ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 46

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 133/2009 tas-16 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/2009 tas-16 ta’ Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XI ( 1 )

3

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/127/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom

6

Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom

8

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/128/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani

36

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/129/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

40

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/130/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Ażja Ċentrali

43

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/131/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

47

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/132/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Moldova

50

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/133/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar

53

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/134/PESK tas-16 ta′ Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan

57

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/135/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

61

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/136/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

65

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2009/137/PESK tas-16 ta' Frar 2009 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

69

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/138/PESK tas-16 ta’ Frar 2009 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK

73

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/139/PESK tas-16 ta’ Frar 2009 li ġġedded miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

76

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe ( ĠU L 23, 27.1.2009 )

79

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 133/2009

tas-16 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

129,4

JO

68,6

MA

43,2

TN

134,4

TR

87,8

ZZ

92,7

0707 00 05

JO

170,1

MA

134,2

TR

164,1

ZZ

156,1

0709 90 70

MA

85,2

TR

128,4

ZZ

106,8

0709 90 80

EG

164,4

ZZ

164,4

0805 10 20

EG

49,2

IL

51,8

MA

64,3

TN

46,4

TR

71,0

ZZ

56,5

0805 20 10

IL

144,4

MA

91,8

ZZ

118,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

88,6

JM

85,4

MA

150,0

PK

47,6

TR

65,9

ZZ

87,5

0805 50 10

EG

44,9

MA

55,8

TR

52,5

ZZ

51,1

0808 10 80

CN

71,6

MK

32,6

US

105,7

ZZ

70,0

0808 20 50

AR

113,7

CL

79,6

CN

84,1

US

107,3

ZA

115,2

ZZ

100,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 134/2009

tas-16 ta’ Frar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XI

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi l-obbligazzjonijiet tar-reġistrazzjoni tal-manifatturi jew tal-importaturi Komunitarji ta’ sustanzi waħidhom, fi preparati jew f’oġġetti, fejn, bħala parti mid-dossier ta’ reġistrazzjoni, dawk li qegħdin jirreġistraw għandhom jipprovdu t-tagħrif meħtieġ skont l-Annessi VI sa XI.

(2)

L-Anness XI jippermetti lil dawk li qegħdin jirreġistraw, soġġetti għal ċertu kundizzjonijiet, li ma jwettqux it-testijiet meħtieġa skont it-taqsimiet 8.6. u 8.7. tal-Anness VIII u skont l-Anness IX u l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(3)

Sabiex jiġi evitat kull dubju għandu jkun ikkjarifikat li fit-taqsima 3.1 ir-referenza għat-taqsimiet 8.6 u 8.7 tirreferi għall-Anness VIII biss.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-kriterji li jiddefinixxu x’jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata biex ma jsirx l-ittestjar meħtieġ skont it-Taqsimiet 8.6. u 8.7. tal-Anness VIII u skont l-Anness IX u l-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(5)

Abbażi tal-esperjenza li nkisbet matul l-iżvilupp ta’ gwida għall-valutazzjoni tas-sigurezza tas-sustanzi kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006, ġew identifikati tliet kriterji differenti għal din l-eżenzjoni abbażi ta’ esponiment. L-ewwel kriterju jeżiġi li jintwera bil-provi u li jkun iddokumentat li l-esponiment f’kull sitwazzjoni huwa ferm aktar baxx minn DNEL jew PNEC derivat taħt kundizzjonijet speċifiċi. It-tieni kriterju jeżiġi li jintwera bil-provi u li jkun iddokumentat li kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod strett japplikaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja. It-tielet kriterju jeżiġi li meta s-sustanza tkun inkorporata f’oġġett, is-sustanza tkun inkorporata b’tali mod li ma jkun jista’ jseħħ l-ebda esponiment u li s-sustanza ma tiġix rilaxxata matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha u tkun immaniġġata skont kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod strett matul kull stadju ta’ manifattura u produzzjoni. Konsegwentement, dawn il-kriterji għal ġustifikazzjoni biex ma jsirx l-ittestjar għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Ir-Regolament kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.


ANNESS

It-Taqsima 3 tal-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tinbidel b’dan li ġej:

“3.   ITTESTJAR IDDETERMINAT MILL-ESPONIMENT U MFASSAL GĦAL SUSTANZA PARTIKOLARI

3.1.   L-ittestjar skont it-Taqsimiet 8.6 u 8.7 tal-Anness VIII u skont l-Anness IX u l-Anness X jista’ ma jsirx, abbażi ta’ sitwazzjonijiet ta’ esponiment(i) żviluppati fir-Rapport tas-Sigurezza tas-Sustanzi Kimiċi.

3.2.   F’kull każ, għandhom jiġu pprovduti l-ġustifikazzjoni u d-dokumentazzjoni xierqa. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni ta’ esponiment rigoruża u mwettqa bl-akbar reqqa skont it-taqsima 5 tal-Anness I u għandha tissodisfa kwalunkwe wieħed minn dawn il-kriterji:

(a)

il-manifattur jew l-importatur għandu juri bil-provi u jiddokumenta li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-esponiment li jkopru l-esponimenti kollha rilevanti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza juru bil-provi n-nuqqas totali ta’ esponiment jew li ma hemm ebda esponiment sinifikanti fis-sitwazzjonijiet kollha tal-manifattura u l-użijiet kollha identifikati kif imsemmi fl-Anness VI fit-taqsima 3.5;

(ii)

id-DNEL jew il-PNEC jistgħu jiġu derivati minn riżultati ta’ dejta ta’ testijiet disponibbli għas-sustanza kkonċernata b’kunsiderazzjoni sħiħa għaż-żieda fl-inċertezza li tirriżulta mill-ommissjoni tar-rekwiżit tat-tagħrif, u li d-DNEL jew il-PNEC huwa rilevanti u xieraq kemm għar-rekwiżit ta’ tagħrif li se jitħalla barra kif ukoll għal raġunijiet ta’ valutazzjoni tar-riskju (*);

(iii)

il-paragun tad-DNEL jew il-PNEC derivati mar-riżultati tal-valutazzjoni tal-esponiment juri li l-esponimenti huma dejjem ferm aktar baxxi mid-DNEL jew PNEC derivati.

(b)

fejn is-sustanza mhijiex inkorporata f’oġġett il-manifattur jew l-importatur juri bil-provi u jiddokumenta għal kull sitwazzjoni rilevanti li tul iċ-ċiklu tal-ħajja japplikaw il-kundizzjonijiet ikkontrollati b’mod strett kif definiti fl-Artikolu 18(4) (a) sa (f);

(ċ)

fejn is-sustanza hija inkorporata f’oġġett li fih hija mqiegħda b’mod permanenti f’matriċi jew b’xi mod ieħor inkluża b’mod rigoruż permezz ta’ mezzi tekniċi jiġi muri bil-provi u ddokumentat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin kollha:

(i)

is-sustanza ma tiġix rilaxxata tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħha;

(ii)

il-probabbilità li l-ħaddiema jew il-pubbliku ġenerali jew l-ambjent jiġu esposti għas-sustanza f’kundizzjonijiet ta’ użu normali jew li tista’ tipprevedihom b’mod raġonevoli hija negliġibbli; u

(iii)

is-sustanza tiġi mmaniġġata skont il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikolu 18(4)(a) sa (f) matul l-istadji kollha ta’ manifattura u produzzjoni inkluż waqt il-ġestjoni tal-iskart tas-sustanza matul dawn l-istadji.

3.3.   Il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu għandhom jiġu kkomunikati tul il-katina tal-forniment skont l-Artikolu 31 jew 32, skont ma jkun il-każ.



II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom

(2009/127/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 280 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Diċembru 2000, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mal-Konfederazzjoni Żvizzera Ftehim biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-Istati Membri tagħha, inklużi t-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji tas-sisa.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2004 dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom, u suġġett għall-konklużjoni f’data aktar tard, il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropea fis-26 ta’ Ottubru 2004.

(3)

Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt b’setgħat ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’ċerti oqsma u għalhekk huwa meħtieġ li jiġi speċifikat min jirrappreżenta lill-Komunità f’dan il-Kumitat.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta’ Koperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) u l-Att Finali li jakkumpanjah huma b’dan approvati f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim u tal-Att Finali huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni. (2)

Artikolu 2

Fir-rigward ta’ materji li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħha, il-Komunità għandha tkun rappreżentata fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 39 tal-Ftehim mill-Kummissjoni.

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Komunità waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim rigward id-deċiżjonijiet jew ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu meta l-pożizzjoni tkun tkopri qasam li fir-rigward tiegħu tkun meħtieġa l-unanimità għall-addozzjoni tar-regoli interni.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem il-Komunità Ewropea, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 44(2) tal-Ftehim (3).

Il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea li skontha, sad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim, il-Komunità għandha tqis lilha nfisha marbuta mill-Ftehim, fil-limiti tal-kompetenza tagħha, fir-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li tkun għamlet l-istess dikjarazzjoni, skont l-Artikolu 44(3) tal-Ftehim (4).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 304 E, 1.12.2005, p. 106.

(2)  Ara paġna 8 ta' dan il-Ġurnal uffiċjali.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjail tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

(4)  Id-data tal-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Iżvizzera, bis-saħħa tal-Artikolu 44(3) tal-Ftehim, ser tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM TA’ KOOPERAZZJONI

bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, biex jiġu miġġielda l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

minn naħa waħda,

u

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Parti Kontraenti”,

WAQT LI KKUNSIDRAW ir-relazzjonijiet mill-qrib bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra,

WAQT LI JIXTIEQU li jkunu effettivi fil-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tal-Parti Kontraenti,

WAQT LI JQISU l-ħtieġa li tiżdied l-assistenza amministrattiva f’dawn l-oqsma,

WAQT LI HUMA KONVINTI li l-assistenza legali reċiproka, li testendi għal tfittxijiet u sekwestri, għandha tingħata, inkluż fil-każijiet kollha ta’ kuntrabandu u evażjoni fil-qasam tat-taxxa indiretta, b’mod partikolari t-taxxa fuq il-valur miżjud u d-dazji doganali u tas-sisa,

WAQT LI JAGĦRFU l-importanza tal-ġlieda kontra l-money laundering,

IDDEĊIDEW LI JIKKONKLUDU DAN IL-FTEHIM:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Objettiv

L-objettiv ta’ dan il-Ftehim huwa li tiġi estiża l-assistenza amministrattiva u l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, sabiex jiġu miġġielda l-attivitajiet illegali li għalihom japplika l-Artikolu 2.

Artikolu 2

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Dan il-Ftehim huwa applikabbli għal:

(a)

il-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u r-ripressjoni amministrattiva u kriminali ta’ frodi u ta’ kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji rispettivi tal-Parti Kontraenti fir-rigward ta’:

il-kummerċ f’merkanzija li jmur kontra l-leġislazzjoni doganali u agrikola;

il-kummerċ li jmur kontra l-leġislazzjoni fiskali applikabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxi speċjali fuq il-konsum u d-dazji tas-sisa;

it-teħid jew iż-żamma ta’ fondi – inkluż l-użu tagħhom għal għanijiet differenti minn dawk għalfejn ikunu ngħataw – mill-baġit tal-Parti Kontraenti jew mill-baġits ġestiti minnhom jew f’isimhom, bħal għotjiet u rifużjonijiet;

il-proċedimenti għall-għoti ta’ kuntratti mill-Parti Kontraenti;

(b)

is-sekwestru u l-irkupru ta’ ammonti dovuti jew riċevuti ħażin b’riżultat ta’ attivitajiet illegali msemmijin fil-punt (a).

2.   Il-kooperazzjoni fi ħdan it-tifsira tat-Titoli II (Assistenza amministrattiva) u III (l-assistenza legali reċiproka) ma tistax ma tingħatax għas-sempliċi raġuni li t-talba tirrigwarda reat meqjus bħala reat fiskali fil-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba jew li l-leġislazzjoni tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba ma tipprevedix l-istess tip ta’ dazju jew infiq jew ma tinkludix l-istess tip ta’ regoli jew l-istess karatterizzazzjoni legali tal-fatti bħal-leġislazzjoni tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

3.   Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim jinkludi l-laundering tar-rikavati mill-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Ftehim kemm-il darba l-attivitajiet li jikkostitwixxu r-reat preċedenti huma penalizzati taħt il-liġijiet taż-żewġ Parti Kontraenti b’piena li tinvolvi t-tneħħija ta’ libertà jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ iktar minn sitt xhur.

4.   It-taxxi diretti huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Każijiet minuri

1.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba tista’ tirrifjuta talba għal kooperazzjoni meta l-ammont allegat tad-dazju li ma jkunx tħallas l-ammont sħiħ tiegħu jew evadut ma jaqbiżx l-EUR 25 000 jew meta l-valur preżunt tal-merkanzija esportata jew importata mingħajr awtorizzazzjoni ma jaqbiżx l-EUR 100 000, sakemm, skont iċ-ċirkustanzi jew l-identità tal-persuna ssuspettata, il-każ ma jitqiesx bħala estremament serju mill-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

2.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba mingħajr dewmien dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tat-talba għal kooperazzjoni.

Artikolu 4

Ordre public

Il-kooperazzjoni tista’ tiġi rrifjutata jekk il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba tikkunsidra li t-twettiq tat-talba x’aktarx jippreġudika s-sovranità, is-sigurtà, l-ordre public jew interessi essenzjali oħrajn tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba.

Artikolu 5

Trasmissjoni ta’ informazzjoni u provi

1.   Informazzjoni u provi trasmessi jew riċevuti taħt dan il-Ftehim, hi x’inhi l-forma tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għal kunfidenzjalità professjonali u għandhom igawdu l-protezzjoni li għandha l-informazzjoni komparabbli mogħtija mil-liġi domestika tal-Parti Kontraenti li qed tirċeviha u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji.

B’mod partikolari, tali informazzjoni u provi ma jistgħux jingħataw lil persuni għajr dawk li, fi ħdan l-istituzzjonijiet Komunitarji, l-Istati Membri jew il-Konfederazzjoni Żvizzera, jeħtieġu li jsiru jafuhom minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u lanqas ma jistgħu jintużaw minnhom għal skopijiet li jmorru lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   L-informazzjoni u l-provi miksuba mill-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba taħt dan il-Ftehim jistgħu jiġu trasmessi lil kwalunkwe Parti Kontraenti jekk din il-Parti Kontraenti qed twettaq investigazzjoni li fir-rigward tagħha l-kooperazzjoni mhix eskluża jew jekk hemm indikazzjonijiet ċari li din il-Parti Kontraenti tista’ b’mod utli twettaq tali investigazzjoni. Ebda tali trasmissjoni ma tista’ sservi kwalunkwe għan ħlief għal dawk ta’ dan il-Ftehim.

3.   It-trasmissjoni ta’ informazzjoni u provi miksuba skont dan il-Ftehim minn Parti Kontraenti lil Parti Kontraenti oħra jew lil aktar minn Parti Kontraenti waħda ma tistax tkun ikkontestata mill-Parti Kontraenti li tkun saritilha t-talba inizjalment.

4.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tirċievi informazzjoni jew provi b’mod konformi mal-paragrafu 2 għandha tirrispetta tali limiti kif inhuma mqiegħda mill-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba dwar l-użu tal-informazzjoni mill-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba tal-ewwel trasmissjoni.

5.   It-trasmissjoni ta’ informazzjoni u provi miksuba skont dan il-Ftehim minn Parti Kontraenti lil Stat terz għandha tkun soġġetta għal awtorizzazzjoni mill-Parti Kontraenti li minnha jkunu oriġinaw l-informazzjoni jew l-provi.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

Il-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba tista’ ssaqsi lill-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba biex tiżgura li t-talba u l-kontenut tagħha jibqgħu kunfidenzjali, ħlief safejn din tkun inkompatibbli mat-twettiq tat-talba. Jekk il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba ma tistax tikkonforma mal-ħtiġiet ta’ kunfidenzjalità, hija għandha tinforma minn qabel lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

TITOLU II

ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 7

Relazzjoni ma’ Ftehim ieħor

Dan it-Titolu m’għandux jaffettwa d-dispożizzjonijiet applikabbli għal assistenza legali reċiproka f’materji kriminali jew obbligi aktar estensivi fil-qasam tal-assistenza amministrattiva jew dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta’ arranġamenti ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali bejn il-Parti Kontraenti, b’mod partikolari l-Protokoll Addizzjonali dwar assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali tad-9 ta’ Ġunju 1997.

Artikolu 8

Kamp ta’ Applikazzjoni

1.   Il-Parti Kontraenti għandhom jipprovdu lil xulxin b’assistenza reċiproka biex jiġu miġġielda l-attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim, b’mod partikolari fil-prevenzjoni u s-sejbien ta’ operazzjonijiet u ta’ atti oħrajn ta’ twettiq u ommissjoni li jmorru kontra l-leġislazzjoni rilevanti u fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet relatati ma’ dawn.

2.   L-assistenza pprovduta taħt dan it-Titolu għandha tapplika għall-awtoritajiet amministrattivi kompetenti kollha fil-Parti Kontraenti li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ta’ investigazzjoni amministrattiva jew setgħat ta’ prosekuzzjoni kriminali, inkluż każijiet fejn dawn l-awtoritajiet jeżerċitaw setgħat fuq it-talba tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

Fejn investigazzjoni kriminali titwettaq minn jew taħt id-direzzjoni ta’ awtorità ġudizzjarja, dik l-awtorità għandha tiddetermina jekk it-talbiet għal assistenza reċiproka jew kooperazzjoni f’dak ir-rigward għandhomx jiġu ppreżentati abbażi tad-dispożizzjonijiet applikabbli fir-rigward tal-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali jew abbażi ta’ dan it-Titolu.

Artikolu 9

Setgħat

1.   L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti għandhom japplikaw dan it-Titolu fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilhom taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali. Xejn f’dan it-Titolu ma jista’ jiġi interpretat li jaffettwa s-setgħat mogħtija taħt id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti fi ħdan it-tifsira ta’ dan it-Titolu.

Huma għandhom jipproċedu bħal li kieku huma qed jaġixxu weħidhom jew fuq talba ta’ awtorità oħra tal-istess Parti Kontraenti. B’hekk huma għandhom jagħmlu użu mis-setgħat legali kollha għad-dispożizzjoni tagħhom fi ħdan il-qafas tal-liġi nazzjonali tagħhom biex iwieġbu għat-talba.

2.   It-talbiet indirizzati lill-awtoritajiet mhux kompetenti għandhom jiġu mgħoddija mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti.

Artikolu 10

Proporzjonalità

L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba tista’ tirrifjuta talba għal kooperazzjoni meta huwa ċar li:

(a)

in-numru u n-natura tat-talbiet għal informazzjoni li jsiru mill-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba fi ħdan perijodu speċifiku jimponu piż amministrattiv sproporzjonat fuq dik l-awtorità li ssirilha t-talba;

(b)

l-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba ma użatx is-sorsi kollha ta’ informazzjoni li hija setgħet tuża fiċ-ċirkustanzi biex tikseb l-informazzjoni mitluba mingħajr ma jkun hemm ir-riskju li tfixkel il-kisba tal-eżitu mixtieq.

Artikolu 11

Unitajiet ċentrali

1.   Kull Parti Kontraenti għandha taħtar unità ċentrali waħda jew aktar li jingħataw is-setgħa biex jipproċessaw talbiet għal assistenza amministrattiva taħt dan it-Titolu.

Dawn l-unitajiet għandhom jagħmlu użu mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti kollha biex jagħtu l-assistenza mitluba.

2.   L-unitajiet ċentrali għandhom jikkomunikaw direttament ma’ xulxin.

3.   L-attivitajiet tal-unitajiet ċentrali m’għandhomx jeskludu, speċjalment f’emerġenza, kooperazzjoni diretta bejn awtoritajiet oħrajn fil-Parti Kontraenti li għandhom is-setgħa li jaġixxu fi kwistjonijiet li għalihom japplika l-Ftehim. L-unitajiet ċentrali għandhom ikunu informati dwar kwalunkwe azzjoni li tinvolvi tali kooperazzjoni diretta.

4.   Il-Parti Kontraenti, meta jagħmlu n-notifika prevista mill-Artikolu 44(2), għandhom iħabbru liema huma l-awtoritajiet ikkunsidrati bħala unitajiet ċentrali għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU 2

Assistenza fuq talba

Artikolu 12

Talbiet għal informazzjoni

1.   Fuq it-talba tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li qed issirilha t-talba għandha tikkomunikalha, fi ħdan il-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, l-informazzjoni kollha li tista’ tippermettilha jew lill-awtoritajiet l-oħrajn tal-istess Parti Kontraenti biex jipprevjenu, isibu jew jieħdu passi legali kontra attivitajiet illegali li għalihom japplika l-Ftehim jew huma meħtieġa għall-irkupru ta’ ammonti pendenti. L-awtorità tal-Parti Kontraenti li qed issirihla talba għandha tieħu f’idejha t-talbiet amministrattivi kollha meħtieġa biex tinġabar tali informazzjoni.

2.   Flimkien mal-informazzjoni mibgħuta għandhom jintbagħtu rapporti jew dokumenti oħrajn, jew kopji ċċertifikati ta’ jew siltiet minnhom, li fuqhom l-informazzjoni nnotifikata hija bbażata u li huma fil-pussess tal-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba jew li kienu ġew prodotti jew miksuba sabiex titwettaq it-talba għal informazzjoni.

3.   Bi ftehim bejn l-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, l-uffiċjali awtorizzati mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba jistgħu, bla ħsara għal istruzzjonijiet dettaljati mill-awtorità tal-Parti li ssirilha t-talba, ikollhom aċċess għall-uffiċċji tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għal dokumenti u informazzjoni previsti fil-paragrafu 1 miżmuma mill-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba li tirreferi għal attivitajiet illegali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Dawk l-uffiċjali għandhom jiġu awtorizzati jieħdu kopji tal-imsemmija dokumentazzjoni.

Artikolu 13

Talbiet għal sorveljanza

Fuq it-talba tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha kemm jista’ jkun teżerċita sorveljanza fuq il-kummerċ ta’ merkanzija fi ksur tal-leġislazzjoni msemmija fl-Artikolu 2. Tali sorveljanza tista’ tirrigwarda persuna ssuspettata fuq bażi raġonevoli li pparteċipat jew li qed tipparteċipa fit-twettiq ta’ tali attivitajiet illegali jew li wettqet atti preparatorji bil-ħsieb li jitwettqu tali attivitajiet, kif ukoll għall-proprjetà, mezzi ta’ trasport u merkanzija konnessi ma’ tali attivitajiet.

Artikolu 14

Notifika u trasmissjoni bil-posta

1.   Fuq talba tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha, skont ir-regoli nazzjonali tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, tinnotifika lid-destinatarju jew tinnotifikah, dwar l-istrumenti jew id-deċiżjonijiet kollha li joriġinaw mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba li huma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

2.   Talbiet għal notifika, li jsemmu s-suġġett tal-istrument jew deċiżjoni li għandha tiġi nnotifikata, għandha tkun akkompanjata bi traduzzjoni f’lingwa uffiċjali tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba jew lingwa aċċettata għal dik il-Parti Kontraenti.

3.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu jibagħtu atti ta’ notifika jew talbiet għal informazzjoni u dokumenti diretti lill-operaturi konċernati mit-tielet u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 2(1)(a) li jgħixu fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

Tali persuni jistgħu jwieġbu għal dan u jipprovdu d-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti fil-forma prevista mir-regoli u l-arranġamenti li taħhom ingħataw il-fondi.

Artikolu 15

Talbiet għal inkjesti

1.   Il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha fuq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba twettaq jew tagħmel mod li jitwettqu l-inkjesti adatti dwar operazzjonijiet jew forom ta’ kondotta li jikkostitwixxu attivitajiet illegali li għalihom japplika dan il-Ftehim jew li jagħtu raġuni lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba biex tissuspetta fuq bażi raġonevoli li twettqu tali attivitajiet illegali.

2.   Il-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba għandha tagħmel użu mill-mezzi investigattivi kollha għad-dispożizzjoni tagħha fi ħdan il-qafas tal-liġi nazzjonali tagħha bħal li kieku kienet qed taġixxi waħedha jew fuq it-talba ta’ awtorità interna oħra, inkluż l-involviment jew l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji fejn meħtieġ.

Din id-dispożizzjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dover tal-operaturi ekonomiċi biex jikkooperaw taħt l-Artikolu 17.

L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tikkommunika r-riżultati ta’ tali investigazzjoni lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba. L-Artikolu 12(2) għandu japplika mutatis mutandis.

3.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha testendi l-assistenza għaċ-ċirkustanzi, l-oġġetti u l-persuni kollha apparentement marbutin mal-oġġett tat-talba għal assistenza, mingħajr il-ħtieġa għal talba supplementari. F’każijiet ta’ dubju, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha l-ewwel tagħmel kuntatt mal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

Artikolu 16

Preżenza ta’ personal awtorizzat mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba

1.   Bi ftehim bejn l-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, l-uffiċjali maħtura mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba jistgħu jkunu preżenti waqt l-inkjesti msemmijin fl-Artikolu preċedenti. Il-preżenza tagħhom m’għandhiex teħtieġ il-kunsens tal-persuna jew l-operatur ekonomiku li qed jiġi investigat.

2.   L-uffiċjali tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha fi kwalunkwe ħin twettaq l-inkjesta. L-uffiċjali tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba ma jistgħux, fuq inizjattiva tagħhom stess, jeżerċitaw setgħat mogħtija lil uffiċjali tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba.

Huma għandhom, madankollu, ikollhom aċċess għall-istess bini u l-istess dokumenti bħal dak tal-aħħar, permezz tagħhom u għall-unika raġuni biex titwettaq l-inkjesta.

3.   Jista’ jkun hemm xi kundizzjonijiet biex tingħata l-awtorizzazzjoni.

4.   L-informazzjoni li ngħatat lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba ma tistax tintuża bħala prova sakemm ma tiġix awtorizzata t-trasmissjoni tad-dokumenti relatati mat-twettiq.

Artikolu 17

Dmir ta’ kooperazzjoni

L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu meħtieġa jikkooperaw mat-twettiq tat-talba għal assistenza amministrattiva billi jagħtu aċċess għall-bini, il-mezzi ta’ trasport u d-dokumentazzjoni tagħhom u jipprovdu l-informazzjoni rilevanti kollha.

Artikolu 18

Forma u kontenut tat-talbiet għal assistenza

1.   It-talbiet għal assistenza għandhom isiru bil-miktub. Id-dokumenti meħtieġa għat-twettiq għandhom jintbagħtu mat-talbiet.

F’każijiet ta’ urġenza, talbiet orali għandhom jiġu aċċettati, iżda għandhom jiġu kkonfermati bil-miktub malajr kemm jista’ jkun.

2.   Mat-talbiet għandha tintbagħat din l-informazzjoni:

(a)

l-awtorità li tagħmel it-talba;

(b)

il-miżura mitluba;

(ċ)

l-oġġett u r-raġuni għat-talba;

(d)

il-liġijiet, ir-regoli u d-dispożizzjonijiet legali l-oħrajn involuti;

(e)

indikazzjonijiet dwar il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huma l-mira tal-investigazzjonijiet li jkunu kemm jista’ jkun preċiżi u komprensivi;

(f)

sommarju tal-fatti rilevanti u tat-talbiet li diġà twettqu, ħlief f’każijiet previsti fl-Artikolu 14.

3.   It-talbiet għandhom jiġu ppreżentati f’lingwa uffiċjali tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba jew f’lingwa li hija aċċettabbli għal dik il-Parti Kontraenti.

4.   Talbiet mhux korretti jew mhux kompleti jistgħu jiġi kkoreġuti jew kompletati. Il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi mat-talba għandhom sadattant jinbdew.

Artikolu 19

Użu ta’ informazzjoni

1.   L-informazzjoni miksuba għandha tintuża esklussivament għall-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. Meta Parti Kontraenti tistaqsi biex tuża tali informazzjoni għal skopijiet oħrajn, hija għandha titlob il-kunsens bil-miktub u minn qabel tal-awtorità li qed tipprovdi l-informazzjoni. Dan l-użu għandu mbagħad ikun soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni stabbilita minn dik l-awtorità.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jipprekludi l-użu tal-informazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi f’nuqqas ta’ konformità mal-leġislazzjoni li għaliha tapplika t-talba għal assistenza amministrativa jekk l-istess forom ta’ assistenza kellhom ikunu disponibbli għal dawn il-proċedimenti. L-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li forniet l-informazzjoni għandha tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien dwar tali użu.

3.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, fir-reġistri tagħhom tal-provi, r-rapporti u x-xhieda tagħhom u fi proċedimenti u akkużi miġjuba quddiem il-qrati, jużaw bħala prova l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skont dan il-Ftehim.

KAPITOLU 3

Assistenza spontanja

Artikolu 20

Assistenza spontanja

1.   Il-forom ta’ kooperazzjoni stabbiliti mill-Kapitolu preċedenti jistgħu jingħataw mingħajr talba minn qabel ta’ Parti Kontraenti oħra.

2.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li tittrasmetti l-informazzjoni tista’, skont il-liġi domestika tagħha, tehmeż il-kondizzjonijiet għall-użu ta’ informazzjoni mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tirċievi.

3.   L-awtoritajiet kollha tal-Parti Kontraenti għandhom ikunu marbutin b’tali kondizzjonijiet.

KAPITOLU 4

Forom speċjali ta’ Kooperazzjoni

Artikolu 21

Operazzjonijiet konġunti

1.   Fir-rigward ta’ importazzjonijiet, esportazzjonijiet u transitu ta’ merkanzija, fejn l-ammont ta’ kummerċ u r-riskju marbut mat-taxxi u s-sussidji huwa tali li t-telf finanzjarju potenzjali għall-baġit tal-Parti Kontraenti huwa konsiderevoli, dawk il-Parti jistgħu jaqblu li jwettqu operazzjonijiet konġunti transkonfini għall-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ attivitajiet illegali li għalihom japplika l-Ftehim.

2.   Il-koordinazzjoni u l-ippjanar ta’ tali operazzjonijiet transkonfini għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-unità ċentrali jew ta’ uffiċċju maħtur minnha.

Artikolu 22

Timijiet konġunti ta’ investigazzjoni speċjali

1.   Bi ftehim konġunt, l-awtoritajiet ta’ diversi Parti Kontraenti jistgħu jistabbilixxu tim ta’ investigazzjoni speċjali bbażat f’Parti Kontraenti.

2.   It-tim konġunt għandu jwettaq investigazzjonijiet diffiċli li jeħtieġu mobilizzazzjoni ta’ riżorsi sostanzjali u għandu jikkoordina azzjonijiet konġunti.

3.   L-isħubija tat-tim m’għandha tagħti lir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti parteċipanti l-ebda setgħa ta’ intervent fit-territorju tal-Parti Kontraenti li fih jitwettqu l-investigazzjonijiet.

Artikolu 23

Uffiċjali ta’ Kollegament

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti jistgħu jiddeċiedu dwar l-issekondar, għal perijodi limitati jew mhux limitati, ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ Parti Kontraenti għas-servizzi kompetenti ta’ Parti Kontraenti oħra sabiex jagħtu appoġġ konġunt fit-twettiq tal-assistenza amministrattiva.

2.   L-uffiċjali ta’ kollegament għandu jkollhom il-kompitu li jipprovdu pariri u asistenza. Huma m’għandhomx ikollhom setgħa indipendenti biex jaġixxu fit-territorju tal-Parti Kontraenti li qed tospitahom. Bil-ftehim jew fuq it-talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti, huma jistgħu:

(a)

jippromwovu u jgħaġġlu l-iskambju ta’ informazzjoni;

(b)

jipprovdu assistenza fl-investigazzjonijiet;

(ċ)

jipprovdu appoġġ fl-ittrattar ta’ talbiet għal assistenza;

(d)

jagħtu parir u jassistu lill-Parti Kontraenti li tospita fil-preparazzjoni u t-twettiq ta’ operazzjonijiet transkonfini;

(e)

jwettqu kwalunkwe kompitu ieħor li dwaru l-Parti Kontraenti jistgħu jaqblu bejniethom.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti għandhom jirranġaw id-dettalji bi ftehim.

4.   L-uffiċjali ta’ kollegament jistgħu jirrappreżentaw l-interessi ta’ Parti Kontraenti waħda jew aktar.

KAPITOLU 5

Irkupru

Artikolu 24

Irkupru

1.   Fuq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tipproċedi għall-irkupru ta’ ammonti pendenti li għalihom japplika dan il-Ftehim bħal li kieku kienu ammonti pendenti dovuti lilha.

2.   It-talba għal irkupru ta’ ammont pendenti għandha tkun akkompanjata b’kopja uffiċjali jew kopja ċertifikata tad-dokument li jippermetti l-eżekuzzjoni, maħruġa mill-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u, fejn xieraq, l-oriġinal jew kopja ċertifikata tad-dokumenti l-oħrajn meħtieġa għall-irkupru.

3.   Il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiżgura l-irkupru ta’ ammont pendenti.

4.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tittrasferixxi lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba l-ammont li tkun irkuprat. Fi ftehim mal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, hija tista’ tnaqqas perċentwali li jikkorrispondi għall-ispejjeż amministrattivi li hija kellha.

5.   Minkejja l-paragrafu 1, ammonti li għandhom jiġu rkuprati m’għandhomx neċessarjament igawdu mill-istess status ta’ prijorità bħal ammonti kumparabbli li jirriżultaw fil-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba.

TITOLU III

ASSISTENZA LEGALI REĊIPROKA

Artikolu 25

Relazzjoni ma’ Ftehim ieħor

1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu huma maħsuba biex jissupplimentaw il-Konvenzjoni Ewropea dwar Assistenza Reċiproka f’Materji Kriminali tal-20 ta’ April 1959, u l-Konvenzjoni dwar il-Money Laundering, Tfittxija, Qbid u Konfiska tar-Rikavat mill-Kriminalità tat-8 ta’ Novembru 1990, u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.   Dispożizzjonijiet aktar favorevoli taħt Ftehim bilaterali jew multilaterali bejn il-Parti Kontraenti mhumiex affettwati.

Artikolu 26

Proċedimenti li fihom ukoll għandha tingħata assistenza legali reċiproka

1.   Assistenza legali reċiproka għandha tingħata wkoll:

(a)

fi proċedimenti miġjuba mill-awtoritajiet amministrattivi fir-rigward ta’ atti li huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali ta’ waħda miż-żewġ Parti Kontraenti, jew tat-tnejn, peress li huma ksur tad-dispożizzjonijiet legali, u meta d-deċiżjoni tista’ tagħti bidu għal proċedimenti quddiem qorti li għandha ġuriżdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali;

(b)

f’azzjonijiet ċivili marbutin ma’ proċedimenti kriminali, ħlief jekk il-qorti kriminali tkun għadha ma tatx sentenza finali fi proċedimenti kriminali;

(ċ)

għal reati jew ksur ta’ liġi li għalihom persuna ġuridika tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba tista’ tkun responsabbli.

2.   L-assistenza għandha tingħata wkoll għall-għanijiet ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti għall-qbid u l-konfiska tal-istrumenti u l-prodotti ta’ dawn l-attivitajiet illegali.

Artikolu 27

Trasmissjoni ta’ talbiet

1.   It-talbiet taħt dan it-Titolu għandom jiġu ppreżentati mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba jew permezz ta’ awtorità ċentrali rilevanti tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, jew dirett lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li ngħatat is-setgħa biex twettaq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba. L-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u, fejn xieraq, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tibgħat kopja tat-talba lill-awtorità ċentrali tagħha għal informazzjoni.

2.   Id-dokumenti kollha relatati ma’ talbiet jew it-twettiq tagħhom jistgħu jintbagħtu bl-istess mezzi. Dawn, jew mill-inqas kopja tagħhom, għandhom jintbagħtu direttament lill-istess awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

3.   Jekk l-awtorità tal-Parti Kontraenti li tirċievi talba ma jkollhiex is-setgħa li tawtorizza assistenza, hija għandha tgħaddiha immedjatament lill-awtorità kompetenti.

4.   Talbiet difettużi jew mhux kompleti għandhom jiġu applikati jekk jinkludu l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu moqdija, mingħajr preġudizzju għal regolarizzazzjoni sussegwenti mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba. L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba dwar id-difetti u tippermettilha ħin biex tirregolarizzahom.

L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha mingħajr dewmien tibgħat lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba l-indikazzjonijiet kollha l-oħra li jistgħu jgħinuha tlesti t-talba tagħha jew testendiha biex tinkludi miżuri oħrajn.

5.   Il-Parti Kontraenti, meta jagħmlu n-notifika prevista mill-Artikolu 44(2), għandhom iħabbru liema huma l-awtoritajiet ċentrali kompetenti għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 28

Servizz bil-posta

1.   Bħala regola l-Parti Kontraenti għandhom, fi proċedimenti għal attivitajiet illegali koperti b’dan il-Ftehim, jibagħtu dokumenti proċedurali maħsuba għal persuni li jinsabu fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra direttament bil-posta.

2.   Jekk l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ħarġet id-dokumenti taf jew għandha raġuni temmen li d-destinatarju jifhem biss xi lingwa oħra, id-dokumenti, jew tal-inqas l-aktar passaġġi importanti ta’ dawn, għandhom ikunu akkompanjati bi traduzzjoni f’dik il-lingwa l-oħra.

3.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħti l-assistenza għandha tinforma lid-destinatarju li ma tista’ tiġi inforzata ebda miżura ta’ kontroll jew piena direttament minn dik l-awtorità fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

4.   Id-dokumenti proċedurali kollha għandhom jiġu akkompanjati b’rapport li jindika li d-destinatarju jista’ jikseb informazzjoni mill-awtorità identifikata fir-rapport fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tiegħu fir-rigward tad-dokumenti.

Artikolu 29

Miżuri proviżorji

1.   Fil-limiti tal-liġi domestika tagħha u s-setgħat rispettivi tagħha u fuq it-talba tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-awtorità kompetenti tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tordna l-miżuri proviżorji meħtieġa bil-għan li żżomm sitwazzjoni eżistenti, tipproteġi interessi legali f’perikolu jew tippreżerva l-provi, jekk it-talba għal asisstenza reċiproka ma tkunx tidher inammissibbli b’mod ċar.

2.   L-iffriżar u s-sekwestru preventivi ta’ strumentalitajiet u rikavati minn reati għandhom jiġu ordnati f’każijiet fejn tintalab l-assistenza. Jekk ir-rikavati minn reat ma jkunux għadhom jeżistu kompletament jew parzjalment, l-istess miżuri għandhom jiġu ordnati fir-rigward tal-assi li jkunu jinsabu fit-territorju tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba fir-rigward tal-valur tar-rikavati in kwistjoni.

Artikolu 30

Preżenza tal-awtoritiajiet tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba

1.   Il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha, fuq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, tawtorizza r-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-Parti tal-aħħar biex jattendu għat-twettiq tat-talba għal assistenza legali reċiproka. Il-preżenza tagħhom m’għandhiex teħtieġ il-kunsens tal-persuna kkonċernata bil-miżura.

Il-kondizzjonijiet jistgħu jiġu mehmuża mal-awtorizzazzjoni.

2.   Il-persuni preżenti għandu jkollhom aċċess għall-istess bini u l-istess dokumenti bħar-rappreżentanti tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, permezz tagħhom u għall-uniku għan tat-twettiq tat-talba għal assistenza legali reċipoka. B’mod partikolari jistgħu jiġu awtorizzati jqiegħdu jew jipproponu mistoqsijiet jew jissuġġerixxu miżuri ta’ investigazzjoni.

3.   Il-preżenza tagħhom mhix ser tirriżulta f’fatti jingħataw lil persuni ħlief għal dawk awtorizzati permezz tal-paragrafi li ġejjin bi ksur tal-kunfidenzjalità ġudizzjarja jew id-drittijiet tal-persuna kkonċernata. L-informazzjoni li tiġi mgħarrfa biha l-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba ma tistax tintuża bħala prova sakemm id-deċiżjoni dwar it-trasmissjoni tad-dokumenti fir-rigward tat-twettiq tkun kisbet il-forza ta’ res judicata.

Artikolu 31

Tfittxijiet u sekwestri

1.   Il-Partijiet Kontraenti ma jistgħux jagħmlu l-ammissibbiltà tal-ittri rogatorji għal tfittxija jew sekwestru dipendenti fuq kondizzjonijiet ħlief dawn li ġejjin:

(a)

l-att li jwassal għall-ittri rogatorji huwa punibbli skont il-liġi taż-żewġ Partijiet Kontraenti b’piena li tinvolvi t-tneħħija tal-libertà jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mhux inqas minn sitt xhur, jew huwa punibbli taħt il-liġi ta’ waħda miż-żewġ Partijiet Kontraenti b’piena ekwivalenti u skont il-liġi tal-Parti Kontraenti l-oħra minħabba li huwa ksur tar-regoli ta’ liġi li qed tiġi akkużata mill-awtoritajiet amministrattivi, u fejn id-deċiżjoni tista’ tagħti bidu għal proċedimenti quddiem qorti li għandha ġuriżsdizzjoni b’mod partikolari f’materji kriminali;

(b)

it-twettiq tal-ittri rogatorji hija konsistenti mal-liġi tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba.

2.   L-ittri rogatorji għall-għanijiet ta’ tfittix u sekwestru għal reati ta’ laundering fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom ikun ammissibbli dment li l-attivitajiet li jikkostitwixxu r-reat prekursur jkunu punibbli taħt il-liġi taż-żewġ Partijiet Kontraenti b’piena li tinvolvi ċ-ċaħda ta’ libertà jew ordni ta’ detenzjoni ta’ perijodu massimu ta’ iktar minn sitt xhur.

Artikolu 32

Talbiet għal informazzjoni bankarja u finanzjarja

1.   Jekk il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 31 jintlaħqu, il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha twettaq talbiet għal assistenza biex tikseb u tittrasmetti informazzjoni bankarja u finanzjarja, inkluż:

(a)

l-identifikazzjoni ta’, u l-informazzjoni dwar, transazzjonijiet u operazzjonijiet bankarji mwettqa minn, lejn jew permezz ta’ kont bankarju wieħed jew aktar jew minn persuni speċifikati matul perijodu speċifikat;

(b)

l-identifikazzjoni ta’, u l-informazzjoni kollha fir-rigward ta’, transazzjonijiet u operazzjonijiet bankarji mwettqa minn, lejn jew permezz ta’ kont bankarju wieħed jew aktar jew minn persuni speċifikati matul perijodu speċifikat.

2.   Sal-punt awtorizzat permezz tal-liġi tagħha li tirregola proċedimenti kriminali għal każijiet domestiċi simili, il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba tista’ tordna s-sorveljanza ta’ operazzjonijiet bankarji mwettqa minn, lejn jew permezz ta’ kont bankarju wieħed jew aktar jew minn persuni speċifikati matul perijodu speċifikat, u t-trasmissjoni tar-riżultati tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba. Id-deċizjoni biex jiġu ssorveljati l-operazzjonijiet u trasmessi r-riżultati għandha tittieħed f’kull każ individwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba u għandha tkun konformi mal-liġi nazzjonali tal-Parti Kontraenti. Id-dettalji prattiċi fir-rigward tal-monitoraġġ għandhom jiġu determinati minn ftehim bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u dik li ssirilha t-talba.

3.   Kull Parti Kontraenti għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma jiżvelawx lill-klijent ikkonċernat jew lil terzi persuni oħra li qed jitwettqu miżuri fuq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba jew li għaddejja investigazzjoni, sakemm ikun meħtieġ sabiex jiġi evitat li jiġu kompromessi r-riżultati.

4.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li toħroġ it-talba għandha:

(a)

tiddikjara għalfejn hija tikkunsidra li l-informazzjoni mitluba x’aktarx għandha valur sostanzjali għall-għan tal-investigazzjoni dwar ir-reat;

(b)

tiddikjara fuq liema raġunijiet hija tippreżumi li l-banek fil-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba jżommu l-kont u, sal-punt disponibbli, liema banek jistgħu jkunu involuti;

(ċ)

jinkludu l-informazzjoni kollha disponibbli li tista’ tiffaċilita t-twettiq tat-talba.

5.   Parti Kontraenti m’għandhiex tinvoka s-segretezza bankarja bħala bażi biex tiċħad li tagħti l-kooperazzjoni tagħha fuq talba għal assistenza reċiproka minn Parti Kontraenti oħra.

Artikolu 33

Kunsinni kkontrollati

1.   L-awtorità kompetenti fil-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tara li tiżgura li, fuq it-talba tal-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, jistgħu jiġu awtorizzati kunsinni kkontrollati fit-territorju tagħha fi ħdan il-qafas tal-investigazzjonijiet kriminali li jinvolvu reati li jagħtu lok għal estradizzjoni.

2.   Id-deċiżjoni biex isiru kunsinni kkontrollati għandha tittieħed f’kull każ individwali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba, b’mod dovut għal-liġi nazzjonali tagħha.

3.   Il-kunsinni kkontrollati għandhom isiru skont il-proċeduri previsti fil-liġi tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba. Id-dritt biex taġixxi u tidderiġi u tikkontrolla l-operazzjonijiet għandu jkun f’idejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ dik il-Parti Kontraenti.

Artikolu 34

Għoti għal konfiska jew ritorn

1.   Fuq it-talba tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-oġġetti, id-dokumenti, il-fondi jew l-oġġetti l-oħrajn ta’ valur kollha li ġew sekwestrati fuq bażi ta’ prekawzjoni jistgħu jingħataw għal konfiska jew ritorn lis-sid proprju tagħhom.

2.   Il-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba ma tistax tirrifjuta li tirritorna fondi għall-unika raġuni li dawn jikkorrispondu għal dejn fiskali jew doganali.

3.   Id-drittijiet asseriti minn parti terza in bona fede għandhom jibqgħu riżervati.

Artikolu 35

Tħaffif ta’ assistenza

1.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha twettaq it-talba għal assistenza legali reċiproka malajr kemm jista’ jkun, waqt li jittieħed kemm jista’ kont tal-iskadenzi proċedurali u l-iskadenzi oħrajn indikati mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba. Il-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba għandha tispjega r-raġunijiet għall-iskadenza.

2.   Jekk it-talba ma tistax, jew ma tistax kompletament, titwettaq skont il-ħtiġiet stabbiliti mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tinforma mill-ewwel lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u tindika l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jkun possibbli li titwettaq it-talba. L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li jagħmlu t-talba u ta’ dawk li ssirilhom it-talba jistgħu sussegwentement jaqblu dwar azzjoni ulterjuri li għandha titwettaq fir-rigward tat-talba, fejn meħtieġ billi jagħmlu tali azzjoni soġġetta għat-twettiq ta’ dawk il-kondizzjonijiet.

Jekk huwa previst li l-iskadenza stabbilita mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba għat-twettiq tat-talba ma tistax tintlaħaq u jekk ir-raġunijiet imsemmijin fit-tieni sentenza tal-paragrafu 1, jindikaw espliċitament li kwalukwe dewmien iwassal għal dannu sostanzjali fil-proċedimenti li qed jitwettqu minn dik l-awtorità, l-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba għandha tindika minnufih il-ħin kkalkolat li huwa meħtieġ għat-twettiq tat-talba. L-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba għandha tindika minnufih jekk it-talba għandhiex tiġi rrifjutata xorta waħda. L-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba u dik li ssirilha t-talba jistgħu sussegwentement jaqblu dwar azzjoni ulterjuri li għandha tittieħed fir-rigward tat-talba.

Artikolu 36

Użu tal-informazzjoni u l-provi

L-informazzjoni u l-provi mibgħuta matul il-proċedura ta’ assistenza jistgħu jintużaw għall-finijiet li ġejjin flimkien mal-finijiet tal-proċedura ta’ assistenza li għalihom kienu fornuti:

(a)

fi proċedimenti kriminali fil-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba kontra persuni oħrajn li pparteċipaw fit-twettiq tar-reat li għaliha ngħatat assistenza;

(b)

fejn il-ksur li fuqu hija bbażata t-talba jikkostitwixxi reat ieħor li għalih għandha wkoll tingħata l-assistenza;

(ċ)

fi proċedimenti għall-konfiska tal-istrumentalitajiet u r-rikavati minn reati li għalihom għandha tingħata assistenza u fi proċedimenti għal danni fir-rigward ta’ ksur li għalihom ingħatat assistenza.

Artikolu 37

Trasmissjoni spontanja

1.   Fil-limiti tal-liġi nazzjonali tagħhom u s-setgħat tagħhom, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Parti Kontraenti jistgħu jittrasmettu spontanjament informazzjoni jew provi lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ Parti Kontraenti oħra, meta huma jikkunsidraw li tali informazzjoni jew provi jistgħu jassistu lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tkun qed tirċevihom biex tibda jew twettaq investigazzjonijiet jew proċedimenti, jew jistgħu jwasslu għal talba ta’ asisstenza legali reċiproka mill-awtorità li tirċievi.

2.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li tittrasmetti l-informazzjoni tista’, skont il-liġi nazzjonali tagħha, timponi kondizzjonijiet fuq l-użu ta’ tali informazzjoni mill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tirċievi.

3.   L-awtoritajiet kollha tal-Parti Kontraenti għandhom ikunu marbutin b’tali kondizzjonijiet.

Artikolu 38

Proċedimenti fil-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba

It-talba għal assistenza għandha tkun mingħajr preġudizzju għal tali drittijiet peress li l-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba tista’ tgawdi mill-istatus tagħha bħala “partie civile” fil-proċedimenti kriminali ġudizzjarji domestiċi mibdija quddiem l-awtoritajiet tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 39

Kumitat Konġunt

1.   Kumitat Konġunt għandu jiġi stabbilit, li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Parti Kontraenti, u għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tajba ta’ dan il-Ftehim. Għal dak il-għan, huwa għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet u jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet previsti mill-Ftehim. Huwa għandu jaġixxi bi ftehim reċiproku.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jamministraw l-organizzazzjoni ta’ laqgħat, il-ħatra tal-President u d-determinazzjoni tal-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.

3.   Il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa’ kif meħtieġ iżda mhux inqas minn darba fis-sena. Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ titlob li tissejjaħ laqgħa.

4.   Il-Kumitat Konġunt jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma jew gruppi ta’ esperti biex jassistuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

Artikolu 40

Riżoluzzjoni ta’ disputi

1.   Kull Parti Kontraenti tista’ tippreżenta disputa lill-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, b’mod partikolari jekk hija tikkunsidra li Parti Kontrenti oħra b’mod ripetut qed tonqos milli tieħu azzjoni dwar it-talbiet li sarulha għal kooperazzjoni.

2.   Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi d-disputa malajr kemm jista’ jkun. Il-Kumitat Konġunt għandu jiġi fornut bil-punti rilevanti kollha ta’ informazzjoni li jassistu l-eżami dettaljat tiegħu bil-ħsieb li tiġi identifikata soluzzjoni sodisfaċenti. Għal dak il-għan, il-Kumitat Konġunt għandu jeżamina l-possibbilitajiet kollha biex tkompli l-ħidma tajba ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 41

Reċiproċità

1.   L-awtorità tal-Parti Kontraenti li ssirilha t-talba tista’ tirrifjuta talba għal kooperazzjoni meta l-Parti Kontrenti li tagħmel it-talba ripetutament tonqos milli tieħu azzjoni dwar talba għal kooperazzjoni f’każijiet simili.

2.   Qabel tiġi rrifjutata talba għal kooperazzjoni abbażi ta’ reċiproċità, il-Kumitat Konġunt għandu jiġi informat sabiex ikollu l-opportunità li jgħid l-opinjoni tiegħu dwar il-kwistjoni.

Artikolu 42

Reviżjoni

Jekk Parti Kontraenti tixtieq li dan il-Ftehim jiġu rivedut, hija għandha tagħmel proposta quddiem Kumitat Konġunt, li għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet, l-aktar għall-bidu tan-negozjati.

Artikolu 43

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

Dan il-Ftehim għandu japplika, minn naħa waħda, għat-territorju tal-Konfederazzjoni Żvizzera u, min-naħa l-oħra, għat-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat.

Artikolu 44

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jiġi konkluż għal perijodu indefinit.

2.   Huwa għandu jiġi rratifikat jew approvat mill-Parti Kontraenti skont il-proċedimenti rispettivi tagħhom. Huwa għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara l-aħħar notifika tal-istrumenti ta’ ratifikazzjoni jew approvazzjoni.

3.   Sad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, kull Parti Kontraenti tista’, fil-ħin tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2 jew fi kwalunkwe ħin sussegwenti, tiddikjara li hija għandha tikkunsidra lilha nnifisha marbuta bil-Ftehim fir-relazzjonijiet tagħha ma’ kwalunkwe Parti Kontraenti oħra li tkun għamlet l-istess dikjarazzjoni. Dawn id-dikjarazzjonijiet jistgħu jidħlu fis-seħħ disgħin jum wara d-data ta’ riċevuta tan-notifika.

Artikolu 45

Denunzja

Il-Komunità Ewropea jew il-Konfederazzjoni Żvizzera jistgħu jiddenunzjaw dan il-Ftehim billi jinnotifikaw il-Parti Kontraenti l-oħra dwar id-deċiżjoni tagħhom. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ sitt xhur wara d-data tar-riċevuta tan-notifika tad-denunzja.

Artikolu 46

Applikazzjoni matul iż-żmien

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli għal talbiet fir-rigward ta’ attivitajiet illegali mwettqin mill-inqas sitt xhur wara li ġie iffirmat.

Artikolu 47

Estensjoni tal-Ftehim għall-Istati Membri l-ġodda tal-Unjoni Ewropea

1.   Kwalunkwe Stat li jsir Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jista’, b’notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti, isir Parti Kontraenti għal dan il-Ftehim.

2.   It-test tal-Ftehim fil-lingwa tal-Istat Membru l-ġdid li qed jissieħeb kif stabbilit mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi awtentikat bi skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera. Huwa għandu jiġi kkunsidrat awtentiku fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 48.

3.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ kwalunkwe Stat Membru ġdid tal-Unjoni Ewropea li jidħol disgħin ġurnata wara r-riċevuta tal-istrument tiegħu ta’ adeżjoni, jew fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim jekk ikun għadu mhux fis-seħħ mal-iskadenza tal-perijodu ta’ disgħin jum.

4.   Jekk dan il-Ftehim ma jkunx għadu daħal fis-seħħ meta l-Istat li jkun qed jaderixxi l-ġdid jinnotifika l-istrument ta’ adeżjoni tiegħu, l-Artikolu 44(3) għandu japplika.

Artikolu 48

Lingwi

1.   Dan il-Ftehim huwa mfassal f’duplikat fil-lingwa Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża, fejn kull wieħed minn dawn it-testi huwa ugwalment awtentiku.

2.   Il-verżjoni bil-lingwa Maltija ta’ dan il-Ftehim għandha tiġi awtentikata mill-Parti Kontraenti abbażi ta’ Skambju ta’ Ittri. Hija għandha tkun awtentika wkoll, bl-istess mod bħal-lingwi msemmijin fil-paragrafu 1.

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt ffirmati jqiegħdu l-firma tagħhom.

Hecho en Luxemburgo, el veintiseis de octubre del dos mil cuatro.

V Lucemburku dne dvacátého šestého října dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Luxembourg den seksogtyvende oktober to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu kahekümne kuuendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Luxembourg on the twenty sixth day of October in the year two thousand and four.

Fait à Luxembourg, le vingt six octobre deux mille quatre.

Fatto a Lussembourgo, addì ventisei ottobre duemilaquattro.

Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta du tūkstančiai ketvirtų metų spalio dvidešimt šeštą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer negyedik év október huszonhatodik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Luxemburg, de zesentwintigste oktober tweeduizendvier.

Sporządzono w Luksemburgu, dnia dwudziestego szóstego października roku dwutysięcznego czwartego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e seis de Outubro de dois mil e quatro.

V Luxemburgu dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícštyri.

V Luxembourgu, dne šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč štiri.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Luxemburg den tjugosjätte oktober tjugohundrafyra.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image

Cette signature engage également la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għar-Repubblika ta' Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovinskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Image

Image


ATT FINALI

Il-plenipotenzjarji ta’

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA’ SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

IR-REPUBBLIKA TAL-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,

IR-RENJU TAL-OLANDA,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ,

IL-KOMUNITÀ EWROPEA,

minn naħa waħda, u ta’

IL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA,

min-naħa l-oħra,

li ltaqgħu fis-26 ta’Ottubru 2004 għall-iffirmar tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, għall-ġlieda kontra l-frodi u kwalunkwe attività illegali oħra għad-dannu tal-interessi finanzjarji tagħhom, adottaw id-dikjarazzjonijiet konġunti elenkati hawn taħt u mehmuża ma’ dan l-Att Finali:

(1)

Dikjarazzjoni konġunta dwar il-money laundering;

(2)

Dikjarazzjoni konġunta dwar kooperazzjoni mill-Konfederazzjoni Żvizzera mal-Eurojust u, jekk possibbli, man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

Il-plenipotenzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha u l-plenipotenzjarji tal-Konfederazzjoni Żvizzera adottaw ukoll il-Minuta Maqbula tan-negozjati mehmuża ma’ dan l-Att Finali. Il-Minuta Maqbula hija vinkolanti.

Hecho en Luxemburgo, el veintiseis de octubre del dos mil cuatro.

V Lucemburku dne dvacátého šestého října dva tisíce čtyři.

Udfærdiget i Luxembourg den seksogtyvende oktober to tusind og fire.

Geschehen zu Luxemburg am sechsundzwanzigsten Oktober zweitausendundvier.

Kahe tuhande neljanda aasta oktoobrikuu kahekümne kuuendal päeval Luxembourgis.

Έγινε στo Λουξεμβούργο, στις είκοσι έξι Οκτωβρίου δύο χιλιάδες τέσσερα.

Done at Luxembourg on the twenty sixth day of October in the year two thousand and four.

Fait à Luxembourg, le vingt six octobre deux mille quatre.

Fatto a Lussemburgo, addì ventisei ottobre duemilaquattro.

Luksemburgā, divi tūkstoši ceturtā gada divdesmit sestajā oktobrī.

Priimta du tũkstančiai ketvirtų metų spalio dvidešimt šeštą dieną Liuksemburge.

Kelt Luxembourgban, a kettőezer negyedik év október huszonhatodik napján.

Magħmul fil-Lussemburgu fis-sitta u għoxrin jum ta' Ottubru tas-sena elfejn u erbgħa.

Gedaan te Luxemburg, de zesentwintigste oktober tweeduizendvier.

Sporządzono w Luksemburgu, dnia dwudziestego szóstego października roku dwutysięcznego czwartego.

Feito no Luxemburgo, em vinte e seis de Outubro de dois mil e quatro.

V Luxemburgu dvadsiateho šiesteho októbra dvetisícštyri.

V Luxembourgu, dne šestindvajsetega oktobra leta dva tisoč štiri.

Tehty Luxemburgissa kahdentenakymmenentenäkuudentena päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattaneljä.

Som skedde i Luxemburg den tjugosjätte oktober tjugohundrafyra.

Pour le Royaume de Belgique

Voor het Koninkrijk België

Für das Königreich Belgien

Image

Cette signature engage égalerment la Communauté française, la Communauté flamande, la Communauté germanophone, la Région wallonne, la Région flamande et la Région de Bruxelles-Capitale.

Deze handtekening verbindt eveneens de Vlaamse Gemeenschap, de Franse Gemeenschap, de Duitstalige Gemeenschap, het Vlaamse Gewest, het Waalse Gewest en het Brussels Hoofdstedelijk Gewest.

Diese Unterschrift bindet zugleich die Deutschsprachige Gemeinschaft, die Flämische Gemeinschaft, die Französische Gemeinschaft, die Wallonische Region, die Flämische Region und die Region Brüssel-Hauptstadt.

Za Českou republiku

Image

På Kongeriget Danmarks vegne

Image

Für die Bundesrepublik Deutschland

Image

Image

Eesti Vabariigi nimel

Image

Για την Ελληνική Δημοκρατία

Image

Por el Reino de España

Image

Pour la République française

Image

Thar cheann Na hÉireann

For Ireland

Image

Per la Repubblica italiana

Image

Για την Κυπριακή Δημοκρατία

Image

Latvijas Republikas vārdā

Image

Lietuvos Respublikos vardu

Image

Pour le Grand-Duché de Luxembourg

Image

A Magyar Köztársaság részéről

Image

Għar-Repubblika ta' Malta

Image

Voor het Koninkrijk der Nederlanden

Image

Für die Republik Österreich

Image

W imieniu Rzeczypospolitej Polskiej

Image

Pela República Portuguesa

Image

Za Republiko Slovenijo

Image

Za Slovinskú republiku

Image

Suomen tasavallan puolesta

För Republiken Finland

Image

För Konungariket Sverige

Image

For the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland

Image

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

Image

Für die Schweizerische Eidgenossenschaft

Pour la Confédération suisse

Per la Confederazione svizzera

Image

Image

DIKJARAZZJONI KONGUNTA DWAR IL-MONEY LAUNDERING

Il-Parti Kontraenti bil-preżenti jaqblu li l-Artikolu 2(3) tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni għall-ġlieda kontra l-money laundering għandu jinkludi bħala reati prekursuri dawk li jikkostitwixxu frodi ta’ taxxi jew kuntrabandu professjonali taħt il-liġi Żvizzera. L-informazzjoni riċevuta bi tweġiba għal talba fir-rigward tal-money laundering tista’ tintuża fi proċedimenti għal-laundering, ħlief fi proċedimenti kontra persuni Żvizzeri jekk l-atti kollha rilevanti tar-reat twettqu fl-Iżvizzera biss.

DIKJARAZZJONI KONĠUNTA DWAR KOOPERAZZJONI MILL-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA MAL-EUROJUST U, JEKK POSSIBBLI, MAN-NETWERK ĠUDIZZJARJU EWROPEW

Il-Parti Kontraenti ħadu nota tax-xewqa tal-Konfederazzjoni Żvizzera biex jistudjaw il-possibbiltà ta’ kooperazzjoni fil-ħidma tal-Eurojust u, jekk possibbli, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew.

MINUTA MAQBULA TAN-NEGOZJATI DWAR IL-FTEHIM TA’ KOOPERAZZJONI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MINN NAĦA WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, GĦALL-ĠLIEDA KONTRA L-FRODI U KWALUNKWE ATTIVITÀ ILLEGALI OĦRA GĦAD-DANNU TAL-INTERESSI FINANZJARJI TAGĦHOM

Il-Parti Kontraenti qablu kif ġej:

Ad Artikolu 2(1)(a)

L-espressjoni “frodi u kwalunkwe attività illegali oħra” testendi għal kuntrabandu, korruzzjoni u laundering tar-rikavati tal-attivitajiet koperti minn dan il-Ftehim, soġġetti għall-Artikolu 2(3).

L-espressjoni “kummerċ f’merkanzija li jmur kontra l-leġislazzjoni doganali u agrikola” għandha tinftiehem indipendentement mill-passaġġ (tluq, destinazzjoni jew transitu) jew xort’oħra tal-merkanzija mit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

L-espressjoni “kummerċ li jmur kontra l-leġislazzjoni fiskali applikabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, it-taxxi speċjali fuq il-konsum u dazji tas-sisa” għandha tinftiehem indipendentement mill-passaġġ (tluq, destinazzjoni jew transitu) jew xort’oħra tal-merkanzija jew is-servizzi mit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra.

Ad Artikolu 15(2)

Il-frażi “mezzi investigattivi” tinkludi l-interrogazzjoni ta’ persuni, it-tfittxijiet ta’ bini u mezzi ta’ trasport, l-ikkuppjar ta’ dokumenti, it-talba għal informazzjoni u s-sekwestru ta’ merkanzija, dokumenti u oġġetti ta’ valur.

Ad it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2)

Dan is-subparagrafu jfisser ukoll li dawk preżenti jistgħu b’mod partikolari jiġu awtorizzati biex jagħmlu mistoqsijiet u jipproponu miżuri ta’ investigazzjoni.

Ad Artikolu 25(2)

Il-kunċett ta’ Ftehim multilaterali bejn il-Parti Kontraenti jinkludi partikolarment, fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tiegħu, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera fir-rigward tal-assoċjazzjoni ta’ din tal-aħħar mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen.

Ad Artikolu 35(1)

“Talba għal assistenza legali reċiproka” tfisser ukoll it-trasmissjoni ta’ informazzjoni u provi lill-awtorità tal-Parti Kontraenti li tagħmel it-talba.

Ad Artikolu 43

Il-Kummissjoni Ewropea għandha, sa mhux aktar tard mid-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, tibgħat lista indikattiva tat-territorji li għalihom japplika dan il-Ftehim.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/36


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/128/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/112/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Roeland VAN DE GEER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani.

(2)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/108/PESK (2) li emendat u estendiet il-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/108/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Roeland VAN DE GEER bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (EUSR) għar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fir-rigward tal-istabbilizzazzjoni u l-konsolidazzjoni ulterjuri tas-sitwazzjoni ta’ wara l-kunflitt fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, b’attenzjoni partikolari mogħtija lid-dimensjoni reġjonali tal-iżviluppi fil-pajjiżi kkonċernati. Dawn l-objettivi, filwaqt li jippromwovu, b’mod partikolari, il-konformità man-normi bażiċi ta’ demokrazija u tmexxija tajba, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta’ dritt, jinkludu:

(a)

kontribut b’mod attiv u effettiv għal politika konsistenti, sostenibbli u responsabbli tal-UE fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar Afrikani, u l-promozzjoni ta’ approċċ ġenerali koerenti tal-UE fir-reġjun. Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun;

(b)

l-iżgurar ta’ impenn kontinwu tal-UE għall-proċessi ta’ stabbilizzazzjoni u ta’ rikostruzzjoni fir-reġjun, permezz ta’ preżenza attiva fuq il-post u f’fora internazzjonali rilevanti, filwaqt li jinżamm kuntatt ma’ atturi prinċipali u b’kontribuzzjoni għall-maniġġar ta’ kriżijiet;

(ċ)

kontribut għall-fażi ta’ wara t-transizzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), b’mod partikolari fir-rigward tal-proċess politiku tal-konsolidazzjoni tal-istituzzjonijiet il-ġodda u d-definizzjoni tal-qafas internazzjonali usa’ għall-konsultazzjoni u l-koordinazzjoni politiċi mal-gvern il-ġdid;

(d)

kontribut, f’kooperazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti/MONUC, għall-isforzi internazzjonali ta’ appoġġ biex tinkiseb Riforma komprensiva tas-Settur tas-Sigurtà fir-RDK, b’mod partikolari minħabba r-rwol ta’ koordinazzjoni li l-UE hija lesta li tassumi f’dan il-kuntest;

(e)

kontribut għall-miżuri adatti ta’ segwitu għall-Konferenza Internazzjonali tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, b’mod partikolari permezz tal-istabbiliment ta’ kuntatti mill-qrib mas-Segretarjat tal-Lagi l-Kbar u s-Segretarju Eżekuttiv tiegħu kif ukoll mat-Trojka tal-mekkaniżmu ta’ segwitu u permezz tal-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien fir-reġjun;

(f)

l-indirizzar tal-problema li għadha konsiderevoli ta’ gruppi armati li qed joperaw fuq il-fruntieri, li jikkostitwixxu r-riskju li jiddistabbilizzaw il-pajjiżi fir-reġjun u jaggravaw il-problemi interni tagħhom;

(g)

il-kontribut għall-istabbilizzazzjoni ta’ wara l-kunflitt f’Buruni, ir-Rwanda u l-Uganda, b’mod partikolari billi n-negozjati għall-paċi jiġu akkumpanjati minn gruppi armati bħall-FNL u l-LRA.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib mal-pajjiżi tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, in-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana, pajjiżi Afrikani prinċipali u msieħba prinċipali tar-RDK u l-UE, kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet Afrikani reġjonali u sub-reġjonali, pajjiżi terzi rilevanti oħra u mexxejja reġjonali prinċipali oħra;

(b)

jipprovdi pariri u jirrapporta dwar il-possibbiltajiet biex l-UE tappoġġa l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni u konsolidazzjoni u dwar kif l-inizjattivi tal-UE jistgħu jiġu mwettqa l-aħjar;

(c)

jipprovdi parir u assistenza għal riforma fis-settur tas-sigurtà (RSS) fir-RDK;

(d)

jikkontribwixxi għas-segwitu għall-Konferenza Internazzjonali tar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, b’mod partikolari billi jappoġġa l-linji politiċi, definiti fir-reġjun, li jsegwu l-objettivi ta’ non-vjolenza u ta’ difiża reċiproka fir-riżoluzzjoni ta’ kunflitti kif ukoll, fir-rigward tal-kooperazzjoni reġjonali, bil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni, it-tmexxija tajba, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, u l-ġlieda kontra l-impunità u l-isfruttament illegali ta’ riżorsi naturali;

(e)

jikkontribwixxi għal fehim aħjar tar-rwol tal-UE fost dawk il-mexxejja li għandhom influwenza kbira fuq l-opinjoni tan-nies fir-reġjun;

(f)

jikkontribwixxi, meta jkun mitlub, għan-negozjati u l-implimentazzjoni ta’ ftehim ta’ paċi u ta’ waqfien mill-ġlied bejn il-partijiet u jimpenja ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mat-termini ta’ dawn il-ftehim; fil-kuntest tan-negozjati tal-LRA attwali, tali attivitajiet għandhom jiġu segwiti f’koordinazzjoni mill-qrib mar-RSUE għas-Sudan;

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari l-Linji Gwida tal-UE dwar it-Tfal u l-Kunflitt Armat, u l-politika tal-UE dwar ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1325 dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż permezz tal-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 1 425 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti kif xieraq. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, il-ġestjoni tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta’ riskju mogħtija liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi koerenza bejn atturi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni/Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża u koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Ir-RSUE għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra f’dan il-qasam.

3.   Ir-RSUE għandu jiżgura konsistenza bejn l-attivitajiet tal-EUSEC RD Congo u l-missjonijiet tal-EUPOL RD Congo u jipprovdi lill-Kapijiet ta’ dawn il-missjonijiet bi gwida politika lokali. Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għal koordinazzjoni mal-atturi internazzjonali l-oħra involuti fir-riforma tas-settur tas-sigurtà fir-RDK. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-UE għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 79.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 22

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/40


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/129/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM).

(2)

Fit-18 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/129/PESK (2) li emendat u estendiet il-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/129/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-30 ta’ Settembru 2009,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) huwa b’dan estiż sat-30 ta’ Settembru 2009.

Artikolu 2

Oġġettiv ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettiv ta’ politika tal-Unjoni Ewropea fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, li għandu jkun li jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-proċess politiku paċifiku u għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Ftehim ta’ Qafas Ohrid, u b’hekk jiffaċilita progress ulterjuri lejn l-integrazzjoni Ewropea permezz tal-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni.

Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jżomm kuntatt mill-qrib mal-Gvern tal-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) u mal-partijiet involuti fil-proċess politiku;

(b)

joffri l-parir u l-faċilitazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-proċess politiku;

(ċ)

jiżgura koordinazzjoni tal-isforzi tal-komunità internazzjonali biex jgħin fl-implimentazzjoni u s-sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Kwadru tat-13 ta’ Awwissu 2001, kif ġie dispost fil-Ftehim u l-Annessi miegħu;

(d)

isegwi mill-qrib, u jirrapporta dwar, il-kwistjonijiet ta’ sigurtà u dawk inter-etniċi u jwettaq kollegamenti mal-korpi kollha relevanti għal dak il-għan.

(e)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja (FYROM), skont il-politika ta’ drittijiet tal-bniedem tal-Unjoni Ewropea u l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   L-EUSR għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-30 ta’ Settembru 2009 għandu jkun EUR 305 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli sa mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ personal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernati. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif ikun meħtieġ mill-każ, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni ibbażat fuq il-gwida tasSegretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, l-immaniġġar tal-moviment sigur ta’ personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta’ riskju mogħtija liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat;

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jikkollabora wkoll ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 272, 18.10.2005, p. 26.

(2)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 19.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/43


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/130/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Ażja Ċentrali

IL-KUNSILL tal-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/670/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK (2) li emendat u estendiet il-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/107/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ta’ 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi tal-politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-UE fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta’ relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u l-Unjoni Ewropea abbażi ta’ valuri u interessi komuni kif imniżżla fi ftehim rilevanti;

(b)

il-kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(ċ)

il-kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat ta’ dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar ta’ riskji ewlenin, speċjalment ta’ problemi speċifiċi b’implikazzjonijiet diretti għall-Ewropa;

(e)

it-titjib tal-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun, inkluż permezz ta’ koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma’ sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-OSCE.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-Asja Ċentrali u jiżgura l-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja;

(b)

jagħmel monitoraġġ, f’isem ir-Rappreżentant Għoli u skont il-mandat tiegħu, flimkien mal-Kummissjoni u mal-Presidenza, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza Komunitarja, tal-proċess ta’ implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(ċ)

jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva fir-rigward tal-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-medja tal-massa;

(e)

jinkoraġġixxi lill-Kazakastan, ir-Repubblika tal-Kirgiztan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Uzbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta’ kwistjonijiet reġjonali ta’ interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, inkluż l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha, inklużi l-Organizzazzjoni ta’ Kooperazzjoni ta’ Shanghai (SCO), il-Komunità Ekonomika Ewrasjana (EURASEC), il-Konferenza dwar l-Interazzjoni u Miżuri li jibnu l-Kunfidenza fl-Asja (CICA), l-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva (CSTO), il-Programm ta’ Kooperazzjoni Ekonomika Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CAREC) u ċ-Ċentru ta’ Informazzjoni u Koordinazzjoni Reġjonali tal-Asja Ċentrali (CARICC);

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tan-nisa u t-tfal u f’żoni affetwati minn kunflitt, speċjalment permezz tal-monitoraġġ u l-indirizzar tal-iżviluppi f’dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-OSCE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti billi jiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma’ atturi lokali oħra (NGOs, partiti politiċi, minoritajiet, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom);

(i)

jagħti l-fehmiet tiegħu għall-formulazzjoni ta’ aspetti ta’ sigurtà tal-enerġija kif ukoll ta’ aspetti relatati anti-narkotiċi tal-PESK fir-rigward tal-Asja Ċentrali.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) u jżomm vista ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   L-EUSR għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lill-RSUE fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 998 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma lis-SĠ/RGħ, il-Presidenza u l-Kummssjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE għar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Kull personal issekondat għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE emittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u għall-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu maqbula mal-parti/partijiet ospitanti kif xieraq. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu s-sostenn kollu meħtieġ għal dan l-iskop.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Ir-RSUE għandu, skont il-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra mill-UE, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, jkunu rċevew taħriġ ta’ sigurtà adatt qabel ma jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha magħmula wara valutazzjonijiet tas-sigurtà regolari jkunu implimentati u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment bil-fomm u bil-mitkub lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jirrapporta lill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-qasam jkunu impenjati b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

F’dan il-qasam, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra f’dan il-qasam.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendar jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 275, 6.10.2006, p. 65.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 19.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/47


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/131/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja sat-28 ta’ Frar 2009.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ sitt xhur.

(3)

Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja huwa b’dan estiż sal-31 ta’ Awwissu 2009.

Artikolu 2

Objettivi

Il-mandat tar-RSUE għall-kriżi fil-Ġeorġja huwa bbażat fuq l-objettivi definiti mill-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew straordinarju ta’ Brussell tal-1 ta’ Settembru 2008 u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ġeorġja adottati fil-15 ta’ Settembru 2008.

Ir-RSUE għandu jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-għajnuna mogħtija għar-riżoluzzjoni tal-konflitt fil-Ġeorġja.

Artikolu 3

Mandat

Il-mandat tar-RSUE huwa li:

(a)

minn naħa waħda, jikkontribwixxi fit-tħejjija tad-diskussjonijiet internazzjonali previsti mill-punt 6 tal-Ftehim tat-12 ta’ Awwissu 2008, li ser jiffokaw partikolarment fuq:

il-modalitajiet ta’ sigurtà u ta’ stabbiltà fir-reġjun,

il-kwistjoni tar-refuġjati u ta’ dawk spostati internament abbażi tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, u

kwalunkwe suġġett ieħor bil-qbil komuni tal-Partijiet,

u, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi sabiex tiġi definita l-pożizzjoni tal-UE u jirrappreżentaha, fil-livell tiegħu, matul dawn id-diskussjonijiet;

(b)

jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż fit-8 ta’ Settembru 2008 f’Moska u fi Tbilisi, kif ukoll il-Ftehim tat-12 ta’ Awwissu 2008, f’koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE);

fil-qafas tal-attivitajiet, imsemmija hawn fuq, bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet umani u tal-linji politiċi tagħha f’dan il-qasam, partikolarment dawk dwar it-tfal u n-nisa.

Artikolu 4

Eżekuzzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri l-ispejjeż relatati mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sal-31 ta’ Awwissu 2009 għandu jkun EUR 445 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tal-infiq għandha tkun suġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra tiegħu, f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. L-iskwadra għandha tinkludi l-kompetenzi meħtieġa dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika, konformement mal-ħtiġijiet tal-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal sekondat lir-RSUE minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE għandu jiġi kopert, rispettivament, mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati. L-esperti sekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti jew tal-istituzzjoni mandanti tal-UE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-funzjonament korrett tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn mal-Parti jew Partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards ta’ sigurtà minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kull informazzjoni li tkun rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat f’kapaċità operattiva barra mill-UE taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u abbażi tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sabiex jiżgura s-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, speċjalment billi:

(a)

jistabbilixxi, jekk ikun il-każ, pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni abbażi tad-direzzjoni mogħtija mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jipprovdi għal miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali adatti għall-missjoni, li jirregolaw il-maniġġar, b’mod sikur, tal-moviment tal-personal lejn u fiż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-maniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprovdi għal pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ “riskju għoli” b’kont meħud tas-sitwazzjoni fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jiġu skjerati barra mill-UE, inkluż personal ingaġġat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà adatt qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-livell ta’ riskju mogħti liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

Artikolu 11

Rapporti

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment, bil-fomm u bil-kitba, rapporti lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Jekk ikun meħtieġ, ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ukoll lill-Gruppi ta’ Ħidma. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ u tal-KPS, ir-RSUE jista’ jgħaddi r-rapporti lill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni (KAĠRE).

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE jintużaw b’mod koerenti sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE l-oħra attivi fir-reġjun, u partikolarment ma’ dawk tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar filwaqt li jkunu rispettati l-objettivi speċifiċi tal-mandat ta’ dan tal-aħħar. Ir-RSUE għandu jinforma regolarment lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Għandhom jinżammu kuntatti mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. Ir-RSUE għandu wkoll jikkopera ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-koerenza tagħha ma’ inizjattivi oħrajn tal-UE għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu qabel l-aħħar ta’ Mejju 2009. Dak ir-rapport għandu jifforma l-bażi għall-valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta mill-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħti rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/50


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/132/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/107/PESK (1) li taħtar lis-Sur Kálmán MIZSEI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fir-Repubblika tal-Moldova.

(2)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/106/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/106/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ta’ 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplementa l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Kálmán MIZSEI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fir-Repubblika tal-Moldova huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fir-Repubblika tal-Moldova. Dawn l-objettivi jinkludu li:

(a)

jikkontribwixxi għal soluzzjoni paċifika tal-kunflitt tat-Transnistrija u għall-implimentazzjoni ta’ tali riżoluzzjoni abbażi ta’ soluzzjoni vijabbli, b’rispett għas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fi ħdan il-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha;

(b)

jikkontribwixxi għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat ta’ dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha tar-Repubblika tal-Moldova;

(ċ)

jippromwovi r-relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Unjoni Ewropea abbażi ta’ valuri u interessi komuni u kif stabbiliti fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV);

(d)

jassisti fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u ta’ armi u ta’ merkanzija oħra, mir-Repubblika tal-Moldova u li jgħaddu minnha;

(e)

jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-koperazzjoni fir-reġjun;

(f)

isaħħaħ l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova u fir-reġjun;

(g)

isaħħaħ l-effikaċja tal-kontrolli tal-fruntiera u dawk doganali u s-sorveljanza tal-attivitajiet fil-fruntiera fir-Repubblika tal-Moldova u fl-Ukrajna tul il-fruntiera komuni tagħhom, b’attenzjoni partikolari għat-taqsima Transnistrijana, notevolment permezz ta’ Missjoni tal-Fruntiera tal-UE.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-UE, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ il-kontribut tal-UE għar-riżoluzzjoni tal-kunflitt tat-Transnistrija skont l-objettivi miftiehma tal-politika tal-UE u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-OSCE, billi filwaqt li jirrappreżenta lill-UE permezz tal-mezzi adatti u f’fora miftiehma u billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-atturi rilevanti kollha;

(b)

jgħin fit-tħejjija, skont il-każ, tal-kontributi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ riżoluzzjoni eventwali tal-kunflitt;

(ċ)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova, anke fir-reġjun Transnistrijan, billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova u atturi domestiċi oħra, u joffri skont il-każ il-konsulenza u l-faċilitazzjoni tal-UE;

(d)

jassisti fl-iżvilupp ulterjuri tal-politika tal-UE lejn ir-Repubblika tal-Moldova u r-reġjun, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ kunflitti u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti;

(e)

permezz ta’ grupp ta’ appoġġ immexxi mill-Konsulent Politiku Anzjan għar-RSUE:

(i)

tiġi żgurata ħarsa politika ġenerali ta’ żviluppi u attivitajiet relatati mal-fruntiera tal-istati Moldova-Ukraina;

(ii)

issir analiżi tal-impenn politiku tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Ukrajna sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntiera;

(iii)

tiġi promossa l-koperazzjoni fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna bil-ħsieb ukoll li jiġu żviluppati l-prekondizzjonijiet għar-riżoluzzjoni tal-konflitt Transnistrijan.

(f)

jingħata kontribut fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f’żoni milquta mill-konflitt, speċjalment billi jiġu monitorjati u indirizzati l-iżviluppi f’dan ir-rigward.

2.   Għall-fini tat-twettiq tal-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu jżomm vista ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-UE, partikolarment l-aspetti rilevanti tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-PEV.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jkollu rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 1 280 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli sa mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni finali tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu li l-issekondar ta’ personal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal li jkun issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE lir-RSUE għandu jiġi kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-UE kkonċernati. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu stazzjonati mar-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Ir-RSUE għandu, skont il-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b’mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra l-UE jkun kopert b’assigurazzjoni għal riskju għoli kif rikjest mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni b’rapporti.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

F’dan il-qasam, għandu jkun hemm kollaborazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll jikkollabora ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-UE lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 46, 16.2.2007, p. 59.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 15.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/53


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/133/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Frar 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/121/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Peter SEMNEBY bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar.

(2)

Fit-18 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/132/PESK (2) li emendat u estendiet il-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/132/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Peter SEMNEBY bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea għall-Kawkasu tan-Nofsinhar. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

li l-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja jkunu assistiti fit-twettiq ta’ riformi politiċi u ekonomiċi, l-aktar fl-oqsma tal-istat tad-dritt, id-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, l-iżvilupp u t-tnaqqis tal-faqar;

(b)

konformement ma’ mekkaniżmi eżistenti, biex ikunu evitati konflitti fir-reġjun, biex jikkontribwixxi għal riżoluzzjoni paċifika ta’ konflitti, inkluż permezz tal-promozzjoni tar-ritorn ta’ refuġjati u persuni spostati internament;

(ċ)

biex jimpenja ruħu b’mod kostruttiv ma’ atturi ewlenin interessati dwar ir-reġjun;

(d)

biex jinkoraġġixxi u jappoġġa kooperazzjoni ulterjuri bejn l-Istati tar-reġjun, b’mod partikolari bejn l-Istati tal-Kawkasu tan-Nofsinhar, inkluż dwar kwistjonijiet ekonomiċi, ta’ enerġija u ta’ trasport;

(e)

biex itejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni Ewropea fir-reġjun.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jiżviluppa kuntatti mal-gvernijiet, il-parlamenti, is-soċjetà ġudizzjarja u ċivili fir-reġjun;

(b)

jinkoraġġixxi lill-Armenja, l-Azerbajġan u l-Ġeorġja jikkooperaw dwar temi reġjonali ta’ interess komuni, bħal theddid komuni dwar is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar u l-kriminalità organizzata;

(ċ)

jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-konflitti u biex jassisti fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għal progress dwar ir-riżoluzzjoni ta’ konflitti, inkluż permezz ta’ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni relatata mas-soċjetà ċivili u r-rijabilitazzjoni tat-territorji mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni taħt it-Trattat tal-KE;

(d)

jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni ta’ konflitti u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ tali soluzzjoni f’koordinazzjoni mill-qrib mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u r-Rappreżentant Speċjali tiegħu għall-Ġeorġja, il-Grupp ta’ Ħbieb tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ġeorġja, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Grupp Minsk tagħha, u l-mekkaniżmu għar-riżoluzzjoni tal-konflitti għall-Ossetja tan-Nofsinhar;

(e)

jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) bi gwida politika lokali;

(f)

jintensifika d-djalogu tal-Unjoni Ewropea mal-atturi interessati ewlenin dwar ir-reġjun;

(g)

jassisti lill-Kunsill fl-iżvilupp ulterjuri ta’ politika komprensiva lejn il-Kawkasu tan-Nofsinhar;

(h)

permezz ta’ Grupp ta’ Appoġġ:

jipprovdi lill-Unjoni Ewropea b’rappurtar u valutazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni fil-fruntieri;

jiffaċilita l-bini ta’ fiduċja bejn il-Ġeorġja u l-Federazzjoni Russa, biex b’hekk jiġu żgurati kooperazzjoni u kollegament effiċjenti mal-atturi rilevanti kollha;

jistabbilixxi kuntatti rilevanti fir-reġjuni tal-konflitti, biex b’hekk il-grupp ikun jista’ jikkontribwixxi għall-bini ta’ fiducja u jivvaluta kwistjonijiet relatati mal-fruntieri f’dawk ir-reġjuni, wara li ikunu ġew miftiehma termini ta’ referenza mal-Gvern Ġeorġjan u jkunu saru konsultazzjonijiet mal-partijiet kollha kkonċernati (esklużi attivitajiet operattivi fuq il-post fl-Abkhazia u l-Ossetia tan-Nofsinhar);

jassisti lill-Pulizija tal-Fruntiera Ġeorġjani u lil istituzzjonijiet governattivi rilevanti oħra f’Tbilisi fl-implimentazzjoni tal-istrateġija integrata u komprensiva ta’ ġestjoni tal-fruntieri;

jaħdem mal-awtoritajiet tal-Ġeorġja biex tiżdied il-komunikazzjoni bejn Tbilisi u l-fruntiera, inkluż l-iggwidar. Dan għandu jsir b’kollegament u b’ħidma mill-qrib mal-livelli kollha tal-katina ta’ kmand Tbilisi u l-fruntiera (esklużi attivitajiet operattivi fuq il-post fl-Abkhazia u l-Ossetia tan-Nofsinhar);

(i)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f’żoni affettwati minn konflitt, speċjalment billi jkunu sorveljati u ndirizzati żviluppi f’dan ir-rigward.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun EUR 2 510 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti kif ikun jeħtieġ il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għall- informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni ibbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, l-immaniġġar tal-moviment sigur ta’ persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta’ riskju mogħtija liż-żona ta’ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b’rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fuq il-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun, u partikolarment ma’ dawk tar-RSUE għall-kriżi fil-Ġeorġja, b’kont meħud tal-objettivi speċifiċi tal-mandat ta’ dan tal-aħħar. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b’aġġornamenti regolari ta’ informazzjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandat tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu jikkollabora wkoll ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 49, 21.2.2006, p. 14.

(2)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 30.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/57


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/134/PESK

tas-16 ta′ Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għas-Sudan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b′mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi

(1)

Fid-19 ta’ April 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/238/PESK (1) li tappunta lis-Sur Torben BYRLLE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan.

(2)

Fit-12 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2008/110/PESK (2), li temenda u testendi li l-mandat tar-RSUE sat-28 ta’ Frar 2009.

(3)

Fuq bażi ta′ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/110/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta′ 12-il xahar.

(5)

Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta′ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Torben BRYLLE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għas-Sudan huwa b′dan estiż sat-28 ta′ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ta′ politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fis-Sudan, notevolent fir-rigward tal-isforzi, bħala parti mill-komunità internazzjonali u b’appoġġ għall-Unjoni Afrikana (UA) u għan-Nazzjonijiet Uniti (NU), sabiex il-partijiet Sudaniżi, l-UA u n-NU jiġu megħjuna jiksbu riżoluzzjoni politika tal-kunflitt fid-Darfur, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta′ Paċi fid-Darfur (FPD) u sabiex tkun faċilitata l-implimentazzjoni tal-Ftehim Komprensiv ta Paċi (FKP) u jiġi promoss id-djalogu Nofsinhar-Nofsinhar, kif ukoll tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta′ Paċi fil-Lvant tas-Sudan (FPLS), b’kont debitament meħud tar-ramifikazzjonijiet reġjonali ta dawn il-kwistjonijiet u tal-prinċipju ta′ appartenenza Afrikana.

2.   Il-mandat tar-RSUE għandu addizzjonalment ikun ibbażat fuq l-objettivi ta′ politika tal-UE fir-rigward tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/677/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali (3) (EUFOR Tchad/RCA).

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jaħdem mal-UA, il-Gvern tas-Sudan, il-Gvern tas-Sudan tan-Nofsinhar, il-movimenti armati tad-Darfur u partiti Sudaniżi oħra kif ukoll mas-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet non-governattivi tad-Darfur u jżomm kollaborazzjoni mill-qrib man-NU u ma′ atturi internazzjonali rilevanti oħra, bil-għan li jitwettqu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni;

(b)

jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fid-djalogu Darfur-Darfur, fil-laqgħat ta’ livell għoli tal-Kummissjoni Konġunta, kif ukoll laqgħat oħra rilevanti kif mitlub;

(ċ)

jirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea, kull meta jkun possibbli, fil-Kummissjonijiet ta′ Valutazzjoni u Evalwazzjoni tal-FKP u l-FPD;

(d)

isegwi l-iżviluppi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-FPLS;

(e)

jiżgura koerenza bejn il-kontribut tal-Unjoni Ewropea għall-maniġġar tal-kriżi fid-Darfur u r-relazzjoni politika ġenerali tal-Unjoni Ewropea mas-Sudan;

(f)

fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tat-tfal u tan-nisa, u l-ġlieda kontra l-impunità fis-Sudan, isegwi s-sitwazzjoni u jżomm kuntatti regolari mal-awtoritajiet Sudaniżi, l-UA u n-NU, b’mod partikolari mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem, l-osservaturi għad-drittijiet tal-bniedem attivi fir-reġjun, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;

(g)

jaħdem mal-Presidenza, mas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), mal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u mal-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA sabiex jiżgura koordinazzjoni mill-qrib tal-attivitajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK; għandha tkun żgurata wkoll koordinazzjoni mill-qrib mad-Delegazzjonijiet lokali tal-Kummissjoni;

(h)

fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta 2007/677/PESK, jassisti lis-SĠ/RGħ fir-rigward tal-kuntatti tiegħu man-Nazzjonijiet Uniti, l-awtoritajiet taċ-Ċad, l-awtoritajiet tar-Repubblika Afrikana Ċentrali u l-pajjiżi ġirien kif ukoll ma′ atturi rilevanti oħrajn;

(i)

mingħajr preġudizzju għall-katina ta′ kmand militari, jipprovdi lill-Kmandant tal-Forza tal-UE tal-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA bi gwida politika b′mod partikolari dwar kwistjonijiet b′dimensjoni politika reġjonali;

(j)

fir-rigward tal-kompiti tiegħu relatati mal-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA, jikkonsulta mal-Kmandant tal-Forza tal-UE dwar kwistjonijiet politiċi b′dimensjoni ta′ sigurtà.

2.   Bil-għan li jwettaq il-mandat tiegħu, ir-RSUE għandu, fost l-oħrajn:

(a)

ikollu idea ġenerali tal-attivitajiet kollha tal-Unjoni Ewropea;

(b)

jiżgura koordinazzjoni mill-qrib u koerenza tal-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-Operazzjoni EUFOR Tchad/RCA;

(ċ)

jappoġġa l-proċess politiku u l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-FPK, l-FPD u l-FPLS; u

(d)

isegwi u jirrapporta dwar il-konformità tal-partijiet Sudaniżi mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, notevolment il-1556 (2004), 1564 (2004), 1591 (2005), 1593 (2005), 1672 (2006), 1679 (2006), 1706 (2006), 1769 (2007) u 1778 (2007).

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju-Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta′ Sigurtà (KPS) għandu jżomm rabta privileġġata mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta′ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta′ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta′ Marzu 2009 sat-28 ta′ Frar 2010 għandu jkun EUR 1 800 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eleġibbli sa mill-1 ta′ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tat-tim tiegħu f′konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f′assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet ta′ politika speċifiċi kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta′ persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta′ persunal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b′kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta′ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa′ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Għandhom jinżammu l-uffiċċji tar-RSUE f′Khartoum u f′Juba, li jinkludu Konsulent Politiku u l-persunal ta′ appoġġ amministrattiv u loġistiku meħtieġ. Skont il-mandat tar-RSUE kif imfisser fl-Artikolu 3, jista′ jiġi stabbilit ukoll sub-uffiċċju f′Darfur jekk l-Uffiċċji eżistenti f′Khartoum u Juba ma jkunux jistgħu jipprovdu s-sostenn kollu meħtieġ lill-persunal tar-RSUE skjerat fir-reġjun tad-Darfur.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/jiet ospitanti skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta′ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta′ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta′ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (4), b′mod partikolari fil-ġestjoni ta′ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F′konformità mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta′ persunal skjerat barra l-UE f′kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f′konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta′ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta′ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tasSegretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta′ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, dwar il-ġestjoni tal-moviment sigur ta′ persunal lejn, u fiż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta′ inċidenti ta′ sigurtà u li jinkludi pjan ta′ kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b′assigurazzjoni ta′ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jridu jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal kkuntrattat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta′ sigurtà xieraq qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-klassifikazzjoni ta′ riskju mogħtija liż-żona ta′ missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta′ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b′rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta′ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta′ nofs it-term u ta′ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

1.   Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b′rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

2.   Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment lill-KPS dwar is-sitwazzjoni fid-Darfur u dwar is-sitwazzjoni fis-Sudan in ġenerali, kif ukoll dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika taċ-Ċad u fir-Repubblika Afrikana Ċentrali fir-rigward ta′ EUFOR Tchad/RCA.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-qasam jaġixxu b′mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi ta′ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma′ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta′ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b′aġġornamenti ta′ informazzjoni regolari.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu wkoll jikkoopera ma′ atturi internazzjonali u reġjonali oħra fil-qasam.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta′ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma′ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta′ progress qabel l-aħħar ta′ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta′ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta′ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f′Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 52.

(2)  ĠU L 38, 13.2.2008, p. 28.

(3)  ĠU L 279, 23.10.2007, p. 21.

(4)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/61


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/135/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Lulju 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK (1) sabiex jaħtar lis-Sur Ettore F. SEQUI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan sat-28 ta’ Frar 2009.

(2)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/612/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE se jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Ettore F. SEQUI bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fl-Afganistan huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ġenerali

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan. B’mod aktar partikolari, ir-RSUE għandu:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan kif ukoll ir-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u Riżoluzzjonijiet rilevanti oħra tan-NU;

(b)

jħeġġeġ kontributi pożittivi minn atturi reġjonali fl-Afganistan u minn pajjiżi ġirien għall-proċess ta’ paċi fl-Afganistan u b’hekk jikkontribwixxi għall-konsolidazzjoni tal-istat Afgan;

(ċ)

jappoġġa r-rwol ċentrali tan-NU, b’mod partikolari tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju-Ġenerali; u

(d)

jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

iwassal il-fehmiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-proċess politiku filwaqt li jirriferi għall-prinċipji ewlenin miftiehma bejn l-Afganistan u l-komunità internazzjonali, b’mod partikolari d-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan;

(b)

jistabbilixxi u jżomm kuntatt mill-qrib ma’, u jappoġġa, l-istituzzjonijiet rappreżentattivi Afgani, b’mod partikolari lill-Gvern u lill-Parlament. Għandu jżomm ukoll kuntatt ma’ figuri politiċi Afgani oħrajn u ma’ atturi rilevanti oħrajn kemm fil-pajjiż kif ukoll barra mill-pajjiż;

(ċ)

iżomm kuntatt mill-qrib ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti, b’mod partikolari mar-rappreżentanti lokali tan-NU;

(d)

jibqa’ f’kuntatt mill-qrib ma’ pajjiżi interessati ġirien u ma’ pajjiżi interessati oħra fir-reġjun, sabiex fil-politika tal-Unjoni Ewropea jittieħed kont tal-fehmiet tagħhom dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-iżvilupp tal-koperazzjoni bejn dawn il-pajjiżi u l-Afganistan;

(e)

jgħarraf dwar il-progress miksub fl-ilħuq tal-objettivi tad-Dikjarazzjoni Konġunta UE-Afganistan u l-Ftehim mal-Afganistan, b’mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

it-tmexxija tajba u l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet tal-istat ta’ dritt,

ir-riformi fis-settur tas-sigurtà, inkluż l-istabbiliment ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji, ta’ armata nazzjonali u ta’ forza tal-pulizija,

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fir-rigward tal-poplu Afgan kollu, irrispettivament mis-sess, mill-etniċità jew mir-reliġjon,

ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, tal-istat ta’ dritt, tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoritajiet, tad-drittijiet tan-nisa u tat-tfal u tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali,

it-trawwim tal-parteċipazzjoni tan-nisa fl-amministrazzjoni pubblika u fis-soċjetà ċivili,

ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Afganistan, inkluża l-koperazzjoni fl-isforzi internazzjonali għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-traffikar illeċitu ta’ droga u t-traffikar ta’ bnedmin,

il-faċilitazzjoni ta’ assistenza umanitarja u r-ritorn b’mod ordnat ta’ refuġjati u ta’ persuni spostati internament;

(f)

f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni, jgħin sabiex jiġi żgurat li l-approċċ politiku tal-Unjoni Ewropea jkun rifless fl-azzjoni tagħha għall-iżvilupp tal-Afganistan;

(g)

konġuntement mal-Kummissjoni, jipparteċipa b’mod attiv fil-Bord Konġunt ta’ Koordinazzjoni u Monitoraġġ stabbilit taħt il-Ftehim mal-Afganistan;

(h)

jagħti parir dwar il-parteċipazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun EUR 2 830 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun suġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta’ kull nefqa lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra tiegħu f’konsultazzjoni mal-Presidenza, bl-assistenza tas-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. L-iskwadra għandu jkollha l-kompetenzi neċessarji dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika, kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jikkomunika lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u l-Kummssjoni dwar il-kompożizzjoni finali tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta’ personal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. L-esperti sekondati mill-Istati Membri mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu ukoll jiġu impjegati fir-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE mandanti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-ikkompletar u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu/tagħha għandhom ikunu miftiehma mal-parti/partijiet ospitanti, kif jeħtieġ il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għat-tali għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill (2) rigward is-sigurtà, b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F’konformità mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ personal skjerat barra l-UE f’kapaċità operazzjonali taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f’konformità mal-mandat tiegħu u s-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment fis-sigurtà ta’ personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u evakwazzjoni għall-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħrajn ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Għamla tar-rapporti

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment bil-fomm u bil-kitba rapporti lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni (KAĠRE).

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Hu/hi għandu jgħin/għandha tgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti tal-UE kollha fil-qasam jintużaw b’koerenza sabiex jinkisbu l-objettivi ta’ politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk tar-RSUE għall-Asja Ċentrali. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn f’dan il-qasam.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewropea għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għal valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 60.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/65


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/136/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-21 ta' Lulju 2003, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2003/537/PESK (1) li ħatret lis-Sur Marc OTTE bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

(2)

Fit-18 ta' Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/133/PESK (2) li temenda u testendi l-mandat tar-RSUE sat-28 ta' Frar 2009.

(3)

Abbażi ta' reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/133/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b'perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(4)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali ta' l-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Marc OTTE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2010.

Artikolu

2 Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi tal-politika tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani.

2.   Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

soluzzjoni ta' żewġ Stati bl-Iżrael u bi Stat Palestinjan demokratiku, vijabbli, paċifiku u sovran jgħixu maġenb xulxin ġewwa fruntieri siguri u rikonoxxuti, li jgawdu relazzjonijiet normali mal-ġirien tagħhom skont ir-Riżoluzzjonijiet 242(1967), 338(1973), 1397(2002) u 1402(2002) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-prinċipji tal-konferenza ta' Madrid;

(b)

soluzzjoni fil-linja Iżraeljana-Sirjana u f'dik Iżraeljana-Lebaniża;

(ċ)

soluzzjoni ġusta għall-kwistjoni kumplessa ta' Ġerusalemm u soluzzjoni ġusta, vijabbli u miftiehma għall-problema tar-refuġjati Palestinjani;

(d)

segwitu tal-proċess ta' Annapolis lejn ftehim finali dwar l-istatus u l-kreazzjoni ta' Stat Palestinjan inkluż it-tisħiħ tar-rwol tal-Kwartett bħala gwardjan tar-roadmap partikolarment fid-dawl tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligi taż-żewġ partijiet taħt ir-roadmap u konformement ma' l-isforzi internazzjonali kollha sabiex tinstab soluzzjoni Għarbija-Iżraeljana;

(e)

l-istabbiliment ta' arranġamenti sostenibbli u effettivi tal-pulizija b'appartenenza Palestinjana skont l-aħjar standards internazzjonali, f'koperazzjoni mal-programmi tal-Komunità Ewropea għall-bini ta' l-istituzzjonijiet kif ukoll ma' sforzi internazzjonali oħrajn fil-kuntest usa' tas-Settur tas-Sigurtà, inkluż ir-Riforma tal-Ġustizzja Kriminali;

(f)

il-ftuħ mill-ġdid tal-punti ta' qsim ta' Gaza inkluzi l-punti ta' qsim ta' Rafah u provvediment għal presenza ta' parti terza jekk hekk jiġi miftiehem bejn iż-żewġ partijiet, b'koperazzjoni ma' l-isforzi Komunitarji għall-iżvilupp ta' l-istituzzjonijiet.

3.   Dawn l-objettivi huma bbażati fuq l-impenn tal-Unjoni Ewropea sabiex:

(a)

taħdem mal-partijiet u ma' sħab fil-komunità internazzjonali, speċjalment fil-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani, sabiex tiġi segwita kull opportunità għall-paċi u għal futur deċenti għall-popli kollha tar-reġjun;

(b)

tkompli tassisti fir-riformi politiċi u amministrattivi Palestinjani, fil-proċess elettorali u fir-riformi dwar is-sigurtà;

(ċ)

tikkontribwixxi bis-sħiħ għall-konsolidazzjoni tal-paċi, kif ukoll għall-irkupru ta' l-ekonomija Palestinjana bħala parti integrali ta' l-iżvilupp reġjonali.

4.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) fir-reġjun, inkluż fil-qafas tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jipprovdi kontribut attiv u effiċjenti mill-Unjoni Ewropea għall-azzjonijiet u l-inizjattivi li jwasslu għal riżoluzzjoni finali tal-konflitt Iżraeljan-Palestinjan u tal-konflitt Iżraeljan-Sirjan u dak Iżraeljan-Lebaniż;

(b)

jiffaċilita u jżomm kuntatt mill-qrib mal-partijiet kollha tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani, mal-pajjiżi l-oħra tar-reġjun, mal-membri tal-Kwartett tal-Lvant Nofsani u ma' pajjiżi rilevanti oħra, kif ukoll man-NU u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċess ta' paċi;

(ċ)

jiżgura l-kontinwazzjoni tal-preżenza tal-Unjoni Ewropea fil-post u f'fora internazzjonali rilevanti oħra u jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni tal-kriżijiet;

(d)

josserva u jappoġġa n-negozjati għall-paċi bejn il-partijiet u joffri l-pariri u l-bon offiċji tal-Unjoni Ewropea kif ikun meħtieġ;

(e)

jikkontribwixxi, meta jkun mitlub, għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali milħuqa bejn il-partijiet u jinvolvi ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-termini ta' dawn il-ftehimiet;

(f)

jagħti attenzjoni partikolari lill-fatturi li jkollhom implikazzjonijiet għad-dimensjoni reġjonali tal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani;

(g)

jinvolvi ruħu b'mod kostruttiv mal-firmatarji tal-ftehimiet fil-qafas tal-proċess ta' paċi sabiex jippromwovi konformità ma' l-istandards bażiċi tad-demokrazija, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt;

(h)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tat-tfal u n-nisa f'żoni milquta minn konflitt, speċjalment bil-monitoraġġ u t-trattament ta' l-iżviluppi f'dan ir-rigward;

(i)

jirrapporta dwar il-possibbiltajiet ta' intervent tal-Unjoni Ewropea fil-proċess ta' paċi u dwar l-aħjar mod kif jiġu segwiti l-inizjattivi tal-Unjoni Ewropea u l-isforzi attwali tal-Unjoni Ewropea relatati mal-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani, bħalma hu l-kontribut tal-Unjoni Ewropea għar-riformi Palestinjani, u inkluż l-aspetti politiċi tal-proġetti rilevanti tal-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp;

(j)

jissorvelja l-azzjonijiet taż-żewġ naħat dwar l-implimentazzjoni tar-“roadmap” u dwar kwistjonijiet li jistgħu jippreġudikaw ir-riżultat tan-negozjati dwar status permanenti biex jippermetti lill-Kwartett tal-Lvant Nofsani jivvaluta aħjar il-konformità tal-partijiet;

(k)

jinvolvi ruħu f'kollaborazzjoni usa' fir-Riforma tas-Settur ta' Sigurtà b'koperazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Koordinatur ta'l-Istati Uniti għas-Sigurtà u jiffaċilita l-koperazzjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà ma' l-atturi rilevanti l-oħra kollha;

(l)

jikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar tar-rwol tal-Unjoni Ewropea fost l-opinjonisti ewlenin fir-reġjun;

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   L-EUSR għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat u jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta' referenza maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perjodu mill-1 ta' Marzu 2009 sat-28 ta' Frar 2010 għandu jkun ta' EUR 1 190 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Marzu 2009. In-nefqa għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni li l-ebda pre-finanzjament m'għandu jibqa' l-proprjetà tal-Komunità.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta' kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tat-tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tat-tim tiegħu f'konsultazzjoni mal-Presidenza, bl-assistenza tas-SĠ/RGħ, u f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. It-tim għandu jinkludi l-esperti dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jgħarraf lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni bil-formazzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta' personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal li jiġi ssekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni ta' l-UE mar-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-UE kkonċernata rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jintbagħtu mar-RSUE. Il-personal kuntrattat internazzjonali għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-UE.

3.   Il-personal kollu ssekondat għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva ta' l-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE emittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu maqbula mal-parti jew il-partijiet ospitanti kif adatt. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (3), partikolarment fil-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għall-informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Skond il-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-personal skjerat barra mill-UE f'kapaċità operattiva skont it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat tiegħu u mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu li jaqa' taħt l-awtorità diretta tiegħu, speċjalment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-personal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll l-immaniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà u li jinkludi pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula li jsiru wara valutazzjonijiet regolari tas-sigurtà jiġu implimentati u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' nofs it-term u ta' l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu wkoll jirrapporta kif meħtieġ lill-gruppi ta' ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Wara rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jiżgura li l-istrumenti kollha tal-UE fil-kamp jitħaddmu b'mod koerenti biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun kif adatt. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari ta' informazzjoni lill-missjonijiet ta' l-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Fil-kamp, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni ta' l-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fit-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAN Rafah) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE u l-Kmandant ta' l-Operazzjoni Ċivili għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif ikun meħtieġ. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament ma' l-atturi internazzjonali u regjonali l-oħrajn fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn lejn ir-reġjun mill-Unjoni Ewropea għandha tkun sorveljata regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress qabel tmiem Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta' ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendar jew it-tmiem tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 184, 23.7.2003, p. 45.

(2)  ĠU L 43, 19.2.2008, p. 34.

(3)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/69


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2009/137/PESK

tas-16 ta' Frar 2009

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil-Kosovo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Ġunju 1999, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1244.

(2)

Fil-15 ta’ Settembru 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/623/PESK (1) dwar l-istabbiliment ta’ grupp biex jikkontribwixxi għall-preparazzjonijiet tal-istabbiliment ta’ missjoni ċivili internazzjonali possibbli fil-Kosovo, inkluż komponent ta’ Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (Grupp ta’ Preparazzjoni MĊI/RSUE).

(3)

Fit-13/14 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill Ewropew issottolinja li l-Unjoni Ewropea (UE) tinsab lesta li jkollha rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u fl-implimentazzjoni ta’ soluzzjoni li tiddefinixxi l-istatus futur tal-Kosovo. Huwa ddikjara li l-Unjoni Ewropea tinsab lesta sabiex tassisti lill-Kosovo fil-mixja lejn l-istabbiltà sostenibbli, inkluż permezz ta’ missjoni tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD) u kontribut għall-Uffiċċju Ċivili Internazzjonali bħala parti mill-preżenzi internazzjonali.

(4)

Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO) (2) u l-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK (3) li ħatret lis-Sur Pieter FEITH bħala Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo sat-28 ta’ Frar 2009.

(5)

Abbażi ta’ reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/123/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż b’perijodu ulterjuri ta’ 12-il xahar.

(6)

Il-Proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni huwa l-qafas strateġiku għall-politika tal-UE lejn ir-reġjun tal-Balkani tal-Punent, u l-istrumenti tiegħu japplikaw għall-Kosovo, inkluż djalogu politiku u tekniku ta’ sħubija Ewropea, taħt il-Mekkaniżmu ta’ Kontroll tal-PSA, u programmi Komunitarji relatati ta’ assistenza.

(7)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi implimentat f’koordinazzjoni mal-Kummissjoni sabiex tkun żgurata l-konsistenza ma’ attivitajiet rilevanti oħra li jaqgħu taħt il-kompetenza Komunitarja.

(8)

Il-Kunsill jipprevedi li s-setgħat u l-awtoritajiet tar-RSUE u s-setgħat u l-awtoritajiet ta’ Rappreżentant Ċivili Internazzjonali għandhom jingħataw lill-istess persuna.

(9)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Ħatra

Il-mandat tas-Sur Pieter FEITH bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) fil-Kosovo huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ta’ politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni Ewropea (UE) fil-Kosovo. Dawn jinkludu dak li huwa jkollu rwol ċentrali fit-tisħiħ tal-istabbiltà fir-reġjun u fl-implimentar ta’ soluzzjoni li tiddefinixxi l-istatus futur tal-Kosovo bil-għan ta’ Kosovo li jkun stabbli, vijabbli, paċifiku, demokratiku u multi-etniku, li jikkontribwixxi għal koperazzjoni reġjonali u stabbiltà, fuq il-prinċipju ta’ relazzjonijiet tajba mal-ġirien ta’ Kosovo li jkun impenjat għall-istat tad-dritt u għall-protezzjoni tal-minoritajiet u tal-wirt kulturali u reliġjuż.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika tal-UE fil-Kosovo, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

joffri l-konsulenza u l-appoġġ tal-UE fil-proċess politiku;

(b)

jippromwovi koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE fil-Kosovo;

(ċ)

jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), anke dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbilitajiet eżekuttivi;

(d)

jiżgura l-konsistenza u l-koerenza tal-azzjoni tal-UE lejn il-pubbliku. Il-kelliem tar-RSUE għandu jkun il-punt ta’ kuntatt prinċipali tal-UE għall-medja mill-Kosovo dwar kwistjonijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni/Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESK/PESD). Kull attività tal-istampa u ta’ informazzjoni pubblika għandha titwettaq f’koordinazzjoni mill-qrib u kontinwa mal-kelliem tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ)/mal-Uffiċċju tal-Istampa tas-Segretarjat tal-Kunsill;

(e)

jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fil-Kosovo, anke fir-rigward tan-nisa u t-tfal, konformement mal-politika ta’ drittijiet tal-bniedem tal-UE u mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir l-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-SĠ/RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2009 sat-28 ta’ Frar 2010 għandu jkun ta’ EUR 645 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata bl-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Marzu 2009. In-nefqa għandha tiġi amministrata konformement mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej bl-eċċezzjoni li kwalunkwe pre-finanzjament m’għandux jibqa’ l-proprjetà tal-Komunità. Iċ-ċittadini tal-pajjiżi tar-reġjun tal-Balkani tal-Punent għandhom ikunu permessi jitfgħu offerti għal kuntratti.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun suġġetta għal kuntrattat bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont tal-infiq kollu lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Għandu jiġi assenjat personal tal-UE ddedikat lir-RSUE biex jimplimenta l-mandat tiegħu biex jikkontribwixxi għall-koerenza, il-viżibbiltà u l-effettività tal-azzjoni globali tal-UE fil-Kosovo. Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jkunu disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-grupp tiegħu b’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. Il-grupp għandu jinkludi l-kompetenzi dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jinforma lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ personal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-personal li jkun issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea kkonċernata rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-personal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE emittenti u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-personal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-personal tiegħu għandhom jiġu definiti mal-partijiet. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Ir-RSUE u l-membri tal-grupp tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta’ sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (4), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

2.   Is-SĠ/RGħ għandu jkollu l-awtorità sabiex jirrilaxxa lin-NATO/KFOR informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” ġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill.

3.   Is-SĠ/RGħ għandu jkun awtorizzat biex jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti (NU) u lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), abbażi tal-ħtiġijiet operattivi tar-RSUE, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġġenerati għall-finijiet tal-azzjoni, skont ir-regolamenti ta’ sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jiġu mfassla arranġamenti lokali għal dan il-għan.

4.   Is-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli għandu jkun awtorizzat li jippubblika għal partijiet terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta ta’ UE dokumenti mhux klassifikati li għandhom x’jaqsmu mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-operat kopert mal-obbligu tas-segretezza professjonali skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (5).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu sostenn loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Skond il-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-personal skjerat barra mill-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri prattikabbli raġonevoli kollha, f’konformità mal-mandat tiegħu u mas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-personal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, notevolment billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jinkludi miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw l-immaniġġar tal-moviment mingħajr periklu tal-personal lejn iż-żona tal-missjoni u ġewwa fiha, kif ukoll l-immaniġġar ta’ inċidenti ta’ sigurtà u li jinkludi pjan ta’ kontinġenza u ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-personal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-grupp tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż personal kuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet ta’ sigurtà regolari jiġu implimentati, u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b’rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta’ nofs it-term u ta’ implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtaġġ

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-kitba. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-netwerk COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi rapporti lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa ser jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jaġixxu b’mod koerenti biex jinkisbu l-objettivi politiċi tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll dawk ta’ RSUE oħrajn attivi fir-reġjun kif xieraq. Ir-RSUE għandu jipprovdi aġġornamenti regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jipprovdi gwida politika lokali lill-Kap tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX KOSOVO), anke dwar l-aspetti politiċi ta’ kwistjonijiet relatati ma’ responsabbiltajiet eżekuttivi. Ir-RSUE u l-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili ser jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.

3.   L-EUSR għandu wkoll iżomm kollegament ma’ aġenziji lokali rilevanti u atturi internazzjonali u reġjonali oħra fuq il-post.

4.   Ir-RSUE, flimkien ma’ atturi tal-UE oħra preżenti fuq il-post, għandu jiżgura t-tixrid u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni bejn l-atturi tal-UE fuq il-post bil-ħsieb li jinkiseb livell għoli ta’ kuxjenza komuni dwar is-sitwazzjoni u ta’ valutazzjoni komuni.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma’ kontributi oħra mill-Unjoni Ewroepa lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta’ progress qabel l-aħħar ta’ Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom iservu ta’ bażi għall-valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 253, 16.9.2006, p. 29.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 88.

(4)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.

(5)  Deċiżjoni 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/73


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/138/PESK

tas-16 ta’ Frar 2009

dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Diċembru 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK (1), wara r-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 733(1992), 1356 (2001) u 1425 (2002), relatati ma’ embargo fuq l-armi kontra s-Somalja.

(2)

Fl-20 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1844 (2008) li jintroduċi miżuri restrittivi addizzjonali kontra dawk li jfittxu li jipprevjenu jew jibblukkaw proċess politiku paċifiku, jew dawk li jheddu l-Istituzzjonijiet Federali Transnazzjonali (TFIs) tas-Somalja jew tal-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) permezz tal-forza, jew jieħdu azzjoni li tfixkel l-istabbiltà fis-Somalja jew fir-reġjun.

(3)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK u dawk li ser ikunu imposti taħt l-UNSCR 1844 (2008) għandhom ikunu integrati fi strument legali uniku.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK għandha għalhekk titħassar.

(5)

Hija meħtieġa azzjoni Komunitarja sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1.   Il-forniment jew bejgħ ta’ armi u materjali relatati ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet tar-rikambju ta’ dawn imsemmija iktar ‘il fuq, lis-Somalja minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun projbit sewwa jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u sewwa jekk le.

2.   Il-forniment dirett jew indirett lis-Somalja ta’ konsulenza teknika, għajnuna finanzjara u għajnuna oħra, u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod partikolari taħriġ tekniku jew għajnuna teknika relatati mal-provvista, manifattura, manutenzjoni jew użu tal-oġġetti msemmijin fil-paragrafu 1, minn ċittadini tal-Istati Membri jew mit-territorji tal-Istati Membri għandu jkun ipprojbit.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw:

(a)

għall-forniment jew bejgħ ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika, assistenza finanzjarja jew assistenza oħra u taħriġ relatat ma’ attivitajiet militari maħsuba biss għall-appoġġ tal-missjoni jew għall-użu mill-missjoni kif stipulat fil-paragrafu 4 tal-UNSCR 1744 (2007) jew għall-użu biss ta’ Stati u organizzazzjonijiet reġjonali li jieħdu miżuri skont il-paragrafu 6 tal-UNSCR 1851 (2008) u l-paragrafu 10 ta’ UNSCR 1846 (2008);

(b)

għall-forniment jew bejgħ ta’ armi u materjal relatat tat-tipi kollha u għall-forniment dirett jew indirett ta’ konsulenza teknika maħsuba unikament għall-iskop li jgħin l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet tas-settur tas-sigurtà, konsistenti mal-proċess politiku mniżżel fil-paragrafi 1, 2, u 3 tal-UNSCR 1744 (2007) u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat stabbilit mill-paragrafu 11 tal-UNSCR 751 (1992) (minn issa ‘l quddiem il-“Kumitat tas-Sanzjonijiet”) fi żmien ħamest ijiem ta’ ħidma mir-riċeviment tan-notifika rilevanti;

(ċ)

għall-fornimenti ta’ tagħmir militari mhux letali maħsub unikament għal użu umanitarju jew protettiv, jew ta’ materjal maħsub għal programmi ta’ żvilupp ta’ istituzzjonijiet tal-Unjoni, tal-Komunità jew tal-Istati Membri, inkluż fil-qasam tas-sigurtà, fil-qafas tal-Proċess ta’ Paċi u Rikonċiljazzjoni, kif approvat minn qabel mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, u għal ħwejjeġ protettivi, inkluż ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati b’mod temporanju lejn is-Somalja minn personal tan-Nazzjonijiet Uniti, minn rappreżentanti tal-medja u minn ħaddiema umanitarji u tal-iżvilupp u minn personal assoċjat, għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 2

Miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 3, 4(1) u 5(1) u (2) għandhom ikunu imposti kontra l-persuni u l-entitajiet indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijie bħala:

li huma impenjati jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-Ftehim ta’ Djibouti tat-18 ta’ Awwissu 2008 jew il-proċess politiku, jew jheddu t-TFIs jew l-AMISOM bil-forza;

li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi u miżuri relatati kif imsemmijin fl-Artikolu 1;

li jostakolaw il-kunsinna ta’ għajnuna umanitarja lis-Somalja, jew l-aċċess għal, jew id-distribuzzjoni ta’, għajnuna umanitarja fis-Somalja.

Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu l-forniment dirett u indirett, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u ta’ tagħmir militari u l-forniment dirett jew indirett ta’ assistenza teknika u taħriġ, għajnuna finanzjarja jew għajnuna oħra inkluż investiment, brokering jew servizzi finanzjarji oħra, relatati ma’ attivitajiet militari jew mal-forniment, bejgħ, trasferiment, manufattura, manutenzjoni jew użu ta’ tagħmir militari, lil persuni jew entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom jew it-transitu minnhom lil persuni msemmijin fl-Artikolu 2.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru li jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess id-dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn il-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

(a)

jiddetermina fuq il-bażi ta’ każ b’każ li tali dħul jew transitu huwa ġustifikat għal raġunijiet ta’ ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż,

(b)

jiddetermina fuq il-bażi ta’ każ b’każ li eżenzjoni tista’ twassal sabiex jitkomplew l-objettivi ta’ paċi u ta’ rikonċiljazzjoni nazzjonali fis-Somalja u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu jew it-transitu minnu, ta’ persuni indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tkun ingħatat u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 5

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma l-proprjetà jew huma kkontrollati direttament jew indirettament mill-persuni jew mill-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 2 jew li huma fil-pussess ta’ entitajiet li huma l-proprjetà ta’ jew kkontrollati direttament jew indirettament minnhom jew minn kwalunkwe persuna jew entità li qiegħda taġixxi f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif identifikati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati. Il-persuni u l-entitatjiet ikkonċernati huma identifikati fl-Anness.

2.   L-ebda fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju tal-persuni jew l-entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.   L-Isati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’ fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi ħlasijiet għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u l-ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklussivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż li huma kollegati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(ċ)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġi nazzjonali, għal servizzi ta’ rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta’ fondi ffriżati, jew ta’ assi finanzjarji oħrajn u riżorsi ekonomiċi;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u b’approvazzjoni minnu;

(e)

is-suġġett ta’ sentenza jew garanzija ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f’tali każ il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew sentenza sakemm il-garanzija jew is-sentenza kienet iskritta qabel mal-Kumitat tas-Sanzjonijiet indika lill-persuna jew l-entità kkonċernata, u mhijiex għall-benefiċċju ta’ persuna jew entità msemmijin fl-Artikolu 2, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

4.   L-eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3(a), (b) u (ċ) jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt, aċċess għal tali fondi, assi finanzjarji oħra u riżorsi ekonomiċi, u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien tlett ijiem minn tali notifika.

5.   Il-paragrafu 2 m’għandux japplika għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta’:

(a)

interessi jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skond kuntratti, ftehim jew obbligi li ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi,

sakemm kull imgħax minn dan, qligħ ieħor u ħlasijiet jibqgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 6

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista li hemm fl-Anness u jemendaha skont id-determinazzjonijiet tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 7

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 8

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi riveduta, emendata jew revokata kif adatt, skont id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 9

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/960/PESK hija b’dan irrevokata.

Artikolu 10

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 1.


ANNESS

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikoli 2, 3, 4 u 5


17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/76


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/139/PESK

tas-16 ta’ Frar 2009

li ġġedded miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika ta' Moldova (1). Dik il-Pożizzjoni Komuni tapplika sas-27 ta' Frar 2009.

(2)

Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(3)

L-Anness I u II tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK għandhom jiġu emendati wara bidla fil-funzjoni ta' ċerti persuni koperti mill-miżuri restrittivi,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK hija b'dan estiża sas-27 ta’ Frar 2010.

Artikolu 2

L-Anness I u II tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK għandhom jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness I u II ta' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

O. LIŠKA


(1)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 23.


ANNESS I

“ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(i)

1.

SMIRNOV, Igor Nikolayevich, ‘President’, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.

2.

SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘President tal-Kumitat Doganali tal-Istat’, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016.

3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u ‘Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali’, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, imwieled fit-8 ta' Awissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukrajna, passaport Russu Nru 60No190737.

4.

MARAKUTSA, Grigory Stepanovich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘Rappreżentant Speċjali tas-Sovjetiku suprem għar-Relazzjonijiet Interparlamentari’ imwieled fil-15 ta' Ottubru 1942 f'Teya, Grigoriopolsky rayon, Repubblika tal-Moldova, passaport Sovjetiku qadim Nru 8BM724835.

5.

LITSKAI, Valery Anatolyevich, dak li qabel kien ‘Ministru għall-Affarijiet Barranin’, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000.

6.

KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, ‘Ministru tad-Difiża’, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.

7.

ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, ‘Ministru għas-Sigurtà tal-Istat’, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

8.

KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, ‘Viċi-President’, imwieled fl-24 ta' Ottubru 1958 f'Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu.

9.

BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien ‘Ministru tal-Ġustizzja’, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, l-Ukrajna.

10.

ZAKHAROV, Viktor Pavlovich, dak li qabel kien ‘Prosekutur tat-Transnistrija’, imwieled fl-1948 f’Kamenka, Repubblika tal-Moldova.

11.

GUDYMO, Oleg Andreyevich, ‘Membru tas-Sovjet Suprem’, ‘President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem’, dak li qabel kien ‘Viċi-Ministru għas-Sigurtà’, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.

12.

KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, ‘Ministru tal-Affarijiet Interni’, imwieled fl-14 ta' April 1970, Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

13.

ATAMANIUK, Vladimir, ‘Deputat Ministru tad-Difiża’.”


ANNESS II

“ANNESS II

Lista ta’ persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)

1.

URSKAYA, Galina Vasilyevna, “Ministru tal-Ġustizzja” preċedenti, imwieled fl-10 ta’ Diċembru 1957 fil-villaġġ ta’ Pyatiletka, Brianskyi rayon, Brianskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

2.

MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap ta’ l-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova.

3.

PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51 Nru 0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001.

4.

CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal kwistjonijiet ta’ edukazzjoni.

5.

KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova.

6.

KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa.”


Corrigendum

17.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 46/79


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 77/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 23 tas-27 ta’ Jannar 2009 )

F’paġna 8, fl-Anness, punt 24:

minflok:

“Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 7(2): 16.6.2005”;

aqra:

“Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 7(2): 27.1.2009”.

F’paġna 15, fl-Anness, punt 122:

minflok:

“Funzjoni/Raġuni għaliex inkluż fil-lista: Dejta ta' identifikazzjoni: Assistent Spettur tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe.”;

aqra:

“Funzjoni/Raġuni għaliex inkluż fil-lista: Dejta ta' identifikazzjoni: Assistent Spettur tal-Pulizija tar-Repubblika taż-Żimbabwe.”.