-Kummisjoni tirreferi għall-manwal ta’ Frascati (35) li jagħti xi definizzjonijiet tar-R & Ż u xi klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet kostitwenti tagħha.

(165)

Dan il-manwal jipprovdi kriterji li jippermettu li tiġi distinta r-R & Ż mill-attivitajiet xjentifiċi, teknoloġiċi u industrijali kkollegati. Il-kriterju fondamentali propost mill-manwal huwa l-eżistenza, fir-R & Ż, ta’ element ta’ novità mhux negliġibbli u t-tixrid ta’ inċertezza xjentifika u/jew teknoloġika.

(166)

Xi kriterji addizzjonali jikkonsistu b’mod partikolari f’objettivi ta’ proġetti, il-karattru mhux magħruf tal-fenomeni, tal-istrutturi jew tar-relazzjonijiet li jittrattaw dwarhom il-proġetti, in-novità tal-applikazzjoni ta’ għarfien jew tekniċi akkwistati diġa, il-probabbiltà qawwija li l-proġetti jirriżultaw f’għarfien ġdid (aktar estensiv jew fil-fond) ta’ fenomeni, relazzjonijiet jew prinċipji ta’ trattament li jistgħu jinteressaw aktar minn organizzazzjoni waħda, il-fatt li tista’ tingħata privattiva għar-riżultati, it-tip ta’ personal li jaħdmu fuq il-proġetti, il-metodi użati, il-karattru ġenerali tal-konklużjonijiet u tar-riżultati ta’ proġett u, jekk ikun neċessarju, il-klassifikazzjoni regolari tal-proġett f’kategoriji ta’ attivitajiet oħra.

(167)

Fl-aħħar nett, il-manwal ta’ Frascati jispeċifika li “jekk l-objettiv prinċipali tax-xogħol huwa li jkun hemm titjib ġdid tekniku għall-prodott jew il-proċedura, huma jaqgħu taħt id-definizzjoni tar-R & Ż. Jekk, bil-kontra, il-prodott jew il-proċess jew l-approċċ huwa l-parti l-kbira “iffissat” u jekk l-objettiv prinċipali huwa li jinsabu opportunitajiet għax-xogħol, li jiġu stabbiliti pjanijiet ta’ pre-produzzjoni jew li jiġi assigurat li s-sistema ta’ produzzjoni jew ta’ kontroll taħdem sew, dan ma jkunx R & Ż”.

(168)

Il-Kummissjoni tosserva li attivitajiet immexxija minn IFP b’kollaborazzjoni mas-sussidjarja tiegħu Axens għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ proċeduri ġodda u prodotti ġodda (katalizzaturi, assorbenti) għall-produzzjoni ta’ kombustibbli, ta’ fjuwils u ta’ intermedjarji petrokimiċi bl-inqas ammont ta’ spejjeż u b’rispett għall-ambjent mis-sorsi kollha ta’ karbonju aċċessibbli. Il-Kummissjoni tosserva li l-attivitajiet immexxija minn IFP b’kollaborazzjoni mas-sussidjarja tiegħu Prosernat għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp ta’ proċeduri ġodda u ta’ tagħmir għat-trattament tal-gass naturali u l-irkupru tal-kubrit.

(169)

F’dan il-kuntest, l-element il-ġdid tal-proġetti jinsab fil-komponenti, ir-relazzjonijiet tagħhom u/jew il-karatteristiċi tal-proċeduri jew prodotti speċifiċi. Fuq kull proġett, hemm xi punti li jfixklu li ġew identifikati. Għall-fini ta’ illustrazzjoni, IFP mexxa proġett bl-iskop ta’ żvilupp ta’ proċedura ġdida ta’ produzzjoni ta’ bażijiet ta’ paraffin b’livell għoli ta’ octane minn tagħbija aktar tqila minn dik użata issa, li tippermetti li tipprovdi għall-problema ta’ tnaqqis fil-kontenut ta’ aromatiċi tal-pool fjuwil.

(170)

Minbarra hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra l-fatt li x-xogħol li huwa suġġett għal għajnuna pubblika huwa magħmul qabel l-approvazzjoni tal-proċeduri u l-prodotti. Hija tosserva, minbarra dan, li r-riżultati tal-proġetti mmexxija għandhom influwenza kbira u huma protetti bi privattiva, li l-personal li jaħdem fuq dawn il-proġetti huwa prinċipalment magħmul minn riċerkaturi u teknixins u li l-metodi huma bbażati fuq l-esperimentazzjoni, l-interpretazzjoni u l-immudellar. Fl-aħhar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-attivitajiet tal-istess tip immexxija minn operaturi oħra tas-settur huma regolarment ikklassifikati bħala attivitajiet ta’ riċerka (36).

(171)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-ilmentatur, li jgħid li l-attivitajiet li għandhom x’jaqsmu ma’ din il-proċedura ma jistgħux jiġu kkwalifikati bħala R & Ż. Il-Kummissjoni, bil-kontra, temmen li l-attivitajiet immexxija minn IFP b’kollaborazzjoni mas-sussidjarji tiegħu huma parti mill-qasam tar-R & Ż.

(172)

Għal għajnuna mill-Istat għax-xogħol ta’ R & Ż, ir-regoli li japplikaw għall-investigazzjoni ta’ kumpatibbiltà huma r-regoli li jikkonċernaw l-għajnuniet tal-Istat tar-riċerka u l-iżvilupp. Jekk l-għajnuna, li tirriżulta mill-eżistenza ta’ sussidjarji kummerċjali li magħhom IFP għamel ftehimiet esklużivi bejn l-1 ta’ Jannar 2001 u l-1 ta’ Jannar 2003, hija kkunsidrata bħala illegali mill-1 ta’ Jannar 2003, ir-regoli li japplikaw għall-investigazzjoni ta’ kumpatibbiltà huma komposti mill-qafas R & Ż tal-1996.

7.5.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna

7.5.1.   Stadji ta’ riċerka

(173)

L-Anness I tal-qafas R & Ż tal-1996 jipprovdi definizzjoni tar-riċerka industrijali u tal-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittivi:

(a)

ir-riċerka industrijali hija magħmula minn riċerki ppjanati jew investigazzjonijiet kritiċi “li għandhom l-iskop li jinkiseb għarfien ġdid, bl-objettiv li dan l-għarfien jkun ta’ għajnuna biex jiġu żviluppati prodotti, proċeduri jew servizzi ġodda jew biex ikun hemm titjib notevoli tal-prodotti, proċeduri jew servizzi li diġà jeżistu”;

(b)

l-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv għandhom l-iskop li “jikkonkretizzaw ir-riżultati tar-riċerka industrijali fi pjan, skema jew disinn għal prodotti, proċeduri jew servizzi ġodda, immodifikati jew imtejbin, li ser ikunu mibjugħin jew użati, inkluż il-ħolqien tal-ewwel prototip li ma jkunx jista’ jintuża fil-kummerċ. Din tista’ tinkludi wkoll il-formulazzjoni kunċettwali u d-disinn ta’ prodotti, proċessi u servizzi oħra kif ukoll proġetti ta’ dimostrazzjoni inizjali jew proġetti pilota, b’kundizzjoni li dawn il-proġetti ma jistgħux jinbidlu jew jintużaw għal applikazzjonijiet industrijali jew użu kummerċjali. Din ma tinkludix il-modifikazzjonijiet ta’ rutina jew modifikazzjonijiet perjodiċi li jsiru fuq prodotti, linji ta’ produzzjoni, proċessi ta’ manifattura, servizzi eżistenti u operazzjonijiet oħra li qed isiru, anke jekk dawn il-modifijazzjonijiet jistgħu jwasslu għal titjib”.

(174)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni investigat iċ-ċiklu u t-tqassim tax-xogħol li jirriżulta mill-konvenzjoni ta’ riċerka industrijali li jikkollega lil IFP u s-sussidjarja tiegħu Axens kif ukoll il-listi kompluti u l-fuljetti ta’ spjegazzjoni tal-proġetti mmexxija bejn l-2003 u l-2006 ipprovduti minn Franza:

(175)

IFP tagħmel xogħol ta’ riċerka (XR). Dan ix-xogħol għandu l-iskop li jassigura l-possibbiltà ta’ metodu ta’ sinteżi u jikkorrispondi ma’ studji ta’ possibbiltà, li jsiru qabel ix-xogħol ta’ riċerka industrijali skont il-qafas R & Ż tal-1996:

(a)

għal katalizzatur, kampjuni fuq kwantitajiet żgħar (ta’ madwar gramma), ħafna drabi f’forma ta’ trab, huma ppreparati u eżaminati biex jiġu studjati ir-reazzjonijiet kimiċi. Dan l-istadju jirriżulta fid-deskrizzjoni ta’ metodu ta’ operazzjoni li jippermetti l-preparazzjoni ta’ kampjun ta’ katalizzatur li jkollu attività u/jew selettività riċerkata;

(b)

għal-teknoloġija jew proċedura, il-probabbilità hija stabbilita minn simulazzjonijiet numeriċi, studji fuq il-karta ta’ skemi u ta’ esperimenti ta’ kunċetti.

(176)

Minbarra hekk, issir eżaminazzjoni preliminari tas-sitwazzjoni għal dak li għandu x’jaqsam ma’ privattivi biex jiġi assigurat li r-riċerka hija ta’ natura innovativa. Wara dan ix-xogħol, IFP jippreżenta dokumentazzjoni xjentifika u teknika lis-sussidjarja tiegħu li teżerċita d-dritt tagħħa tal-ewwel rifjut.

(177)

Meta Axens tkun tixtieq tkompli r-riċerki fuq il-bażi ta’ dokumentazjzoni bħal din, IFP iwettaq xogħol ta’ riċerka industrijali (XRI) “bl-għan li jwassal għal għarfien ġdid jew titjib, li jippermettu l-iżvilupp ta’ proċessi, prodotti u teknoloġiji ġodda jew il-perfezzjonament ta’ dawk li diġà jeżistu” (37). Dan ix-xogħol jikkonsisti fl-istudju ta’ metodi ġodda ta’ sinteżi jew il-perfezzjonament tagħhom, fi skala li m’għandhiex x’taqsam mal-iskala industrijali. Il-Kummissjoni temmen li dawn għandhom l-għan li jivvalidaw il-kunċetti u għandhom x’jaqsmu mar-riċerka industrijali skont il-qafas R & Ż tal-1996:

(a)

għal katalizzatur, dan l-istadju jkopri l-esperimentazzjoni ta’ metodi ta’ sintesi ġodda. Il-formulazzjoni definita matul ix-xogħol ta’ riċerka hija eżeminata fuq lottijiet ta’ madwar kilo, u dan il-kambjament ta’ skala jiġġenera bosta drabi xi differenzi ta’ struttura u ta’ proprjetajiet. Isiru bilanċi u analiżi dettaljati tal-materjal prodott mill-katalizzatur miksub u l-effetti tal-komponenti inibituri u ta’ xi velenu huma studjati;

(b)

għal proċess, ix-xogħol ta’ riċerka industrijali huwa maħsub li jistudja elementi bażiċi tat-teknoloġiji, il-kundizzjonijiet xierqa għall-implimentazzjoni tal-katalizzatur u l-elementi ta’ qies tas-sistema ta’ reazzjoni. Mudell numeriku huwa mibni minn kartografija tar-riżultati ġġenerati.

(178)

Wara x-xogħol ta’ riċerka industrijali, dokumentazzjoni tal-katalizzatur jew tal-proċess tingħata minn IFP lis-sussidjarja tiegħu. F’dan l-istadju, Axens tista’ tiddeċiedi li tkompli l-iżvilupp b’xi xogħol ta’ żvilupp prekompetittiv (XŻP) sabiex tħejji għall-industrijalizzazzjoni. Ix-xogħol ta’ dan l-istadju jkopri t-testijiet u l-konsolidazzjoni tar-riżultati tax-xogħol tal-istadju deskritt fil-premessa 0 fuq xi prototipi rappreżentattivi tal-katina industrijali:

(a)

għal katalizzatur, lott għall-prova ta’ prodott huwa ffabbrikat fi skala rappreżentattiva tal-katina industrijali billi jiġu adattati l-metodi ta’ operazzjoni li jirriżultaw mix-xogħol ta’ riċerka industrijali. Dan l-adattament iwassal, jekk ikun il-każ, għal kambjamenti ta’ materji primi għal raġunijiet ta’ spejjeż, ta’ iġjene, sigurtà jew ambjentali. Il-prototipi huma ttestjati fuq tagħbija ta’ referenza u mmodifikati sabiex jilħqu ir-riżultati mixtieqa. Dawn it-testijiet isiru biex tiġi kompluta l-kartografija tar-riżultati tal-katalizzatur. F’dan l-istadju biss, l-għażla tal-analizzaturi u tat-tagħmir jieqaf;

(b)

għal proċess, isiru studju ta’ analiżi ta’ riskji, skemi industrijali ta’ proċeduri jew ta’ kombinazzjonijiet ta’ proċessi u white paper ta’ proċeduri li tispeċifika l-ġestjoni tal-avvenimenti.

(179)

Minbarra hekk, jiġi stabbilit kumitat ta’ esperti biex jiddetermina u jivvalida l-istadji tal-approvazzjoni tal-prodott jew proċess. Huwa biss wara din l-approvazzjoni, li tippermetti li jiġu vverifikati li r-restrizzjonijiet ambjentali u ta’ sigurtà kienu kkunsidrati sew, li tittieħed id-deċiżjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-proċess u/jew tal-prodott u li l-prodott u/jew il-proċess jistgħu jkunu s-suġġett ta’ innovazzjoni industrijali (38). Għalhekk, il-prodotti u l-proċessi li jirriżultaw minn dan ix-xogħol jkunu soġġetti għal kummerċjalizzazzjoni biss wara l-approvazzjoni tagħhom u ma jkunu soġgetti għal innovazzjoni industrijali fil-qafas ta’ dan ix-xogħol biss.

(180)

Il-Kummissjoni temmen li dan ix-xogħol ma jistax jiġi assimilat ma’ operazzjonijiet ta’ rutina fil-katina industrijali b’mod partikolari minħabba li jinsab ‘il barra mill-qafas tal-użu industrijali. Il-Kummissjoni tikkonkludi li dan ix-xogħol għandu x’jaqsam mal-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv skont il-qafas R & Ż tal-1996. Hija tosserva wkoll li xorta waħda, l-ispejjeż ta’ dan ix-xogħol huma ffinanzjati kollha mis-sussidjarja Axens mir-riżorsi tagħha stess.

(181)

Rigward ix-xogħol immexxi minn IFP b’kollaborazzjoni mas-sussidjarja tiegħu Prosernat, il-Kummissjoni tosserva li ċ-ċiklu u t-tqassim tax-xogħol bejn IFP u s-sussidjarja tiegħu Prosernat huma kkontrollati minn konvenzjoni ta’ riċerka industrijali li, meta applikata fil-qasam tat-teknoloġiji tat-trattament tal-gass u l-irkupru tal-kubrit, issegwi l-istess mudell tal-konvenzjoni ta’ riċerka industrijali li tikkolega IFP mas-sussidjarja tiegħu Axens. Din l-analiżi hija kkonfermata mill-investigazzjoni tal-listi kompluti u fuljetti ta’ spjegazzjoni tal-proġetti li saru bejn l-2003 u l-2006 pprovduti minn Franza.

(182)

B’konklużjoni, il-Kummissjoni jidhrilha li l-attivitajiet li huma soġġetti għal finanzjament mir-riżorsi tal-Istat huma effettivament konformi mal-istadji ta’ riċerka definiti fl-Anness I tal-qafas R & Ż tal-1996. Hija tosserva li xorta waħda l-attivitajiet l-aktar qrib tas-suq, bħal m’huma l-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv u ta’ żvilupp kummerċjali, huma totalment iffinanzjati mis-sussidjarji mir-riżorsi tagħhom stess, mid-dħul li sar mis-swieq u li l-finanzjament pubbliku jikkonċerna biss l-istadji ta’ riċerka industrijali. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax taċċetta l-argument ta’ UOP skont liema l-għajnuna mill-Istat li hija ta’ benefiċċju lill-attivitajiet ekonomiċi ta’ IFP u tas-sussidjarji tagħha Axens u Prosernat hija għajnuna għal funzjonament.

7.5.2.   Spejjeż eliġibbli

(183)

L-Anness II tal-qafas R & Ż tal-1996 jiddefinixxi l-ispejjeż li jistgħu jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-intensità tal-għajnuniet għar-riċerka u l-iżvilupp:

spejjeż tal-personal (riċerkaturi, teknixins u personal ieħor ta’ appoġġ li huma impjegati biss għall-attività ta’ riċerka);

spejjeż tal-istrumenti, tat-tagħmir u l-artijiet u bini li jintużaw biss u b’mod permanenti (ħlief f’każ ta’ trasferiment fuq bażi kummerċjali) għall-attività ta’ riċerka;

spejjeż ta’ servizzi ta’ konsulenti u tas-servizzi ekwivalenti li jintużaw biss għall-attività ta’ riċerka, inklużi r-riċerka, l-għarfien tekniku, il-privattivi, eċċ mixtrijin minn sorsi esterni;

spejjeż ġenerali supplementari li jirriżultaw direttamenjt mill-attività ta’ riċerka;

spejjeż oħra ta’ użu (pereżempju spejjeż għat-tagħmir, provvisti u prodotti simili) li jirriżultaw direttament mill-attività ta’ riċerka.

(184)

L-Anness II tal-qafas R & Ż tal-1996 jispeċifika wkoll li, meta jkunu jirriżultaw minn attivitajiet oħra wkoll, b’mod partikolari minn xogħol ta’ riċerka u ta’ żvilupp ieħor, l-ispejjeż għanhom jitqassmu bejn l-attività ssussidjata ta’ riċerka u żvilupp u attivitajiet oħra.

(185)

Minn naħa waħda, il-Kummissjoni tinnota li l-ispejjeż li jikkonċernaw direttament il-proġetti ta’ subkuntrattar, l-ispostamenti, l-assigurazzjonijiet u d-dokumentazzjoni kif ukoll il-provvisti u tagħmir żgħir. Dawn jikkorrespondu rispettivament għal spejjeż ta’ servizzi ta’ konsulenti u ta’ servizzi ekwivalenti, għal spejjeż ġenerali supplementari u spejjeż oħra ta’ użu. Il-Kummissjoni tosserva li dawn l-ispejjeż jirriżultaw direttament u esklużivament mill-attivitajiet ta’ riċerka.

(186)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tinnota li l-ispejjeż l-oħra tal-proġetti jikkonċernaw l-ispejjeż ta’ personal ta’ riċerka, il-ħlas ta’ assi kapitali tanġibbli u intanġibbli kif ukoll spejjeż ġenerali oħra u jikkorrispondu rispettivament għall-ispejjeż tal-personal, għall-ispejjeż tal-istrumenti, tat-tagħmir u tal-artijiet u bini kif ukoll għall-ispejjeż ġenerali supplementari. Dawn l-ispejjeż jirriżultaw direttament mill-attivitajiet ta’ riċerka u huma mqassma bejn il-proġetti diversi ta’ riċerka bi pro rata taż-żmien li l-personal qatta’ fuq kull proġett.

(187)

Minbarra hekk, l-ispejjeż tal-proġetti R & Ż orrizzontali li jikkonċernaw il-metodi u tagħmir li ntużaw fil-proġetti l-oħra ta’ R & Ż jistgħu jiġu assimilati ma’ spejjeż ġenerali supplementari li jirriżultaw direttament mill-attivitajiet ta’ riċerka. L-ispejjeż ta’ dawn il-proġetti orrizzontali jitqassmu bi pro rata tal-ispejjeż ta’ kull proġett ta’ R & Ż. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-metodi ta’ tqassim użati huma adegwati.

(188)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż tal-proġetti huma konformi mal-ispejjeż eliġibbli definiti tal-Anness II tal-qafas R & Ż tal-1996.

7.5.3.   Intensità tal-għajnuniet

(189)

B’konformità mal-punt 5.4 tal-qafas R & Ż tal-1996, l-intensità massima awtorizzata għal xi studji ta’ possibbiltà teknika qabel xi proġetti ta’ riċerka industrijali hija ta’ 75 %. B’konformità mal-punt 5.3 tal-qafas imsemmi, l-intensità massima awtorizzata għal proġetti ta’ riċerka industrijali hija ta’ 50 %. B’konformità mal-punt 5.5 tal-qafas imsemmi l-intensità massima awtorizzata għal proġetti ta’ żvilupp prekompetittivi hija ta’ 25 %. B’konformità mal-punt 5.9 tal-qafas imsemmi, għal attivitajiet li jkopru kemm ir-riċerka industrijali kif ukoll l-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittivi, l-intensità massima awtorizzata hija l-medja peżata tal-intensitajiet ta’ għajnuna awtorizzati għal dawn iż-żewġ tipi ta’ riċerka.

(190)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tosserva li IFP iffinanzja mir-riżorsi tiegħu stess, permezz tar-remunerazzjonijiet mogħtija mis-sussidjarji tiegħu u mingħajr intervent finanzjarju mill-Istat, aktar minn 50 % tal-ispejjeż tal-istudji ta’ fattibbiltà teknika u x-xogħol tiegħu ta’ riċerka industrijali bejn l-2003 u l-2006. Il-Kummissjoni tinnota li l-intensità ammissibbli tista’ tkun aktar minn 50 %, jekk tikkunsidra l-parti tal-istudji ta’ fattibbiltà teknika li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna ta’ intensità ta’ 75 %. Il-Kummissjoni stabbilixxiet it-tabella li ta’ listi ta’ proġetti li tispeċifika l-ispejjeż annwali għal kull proġett u għal kull stadju ta’ riċerka kif ukoll mid-dikjarazzjoni tar-riżorsi ta’ IFP. F’dan l-eżerċizzju, il-Kummissjoni użat approċ ċ konservattiv billi inkludiet l-ispejjeż kollha li kellhom x’jaqsmu, direttament jew indirettament (39), mal-oqsma ta’ attivitajiet esklużivi ta’ Axens u ta’ Prosernat u billi eskludiet id-dħul kollu li mhuwiex dak imħallas minn Axens u Prosernat (40).

Tabella 2

 

2003

2004

2005

2006

Numru annwali ta’ proġetti mmexxija (41)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Axens

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Prosernat

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Total

48

54

55

68

Spiża annwali tal-istudji ta’ fattibbiltà teknika (EUR)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Axens

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Prosernat

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Total

5 759 184

4 032 859

4 392 411

7 393 767

Spiża annwali tax-xogħol ta’ riċerka industrijali (EUR)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Axens

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Qasam ta’ attivitajiet IFP/Prosernat

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Total

40 180 231

48 536 142

38 183 597

49 007 913

Riżorsi proprji (EUR)

Ammont

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

[…] (**)

Għajnuna tal-Istat annwali (EUR)

Ammont

18 958 910

19 243 217

8 952 630

11 280 522

Intensità

41  %

37  %

21  %

20  %

Intensità massima awtorizzata (42)

53  %

52  %

53  %

53  %

(191)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li hemm possibbiltà kbira li l-parti ta’ finanzjament mir-riżorsi proprji tal-attivitajiet ta’ riċerka ta’ IFP u tas-sussidjarji tagħha tkun aktar għolja jekk tikkunsidra l-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv li jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna ta’ intensità ta’ 25 %. Fil-fatt, l-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv huma totalment iffinanzjati mis-sussidjarji Axens u Prosernat mir-riżorsi proprji, mingħajr intervenzjoni finanzjarja tal-Istat jew ta’ IFP.

(192)

It-tielet nett, il-Kummissjoni vverifikat li jkunu rispettati l-intensitajiet ammissibbli għal kull stadju ta’ riċerka fuq il-bażi tal-listi annwali tal-proġetti mmexxija bejn l-2003 u l-2006. Għas-snin ta’ wara, Franza għandha tagħti rapport annwali lill-Kummissjoni sabiex din tassigura li l-intensitajiet ta’ għajnuna għal kull stadju ta’ riċerka u għal kull proġett huma ssodisfati wkoll. Dan ir-rapport għandu jippreżenta l-proġetti kollha mmexxija fl-oqsma ta’ attivitajiet ta’ Axens u Prosernat filwaqt li jispeċifika l-ispejjeż tagħhom għal kull stadju ta’ riċerka, l-ammont ta’ finanzjament pubbliku u tar-riżorsi proprji mogħtija minn IFP u s-sussidjarji tiegħu. Il-Kummissjoni temmen li l-parti tal-għajnuna għandha tkun inqas minn 50 % sabiex tiggarantixxi li jkunu ssodisfati l-intensitajiet ammissibbli.

(193)

Fl-aħhar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-ilħuq tal-intensitajiet jiddependi ħafna mill-ammont tar-riżorsi proprji li għandha IFP għal proġetti tagħha fl-oqsma kkonċernati. Dawn ir-riżorsi proprji huma magħmula prinċipalment mir-remunerazzjonijiet mħallsin mis-sussidjarji Axens u Prosernat lil IFP. Il-Kummissjoni għalhekk temmen li għandha tiddaħħal klawżola fil-ftehimiet esklużivi li jikkontrollaw dawn ir-remunerazzjonijiet sabiex jiġi assigurat li remunerazzjoni minima mhux fissa, li tkopri minimu ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-istudji ta’ fattibbiltà ta’ qabel ix-xogħol ta’ riċerka industrijali, 50 % tal-ispejjeż ta’ riċerka industrijali, u, jekk ikun il-każ, 75 % tal-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv, immexxija minn IFP fl-oqsma ta’ attivitajiet tas-sussidjarji, tkun mħallsa lill-kumpanija prinċipali (43).

(194)

B’konklużjoni, il-Kummissjoni temmen li l-intensitajiet ta’ għajnuna awtorizzata mill-qafas R & Ż tal-1996 huma rrispettati sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-premessi 191 u 192 huma ssodisfati.

7.5.4.   Akkumulazzjoni

(195)

Id-dispożizzjonijiet tal-qafas R & Ż tal-1996 għal dak li għandu x’jaqsam ma’ akkumulazzjoni, speċifikati fil-punt 5.12 tiegħu, huma ssodisfati. Fil-fatt, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont totali tal-finanzjament pubbliku, irrispettivament mill-oriġini tiegħu.

7.5.5.   Effett ta’ inċentiv

(196)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-attivitajiet ta’ riċerka ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu huma mmexxija minn loġika, mibdija mill-Istat, biex tassigura f’perijodu ta’ żmien twil, is-sigurtà tal-provvisti ta’ enerġija. Fil-fatt l-idrokarbonji għandhom importanza strateġika għall-ekonomija attwali tal-Istati Membri, b’mod partikolari minħabba l-predominanza tagħhom fit-trasport u l-kimika. L-attivitajiet ta’ IFP u tas-sussidjarji tagħha huma parti minn tliet kuntesti ta’ tkabbir fid-domanda tal-enerġija, prinċipalment ġejja mill-progress fil-mobilità u l-kummerċ, mit-tnaqqis progressiv tar-riżervi taż-żejt u tal-gass u mill-kontroll tal-emissjonijiet ta’ gass li jikkawżaw l-effett serra. Il-Kummissjoni tinnota li r-riċerka ta’ IFP u tas-sussidjarji tiegħu hija b’mod partikolari bbażata fuq il-prioritajiet li ġejjin:

(a)

jiġġeddu r-riżervi u titkabbar il-produzzjoni taż-żejt u tal-gass. Mhux biss għandha tiżdied ir-rata ta’ suċċess fl-esplorazzjoni u r-rata tal-irkupru ta’ depożiti minerali iżda wkoll jiġi permess l-użu tar-riżorsi mhux konvenzjonali (offshore fond ħafna, żjut mhux raffinati tqal ħafna, ramel asfaltiku, eċċ.). Bħala eżempju, waħda mill-azzjonijiet ewlenin fuq dan il-punt huwa l-iżvilupp ta’ proċedura għall-gassijiet b’kontenut kbir ta’ H2S u CO2;

(b)

jinħolqu proċessi ta’ raffinar nodfa u ta’ effiċjenza kbira. Għandha tiġi użata aħjar il-produzzjoni ta’ fjuwils u ta’ bażijiet petrokimiċi filwaqt li jitnaqqas l-impatt tal-industriji tar-raffinar u tal-petrukimika fuq l-ambjent. Minbarra hekk, il-valorizzazzjoni tad-depożiti mhux konvenzjonali tfisser l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ konverżjoni. Dan il-punt jiġbor b’mod partikolari r-riċerki fuq il-hydrocracking;

(ċ)

jiġu żviluppati fjuwils innovattivi u teknoloġiji tal-makni sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-konsum tal-vetturi. F’dan ir-rigward, l-użu ta’ fjuwils tal-gass b’kontenut kbir ta’ idroġenu huwa wieħed mill-assi maġġuri fis-suġġett;

(d)

jiġu diversifikati s-sorsi ta’ enerġija għall-produzzjoni ta’ fjuwils. F’dan ir-rigward, il-produzzjoni ta’ fjuwils ta’ sintesi minn diversi sorsi ta’ enerġija (bijomassa, gass jew faħam) hija għan prioritarju.

(197)

Il-Kummissjoni tinnota li l-programmi ta’ riċerka ta’ IFP huma eżaminati minn kumitati tekniċi li l-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta’ intervent tagħhom huma rregolati mill-Ministeru tagħhom u li jippermettu li jiġi assigurat monitoraġġ effettiv ta’ dawn il-prioritajiet.

(198)

It-tieni nett, il-Kummissjoni tinnota li l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda tal-enerġija, li fosthom b’mod partikolari hemm il-bijofjuwils u l-irkupru tal-gass, huwa fost il-prioritajiet tal-Komunità għal dak li għandu x’jaqsam ma’ riċerka, l-politika enerġetika u l-politika tal-ambjent.

(199)

It-tielet nett, il-Kummissjoni tinnota li, bis-saħħa tal-appoġġ pubbliku, IFP u s-sussidjarji tiegħu setgħu jikkonkludu xi attivitajiet ta’ riċerka supplementari li kieku ma kinux isiru minħabba r-riskji tekonoloġiċi jew minħabba n-natura inċerta tar-redditu fuq l-investiment. Fil-fatt, b’mod partikolari, fil-qasam tat-teknoloġiji tar-raffinar u tal-petrokimika, ir-riskji kbar assoċjati mal-ewwel unitajiet industrijali jimponu lill-impriżi li joperaw fis-suq għażla kbira għal dak li għandu x’jaqsam mal-proġetti R & Ż. Bħala eżempju, IFP u Axens setgħu jagħmlu l-proġetti ta’ riċerka li ġejjin: katalizzaturi ġodda u teknoloġiji fil-qasam tal-idrotrattamenti ta’ prodotti ta’ distillazzjoni medji, assorbenti u teknoloġija aktar effiċjenti għall-produzzjoni ta’ paraxilene, proċedura ġdida fil-qasam tal-LNG bbażata fuq l-użu ta’ kunċetti u teknoloġiji ġodda li ġejjin mill-qasam tat-tkessiħ, proċedura ġdida aktar nadifa u aktar effiċjenti għall-produzzjoni ta’ bijodiżil bl-esterifikazzjoni ta’ żjut veġetali.

(200)

Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni tinnota mill-2002 evoluzzjoni pożittiva ta’ indikaturi diversi tal-isforz ta’ R & Ż immexxi minn IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat. L-ispejjeż kif ukoll il-personal iddedikati għar-R & Ż minn IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat fl-oqsma esklużivi tal-attivitajiet ta’ dawn tal-aħħar marru għall-aħjar anke jekk l-għajnuna mill-Istat tnaqqset b’41 % fil-perijodu 2003-2006:

Tabella 3

Avvanz fil-perijodu 2003-2006 tal-indikaturi

IFP/Axens

IFP/Prosernat

Spejjeż allokati għar-R & Ż fil-qasam esklużiv

[…] (**)

[…] (**)

Personal allokat għar-R & Ż fil-qasam esklużiv

[…] (**)

[…] (**)

(201)

Il-ħames nett, il-Kummissjoni tinnota li s-sehem tal-ispejjeż tar-R & Ż fil-fatturat huwa sostanzjalment għoli. Fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Prosernat, dan kien 9 % fl-2006. Fil-qasam tal-attivitajiet ta’ Axens, kien 13 % fl-2006, u dan huwa ħafna aktar għoli miċ-ċifri osservati fis-settur. Fil-fatt, għal erba’ kumpaniji ta’ referenza fil-professjonijiet ta’ Axens, is-sehem tal-ispejjeż ta’ R & Ż fil-fatturat ivarja minn 2.3 għal 10 % (44).

(202)

Is-sitt nett, il-Kummissjoni tikkunsidra l-fatt li IFP u s-sussidjarji tiegħu jkollhom iħabbtu wiċċhom fl-oqsma ta’ applikazzjoni tar-riċerki tagħhom ma’ regolamenti differenti skont iż-żoni ġeografiċi, u li qed jevolvu l-ħin kollu. B’mod partikolari mill-2000, is-settur tar-raffinar huwa huwa soġġett għal standards ġodda tal-ambjent dejjem aktar stretti. Mar-riskji xjentifiċi u teknoloġiċi li jkollhom il-proġetti R & Ż għalhekk jiżdiedu riskji kbar ta’ regolamentazzjoni. Minbarra hekk, huwa diffiċli li jiġu protetti r-riżultati tar-riċerki mmexxija minn IFP u s-sussidjarji tiegħu minħabba, minn naħa, in-numru kbir ta’ pajjiżi li fihom isir l-użu tar-riżultati u, min-naħa l-oħra, id-diversità tal-leġislazzjonijiet fuq il-privattivi li japplikaw fl-Istati differenti.

(203)

Is-seba’ nett, il-Kummissjoni temmen li, bil-kontra ta’ dak li tafferma UOP, l-appoġġ pubbliku allokat lil IFP u s-sussidjarja tiegħu Axens m’huwiex, bin-natura jew il-proporzjoni tiegħu, suxxettibbli li jfixkel l-inċentivi dinamiċi tas-suq tat-teknoloġiji ta’ raffinar. L-ewwel nett, il-Kummissjoni tinnota li l-offerta f’dan is-suq hija differenti ħafna, għal numru ristrett ta’ klijenti. Għalhekk stima dinjija tal-unitajiet ta’ raffinar jew ta’ petrokimika fl-użu fl-2005 elenkat seba’ tipi ta’ proċessi. Minbarra hekk, il-klijenti jagħżlu teknoloġija fir-rigward tal-kriterji differenti li xi wħud minnhom, bħall-ispiża tal-installazzjoni assoċjata u kemm irendi l-investiment, huma kkunsidrati bħala kritiċi iżda huma totalment estraneji għall-proġetti ta’ riċerka li huma appoġgati. Fl-aħhar nett, il-Kummissjoni tosserva li ċerti kompetituri ta’ IFP u ta’ Axens għandhom pożizzjoni kompetittiva qawwija li għandha tippermettihom li jżommu l-pjanijiet tagħhom ta’ R & Ż f’dan is-suq. Għalhekk, UOP għandha sehem fis-suq dinji li jikkorrispondi għal 57 % fil-valur ta’ unitajiet ta’ raffinar bil-liċenzja li jeżistu filwaqt li s-sehem ta’ IFP u ta’ Axens juwa ta’ 7 %.

(204)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tinnota li s-sħab kummerċjali tal-Unjoni Ewropea jiddedikaw ukoll baġits kbar għall-finanzjament tar-riċerka fil-qasam tal-enerġija. Għaldaqstant, id-dipartiment tal-enerġija Amerikan fl-2005 kellu baġit ta’ 5 794 biljun dollaru, li żdiedu kontinwament f’dawn il-ħmistax-il sena. Dan id-dipartiment jissussidja bosta programmi ta’ riċerka, b’mod partikolari fil-qasam tal-bijodiżils. Il-Kummissjoni tinnota li l-kompetituri ta’ IFP u ta’ Axens jibbenefikaw ukoll minn appoġġi pubbliċi kbar. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ UOP, li tirċievi l-fondi tan-National Institute of Standards and Technology għax-xogħol tagħha ta’ riċerka fil-qasam tal-katalizzaturi (45). UOP tibbenefika wkoll minn appoġġi pubbliċi indiretti bis-saħħa ta’ bosta sħubijiet ma’ istituti ta’ riċerka u universitajiet.

(205)

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni temmen li l-għajnuna favur IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat għandha effett ta’ inċentiv fir-rigward tal-qasam strateġiku tar-riċerki mwettqa, tal-avvanz fil-kwalità u l-kwantità tal-isforz ta’ riċerka kif ukoll tar-riskji u d-diffikultajiet li għandhom x’jaqsmu mas-setturi ta’ attività kkonċernati. Hija wkoll tal-fehma li l-għajnuna m’għandhiex tfixkel id-dinamika ta’ innovazzjoni fis-swieq. Minbarra hekk, hija tinnota l-appoġġ allokat mill-Istati l-oħra lill-kompetituri ta’ IFP.

(206)

Ir-rapport annwali li Franza għandha tagħti lill-Kummissjoni sa meta jagħlqu l-ftehimiet esklużivi bejn IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat, għandu juri li l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna għadu validu.

7.6.   Konklużjoni

(207)

Wara li ġew kkunsidrati l-elementi kollha msemmijin qabel, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna allokata lil IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-qafas R & Ż tal-1996 diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-premessi 191, 192 u 205,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura li Franza implimentat favur l-Institut Français du Pétrole (IFP) u s-sussidjarja tiegħu Beicip-Franlab mhijiex għajnuna fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

Artikolu 2

1.   Il-miżura li Franza implimentat favur IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat hija għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

2.   Din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat bil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 3 u 6 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   Din id-Deċiżjoni hija valida sal-għeluq tal-ftehimiet esklużivi li huma fis-seħħ fid-data ta’ din id-Deċiżjoni bejn IFP u s-sussidjarji tiegħu Axens u Prosernat (hawn taħt “il-ftehimiet esklużivi”).

2.   Kull tiġdid jew emenda tal-ftehimiet esklużivi għandha tiġi rrapportata lill-Kummissjoni.

Artikolu 4

1.   IFP għandu jorganizza u jippubblika l-kontijiet tiegħu sabiex jiddistingwi b’mod ċar bejn l-attivitajiet ekonomiċi u l-attivitajiet mhux ekonomiċi tiegħu.

2.   Sad-data ta’ għeluq tal-ftehimiet esklużivi, Franza għandha tagħti lill-Kummissjoni rapport finanzjarju annwali sabiex din tal-aħħar tkun tista’ tivverifika l-ammont tal-fondi pubbliċi allokati lill-attivitajiet ta’ IFP fl-oqsma tal-attivitajiet esklużivi ta’ Axens u ta’ Prosernat.

Artikolu 5

1.   Sad-data ta’ għeluq tal-ftehimiet esklużivi, Franza għandha tagħti lill-Kummissjoni rapport annwali ddettaljat tal-proġetti mmexxija minn IFP fl-oqsma tal-attivitajiet esklużivi ta’ Axens u ta’ Prosernat, li jispeċifika, għal kull proġett, l-ispejjeż f’kull stadju ta’ riċerka, l-ammont tal-fondi pubbliċi allokati u l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna.

2.   Franza għandha tinnotifika individwalment lill-Kummissjoni l-għajnuniet ta’ ammont aktar għoli mill-limiti previsti mill-qafas Komunitarji tal-għajnuniet tal-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni tal-2006.

Artikolu 6

Il-ftehimiet esklużivi għandhom jiġu emendati b’mod li tiġi prevista remunerazzjoni minima lil IFP minn Axens u Prosernat, li tkopri għallanqas 25 % tal-ispejjeż tal-istudji ta’ fattibbiltà ta’ qabel ix-xogħol ta’ riċerka industrijali, 50 % tal-ispejjeż ta’ riċerka industrijali u 75 % tal-ispejjeż ta’ żvilupp prekompetittiv ta’ IFP fl-oqsma koperti mill-ftehimiet esklużivi.

Artikolu 7

Franza għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li ħadet biex tikkonforma magħha.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 42, 18.2.2006, p. 5.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 1.

(3)  Skont il-liġi Nru 43-612 tas-17 ta’ Novembru 1943 dwar il-ġestjoni tal-interessi professjonali.

(4)  Digriet Nru 2003-204 tal-5 ta’ Marzu 2003 u Digriet Nru 55-733 tas-26 ta’ Mejju 1955.

(5)  Sors: Rapport finanzjarju ta’ IFP 2006.

(6)  Sors: Kontijiet konsolidati Axens 2006.

(7)  Sors: Kontijiet konsolidati Axens 2006.

(8)  Sors: Statistiċi mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi.

(9)  Sors: Kontijiet konsolidati Beicip-Franlab 2006.

(10)  Sors: Kontijiet Prosernat 2006.

(11)  ĠU L 272, 25.10.1996, p. 53.

(12)  ĠU C 45, 17.2.1996, p. 5.

(13)  ĠU C 192, 19.6.1998, p. 4.

(*)  Parafrażi ta’ nformazzjoni koperta mis-sigriet professjonali.

(**)  Informazzjoni koperta uns-sigrier.

(14)  ĠU L 195, 29.7.1980, p. 35. Direttiva abbrogata mid-Direttiva 2006/111/KE (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).

(15)  p. 8 tal-formola tan-notifka, huwa msemmi li “b’din in-notifika l-Istat Franċiż jinfurmakom li l-IFP qed jippjana li jerġa’ jorganizza l-attivitajiet tiegħu ġewwa il-grupp tiegħu fil-qasam tar-raffinar/petrokimika.”

(16)  Laqgħa bejn il-Kummissjoni u Franza saret fl-4 ta’ Mejju 2001.

(17)  L-ittra ta’ Franza, datata t-18 ta’ Mejju 2001, tat informazzjoni addizzjonali dwar id-dritt tal-ewwel rifjut u dwar l-obbligu fuq l-importazzjonijiet tat-taxxa magħmula għall-benefiċċju tal-IFP.

(18)  Din in-nota ta’ rċevuta tindika li “fl-anness hemm ukoll preżentazzjoni tal-miżuri stabbiliti skont il-forma preskritta għan-notifiki stabbiliti fl-Artikolu 88(3) tat-Trattat”.

(19)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(20)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(21)  Bl-ingliż “proof of principle”.

(22)  Dan l-ammont, skont l-UOP kien ta’ Eur 555 miljun f’dawn l-aħħar tliet snin u, skont Franza, jidher li jikkorrispondi għall-ammonti li rċieva l-IFP bħala dotazzjoni baġitarja fis-snin 2003, 2004 u 2005 (fir-realtà eżattament 507 miljun ewro).

(23)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2, nota fin-nota ta’ qiegħ il-paġna Nru 22.

(24)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.

(25)  ĠU L 123, 27.4.2004, p. 11.

(26)  Sentenza tal-Qorti tal-14 ta’ Novembru 1984, 323/82, Ġabra, p. 3809.

(27)  Kuntratt ta’ objettivi 2001-2005, p. 3.

(1)  […] (**).

(2)  […] (**).

(28)  Silta mis-sit elettroniku ta’ Axens: “Axens hija impriża attiva fis-suq tar-raffinar, il-petrokimika u l-gass naturali li toffri prodotti ewlenin fis-suq li jinkludu proċessi, katalizzaturi, assorbenti u tagħmir appoġġat minn kważi ħamsin sena ta’ R & Ż u ta’ suċċess industrijali”. Silta mis-sit elettroniku ta’ Prosernat: “L-assoċjazzjoni tal-kompetenzi xjentifiċi kollha u l-għerf tas-sena għal dak li għandu x’jaqsam mal-iżvilupp tal-kumpanija ewlenija ta’ Prosernat IFP, mal-esperjanza industrijali ta’ Prosernat toffri opportunità unika sabiex l-ideat innovattivi jsiru realtà industrijali”.

(29)  Per eżempju; ara r-rappreżentazzjoni unika IFP/Axens fl-għaxar Congrès de la Société Française de Génie des Procédés (Il-Kungress tal-Kumpanija Franċiża tal-Inġinerija Kimika) (http://inpact.inp-toulouse.fr/SFGP/pageaccueil.html).

(30)  Ara b’mod partikolari “Liquefin, developed and commercialised by IFP-Axens”, in New liquefaction process promises lower costs, Oil & Gas Journal, 19/08/2002, “IFP is the world’s second largest process licensor in refining and petrochemicals (via its subsidiary Axens) and is an internationally center of excellence in exploration and production.” (L-IFP huwa t-tieni l-akbar fornitur ta’ liċenzji għal dak li għandu x’jaqsam mal-proċeduri tar-raffinar u tal-petrokimika (permezz tas-sussidjarja tiegħu Axens) u huwa ċentru ta’ eċċellenza magħruf internazzjonalment fl-esplorazzjoni u l-produzzjoni), www.tmcnet.com, 15/12/2005.

(31)  Ara b’mod partikolari fuq is-sit www.topsoe.com, referenzi għal unitajiet li ġew mogħtija l-liċenzja minn “IFP/Axens”, referenza għal “IFP (Axens)” fuq is-sit ta’ Nexant, kumpanija ta’ konsulenza fis-settur tal-enerġija (http://nexant.ecnext.com/coms2/summary_0255-3019_ITM), ara wkoll il-preżentazzjoni tal-proġett GTL Eni-IFP/Axens fuq http://gcceu-conference.epu.ntua.gr

(32)  ĠU C 323, 30.12.2006, p. 1.

(33)  L-ewwel inċiż tal-punt 3.1.1.

(34)  Ara d-deċiżjoni tal-ftuħ tad-29.11.2007, Garantie illimitée de l’État en faveur de la Poste (Garanzija llimitata tal-Istat favur il-Posta) (C 56/07).

(35)  Editjat mill-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni u ta’ Żvilupp Ekonomiku fl-2002.

(36)  Rigward dan ara s-sit tas-SINTEF: http://www.sintef.no/ default.aspx?id = 490

(37)  Artikolu 1-22 tal-Konvenzjoni ta’ Riċerka Industrijali.

(38)  L-innovazzjoni industrijali hija l-ewwel unità kummerċjali mibnija fil-qafas ta’ sub-liċenzja tal-proċedura lil terz jew l-ewwel ammont kummerċjali ta’ prodott użat.

(39)  Inklużi l-ispejjeż tal-proġetti orizzontali, ara l-premessa 0.

(40)  Ir-riżorsi proprji huma magħmula mid-dividendi u mill-ħlas ta’ liċenzji kif ukoll minn dħul ieħor, bħal m’huwa dak li ġej mill-privattivi rreġistrati mill-IFP. Fl-investigazzjoni tagħha l-Kummissjoni kkunsidrat biss ir-remunerazzjonijiet mħallsin minn Axens u Prosernat.

(41)  Ċerti proġetti jdumu ħafna snin. Għall-finijiet ta’ sħuħija, “numru ta’ proġetti” jfisser in-numru ta’ proġetti li qed isiru f’sena speċifika. L-ammonti huma elenkati, mhux b’mod kumulattiv, għal sena speċifika.

(42)  Medja peżata tal-intensitajiet ta’ għajnuna awtorizzati għar-riċerka industrijali u l-istudji ta’ possibiltà, b’konformità mal-punt 5.9 tal-qafas R&Ż tal-1996.

(43)  Dawn il-perċentwali jikkorispondu rispettivament għal għajnuniet li jirrapreżentaw 75 % tal-ispejjeż tal-istudji ta’ possibbiltà ta’ qabel xi xogħol ta’ riċerka industrijali, 50 % tal-ispejjeż ta’ riċerka industrijali u 25 % tal-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ żvilupp prekompetittiv.

(44)  Sors: Yahoo finance.

(45)  Sors: stqarrijiet tal-istampa tal-UOP u tal-NIST.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Frar 2009

dwar l-adozzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), u dwar il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet ta’ dan il-programm

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/158/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Diċembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubbilka — b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”) ħolqot it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm tas-Saħħa”.

(2)

It-tieni programm tas-Saħħa huwa maħsub biex jikkumplementa, isostni u jżid il-valur tal-politiki tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għal żieda fis-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, jippromwovi s-saħħa, partikolarment it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u jiġġenera u jxerred l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

(3)

Skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummisssjoni għandha tadotta Pjan ta’ Ħidma annwali li jiffissa l-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu eżegwiti, inkluża l-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, il-kriterji għall-perċentwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, speċjalment il-kriterji għall-valutazzjoni dwar jekk tkunx tapplika utilità eċċezzjonali, l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji konġunti u l-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9 tal-istess Deċiżjoni.

(4)

Taħt l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Programm, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 4 tal-istess Deċizjoni.

(5)

Skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2004/858/KE, l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandha twettaq ċerti attivitajiet għall-implimentazzjoni tal-programm għas-saħħa pubblika u għal dan l-għan għandha tingħata l-approprijazzjonijiet meħtieġa.

(6)

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Finanzjarju”), deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni għandha tippreċedi l-impenn tan-nefqa.

(7)

Skont l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom ikunu soġġetti għal programm annwali, li jrid jiġi ppubblikat fil-bidu tas-sena finanzjarja.

(8)

Skont l-Artikolu 166 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “ir-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju”) (4), il-programm ta’ ħidma annwali għall-għotjiet għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni trid tispeċifika l-att bażiku, l-għanijiet u l-iskeda tas-sejħiet għall-proposti mal-ammont indikattiv u r-riżultati mistennija.

(9)

Skont l-Artikolu 90 tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju, id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju, tista’ titqies li hi d-deċiżjoni għall-iffinanzjar fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju, sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed.

(10)

Skont l-Artikolu 168(1)(c) u (f) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li toħroġ għotjiet mingħajr sejħa għal proposti lil entitajiet b’monopolju de jure jew de facto sostanzjat kif għandu jkun.

(11)

Il-miżuri li din id-Deċiżjoni tipprovdi għalihom għandhom ikunu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 għall-implimentazzjoni tat-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) kif stabbilit fl-Anness I u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet skont it-tieni Programm Komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), kif stipulat fl-Annessi II, IV u V huma b’dan adottati.

Dawn iservu bħala d-deċiżjoni għall-iffinanzjar tal-għotjiet u l-kuntratti li l-ħruġ tagħhom ma jeħtieġx id-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

2.   Fl-ambitu tal-baġit indikattiv massimu għal kull azzjoni speċifika, tibdil kumulattiv li ma jaqbiżx l-20 % mhuwiex meqjus bħala sostanzjali sakemm ma jaffettwax b’mod sinifikanti n-natura u l-għanijiet tal-Pjan ta’ Ħidma. L-uffiċjal awtorizzanti, kif imsemmi fl-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju, jista’ jadotta dan it-tibdil skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda.

3.   Id-Direttur Ġenerali tas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jiżgura l-implimentazzjoni globali ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

Artikolu 2

L-għotjiet identifikati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma għal entitajiet b’monopolju de jure jew de facto għandhom joħorġu skont il-kundizzjonijiet li jipprovdi għalihom l-Artikolu 168(1)(c) u (f) tar-regoli implimentattivi tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 3

L-allokazzjonijiet baġitarji meħtieġa għall-ġestjoni tal-programm għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2008-2013) għandhom jiġu ddelegati lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi” skont il-kundizzjonijiet u fl-ambitu tal-limiti tal-ammonti stabbiliti fil-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I.

Is-sussidju operattiv imdaħħal fil-linja tal-baġit 17 01 04 30 għandu jitħallas lill-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”.

Artikolu 4

L-approprijazzjonijiet koperti mill-Pjan ta’ Ħidma fl-Anness I jistgħu jintużaw biex jitħallas imgħax awtomatiku b’konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament Finanzjarju.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(3)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


ANNESS I

Pjan ta’ Ħidma Annwali 2009 inklużi l-implikazzjonijiet baġitarji u l-kriterji għall-finanzjament marbutin mal-għotjiet

1.   KUNTEST ĠENERALI

1.1.   Politika u kuntest legali

Id-Deċiżjoni 1350/2007/KE (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni tal-Programm”) stabbilixxiet it-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm tas-Saħħa”.

It-tieni Programm tas-Saħħa huwa maħsub biex jikkumplementa, isostni u jżid il-valur lill-politiki tal-Istati Membri u jikkontribwixxi għal żieda fis-solidarjetà u l-prosperità fl-Unjoni Ewropea. L-għanijiet tal-Programm huma li jtejjeb is-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini; li jippromwovi s-saħħa, inkluż it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u li jiġġenera u jxerred l-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

Fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni tal-Programm hemm stipulat li l-Kummissjoni għandha tadotta:

(a)

il-Pjan ta’ Ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Programm li jistabbilixxi:

(i)

il-prijoritajiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu attwati, inkluża l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji;

(ii)

il-kriterji għall-perċentwali ta’ kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, inklużi l-kriterji għall-ivvalutar dwar jekk tapplikax utilità eċċezzjonali jew le;

(iii)

l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-azzjonijiet konġunti msemmija fl-Artikolu 9;

(b)

il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbutin mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm b’konformità mal-Artikolu 4.

Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Finanzjarju (RF) applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, deċiżjoni finanzjarja adottata mill-istituzzjoni jew l-awtoritajiet li lilhom ikunu ġew iddelegati s-setgħat mill-istituzzjoni għandha tippreċedi l-impenn tan-nefqa. Skont l-Artikolu 90 tar-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju (IR), id-deċiżjoni li tadotta l-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 110 tar-RF, tista’ titqies li hi d-deċiżjoni għall-iffinanzjar sakemm din tikkostitwixxi qafas dettaljat biżżejjed. Il-mira ta’ dan id-dokument hi li dawn l-obbligi jiġu ssodisfati u li hu jippreżenta l-attivitajiet differenti skedati għall-2009 li hija t-tieni sena tal-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi (AESK) għandha tgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma għall-2009 skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 4943 tad-9 ta’ Settembru 2008 li tiddelegalha s-setgħat.

1.2.   Riżorsi

Id-Deċiżjoni tal-Programm tiffissa baġit totali ta’ EUR 321 500 000 għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 – 31 ta’ Diċembru 2013.

L-awtorità baġitarja approvat baġit totali ta’ EUR 48 480 000 (1) għall-2009 għal-linji baġitarji 17 03 06 u 17 01 04 02.

Linja baġitarja

Eur

17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa

47 000 000

17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva

1 480 000

Total

48 480 000

Il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa fuq ġestjoni amministrattiva tal-programm” għandha tintuża għall-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma u għal-laqgħat tal-esperti, għall-pubblikazzjonijiet, diversi attivitajiet ta’ komunikazzjoni u nfiq kurrenti ieħor li jsostni l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-programm. Il-Kummissjoni tibqa’ responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din il-linja baġitarja.

Il-kontribuzzjonijiet addizzjonali mingħand il-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja) u mingħand pajjiżi kandidati li qed jipparteċipaw fil-Programm huma stmati li jlaħħqu EUR 1 163 520 mill-pajjiżi EEA/EFTA u EUR 138 000 mill-Kroazja (2).

Il-baġit totali għall-2009 għalhekk huwa stmat għal EUR 49 781 520:

it-total għall-baġit operattiv huwa stmat għal EUR 48 261 000;

it-total għall-baġit amministrattiv huwa stmat għal EUR 1 520 520.

Il-linja baġitarja għall-approprijazzjonijiet amministrattivi marbuta mal-EAHC hija 17 01 04 30.

1.2.1.   Ammonti indikattivi

L-ammonti indikati fil-kapitoli li ġejjin huma ammonti indikattivi. B’konformità mal-Artikolu 90(4) tal-IR, taħt kull mekkaniżmu ta’ finanzjament huwa possibbli li jkun hemm varjazzjonijiet li ma jkunux sostanzjali fl-ambitu ta’ +/- 20 % għal kull partita.

2.   MEKKANIŻMI TA’ FINANZJAMENT

Il-firxa sħiħa ta’ mekkamiżmi ta’ finanzjament offruta taħt it-tieni Programm tas-Saħħa għandha tiġi implimentata fl-2009. Il-baġit tas-sejħa għal proposti għall-proġetti tnaqqas u żdiedet il-konċentrazzjoni fuq is-sejħiet għall-offerti u mekkaniżmi oħra ta’ finanzjament, bħalma huma azzjonijiet konġunti u għotjiet operattivi, bl-għan li jiġu sfruttati l-effiċjenza u l-valur miżjud tal-azzjonijiet iffinanzjati, u li jiġi żgurat li l-finanzi jiġu kkanalizzati b’mod aktar dirett lejn il-ksib tal-miri tal-programm. Madankollu, f’każ li r-riżorsi mill-baġit operattiv jibqgħu disponibbli fl-aħħar tal-2009, dawn għandhom jiġu riallokati għall-finanzjament ta’ għotjiet li jintgħażlu bħala prijorità waqt is-sejħa tal-2009 għal proposti għall-proġetti.

Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament kollha għandhom jiġu eżegwiti taħt ir-responsabbiltà tal-AESK, ħlief għall-punt 2.9 li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissjoni. Is-sejħiet u l-informazzjoni rilevanti jiġu ppubblikati fil-websajt tal-AESK (3).

2.1.   Sejħa għal proposti għall-Proġetti

L-għotjiet għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali għas-Sejħa għal proposti għall-proġetti huwa stmat għal EUR 24 130 500 (madwar 50 % tal-baġit operattiv).

Is-Sejħa għal proposti għall-proġetti se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Frar 2009 (data indikattiva) b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Il-proġetti kollha għandhom jipprovdu valur miżjud Ewropew għoli, ikunu innovattivi fin-natura tagħhom u t-tul ta’ żmien tagħhom normalment ma għandux jaqbeż it-tliet snin. L-impatt mistenni tal-proġett għandu jitkejjel b’indikaturi xierqa, preferibbilment bl-indikatur Snin ta’ Ħajja Sana (Healthy Life Years). Fejn huwa rilevanti, l-informazzjoni għandha tinkludi kif se jitqiesu l-perspettiva skont is-sessi u l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

Fejn rilevanti, il-proposti kollha jridu juru li jistgħu jiġu identifikati sinerġiji ma’ attivitajiet attwali ta’ riċerka ffinanzjati taħt it-tema tas-saħħa u temi oħra marbuta mas-7 Programm Qafas ta’ Riċerka (4).

Fejn għandha x’taqsam l-allokazzjoni tar-riżorsi għas-sejħa għal proposti għall-proġetti, għandu jiġi segwit bilanċ bejn il-linji ta’ żvilupp tal-programm, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-kwalità u l-kwantità tal-proposti li jkunu daħlu, sakemm ma jinqalgħu ebda emerġenzi partikolari fis-settur tas-saħħa pubblika (pereżempju, xi influwenza pandemika) li jkunu jiġġustifikaw riallokazzjoni ta’ riżorsi.

Minħabba n-natura kumplementari u motivazzjonali tal-għotjiet Komunitarji, mill-inqas 40 % tal-ispejjeż tal-proġett iridu jiġu ffinanzjati minn sorsi oħra. Konsegwentement, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji normali jistgħu jkunu sa 60 % kull proġett tal-ispejjeż eliġibbli għall-proġetti kkunsidrati. F’kull każ individwali għandu jiġi ddeterminat il-perċentwal massimu li jkun irid jingħata.

Tista’ tkun mistennija kontribuzzjoni Komunitarja massima mingħand kull benefiċjarju (jiġifieri, mingħand kull benefiċjarju prinċipali u mingħand kull benefiċjarju assoċjat) ta’ 80 % tal-ispejjeż eliġibbli meta proposta tkun ta’ utilità eċċezzjonali, kif speċifikat fil-punt 3.1. Mhux aktar minn 10 % tal-għadd ta’ proġetti ffinanzjati għandhom jirċievu kontribuzzjoni Komunitarja ta’ aktar minn 60 %.

Għandu jiġi nnutat li l-ammont indikattiv għall-parteċipazzjoni finanzjarja Komunitarja fil-proġetti magħżula jista’ jvarja bejn –10 % u + 10 % fejn għandu x’jaqsam l-ammont mitlub mill-benefiċjarju.

Dettalji dwar il-kriterji tal-għażla u tal-għoti u kriterji oħra marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet tal-Programm, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Programm, jidhru fl-Anness II.

Dettalji dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u sussistenza jidhru fl-Anness III.

2.2.   Sejħa għall-Offerti

Is-servizzi tal-akkwisti għandhom jiġu ffinanzjati taħt 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-għadd indikattiv ta’ kuntratti huwa speċifikat fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

L-ammont indikattiv globali għas-sejħiet għall-offerti jlaħħaq sa EUR 9 652 000 (madwar 20 % tal-baġit operattiv); is-sejħiet għall-offerti se joħorġu matul l-ewwel simestru bħala data indikattiva.

2.3.   Azzjonijiet konġunti

L-azzjonijiet konġunti għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat li jlaħħaq sa EUR 7 239 000 (madwar 15 % tal-baġit operattiv).

Ċerti azzjonijiet fl-2009 se jkunu eliġibbli għal finanzjament bħala azzjonijiet konġunti bejn il-Komunità u wieħed jew aktar mill-Istati Membri jew bejn il-Komunità u l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi oħra li jkunu qed jipparteċipaw fil-Programm. Il-pajjiżi parteċipanti se jiġu mistiedna jissottomettu proposti permezz ta’ sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti definiti espliċitament bħala tali fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma.

Il-kontribuzzjonijiet Komunitarji jistgħu jingħataw biss lil entità pubblika jew lil entità li l-għan tagħha mhuwiex dak li tagħmel profitt, maħtura permezz ta’ proċedura trasparenti mill-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti kkonċernata u bi qbil mal-Kummissjoni.

Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-azzjonijiet konġunti ma għandhiex jaqbżu l-50 %, ħlief f’każi ta’ utilità eċċezzjonali fejn il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż is-70 %. Utilità eċċezzjonali tiġri għal dawk l-azzjonijiet konġunti li:

jissodisfaw il-kriterji speċifikati fil-punt 3.1 u

li fihom ikun hemm jipparteċipaw entitajiet minn mhux anqas minn 10 pajjiżi parteċipanti jew, fejn l-azzjoni tkun proposta minn entità minn Stat Membru li l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea saret wara l-1 ta’ Mejju 2004 jew minn Pajjiż Kandidat, ikollhom jipparteċipaw fihom 3 pajjiżi parteċipanti.

Id-dettalji dwar il-kriterji tal-għażla u l-għoti għall-azzjonijiet konġunti jidhru fl-Anness IV. Fl-aħħar ta’ Frar 2009, il-proċedura għas-sottomissjoni tal-proposti għal Azzjoni Konġunta se tiġi ppubblikata flimkien mas-sejħa għal proposti għal azzjonijiet konġunti u l-kriterji u l-iskadenza għas-sottomissjoni.

Dettalji dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ta’ vjaġġar u sussistenza jidhru fl-Anness III.

2.4.   Għotjiet operattivi

L-għotjiet operattivi għandhom jiġi ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal EUR 2 500 000 (madwar 5 % tal-baġit operattiv).

Sostenn finanzjarju għall-attivitiet jista’ jingħata lil dawk l-organizzazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji li d-dettalji dwarhom jinsabu fl-Anness V.

Tingħata preferenza lil dawk l-organizzazzjonijiet li jkopru attivitajiet kif speċifikat f’dan il-Pjan ta’ Ħidma, il-punti 3.2, 3.3 u 3.4 u attivitajiet fil-qasam ta’ kura tas-saħħa transkonfinali, il-mard rari, l-istaff li jaħdem fil-qasam tas-saħħa, is-sikurezza tal-pazjenti, id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, il-ħarsien mill-kankru u l-kontroll ta’ din il-marda, it-tilqim kontra l-influwenza, l-użu prudenti tal-antibijotiċi, it-tilqim tat-tfal, is-saħħa mentali u s-saħħa taż-żgħażagħ.

Is-sejħa għal proposti se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Frar 2009 b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni.

Is-sostenn finanzjarju ma għandux jaqbeż is-60 % tan-nefqa involuta fit-twettiq tal-attivitajiet eliġibbli. Fil-każi ta’ utilità eċċezzjonali, il-kontribuzzjoni Komunitarja ma għandhiex taqbeż it-80 %. Utilità eċċezzjonali tista’ tiġri meta l-attivitajiet ikollhom valur miżjud Ewropew sinifikanti ħafna, kif indikat fil-punt 3.1.

Kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) tal-bażi legali applikabbli, it-tiġdid tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji stabbilit fil-paragrafu 1(b) għall-entitajiet mhux governattivi u għal networks speċjalizzati jista’ jiġi eżentat mill-prinċipju ta’ tnaqqis gradwali.

2.5.   Konferenzi fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-konferenzi organizzati fil-qasam tas-saħħa pubblika u l-valutazzjoni tar-riskju għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat għal EUR 1 100 000: EUR 300 000 għall-konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni u EUR 800 000 għal konferenzi oħra.

Għal raġunijiet amministrattivi, konferenzi eliġibbli għall-kofinanzjament iridu jsiru matul l-aħħar xahrejn tal-2009 jew fl-2010.

2.5.1.   Konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea

Tliet konferenzi organizzati mill-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, waħda għal kull Presidenza (it-tieni simestru 2009 u 2010), huma eliġibbli għal kofinanzjament mill-Komunità sa EUR 100 000 kull konferenza, bir-rata massima għal kofinanzjamenti Komunitarju ta’ 50 % tal-ispejjeż eliġibbli totali. Il-kwistjonijiet ta’ politika li jiġu indirizzati f’dawn il-konferenzi għandhom ikunu marbutin mat-titjib fis-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, il-promozzjoni tas-saħħa, partikolarment it-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa u mal-ġenerazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni u l-għarfien dwar is-saħħa.

Dawn l-avvenimenti, ta’ natura politika għolja u li jinvolvu rappreżentanza fl-ogħla livell kemm mill-Awtoritajiet Nazzjonali kif ukoll rappreżentanti Ewropej, għandhom jiġu organizzati esklussivament mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza f’idejh. Minħabba l-irwol uniku tal-Presidenza fil-qafas tal-attivitajiet Komunitarji, l-Istat Membru responsabbli għall-organizzazzjoni tal-avveniment huwa kkunsidrat bħala monopolju de jure.

Skont l-Artikolu 168 (1)(c) tal-IR, għotjiet jistgħu jiġu allokati mingħajr sejħa għal proposti lil organizzazzjonijiet f’sitwazzjoni ta’ monopolju de jure jew de facto, li dwar dan tkun ingħatat prova xierqa fid-deċiżjoni tal-għoti.

Permezz tar-Rappreżentanza Permanenti, il-Presidenza għandha tissottometti talba għal għotja lis-servizzi tal-Kummissjoni għall-konferenza li għaliha l-kontribuzzjoni għandha tintalab mill-inqas erba’ xhur qabel l-avveniment. Din it-talba għal għotja għandha tispeċifika t-tema tal-konferenza, l-abbozz tal-programm, il-baġit provviżorju u l-kompożizzjoni tal-kumitati xjentifiċi u organizzattivi.

2.5.2.   Konferenzi oħra

Skont l-Artikolu 2(2) u l-punt 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Programm, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità jistgħu jingħataw għall-organizzazzjoni ta’ konferenzi li:

Jittrattaw prijorità waħda jew aktar ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma kif imfisser fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4 jew dawn il-kwistjonijiet: kura tas-saħħa transkonfinali, il-mard rari, l-istaff li jaħdem fil-qasam tas-saħħa, is-sikurezza tal-pazjenti, id-donazzjoni u t-trapjant tal-organi, il-ħarsien mill-kankru u l-kontroll ta’ din il-marda, it-tilqim kontra l-influwenza, l-użu prudenti tal-antibijotiċi, it-tilqim tat-tfal, is-saħħa mentali u s-saħħa taż-żgħażagħ;

Ikollhom dimensjoni wiesgħa marbuta mal-Unjoni Ewropea, pereżempju, bil-parteċipazzjonijiet ta’ rappreżentanzi minn 10 pajjiżi jew aktar jipparteċipaw fit-tieni Programm tas-Saħħa;

Ikunu organizzati minn entità pubblika jew minn entità li ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt bi ftehim mal-Kummissjoni, stabbiliti f’Pajjiż li jkun qed jipparteċipa fit-tieni Programm tas-Saħħa, li joperaw f’livell Ewropew u li għandhom kopertura ġeografika bbilanċjata.

Fl-aħħar ta’ Frar 2009 se titnieda sejħa għal proposti għall-konferenzi b’deskrizzjoni tas-setturi għall-finanzjament, il-kriterji tal-għażla u l-għoti u l-proċeduri għall-applikazzjoni u l-approvazzjoni. Il-konferenzi magħżula jkunu eliġibbli għal kontribuzzjoni Komunitarja sa EUR 100 000 għal kull konferenza (massimu ta’ 50 % tal-baġit totali għall-konferenza), għalkemm ikun qed jintalab ukoll il-kofinanzjament.

2.6.   Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

Il-fondi għal azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa. L-ammont indikattiv totali huwa stmat li jlaħħaq sa EUR 2 300 000, li, bejn wieħed u ieħor, huwa madwar 5 % tal-baġit operattiv.

B’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni tal-Programm, ir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jirċievu inkoraġġiment. Dan għandu jsir ma’ dawk l-organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom il-kapaċitajiet meħtieġa biex jidħlu għall-prijoritajiet tas-saħħa tal-Unjoni Ewropea identifikati fil-Pjan ta’ Ħidma annwali.

Il-fondi għall-azzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jiġu allokati permezz ta’ ftehimiet dwar għotjiet mingħajr sejħa preċedenti għall-proposti kif previst fl-Artikolu 168 (1) il-premessi (f) tal-IR, lil tip partikolari ta’ entità skont il-kompetenzi tekniċi tagħha, il-grad għoli ta’ speċjalizzazzjoni tagħha u s-saħħa amministrattiva tagħha.

Fil-fatt, dawn l-organizzazzjonijiet għandu jkollhom ċerti kapaċitajiet marbuta max-xogħol speċifiku li jwettqu u r-responsabbiltajiet tagħhom, li jirrenduhom partikolarment ikkwalifikati biex iwettqu wħud mill-azzjonijiet iffissati f’dan il-Pjan ta’ Ħidma u li għalihom ftehimiet għal għotjiet diretti huma kkunsidrati bħala l-iżjed proċedura xierqa. Barra minn hekk, il-ftehimiet għal għotjiet diretti jtejbu s-sinerġiji u s-sensibbiltà tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn l-azzjonijiet ikunu koperti b’mod konġunt.

L-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja jista’ jkun sa 60 % għal kull organizzazzjoni tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet ikkunsidrati.

Fl-2009, l-organizzazzjonijiet internazzjonali li ġejjin jistgħu jirċievu fondi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifikati fil-punti 3.2, 3.3 u 3.4:

L-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD)

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO)

L-Osservatorju Ewropew għall-Politiki tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa

Il-Programm Konġunt tan-Nazzjonijiet Uniti għall-HIV/AIDS (UNAIDS)

Il-Kunsill tal-Ewropa (CoE).

2.7.   Kumitati Xjentifiċi

L-attività tal-Kumitati Xjentifiċi rilevanti għas-Saħħa Pubblika għandha tiġi ffinanzjata taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

Għandu jiġi assenjat ammont globali ta’ EUR 270 000 għall-ħlas ta’ benefiċċji lill-parteċipanti f’laqgħat marbuta max-xogħol tal-kumitati xjentifiċi u tar-relaturi għall-ikkompletar tal-opinjonijiet tal-kumitat xjentifiku, fil-qafas tal-Kumitati Xjentifiċi (5). Dawn il-benefiċċji għandhom ikopru l-oqsma kollha rilevanti għat-tieni Programm tas-Saħħa, jiġifieri, 100 % tal-ispejjeż għal SCHER (il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa u r-Riskji Ambjentali) u 50 % (bħala perċentwal indikattiv) tal-ispejjeż għal SCENIHR (il-Kumitat Xjentifiku għar-Riskji tas-Saħħa Emerġenti u li Għadhom kemm Jiġu Identifikati) u għall-Koordinazzjoni.

2.8.   Sottodelegazzjoni għad-DĠ għall-Politika Reġjonali

L-Artikoli 51 u 59 tar-RF u l-Artikoli 6 sa 8 tar-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6) jirreferu għall-kundizzjonijiet u r-regoli tal-istrument tas-sottodelegazzjoni.

Sottodelegazzjoni għal ammont massimu ta’ EUR 200 000, taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa, għandha tingħata lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali għas-sostenn tiegħu għall-isħarriġ dwar il-Perċezzjonijiet Irreġistrati fil-Verifika Urbana organizzat permezz ta’ kuntratti speċifiċi fl-ambitu ta’ kuntratt qafas tad-DĠ COMM. F’dan il-każ għandhom japplikaw il-proċeduri tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali.

2.9.   Attivitajiet oħra

Attivitajiet oħra bħal

l-organizzazzjoni ta’ laqgħat ta’ ħidma u laqgħat għall-esperti, inklużi seminars organizzati f’livell nazzjonali għal gruppi ta’ esperti biex bejniethom iseħħ skambju tal-aħjar prattika fl-oqsma identifikati fil-Pjan ta’ Ħidma annwali;

il-pubblikazzjonijiet u d-diversi inizjattivi ta’ komunikazzjoni għall-promozzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa;

għandhom jiġu ffinanzjati prinċipalment taħt il-linja baġitarja “17 01 04 02 – Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva tal-programm” permezz ta’ sejħiet għall-offerti.

Għal wħud mill-materji tekniċi speċifiċi, kif imfisser fil-Kapitolu 3, huwa previst akkwist permezz ta’ ftehimiet amministrattivi maċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka li għandu jiġi ffinanzjat taħt il-linja baġitarja 17 03 06 – Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa.

3.   OQSMA TA’ PRIJORITÀ GĦALL-2009

L-azzjonijiet ta’ prijorità għall-2009 ntgħażlu b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Programm. Dawn il-prijoritajiet għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ azzjonijiet diġà ffinanzjati taħt il-Programm preċedenti (7) u l-fatt li aktar prijoritajiet se jiġu ddefiniti fis-snin li ġejjin tal-perjodu tal-programm.

Il-Programm tas-Saħħa jimmira biex jippromwovi sinerġiji ma’ Programmi Komunitarji oħra mingħajr ma jirdoppja x-xogħol imwettaq taħt dawn il-programmi. Is-7 Programm Qafas ta’ Riċerka taħt il-tielet pilastru tat-Tema tas-Saħħa msejjaħ “Nisfruttaw il-Forniment ta’ Kura tas-Saħħa liċ-Ċittadini Ewropej”, huwa kumplementari għall-azzjonijiet Komunitarji fil-qasam tas-saħħa skont l-għanijiet kollha tat-tieni Programm tas-Saħħa. Għandhom isiru sforzi biex jiġu identifikati u evitati l-konverġenza u d-duplikazzjoni bejn proposti li rnexxew ta’ programmi tas-saħħa u proġetti tal-FP7 magħżula għal finanzjament taħt is-sejħiet li ħarġu s’issa.

Il-proposti għall-Programm tas-Saħħa jridu jkunu konformi għal kollox mal-miri, l-għanijiet u l-metodi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Programm. B’mod partikolari, il-proposti ma għandux ikun fihom elementi sinifikanti marbuta mar-riċerka. Il-proposti kollha jridu juru, meta dan ikun rilevanti, li jistgħu jiġu identifikati sinerġiji ma’ attivitajiet ta’ riċerka attwali u rilevanti ffinanzjati taħt is-Sostenn Xjentifiku għal attivitajiet ta’ Politiki tas-Sitt Programm Qafas (8) kif ukoll proġetti ffinanzjati taħt it-tema tas-saħħa u temi oħra relatati tas-Seba’ Programm Qafas ta’ Riċerka. B’mod partikolari, il-proposti għandhom juru li l-konverġenza u d-duplikazzjoni mal-FP7 se jiġu evitati fil-preżentazzjoni ta’ proposti għall-Pjan ta’ Ħidma 2009.

3.1.   Kwistjonijiet ta’ importanza strateġika

B’konformità mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Programm, u l-impenn fl-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (9) biex isir xogħol transsettorjali għal titjib fis-saħħa, għandha tingħata preferenza għolja lil azzjonijiet b’valur miżjud Ewropew sinifikanti f’dawn l-oqsma li ġejjin:

Kontribuzzjoni għal

titjib fis-saħħa taċ-ċittadini Ewropej, kif imkejjel, fejn hu possibbli, permezz ta’ indikaturi xierqa, speċjalment permezz tal-indikatur Snin ta’ Ħajja Sana;

tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom;

bini ta’ kapaċità għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ politiki effikaċi fis-settur tas-saħħa pubblika partikolarment fl-oqsma fejn l-aktar hemm ħtieġa;

involviment ta’ parteċipanti ġodda (li mhumiex parteċipanti tradizzjonali) fejn tidħol is-saħħa f’azzjonijiet sostnuti, kooperattivi u etikament b’saħħithom, kemm f’livell reġjonali u f’livell lokali kif ukoll bejn il-pajjiżi parteċipanti kollha. Dan jinkludi lis-settur pubbliku, lis-settur privat u lil dawk il-partijiet interessati minn qalb soċjetà ċivili usa’ li l-miri ewlenin tagħhom mhumiex limitati għas-saħħa pubblika (pereżempju, minn qalb l-isferi taż-żgħażagħ, il-gruppi etniċi u sferi oħra ta’ interess pubbliku bħalma huma l-ambjent u l-sport).

Il-proposti għandhom juru wkoll ix-xhieda bażi u l-ħila biex, fejn ikun possibbli, jiġu pprovduti riżultati li jkunu jistgħu jitkejlu.

Il-proposti li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq jistgħu jitqiesu bħala proġetti ta’ utilità eċċezzjonali. L-applikanti jkunu jridu juru kif l-azzjoni proposta se tikkontribwixxi għall-kriterji msemmija hawn fuq.

Il-prijoritajiet huma elenkati f’taqsimiet li jikkorrispondu għal-linji ta’ żvilupp imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Programm.

3.2.   Azzjonijiet ta’ prijorità għall-ewwel għan “Intejbu s-sikurezza tas-saħħa taċ-ċittadini”

3.2.1.   Ħarsien taċ-ċittadini mit-tħeddid għal saħħithom

1.

L-attivitajiet tal-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa 2008-2013 li jirrigwardaw il-ħarsien taċ-ċittadini mit-theddid għal saħħithom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-politiki u l-inizjattivi tal-UE li għandhom x’jaqsmu mat-theddid għas-saħħa u rigward id-Deċiżjoni li toħloq network ta’ sorveljanza Komunitarju (10). Il-mira hi li jiġu żviluppati strateġiji u mekkaniżmi biex jirreaġixxu kontra t-theddid għas-saħħa u jilqgħu għall-emerġenzi, u wkoll biex ikunu ta’ sostenn għall-ġestjoni tar-riskji marbuta mal-mard li jittieħed (CDs) fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskji mwettqa miċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) (11).

2.

Il-programm ikopri wkoll identifikazzjoni ta’ theddid għas-saħħa addizzjonali, bħalma hu dak maħluq minn aġenti fiżiċi u kimiċi. Attivitajiet għall-koordinazzjoni u s-sostenn għal disponibbiltà immedjata għas-sigurtà tas-saħħa, il-kapaċità għar-reazzjoni u l-ippjanar tal-Istati Membri kontra attakki minn aġenti bijoloġiċi, kimiċi u radjoloġiċi qed jiġu żviluppati mill-Kumitat tas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC) (12).

3.

Id-WHO tikkunsidra l-influwenza pandemika bħala theddida fost l-agħar theddid għas-saħħa pubblika. Vajrus pandemiku jista’ jevolvi mill-vajrus avjarju li preżentement qed jiċċirkula fost it-tjur u l-għasafar slavaġ f’bosta partijiet tad-dinja. Il-Kummissjoni hija fost id-donaturi ewlenin li qed tikkontribwixxi għar-reazzjoni globali kontra l-influwenza avjarja u qed tkun ta’ sostenn għall-approċċ “Dinja Waħda Saħħa Waħda” li l-għan tiegħu hu li jintegra s-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali (13).

Fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa, il-proposti għandhom jikkunsidraw dan li ġej:

Il-konsiderazzjoni tal-politika Ewropea tal-Partenarjat biex jiżdiedu l-konsistenza u s-sħubija;

Is-sostenn għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi kandidati bħala soċji assoċjati meta dan ikun possibbli u, b’mod ġenerali, bħala soċji kollaboraturi;

L-indirizzar tal-interoperabbiltà bejn mekkaniżmi, sistemi tas-saħħa, pjanijiet u strateġiji b’konċentrazzjoni partikolari fuq attivitajiet transettorjali, speċjalment dawk li għandhom fil-mira tagħhom ir-riskji tas-saħħa u l-mard fil-punt fejn jiltaqgħu s-saħħa pubblika, is-saħħa tal-annimali u l-ekosistemi;

Il-proġetti għandhom jidentifikaw ukoll impatt ekonomiku u soċjali fuq l-azzjonijiet segwiti f’termini kwantifikabbli kif ukoll jindirizzaw l-impatti pożittivi u negattivi ulterjuri li jistgħu jinqalgħu (esternalitajiet) ta’ azzjonijiet fis-settur tas-saħħa pubblika.

3.2.1.1.   Żvilupp tal-prevenzjoni (Anness – il-punti 1.1.1-1.1.2)

Prattiki ta’ skambju fir-rigward tal-promozzjoni tat-tilqim fl-Istati Membri (SM), partikolarment fejn għandhom x’jaqsmu popolazzjonijiet li huma diffiċli biex jintlaħqu

Sostenn għal inizjattivi politiċi biex isir it-tilqim (Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill lill-Istati Membri biex tintlaħaq kopertura ta’ 75 % ta’ tilqim kontra l-influwenza staġjonali fil-gruppi ta’ riskju, proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill biex tittejjeb/tinżamm kopertura ta’ tilqim għolja kontra ċertu mard tat-tfal). Attivitajiet speċifiċi għandhom jiffukaw fuq il-ħosba u r-rubella (14), l-influwenza staġjonali (15), l-HPV, it-tetnu u vaċċini ġodda kontra l-marda tal-pnewmokokkus.

Dawn l-elementi li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati meta ssir il-promozzjoni tat-tilqim:

Id-defiċits fl-għarfien eżistenti dwar problemi marbuta ma’ vaċċini u tilqim (16) fil-gruppi ta’ popolazzjoni magħżula u gruppi ta’ popolazzjoni aktar diversifikati;

Modi bbażati fuq metodi xjentifiċi għat-tnaqqis fl-ostakli għall-implimentazzjoni tat-tilqim u t-titjib fil-perċezzjoni pubblika tal-benefiċċji tat-tilqim (17);

Azzjonijiet ibbażati fuq metodi xjentifiċi u effikaċi ħafna għall-promozzjoni tas-saħħa b’sostenn għat-tilqim;

Għandhom jiġu kkunsidrati r-riżultati u l-attivitajiet attwali tal-proġetti tal-vaċċini, b’mod partikolari dawk iffinanzjati mill-Komunità taħt il-Programm tas-Saħħa Pubblika (18), u l-proċedimenti tal-“laqgħa dwar strateġija għat-tilqim” (19) tat-13-14 ta’ Frar 2008 organizzata b’kollaborazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa Pubblika.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Identifikazzjoni tal-għodda eżistenti għall-immudellar u l-użu tagħha fil-konfront ta’ theddid eżistenti u li qed jinqala’

It-twessigħ tal-għerf dwar kif għandha tintuża l-għodda eżistenti għall-immudellar fl-Istati Membri hija kwistjoni importanti li trid tiġi indirizzata f’livell Ewropew bl-għan li:

l-effikaċja fl-ispiża fuq il-politiki titkejjel b’mod effettiv bħal fejn għandhom x’jaqsmu l-implimentazzjoni tagħhom u l-valutazzjoni tal-impatt ta’ vaċċini ġodda u miżuri preventivi oħra

jiġi vvalutat l-impatt tal-mard

jiġu identifikati l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fis-settur tas-saħħa

jiġi appoġġjat it-teħid tad-deċiżjonijiet (l-impatt potenzjali ta’ miżuri speċifiċi bħalma hu d-distanzjar soċjali).

[Sejħa għal offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv maċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta (JRC) (20)]

3.2.1.2.   Sostenn għal disponibbiltà immedjata (Anness - Punti 1.1.1-1.1.2-1.1.3-1.1.5)

Skambju ta’ informazzjoni dwar theddid għas-saħħa u pjanijiet għal disponibbiltà immedjata

L-iskambju ta’ informazzjoni dwar pjanijiet għal disponibbiltà immedjata jirreferi għal disponibbiltà immedjata ġenerika u disponibbiltà immedjata speċifika (aspetti bijoloġiċi, kimiċi, radjunukleari u ta’ bidla fil-klima). L-informazzjoni tista’ tkun dwar mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni, valutazzjoni tal-impatt, aspetti transsettorjali u komunikazzjoni indirizzata lejn il-professjonisti u l-pubbliku.

L-attivitajiet li jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni jistgħu jikkonsistu f’dan li ġej:

L-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-ġestjoni tal-kriżijiet u l-analiżi tal-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom f’diversi setturi, bħall-ġestjoni tal-informazzjoni, il-komunikazzjoni indirizzata lejn il-professjonisti, il-mezzi tax-xandir u l-pubbliku, il-linji gwida ta’ referenza dwar kif kriżi għandha tiġi amministrata; l-aspetti loġistiċi għal kriżi bħal kif għandu jiġi ffurmat tim għall-ġestjoni tal-kriżi, il-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni, it-taħriġ tal-istaff u staff ta’ sostenn biex jamministra dak li jista’ jinqala’ jew il-kurrikuli tat-taħriġ (natura tat-taħriġ, il-miri u l-kontenut).

L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-esperti u dawk li jfasslu l-politika u l-komunikazzjoni mal-pubbliku u l-mezzi tax-xandir.

It-tixrid fost l-Istati Membri tal-UE ta’ azzjonijiet ewlenin identifikati fl-ambitu tal-Inizjattiva għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSI) bħalma huma l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mal-mezzi tax-xandir u l-influwenza pandemika, il-kwistjonijiet ta’ rilevanza mal-laboratorju jew kontromiżuri mediċi b’laqgħa ta’ ħidma fil-mandat tan-netwerk ta’ komunikaturi tal-UE (21).

[Sejħa għall-offerti]

Is-sorveljar tal-mekkaniżmi tal-iskambju tal-informazzjoni għall-ġestjoni tal-kriżijiet u l-kollegament ma’ għodod internazzjonali għall-iskambju, speċjalment it-tkabbir fil-kooperazzjoni mal-attivitajiet taċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta (JRC) f’dan il-qasam u fil-livell tal-Grupp ta’ Azzjoni għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSAG) (22).

[Sejħa għall-offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv mal-JRC]

L-irfid ta’ żvilupp rapidu ta’ kontromiżuri farmaċewtiċi inkluż il-vaċċini, għal theddid ġdid u li qed jinqala’

Il-probabbiltà li jitfaċċaw patoġeni ġodda f’żoni li qabel ma kinux infestati qed tikber, u dan kapaċi jikkawża mard imxerred ma’ kullimkien, prinċipalment minħabba fatturi bħalma huma l-ivvjaġġar li dejjem qed jikber, il-bidla fil-klima u bidliet ambjentali oħra, u l-evoluzzjoni tar-relazzjoni patoġenu/vettur/ħżin. L-isfida hija l-ħolqien tal-possibbiltà biex l-iżvilupp rapidu, il-produzzjoni u l-liċenzjar tal-vaċċini għall-mard eżistenti u dak li qed jitfaċċa, iħarsu lill-popolazzjoni tal-Ewropa u lil hinn minnha.

L-attivitajiet li għandhom jiġu żviluppati huma dawn:

l-iżvilupp ta’ proċess għat-tħaffif fir-rilaxx tal-produzzjoni tal-vaċċini f’każ ta’ ħtiġijiet ta’ emerġenza;

it-tisħiħ fin-netwerk ta’ ċentri kliniċi għas-sostenn ta’ żvilupp estensiv tal-vaċċini;

l-iżviluppar ta’ pjattaformi għall-vaċċini applikabbli fuq bażi wiesgħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-addattar tas-settur tas-saħħa għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima

L-Ewropa qed tieħu miżuri biex tindirizza t-tisħin globali u tevita l-possibbiltà ta’ tibdiliet katastrofiċi fil-klima (23)  (24). Is-setturi kollha tas-sistemi tal-kura tas-saħħa għandhom ikunu mħassba dwar l-addattar għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima (il-kura tas-saħħa, il-ħarsien u l-edukazzjoni dwar is-saħħa, il-qasam tat-theddid għas-saħħa inklużi l-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fuq il-mard li jittieħed, kif ukoll problemi oħra tas-saħħa bħalma hu l-mard respiratorju.

L-azzjonijiet taħt dan il-punt jistgħu jindirizzaw l-iskambju tal-informazzjoni, it-tqabbil u l-analiżi tat-trasferibbiltà ta’ miżuri u attivitajiet fir-rigward tal-addattar bikri għall-konsegwenzi tal-bidla fil-klima fuq is-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.1.3.   Titjib fil-kxif u l-kontroll bikri tad-theddid għas-saħħa inkluż il-mard li jittieħed

Il-bini ta’ kapaċità u t-taħriġ għall-kontroll tat-tuberkolożi f’dawk il-pajjiżi fejn ir-rata tal-marda hija għolja (standards ibbażati fuq metodi xjentifiċi) u fost popolazzjonijiet esposti għar-riskju

F’Marzu 2007, il-Kummissjoni Ewropea talbet liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) biex jiżviluppa proposta għal pjan ta’ azzjoni għall-ġlieda kontra t-tuberkolożi (TB) fl-UE (25). F’ħafna mill-Istati Membri tal-UE tidher li saret evoluzzjoni pożittiva fix-xejriet tal-marda tat-TB u x’aktarx dawn se jersqu lejn sitwazzjoni ta’ qabel il-qerda totali tal-marda. Madankollu, għadhom jeżistu sitwazzjonijiet diversi ħafna bejn il-pajjiżi (26), u l-isforzi għall-kontroll tal-marda huma sfidati bi problemi bħalma huma t-TB reżistenti għall-mediċini u l-livell għoli ta’ infezzjoni fost gruppi vulnerabbli.

L-għoti ta’ sostenn lill-Istati Membri għall-ġlieda kontra t-tuberkolożi, b’mod partikolari f’dawk il-pajjiżi fejn ir-rata tal-marda hija għolja. Il-bini ta’ kapaċità u t-taħriġ jikkontribwixxu fl-irfid ta’ pjanijiet nazzjonali. Teżisti wkoll ħtieġa għall-iżvilupp u l-addattar ta’ metodi għall-kontroll tal-marda f’dawk il-pajjiżi fejn il-prevalenza hija baxxa, meta t-TB tkun ikkonċentrata fost gruppi speċifiċi li huma diffiċli biex jintlaħqu.

L-iżvilupp ta’ għodod għal evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll ibbażata fuq analiżi ta’ ko-orti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għall-għarfien, id-dijanjożi minn kmieni, il-prevenzjoni u l-kontroll tal-epatite virali

It-tipi differenti tal-epatite virali huma mardiet serji b’konsegwenzi akuti mediċi, soċjali u ekonomiċi u potenzjalment b’sintomi morbużi serji u għat-tul. L-ECDC huwa responsabbli għas-sorveljanza ta’ dan it-tip ta’ mard (27). Il-popolazzjoni u l-professjonisti għandu jkollhom għarfien tal-miżuri disponibbli għall-prevenzjoni, it-taffija u l-kontroll ta’ dan il-mard.

It-taħriġ tal-professjonisti, informazzjoni speċifika indirizzata lejn il-pubbliku u l-professjonisti huma eżempji ta’ attivitajiet rilevanti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-kxif bikri tat-theddid għas-saħħa u l-valutazzjoni tal-impatt tal-avvenimenti fuq is-saħħa

Hemm interess imġedded f’metodi ta’ sorveljanza sindromiċi. Diversi pajjiżi Ewropej diġà żviluppaw sorveljanza sindromika wiesgħa taħt temi differenti (mard li jittieħed, saħħa ambjentali, temi veterinarji), b’diversi sorsi ta’ dejta (dipartimenti tal-emerġenza, mortalità, linji tat-telefown għall-għoti ta’ għajnuna) u jużaw metodi differenti (studji retrospettivi jew prospettivi).

Tista’ tiġi żviluppata eżaminazzjoni tas-Sorveljanza Sindromika Ewropea li tkun tinkludi aktar Stati Membri u li tiddefinixxi approċċ komuni bil-konsiderazzjoni tal-proġetti eżistenti.

[Sejħa għal-proposta għall-proġetti]

3.2.1.4.   Tisħiħ tal-bini tal-kapaċità (Anness - Punti 1.1.1-1.1.4)

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) fl-Istati Membri

Ir-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR) (28) (2005) ilhom li ġew implimentati mill-15 ta’ Ġunju 2007. Fil-livell Ewropew, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/57/KE (29) ġiet emendata sabiex in-notifikazzjonijiet jintbagħtu permezz tal-EWRS fl-istess ħin li jintbagħtu permezz tal-IHR bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/351/KE (30).

L-attivitajiet li jsostnu l-implimentazzjoni tal-IHR fl-Istati Membri ġew identifikati:

L-istħarriġ u l-ipparagunar tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li tittratta l-miżuri tas-sigurtà jew tas-saħħa b’rabta ma’ emerġenza tas-saħħa pubblika (sitwazzjoni ta’ kriżi);

L-impatt tal-miżuri tal-emerġenza tas-saħħa fuq politiki oħra bħalma huma l-mobbiltà, l-imigrazzjoni u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

Il-politiki u l-prattiki attwali fl-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet fundamentali taħt l-IHR fost l-Istati Membri u r-relazzjonijiet mad-dispożizzjonijiet legali tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Netwerk ta’ sostenn ta’ laboratorji ta’ referenza Kimiċi, Radjoloġiċi u Nukleari u valutazzjoni rapida ta’ sustanzi kimiċi industrijali tossiċi u theddid radjuattiv u żvilupp ta’ kontromiżuri għas-saħħa pubblika vvalidati xjentifikament

L-attivitajiet li jridu jiġu żviluppati għandhom iservu ta’ sostenn għall-prijoritajiet tal-HSC fejn għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet kimiċi u radjunukleari. Fl-2009, għandha tingħata prijorità lil:

Inventarju u verifika ta “laboratorji nazzjonali ta’ referenza” għal sustanzi kimiċi u radjuattivi inkluż laqgħa ta’ ħidma dwar l-iskambju ta’ potenzjalitajiet u kapaċitajiet.

Valutazzjoni ta’ aġġornament ta’ sustanzi kimiċi industrijali tossiċi – żvilupp ta’ protokolli dwar theddid rapidu u analiżi ta’ riskju;

Valutazzjoni ta’ aġġornament ta’ aġenti radjuattivi - żvilupp ta’ protokolli dwar theddid rapidu u analiżi ta’ riskju.

[Sejħa għall-offerti]

3.2.2.   Titjib fis-sikurezza taċ-ċittadini. (Anness – Punt 1.2)

3.2.2.1.   It-titjib fl-użu razzjonali tal-antibijotiċi u l-ġlieda kontra r-reżistenza antimikrobjali u antivirali (31) (Anness – Punti 1.2.3)

Żvilupp ulterjuri fil-protokolli u sorveljar ta’ użu razzjonali tal-antibijotiċi

L-attivitajiet li jridu jiġu żviluppati huma dawn:

L-użu tal-antibijotiċi fil-kura ambulatorja u fl-isptarijiet: analiżi u rapport, inkluża valutazzjoni tal-piż tal-ispejjeż tat-trattament ta’ każi ta’ reżistenza għall-mediċini, inkluż il-punti fejn jiltaqgħu l-isptarijiet, il-kura Komunitarja, l-annimali u l-ikel. Dan kollu għandu jkopri wkoll l-effetti fuq is-saħħa u analiżi tal-ispejjeż ta’ tnaqqis fl-użu tal-antibijotiċi fit-trattament tal-mard tal-bniedem.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.2.2.   Titjib fis-sikurezza tal-pazjent permezz ta’ kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u mingħajr perikli (Anness – Punt 1.2.3)

L-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-Istati Membri, kif ukoll riċerka dwar l-epidemjoloġija ta’ infezzjonijiet assoċjati mal-kura tas-saħħa u dwar l-effikaċja fl-ispejjeż tal-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-provvediment tal-għodda għall-kejl u t-titjib tal-kwalità u s-sikurezza tal-kura tas-saħħa: l-iżvilupp ta’ linji gwida jew għodod bl-għan li tiġi vvalutata l-kwalità tal-kura tas-saħħa pprovduta minn stabbilimenti differenti tal-kura tas-saħħa u għall-promozzjoni tal-aħjar prattika; l-iżviluppar ta’ sistemi ta’ kejl biex tkun tista’ titkabbar il-konformità mal-protokolli tat-trattament.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-implimentazzjoni tal-azzjoni stabbilita f’COM(2008) 689 fuq telemediċina għall-benefiċċju tal-pazjenti, tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-soċjetà biex titħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti tas-saħħa u l-pazjenti f’setturi ewlenin għal intensità ta’ applikazzjoni akbar tat-telemediċina kif stabbilit f’din il-Komunikazzjoni, sabiex jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet speċifiċi dwar kif titkabbar il-kunfidenza fit-telemediċina u l-aċċettazzjoni tagħha, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti etiċi u dawk marbuta mal-privatezza.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.2.2.3.   Sikurezza tan-nanomaterjali (Anness – Punt 1.2.1)

L-Azzjoni Konġunta fuq is-sikurezza tan-nanomaterjali: (i) biex jissaħħaħ, jitwessa’ u jinqasam l-għerf meħtieġ għall-valutazzjoni tal-perikli, il-kxif, u r-riskju globali tan-nanomaterjali, (ii) biex jitħaffef l-isfruttar tad-dejta eżistenti u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskju, u (iii) biex jiġi inċentivat il-ħolqien ta’ metodoloġiji b’saħħithom fl-EU kollha.

[Azzjoni konġunta]

3.2.2.4.   Sikurezza tad-demm, it-tessuti, iċ-ċelloli u l-organi (Anness – Punt 1.2.2)

Il-promozzjoni tal-aċċessibbiltà u t-taħriġ f’metodoloġija speċifika biex jiżdiedu d-donazzjonijiet tal-organi partikolarment fil-Programmi ta’ Titjib fil-Kwalità għad-donazzjoni tal-organi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-tfassil ta’ proċeduri u għodod tal-IT għall-iskambju ta’ organi umani bejn l-Istati Membri bl-għan li l-eċċess tal-organi jiġi offrut lil pajjiżi oħra u b’referenza speċjali għall-iskambju ta’ organi għall-benefiċċju ta’ pazjenti bi ħtieġa urġenti u li t-trattament fuqhom ikun diffiċli.

[Sejħa għall-offerti]

Il-kooperazzjoni ad hoc mal-Kunsill tal-Ewropa fuq materji speċifiċi marbutin mal-ġisem uman (demm, tessuti, ċelluli, organi).

[Ftehim għal għotja diretta mal-Kunsill tal-Ewropa]

Dwar id-demm, it-tessuti u ċ-ċelluli għadhom jeżistu mistoqsijiet dwar is-sistemi tar-rappurtar u r-risposta rapida fir-rigward ta’ avvenimenti u reazzjonijiet avversi serji u fir-rigward tal-kodifikazzjoni. Għandhom jiġu stabbiliti l-prijoritajiet għall-proġetti biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp tal-metodoloġiji f’dan il-qasam.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-prinċipju ta’ donazzjoni volontarja ta’ tessuti/ċelluli/demm/plażma mingħajr ħlas: analiżi tal-prattika ta’ kuljum.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.   Azzjonijiet ta’ prijorità għat-tieni għan “il-promozzjoni tas-saħħa”

L-attivitajiet f’din it-taqsima huma mfassla biex jikkumbattu l-mard gravi u jnaqqsu l-inugwaljanzi tas-saħħa fl-UE kollha billi jaffrontaw fatturi determinanti ewlenin bħalma huma n-nutriment u l-attività fiżika, l-alkoħol, it-tabakk u l-konsum tad-drogi kif ukoll fatturi determinanti tas-saħħa marbuta mal-ambjent.

Fl-2009, l-azzjonijiet ta’ prijorità għal dan l-għan se jkunu mmirati biex jikkontribwixxu għal tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE u bejniethom; biex jippromwovu l-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha kif ukoll biex jivvalutaw u jinċentivaw investiment sostenibbli fis-saħħa f’livelli nazzjonali u reġjonali, u għaldaqstant isostnu t-temi strateġiċi mfissra fl-Istrateġija tas-Saħħa tal-UE. B’segwitu għall-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali (32), se jiġu indirizzati problemi sottostanti mqajma mill-proposta. Fir-rigward ta’ fatturi tas-saħħa determinanti, il-konċentrazzjoni se tkun b’mod partikolari fuq il-fatturi determinanti u sitwazzjonijiet li jaffettwaw is-saħħa tat-tfal u ż-żgħażagħ.

3.3.1.   It-tħeġġiġ ta’ modi ta’ għajxien aktar b’saħħithom u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness – Punt 2.1)

3.3.1.1.   Promozzjoni tal-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha (Anness – Punt 2.1.1)

Il-promozzjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt fejn tidħol is-saħħa: l-organizzar ta’ azzjonijiet biex jitħeġġeġ l-użu tal-valutazzjoni tal-impatt fejn tidħol is-saħħa bħala strument għat-tfassil ta’ politika orjentata favur is-saħħa f’livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali (lokali), filwaqt li jiġu kkunsidrati aspetti ta’ ekwità.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżvilupp ta’ metodoloġiji għall-implimentazzjoni tal-approċċ Saħħa fil-Politiki Kollha fil-tfassil tal-politika u l-implimentazzjoni.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-ippjanar ta’ proġetti u azzjonijiet marbuta mas-saħħa li huma kofinanzjati mill-Istituzzjonijiet Ewropej u Organizzazzjonijiet Internazzjonali rilevanti fil-perjodu 2003 ‘l quddiem.

[Sejħa għall-offerti]

L-istudju tal-impatt tal-politika tal-UE fuq is-saħħa u s-sistemi tas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.2.   Bini ta’ kapaċità għas-saħħa pubblika (Anness – Punt 2.1.1)

L-iżviluppar ta’ għodod, proċeduri u xogħol bi prova biex titjieb l-interazzjoni bejn ir-riċerkaturi tas-saħħa pubblika u l-iżvilupp politiku f’livell tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżviluppar ta’ manwali biex isostnu l-integrazzjoni tal-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-prevenzjoni tad-disturbi mentali fil-prattika tat-taħriġ u x-xogħol tal-professjonisti fl-ambjenti taż-żgħażagħ, il-ħajja soċjali, l-iskejjel u l-postijiet tax-xogħol, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-attivitajiet taħt il-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri (33).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-promozzjoni tal-inklużjoni tal-prevenzjoni kontra l-korriment fit-taħriġ vokazzjonali marbut mas-saħħa pubblika: l-iżvilupp ta’ kurrikula modulari għal applikazzjoni fis-settur tas-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE fir-rigward ta’ fatturi determinanti ewlenin tas-saħħa (in-nutriment u n-netwerking tal-partijiet interessati – forum dwar is-saħħa).

[Sejħa għall-offerti]

It-titjib fil-ħiliet komunikattivi tal-professjonisti tas-saħħa sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħtiġijiet tal-pazjenti billi tiġi kkunsidrata d-differenza bejn is-sessi, l-età u fatturi soċjo-ekonomiċi u kulturali varjabbli oħra: it-tfassil ta’ ppjanar ta’ taħriġ fil-komunikazzjoni mogħti lill-professjonisti tas-saħħa bl-għan li tiġi inkluża komunikazzjoni fi programmi edukattivi għas-saħħa pubblika, u possibbilment il-ħolqien ta’ programm li jwassal għal studji speċjalizzati.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżviluppar ta’ kapaċità għas-saħħa pubblika: fuq il-bażi ta’ inventarju tal-kapaċità għall-provvediment tas-saħħa pubblika fl-Istati Membri kollha għall-fini tal-identifikazzjoni tal-lakuni, il-ħtiġijiet u l-proposti għall-iżvilupp, speċjalment konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tan-netwerking f’livell tal-UE.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.3.   Investiment fis-saħħa (Anness – Punti 2.1.1 u 2.1.2)

L-istudju analitiku biex tiġi aċċessata l-korrelazzjoni bejn l-investiment għal saħħa aħjar (inklużi s-sistemi tas-saħħa) u t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp. (Anness – Punt 2.1.1).

[Sejħa għall-offerti]

Il-promozzjoni tal-investimenti tas-saħħa fl-Istati Membri u r-reġjuni tal-UE permezz tal-iskambju tal-prattika tajba u l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE (pereżempju, il-Bank Ewropew għall-Investimenti), l-organizzazzjonijiet internazzjonali, l-impriżi privati u l-NGOs. (Anness – Punt 2.1.2).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-inizjattivi biex jiġu identifikati l-aħjar prattiki għal titjib fl-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-investiment reġjonali tas-saħħa. (Anness - Punt 2.1.2).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.1.4.   Tnaqqis fl-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa (Anness –Punt 2.1.2)

L-iżviluppar u t-tixrid ta’ prattika tajba fir-rigward tal-istrateġiji biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa bejn u fl-Istati Membri u r-reġjuni ta’ pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-programm.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżvilupp u l-iskambju ta’ prattika tajba fis-sistemi tas-saħħa għall-indirizzar tal-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-istudju dwar id-dimensjoni u l-implikazzjonijiet tal-inugwaljanzi fl-istatus tas-saħħa u l-provvediment tas-saħħa bejn l-Istati Membri.

Is-sostenn organizzattiv u tekniku għan-netwerking tal-UE biex jiġu affrontati l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.1.5.   Sostenn għall-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ kura transkonfinali (Anness – Punt 2.1.2)

Il-kejl tal-ekwivalenza tat-trattamenti fis-sistemi ta’ kura tas-saħħa fl-UE: il-kejl tal-komparabbiltà tal-kriterji nazzjonali u l-proċessi tat-teħid tad-deċiżjinijiet adottati għall-ħlas lura/akkreditament tal-interventi mediċi.

[Sejħa għall-offerti/Ftehim għal għotjiet diretti mal-Osservatorju Ewropew tal-Politiki tas-saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa]

3.3.2.   L-inkoraġġiment ta’ modi ta’ għajxien aktar b’saħħtu u t-tnaqqis fl-għadd ta’ mardiet serji u ta’ korrimenti permezz tal-ġestjoni tal-fatturi determinanti tas-saħħa (Anness – Punt 2.2)

3.3.2.1.   Tfal u żgħażagħ (Anness – Punt 2.2.1)

L-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-Kummissjoni favur is-saħħa taż-zgħażagħ: l-għoti ta’ sostenn għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati kif ukoll għan-netwerking.

L-isħarriġ ta’ approċċi awtoregolatorji fil-qasam ta’ reklamar responsabbli, b’konċentrazzjoni partikolari fuq il-protezzjoni taż-żgħażagħ.

[Sejħa għall-offerti]

Kampanji fuq il-mezzi tax-xandir għal stili ta’ ħajja b’saħħitha mmirati lejn iż-żgħażagħ, bl-għan li jagħtuhom il-poter li jagħżlu stil ta’ ħajja b’saħħitha.

[Azzjoni konġunta]

L-iżvilupp tal-irwol tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-edukaturi (dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ), l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi u l-organizzazzjonijiet għat-taħriġ vokazzjonali fil-qasam tal-promozzjoni tas-saħħa taż-żgħażagħ.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-korrimenti u l-mard taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-attivitajiet ta’ promozzjoni favur is-saħħa li jindirizzaw il-ħtiġijiet taż-żgħażagħ (ta’ bejn il-15 u l-25 sena) li mhumiex qegħin jaħdmu u anqas mhuma fis-sistema edukattiva.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.2.   Anzjanità (Anness – Punt 2.2.1)

Studju dwar l-implikazzjonijiet tal-anzjanità fuq il-ħtiġijiet taċ-ċittadini fejn tidħol il-kura tas-saħħa jiġifieri dwar kif is-sistemi Ewropej tas-Saħħa jeħtieġu li jaddattaw irwieħhom sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa ta’ soċjetà li qed tixjieħ (il-bini fuq dejta u analiżi eżistenti).

[Sejħa għall-offerti]

3.3.2.3.   Saħħa fuq ix-xogħol (Anness – Punt 2.2.1)

It-titjib fis-saħħa fuq ix-xogħol, b’mod partikolari permezz tal-promozzjoni ta’ organizzar tax-xogħol b’mod aktar effikaċi u kontroll tal-impjiegi filwaqt li jiġu kkunsidrati l-aspetti ekonomiċi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.4.   Nutriment u attività fiżika (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-White Paper dwar in-nutriment u l-attività fiżika (34) u x-xogħol tal-Pjattaforma għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa tal-UE:

L-implimentazzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba favur inizjattivi komprensivi biex jiġi indirizzat it-tnaqqis fil-livelli tax-xaħmijiet saturati u l-aċidi xaħmija (xaħmijiet trans – trans fats), il-melħ u z-zokkor fl-ikel manifatturat.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-promozzjoni tal-attività fiżika permezz ta’ infrastruttura u stili ta’ ħajja b’saħħitha, ippjanar urban/reġjonali u użu aħjar tal-ambjent fiżiku, b’konċentrazzjoni partikolari fuq it-tfal u ż-żgħażagħ: il-promozzjoni u l-iskambju ta’ prattika tajba f’livelli lokali/reġjonali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-ħolqien ta’ dehra panoramika fuq l-UE kollha tat-tipi differenti ta’ approċċi komunitarji lokali biex titnaqqas l-obeżità tat-tfal, b’mod speċjali tal-inizjattivi bbażati fl-iskejjel.

Il-valutazzjoni tal-Pjattaforma għal Azzjoni fuq id-Dieta, l-Attività Fiżika u s-Saħħa bħala mudell għal kooperazzjoni effikaċi fil-ġlieda kontra l-obeżità f’livell tal-UE.

[Sejħa għall-offerti]

Il-promozzjoni ta’ netwerking Ewropew fil-qasam tal-Attività Fiżika.

[ftehim għal għotjiet diretti mad-WHO]

3.3.2.5.   Saħħa sesswali u l-HIV-AIDS (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjonji dwar il-ġlieda kontra l-HIV/AIDS (35) u b’konformità mal-iżvilupp lejn inizjattivi politiċi favur iż-żgħażagħ u s-saħħa sesswali, u tħeġġiġ għal kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fl-Ewropa tal-Lvant skont l-Art. 12 tad-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE dwar il-Programm tas-Saħħa 2008-2013, għandha tingħata prijorità partikolari lil:

Is-saħħa sesswali (Anness – Punt 2.2.1)

Il-kontribuzzjoni lejn twessigħ fil-bażi tal-għerf dwar l-imġiba sesswali taż-żgħażagħ madwar l-Ewropa kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżviluppar ta’ attivitajiet li jippromwovu u jsaħħu edukazzjoni sesswali komprensiva.

[Għotja operattiva]

Il-kontribuzzjoni lejn l-iżvilupp u promozzjoni tal-politika tas-saħħa sesswali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-kontribuzzjoni lejn il-prevenzjoni tal-infezzjonijiet trażmessi sesswalment.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

HIV/AIDS

Attivitajiet li jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet stabbiliti fil-pjan ta’ azzjoni 2005-2009 għall-HIV/AIDS, b’mod partikolari dwar l-aċċess għall-eżaminar, it-trattament u l-kura, dwar attivitajiet immirati lejn titjib fis-sitwazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant, speċjalment fir-rigward tal-IDUs, u dwar il-promozzjoni tas-saħħa għaż-żgħażagħ u l-gruppi bir-riskju.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

It-tifrix u l-iskambju ta’ prattika tajba biex jiġu intensifikati l-inizjattivi għal żieda fl-għarfien u biex issir kontribuzzjoni għal żviluppi ġejjiena fil-politika Ewropea (b’konċentrazzjoni partikolari fuq strateġiji għas-sensibilizzazzjoni tal-gruppi li jinsabu fir-riskju biex jiġu eżaminati għall-HIV).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Titjib fis-sitwazzjoni globali fl-Ewropa tal-Lvant f’termini ta’ żvilupp politiku u implimentazzjoni. Titjib fis-sitwazzjoni tan-nies li jgħixu mal-HIV/AIDS, b’konċentrazzjoni fuq il-prevenzjoni u proġetti mmirati lejn l-aċċessibbiltà għal antiretrovirali għal prezz konvenjenti.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għan-netwerks u l-gruppi li qed jiġġieldu kontra l-HIV/AIDS, b’konċentrazzjoni partikolarment fuq il-gruppi li jinsabu f’riskju u s-sitwazzjoni fl-Ewropa tal-Lvant.

[Għotja operattiva]

It-tkabbir fl-għarfien dwar l-HIV/AIDS b’konċentrazzjoni partikolari fuq l-Ewropa tal-Lvant: appoġġ għall-Konferenza Dinjija dwar l-AIDS li se ssir fi Vjenna fl-2010.

[Ftehim għal għotjiet diretti mal-UNAIDS]

3.3.2.6.   Saħħa mentali (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-approċċ strateġiku globali lejn is-saħħa mentali (36), kif rifless ukoll fil-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri (37),

L-iżviluppar ta’ partenarjati għal azzjoni biex il-mezzi tax-xandir u l-Internet jintużaw għall-promozzjoni tas-saħħa mentali, il-prevenzjoni tad-disturbi mentali u l-ġlieda kontra l-istigma, b’konċentrazzjoni speċifika fuq iż-żgħażagħ u fuq il-bank tax-xogħol, u għall-indirizzar tal-isfidi relatati, bħalma hi l-imġiba suwiċidali u awtodistruttiva kif ukoll id-disturbi fil-komportament alimentari.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji Komunitarji dwar is-saħħa mentali.

Il-ġbir fil-qosor tal-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tas-saħħa ta’ azzjoni favur is-saħħa mentali għall-UE, b’konċentrazzjoni fuq it-temi ta’ prijorità tal-Patt Ewropew għas-Saħħa Mentali u l-Benesseri.

[Sejħa għall-offerti]

3.3.2.7.   Prevenzjoni tad-dipendenza mid-drogi (Anness – Punt 2.2.1)

It-tabakk

L-azzjonijiet huma żviluppati b’konformità mal-approċċ globali tal-UE lejn il-kontroll tat-tabakk kif ukoll mal-Konvenzjoni Qafas għall-Kontroll tat-Tabakk.

L-istudju dwar it-tabakk u r-responsabbiltà li jġorr miegħu l-prodott: il-mezzi ekonomiċi biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà marbuta mal-prodott u l-implimentazzjoni tagħha u l-mekkaniżmi ta’ infurzar jeħtieġ li ssirilhom eżaminazzjoni fid-dettall biex titjieb l-internalizzazzjoni tal-kosti esterni tat-tipjip.

L-istudju dwar il-leġiżlazzjoni tal-bejgħ tat-tabakk sabiex jitħarsu ż-żgħażagħ.

[Sejħa għall-offerti]

Il-bini ta’ kapaċità għall-istrateġiji ta’ kontroll fuq it-tabakk mal-medda politika kollha, speċjalment fis-setturi tat-tassazzjoni u l-kummerċ illegali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-iżvilupp ta’ strateġiji innovattivi u l-aħjar prattiki speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-programmi tat-taħriġ għall-professjonisti u l-għalliema tas-saħħa li jikkonċernaw it-tipi kollha ta’ metodi u servizzi ta’ konsum u prevenzjoni u waqfien marbuta mal-prodotti tat-tabakk. Iridu jitqiesu kif ikun xieraq id-differenza bejn is-sessi, l-inugwaljanzi fejn tidħol is-saħħa, ix-xenarji ewlenin u l-gruppi ta’ referenza waqt l-iżviluppar ta’ dawn l-istrateġiji u programmi.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Is-sostenn għall-implimentazzjoni tad-direttivi dwar it-tabakk, partikolarment rigward l-ingredjenti tat-tabakk u t-Twissijiet bl-Istampi: wara l-adozzjoni tat-twissijiet testwali, it-twissijiet bl-istampi wkoll għandhom jiġu aġġornati għal implimentazzjoni sħiħa tad-Direttiva dwar il-prodotti tat-Tabakk.

[Offerti permezz ta’ ftehim amministrattiv mal-JRC u Sejħa għall-offerti]

L-Alkoħol (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE għal sostonn lill-Istati Membri biex titnaqqas il-ħsara marbuta mal-alkoħol (38), u sabiex tkompli tiġi żviluppata politika għal tnaqqis fil-ħsara kkawżata mill-alkoħol, għandha tingħata prijorita partikolari lill-proġetti li jiffukaw fuq dan li ġej:

L-alkoħol u l-postijiet tax-xogħol: l-identifikazzjoni u r-raggruppament ta’ prattika tajba għal azzjonijiet effikaċi f’dan is-settur, bl-involviment ta’ min iħaddem (u l-organizzazzjonijiet ta’ dawk li jħaddmu), it-trejdjunjins u l-professjonisti tas-saħħa. Dan għandu jinkludi l-iżviluppar ta’ possibbiltajiet ta’ kif tiġi implimentata prattika tajba fuq skala usa’ u l-identifikar ta’ lakuni fl-approċċi attwali.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

It-trażżin tal-konsum tax-xorb minn persuni taħt l-età: l-identifikazzjoni u r-raggruppament ta’ prattika tajba fejn għandhom x’jaqsmu kwistjonijiet bħalma huma l-edukazzjoni indirizzata lejn it-tfal, il-ġenituri tagħhom u l-ħaddiema fis-settur tal-bejgħ u x-xiri bl-imnut. Ta’ importanza partikolari huwa l-infurzar tal-limiti legali tal-età għall-bejgħ tal-alkoħol.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Ix-xogħol fuq l-impatt tal-komunikazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni fuq il-konsum, speċjalment miż-żgħażagħ u fuq is-sorveljar tal-effikaċja u t-trasparenza ta’ mekkaniżmi awtoregolatorji.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Drogi illegali (Anness – Punt 2.2.1)

B’konformita mal-Istrateġija u l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Ewropej għad-Drogi (39), il-programm ta’ prevenzjoni u informazzjoni marbuta mad-Droga (40) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/448/KE tat-18 ta’ Ġunju 2003 dwar il-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-ħsara fejn tidħol is-saħħa assoċjata mad-dipendenza mid-droga (41):

L-iżviluppar, l-implimentar u l-ivvalutar tal-attivitajiet għal tnaqqis fid-domanda għad-drogi, partikolarment:

Il-prevenzjoni tal-ewwel użu jew l-użu sperimentali fost iż-żgħażagħ f’xenarji differenti filwaqt li jitqiesu l-interrelazzjoni ma’ problemi oħra tas-saħħa (inkluż il-mard mentali) u l-problemi soċjali (pereżempju, l-esklużjoni soċjali).

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-prevenzjoni tal-użu tal-polidroga, speċifikament l-użu fl-istess ħin mal-alkoħol inkluża l-prevenzjoni tas-sewqan taħt l-influwenza tad-drogi u x-xorb filwaqt li jitqies ix-xogħol li twettaq qabel f’dan il-qasam, fil-kuntest ta’ azzjonijiet marbuta mas-sikurezza fit-toroq.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-approċċi selettivi u innovattivi lejn il-prevenzjoni bl-użu tal-għodda tal-IT għall-persuni li jużaw id-drogi li juru mġiba problematika.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.8.   Prevenzjoni ta’ mard serju u rari (Anness – Punt 2.2.2)

Il-kankru

L-iżvilupp ta’ indikaturi jew indiċi li jikkonċernaw speċifikament il-marda tal-kankru għal sostenn aħjar ta’ azzjoni marbuta mal-marda tal-kankru mal-UE kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

Il-mard rari

L-iżviluppar ta’ kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-mard rari, partikolarment fir-rigward tal-identifikazzjoni tiegħu, l-iskambju ta’ informazzjoni dwaru, u kooperazzjoni transkonfinali fejn għandhom x’jaqsmu d-dijanjożi u t-trattament permezz ta’ networks ta’ referenza Ewropej.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-implimentar tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2008) 679 finali dwar il-Mard Rari: l-isfidi għall-Ewropa huma:

Il-valutazzjoni tal-prattika tal-iskrining tal-popolazzjoni tat-trabi tat-twelid fl-Istati Membri,

Ir-rapportar tal-informazzjoni dwar il-mard rari, dijanjożi u trattament bl-użu ta’ inizjattivi Ewropej (b’mod partikolari l-Orphanet).

[Sejħa għall-offerti]

Sostenn għan-netwerks ta’ referenza pilota u n-netwerks ta’ informazzjoni

[Sejħa għal proposti għall-proġetti/Għotja operattiva]

3.3.2.9.   Ambjenti ta’ saħħa (Anness – Punt 2.2.3)

B’konformità mal-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa (42):

Il-kwantifikazzjoni tal-emissjoni ta’ pollutanti tal-arja ewlenin ta’ ġod-dar minn prodotti għall-konsum ġenerali bħalma huma l-prodotti għall-kura personali u l-prodotti tat-tindif u d-duħħan tat-tabakk fl-ambjent (ETS – environmental tobacco smoke), u informazzjoni dwar l-iskema ta’ użu ta’ dawn il-prodotti fl-Istati Membri tal-UE.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

L-istudji dwar l-impatt mistenni tal-azzjonijiet fuq il-kwalità tal-arja ta’ ġod-djar, il-kampijiet elettromanjetiċi u t-taħriġ tal-professjonisti fis-setturi tal-ambjent u s-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

L-iżviluppar ta’ linji gwida Ewropej għall-ventilazzjoni bbażata fuq is-saħħa għad-djar, l-uffiċċji u l-postijiet pubbliċi bħalma huma l-iskejjel u l-krexxijiet. Dawn il-linji gwida għandhom iservu ta’ għajnuna lill-Istati Membri biex jerġgħu jeżaminaw il-kodiċi u l-prattiki eżistenti tal-bini fil-kuntest tal-effikaċja tal-enerġija fejn għandu x’jaqsam il-bini.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.3.2.10.   Prevenzjoni tal-korrimenti (43) (Anness – Punt 2.2.4)

It-tisħiħ tan-netwerking ta’ prattika tajba fis-seba’ setturi ta’ prijorità li dwarhom saret enfasi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar il-prevenzjoni tal-korrimenti u l-promozzjoni tas-sikurezza (44) bl-għan li jitħeġġu azzjonijiet iffukati fl-Istati Membri kollha.

[Sejħa għal proposti għall-proġetti]

3.4.   Azzjonijiet ta’ prijorità għat-tielet għan “Niġġeneraw u nferrxu l-informazzjoni u l-għerf marbuta mas-saħħa”

3.4.1.   Skambju tal-għerf u l-aħjar prattika (Anness – Punt 3.1.2)

L-iffaċilitar tal-iskambju tal-għerf, l-aħjar prattika u l-provvediment ta’ għajnuna teknika (ġemellaġġ, konsulenza) bejn l-Istati Membri u pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm.

[Sejħa għall-offerti]

Il-bini fuq il-kompetenzi li huma diġà żviluppati fil-qasam tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa, l-iżgurar tal-kontinwazzjoni u l-iżvilupp tal-Valutazzjoni tat-Teknoloġija tas-Saħħa (HTA) fl-UE, inkluż xogħol fuq l-effikaċja relattiva (RE) tal-mediċini.

[Azzjoni konġunta]

3.4.2.   Il-ġbir, l-analizzar u t-tifrix tal-informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – Punt 3.2.1)

Il-ġbir tad-dejta dwar il-perċezzjoni dwar is-saħħa u l-benesseri f’livell urban f’75 belt fl-UE, il-Kroazja u t-Turkija permezz tal-Istħarriġ tal-Perċezzjoni bbażat fuq Verifika Urbana.

[Sottodelegazzjoni tad-DĠ għall-Politika Reġjonali]

L-implimentar ta’ moduli tad-DĠ għas-Saħħa u l-Konsumaturi (it-tabakk, l-organi, ir-reżistenza antimikrobjali, it-tilqim, it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali) fl-istrumenti ta’ stħarriġ tal-Kummissjoni (Eurobarometer).

[Sejħa għall-offerti]

3.4.2.1.   Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni dwar is-Saħħa (Anness – Punt 3.2.1)

L-azzjoni konġunta għall-implimentazzjoni tal-Istħarriġ Ewropew pilota tal-Eżaminar tas-Saħħa.

[Azzjoni konġunta]

Għat-titjib jew il-ħolqien ta’ sistemi ta’ informazzjoni sostenibbli dwar mard serju u kroniku u kundizzjonijiet bħal fil-mard kardjovaskulari, id-disturbi tal-ispettru tal-awtiżmu, kundizzjonijiet newro-deġenerattivi/demenzji u fis-saħħa orali. L-iżvilupp ta’ networks sentinelli (sentinel networks), koordinazzjoni tar-reġistri u informazzjoni dwar liċenzjar mill-isptar u użu ta’ stħarriġ dwar is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

Ir-reviżjoni tal-Klassifika Internazzjonali tal-Mard.

[Ftehim għal għotja diretta mad-WHO/Sejħa għall-offerti]

Il-ġbir, l-analizzar u r-rappurtar tad-dejta klinika li tipprovdi informazzjoni dwar il-prevalenza u l-morbidità tad-dermatite li tittieħed fl-Ewropa.

[Sejħa għall-offerti]

Il-qafas multiannwali biex ikompli jiżviluppa u jtejjeb id-dejta, l-indikaturi u l-analiżi marbutin mas-saħħa u b’mod partikolari kura tas-saħħa b’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), b’sostenn għax-xogħol tal-Kumitat tas-Saħħa tal-OECD.

[Ftehim għal għotja diretta mal-OECD]

Il-qafas multiannwali għall-iżvilupp u t-titjib tal-informazzjoni u l-analiżi permezz tal- Osservatorju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa.

[Ftehim għal għotja diretta mal-Osservatorju Ewropew għall-Politika tas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa]

Il-ftehim għal għotja diretta min-Netwerk ta’ Xhieda tas-Saħħa tad-WHO b’sostenn għas-Sistema ta’ Informazzjoni u Għerf dwar is-Saħħa.

[Ftehim għal għotja diretti mad-WHO]

Il-ħolqien ta’ mekkaniżmi għall-ġbir flimkien tal-aktar dejta, informazzjoni, xhieda u konsulenza teknika avvanzata u moderna dwar suġġetti speċifiċi marbutin mas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.4.2.2.   Tixrid u applikazzjoni ta’ informazzjoni dwar is-saħħa (Anness – Punt 3.2.2)

L-azzjonijiet li jikkonċernaw it-tixrid u l-applikazzjoni tal-informazzjoni dwar is-saħħa:

L-analiżi tal-utenti tal-informazzjoni tas-saħħa tal-UE u l-ħtiġijiet tagħhom għall-informazzjoni.

Il-ġestjoni ta’ mekkaniżmi biex jitjiebu u jiġu ssorveljati t-tixrid u l-applikazzjoni mill-partijiet interessati differenti f’informazzjoni marbuta mas-saħħa pprovduta permezz tal-Kummissjoni.

Il-provvediment ta’ ġabriet fil-qosor ta’ informazzjoni dwar is-saħħa marbutin ma’ għanijiet u prijoritajiet prinċipali tal-Istrateġija tas-Saħħa; il-proposti u l-azzjonijiet ewlenin tal-Kummissjoni li għandhom x’jaqsmu mas-saħħa u s-sitwazzjoni globali tas-saħħa tal-Istati Membri.

L-iżvilupp u l-ġestjoni tal-Portal tas-Saħħa Pubblika tal-UE u strumenti oħra tal-ICT għall-ġbir u t-tixrid tal-informazzjoni dwar is-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

Attivitajiet ta’ komunikazzjoni fil-qasam tas-Saħħa, inklużi:

Il-Programm tas-Saħħa (2008-2013): sostenn għall-attivitajiet immirati biex jikkomunikaw ir-riżultati tal-attivitajiet iffinanzjati permezz tad-Deċiżjoni tal-Programm.

Il-Programm tas-Saħħa Pubblika (2003-2008): ir-rapport finali u l-promozzjoni tar-riżultati tal-Programm.

L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-istrateġija tas-saħħa tal-UE, inkluża l-kampanja Ewropa għall-Pazjenti fil-forma ta’ premju ġurnalistiku Komunjitarju għas-saħħa.

[Sejħa għall-offerti]

3.4.3.   Analiżi u rappurtar (Anness – Punt 3.2.3)

Azzjonijiet:

L-analiżi tar-rilevanza tas-saħħa għal materji politiċi u kwistjonijiet oħra, bħalma huma l-aġenda ta’ Liżbona, il-problemi soċjali, it-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp sostenibbi, il-konsumaturi, l-iżvilupp reġjonali u l-koeżjoni, l-ambjent, it-trasport u l-edukazzjoni.

Ir-rappurtar ta’ erba’ kwistjonijiet ewlenin marbutin mas-saħħa: is-saħħa tal-irġiel, il-kundizzjonijiet muskuloskeletali, il-mard kardjovaskulari u s-saħħa tat-tfal (minn sena sa 12-il sena).

[Sejħa għall-offerti]


(1)  Ammont indikattiv, soġġett għall-approvazzjoni tal-Awtorità Baġitarja.

(2)  Ammont indikattiv: Din iċ-ċifra hija l-ammont massimu u tiddependi mill-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-Pajjiżi EEA/EFTA u l-Pajjiżi Kandidati.

(3)  http://ec.europa.eu/eahc/

(4)  ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/721/KE (ĠU L 241, 10.9.2008, p. 21).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Marzu 2005 dwar ir-Regoli Interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (taqsima tal-Kummissjoni).

(7)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_projects/project_en.htm

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/834/KE tat-30 ta’ Settembru 2002 li tadotta programm speċifiku għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni: “L-integrazzjoni u t-Tisħiħ tas-Settur Ewropew ta’ Riċerka” (2002-2006), (ĠU L 294, 29.10.2002, p. 1). Proġetti tal-FP6 marbuta mas-saħħa pubblika taħt is-Sostenn Xjentifiku għall-Politiki – il-websajt ta’ CORDIS: http://www.cordis.lu/lifescihealth/ssp.htm

(9)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm- COM(2007) 630 finali tat-23.10.2007.

(10)  Id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 268, 3.10.1998, p. 1).

(11)  Il-proposti li jidħlu mis-sejħiet tal-Programm tas-Saħħa ma għandhomx jikkoinċidu ma’ dawk li jaqgħu taħt il-mandat tal-ECDC. Il-programm strateġiku multiannwali tal-ECDC 2007-2013 jinsab fil-websajt http://www.ecdc.europa.eu/en/About_us/Key_documents/Documents/ECDC_MAS_.pdf

(12)  Il-prijoritajiet HSC għall-2008-2013 jinsabu fil-websajthttp://ec.europa.eu/health/ph_threats/Bioterrorisme/docs/keydo_bio_05_en.pdf

(13)  Aktar informazzjoni tinsab fil-websajt: http://www.undg.org/docs/9517/GoE-final-SeS-statement.pdf

(14)  Ara l-pjan WHO għall-eliminazzjoni tal-ħosba u r-rubella http://www.euro.who.int/Document/E87772.pdf

(15)  Ara r-riżoluzzjoni ta’ WHO dwar it-tilqim kontra l-influwenza staġjonali http://www.who.int/gb/ebwha/pdf_files/WHA56/ea56r19.pdf

(16)  Ara l-pariri xjentifiċi tal-ECDC dwar it-tilqim tat-tfal kontra l-influwenza staġjonali http://ecdc.europa.eu/documents/pdf/Flu_vacc_18_Jan.pdf. Il-pariri xjentifiċi dwar l-HPV: http://ecdc.europa.eu/pdf/HPV_report.pdf. Il-pariri xjentifiċi dwar il-gruppi ta’ riskju għall-influwenza staġjonali http://ecdc.europa.eu/en/files/pdf/Publications/priority_risk_groups_forinfluenza_vaccination.pdf

(17)  Ara “laqgħa dwar strateġija għat-tilqim” hawn taħt.

(18)  Ara l-websajt Europa: http://ec.europa.eu/health/ph_projects/action2_en.htm

(19)  http://ec.europa.eu/health-eu/doc/vaccination_workshop.pdf; http://ec.europa.eu/phea/technical_meetings/technical_meetings_en.html

(20)  Iċ-Ċentru għal Riċerka Konġunta huwa organizzazzjoni għal sostenn politiku msejsa fuq ir-riċerka u f’parti integrali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-JRC qed jipprovdi l-pariri xjentifiċi u l-kompetenza teknika għas-sostenn ta’ firxa wiesgħa ta’ politiki tal-UE li tinkludi t-theddid għas-saħħa. http://ec.europa.eu/dgs/jrc/index.cfm

(21)  In-netwerk ta’ komunikaturi tal-UE jiffunzjona taħt l-umbrella tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sigurtà (HSC). Il-mandat tiegħu jiffoka fuq il-komunikazzjoni tal-kriżijiet, inklużi aspetti ta’ disponibbiltà immedjata għall-komunikazzjoni, dwar kwistjonijiet marbuta mat-theddid għas-saħħa. In-netwerk jikkomunika wkoll dwar il-ġestjoni tar-riskju li jinkludi l-komunikazzjoni reattiva fi kriżi pereżempju, it-tħejjija ta’ kontribuzzjonijiet għall-pubblikazzjoni fuq l-Internet waqt avveniment jew l-armonizzar ta’ messaġġi li jistgħu jintużaw fl-avveniment.

(22)  F’Novembru 2001, l-ewwel laqgħa ministerjali tal-Inizjattiva għal Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSI) saret f’Ottawa, biex tiġi diskussa s-sigurtà tas-saħħa globali. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa hija konsulent tekniku tal-GHSI u l-Kummissjoni Ewropea hija Membru. Esperti fi Grupp ta’ Azzjoni għas-Sigurtà tas-Saħħa Globali (GHSAG) tqabbdu jiżviluppaw proposti u azzjonijiet konkreti għal titjib fis-sigurtà tas-saħħa globali. Il-GHSAG jservi wkoll bħala network ta’ komunikazzjoni/reazzjoni rapida fl-eventwalità ta’ kriżi. http://www.ghsi.ca/english/background.asp

(23)  Il-Green Paper dwar “l-addattar għall-bidla fil-klima fl-Ewropa – għażla għal azzjonijiet Komunitarji” tad-29 ta’ Ġunju 2007 (ara p. 16 dwar l-aspetti tas-saħħa): http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri = COM:2007:0354:FIN:EN:PDF

(24)  Informazzjoni dwar il-White Paper li tittratta l-addattar għall-bidla fil-klima tinsab fuq il-links li ġejjin: http://ec.europa.eu/research/environment/newsanddoc/article_4059_en.htm http://ec.europa.eu/environment/climat/adaptation/stakeholder_consultation.htm

(25)  Id-dokument ta’ referenza huwa l-pjan ta’ azzjoni għat-TB tal-ECDC: http://ecdc.europa.eu/pdf/080317_TB_Action_plan.pdf. Ara wkoll id-dikjarazzjoni ta’ Berlin dwar it-TB: http://www.euro.who.int/document/e90833.pdf

(26)  Il-pjan biex titrażżan it-TB fi 18-il pajjiż ta’ prijorità għolja fir-reġjun Ewropew tad-WHO: http://www.euro.who.int/document/E91049.pdf

(27)  Ara pp 107-115 tar-rapport tal-ECDC dwar l-istatus tal-mard li jittieħed fil-pajjiżi tal-UE u ż-ŻEE/EFTA: http://ecdc.europa.eu/pdf/ECDC_epi_report_2007.pdf

(28)  Regolament Internazzjonali dwar is-Saħħa 2005: http://www.who.int/csr/ihr/en/

(29)  ĠU L 21, 26.1.2000, p. 32.

(30)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 40.

(31)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/77/KE tal-15 ta’ Novembru 2001 dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman (ĠU L 34, 5.2.2002, p. 13).

Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar il-bażi tar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2002/77/KE) dwar l-użu prudenti ta’ aġenti antimikrobjali fil-mediċini għall-konsum uman (it-22 ta’ Diċembru 2005): http://ec.europa.eu/health/ph_threats/com/mic_res/com684_en.pdf

(32)  Ara http://ec.europa.eu/health/ph_overview/co_operation/healthcare/cross-border_healthcare_en.htm

(33)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/mental_health_en.htm

(34)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/nutrition/documents/nutrition_wp_en.pdf

(35)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew (COM(2005) 654 finali tal-15.12.2005).

(36)  Il-Green paper “Ninċentivaw is-saħħa mentali tal-popolazzjoni. Lejn strateġija għas-saħħa mentali fl-UE” (COM(2005) 484 finali tal-14.10.2005).

(37)  http://ec.europa.eu/health/ph_determinants/life_style/mental/mental_health_en.htm

(38)  COM(2006) 625 tal-24 ta’ Ottubru 2006.

(39)  http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/04/st15/st15074.en04.pdf

(40)  http://ec.europa.eu/justice_home/funding/drugs/funding_drugs_en.htm

(41)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 31.

(42)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – Il-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għall-Ambjent u s-Saħħa 2004-2010 (COM(2004) 416 finali tad-9.6.2004).

(43)  L-attivitajiet implimentati biex titnaqqas il-ħsara kkawżata mill-alkoħol (ara aktar “il fuq”), u speċjalment dawk immirati lejn it-trażżin tas-sewqan taħt l-influwenza tal-alkoħol, ukoll jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-korrimenti.

(44)  ĠU C 164, 18.7.2007, p. 1.


ANNESS II

Prinċipji ġenerali u kriterji tal-għażla u l-għoti u kriterji oħra li għandhom x’jaqsmu mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-azzjonijiet taħt it-tieni programm komunitarju fil-qasam tas-saħħa (2008-2013)

SEJĦA GĦAL PROPOSTI GĦALL-PROĠETTI

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.1 (a))

Dan id-dokument japplika biss għall-kofinanzjament ta’ azzjonijiet individwali taħt it-tieni Programm tas-Saħħa permezz ta’ għotjiet wara sejħiet għal proposti għall-proġetti.

1.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.   Ir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli Implimentattivi tiegħu huma d-dokumenti ta’ referenza għall-implimentazzjoni tat-tieni Programm tas-Saħħa.

2.   L-għotjiet iridu jkunu konformi ma’ dawn il-prinċipji li ġejjin:

ir-regola tal-kofinanzjament: huwa meħtieġ kofinanzjament estern minn sors li ma jkunx sors ta’ fondi Komunitarji, jew permezz ta’ riżorsi proprji tal-benefiċjarju jew inkella riżorsi finanzjarji ta’ terzi. Kontribuzzjonijiet imħallsa b’oġġetti u mhux bil-flus mingħand terzi jistgħu jitqiesu bħala kofinanzjament jekk ikunu kkunsidrati meħtieġa jew xierqa (l-Artikolu 113 tar-Regolament Finanzjarju u 172 tar-Regoli Implimentattivi).

ir-regola ta’ bla profitt: l-għotja ma għandux ikollha l-għan jew l-effett li tiġġenera profitt għall-benefiċjarju (l-Artikoli 109(2) tar-Regolament Finanzjarju u 165 tar-Regoli Implimentattivi).

ir-regola ta’ bla retroattività: l-ispejjeż eliġibbli għall-iffinanzjar għandhom jiġu onorati wara li jkun ġie ffirmat il-kuntratt. F’każijiet eċċezzjonali, jista’ jkun aċċettabbli li spejjeż li kienu onorati mid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jiġu kkunsidrati, iżda mhux dawk onorati aktar kmieni (l-Artikolu 112 tar-Regolament Finanzjarju).

ir-regola ta’ bla akkumulazzjoni: tista’ tingħata biss għotja waħda għal azzjoni speċifika mwettqa minn benefiċjarju speċifiku darba kull sena finanzjarja (l-Artikolu 111 tar-Regolament Finanzjarju) (1).

3.   Il-proposti għall-azzjonijiet (il-proġetti) għandhom jiġu vvalutati fuq il-bażi ta’ tliet kategoriji ta’ kriterji:

il-kriterji tal-esklużjoni u l-eliġibbiltà, biex tiġi vvalutata l-eliġibbiltà tal-applikant – l-Artikolu 114 tar-Regolament Finanzjarju;

il-kriterji tal-għażla, biex tiġi vvalutata l-kapaċità finanzjarja u operattiva tal-applikant għat-tkomplija tal-azzjoni proposta – l-Artikolu 115 tar-Regolament Finanzjarju;

il-kriterji tal-għoti, biex tiġi vvalutata l-kwalità tal-proposta bil-kunsiderazzjoni tal-kost tagħha.

Dawn it-tliet kategorji ta’ kriterji għandhom jiġi kkunsidrati konsekuttivament matul il-proċedura ta’ valutazzjoni. Proġett li ma jasalx biex jissodisfa r-rekwiżiti ta’ waħda mill-kategoriji ma jiġix ikkunsidrat fl-istadju ta’ valutazzjoni li jkun imiss u għandu jiġi eliminat.

4.   Fir-rigward tat-Tieni Programm tas-Saħħa, għandha tingħata prijorità lil proġetti li:

ikollhom karattru innovattiv fir-rigward tas-sitwazzjoni eżistenti u ma jkunux ta’ natura rikorrenti;

jipprovdu valur miżjud f’livell Ewropew fil-qasam tas-saħħa pubblika: il-proġetti jridu jipproduċu ekonomiji ta’ skala rilevanti, jinvolvu numru xieraq ta’ pajjiżi eliġibbli fejn għandu x’jaqsam l-ambitu tal-proġett u jridu jkunu jistgħu jiġu rreplikati bnadi oħra;

jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-politika Komunitarja fis-settur tas-saħħa pubblika u joffrulha sostenn;

jagħtu attenzjoni xierqa lil struttura effikaċi ta’ ġestjoni, proċess ċar ta’ valutazzjoni u deskrizzjoni preċiża tar-riżultati mistennija;

jinkludu pjan għall-użu u t-tifrix tar-riżultati f’livell Ewropew lil udjenzi xierqa fil-mira tagħhom.

2.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

1.   L-applikanti għandhom jitħallew barra milli jipparteċipaw fi proċedura ta’ għoti f’rabta mat-tieni Programm tas-Saħħa jekk:

(a)

ikunu falluti jew ikunu qed jiġu likwidati, ikun qed ikollhom in-negozju tagħhom amministrat mill-qrati, ikunu daħlu f’arranġamenti mal-kredituri, issospendew l-attivitajiet kummerċjali tagħhom, ikunu soġġetti għal proċedimenti li jikkonċernaw dawn il-materji, jew ikunu jinsabu fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga maħluqa minn proċedura simili prevista fil-leġiżlazzjoni jew ir-regolamentazzjoni nazzjonali;

(b)

ikunu nstabu ħatja ta’ offiża li tikkonċerna l-kondotta professjonali tagħhom b’sentenza ta’ forza ta’ res judicata;

(ċ)

ikunu ħatja ta’ kondotta professjonali ħażina serja pprovata bi kwalunkwe mezz li l-awtorità kontraenti tista’ tiġġustifika;

(d)

ma jkunux jistgħu jissodisfaw l-obbligi marbuta mal-ħlas ta’ kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali jew il-ħlas ta’ taxxi skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih ikunu stabbiliti jew dawk tal-pajjiż tal-Uffiċjal Awtorizzanti jew dawk tal-pajjiż fejn għandu jkun attwat il-kuntratt;

(e)

kienu soġġetti għal sentenza li għandha l-forza ta’ res judicata għal frodi, korruzzjoni, involviment f’organizzazzjoni kriminali jew għal kwalunkwe attività illegali oħra li hija detrimentali għall-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet;

(f)

ikunu preżentement soġġetti għall-penali amministrattivi msemmija fl-Artikolu 96(1) tar-Regolament Finanzjarju;

(g)

ikunu rċevew għajnuna illegali, li dwarha l-Kummissjoni kienet adottat deċiżjoni negattiva li tinvolvi ordni għal irkupru, u l-għajnuna ma tkunx ġiet irkuprata skont l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (2).

Prova: il-kandidati għandhom jipprovdu dikjarazzjoni fuq unurhom, iffirmata u datata kif xieraq, li tafferma li ma jkunux jinsabu f’waħda mis-sitwazzjonijiet elenkati hawn fuq.

2.   Kwalunkwe proposta li tasal wara l-iskadenza stabbilita għall-għeluq, kull proposta li ma tkunx kompluta jew li tonqos milli tissodisfa r-rekwiżiti formali stabbiliti fis-sejħa għall-proposti għandha titħalla barra milli tipparteċipa fit-“Tieni Programm tas-Saħħa”, bl-eċċezzjoni ta’ żbalji fl-ikkupjar fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 178(2) tar-Regoli Implimentattivi.

Kull applikazzjoni trid tkun kompluta u jkun fiha mill-inqas dawn id-dokumenti li ġejjin:

Id-dejta amministrattiva dwar is-soċju ewlieni u s-soċji assoċjati;

Deskrizzjoni teknika tal-proġett;

Il-baġit globali tal-proġett u l-livell ta’ kofinanzjament Komunitarju mitlub.

Prova: Il-kontenut tal-applikazzjoni.

3.   L-azzjonijiet li diġà jkunu bdew sad-data li fiha tkun irreġistrata l-applikazzjoni għall-għotja jitħallew barra milli jipparteċipaw fil-programm “Saħħa Pubblika”.

Prova: Id-data tal-bidu skedata u t-tul ta’ żmien skedat tal-azzjoni jridu jiġu speċifikati fl-applikazzjoni għall-għotja.

3.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Dawk il-proposti li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji ta’ esklużjoni biss jistgħu jkunu eliġibbli għall-valutazzjoni. Il-kriterji tal-għażla kollha li ġejjin għandhom jiġi ssodisfati.

1.   Kapaċità finanzjarja

L-applikanti jrid ikollhom sorsi ta’ finanzjament stabbli u suffiċjenti biex ikunu jistgħu jżommu l-attività tagħhom għaddejja matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu l-kont tal-profitt u t-telf u l-karti tal-bilanċ għas-sentejn finanzjarji sħaħ imgħoddija

Il-verifika tal-kapaċità finanzjarja ma tapplikax għall-entitajiet pubbliċi, jew għal organizzazzjonijiet pubbliċi internazzjonali maħluqa permezz ta’ ftehimiet intergovernattivi jew għal aġenziji speċjalisti li nħolqu b’dawn il-ftehimiet.

2.   Kapaċità operattiva

L-applikant irid ikollu r-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa biex ikun jista’ jwettaq u jtemm l-azzjoni proposta.

Prova: L-applikanti jridu jissottomettu r-rapport annwali tal-attivitajiet l-aktar riċenti tal-organizzazzjoni inklużi d-dettalji operattivi, finanzjarji u tekniċi u l-curricula vitae tal-istaff professjonali rilevanti fl-organizzazzjonijiet kollha involuti fil-proġett.

3.   Dokumenti addizzjonali għandhom jiġu ppreżentati fuq talba tal-Kummissjoni.

Jekk issir talba għalih, l-applikanti jridu jippreżentaw rapport ta’ verifika estern magħmul minn awditur approvat, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja disponibbli u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-applikant.

4.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

Dawk il-proġetti biss li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-esklużjoni u l-għażla għandhom ikunu eliġibbli għal valutazzjoni ulterjuri fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji tal-għotja li ġejjin.

1.   Rilevanza politika u kontestwali tal-proġett (40 punt, limitu bażiku: 20 punt)

(a)

Il-kontribuzzjoni tal-proġett għat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-Saħħa u l-pjan ta’ ħidma annwali tiegħu f’termini tal-ilħuq tal-għanijiet u l-prijoritajiet (8 punti);

(b)

Ir-rilevanza strateġika f’termini ta’ rilevanza għall-Istrateġija għas-Saħħa tal-UE (3) u f’termini tal-kontribuzzjonijiet mistennija għall-għarfien eżistenti u l-implikazzjonijiet għas-saħħa (8 punti);

(ċ)

Valur miżjud f’livell Ewropew fis-settur tas-saħħa pubblika (8 punti):

impatt fuq il-gruppi ta’ referenza, l-effett għat-tul, u l-effetti multiplikaturi potenzjali bħalma huma l-attivitajiet replikabbli, trasferibbli u sostenibbli;

kontribuzzjoni għall-politiki rilevanti tal-UE u programmi oħra u kumplementarjetà, sinerġija u kompatibbiltà magħhom;

(d)

Pertinenza tal-kopertura ġeografika (8 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li kopertura ġeografika tal-proġett tkun xierqa fir-rigward tal-għanijiet tagħha, waqt li jitfisser l-irwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonjijiet destinatarji li dawn jirrappreżentaw.

Il-proposti f’dimensjoni nazzjonali jew sub-nazzjonali (jiġifieri, li jinvolvu biss pajjiż eliġibbli wieħed jew reġjun ta’ pajjiż eliġibbli) għandhom jiġu miċħuda.

(e)

L-adegwatezza tal-proġett ma’ kuntest soċjali, kulturali u politiku. (8 punti)

L-applikanti jridu jorbtu l-proġett mas-sitwazzjoni tal-pajjiżi jew iż-żoni speċifiċi involuti, filwaqt li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-azzjonijiet previsti mal-kultura u l-fehmiet tal-pubbliki destinatarji.

2.   Kwalità teknika tal-proġett (30 punt, limitu bażiku: 15-il punt)

(a)

Prova bażi (6 punti)

L-applikanti jridu jinkludu l-analiżi tal-problema u jiddeskrivu b’mod ċar il-fatturi, l-impatt, l-effikaċja u l-applikabbiltà tal-miżuri proposti;

(b)

Speċifikazzjoni tal-kontenut (6 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu b’mod ċar il-miri u l-għanijiet, il-pubbliku destinatarju inklużi l-fatturi ġeografiċi rilevanti, il-metodi, l-effetti u r-riżultati antiċipati;

(ċ)

In-natura innovattiva, il-kumplementarjetà teknika u l-evitar tad-duplikazzjoni ta’ azzjonijiet eżestenti oħra f’livell tal-UE (6 punti)

L-applikanti jridu jidentifikaw b’mod ċar il-progress li hu ppjanat li jikseb il-proġett fl-ambitu tas-settur f’rabta mal-metodi l-aktar moderni u jiżguraw li la jkun hemm duplikazzjoni mhux xierqa u lanqas irkib fuq xulxin, la parzjali u lanqas totali, bejn il-proġetti u l-attivitajiet li diġà qed jitwettqu f’livell Ewropew u f’livell internazzjonali.

(d)

Strateġija ta’ valutazzjoni (6 punti)

L-applikanti jridu jfissru b’mod ċar it-tip u l-adegwatezza ta’ dawk il-metodi proposti u l-indikaturi magħżula.

(e)

Strateġija ta’ tifrix (6 punti)

L-applikanti jridu jispjegaw bl-eżempji l-adegwatezza tal-istrateġija prevista u l-metodoloġija proposta biex jiżguraw it-trasferibbiltà tar-riżultati u s-sostenibbiltà tat-tixrid.

3.   Kwalità ta’ ġestjoni tal-proġett u baġit (30 punti, limitu bażiku: 15-il punt)

(a)

Ippjanar u organizzazzjoni tal-proġett (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-attivitajiet li għandhom jiġi attwati, l-iskeda taż-żmien, l-għanijiet intermedjarji, il-prodotti tal-kunsinna, in-natura u t-tqassim tal-biċċiet tax-xogħol, l-analiżi tar-riskju.

(b)

Kapaċità organizzattiva (5 punti)

L-applikanti jridu jiddiskrivu l-istruttura tal-ġestjoni, il-kompetenza tal-istaff, ir-responsabbiltajiet, il-komunikazzjoni interna, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-monitoraġġ u s-sorveljar;

(ċ)

Kwalità tal-partenarjat (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-partenarjati previsti f’termini ta’ estensività, rwoli, u responsabbiltajiet, relazzjonijiet fost is-soċji differenti, sinerġija u kumplementarjetà tad-diversi soċji fil-proġett u l-istruttura tan-netwerk.

(d)

Strateġija tal-komunikazzjoni (5 punti)

L-applikanti jridu jiddeskrivu l-istrateġija tal-komunikazzjoni f’termini ta’ ppjanar, pubbliku destinatarju, adegwatezza tal-mezzi użati, viżibbiltà tal-kofinanzjament tal-UE.

(e)

Baġit globali u ddettaljat inkluża l-ġestjoni finanzjarja (10 punti, livell bażiku: 5 punti)

L-applikanti jridu jiżguraw li l-baġit ikun rilevanti, xieraq, ibbilanċjat u konsistenti fih innifsu, bejn is-soċji u mal-għanijiet speċifiċi tal-proġett. Il-baġit għandu jitqassam fost is-soċji f’livell raġonevoli minimu, waqt li tiġi evitata frammentazzjoni eċċessiva.

L-applikanti jridu jiddeskrivu ċ-ċirkuwiti finanzjarji, ir-responsabbiltajiet, il-proċeduri ta’ rappurtar u l-kontrolli.

Kwalunkwe proġett li ma jirnexxilux jikseb il-punti tal-limiti bażiċi għandu jiġi miċħud.

Wara li tintemm il-valutazzjoni, il-proposti rrakkomandati għall-finanzjament jiddaħħlu f’lista u jiġu kklassifikati skont il-punti totali li jkunu ġabu. Skont id-disponibbiltà tal-baġit, il-proposti li jkunu ġew ikklassifikati fl-ogħla postijiet jingħataw kofinanzjament. Il-bqija tal-proposti rrakkomandati għal kofinanzjament jiddaħħlu f’lista ta’ riżerva.


(1)  Dan ifisser li azzjoni speċifika, ippreżentata minn applikant wieħed għal għotja, tista’ tiġi approvata għal kofinanzjament mill-Kummissjoni biss darba fis-sena, irrispettivament mit-tul ta’ żmien li tieħu din l-azzjoni.

(2)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(3)  COM(2007) 630 finali; http://ec.europa.eu/health/ph_overview/strategy/health_strategy_en.htm


ANNESS III

Eliġibbiltà għall-ispejjeż tas-safar u s-sussistenza

Dawn il-linji gwida japplikaw għall-ħlas lura tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza:

tal-istaff impjegat mill-benefiċjarju (il-benefiċjarji ewlenin u assoċjati) tal-għotjiet u l-esperti mistiedna mill-benefiċjarju biex jipparteċipaw fil-gruppi ta’ ħidma;

meta jkun ipprovdut għalihom b’mod espliċitu fil-kuntratti ta’ servizz.

1   L-allokazzjonijiet ta’ sussistenza b’rata fissa jkopru l-ispejjeż ta’ sussistenza kollha li jsiru matul il-missjonijiet, inklużi l-lukandi, ir-ristoranti u t-trasport lokali (taxis u/jew it-trasport pubbliku). L-allokazzjonijiet għat-trasport japplikaw għal kull jum tal-missjoni fuq bażi ta’ distanza minima ta’ 100 km mill-post tax-xogħol normali. L-allokazzjoni ta’ sussistenza tvarja skont il-pajjiż li fih tkun qed titwettaq il-missjoni. Ir-rati ta’ kuljum jikkorrispondu għas-somma tal-allokazzjoni ta’ kuljum u l-prezz massimu tal-lukanda ffissat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 1313 (1) kif emendata.

2   Missjonijiet f’pajjiżi li ma jinkludux is-27 pajjiż tal-UE, il-pajjiżi mixjin lejn l-adeżjoni u l-pajjiżi applikanti kif ukoll il-pajjiżi tal-EFTA u ż-ŻEE għandhom ikunu soġġetti għall-ftehim preċedenti tal-Kummissjoni. Dan il-ftehim għandu jkun relatat mal-għanijiet tal-missjoni, il-kosti tagħha u r-raġunijiet għaliex kienu saru dawn il-kosti.

3   L-ispejjeż tat-trasport huma eliġibbli taħt dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

l-ivvjaġġar għandu jsir fuq l-iżjed rotta diretta u ekonomika;

distanza ta’ mill-inqas 100 km bejn il-post fejn tkun qed issir il-laqgħa u l-post normali tax-xogħol;

l-ivvjaġġar bil-ferrovija: l-ewwel klassi;

l-ivvjaġġar bl-ajru: klassi ekonomija, sakemm ma tinstabx rata aktar irħisa (eż. bl-Apex); l-ivvjaġġar bl-ajru huwa awtorizzat biss għal vjaġġi bir-ritorn ta’ aktar minn 800 km;

l-ivvjaġġar bil-karozza: imħallas lura fuq il-bażi tal-ekwivalenti għal kemm tiswa r-rata l-ewwel klassi bil-ferrovija.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jadottaw il-Linji Gwida għall-missjonijiet imwettqa mill-uffiċjali u membri oħra taċ-ċivil impjegati mal-Kummissjoni Ewropea.


ANNESS IV

Kriterji marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal azzjonijiet konġunti taħt it-tieni programm Komunitarju fis-settur tas-saħħa (2008-2013)

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.3)

1.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

Azzjonijiet konġunti jistgħu jiġu implimentati ma’ entitajiet pubbliċi jew entitajiet li mhumiex governattivi:

li ma għandhomx l-għan li jagħmlu profitt u li huma indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti,

li jsegwu bħala l-mira primarja tagħhom għan wieħed jew aktar tal-programm,

li huma nnominati minn proċeduri trasparenti mill-Pajjiż parteċipanti fit-Tieni Programm Komunitarju tas-saħħa,

li ma jsegwux għanijiet ġenerali direttament jew indirettament kuntrarji għall-politika tal-UE jew li mhumiex assoċjati ma’ immaġni li mhix adegwata,

li taw lill-Kummissjoni kont sodisfaċenti tas-sħubija tagħhom, tar-regoli interni u tas-sorsi ta’ finazjament,

li mhuma fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibbiltà li jiġu vvalutati l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant f’konnessjoni mat-tkomplija tal-programm ta’ ħidma propost.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi professjonali, il-kompetenzi u l-kwalifiki meħtieġa għat-tkomplija tal-azzjoni proposta.

L-applikanti jrid ikollhom ir-riżorsi finanzjarji xierqa biex iżommu għaddejja l-attività tagħhom matul il-perjodu kollu li fih tkun qed titwettaq l-attività u biex jipparteċipaw fil-kofinanzjament tagħha.

Kull applikant irid jipprovdi:

Baġit ċar, eżawrjenti u ddettaljat ħafna u evalwat bir-reqqa tal-ispejjeż marbutin mal-attivitajiet korrispondenti mwettqa minn kull waħda mill-entitajiet li tkun qed tieħu sehem fil-proġett konġunt.

Dikjarazzjoni kemm dwar id-disponibbiltà ta’ biżżejjed riżorsi finanzjarji proprji sabiex ikopru dawn l-ispejjeż mingħajr sostenn mill-kontribuzzjoni tal-Komunità kif ukoll dwar deċiżjoni li l-entità tkun lesta timpennja r-riżorsi proprji tagħha f’każ li ma jkunx hemm sostenn finanzjarju mogħti mill-Komunità.

Kopja tal-kontijiet annwali għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu li tiġi ppreżentata qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni (għall-entitajiet mingħajr għan ta’ profitt għajr għall-entitajiet pubbliċi).

Il-parteċipanti fl-azzjoni konġunta jridu jkunu entitajiet li lilhom, l-Istati Membri jkunu attribwew biċċiet ta’ xogħol li jikkonċernaw l-attivitajiet marbuta mas-saħħa pubblika, kif xieraq għas-settur kopert fis-sejħa għall-proposti.

3.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

Il-kontribuzzjoni tal-azzjoni għat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-Saħħa u l-pjan ta’ ħidma tiegħu f’termini tal-ilħuq tal-għanijiet u l-prijoritajiet;

Il-benefiċċji potenzjali tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni f’termini tal-kontribuzzjonijiet mistennija għall-għarfien eżistenti jew żieda fl-effikaċja fis-settur kopert.

Għadd xieraq ta’ Stati Membri li jkunu qed jipparteċipaw li jiżguraw li l-kopertura ġeografika tal-azzjoni tkun xierqa fejn għandhom x’jaqsmu l-għanijiet tagħha, li jfissru x’inhu l-irwol tal-pajjiżi eliġibbli bħala soċji u r-rilevanza tar-riżorsi tal-proġett jew il-popolazzjonijiet destinatarji li dawn jirrappreżentaw.

Ċarezza u kwalità tal-għanijiet, pjan ta’ ħidma, organizzazzjoni u deskrizzjoni tar-riżultati u l-benefiċċji mistennija kif ukoll il-komunikazzjoni u t-tixrid tal-istrateġiji.

Parteċipazzjoni bbilanċjata tal-proponenti fl-attivitajiet ippjanati.


ANNESS V

Kriterji marbuta mal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-funzjonament ta’ entità mhux governattiva jew netwerk speċjalizzat

(Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007, l-Artikolu 4.1 (b))

1.   KRITERJI TA’ ESKLUŻJONI U ELIĠIBBILTÀ

Jistgħu jingħataw kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-funzjonament ta’ entità jew netwerk speċjalizzata li mhijiex governattiva (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “organizzazzjoni”) li

ma għandhiex l-għan li tagħmel profitt u li hija indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti,

għandha membri f’mill-inqas nofs l-Istati Membri,

għandha kopertura ġeografika bbilanċjata,

issegwi bħala l-għan primarju tagħha wieħed jew aktar mill-għanijiet tal-programm,

ma ssegwix għanijiet ġenerali direttament jew indirettament kuntrarji għall-politika tal-Unjoni Ewropea jew li ma jkunux assoċjati ma’ immaġni li mhix adegwata,

tat lill-Kummissjoni kont sodisfaċenti tas-sħubija tagħha, tar-regoli interni u tas-sorsi ta’ finazjament,

ipprovdiet lill-Kummissjoni bil-pjan ta’ ħidma annwali tagħha għas-sena finanzjarja u r-rapport tal-attività annwali tagħha l-aktar riċenti u, jekk disponibbli, ir-rapport ta’ valutazzjoni l-aktar riċenti,

ma hija fl-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikoli 93 u 94 tar-Regolament Finanzjarju.

Il-kriterju “indipendenti mill-industrija, minn interessi industrijali, kummerċjali jew interessi oħra kunfliġġenti” jirreferi għal tliet aspetti li kollha jridu jiġu ssodisfati mill-organizzazzjoni applikanti:

 

Indipendenza legali

Żewġ entitajiet legali għandhom jitqiesu bħala indipendenti minn xulxin meta t-tnejn ma jkunux taħt il-kontroll la tal-waħda u lanqas tal-oħra jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ xulxin jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett ta’ entità terza bħalma tista’ tkun l-oħra.

Il-kontroll jista’, b’mod partikolari, jieħu waħda minn dawn iż-żewġ forom:

(a)

L-investiment dirett jew indirett ta’ aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju maħruġ fl-entità legali kkonċernata, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji ta’ dik l-entità;

(b)

Iż-żamma ta’ poteri diretti jew indiretti għat-teħid tad-deċiżjonijiet, fattwalment jew legalment, fl-entità legali kkonċernata.

Madankollu, ir-relazzjonijiet li ġejjin bejn l-entitajiet legali m’għandhomx fihom infushom jitqiesu li qed jikkostitwixxu relazzjonijiet ta’ kontroll:

(a)

L-investiment dirett jew indirett ta’ aktar minn 50 % tal-valur nominali tal-kapital azzjonarju tal-organizzazzjoni li qed tapplika, jew ta’ maġġoranza tad-drittijiet għall-vot tal-partijiet interessati jew tas-soċji tal-entitajiet legali jkunu f’idejn l-istess entità pubblika;

(b)

L-entitajiet legali kkonċernati jkunu proprjetà tal-istess entità pubblika jew ikunu ssorveljati minnha.

 

Indipendenza finanzjarja

Bħala regola ġenerali, organizzazzjonijiet applikanti li jirċievu aktar minn 20 % tal-finanzjament tagħhom mis-settur privat (1) għall-iffunzjonar (finanzjament ċentrali) għandhom jitqiesu bħala finanzjarjament indipendenti.

 

Trasparenza tal-attivitajiet u l-finanzjament tal-applikant

(a)

L-attivitajiet kollha għandhom jiġu ppubblikati fir-rapport annwali tal-applikant (2). Applikanti li jaħdmu ma’ parteċipanti minn settur privat li mhumiex ikkunsidrati eliġibbli, pereżempju, minħabba li n-natura tal-attività tagħhom ma tkunx kompatibbli mal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni Ewropea kif stipulati fl-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu ma jkunux ikkunsidrati bħala aċċettabbli.

(b)

L-informazzjoni kollha dwar il-finanzjament għandha tkun disponibbli għall-pubbliku permezz tal-websajt tal-applikant, imqassma skont it-tip ta’ finanzjament (finanzjament ċentrali u finanzjament tal-proġett, kontribuzzjoni f’natura ta’ oġġetti) u skont l-entità li tkun qed tipprovdi l-finanzjament.

(ċ)

L-istqarrijiet tal-pożizzjoni eżistenti tal-applikanti fir-rigward tar-rekwiżit tagħhom fejn tidħol trasparenza għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

2.   KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-kriterji tal-għażla joħolqu l-possibbiltà li tiġi vvalutata l-qagħda finanzjarja u l-kapaċità operattiva tal-applikant f’konnessjoni mat-tkomplija tal-programm ta’ ħidma propost.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jiżguraw il-funzjonament tagħhom. Bħala prova ta’ dan iridu:

jehmżu kopja tal-kontijiet annwali tal-organizzazzjoni għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma ntefgħet l-applikazzjoni. Jekk l-applikazzjoni għall-għotja tkun mingħand organizzazzjoni Ewropea ġdida, l-applikant irid jipproduċi l-kontijiet annwali (inklużi l-karta ta’ bilanċ u stqarrija dwar il-profitti u t-telf) tal-organizzazzjonijiet membri tal-entità l-ġdida għall-aħħar sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet ikunu ngħalqu qabel ma ntefgħet l-applikazzjoni;

jippreżentaw baġit bil-quddiem iddettaljat għall-organizzazzjoni, ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u ħruġ;

jehmżu rapport estern ta’ verifika maħruġ minn awditur approvat f’każ ta’ applikazzjonijiet għal għotjiet operattivi li jaqbżu l-EUR 100 000, li jiċċertifika l-kontijiet għall-aħħar sena finanzjarja u li jipprovdi valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja tal-organizzazzjoni applikanti.

Jistgħu jirċievu għotja biss dawk l-organizzazzjonijiet li jkollhom ir-riżorsi operattivi, il-kompetenzi u l-esperjenza professjonali meħtieġa. Għal dan il-għan, trid tinhemeż l-informazzjoni li ġejja bħala sostenn għall-applikazzjoni:

ir-rapport ta’ attività annwali tal-organizzazzjoni l-aktar riċenti, jew fil-każ ta’ organizzazzjoni kostitwita ġdida, il-curricula vitae tal-membri tal-bord ta’ tmexxija u ta’ istaff ieħor u r-rapporti ta’ attività annwali tal-organizzazzjoni membru tal-entità l-ġdida;

kwalunkwe referenza marbuta mal-parteċipazzjoni f’azzjonijiet iffinanzjati mill-Kummissjoni Ewropea jew ma’ applikazzjonijiet għalihom, konklużjoni ta’ ftehimiet dwar l-għotja u konklużjoni ta’ kuntratti mill-baġit Komunitarju.

3.   KRITERJI TAL-GĦOTJA

Il-kriterji tal-għotja joħolqu l-possibbiltà li jintgħażlu programmi ta’ ħidma li jistgħu jiggarantixxu tixrid u komunikazzjoni xierqa tal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni, b’mod speċjali l-viżibbiltà tal-iffinanzjar Komunitarju.

Għal dan l-għan, il-programm ta’ ħidma annwali ppreżentat bil-ħsieb li jinkiseb finanzjament Komunitarju jrid jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

Rilevanza politika u kuntestwali

Il-programm ta’ ħidma annwali jrid ikun konsistenti mal-għanijiet tat-tieni Programm Komunitarju fis-settur tas-saħħa fir-rigward tal-pjan ta’ ħidma annwali għall-2009.

(b)

Kwalità teknika tal-programm ta’ ħidma propost

Il-programm ta’ ħidma jrid ikun ċar, realistiku u ddettaljat ħafna, b’mod partikolari fir-rigward ta’ dawn l-aspetti li ġejjin:

ċarezza tal-għanijiet u l-konvenjenza tagħhom għall-ksib tar-riżultati mistennija;

deskrizzjoni tal-attivitajiet ippjanati, biċċiet ta’ xogħol u responsabbiltajiet u skedi ta’ żmien, inklużi azzjonijiet marbutin mal-komunikazzjoni u t-tixrid;

deskrizzjoni tal-valutazzjoni interna u esterna tal-azzjonijiet u tal-indikaturi li jridu jintużaw sabiex jiġi vverifikat li l-għanijiet tal-programm ta’ ħidma jkunu nkisbu.

Il-programm ta’ ħidma jrid ikun effikaċi fir-rigward ta’ spejjeż u b’hekk jagħti prova li l-baġit huwa fi proporzjon sewwa mar-riżorsi li għandhom jintużaw.

(ċ)

Kwalità ta’ ġestjonji

L-organizzazzjoni li tkun qed tapplika għall-finanzjament trid:

tiggarantixxi struttura regolatorja, proċessi ta’ ġestjoni, riżorsi umani u finanzjarji u amministrazzjoni xierqa, u kif ukoll relazzjonijiet ta’ xogħol tajbin mas-soċji u l-partijiet interessati rilevanti;

tkun tista’ tippreżenta provi tal-livell tal-ilħuq tal-għanijiet organizzattivi tagħha u l-kapaċità tagħha biex tikseb ir-riżultati.


(1)  It-terminu “settur privat” ikopri kumpaniji/intrapriżi/korporazzjonijiet li l-għan tagħhom hu li jagħmlu profitt, organizzazzjonijiet kummerċjali u entitajiet oħra irrispettivament min-natura legali tagħhom (irreġistrati/mhux irreġistrati), sjieda (totalment jew parzjalment tal-privat/tal-istat) jew daqs (kbar/żgħar), jekk mhumiex ikkontrollati mill-pubbliku.

(2)  Għandhom jiġu elenkati l-kollaboraturi li jkunu jinsabu f’pożizzjoni li tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess (l-Artikolu 52 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 34 tar-Regoli Implimentattivi).


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/74


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta’ Frar 2009

li tagħti deroga lill-Awstrija skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 1136)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2009/159/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2008/671/KE tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa [medda] ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà [sikurezza] tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat it-talba tal-Awstrija tal-25 ta’ Novembru 2008,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE, l-Istati Membri jeħtieġ li jinnominaw u jagħmlu disponibbli fuq bażi mhux esklussiva, il-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) soġġetta għal parametri speċifiċi, mhux aktar tard mis-6 ta’ Frar 2009.

(2)

L-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jistipula li, permezz ta’ deroga, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ tranżizzjoni u/jew arranġamenti ta’ qsim tal-ispettri tar-radju, skont l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE.

(3)

L-Awstrija infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba li l-medda fil-preżent hija assenjata fuq bażi mhux esklussiva lil sistemi tar-radju minn punt sa punt għall-Ġabra Elettronika tal-Aħbarijiet (Electronic News Gathering, ENG), mhijiex f’pożizzjoni li timplimenta r-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2008/671/KE fil-ħin.

(4)

L-awtorizzazzjoni sabiex tinstalla u topera s-sistemi ENG minn punt sa punt ingħatat mill-awtoritajiet Awstrijaċi lill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka fl-1989 u hija valida mingħajr limiti ġeografiċi jew taż-żmien fl-Awstrija kollha. L-Awstrija qalet li l-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka se tadotta tagħmir ġdid tat-trasmissjoni ENG minn punt sa punt sabiex topera fuq medda differenti u qablet li tabbanduna l-awtorizzazzjoni tagħha dwar l-użu tal-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz sal-31 ta’ Diċembru 2011. Mill-1 ta’ Jannar 2012, il-medda 5 875-5 905 MHZ se tkun kompletament disponibbli għall-applikazzjonijiet tal-ITS relatati mas-sikurezza, skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE.

(5)

L-Awstrija għamlet talba formali, b’ittra lill-Kummissjoni fil-25 ta’ Novembru, għal perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu l-ITS tkun tista’ tintuża fl-Awstrija biss fi ħdan limiti taż-żmien u limiti reġjonali li għandhom jitwaqqfu wara koordinazzjoni mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-ispettru fl-Awstrija mas-sistemi ENG minn punt sa punt operati mill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka.

(6)

L-Awstrija pprovdiet tagħrif u ġustifikazzjoni teknika suffiċjenti biex issostni t-talba tagħha, ibbażati b’mod partikolari fuq konklużjonijiet mis-CEPT li tista’ tirriżulta interferenza li tagħmel il-ħsara bejn is-sistemi minn punt sa punt u s-sistemi relatati mas-sikurezza tal-ITS, sakemm il-miżuri ma jittiħdux f’livell nazzjonali sabiex jiżguraw il-koeżistenza bejn dawn is-sistemi. It-tali interferenza li tagħmel il-ħsara għandha l-potenzjal li tikkawża inċidenti kbar tat-traffiku.

(7)

Projbizzjoni totali għall-użu tal-medda 5 875-5 905 MHz mill-ITS tkun limitata għal sezzjonijiet żgħar tal-Awstrija u għal perjodi qosra taż-żmien. L-użu ta’ din il-medda mill-ITS jibqa’ jkun permess fil-bqija tal-Awstrija suġġett għall-koordinazzjoni mill-awtoritajiet responsabbli mill-ġestjoni tal-ispettru fl-Awstrija. Id-deroga għalhekk ma jkollhiex impatt sinifikanti fuq il-varar tat-tekonoloġija tal-ITS fl-Awstrija, speċjalment għaliex id-disponibbiltà kummerċjali ta’ sistemi bħal dawn hija mistennija li tkun pjuttost limitata sal-2011.

(8)

Minħabba n-natura eċċezzjonali tad-deroga, rapport dwar l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Awstrija għall-ITS u l-ENG ikun ta’ benefiċċju sabiex ikun hemm ġestjoni bla xkiel fil-perjodu ta’ tranżizzjoni.

(9)

Il-membri tal-Kumitat tal-Ispettru tar-Radju qalu matul il-laqgħa tagħhom fis-17 ta’ Diċembru 2008 li huma ma joġġezzjonawx għal din id-deroga ta’ tranżizzjoni.

(10)

Id-deroga mitluba mhux se tiddeferixxi bla ħtieġa l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jew toħloq differenzi inutli f’sitwazzjonijiet kompetittivi jew regolatorji bejn l-Istati Membri. Hemm ġustifikazzjoni suffiċjenti għal dan meta wieħed iqis is-sitwazzjoni partikolari tal-Awstrija, u l-implimentazzjoni kompluta tad-Deċiżjoni 2008/671/KE jeħtieġ li tkun iffaċilitata fl-Awstrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Awstrija hija awtorizzata li tidderoga mill-obligazzjonijiet tagħha skont id-Deċiżjoni 2008/671/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għall-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS), suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, l-Awstrija tista’ timponi limiti taż-żmien u limiti ġeografiċi fuq l-użu tal-medda ta’ frekwenza 5 875-5 905 MHz għall-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza tal-ITS sabiex tiżgura l-koordinazzjoni mas-sistemi minn punt sa punt operati mill-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka f’dik il-medda.

Artikolu 3

L-Awstrija għandha tissottometti rapport lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2011 dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 220, 15.8.2008, p. 24.


ORJENTAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/76


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 dwar l-istatistika monetarja, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u dik tas-swieq (ifformulata mill-ġdid)

(BĊE/2008/31)

(2009/160/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (ifformulata mill-ġdid) (BĊE/2008/32) (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (2),

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u dawk ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (3),

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar finanzjarju u dak tal-kontabilita fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (4),

Wara li kkunsidra l-Anness A mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjunali fil-Komunità (5),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika fir-rigward ta’ l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation (BĊE/2008/30) (6),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) dwar l-istatistika fir-rigward ta’l-attiv u l-passiv ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation (minn issa ′l quddiem il-“FVCs”) jistabbilixxi li taħt ċerti kundizzjonijiet, il-FVCs jistgħu jiġu eżentati mill-obbligi kollha ta’ rappurtar jew xi wħud minnhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 24/2009 (BĊE/2008/30) u l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) minflok jistgħu jakkwistaw id-data meħtieġa minn sorsi oħra ta’ data statistika, pubblika jew superviżorja.

(2)

Data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ titoli ta’ FVC jistgħu jiġu akkwistati minn database ta’ titoli ċċentralizzat (CSDB); għalhekk, CSDB li jiffunzjona jitqies li huwa essenzjali biex jippermetti l-akkwist ta’ data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2007/9 (7) hija emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 18a li ġej:

“Artikolu 18a

Statistika dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs

Il-BĊNi għandhom jikkumpilaw u jirrappurtaw informazzjoni statistika aggregata u separata dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs skont Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida. Id-data għandha tiġi sottomessa għat-tliet sub kategoriji li ġejjin: (i) FVCs ingaġġati f’securitisation tradizzjonali; (ii) FVCs ingaġġati f’securitisation sintetika; u (iii) FVCs oħra.

Għall-fini ta’ statistika ta’ FVC securitisation tradizzjonali tirreferi għal securitisations fejn it-trasferiment tar-riskju jintlaħaq bit-trasferiment ekonomiku tal-attiv li jkun qed jiġi securitised, lill-FVC. Dan għandu jintlaħaq bit-trasferiment tal-proprjetà tal-assi securitised mill-oriġinatur jew permezz ta’ sub-parteċipazzjoni.

Securitisation sintetika tirreferi għal securitisations fejn it-trasferiment tar-riskju jintlaħaq bl-użu ta’ derivattivi ta’ kreditu, garanziji jew kull mekkaniżmu simili ieħor.

Dawn l-obbligi għandhom ikopru data dwar ammonti dovuti fi tmiem it-trimestru, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs mogħtija kull trimestru.

Il-BĊNi jistgħu jippreżentaw lill-BĊE id-data meħtieġa dwar ir-write-offs/write-downs fuq il-bażi ta′ “l-aħjar sforz”.

Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw lill-BĊE id-data dwar l-ammonti dovuti tal-FVC, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs kull trimestru sa tmiem in-negozju fil-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data.

Ir-regoli ġenerali li ġejjin għandhom japplikaw għar-reviżjoni ta’ data trimestrali:

(a)

matul il-perijodi regolari ta’ produzzjoni, jiġifieri mit-28 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru ta’ referenza sal-jum qabel dak il-jum li fih id-data tintbagħat lill-BĊNi, il-BĊNi jistgħu jirrevedu d-data li tirreferi għat-trimestru ta’ referenza ta’ qabel;

(b)

barra l-perijodi regolari ta’ produzzjoni, il-BĊNi jistgħu jirrevedu wkoll id-data li tirreferi għall-perijodi ta’ referenza qabel it-trimestru ta’ referenza ta’ qabel, inter alia, fil-każ ta’ żbalji, riklassifikazzjonijiet jew proċeduri ta’ rappurtar imtejba;

(c)

reviżjonijiet ta’ data rrappurtati skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32) (*) dwar self oriġinat u mantnut (serviced) minn MFIs taż-żona tal-euro, għandhom jiddaħħlu, fejn rilevanti, fl-istatistika tal-FVC skont il-paragrafi a u b.

Sabiex jissodisfaw l-obbligi ta’ rappurtar ta’ statistika li minnhom FVCs huma eżentati skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) (**), il-BĊNi wara li jikkonsultaw il-BĊE, għandhom jiddeċiedu fuq il-metodu l-aktar xieraq biex jikkumpilaw id-data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs, jiddependi mill-organizzazzjoni tas-swieq rilevanti u d-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti oħra statistika, pubblika jew superviżorja fl-Istat Membru.

Jekk il-BĊNi jakkwistaw data dwar titoli maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli mis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli u/jew data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs minn sorsi oħra ta’ data statistika, minn sorsi pubbliċi bħal rapporti ta’ qabel il-bejgħ jew dwar l-investituri, jew minn sorsi ta’ data superviżorja, għandhom japplikaw l-istandards tal-kwalità tad-data deskritti hawn isfel.

Kif inhu identifikat f’Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida, issir distinzjoni bejn serje anchor, li huma suġġetti għal standards għolja ta’ kwalità, imqabbla ma’ data direttament irrappurtata minn FVCs skont l-Anness III mar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) u li hija verifikabbli ex-post kif imsemmi fil-paragrafu 9, u serje non-anchor li jistgħu jkunu vvalutati skont standards ta’ kwalità anqas iebsa (***).

Jekk il-BĊNi jakkwistaw data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs minn sorsi ta’ data superviżorja, il-BĊNi għandhom jiżguraw li dawn is-sorsi huma allinjati biżżejjed mal-kunċetti statistiċi u d-definizzjonijiet skont l-obbligi ta’ rappurtar tal-FVC. L-istess għandu japplika għad-data li hija akkwistata minn sorsi oħra ta’ data statistika.

Jekk data m’hijiex irrappurtata direttament minn FVCs skont l-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), il-kwalità tad-data għandha tkun sorveljata mill-BĊNi skont l-informazzjoni li tkun disponibbli mill-istqarrijiet finanzjarji annwali, kif imsemmija fil-paragrafu 9. Jekk il-cross-checks bejn id-data akkwistata kull trimestru u l-istqarrijiet finanzjarji annwali juru li ma jkunux intlaqħu standards għolja ta’ kwalità, il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li d-data tissodisfa l-istandards ta’ kwalità meħtieġa, inkluż il-possibbiltà ta’ ġbir dirett ta’ data skont ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30).

Jekk id-data dwar ammonti dovuti u ħarġiet ġodda ta’ titoli ta’ dejn ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVCs ta’ titoli huma kkumpilati mis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli, il-BĊNi għandhom jiżguraw kopertura estensiva ta’ titoli ta’ dejn maħruġa ta’ FVC u/jew holdings ta’ FVC ta’ titoli, u għandhom jissorveljaw dik id-data regolarment kif imsemmi fil-paragrafu 10. Jekk il-kopertura u l-indikaturi ta’ kwalità għas-sett rilevanti ta’ titoli fis-CSDB jew xi database ieħor ta’ titoli, juru li ma jkunux intlaqħu standards għolja ta’ kwalità, il-BĊNi għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jintlaħaq l-istandard meħtieġ ta’ kwalità, inkluż il-possibbiltà ta’ ġbir dirett ta’ data skont ir-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30).

Skond l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), il-BĊNi jiġbru data dwar self mixtrija minn FVCs li joriġinaw minn u mantnuti (serviced) minn MFIs taż-żona tal-euro u kklassifikati skont il-maturità, is-settur u r-residenza tad-debituri, kif identifikat f’Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida.

Jekk l-oriġinaturi tas-self securitised huma MFIs residenti fl-istess pajjiż bħall-FVC, u dawn l-MFIs domestiċi jibqgħu jmantnu (service) l-attiv securitised, il-BĊN jista’ jikkumpila din il-parti tad-data dwar il-portafoll tas-self tal-FVCs, fir-rigward tal-ammonti dovuti u t-tranżazzjonijiet finanzjarji, mid-data miġbura minn MFIs domestiċi kif speċifikat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), minflok li jiġbru direttament din id-data minn FVCs.

Jekk l-oriġinaturi tas-self securitised huma MFIs residenti fi Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro, u dawn l-MFIs jibqgħu jmantnu (servicing) l-attiv securitised, il-BĊNi għandhom jiskambjaw l-informazzjoni miġbura minn dawn l-MFIs skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32). Kull BĊN għandu jiġbor informazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32) dwar self li joriġina minn u mantnut minn MFIs domestiċi u li jkun ġie securitised ma’ FVC residenti fi Stat Membru ieħor taż-żona tal-euro.

Għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni intra-fruntieri, kull BĊN għandu jittrasmetti informazzjoni dwar self li joriġina u mantnut (serviced) minn MFIs domestiċi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), lill-BĊE, skont Parti 15 tal-Anness III ma’ din il-Linja Gwida.

Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw din id-data lill-BĊE sat-23 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data.

Il-BĊE għandu jipprovdi, konformi mal-atti legali applikabbli li jipproteġu d-data kunfidenzjali, il-gateway teknika għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni intra-fruntieri. Il-BĊE għandu jiddistribwixxi mill-ġdid id-data lill-BĊNi rispettivi fl-24 jum ta’ xogħol wara t-tmiem tat-trimestru li dwaru għandha x’taqsam id-data.

Il-BĊNi li huma nvoluti fl-iskambju tad-data għal securitisations eżistenti għandhom jikkjarifikaw kull mistoqsijiet dovuti u kwistjonijiet ta’ koordinament fuq bażi bilaterali u, jekk jinħtieġ, jiskambjaw informazzjoni rilevanti. Jekk ikun hemm securitisations ġodda, il-BĊNi rilevanti jistgħu jistaqsu lill-BĊE biex jaġixxi bħala koordinatur.

Jekk il-BĊNi jikkumpilaw data dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs direttament minn FVCs, u fejn rilevanti, ibbażata skont data irrappurtata minn MFIs skont ir-Regolament (KE) Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/32), u fejn il-BĊNi jagħtu derogi lil FVCs skont l-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), il-BĊNi għandhom jingrossaw sa kopertura ta’ 100 % għall-FVCs kollha meta jikkumpilaw l-attiv u l-passiv trimestrali ta’ data ta’ FVCs rrappurtata lill-BĊE għal ammonti dovuti, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs.

Jekk il-BĊNi jikkumpilaw data dwar l-attiv u l-pasiv ta’ FVCs minn sorsi oħra statistiċi, pubbliċi u/jew superviżorji, huma jistgħu jibbażaw il-kumpilazzjoni tagħhom fuq kampjun ta’ FVCs sakemm dawn il-FVCs jammontaw għal ta’ lanqas 95 % tal-ammont totali dovut tal-attiv tal-popolazzjoni ta’ rappurtar ta’ referenza tal-FVC fi Stat Membru relevanti kif irrappreżentat fil-lista ta’ FVCs. Il-BĊNi għandhom jingrossaw sa kopertura ta’ 100 % meta jikkumpilaw id-data trimestrali dwar l-attiv u l-passiv ta’ FVCs rrappurtata lill-BĊE għal ammonti dovuti, tranżazzjonijiet finanzjarji u write-offs/write-downs.

Il-BĊNi għandhom jippreżentaw noti ta’ spjega lill-BĊE fejn jagħtu r-raġunijiet għar-reviżjonijiet sinifikanti kif ukoll għal kull reviżjoni magħmula skont l-Artikolu 18a(3)(b) ta’ din il-Linja Gwida.

Il-BĊNi għandhom jiċċekkjaw il-kwalità tad-data trimestrali li m’hijiex irrappurtata direttament minn FVCs jew MFIs skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30), skont informazzjoni disponibbli minn stqarrijiet finanzjarji annwali.

Ir-riżultat tal-kuntrolli ta’ kwalità għandhom jiġu trasmessi lill-BĊE sal-aħħar ta’ Settembru kull sena, jew l-aktar malajr minn hemm ‘il quddiem, skont il-prattiċi legali nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru ta’ residenza tal-FVC.

Jekk is-CSDB jew database ieħor tat-titoli jintuża bħala sors tad-data għal statistika ta’ FVC skont il-paragrafu 5, il-BĊNi għandhom jipprovdu lill-BĊE, kull sena, b’indikaturi dwar il-kopertura u l-kwalità tas-sett rilevanti ta’ titoli fis-CSDB jew fid-database l-ieħor tat-titoli, skont il-metodoloġija li għandha tiġi kkomunikata separatament lill-BĊNi.

L-informazzjoni hawn fuq għandha tiġi trasmessa lill-BĊE sa tmiem Frar kull sena billi tittieħed, bħala referenza, id-data ta’ tmiem Diċembru tas-sena preċedenti.’

(*)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14."

(**)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1."

(***)  Per eżempju, stejjem, eż. interpolazzjonijiet u ekstrapolazzjonijiet, jistgħu jinħtieġu meta d-data tinġabar minn sorsi pubbliċi jew superviżorji fi frekwenza aktar baxxa milli kull trimestru, u b’perijodu ta’ żmien itwal mit-28 jum ta’ xogħol wara l-perijodu ta’ referenza.”"

(2)

Jiddaħħal l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

Lista ta’ FVCs għal fini ta’ statistika

Il-varjabbli miġbura biex tiġi stabbilita u tinżamm il-lista ta’ FVCs għal finijiet ta’ statistika mogħtija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) huma speċifikati fl-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida.

Il-BĊNi għandhom jirrappurtaw l-aġġornamenti tal-varjabbli speċifikati f’Parti 1 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida jew meta jkun hemm bidliet fis-settur tal-FVC, jiġifieri istituzzjoni tingħaqad mas-settur tal-FVC jew FVC tħalli s-settur tal-FVC, jew meta jkun hemm bidla fl-attribwiti ta’ FVC.

Il-BĊNi għandhom jakkwistaw aġġornamenti billi jqabblu l-lista nazzjonali tagħhom ta’ FVCs fl-aħħar ta’ żewġ tmiem it-trimestri wara xulxin (two successive end-of-quarter), jiġiferi m’għandhomx iqisu movimenti ġewwa t-t-trimestri.

Meta jirrappurtaw istituzzjoni ġdida jew istituzzjoni li għandha tiġi modifikata, il-BĊNi għandhom ikomplu l-varjabbli obbligatorji kollha.

Meta jirrappurtaw istituzzjoni li tħalli s-settur tal-FVC, il-BĊNi għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni li ġejja bħala minimu: it-tip ta’ talba, jiġifieri it-tħassir, u l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-FVC, jiġifieri l-varjabbli “fvc_id”.

Fejn possibbli, il-BĊNi m’għandhomx jirrijallokaw l-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ FVC ta’ FVCs imħassra għal FVCs ġodda jew modifikati.

Meta jirrappurtaw aġġornamenti, il-BĊNi jistgħu jużaw is-sett tal-ittri nazzjonali tagħhom, bil-kundizzjoni li huma jużaw l-alfabett Ruman. Il-BĊNi għandhom jużaw l-Unicode biex juru b’mod korrett is-settijiet kollha tal-ittri speċjali meta jirċievi informazzjoni mill-BĊE peremzz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD.

Qabel ma jittrasmettu aġġornamenti lill-BĊE, il-BĊNi għandhom iwettqu l-kuntrolli ta’ validazzjoni stabbiliti f’Parti 2 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida.

Il-BĊNi għandhom jittrasmettu lill-BĊE aġġornamenti tal-varjabbli speċifikati f’Parti 1 tal-Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida, ta’ lanqas kull trimestru, fi żmien 14-il jum tax-xogħol wara d-data ta’ referenza.

Il-BĊNi għandhom jittrasmettu aġġornamenti f’format ta’ fajl XML. Il-BĊE għandu mbagħad jipproċessa d-data permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD. Fil-każ ta’ ħsarat fl-EXDI u/jew tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD, l-aġġornamenti għandhom jiġu trasmessi fil-format XML permezz tal-kont Cebamail N13. Jekk is-sistema Cebamail m’hijiex operattiva għat-trasferiment tal-fajl ta’ aġġornamenti ta’ FVC jew korrezzjonijiet, il-BĊNi għandhom jittrasferixxu dawn il-fajls bl-e-mail bl-użu tal-format XML lill-indirizz tal-e-Mail li ġej: birs@ecb.europa.eu

Il-BĊNi li jużaw proċeduri manwali ta’ input għandhom ikollhom f’posthom sett adegwat ta’ kuntrolli biex jimminimizzaw żbalji operattivi u jiżguraw il-preċiżjoni u l-konsistenza tal-aġġornamenti ta’ FVC rrappurtati permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD.

Malli jirċievi l-aġġornamenti, jiġifieri l-aħħar informazzjoni disponibbli, il-BĊE għandu jwettaq minnufih kuntrolli ta’ validazzjoni kif stabbiliti f’Parti 2 ta’ Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida.

Il-BĊE għandu jirritorna minnufih lill-BĊNi: (i) konferma tal-għarfien li tinkludi taqsira ta’ informazzjoni tal-aġġornamenti ta’ FVC li jkunu ġew ipproċessati w implimentati b’suċċess fid-dataset tal-FVC tal-BĊE; u/jew (ii) konferma tal-iżball li tinkludi informazzjoni dwar l-aġġornamenti ta’ FVC u l-kuntrolli ta’ validazzjoni li jkunu fallew. Skond Parti 1 ta’ Anness VIII ma’ din il-Linja Gwida, il-BĊE għandu jimplimenta, fis-sħiħ jew f’parti, varjabbli “object_request” li mhux komplut, inkorrett jew li jkun nieqes jew jiċħdu.

Malli jirċievi konferma li jkun sar żball, il-BĊNi għandhom jieħdu azzjoni immedjata biex jittrasmettu l-informazzjoni kkoreġuta. Jekk ma jkunux jistgħu jieħdu azzjoni immedjata, huma għandhom ikollhom massimu ta’ jumejn ta’ xogħol, jiġifieri sa 17.59 Ħin Ċentrali Ewropew (CET) fit-tieni jum ta’ xogħol, biex jirrappurtaw l-informazzjoni kkoreġuta, wara l-iskadenza għar-rappurtar stabbilita fil-paragrafu 2.

Il-BĊE għandu jieħu kopja tad-dataset tal-FVC, esklużi l-valuri mmarkati bħala kunfidenzjali, fis-18.00 CET fit-tieni jum ta’ xogħol wara l-iskadenza għar-rappurtar imsemmija fil-paragrafu 2. L-informzzjoni aġġornata għandha ssir disponibbli sa 12.00 CET il-jum ta’ wara.

Il-BĊE m’għandux jippubblika valuri li jkunu ġew immarkati bħala kunfidenzjali.

Fl-istess ħin li jikkomunika l-lista ta’ FVCs fuq is-sit elettroniku tiegħu, il-BĊE għandu jibgħatha lill-BĊNi permezz tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Data tar-RIAD.”

(3)

L-Anness III huwa emendat u jiżdied l-Anness VIII skont l-Anness ma’ din il-Linja Gwida.

(4)

Fil-Glossarju, id-definizzjoni ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji hija sostitwita b’li ġej:

Korporazzjonijiet vetturi finanzjarji ngaġġati f’tranżazzjonijiet ta’ securitisation huma ddefiniti fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30).”

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik li fiha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 14.

(2)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(3)  ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(4)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1.

(6)  ĠU L 15, 20.1.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 341, 27.12.2007, p. 1.


ANNESS

1.

Il-Parti 15 li ġejja tiżdied mal-Anness III:

“PARTI 15

Tabella ta' rappurtar ta' FVC

Tabella 1

Ammonti dovuti u tranżazzjonijiet finanzjarji

Data li għandha tingħata kull trimestru

 

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri oħra parteċipanti

C.

RoW

D.

Totali

Totali

MFIs

Mhux-MFIs - Totali

Totali

MFIs

Mhux-MFIs - Totali

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

 

Gvern Ġenerali

Residenti oħra

Totali

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123+S.124)

Korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15)

Totali

Intermedjarji finanzjarji oħra + awżiljarji finanzjarji (S.123+S.124)

Korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11)

Households + istituzzjonijiet bla qligħ li jservu households (S.14+S.15)

 

o/w FVCs

 

o/w FVCs

ATTIV

1.

Depożiti u klejms ta' self

 

ANC

 

 

 

 

ANC

 

 

 

 

ANC

 

 

 

 

ANC

 

 

 

 

ANC

2.

Self securitised

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

2a

MFI taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur (maturita' totali)

 

 

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

 

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

 

ANC/MFI

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

aktar minn sena u sa 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

aktar minn 5 snin

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC/MFI

 

 

 

2b

Gvern Ġenerali taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

2c

OFI taż-żona ta' l-euro u ICPF bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

2d

NFC taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

2e

oriġinatur barra ż-żona ta' l-euro

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

3.

Titoli minbarra ishma

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

sa sena

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

aktar minn sena u sa sentejn

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

aktar minn sentejn

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

 

NON-ANC

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

NON-ANC

 

4.

Attiv ieħor securitised

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

4a

li tiegħu Gvern Ġenerali taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

4b

li tiegħu NFC taż-żona ta' l-euro bħala oriġinatur

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

5.

Ishma u parteċipazzjonijiet azzjonarji oħra

 

 

 

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NON-ANC

 

 

 

 

NON-ANC

6.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

7.

Attiv fiss

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NON-ANC

8.

Attiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NON-ANC

PASSIV

9.

Self u depożiti rċevuti

 

 

 

 

 

 

ANC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

 

 

 

 

ANC

10.

Titoli ta' dejn maħruġa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

aktar minn sena u sa sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

aktar minn sentejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

11.

Kapital u Riżervi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

12.

Derivattivi finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

ANC

13.

Passiv li jifdal

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NON-ANC

ANC: Serje anchor

NON-ANC: Serje non-anchor

ANC/MFI: Serje anchor, li huma akkwistati parzjalment minn data miġbura direttament minn MFIs bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 24/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/30) meta MFIs taż-żona ta' l-ewro huma l-oriġinaturi u servicers tas-self.


Tabella 2

Write-offs/write-downs

Data li għandha tingħata kull trimestru

 

D.

Total

ATTIV

2

Self securitised

 


Tabella 3

Ammonti dovuti biex jiġu skambjati bejn BĊNi

Partiti tal-karta tal-bilanċ

Totali (1)

A.

Domestiċi

B.

Stati Membri parteċipanti oħra

 

Gvern Ġenerali (S. 13)

Setturi residenti oħra

 

Gvern Ġenerali (S. 13)

Setturi residenti oħra

Totali

Totali

OFIs u awżiljarji finanzjarji (S.123 + S.124)

Korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

NFC (S.11)

Households (S.14+S.15)

Totali

Totali

OFIs u awżiljarji finanzjarji. (S.123 + S.124)

Korporazzjonijiet ta' l-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (S.125)

NFC (S.11)

Households (S.14+S.15)

ATTIV

Self securitised

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

etc.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

sa sena

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

etc.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn sena u sa 5 snin

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

etc.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aktar minn 5 snin

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro A

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro B

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FVCs li jinsabu fil-pajjiż taż-żona ta' l-ewro C

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

etc.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Jiżdied l-Anness VIII li ġej:

“ANNESS VIII

LISTA TA’ FVCs GĦAL FINIJIET TA’ STATISTIKA

PARTI 1

Varjabbli għar-rappurtar tal-lista ta’ korporazzjonijiet vetturi finanzjarji (FVCs) għal finijiet ta’ statistika

Isem il-varjabbli

Deskrizzjoni tal-varjabbli

Status

object_request

Dan il-varjabbli jispeċifika t-tip ta’ aġġornament tal-FVC mibgħuta u jista’ jkollha waħda mis-sitt valuri ddefiniti minn qabel:

 

‘fvc_req_new’: talba għal FVC ġdid oħra

 

‘fvc_req_mod’: talba għal modifiki lil FVC

 

‘fvc_req_del’: talba biex titħassar FVC

 

‘fvc_req_realloc’: talba għar-rijallokazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ FVC imħassra għal FVC ġdida

 

‘fvc_req_mod_id_realloc’: talba għar-rijallokazzjoni tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ FVC imħassra għal FVC oħra

 

‘fvc_req_mod_id’: talba għal bidla fil-kodiċi ta’ identifikazzjoni (‘fvc_id’) ta’ FVC għal kodiċi ta’ identifikazzjoni differenti

Obbligatorju

fvc_confidentiality_flag

Dan il-varjabbli jindika l-istatus ta’ kunfidenzjalità tar-rekord sħiħa. Għandha tingħażel waħda mit-tliet valuri ddefiniti minn qabel: ‘F’ (bla ħlas, mhux kunfidenzjali), ‘N’ (kunfidenzjali; tista’ tiġi rilaxxata għall-użu biss tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ); mhux għar-rilaxx estern) jew ‘C’ (kunfidenzjali; mhux għar-rilaxx lis-SEBĊ jew il-pubbliku)

Jekk tinħtieġ il-kunfidenzjalità parzjali ta’ xi varjabbli partikolari, għandu jintuża l-valur ‘F’.

Obbligatorju

fvc_id

Il-key primarja għad-dataset tal-FVC hija l-identifikazzjoni unika (minn issa ‘l quddiem ‘il-kodiċi tal-id’’) għal kull FVC

Hija tkopri żewġ partijiet: ‘host’ u ‘id’

Il-valuri għaż-żewġ partijiet flimkien jiżguraw li l-‘fvc_id’ huwa uniku għal dik il-FVC

Obbligatorju

host

Il-kodiċi ISO b’żewġ ittri tal-pajjiż jew il-pajjiż ta’ reġistrazzjoni tal-FVC, wieħed minn żewġ partijiet tal-varjabbli ‘fvc_id’ (ara hawn fuq)

Obbligatorju meta parti mill-kodiċi tal-id

Id

Il-kodiċi tal-id tal-FVC, wieħed miż-żewġ partijiet tal-varjabbli ‘fvc_id’ (ara hawn fuq)

Obbligatorju meta parti mill-kodiċi tal-id

name

L-isem sħiħ ta’ reġistrazzjoni tal-FVC, inkluża l-indikazzjoni (designation) tal-kumpanija, eż. Plc, Ltd, SpA, etċ.

Obbligatorju

address

Id-dettalji tal-post tal-FVC jew il-kumpanija tal-immaniġġjar fejn japplika, magħmula minn erba’ partijiet: ‘postal_address’, ‘postal_box’, ‘postal_code’ u ‘city’

Obbligatorju għal talbiet ‘new’ u ‘mod’

postal_address

L-isem tat-triq u n-numru tal-bini

Obbligatorju għal talbiet ‘new’ u ‘mod’

postal_box

In-numru tal-kaxxa tal-uffiċċju tal-posta, bl-użu tas-sistemi ta’ konvenzjoni tal-kaxxa nazzjonali

Obbligatorju għal talbiet ‘new’ u ‘mod’

postal_code

Il-kodiċi postali, bl-użu tal-konvenzjonijiet tas-sistema postali nazzjonali

Obbligatorju għal talbiet ‘new’ u ‘mod’

city

Il-belt tal-post

Obbligatorju għal talbiet ‘new’ u ‘mod’

management company name

L-isem irreġistrat sħiħ, tal-kumpanija tal-immaniġġjar tal-FVC

Jekk tonqos din l-informazzjoni, għandu jiġi rrappurtat il-valur ‘mhux disponibbli’ (fejn il-FVC għandha kumpanija tal-immaniġġjar) jew ‘mhux applikabbli’ (fejn il-FVC ma għandhiex kumpanija tal-immaniġġjar)

Obbligatorju

management company name_confidentiality_flag

Dan il-varjabbli jindika l-istatus ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar isem il-kumpanija tal-immaniġġjar

Waħda minn tliet valuri ddefiniti minn qabel għandhom jintgħażlu: ‘F’ (bla ħlas, mhux kunfidenzjali), ‘N’ (kunfidenzjali; jista’ jiġi rilaxxat biss għall-użu tas-SEBĊ; mhux għar-rilaxx estern) jew ‘C’ (kunfidenzjali; mhux biex jiġi rilaxxat lis-SEBĊ jew lill-pubbliku)

Obbligatorju

nature of securitisation

Dan il-varjabbli jispeċifika t-tip ta’ securitisation imwettqa mill-FVC

Waħda minn erba’ valuri ddefiniti minn qabel għandhom jintgħażlu: ‘tradizzjonali’, ‘sintetika’, ‘oħra’ jew ‘mhux disponibbli’

Obbligatorju

nature of securitisation_confidentiality_flag

Dan il-varjabbli jindika l-istatus ta’ kunfidenzjalità tal-informazzjoni dwar in-natura ta’ securitisation

Waħda minn tliet valuri ddefiniti minn qabel għandhom jintgħażlu: ‘F’ (bla ħlas, mhux kunfidenzjali), ‘N’ (kunfidenzjali; jista’ jiġi rilaxxat biss għall-użu tas-SEBĊ; mhux għar-rilaxx estern) jew ‘C’ (kunfidenzjali; mhux biex jiġi rilaxxat lis-SEBĊ jew lill-pubbliku)

Obbligatorju

ISIN codes

Dan il-varjabbli jispeċifika l-kodiċijiet tal-ISIN (2) għal kull klassi ta’ titolu għal kull tranżazzjoni waħda, maħruġa mill-FVC

Il-varjabbli hija komposta minn diversi partijiet inkluż referenza għal: ‘ISIN_1’, ‘ISIN_2’, ‘ISIN_3’, ‘ISIN_4’ u ‘ISIN_n’

Bħala obbligu minimu, ta’ lanqas kodiċi tal-ISIN wieħed (ISIN_1) għandu jkun irrappurtat

Jekk tiġi rrappurtata FVC li għaliha ma japplikawx il-kodiċi ISIN, jew m’humiex disponibbli, għandu jiġi rrappurtat it-terminu bi 12–il ittra ‘XXXXXXXXXXXX’ għal ‘ISIN_1’

Obbligatorju

free_text

Informazzjoni spjegattiva dwar il-FVC

 

PARTI 2

Kuntrolli ta’ validazzjoni

1.   Kuntrolli ġenerali

Jiġi eżaminat li:

Il-varjabbli obbligatorji kollha jitkomplew;

Il-valur għall-varjabbli ‘object_request’huwa wieħed mis-sitt tipi ddefiniti minn qabel kif stabbilit f’Parti 1 ta’ dan l-Anness (‘fvc_req_new’, ‘fvc_req_mod’, ‘fvc_req_del’, ‘fvc_req_realloc’, ‘fvc_req_mod_id_realloc’, ‘fvc_req_mod_id’) jiddependi mit-tip ta’ informazzjoni trasmessa; u

il-BĊNi jużaw l-alfabett Ruman meta jirrappurtaw aġġornamenti lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

2.   Kuntrolli tal-kodiċi tal-Id

Jiġi eżaminat li:

il-varjabbli ‘fvc_id’ huwa kopert minn żewġ partijiet separati, varjabbli ‘host’ u varjabbli ‘id’, u l-valuri għaż-żewġ partijiet flimkien jiżguraw li l-‘fvc_id’ hija unika għall-FVC;

il-valur għall-varjabbli ‘host’ għal FVC huwa kodiċi tal-ISO b’żewġ ittri;

kodiċi tal-id użat qabel ma jiġix allokat lil FVC ġdida. Jekk din l-azzjoni ma tkunx tista’ tiġi evitata, il-BĊNi għandhom jibagħtu talba ta’ ‘fvc_req_realloc’ lill-BĊE;

meta tiġi rrappurtata bidla fil-kodiċi tal-id għal FVC eżistenti, tintuża talba speċifika ‘fvc_req_mod_id’; u

meta tiġi rrappurtata bidla fil-kodiċi tal-id għal kodiċi tal-id mħassar qabel, tintuża talba speċifika ta’ ‘fvc_req_mod_id_realloc’.

Jekk il-kodiċi ta’ identifikazzjoni jkun intuża diġà (jew għal FVC eżistenti jew għal FVC li tkun ġiet imħassra qabel) u t-talba m’hijiex ‘fvc_req_mod_id_realloc’, jew il-kodiċi ta’ identifikazzjoni ġdid tal-FVC huwa fil-lista kurrenti, il-BĊE jiċħad it-talba.

Jekk il-varjabbli ‘fvc_id’ m’huwiex komplut, huwa inkorrett jew nieqes, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

3.   Isem

Jiġi eżaminat li:

dan il-varjabbli jispeċifika isem il-FVC;

l-isem tal-FVC inkluża l-indikazzjoni (designation) huma rrappurtati b’mod konsistenti għall-ismijiet kollha fejn dan japplika;

il-konvenzjoni ta’ ittri żgħar tiġi segwita biex tippermetti l-aċċenti; u

jintużaw ittri żgħar meta japplika.

Jekk jonqos il-varjabbli ‘name’, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

4.   Indirizz

Jiġi eżaminat li:

ta’ lanqas jitkompla wieħed mill-varjabbli tal-indirizz ‘postal_address’, ‘postal_box’ jew ‘postal_code’;

il-varjabbli ‘postal_address’ jindika l-isem u n-numru tat-triq tal-FVC (jew tal-kumpanija tal-immaniġġjar tagħha, kif japplika);

il-varjabbli ‘postal_box’ juża sistemi ta’ konvenzjoni tal-kaxxa nazzjonali, u li l-ebda referenzi ta’ testi tal-kaxxa tal-uffiċju tal-posta ma jsiru quddiem in-numri tal-‘postal_box’; u

il-varjabbli ‘postal_code’ juża konvenzjonijiet tas-sistema tal-posta nazzjonali u jispeċifika l-kodiċi postali relevanti.

Jekk ta’ lanqas wieħed mill-varjabbli ta’ ‘address’ jonqos, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

5.   Belt

Jiġi eżaminat li il-varjabbli ‘city’ tispeċifika l-belt fejn tinsab il-FVC.

Jekk il-varjabbli ‘city’ hija nieqsa, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

6.   Isem il-kumpanija tal-immaniġġjar u l-bandiera tal-kunfidenzjalità assoċjata

Kumpanija ta’ immaniġġjar hija istituzzjoni li tipprovdi servizzi ta’ immaniġġjar jew ta’ amministrazzjoni lil FVC.

Jiġi eżaminat li:

il-varjabbli ‘management company name’ titkompla jew b’isem ta’ kumpanija jew bħala ‘mhux disponibbli’ jew ‘mhux applikabbli’;

jekk il-varjabbli ‘management company name’ tingħata bħala ‘mhux disponibbli’, ingħatat ukoll raġuni li takkompanja l-parti ‘free_text’; inkella l-BĊE jibgħat twissija.

the variable ‘management company name_confidentiality_flag’ titkompla jew b‘F’, ‘N’ jew ‘C’.

Jekk jonqos il-varjabbli ‘management company name’, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

7.   Natura tas-securitisation u l-bandiera tal-kunfidenzjalità assoċjata

Jiġi eżaminat li:

il-varjabbli ‘nature of securitisation’ securitisation’ titkompla b’waħda mill-erba’ valuri ddefiniti minn qabel: ‘tradizzjonali’, ‘sintetika’, ‘oħra’ jew ‘mhix disponibbli’,

jekk il-varjabbli ‘nature of securitisation’ tingħata bħala ‘mhux disponibbli’, ingħatat ukoll raġuni akkompanjanti fil-parti ‘free_text’; inkella, il-BĊE se jibgħat twissija;

il-varjabbli ‘nature of securitisation_confidentiality_flag’ titkompla jew bi ‘F’, ‘N’ jew ‘C’.

Jekk il-varjabbli ‘nature of securitisation’ hija nieqsa, il-BĊE jiċħad it-talba kollha.

8.   Kodiċi tal-ISIN

Jiġi eżaminat li:

taħt il-varjabbli ‘ISIN codes’, ta’ lanqas il-varjabbli ‘ISIN_1’ jitkompla għal kull FVC, u li l-valur għal ‘ISIN_1’ 1’ huwa jew il-kodiċi attwali jew it-terminu bi tnax-il ittra 12 ‘XXXXXXXXXXXX’;

Il-kodiċi tal-ISIN għal kull FVC m’humiex iddupplikati;

Il-kodiċi tal-ISIN tul il-FVCs m’humiex iddupplikati.

Jekk l-‘ISIN codes’ tal-varjabbli u ‘ISIN_1’ huma nieqsa, jiġifieri la l-kodiċi attwali u lanqas it-terminu ‘XXXXXXXXXXXX’ ma jingħata, il-BĊE jiċħad it-talba sħiħa.

9.   Kuntrolli ta’ kunfidenzjalità

Il-BĊNi jistgħu jimmarkaw ċerti valuri jew ir-rekord sħiħa bħala kunfidenzjali bil-varjabbli tal-bandiera tal-kunfidenzjalità, meta jirrappurtaw aġġornament lil FVC lill-BĊE.

F’dawn il-każijiet, l-informazzjoni li takkumpanja dwar ir-raġuni għall-kunfidenzjalità għandha tingħata fil-parti ‘free_text’.

Il-BĊE ma jippubblikax dawn il-valuri fuq is-sit elettroniku tiegħu jew jagħtihom lura lill-BĊNi. Il-bnadar tal-kunfidenzjalità huma deskritti f’aktar dettal hawn isfel:

‘F’

Bla ħlas: Dan il-valur m’huwiex kunfidenzjali u jista’ jiġi ppubblikat

‘N’

Informazzjoni statistika kunfidenzjali: dan il-valur jista’ jixxered ġewwa s-SEBĊ, imma mhux ippubblikat

‘C’

Informazzjoni statistika kunfidenzjali: dan il-valur ma jistax jixxerred ġewwa l-BĊE u lanqas ippubblikat; huwa jibqa’ ġewwa l-ambjent ta’ produzzjoni ta’ statistika tal-BĊE

Jiġi eżaminat li:

Il-‘fvc_confidentiality_flag’, ‘management company name_confidentiality_flag’ u ‘nature of securitisation_confidentiality_flag’, jitkomplew b’wieħed mill-valuri ddefiniti minn qabel li ġejjin: ‘F’, ‘N’ or ‘C’,

Jekk il-‘management company name_confidentiality_flag’ u/jew ‘nature of securitisation_confidentiality_flag’ huma ‘N’ jew ‘C’, imbagħad ‘fvc_confidentiality_flag’ għandha tkun ‘F’.”


(1)  inkludi żona domestika, Stati Membri taż-żona ta' l-ewro parteċipanti u l-bqija tad-dinja.”

(2)  Numru Internazzjonali ta’ Identifikazzjoni ta’ Titoli: kodiċi li jidentifika b’mod uniku ħarġa ta’ titoli, kompost minn 12 –il ittra alfanumerika.


26.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 53/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.