ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 45

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
14 ta' Frar 2009


Werrej

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Il-Kummissjoni

 

 

2009/107/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38)  ( 1 )

1

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

*

Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi mħaddma b’batteriji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għall-kostruzzjoni, għas-sigurtà fil-funzjoni u għall-emissjoni ta’ idroġenu

17

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Il-Kummissjoni

14.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Jannar 2009

li temenda d-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE dwar speċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistemi tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea

(notifikata bid-dokument Nru C(2009) 38)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2009/107/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (Riformulazzjoni) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji dwar ir-reviżjoni tat-TSI-ERA-03-2008-REC) għall-vaguni tal-merkanzija tas-27 ta' Ottubru 2008,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 881/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jeħtieġ li l-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) għandha tiżgura illi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabilità (“TSIs”) jiġu addattati għall-progress tekniku u x-xejriet tas-suq u għall-ħtiġijiet soċjali u tipproponi lill-Kummissjoni l-emendi għat-TSIs li tikkunsidra meħtieġa.

(2)

Bid-Deċiżjoni C(2007)3371 tat-13 ta' Lulju 2007, il-Kummissjoni tat mandat ta' qafas lill-Aġenzija biex twettaq ċerti attivitajiet taħt id-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE tat-23 ta' Lulju 1996 fuq l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea (3) u d-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea (4). Skont it-termini ta' dan il-mandat ta' qafas, l-Aġenzija ntalbet twettaq ir-reviżjoni tat-TSI Rolling Stock – Freight wagon, adottata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/861/KE tat-28 ta' Lulju 2006 dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-interoperabilità marbuta mas-sottosistema tal-vettura ferrovjarja [dokument mhux disponibbli bil-Malti] (5), kif ukoll biex tipprovdi opinjonijiet tekniċi dwar żbalji kritiċi u tippubblika lista ta' żbalji minuri nnutati.

(3)

Id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni l-ġdida dwar it-Trasport Internazzjonali bil-Ferrovija (COTIF) tal-1999 fl-1 ta' Lulju 2006 daħħal regoli ġodda li jirregolaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi applikabbli għall-vaguni. Il-Ftehim RIV li kien hemm qabel bejn l-impriżi ferrovjarji ġie parzjalment sostitwit minn ftehim ġdid privat u volontarju, il-Kuntratt Ġenerali tal-Użu (General Contract of Use) (GCU) (6) bejn l-impriżi ferrovjarji u s-sidien tal-vaguni, kif ukoll mid-Deċiżjoni 2006/81/KE.

(4)

Filwaqt li l-vaguni rreġistrati taħt il-ftehim RIV ħtieġu biss awtorizzazzjoni waħda mill-Impriza Ferrovjarja reġistranti, id-Direttiva 2001/16/KE ħtieġet awtorizzazzjoni għal kull Stat Membru. Din il-problema ġiet proviżorjament solvuta mit-taqsima 7.6 tal-Annnes għad-Deċiżjoni 2006/81/KE li tipprovdi li darba li ċ-ċertifikazzjoni tas-sikurezza jew l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz jingħataw għall-vaġuni fi grupp fi Stat Membru wieħed, iċ-ċertifikazzjoni jew l-awtorizzazzjoni trid tkun rikonoxxuta reċiprokament mill-Istati Membri kollha sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-verifiki tas-sikurezza u tal-interoperabilità mill-Awtoritajiet tas-Sikurezza. Tipprovdi wkoll li safejn id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha punti miftuħa, l-awtorizzazzjonijiet għas-servizz se jiġu reċiprokament aċċettati, ħlief kif indikat fl-Anness JJ għal dik id-Deċiżjoni. Madankollu, safejn l-Anness JJ ma jidentifikax b'mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun fi Stat Membru wieħed għandha tiġi rikonoxxuta reċiprokament fi Stati Membri oħra, l-applikazzjoni tat-taqsima 7.6 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2006/861/KE wasslet għal interpretazzjonijiet li jvarjaw. Dan irriżulta f'inċertezza ġuridika u diffikultajiet għall-industrija li sejħet għal azzjoni immedjata mill-Kummissjoni.

(5)

Il-problema issa tista' tiġi solvuta billi l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jipprovdi li vetturi li jkunu konformi b'mod sħiħ mat-TSIs li jkopru l-aspetti kollha tas-sotto-sistemi rilevanti mingħajr każijiet speċifiċi u mingħajr kwistjonijiet pendenti marbuta strettament mal-kompatibilità teknika bejn il-vettura u n-netwerk, m'għandhomx ikunu suġġetti għal awtorizzazzjoni addizzjonali għat-tqegħid fis-servizz, sakemm jaħdmu fuq netwerks konformi mat-TSIs fl-Istati Membri l-oħra jew bil-kundizzjonijiet speċifikati fit-TSIs korrispondenti.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/861/KE fiha għadd ta' punti miftuħa u żbalji tekniċi. Filwaqt li r-Regoli Tekniċi Nazzjonali jistgħu japplikaw sabiex jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali marbuta mal-punti miftuħa, mhemmx ċertezza ġuridika li dawn is-soluzzjonijiet nazzjonali jiġu aċċettati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2008/57/KE, il-proċedura x-xierqa fil-każ ta' żbalji kbar jew kritiċi hija li l-ispeċifikazzjonijiet TSi rilevanti jiġu emendati minnufih.

(7)

Sabiex terġa' tiddaħħal l-interoperabilità sħiħa tal-vaguni tal-merkanzija għat-trasport internazzjonali, hija meħtieġa reviżjoni immedjata tad-Deċiżjoni 2006/861/KE sabiex jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet li taħthom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz ta' vagun konformi mat-TSI għandha tkun valida fl-Istati Membri l-oħra kollha.

(8)

Il-vaguni li ġew awtorizzati jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/57/KE u li huma pprovduti b'awtorizzazzjoni valida fl-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE għandhom ikunu mmarkati b'marki alfabetiċi li jkunu ċari u li jintgħarfu faċilment. Jeħtieġ għalhekk li jiġi emendat l-Anness P. 5 għat-TSI marbut mas-sottosistema Operazzjoni u Ġestjoni tat-Traffiku tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea adottata taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/920/KE (7).

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2006/861/KE u 2006/920/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2008/57/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni 2006/861/KE

Id-Deċiżjoni 2006/861/KE hija emendata kif ġej:

(a)

L-Artikolu segwenti qed jiġi miżjud:

“Artikolu 1a

Dokumenti Tekniċi

1.   L-Aġenzija Ewropew tal-Ferroviji (ERA) għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-kontenut tal-Anness LL bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

2.   L-ERA għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-lista tal-brake-blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali msemmija fl-Annessi P u JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

3.   L-Aġenzija għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali marbuta mad-draw gear imsemmi fl-Anness JJ bħala Dokument Tekniku tal-ERA.

4.   Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornati d-Dokumenti Tekniċi msemmija fil-paragrafi 1 sa 3 u tgħarraf lill-Kummissjoni b'kull verżjoni riveduta. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri permezz tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/57/KE. Jekk il-Kummissjoni jew Stat Membru jqisu li Dokument Tekniku ma jilħaqx ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/57/KE jew ta' kwalunkwe leġiżlazzjoni Komunitarja oħra, il-kwistjoni tiġi diskussa fil-Kumitat. Abbażi tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat u fuq talba tal-Kummissjoni, id-Dokumenti Tekniċi għandhom jiġu rtirati jew immodifikati mill-Aġenzija.”

(b)

L-Annessi huma emendati kif stipulat fl-Anness I.

Artikolu 2

Emenda għad-Deċiżjoni 2006/920/KE

L-Anness P. 5 għad-Deċiżjoni 2006/920/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness II.

Artikolu 3

Jekk il-marka “TEN” tal-vaguni tal-merkanzija li tqiegħdu fis-servizz qabel id-dħul fis-seħħ ta' dik id-Deċiżjoni ma jkunux konformi mat-tifsira speċifikata fl-Anness II, dik il-marka għandha titneħħa sal-31 ta' Diċembru 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Lulju 2009.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 164, 30.4.2004, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 220, 21.6.2004, p. 3.

(3)  ĠU L 235, 17.9.1996, p. 6.

(4)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 344, 8.12.2006, p. 1.

(6)  Il-websajt tal-GCU: http://www.gcubureau.org

(7)  ĠU L 359, 18.12.2006, p. 1.


ANNESS I

L-Annessi tad-Deċizjoni 2006/861/KE huma emendati kif ġej:

1)

L-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

It-taqsima 4.2.3.3.2 tiġi mibdula b'dan li ġej:

“Dan jibqa' punt miftuħ ħlief għall-vaguni li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fit-taqsima 7.6.4.”

(b)

Fit-taqsima 4.2.3.4.2.1, it-tieni inċiż dwar il-forzi Y/Q jiġi mibdul b'dan li ġej:

“—

Forzi Y/Q

Sabiex jiġi llimitat ir-riskju tal-irkib tar-rota fuq il-binarju, il-kwozjent tal-forza laterali Y u t-tagħbija vertikali Q ta' rota m'għandhomx jaqbżu

(Y/Q)lim = 0,8 għal testijiet dinamiċi fuq il-linja

(Y/Q)lim = 1,2 għal testijiet stazzjonarji”

(ċ)

Fit-taqsima 4.2.3.4.2.2, l-ewwel sentenza tiġi sostitwita minn dan li ġej:

“Il-vaguni jkunu jistgħu jiġru fuq binarji mgħawġa meta (Y/Q) għat-testijiet stazzjonarji ma jaqbiżx il-limitu mogħti fit-taqsima 4.2.3.4.2.1 f'kurva ta' raġġ R = 150 m u għal binarju mgħawweġ partikolari:”

(d)

It-taqsima li jmiss tiddaħħal wara t-taqsima 6.2.3.2.1.3:

“6.2.3.2.1.4.   Eżenzjonijiet minn testijiet stazzjonarji

Il-vaguni tal-merkanzija huma ezentati mit-testijiet stazzjonarji msemmija fit-taqsima 4.2.3.4.2.1 jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-fuljett UIC leaflet 530-2 (Mejju 2006).”

(e)

It-taqsima 7.6 tiġi mibdula b'dan li ġej

“7.6.   AWTORIZZAZZJONI GĦAT-TQEGĦID FIS-SERVIZZ TA' VAGUNI KONFORMI MAT-TSI

7.6.1.

Fi qbil mal-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2008/57/KE, meta tkun intlaħqet il-konformità mat-TSIs u tinħareġ Dikjarazzjoni ta' Verifika KE fi ħdan Stat Membru wieħed għall-vaguni tal-merkanzija, dan għandu jkun rikonoxxut reċiprokament mill-Istati Membri kollha.

7.6.2.

Meta jkunu qegħdin jintalbu awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/57/KE, l-applikanti jistgħu jitolbu għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-servizz ta' vaguni fi grupp. Il-vaguni jistgħu jitqiegħdu fi grupp (numru ta' vetturi) skont is-serje, f'liema każ japplika l-Artikolu 21(13) tad-Direttiva 2008/57/KE, jew skont it-tip, f'liema każ japplika l-Artikolu 26 ta' dik id-Direttiva.

7.6.3.

Skont l-Artikolu 21(5) tad-Direttiva 2008/57/KE, l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz mogħtija minn Stat Membru wieħed għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha, sakemm ma jintalbux awtorizzazzjonijiet addizzjonali. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jużaw din il-possibbiltà biss taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 23 u 25 ta' dik id-Direttiva. Skont l-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2008/57/KE, waħda mill-kundizzjonijiet li tippermetti lil Stat Membru jitlob għal proċedura ta' ‘awtorizzazzjoni addizzjonali’ hija l-każ tal-punti miftuħa relatati mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi. Għal dan il-għan, l-Anness JJ jistipula l-lista ta' punti miftuħa kif mitlub fl-Artikolu 5(6) ta' dik id-Direttiva u jidentifika wkoll dawk il-punti miftuħa li jistgħu jkunu jeħtieġu verifiki addizzjonali għall-iżgurar tal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.

7.6.4.

Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-servizz maħruġa minn Stat Membru għandha tkun valida fl-Istati Membri kollha skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-vagun ikun awtorizzat skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2008/57/KE, abbażi ta' din it-TSI, inkluż il-verifiki marbuta mal-punti miftuħa identifikati fl-Anness JJ parti 1;

(b)

il-vagun ikun kompatibbli mal-wsia' bejn il-wiċċ ta' ġewwa tal-binarji ta' 1453 mm;

(ċ)

il-vagun ikollu profil GI, kif speċifikat fl-Anness C3;

(d)

il-vagun ikollu distanza bejn il-fusien li ma taqbiżx 17 500 mm bejn żewġ fusien maġenb xulxin;

(e)

il-vagun ikun jikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness JJ parti 2.

7.6.5.

Anki jekk vagun ġie awtorizzat biex jitqiegħed fis-servizz, hemm bżonn li jiġi żgurat li jkun operat fuq infrastrutturi kompatibbli; dan jista' jsir permezz tal-użu tar-reġistri tal-Infrastruttura u l-Vetturi Ferrovjarji.”

2)

L-Anness B huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt B.3, rimarka 4) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

“4)

Vaġuni eżistenti li jistgħu jitmexxew bl-istess tagħbijiet bħal tat-traffiku-S b’120 km/h, huma diġà mmarkati bis-sinjal ‘**’ ippustjat fuq il-lemin tal-marki tat-tagħbija massima; l-ebda vagun adizzjonali ma jista' jizdied ma' din il-kategorija.”

(b)

Ir-rimarka li ġejja hija miżjuda fil-punt B.3:

“5)

Vaġuni ġodda bir-rendiment tal-ibbrekjar tal-vaguni ‘S2’ skont it-tabella fit-taqsima 4.2.4.1.2.2, li jistgħu jitmexxew bl-istess tagħbijiet bħal tat-traffiku-S b’120 km/h skont speċifikazzjonijiet partikolari elenkati fl-Anness Y, għandhom ikollhom is-sinjal ‘***’ ippustjat fuq il-lemin tal-marki tat-tagħbija massima.”

(ċ)

punt B.32 huwa sostitwit bit-test li ġej:

“B.32.   L-IMMARKAR TAL-PROFIL TAL-VAGUNI

(1)

Il-vaguni mibnija għall-profil G1 se jkunu mmarkati kif ġej:

Image

(2)

Il-vaguni mibnija skont profil GA, GB jew GC se jkunu mmarkati kif ġej:

Image

3.

Fl-Anness L, punt L.1.4.2.1, l-aħħar sentenza tiġi mibdula b'dan li ġej:

“Meta roti monoblokk jiġu armati fuq vaguni li huma 100 % tread braked, għandhom jitqiesu l-parametri li ġejjin:

Firxa tad-dijametru tar-rota

f'(mm)

1 000 sa 920

u

920 to 840

840 sa 760

760 sa 680

Qawwa

50 kW

42,5  kW

38 kW

Ħin ta' applikazzjoni

45 min

45 min

45 min

Veloċità tal-ġiri

60 km/h

60 km/h

60 km/h

Nota: Għal tipi speċifiċi ta' trasport tal-merkanzija, il-valuri għall-qawwa u/jew il-ħin tal-applikazzjoni u/jew il-veloċità tal-ġiri u/jew it-tagħbijiet tal-fus u/jew id-dijametri tar-roti jistgħu jiġu mmodifikati fuq l-imġiba termomekkanika ta' dawn ir-roti fil-kuntest ta' utilizzazzjoni limitata.”

4.

Fl-Anness P, il-punt P.1.10 “Brake Blocks” jiġi mibdul b'dan li ġej:

“P.1.10   Brake Blocks

Il-proċedura tat-test għall-valutazzjoni tad-disinn li għandha tintuża brake blocks li huma Komponenti tal-Interoperabilità għandha ssir skont l-ispeċifikazzjoni fl-Anness I taqsima I.10.2. Din l-ispeċifikazzjoni għadha punt miftuħ għall-brake blocks ta' materjal kompost.

Brake blocks ta' materjal kompost li ġa qed jintużaw għaddew mill-valutazzjoni skont p. 2.10. Il-lista tal-brake blocks ta' materjal kompost approvati bis-sħiħ għat-trasport internazzjonali qiegħda mniżżla f'Dokument Tekniku li għandu jiġi ppubblikat mill-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji fuq il-websajt tagħha.”

5.

L-Anness JJ għandu jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS JJ

JJ.1.   LISTA TA’ PUNTI MIFTUĦA

It-tabella hawn taħt tagħti fil-qosor il-punti miftuħa ta’ din it-TSI u tikklassifika kull waħda minnhom jekk relatati (il-kolonna ‘IVA’) jew le (il-kolonna ‘LE’) mal-kompatibilità teknika bejn l-infrastruttura u l-vetturi.

Referenza fit-TSI

Titlu

IVA

LE

4.2.3.3.2

Lokalizzazzjoni tal-hot axle box

X

 

4.2.6.2

Effetti aerodinamiċi

 

X

4.2.6.3

Irjieħ trasversali

X

 

4.3.3

Sottosistema tat-tħaddim u l-ġestjoni tat-traffiku:

 

X

6.1.2.2

Il-valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar għandha ssir skont ir-regoli nazzjonali

X

 

6.2.2.1

Il-valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar għandha ssir skont ir-regoli nazzjonali

X

 

6.2.2.3

Valutazzjoni tal-Manutenzjoni

X

 

6.2.3.4.2

Effetti aerodinamiċi

 

X

6.2.3.4.3

Irjieħ trasversali

X

 

Anness E

Wiċċ ir-roti jibqa’ punt miftuħ sakem jiġi ppubblikat l-EN.

X

 

Anness L

L-ispeċifikazzjoni tar-roti tal-azzar fondut hija punt miftuħ. Qed jinta lab EN ġdid.

X

 

Anness P

 

 

 

P.1.1

Distributur

 

X

P.1.2

Valv relay għal tagħbija varjabbli u għall-bdil awtomatiku tat-‘tagħbija vojta’.

 

X

P.1.3

Mezz ta’ protezzjoni miż-żerżieq tar-roti

 

X

P.1.7

Valvi għall-waqfien (end cocks)

 

X

P.1.10

Brake blocks – Valutazzjoni tad-disinn

X

 

P.1.11

Valv tal-aċċellerazzjoni

 

X

P.1.12

Apparat għall-issensjar awtomatiku tat-tagħbija varjabbli u għall-bdil awtomatiku tat-‘tagħbija vojta’.

 

X

P.2.10

Brake blocks – Valutazzjoni tal-prodott

X

 

JJ.2.   SOLUZZJONI TAL-PUNTI MIFTUĦA U SPEĊIFIKAZZJONIJIET ADDIZZJONALI FIL-KAŻ TAL-VAGUNI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA 7.6.4

1.   Għeluq ta’ punti miftuħa

Għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6 ta’ din it-TSI, il-punti miftuħa identifikati fil-kolonna ‘IVA’ tal-Anness JJ-1 huma magħluqa f’din it-taqsima.

1.1.   Lokalizzazzjoni tal-Hot Axle Box

Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsima 4.2.3.3.2 ta’ din it-TSI huwa magħluq jekk il-vagun jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet tad-Dokument Tekniku tal-ERA relatat.

1.2.   Irjieħ trasversali

Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 4.2.6.3 u 6.2.3.4.3 ta’ din it-TSI huwa magħluq mingħajr ebda dispożizzjoni obbligatorja dwar disinn tal-vagun. Jistgħu japplikaw xi miżuri operattivi.

1.3.   Valutazzjoni tal-ġonot tal-iwweldjar

Il-punt miftuħ identifikat fit-taqsimiet 6.1.2.2 u 6.2.21 ta’ din it-TSI huwa magħluq bl-applikazzjoni ta’ EN 15085-5 ta’ Ottubru 2007.

1.4.   Valutazzjoni tal-manutenzjoni

Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness D ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: Kull pjan ta’ manutenzjoni

(a)

li ġie applikat minn membru preċedenti reġistranti ta’ impriża ferrovjarja membru tal-RIV fil-waqt tar-revoka tal-RIV, jew

(b)

li ġie approvat bi qbil ma’ regoli nazzjonali jew internazzjonali

u li wkoll jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ din it-TSI huwa validu. Il-prestazzjonijiet waqt is-servizz huma meqjusa bħala sodisfaċenti.

1.5.   L-uċuħ tar-roti

Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness E ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: id-difetti fuq wiċċ ir-rota se jitqiesu fl-ambitu tal-manutenzjoni.

1.6.   Roti tal-azzar fondut

Il-punt miftuħ identifikat fl-Anness L ta’ din it-TSI huwa magħluq kif ġej: ir-roti tal-azzar fondut mhumiex awtorizzati sakemm jiġi ppublikat standard Ewropew.

1.7.   Disinn u Valutazzjoni tal-brake blocks ta’ materjal kompost

Il-punt miftuħ identifikat fl-Annessi p. 1.10 u p. 2.10 ta’ din it-TSI huwa magħluq bid-dokument tekniku relatat li huwa ppubblikat fuq il-websjat tal-ERA.

2.   Speċifikazzjonijiet addizzjonali

L-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali li ġejjin huma wkoll meħtieġa għall-vaguni identifikati fit-taqsima 7.6.4.

2.1.   Inġizzi u draw gears

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.1.2.1 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-inġizzi tal-vaguni jkunu armati b’mezz ta’ gwida għall-plunger li jżomm lil dan tal-aħħar milli jdur ħieles madwar l-assi lonġitudinali tiegħu. It-tolleranza permessa għar-rotazzjoni hija ± 2o għall-inġizzi meta ġodda.

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.1.2.2 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ:

(a)

L-apparat intermedju tal-ġbid ta’ kull sett ta’ vaguni permanentament magħquda (jew vaguni multipli) għandu jkollu saħħa tal-ibbrejkjar fil-ġibda li tkun akbar minn dak tal-apparat tal-ġbid tat-tarf.

(b)

Id-Dokument Tekniku tal-ERA dwar speċifikazzjonijiet addizzjonali applikabbli għad-draw gear marbut ma’ dawn li ġejjin japplika wkoll (il-prEN 15551 mistenni jiġi ppubblikat f’April 2009).

kapaċità tal-enerġija dinamika;

affarijiet armati u mwaħħla;

it-tefgħa u mezz kontra r-rotazzjoni

reżistenza mekkanika;

karatteristiċi elastiċi;

marki;

il-kalkolu tas-sovrappożizzjoni tal-inġiżż u l-materjal tal-pjanċa tal-inġiżż;

id-dijametru tal-iżbarra tal-ġbid;

(ċ)

Għar-reżistenza mekkanika tal-assemblaġġi, id-draw gear (minbarra mezz elastiku), ganċi tal-ġbid u l-apparat tat-tqabbid għandhom jiġu ddisinjati għal ħajja ta’ tletin sena. Jista’ jintlaħaq qbil għal għoxrin sena fuq talba tal-klijent.

(d)

It-tabella li ġejja turi l-firxa ta’ forzi u l-għadd ta’ ċikli li għandhom jiġu applikati għat-test tat-tip dinamiku.

Kundizzjonijiet għat-testijiet tat-tip dinamiku

Rekwiżiti operattivi

Firxa ta’ forzi li għandha tiġi applikata

Ċiklu ta’ ħajja

(snin)

Probabbiltà ta’ sopravivenza

( %)

Fattur ta’ sikurezza

(fN)

Tismija

Pass Nru. 1

Pass Nru. 2

 

 

 

1MN

ΔF1 = 200 kN

ΔF2 = 675 kN

 

 

 

1,2 MN

ΔF1 = 240 kN

ΔF2 = 810 kN

 

 

 

1,5 MN

ΔF1 = 300 kN

ΔF2 = 1015 kN

 

 

 

 

N1 in cycles

N2 in cycles

20

97,5

1,7

All

106

1,45  × 103

30

97,5

1,7

All

1,5  × 106

2,15  × 103

It-testijiet tat-tip dinamiku għandhom isiru fuq tliet draw gears mingħajr mezz elastiku. It-tliet kampjuni għandhom jgħaddu mit-testijiet mingħajr ma juru ebda ħsara. M’għandhomx juru xquq, u l-forza tensili ma tistax tinżel taħt l-1 000 kN.

2.2.   Is-saħħa tal-istruttura ewlenija tal-vettura

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.1 ta’ din it-TSI, huwa wkoll meħtieġ li:

għandhom jiġu aċċettati biss testijiet u kalkoli li għalihom ġew ivvalidati simulazzjonijiet numeriċi;

il-pjan ta’ manutenzjoni għandu jqis li ġej: l-użu ta’ azzar termomekkaniku rrumblat jeħtieġ miżuri speċjali fir-rigward tas-sħana (fit-trattament).

2.3.   Iġġakkjar

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.2.3.2.4 ta’ din it-TSI, il-konformità tal-iġġakkjar mal-grafika ta’ hawn taħt hija meħtieġa wkoll:

Grafika

Relevage sur la voie / Rerailing

Image

2.4.   Fus

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 5.4.2.4 u l-Anness M 1.4 ta’ din it-TSI, l-istandards li ġejjin japplikaw għall-istressijiet massimi permissibbli: EN 13103 taqsima 7, EN 13260 taqsima 3.2.2 u EN 13261 taqsima 3.2.3

2.5.   L-imġiba dinamika tal-vettura

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li għall-każi partikolari tal-bogies mhux elenkati fl-Anness Y, japplikaw EN 14363 jew il-fuljett UIC 432.

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI dwar is-sikurezza kontra l-iżvijjar waqt il-ġiri fuq binarji mgħawġa:

Japplika wieħed mit-tliet metodi mogħtija f’EN 14363;

Il-vaguni tal-merkanzija huma eżentati minn dawn it-testijiet jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-fuljett UIC 530-2.

2.6.   Forza kompressiva lonġitudinali

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.5 u l-Anness R ta’ din it-TSI, hija meħtieġa wkoll il-konformità mat-taqsima 3.2 tal-fuljett UIC 530-2, għajr għar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni ma’ u biex jiġi rċevut il-ftehim mill-Grupp ta’ Studju UIC (SG) 2.

2.7.   Ibbrejkjar

2.7.1.   Ħżin tal-enerġija

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.4.1.2.4 ta’ din it-TSI, huwa meħtieġ li l-ħżin tal-enerġija jkun iddisinjat b’tali mod li wara applikazzjoni tal-brejk (bil-pressjoni massimu taċ-ċilindru tal-brejk u t-tefgħa massima possibbli taċ-ċilindru tal-vagun fi kwalunkwe stat ta’ tagħbija), il-pressjoni fir-reservoir awżiljari għandha tkun ≥ 0,3 bar mill-pressjoni taċ-ċilindru tal-brejk mingħajr iż-żieda ta’ aktar enerġija.

2.8.   Vaguni b’żewġ fusien

Minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tat-taqsima 4.2.3.4.2.4 ta’ din it-TSI, l-applikazzjoni tal-fuljett UIC 517 hija obbligatorja għall-kalkolu tas-sospensjoni tal-vaguni b’żewġ fusien.

2.9.   Interferenza elettrika jew elettromanjetika

Il-vaguni armati b’sors ta’ enerġija li jista’ jikkawża l-interferenza elettrika għandhom jiġu eżaminati skont il-fuljetti UIC 550-2 u 550-3. Il-firma elettromanjetika tal-kompożizzjonijiet ferrovjarji massimi trid tiġi vvalidata.

2.10.   Tipi speċjali ta’ vaguni

Għal kull wieħed mit-tipi ta’ vaguni li ġejjin, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali relatati:

għall-vaguni armati b’magna b’kombustjoni interna: il-fuljett UIC 538;

għal vaguni multipli u artikolati: il-fuljett UIC 572;

għal vaguni għall-ġarr tal-kontejners, swap bodiesmovable units mgħobbija orizzontalment: il-fuljett UIC 571-4;

għal vaguni iżolati mis-sħana u refriġerati: il-fuljett UIC 554-2;

għal semi trailers fuq bogies: il-fuljett UIC 597.

2.11.   Vaguni deħlin fir-Renju Unit

Il-vaguni deħlin fir-Renju Unit għandhom ukoll jikkonformaw mal-fuljett UIC 503 relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tar-Renju Unit.”

6.

L-Anness ġdid li ġej jiddaħħal wara l-Anness KK:

“ANNESS LL

DOKUMENT TA' REFERENZA GĦAL-LOKALIZZAZZJONI TAL-HOT AXLE BOX

Nota: dan l-Anness huwa wkoll ippubblikat bħala Dokument Tekniku tal-Aġenzija Ewropea tal-Ferroviji u se jkompli jinżamm skont l-Artikolu 1a(4).

1.   TERMINI U DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:

Bearing tal-fus: bearing jew assemblaġġ ta' bearing fuq fus ta' vettura ferrovjarja li jittrażmetti proporzjon tal-piż tal-vettura ferrovjarja direttament għal fuq is-sett tar-rota.

Axle box: l-istruttura, li tkun tinkludi pereżemoju cartridge bearing adaptor, li fih ikollu, jew ikun f'kuntatt mal-axle journal bearing u jipprovdi konnessjoni bejn l-arranġemaent tal-bogie jew tas-sospensjonijiet.

Lokalizzatur tat-tisħin fil-kaxxa tal-fus (HABD):

Żona fil-mira: żona definita fuq qiegħ tal-kaxxa tal-fus li ddisinjata sabiex ikollha t-temperatura tagħha mmonitorjata minn HABD

Erja fil-mira: il-qisien skont il-pjan XY taż-żona fil-mira

Żona projbittiva: żona fejn l-għejun tas-sħana, bħall-egżosts, li jistgħu jinfluwenzaw l-imġiba ta' HABD, huma esklużi jew għandhom ilqugħ mis-sħana.

Koordinati tal-vetturi ferrovjarji: il-koordinati tal-vetturi ferrovjarji, grafika 1, huma bbażati fuq is-sistema tal-koordinati Karteżjani skont ir-regola tal-id tal-lemin, fejn l-assi-X pożittiva (loġitudinali) jgħaddi tul il-vettur fid-direzzjoni tal-moviment, l-assi-Z jitla”“l fuq vertikalment, u l-oriġini qiegħed fiċ-ċentru tal-fus tas-sett tar-roti. L-assi-Y huwa l-assi laterali.

Grafika 1

Koordinati tal-Vetturi Ferrovjarji

Image

Is-sett tar-roti unità li tinkludi: fus, żewġ roti u l-axle bearings tagħhom, jew par roti indipendenti li jkunu fl-istes pożizzjoni lonġitudinali u l-bearings tagħhom.

Sors tas-sħana: parti mill-vetturi ferrovarji li jista' jkollha temperatura ogħla mit-temperatura tal-operazzjoni ma' qiegħ il-kaxxa tal-fus, bħal tagħbija sħuna jew pajp tal-egżost.

2.   SIMBOLI U TAQSIRIET

Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, it-termini u t-tifsiriet li ġejjin japplikaw:

HABD

Lokalizzazzjoni tat-tisħin fil-kazza tal-fus

IM

Amministratur tal-Infrastruttura (kif definit fit-TSIs)

LPZ

Tul lonġitudinali f'mm taż-żona projbittiva

LTA

Tul lonġitudinali f'mm tal-erja fil-mira

PZ

Żona projbita

RST

Vetturi ferrovjarji (rolling stock) (kif definit fit-TSIs)

RU

Impriża ferrovjarja (kif definit fit-TSIs)

TA

Erja fil-mira:

TSI

Speċifikazzjoni Teknika għall-Interoperabilità.

WPZ

Wisa' lonġitudinali f'mm taż-żona projbittiva

WTA

Wisa' laterali f'mm taż-żona projbittiva

YPZ

Pożizzjoni laterali f'mm taċ-ċentru taż-żona projbittiva fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

XTA

Pożizzjoni lonġitudinali taċ-ċentru tal-erja fil-mira fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

YTA

Pożizzjoni laterali taċ-ċentru tal-erja fil-mira fir-rigward tal-linja taċ-ċentru tal-vettura

3.   REKWIŻITI GĦALL-VETTURI FERROVJARJI

Din it-taqsima fiha r-rekwiżiti għan-naħa tal-vetturi ferrovjarji tal-interfaċċa HABD.

3.1.   Żona fil-mira

Iż-żona fil-mira hija żona fuq il-wiċċ ta' qiegħ il-kaxxa tal-fus deskritta mill-intersezzjoni tal-kaxxa tal-fus ma' kubojde virtwali li għandu erja orizzontali meta maqsum minn tulu mogħtija mill-qisien XTA u YTA bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji. L-erja orizzontali meta maqsum minn tulu tal-kubojde virtwali hija għalhekk kongruwenti mal-erja tal-pjan (i.e. il-pjan XY) taż-żona fil-mira, hawnhekk imsemmija l-erja fil-mira.

3.2.   Erja fil-mira:

L-erja fil-mira għandha postha fl-ispazju fir-rigward tal-qisien tal-fus, u tiddefinixxi erja li fiha HABD tista' tiffoka biex timmonitorja t-temperatura ta' axle box. Il-grafika 2 turi l-pożizzjoni u l-qisien minimi tal-erja fil-mira bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji.

Grafika 2

Qisien u pożizzjoni tal-erja fil-mira (TA) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt)

Image

3.3.   Qisien tal-Erja fil-Mira

Jekk jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, l-erja fil-mira għandha:

jkollha wisa' laterali, WTA, akbar minn jew ta' 50 mm

jkollha tul lonġitudinali, LTA, akbar minn jew ta' 100 mm

3.4.   Il-Pożizzjoni tal-Erja fil-Mira fil-pjan XY

Fil-pjan XY, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun ippożizzjonat distanza laterali, YTA, relattiva għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni), fejn 1 065 mm huwa inqas jew daqs il-YTA u l-YTA hija inqas jew daqs 1 095 mm. Fl-assi loġitudinali, iċ-ċentru tal-erja fil-mira għandu jkun kongruwenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus.

3.5.   Rekwiżiti tal-viżibilità għall-Erja fil-Mira

Il-vetturi ferrovjarji għandhom ikunu ddisinjati mingħajr ebda ostruzzjoni bejn iż-żona fil-mira u l-HABD li tista' xxekkel jew iżżomm lill-HABD milli jiffoka fuq iż-żona fil-mira u b'hekk jonqos milli jkun hemm kejl tar-radjazzjoni termali tiegħu.

Nota

:

Id-disinn tal-axle box tal-vettura ferrovjarja għandhu jkollu l-għan li jilħaq distribuzzjoni omoġenea tat-temperatura fi ħdan iż-żona fil-mira.

4.   REKWIŻITI OĦRA TAD-DISINN MEKKANIKU

Sabiex jitnaqqas iċ-ċans li HABD jikkalkula temperatura minn sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus, il-vetturi ferrovjarji jridu jiġu ddisinjati b'mod li sorsi oħra tas-sħana, perżempju merkanzija sħuna jew egżost, ma jkunux eżatt maġenb jew direttament fuq il-pożizzjoni tal-erja fil-mira. Sabiex jiġi ffaċilitat dan, ebda sors tas-sħana m'għandu jkun mqiegħed fiż-żona projbittiva definuta f'dan id-dokumentt.

Nota 1

:

Jekk, minħabba d-disinn tal-vetturi ferrovjarji, ikun possibbli/inevitabbli għal sors tas-sħana li mhuwiex il-kaxxa tal-fus li jkun fi ħdan iż-żona projbittiva, dak is-sors tas-sħana għandu jkun milqugħ mis-sħana sabiex ma jkunx hemm kalkoli żbaljati tat-temperatura minn HABD li jkun qed ikejjillu r-radjazzjoni termali.

Nota 2

:

Iż-żona projbittiva għandha tinżamm għall-vetturi ferrovjarji kollha, inkluż pereżempju għall-vetturi ferrovjarji b'inboard bearings

4.1.   Żona projbittiva:

Iż-żona projbita hija definita minn erja rettangolari, li tinkludi l-erja fil-mira, u li hija estiża vertikalment biex tifforma kubojde vertikali. Il-qisien tal-kubojde huma LPZ u WPZ fil-pjan XY u HPZ fil-assi vertikali. Il-grafika 3 turi pożizzjoni possibbli tal-erja fil-mira fiż-żona projbittiva bl-użu tal-koordinati tal-vetturi ferrovjarji.

Il-qisien tal-kubojde taż-żona projbittiva, filwaqt li jitqiesu t-tolleranzi mekkaniċi, għandhom ikunu:

wisa' laterali, WPZ, akbar minn jew ta' 100 mm;

tul lonġitudinali, LPZ, akbar minn jew ta' 500 mm;

it-tul vertikali, HPZ, jibda f'punt fil-pjan XY immedjatament fuq l-HABD u jintemm jew mal-għoli tal-erja fil-mira, l-għoli ta' lqugħ termali jew l-għoli tal-vettura.

Il-pożizzjoni taċ-ċentru taż-żona projbittiva fil-pjan X-Y għandu jkun:

fid-direzzjoni laterali, YPZ = 1 080 mm ± 5 mm imkejjel relattiv għaċ-ċentru tal-fus (jew iċ-ċentru ta' par roti fl-istess pożizzjoni);

fid-direzzjoni lonġitudinali għandu jkun kongruenti mal-linja taċ-ċentru tal-fus ± 5 mm.

Figura 3

Qisien taż-żona projbittiva (PZ) fil-pjan XY (kif tarah minn taħt) li juri pożizzjoni possibbli taż-żona fil-mira.

Image

5.   TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Għall-għanijiet tat-traċċabbiltà, hija inkluża tabella ta' korrelazzjoni marbuta ma' dan id-dokument bil-prEN 15437 oriġinali.

Ref. Taqsima tad-Dokument

Ref. Taqsima prEN15437

1

3.0

2

4.0

3

5

3.1

5.1

3.2

5.1.1

3.3

5.1.2

3.4

5.1.3

3.5

5.1.4

4

5.2

4.1

5.2.1”


ANNEX II

L-Anness 5 tad-Deċiżjoni Nru 2006/920/KE hu mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS P. 5

IMMARKAR ALFABETIKU TAL-KAPAĊITÀ TAL-INTEROPERABILITÀ

‘TEN’

:

Vettura li tkun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

tikkonforma mat-TSIs kollha rilevanti li jkunu fis-seħħ fil-waqt tat-tqegħid fis-servizz u li ġew awtorizzati biex jitqiegħdu fis-servizz skont l-Artikolu 221(1) tad-Direttiva 2008/57/KE.

ikollha awtorizzazzjoni valida għall-Istati Membri kollha skont l-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/57/KE jew, bħala alternattiva, tkun irċeviet awtorizzazzjonijiet individwali mill-Istati Membri kollha.

‘PPV/PPW’

:

Vagun li jikkonforma mal-ftehim PPV/PPV (ġewwa Stati OSJD) (oriġinali: ППВ (Правила пользования вагонами в международном сообщении)

Noti:

(a)

Vetturi mmarkati TEN jikkorrispondu għall-kodaġġ 0 sa 3 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6.

(b)

Vetturi li mhumiex awtorizzati għall-operazzjoni fl-Istati Membri kollha jeħtieġu marka li tindika l-Istati Membri fejn ġew awtorizzati. Il-lista ta' Stati Membri li jawtorizzaw għandhom ikunu mmarkati skont waħda mit-tpinġijiet li ġejjin, fejn D tfisser l-Istat Membru li ħareġ l-ewwel awtorizzazzjoni (fl-eżempju mogħti, il-Ġermanja) u F tfisser it-tieni Stat Membru li jawtorizza (fl-eżempju mogħti, Franza). L-Istati Membri huma kkodifikati skont l-Anness P4. Dawn jistgħu jkopru vetturi li huma jew mhumiex konformi mat-TSI. Dawn il-vetturi jikkorrispondu għall-kodaġġ 4 sa 8 tal-ewwel ċifra fin-numru tal-vettura speċifikat fl-Anness P6.

Image


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

14.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/17


It-testi oriġinali tal-UN/ECE biss għandhom effett legali fid-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu verifikati skont l-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tal- UN/ECE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq: http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html

Regolament Nru 100 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UN/ECE) – Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta’ vetturi elettriċi mħaddma b’batteriji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ rekwiżiti speċifiċi għall-kostruzzjoni, għas-sigurtà fil-funzjoni u għall-emissjoni ta’ idroġenu

Reviżjoni 2

Tinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 1 tal-verżjoni oriġinali tar-Regolament – Data tad-dħul fis-seħħ: 21 ta’ Frar 2002

KONTENUT

REGOLAMENT

1.

Ambitu ta’ applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Modifika u estensjoni ta’ tipi ta’ approvazzjonijiet għal tipi ta’ vetturi

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għal nuqqas ta’ konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa definitivament

10.

Ismijiet u indirizzi ta’ servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u ta’ dipartimenti amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 –

Komunikazzjoni

Anness 2 –

Arranġamenti għal marki ta’ approvazzjoni

Anness 3 –

Protezzjoni minn kuntatti diretti ta’ partijiet li minnhom għaddej vultaġġ

Anness 4 –

Kejl tar-reżistenza tal-iżolament bl-użu ta’ batteriji għall-forza tal-ġbid

Anness 5 –

Simbolu għall-indikazzjoni ta’ vultaġġ

Anness 6 –

Karatteristiċi essenzjali għal vetturi

Anness 7 –

Determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda

 

 

1.   AMBITU TA’ APPLIKAZZJONI

Id-dispożizzjonijiet li ġejjin japplikaw għar-rekwiżiti marbuta mas-sigurtà għal vetturi elettriċi kollha tat-triq mħaddma b’batterija tal-kategoriji M u N, disinjati għall-veloċità massima ta’ aktar minn 25 kilometru fis-siegħa.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ din il-proposta:

2.1.

“Vettura elettrika tat-triq mħaddma b’batterija” tfisser vettura bil-bini tal-bodi tagħha intenzjonat għall-użu fit-triq, imħaddma esklussivament minn mutur elettriku li l-enerġija tal-ġbid tiegħu tkun ġejja minn batterija ta’ trazzjoni installata fil-vettura.

2.2.

“Tip ta’ vettura” tfisser vetturi elettriċi tat-triq mħaddma b’batterija li mhumiex differenti f’aspetti essenzjali bħal:

 

dimensjonijiet, struttura, forma u natura tal-materjali magħmula minnhom;

 

installazzjoni ta’ komponenti għas-sistema tat-tħaddim, batteriji jew settijiet ta’ batteriji;

 

in-natura u t-tip ta’ komponenti elettriċi u elettroniċi.

2.3.

“Approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika tat-triq mħaddma b’batterija” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura elettrika f’dak li għandu x’jaqsam mal-kostruzzjoni u mar-rekwiżiti funzjonali għas-sigurtà speċifikament għall-użu ta’ enerġija elettrika.

2.4.

“Batterija ta’ trazzjoni” tfisser it-tgħaqqid tal-moduli tal-batterija kollha li huma konnessi elettrikament, għall-provvista ta’ enerġija għaċ-ċirkwit tat-tħaddim.

2.5.

“Modulu tal-batterija” tfisser l-iżgħar ħażna individwali ta’ enerġija magħmula minn ċellula waħda jew minn grupp ta’ ċelluli, konnessi elettrikament f’serje jew b’mod parallel, imqiegħda f’kontenitur u konnessi b’mod mekkaniku.

2.6.

“Sett ta’ batteriji” tfisser grupp mekkaniku individwali li jinkludi moduli ta’ batteriji u oqfsa jew trejs għaż-żamma tagħhom. Il-vettura jista’ jkollha sett wieħed, diversi settijiet jew ma jkollhiex sett ta’ batteriji.

2.7.

“Batterija awżiljarja” tfisser l-unità ta’ batteriji, li r-riserva ta’ enerġija tagħha tintuża biss għall-forniment tan-netwerk awżiljarju.

2.8.

“Netwerk awżiljarju” jfisser il-grupp ta’ tagħmir elettriku awżiljarju b’funzjonijiet simili għal dak użat f’vetturi mgħammra b’magna tal-kombustjoni interna.

2.9.

“Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura” tfisser konvertitur elettroniku tal-enerġija konness permezz tal-kostruzzjoni tiegħu fuq il-vettura u użat għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda minn provvista esterna ta’ elettriċità (network tal-kurrenti elettriċi).

2.10.

“Sistema ta’ kapling” tfisser il-partijiet kollha użati biex il-vettura tiġi konnessa ma’ provvista esterna ta’ elettriċità (provvista ta’ kurrrenti li jalternaw jew kurrenti diretti).

2.11.

Power train” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi:

(i)

il- batterija tal-ġibda;

(ii)

il-konvertituri elettroniċi (tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura, kontroll elettroniku tal-mutur tal-forza tal-ġbid, konvertituri DC/DC eċċ.);

(iii)

il-mutur tal-forza tal-ġbid, it-tagħmir għall-irbit ta’ wajers u konnetturi għalihom eċċ.

(iv)

iċ-ċirkwit tal-iċċarġjar;

(v)

it-tagħmir awżiljarju għat-tħaddim (pereżempju li jsaħħan, li jħoll is-silġ, power steering, eċċ).

2.12.

Drive train” tfisser komponenti speċifiċi tal-power train: muturi tal-forza tal-ġbid, kontroll elettroniku tal-muturi tal-forza tal-ġbid, it-tagħmir għall-irbit ta’ wajers u konnetturi għalihom.

2.13.

“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jippermetti l-kontroll u/jew it-trasferiment ta’ enerġija elettrika.

2.14.

“Kompartamenti għall-passiġġieri u għal tagħbijiet” tfisser l-ispazju fil-vettura għall-akkomodazzjoni tal-okkupant u limitat mis-saqaf, l-art, il-ġnub, ħġieġ ta’ barra, id-diviżjoni ta’ quddiem u l-wiċċ tas-sistema għaż-żamma tas-sedili ta’ wara u għalhekk il-partizzjoni bejnha u bejn il-kompartament(i) li fihom il-batterija jew il-moduli tal-batterija.

2.15.

“Unità għall-kontroll tad-direzzjoni tas-sewqan” tfisser tagħmir speċifiku fiżikament attivat mix-xufier sabiex tiġi magħżula d-direzzjoni tas-sewqan ('il quddiem jew lura), li l-vettura s-suq lejha jekk jiġi azzjonat l-aċċeleratur.

2.16.

“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni jew bhejjem ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom.

2.17.

“Partijiet li għaddej l-elettriku minnhom” tfisser kull konduttur jew parti(jiet) konduttiva/i intenzjonati li jimtlew b’enerġija permezz tal-elettriċità waqt l-użu normali tagħhom.

2.18.

“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta’ persuni jew bhejjem ma’ partijiet konduttivi esposti.

2.19.

“Partijiet konduttivi esposti” tfisser kull parti konduttiva li tista’ tintmess u li normalment ma tkunx iċċarġjata, iżda li tista’ tiġi ċċarġjata f’każ ta’ difett.

2.20.

“Ċirkwit elettriku” jfisser grupp ta’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom konnessi, disinjati biex jgħaddi kurrent elettriku minnhom waqt it-tħaddim tagħhom f’kundizzjonijiet normali;

2.21.

“Il-modalità li tippermetti sewqan attiv” tfisser il-modalità ta’ vettura meta tiġi applikata pressjoni fuq il-pedala tal-aċċeleratur (jew l-attivazzjoni ta’ kontroll ekwivalenti) li iġġiegħel lid-drive train iċaqlaq il-vettura.

2.22.

“Vultaġġ nominali” tfisser l-għerq kwadrat tal-medja tal-valur tal-vultaġġ speċifikat mill-produttur, u li għalih ikun ġie ddisinjat iċ-ċirkwit elettriku u l-karatteristiċi tiegħu li għalihom qed issir referenza;

2.23.

“Il-vultaġġ imħaddem” tfisser l-ogħla għerq kwadrat tal-medju tal-valur tal-vultaġġ ta’ ċirkwit elettriku, kif speċifikat mill-produttur, li jista’ jitfaċċa f’kull tip ta’ iżolament fil-kundizzjonijiet ta’ ċirkwit miftuħa jew taħt il-kundizzjonijiet normali għat-tħaddim.

2.24.

“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi elettrikament konnessi, u l-partijiet konduttivi l-oħra kollha elettrikament konnessi magħhom, li l-potenzjal tagħhom jitqies bħala referenza.

2.25.

“Ċavetta” tfisser kull tagħmir iddisinjat u magħmul biex jipprovdi metodu għall-operat ta’ sistemi li jsakkru li huma ddisinjati u magħmula biex jiġu mħaddma biss b’dak it-tagħmir.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti speċifiċi għall-kostruzzjoni u mas-sigurtà waqt il-funzjoni ta’ vetturi elettriċi tat-triq imħaddma b’batterija għandhom jiġu sottomessi mill-produttur tal-vettura jew minn rappreżentant mogħti l-kredenzjali minnu.

3.2.

Flimkien magħha għandu jkun hemm tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u id-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta’ vettura elettrika tat-triq imħaddma b’batterija f’dak li għandu x’jaqsam mal-forma tal-bodi, mad-drive train elettriku (muturi u kontrollaturi), mal-batterija tal-ġibda (tip, kapaċità, ġestjoni tal-batterija).

3.3.

Għandha tiġi sottomessa lis-servizz tekniku responsabbli mit-tmexxija tat-testijiet għall-approvazzjoni vettura li tirrappreżenta t-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat.

3.4.

L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-eżistenza ta’ arranġamenti sodisfaċenti biex tiżgura l-kontroll effettiv tal-konformità tal-produzzjoni qabel ma tingħata l-approvazzjoni għat-tip ta’ vettura.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.

Jekk il-vettura sottomessa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 t’hawn taħt u tal-annessi 3, 4, 5 u 7 ta’ dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta’ din it-tip ta’ vettura għandha tingħata.

4.2.

Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni lil kull tip approvat. L-ewwel żewġ numri tiegħu (preżentament 00 għar-Regolament fil-forma oriġinali tiegħu) għandhom jindikaw is-serje ta’ emendi li jinkorporaw l-aktar emendi tekniċi reċenti li saru fir-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti li tikkuntratta m’għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta’ vettura.

4.3.

Notifika tal-approvazzjoni jew tar-rifjut jew tal-estensjoni jew tar-revoka tal-approvazzjoni jew tal-produzzjoni definittivament imwaqqfa tat-tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi komunikata lill-Partijiet tal-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta’ formola konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

4.4.

Fuq kull vettura konformi ma’ tip ta’ vettura approvat skont dan ir-Regolament għandha tiġi mwaħħla marka tal-approvazzjoni internazzjonali b’mod kospikwu u f’post fejn jintlaħaq malajr speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, liema marka hija magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” bin-numru li jiddentifika l-pajjiż minn fejn ġiet mogħtija l-approvazzjoni warajh (1).

4.4.2.

In-numru ta’ dan ir-Regolament, warajh l-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq in-naħa tal-lemin taċ-ċirku deskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.

Jekk il-vettura tkun konformi mat-tip ta’ vettura approvata skont wieħed jew aktar mir-Regolamenti annessi ma’ dan il-Ftehim fil-pajjiż fejn tkun ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 m’għandux għalfejn jiġi ripetut; f’dan il-każ ir-Regolament u numri tal-approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skont huma ngħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f’kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b’mod ċar u ma tkunx tista’ titħassar.

4.7.

Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed fuq jew qrib tal-plakka li turi d-dejta dwar il-vettura mwaħla mill-produttur.

4.8.

L-anness 2 ta’ dan ir-Regolament jagħti eżempji tal-arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni.

5.   SPECIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.

Rekwiżiti għall-kostruzzjoni tal-vettura

5.1.1.

Batterija tal-ġibda

5.1.1.1.

L-installazzjoni tal-batterija tal-ġibda fil-vettura m’għandhiex tippermetti akkumulazzjoni potenzjali ta’ irqajja’ vojta fil-gass li jistgħu jkunu perikolużi.

5.1.1.2.

Kumpartimenti tal-batterija li fihom moduli tal-batterija li jistgħu jipproduċu gassijiet perikolużi għandu jkollhom ventilazzjoni għas-sigurtà.

5.1.1.3.

Il-batterija tal-ġibda u l-power train għandhom jkunu protetti permezz ta’ fjusis fi gradi appropjati jew circuit breakers. Il-produttur għandu jforni dejta lil-laboratorju li tippermetti li jiġi verifikat, jekk ikun meħtieġ, li l-kalibrazzjoni tagħhom tiggarantixxi l-ftuħ;

5.1.2.

Protezzjoni minn xokkijiet elettriċi

5.1.2.1.

Protezzjoni minn kuntatt dirett ma’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom tal-power train:

5.1.2.1.1.

Jekk il-vultaġġ imħaddem taċ-ċirkwit elettriku huwa inqas minn 60 volt DC jew 25 volt AC, l-ebda rekwiżiti m’huma meħtieġa;

5.1.2.1.2.

Kuntatt dirett ma’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom tal-power train li l-vultaġġ massimu tagħhom huwa mill-inqas 60 volt DC u 25 volt AC għandu jiġi impedit jew permezz ta’ iżolament jew bl-użu ta’ għata, grilji protettivi, fuljetti tal-metall imtaqqba eċċ. Dawn is-sistemi ta’ protezzjoni għandhom jkunu ssiġillati b’mod kredibbli u għandhom jkunu mekkanikament reżistenti. Huma ma għandhomx ikunu jistgħu jiġu miftuħa, żarmati jew imneħħija mingħajr l-użu ta’ għodda.

5.1.2.1.3.

F’kumpartimenti tal-passiġġeri jew ta’ tagħbijiet, partijiet li għaddej kurrent elettriku minhomm għandhom jkollhom protezzjoni f’kull każ permezz ta’ sistemi ta’ għeluq li għandhom grad ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas IPXXD.

5.1.2.1.4.

Sistemi ta’ għeluq f’żoni oħra tal-vettura għandu jkollhom grad ta’ protezzjoni ta’ mill-inqas IPXXB.

5.1.2.1.5.

Fil-kumpartiment tal-magni l-aċċess għal partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom għandu jkun possibbli biss permezz ta’ azzjoni volontarja.

5.1.2.1.6.

Wara l-ftuħ tal-għata, l-aċċess għal partijiet tas-sistema tal-akkopjar għandu jkun protett permezz ta’ protezzjoni IPXXB.

5.1.2.1.7.

Il-gradi ta’ protezzjoni IPXXB u IPXXD huma relatati rispettivament mal-kuntatt ta’ jointed test finger u wajer tal-ittestjar b’partijiet perikolużi (anness 3).

5.1.2.1.8.

Immarkar fuq il-vettura

L-għata għall-protezzjoni ta’ partijiet li għaddej kurrent elettriku minnhom deskritti fil-paragrafu 5.1.2.1.2 għandhom jiġu mmarkati b’simbolu kif deskritt fl-anness 5.

5.1.2.2.

Protezzjoni minn kuntatti indiretti ma’ partijiet konduttivi tal-power train.

5.1.2.2.1.

Jekk il-vultaġġ imħaddem taċ-ċirkwit elettriku huwa inqas minn 60 volt DC jew 25 volt AC, l-ebda rekwiżiti m’huma meħtieġa;

5.1.2.2.2.

Id-disinn, l-installazzjoni u l-manifattura tal-materjal elettriku għandhom ikunu b’tali mod li difetti fl-iżolament jiġu evitati;

5.1.2.2.3.

Protezzjoni minn kuntatti indiretti għandha tiġi garantita bl-użu ta’ iżolament u barra dan il-partijiet konduttivi esposti tat-tagħmir fuq il-vettura għandhom jiġu konnessi galvanikament. Dan it-tibdil potenzjali f’daqqa fil-kurrent jista’ isir tajjeb għalih billi l-partijiet konduttivi esposti jiġu konnessi jew permezz ta’ kunduttur protettiv, pereżempju wajer, ground truss, jew billi jiġu konnessi direttament permezz tax-xasijiet mettalliċi tal-vettura. Żewġ partijiet konduttivi esposti iwweldjati flimkien huma kkunsidrati li m’għandhomx punti fejn titwaqqaf il-kontinwità. Jekk ikun hemm xi twaqqif fil-kontinwità, dan il-punt għandu jiġi evitat permezz ta’ sistema li tagħmel tajjeb għal tibdil f’daqqa fil-kurrent.

5.1.2.3.

Reżistenza tal-iżolament

5.1.2.3.1.

Il-kejl tar-reżistenza tal-iżolament isir wara li l-vettura tinżamm għal ħin ta’ 8 siegħat għad-determinazzjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

temperatura: 23 ± 5 oC,

 

umdità: 90 % + 10/- 5 %.

5.1.2.3.2.

Jekk jintuża vultaġġ DC għall-kejl ugwali għall-vultaġġ nominali tal-batterija tal-ġibda, ir-reżistenzi ta’ iżolament bejn kull parti konduttiva esposta u kull waħda mill-polaritrajiet tal-batterija għandu jkollhom valur minimu ta’ 500 Ω/V tal-vultaġġ nominali (l-anness 4 fih eżempju ta’ kif dan it-test jista’ isir).

5.1.2.3.3.

Reżistenza tal-kunduttur protettiv:

Ir-reżistenza potenzjali f’sistema li tagħmel tajjeb għal tibdil f’daqqa fil-kurrent bejn żewġ partijiet konduttivi esposti għandha tkun inqas minn 0,1 Ω. Dan it-test għandu jsir b’kurrent ta’ mill-inqas 0,2 A.

5.1.2.4.

Konnessjoni tal-vettura ma’ netwerk tal-kurrenti elettriċi:

5.1.2.4.1.

Il-vettura ma tista’ fl-ebda każ tiċċaqlaq waħedha meta tkun galvanikament konnessa ma’ netwerk għall-provvista ta’ enerġija elettrika jew ma’ tagħmir għall-iċċarġjar mhux fuq il-vettura;

5.1.2.4.2.

Il-komponenti użati meta tiġi iċċarġjata batterija minn sors estern għandhom jippermettu li l-kurrent li qed jiċċarġja jinqata’ mingħajr ma jagħmel ħsara fiżika f’każ li jiġi diskoness;

5.1.2.4.3.

Partijiet f’sistemi tal-konnessjoni li aktarx għaddej kurrent elettriku minnhom għandhom jiġu protettti minn kull kuntatt dirett fil-kundizzjonijiet kollha waqt l-operat;

5.1.2.4.4.

Il-partijiet konduttivi esposti kollha għandhom ikunu elettrikament konnessi permezz ta’ wajer konduttiv ertjat waqt l-iċċarġjar.

5.2.

Rekwiżiti għas-sigurtà waqt it-tħaddim

5.2.1.

Kurrenti għat-tħaddim waqt proċeduri:

5.2.1.1.

Il-kurrenti għat-tħaddim waqt proċeduri għandhom jiġu applikati permezz ta’ swiċċ biċ-ċavetta.

5.2.1.2.

M’għandux ikun possibbli li din iċ-ċavetta tinqala minn posta f’kull pożizzjoni li timla bl-enerġija lid-drive train u tagħmel possibbli sewqan attiv.

5.2.2.

Kundizzjonijiet għall-ġiri u l-waqfien:

5.2.2.1.

Mill-inqas għandha tingħata indikazzjoni momentarja lix-xufier jew:

(a)

meta l-vettura tinsab fil-“modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv” jew,

(b)

jekk tinħtieġ biss azzjoni oħra biex il-vettura tkun fil-“modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv”.

5.2.2.2.

Meta l-istat ta’ ċarġ fil-batterija jilħaq l-istat minimu tal-valur ta’ ċarġ kif definit mill-produttur, l-utent għandu jiġi avżat biex jaħseb għal din is-sitwazzjoni b’mod mgħaġġel biżżejjed biex isuq il-vettura bl-enerġija tagħha stess għall-inqas miż-żona tat-traffiku.

5.2.2.3.

Aċċelerazzjoni, tnaqqis fil-veloċità u sewqan b’lura tad-drive train mhux intenzjonati għandhom jiġu evitati. Partikolarment, difett (pereżempju fil-power train) m’għandux jikkawża aktar minn moviment ta’ 0,1 m ta’ vettura wieqfa mhux brejkjata.

5.2.2.4.

Waqt li ħiereġ mill-vettura ix-xufier għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal ovvju (pereżempju sinjal ottiku jew smugħi), jekk id-drive train ikun għadu fil-modalità li tagħmel possibbli sewqan attiv.

5.2.3.

Sewqan b’lura

5.2.3.1.

Sewqan b’lura għandu jkun biss possibbli permezz tal-operat ta’ kontroll speċifiku. Din l-azzjoni teħtieġ jew:

(a)

il-kombinazzjoni ta’ żewġ attwazzjonijiet differenti, jew

(b)

swiċċ elettriku li jippermetti biss li jsir sewqan b’lura meta l-vettura qed tiċċaqlaq 'il quddiem b’veloċità li ma taqbiżx il-5 km fis-siegħa. L-azzjonijiet kollha li jsiru fuq dan l-iswiċċ meta l-veloċità tkun aktar minn hekk għandhom jiġu injorati. It-tagħmir għandu jkollu biss pożizzjoni waħda stabbli.

5.2.3.2.

L-istat tal-unità għall-kontroll tad-direzzjoni tas-sewqan għandu jiġi identifikat mill-ewwel lix-xufier.

5.2.4.

Tnaqqis fil-kurrent għat-tħaddim f’każ ta’ emerġenza

5.2.4.1.

Jekk il-vettura tkun mgħammra b’tagħmir li jillimita l-effiċjenza f’każ ta’ emerġenza (per eżempju jekk komponent jisħon iżżejjed) l-utent għandu jiġi infurmat permezz ta’ sinjal ovvju.

5.3.

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu

5.3.1.

Dan it-test għandu jsir fuq il-vetturi elettriċi kollha tat-triq imħaddma b’batterija msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan ir-regolament.

Vetturi tat-triq mgħammra b’batteriji elettroliti mingħajr ilma jew b’batteriji ssiġillati tal-gass rikombinanti huma esklużi.

5.3.2.

It-testijiet għandhom isiru skont il-metodu deskritt fl-anness 7 tar-Regolament preżenti. It-teħid ta’ kampjuni ta’ idroġenu u l-analiżi għandhom jkunu dawk preskritti. Metodi oħra ta’ analiżi jistgħu jiġu approvati jew jiġi ppruvat li huma jagħtu riżultati ekwivalenti.

5.3.3.

Waqt proċedura normali għall-iċċarġjar fil-kundizzjonijiet imsemmija fl-anness 7, emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 125 g tul 5 sigħat, jew inqas minn 25 × t2 g tul t2 (f’siegħa).

5.3.4.

Waqt l-iċċarġjar li jsir minn tagħmir għall-iċċarġjar fuq vettura li għandu difett (kundizzjonijiet mogħtija fl-anness 7), emissjonijiet tal-idroġenu għandhom ikunu inqas minn 42 g. Barra minn hekk dan it-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għandu jillimita dan id-difett possibbilment għal 30 minuta.

5.3.5.

L-operazzjonijiet kollha marbuta mal-iċċarġjar tal-batterija huma kkontrollati b’mod awtomatiku, inkluż il-waqfa għall-iċċarġjar.

5.3.6.

M’għandux ikun possibbli li wieħed jieħu l-kontroll manwali ta’ fażijiet tal-iċċarġjar.

5.3.7.

Operazzjonijiet normali ta’ konnessjoni u qtugħ tal-konnessjoni mit-tagħmir għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi jew qtugħ ta’ enerġija ma jaffettwawx is-sistema tal-kontroll tal-fażijiet għall-iċċarġjar.

5.3.8.

Ħsarat importanti waqt l-iċċarġjar għandhom ikunu permanentament sinjalati lix-xufier. Ħsara importanti hija ħsara li tista’ twassal biex it-tagħmir tal-iċċarġajr fuq il-vettura jaħdem ħażin waqt l-iċċarġjar aktar 'il quddiem.

5.3.9.

Fil-manwali tal-użu għas-sid, il-produttur għandu jindika l-konformità tal-vettura ma’ dawn ir-rekwiżiti.

5.3.10.

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura f’dak li għandu x’jaqsam ma’ emissjonijiet tal-idroġenu tista’ tiġi estiża għal tipi differenti ta’ vetturi tal-istess familja, skont id-definizzjoni tal-familja mogħtija fl-anness 7, appendiċi 2.

6.   MODIFIKI U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP GĦAL TIPI TA’ VETTURI

6.1.

Kull modifika fuq it-tip ta’ vettura għandha tiġi notifikata lid-dipartiment amministrattiv li approva t-tip ta’ vettura. Id-dipartiment imbagħad jista’ jew:

6.1.1.

jikkunsidra li l-modifiki magħmula ma jidhrux li ser jkollhom effett negattiv apprezzabbli u li l-vettura xorta waħda hija konformi mar-rekwiżiti jew

6.1.2.

jitlob rapport ieħor dwar l-ittestjar mis-servizz tekniku responsabbli għat-tmexxija tat-testijiet.

6.2.

Konferma jew rifjut tal-approvazzjoni, li tispeċifika l-alterazzjoni għandha tiġi komunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 t’hawn fuq lill-Partijiet tal-Ftehim li qed japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.

L-awtorità kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje għal din it-tip ta’ estensjoni u tinforma dwar dan permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw ir-Regolament.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

7.1.

Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tiġi manifatturata b’tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 5 t’hawn fuq.

7.2.

Sabiex jiġi verifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 7.1 ġew sodisfatti, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

7.3.

Il-possessur tal-approvazzjoni għandu b’mod partikolari:

7.3.1.

jiggarantixxi l-eżistenza ta’ proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-vetturi;

7.3.2.

jkollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar meħtieġ biex tiġi iċċekjata l-konformità ta’ kull tip approvat;

7.3.3.

jiggarantixxi li d-dejta dwar riżultati ta’ testijiet tiġi reġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu determinat bi ftehim mad-dipartiment amministrattiv;

7.3.4.

janalizza r-riżultati ta’ kull tip ta’ test, sabiex tiġi verifikata u garantita l-konsistenza tal-karatteristiċi tal-vetturi, waqt li jżomm f’moħħu varjazzjonijiet permessi fil-produzzjoni industrijali;

7.3.5.

jiggarantixxi li tal-anqas ikunu saru t-testijiet preskritti fil-paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament għal kull tip ta’ vettura;

7.3.6.

jiggarantixxi li kull sett ta’ kampjuni jew biċċiet għall-ittestjar li jiġi ppruvat li mhumiex konformi mat-tip ta’ test in kwistjoni jwasslu għal aktar teħid ta’ kampjuni u testijiet. L-istadji kollha meħtieġa għandhom isiru biex tiġi stabbilita mill-ġdid l-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

7.4.

L-awtorità kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista’ f’kull ħin tivverifika l-metodi għall-kontroll tal-konformità applikati f’kull stazzjon tal-produzzjoni.

7.4.1.

Waqt kull spezzjoni, id-dokumenti dwar l-ittestjar u d-dokumenti dwar il-produzzjoni għandhom ikunu preżentati lill-ispettur li jżur.

7.4.2.

L-ispettur jista’ jieħu kampjuni fortuwiti biex jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-produttur. In-numru minimu ta’ kampjuni jista’ jiġi determinat skont ir-riżultati tal-kontrolli tal-produttur stess.

7.4.3.

Jekk il-livell tal-kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li ssir verifika tal-validità tat-testijiet li saru meta ġie applikat il-paragrafu 7.4.2, l-ispettur jista’ jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li jkun mexxa t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip.

7.4.4.

L-awtorità kompetenti tista’ tagħmel kull test preskritt f’dan ir-Regolament.

7.4.5.

Il-frekwenza normali ta’ spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti għandha tkun waħda ta’ kull sena. Iżda jekk jiġu reġistrati riżultati mhux sodisfaċenti waqt waħda miż-żjarat, l-awtorità kompetenti għandha tiggarantixxi li l-passi kollha meħtieġa jittieħdu biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni kemm jista’ ikun malajr.

8.   PENALI GĦAN-NUQAAS TA’ KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.

L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta’ vettura skont dan ir-Regolament tista’ tiġi revokata jekk ir-rekwiżiti mniżżla fil-paragrafu 7 ma jiġux sodisfati, jew jekk il-vettura jew il-komponenti tagħha ma jgħaddux mit-testijiet li saru disposiżżjonijiet dwarhom fil-paragrafu 7.3.5 t’hawn fuq.

8.2.

Jekk Parti li kkuntrattat fil-Ftehim li qed tapplika dan ir-Regolament tirrevoka l-approvazzjoni li hija tkun tat qabel, minnufih hija għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra li kkuntrattaw li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI IMWAQQFA DEFINITTIVAMENT

Jekk min għandu l-approvazzjoni jwaqqaf kompletament il-produzzjoni ta’ tip ta’ vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma b’dan lill-awtorità li tkun tat l-approvazzjoni. Kif tirċievi l-komunikazzjoni relevanti, l-awtorità għandha tinforma b’dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament permezz ta’ formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-anness 1 ta’ dan ir-Regolament.

10.   ISMIJIET U INDIRIZZI TA’ SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI LI JMEXXU TESTIJIET GĦALL-APPROVAZZJONI U TA’ DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 li qed japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli li jmexxu testijiet għall-approvazzjoni u tad-dipartimenti amministrattivi li jagħtu approvazzjonijiet, li għalihom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew ir-revoka ta’ approvazzjonijiet jew il-produzzjoni definittivament imwaqqfa, maħruġa minn pajjiżi oħra.


(1)  1 għall-Ġermanja, 2 għall-Franza, 3 għall-Italja, 4 għall-Olanda, 5 għall-Isvezja, 6 għall-Belġju, 7 għall-Ungerija, 8 għar-Repubblika Ċeka, 9 għall-Spanja, 10 għall-Jugoslavja, 11 għar-Renju Unit, 12 għall-Awstrija, 13 għal-Lussemburgu, 14 għall-Isvizzera, 15 (vojt), 16 għan-Norveġja, 17 għall-Finlandja, 18 għad-Danimarka, 19 għar-Rumanija, 20 għall-Polonja, 21 għall-Portugall, 22 għall-Federazzjoni Russa, 23 għall-Greċja, 24 għall-Irlanda, 25 għall-Kroazja, 26 għall-Islovenja, 27 għall-Islovakkja, 28 għall-Belarus, 29 għall-Estonja, 30 (vojt), 31 għall-Bosnja u Herzegovina, 32 għal-Latvja, 33 (vojt), 34 għall-Bulgarija, 35 (vojt), 36 għal-Litwanja, 37 għat-Turkija, 38 (vojt), 39 għall-Azerbaijan, 40 għall-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, 41 (vojt), 42 għall-Kommunità Ewropeja (approvazzjonijiet huma mogħtija mill-Istati Membri tagħha bl-użu tal-ECE rispettiv tagħhom), 43 għall-Ġappun, 44 (vojt), 45 għall-Awstralja, 46 għall-Ukrajina, 47 għall-Afrika t’Isfel u 48 għan-Nova Żelanda. Numri sussegwenti jiġu assenjati lil pajjiżi oħra bl-ordni kronoloġika li fiha huma jirratifikaw jew jiffirmaw il-Ftehim dwar l-Adozzjoni ta’ Preskrizzjonijiet tekniċi Uniformi għal Vetturi bir-Roti, Tagħmir u Partijiet li jistgħu jiġu mqiegħda fuq u/jew użati fuq Vetturi bir-Roti u l-Kundizzjonijiet għar-Rikonoxximent Reċiproku ta’ Approvazzjonijiet mogħtija fuq il-Bażi ta’ dawn il-Preskrizzjonijiet u għalhekk in-numri assenjati għandhom jiġu kkomunikati mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti lill-Partijiet li jikkuntrattaw fil-Ftehim.


ANNESS 1

KOMUNIKAZZJONI

(format massimu: A4 (210 x 297 mm))

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI GĦALL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Mudell A

(ara paragrafu 4.4. ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t“hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq imħaddma b'batterija ġie approvat fl-Olanda (E4), skont ir-Regolament Nru 100, u bin-numru tal-approvazzjoni 002492. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li l-approvazzjoni ġiet mogħtija b'konformità mar-Regolament Nru 100 fil-forma oriġinali tiegħu.

Mudell B

(ara paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni t”hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ikkonċernat ta' vettura elettrika tat-triq imħaddma b'batterija ġie approvat fl-Olanda (E4), skont ir-Regolamenti Nri 100 u 42 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-data ta' meta l-approvazzjonijiet rispettivi ġew mogħtija, iż-żewġ Regolamenti Nri 100 u 42 kienu fil-forma oriġinali tagħhom.


(1)  In-numru tal-aħħar huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

PROTEZZJONI MINN KUNTATTI DIRETTI MA’ PARTIJIET B’VULTAĠĠ

Estratt mill-istandard IEC 529 (1989)

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta’ dan l-istandard għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1.1.

Għata

Parti li tipprovdi protezzjoni tat-tagħmir minn ċerti influwenzi esterni u protezzjoni minn kuntatt dirett f’kull direzzjoni (IEV 826-03-12).

Nota

:

Din id-definizzjoni li hija meħuda mill-Vokabularju Elettrotekniku Internazzjonali (IEV) eżistenti teħtieġ l-ispjegazzjoni li ġejja għall-iskop ta’ dan l-istandard:

(a)

L-għata jipprovdi protezzjoni lil persuni (jew bhejjem) minn aċċess għal partijiet perikolużi.

(b)

Barrieri, forom ta’ fetħiet jew mezzi oħra – kemm jekk imqabbda mas-sistema magħluqa jew iffurmati mit-tagħmir magħluq- suffiċjenti biex jevitaw jew jillimitaw il-penetrazzjoni tas-sondi speċifiċi għall-ittestjar huma kkunsidrati bħala parti mis-sistema magħluqa, minbarra meta dawn ikunu jistgħu jiġu mneħħija mingħajr l-użu ta’ ċavetta jew biċċa għodda.

1.2.

Kuntatt dirett

Kuntatt ta’ persuni (jew bhejjem) ma’ partijiet li għaddej l-elettriku minnhom (IEV 826-03-05).

Nota

:

Din id-definizzjoni meħuda mill-Vokabularju Elettrotekniku Internazzjonali (IEV) tingħata għal skopijiet ta’ informazzjoni. F’dan l-istandard “kuntatt dirett” hija mibdula minn “aċċess għal partijiet perikolużi”.

1.3.

Grad ta’ protezzjoni

Il-grad ta’ protezzjoni provdut mill-għata kontra aċċess għal partijiet perikolużi, kontra dħul ta’ oġġetti solidi barranin u/jew kontra dħul ta’ ilma u verifikat permezz ta’ metodi standardizzati għall-ittestjar.

1.4.

Kodiċi IP

Sistema ta’ kodifikazzjoni sabiex tindika l-grad ta’ protezzjoni provdut mill-għata kontra aċċess għal partijiet perikolużi, dħul ta’ oġġetti solidi barranin, dħul ta’ ilma u sabiex tagħti informazzjoni addizzjonali f’dak li għandu x’jaqsam ma’ din it-tip ta’ protezzjoni.

1.5.

Partijiet perikolużi

Parti li hija perikoluża meta wieħed jersaq viċin tagħha jew imissha.

1.5.1.

Parti perikoluża li għaddej l-elettriku minnha

Parti li għaddej l-elettriku minnha, li taħt ċerti kundizzjonijiet ta’ influwenzi esterni, tista’ tagħti xokk elettriku [ara IEC 536, preżentament Dokument 64(CO)196].

1.5.2.

Parti mekkanika perikoluża

Parti li tiċċaqlaq, li mhix xaft rototarju li jdur bil-mod, li hija perikoluża jekk wieħed imissha.

1.6.

Protezzjoni provduta minn sistema magħluqa kontra aċċess għal partijiet perikolużi.

Il-protezzjoni ta’ persuni minn:

(a)

kuntatt ma’ partijiet perikolużi li għaddej l-elettriku minnhom b’vultaġġ baxx;

(b)

kuntatt ma’ partijiet mekkaniċi perikolużi;

(ċ)

tqarrib lejn partijiet li għaddej l-elettriku minnhom b’vultaġġ għoli ‘l isfel minn spazju ħieles suffiċjenti ġewwa sistema magħluqa.

Note

:

Din il-protezzjoni tista’ tiġi provduta:

(a)

permezz tas-sistema magħluqa stess;

(b)

permezz ta’ barrieri bħala parti mis-sistema magħluqa jew ta’ distanzi ġewwa s-sistema magħluqa.

1.7.

Spazju ħieles suffiċjenti għall-protezzjoni kontra aċċess għal partijiet perikolużi

Distanza biex tevita l-kuntatt jew it-tqarrib ta’ sondi għall-aċċess ta’ partijiet perikolużi.

1.8.

Sonda għall-aċċess

Sonda għall-ittestjar li tissimula b’mod konvenzjonali parti ta’ persuna jew ta’ biċċa għodda, jew simili, miżmuma minn persuna biex jiġi verifikat l-ispazju ħieles suffiċjenti minn partijiet perikolużi.

1.9.

Sonda tal-oġġetti

Sonda għall-ittestjar li tissimula oġġett solidu barrani sabiex tiġi verifikata l-possibilità tad-dħul f’sistema magħluqa.

1.10.

Fetħiet

Spazju jew fetħa f’sistema magħluqa li teżisti jew li tista’ tiġi ffurmata permezz tal-applikazzjoni ta’ sonda għall-ittestjar b’forza speċifikata

2.   TESTIJIET GĦALL-PROTEZZJONI MINN AĊĊESS GĦAL PARTIJIET PERIKOLUŻI INDIKATI PERMEZZ TA’ ITTRA ADDIZZJONALI

2.1.

Sondi għall-aċċess

Sondi għall-aċċess biex tiġi verifikata il-protezzjoni ta’ persuni minn aċċess għal partijiet perikolużi jidhru fil-figura 1.

2.2.

Kundizzjonijiet għall-ittestjar

Is-sonda għall-aċċess tiġi mbuttata f’kull fetħa tas-sistema magħluqa b’forza speċifikata fil-figura 1. Jekk hi tidħol parzjalment jew kollha kemm hi, hija titqiegħed f’kull pożizzjoni possibli, iżda fl-ebda każ l-is-stop face m’għandu jidħol kollu kemm hu mill-fetħa.

Barrieri interni huma meqjusa bħala parti mis-sistema magħluqa kif definita fil-paragrafu 1.1.

Għal testijiet fuq tagħmir b’vultaġġ baxx, provvista ta’ vultaġġ baxx (ta’mhux inqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) konnessa f’serje ma’ bozza adegwata għandha tiġi konnessa bejn is-sonda u l-parti perikoluża ġewwa s-sistema għall-għeluq. Partijiet perikolużi li għaddej l-elettriku minnhom miksija biss b’verniċ jew żebgħa jew protetti permezz ta’ ossidazzjoni jew ta’ proċess simili, jiġu miksija b’fojl tal-metall elettrikament konness ma’ dawn il-partijiet li normalment jgħaddi l-elettriku minnhom waqt l-operat tagħhom.

Il-metodu ta’ ċirkwit u li jagħti sinjali għandu jiġi applikat għal partijiet perikolużi li jiċċaqalqu ta’ tagħmir b’vultaġġ għoli.

Partijiet inerni li jiċċaqalqu jistgħu jiġu mħaddma bil-mod, meta dan huwa possibbli.

2.3.

Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni

Il-protezzjoni tkun sodisfaċenti jekk ikun hemm spazju vojt suffiċjenti bejn is-sonda għall-aċċess u l-partijiet perikolużi.

Fil-każ tat-test għall-ittra addizzjonali B, il-jointed test finger jista’ jidħol sa 80 mm tat-tul tiegħu, iżda l-is-stop face (Ø 50 mm x 20 mm) m’għandux jgħaddi minn ġol-fetħa. Jekk tibda’ mill-pożizzjoni dritta, iż-żewġ ġonot tat-test finger għandhom jkunu suċċessivament mgħawwġa permezz ta’ angolu sa 90o f’dak li għandu x’jaqsam mal-assi tal-parti tal-finger li tmiss u għandha tiġi mqiegħda f’kull pożizzjoni possibbli.

Fil-każ tat-testijit għall-ittra addizzjonali D, is-sonda għall-aċċess tista’ tidħol bit-tul kollu tagħha, iżda l-is-stop face ma jistax jidħol kollu kemm hu mill-fetħa. Ara l-anness A għal aktar spjegazzjoni.

Il-kundizzjonijiet għall-verifika ta’ spazju vojt suffiċjenti huma identiċi għal dawk imniżżla fil-paragrafu 2.3.1.

2.3.1.

Għal tagħmir b’vultaġġ baxx (ir-rati tal-vultaġġ ma jaqbżux 1 000 V AC u 1 500 V DC):

Is-sonda għall-aċċess m’għandiex tmiss partijiet perikolużi li għaddej elettriku minnhom.

Jekk spazju vojt suffiċjenti jiġi verifikat permezz ta’ ċirkwit tas-sinjalar bejn is-sonda u l-partijiet perikolużi, il-bozza ma tixgħelx.

Figura 1

Sondi għall-aċċess għat-testijiet għall-protezzjoni ta’ persuni mill-aċċess għal partijiet perikolużi

L-ewwel figura

Ittra addizzjonali

Sonda tal-aċċess

Forza tal-ittestjar

2

B

Jointed test finger

Ara illustrazzjoni 1 għad-dimensjonijiet sħaħ

Image

10 N ± 10 %

4, 5, 6

D

Wajer għall-ittestjar dijametru 1 0 mm tul 100 mm

Image

1 N ± 10 %

Illustrazzjoni 1

Jointed test finger

Image

Materjal: metall, ħlief meta speċifikat mod ieħor

Dimensjonijiet lineari f’millimetri

Toleranza għad-dimensjonijiet mingħajr toleranza speċifika:

 

Għal angoli 0/- 10o

 

Għal dimensjonijiet lineari:

 

sa 25mm: 0/-0,05

 

aktar minn 25 mm: ±0,2

Iż-żewġ ġonot għandhom jippermettu movimenti fl-istess livell u fl-istess direzzjoni permezz ta’ angolu ta’ 90o b’tolerenza ta’ 0 sa + 10o.


ANNESS 4

KEJL TAR-REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT BL-UŻU TAL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA

1.   DESKRIZZJONI TAL-METODU GĦALL-ITTESTJAR

Il-batterija tal-ġibda għandha tkun iċċarġjata kollha kemm hi

Il-voltmetru użat f’dan it-test għandu jkejjel valuri DC u għandu jkollu reżistenza interna ta’ aktar minn 10 ΜΩ.

Il-kejl għandu jsir f’żewġ stadji:

L-ewwel stadju:

Image

It-tieni stadju:

Image

It-tielet stadju:

Image

fejn Ro hija reżistenza ta’ 500 Ω/Volt

Il-valur tar-reżistenza tal-iżolament Ri jiġi kkalkulat permezz ta’ waħda mill-formuli:

Formula jew Formula


ANNESS 5

SIMBOLU GĦALL-INDIKAR TA' VULTAĠĠ

(Referenza għall-istandards ISO 3864 u IEC 417k)

Image

ANNESS 6

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-VETTURA

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI TAL-VETTURA

1.1.

Isem jew trejdmark tal-vettura: …

1.2.

Tip ta' vettura: …

1.3.

L-isem u l-indirizz tal-produttur: …

1.4.

Jekk applikabbli, l-isem u l-indirizz tar-rappreżentant tal-produttur: …

1.5.

Deskrizzjoni qasira tal-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija jew disinji/stampi li juru l-lok għall-installazzjoni tal-komponenti taċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija: …

1.6.

Stampa skematika tal-funzjonijiet elettriċi kollha inklużi fiċ-ċirkwit u għall-forniment ta' enerġija: …

1.7.

Vultaġġ imħaddem: … V

1.8.

Disinn u/jew ritratt tal-vettura:

2.   DESKRIZZJONI TAL-MUTUR(I)

2.1.

Għamla: …

2.2.

Tip: …

2.3.

Prinċipju għat-tħaddim: …

2.3.1.

Kurrent dirett/kurrent li jalterna/numru ta' fażijiet (1)

2.3.2.

Excitation: separata/imdawwra/f'serje/komposta (1)

2.3.3.

Sinkronizzazzjoni/asinkroniżmu (1)

2.3.4.

Sistema għat-tkessiħ: arja/likwidu (1)

3.   DESKRIZZJONI TAT-TRANSMIXIN

3.1.

Tip: manwali/awtomatika/xejn/oħrajn (speċifika): (1): …

3.2.

Proporzjonijiet tat-transmixin: …

3.3.

Dimensjoni tat-tajers: …

4.   IL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA

4.1.

Isem u trejdmark tal-batterija: …

4.2.

Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' kapils elettro-kimiċi użati: …

4.2.1.

Vultaġġ nominali: … V

4.2.2.

Numru ta' ċelluli tal-batterija

4.2.3.

Numru ta' moduli tal-batterija

Rata ta' gass imħallat (f'perċentwal)

4.3.

Tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu/sett għall-batterija: (1): …

4.4.

Deskrizzjoni tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm): …

4.5.

Deskrizzjoni qasira ta' proċeduri għall-manutenzjoni (jekk ikun hemm): …

4.6.

Enerġija tal-batterija: … kW.h

4.7.

Il-valur tal-vultaġġ fl-aħħar tad-disċarġ: … V

5.   KONVERTITURI ELETTRONIĊI GĦALL-POWER TRAIN U TAGĦMIR AWŻILARJU GĦALL-FORNIMENT TA' ENERĠIJA

5.1.

Deskrizzjoni qasira ta' kull konvertitur elettroniku u tagħmir awżiljarju: …

5.2.

Għamla tal-grupp ta' konvertituri elettroniċi: …

5.3.

Tip tal-grupp ta' konvertituri elettroniċi: …

5.4.

Għamla ta' kull tagħmir awżiljarju: …

5.5.

Tip ta' kull tagħmir awżiljarju:

5.6.

Tagħmir għall-iċċarġjar: fuq il-vettura/estern (1): …

5.6.1.

Għamla u tip ta' partijiet differenti tat-tagħmir għall-iċċarġjar (2):

5.6.2.

Deskrizzjoni permezz ta' disinn tat-tagħmir għall-iċċarġjar (2):

Forniment nominali ta' enerġija maħruġa (kW) (2):

Vultaġġ massimu għall-iċċarġjar (V) (2):

5.6.5.

Intensità massima għall-iċċarġjar (A) (2):

Għamla u tip tal-unità għall-kontroll (jekk ikun hemm) (2):

5.6.7.

Stampa dwar l-operat, il-kontroll u s-sigurtà (2):

5.6.8.

Deskrizzjoni u karatteristiċi tal-perjodi għall-iċċarġjar (2):

5.7.

Speċifikazzjoni tat-tagħmir għall-provvista ta' kurrenti elettriċi:

5.7.1.

Tip tat-tagħmir għall-provvista ta' kurrenti elettriċi: single phase/three phase (1)1:

5.7.2.

Vultaġġ: … V

6.   FJUS U/JEW CIRCUIT BREAKER

6.1.

Tip: …

6.2.

Stampa li turi l-limiti funzjonali: …

7.   SISTEMA GĦALL-IRBIT TA' WAJERS GĦALL-FORNIMENT TA' ENERĠIJA

7.1.

Tip: …


(1)  

Aqta' dak li ma japplikax.

(2)  

Għal vetturi mgħammar b'tagħmir għall-iċċaġjar fuq il-vettura.


ANNESS 7

DETERMINAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU WAQT IL-PROĊEDURI GĦALL-IĊĊARĠJAR TAL-BATTERIJA TAL-ĠIBDA

1.   INTRODUZZJONI

Dan l-anness jiddeskrivi il-proċedura għad-determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vetturi kollha tat-triq elettriċi mħaddma b’batterija, skont il-paragrafu 5.3 ta’ dan ir-Regolament.

2.   DESKRIZZJONI TAT-TEST

It-test għall-emissjoni ta’ idroġenu (illustrazzjoni 7.1) isir sabiex jiġu determinati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt proċeduri għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura. It-test jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

preparazzjoni tal-vettura;

(b)

iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda;

(ċ)

determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali;

(d)

determinazzjoni ta’ emissjoniet ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara.

3.   VETTURA

3.1.

Il-vettura għandha tkun f’kundizzjoni mekkanika tajba u tkun ġiet misjuqa mill-inqas għal 300 km waqt is-sebat ijiem qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tkum mgħammra bil-batterija tal-ġibda soġġetta għat-test għal emissjonijiet ta’ idroġenu.

3.2.

Jekk il-batterija tintuża b’temperatura ogħla mit-temperatura tal-arja, l-operatur għandu jsegwi l-proċeduri tal-produttur sabiex it-temperatura tal-batterija tal-ġibda tinżamm fil-limitu ta’ dik waqt funzjoni normali.

Ir-rappreżentant tal-produttur għandu jkollu l-kapaċità li jiċċertifika li s-sistema għall-ikkondizzjonar tat-temperatura tal-batterija tal-ġibda la għandha l-ħsara u lanqas mhi turi xi difettt fil-kapaċità.

Illustrazzjoni 7.1

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt il-proċeduri għall-iċċarġjar ta’ batterija tal-ġibda

Image

4.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL TESTIJIET GĦAL EMISSJONIJIET TA’ IDROĠENU

4.1.   Dinamometru tax-xażi

Id-dinamometru tax-xazi għandu jissodisfa r-rekwiżiti tas-serje ta’ emendi tal-05 fir-Regolament Nru 83.

4.2.   Sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu

Is-sistema magħluqa għall-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu għandha tkun kamra tal-kejl mitbuqa biex ma jgħaddix gass li fiha toqgħod il-vettura li qed tiġi ttestjata. Il-vettura għandha tkun aċċessibbli min-naħat kollha u meta s-sistema magħluqa tiġi ssiġġilata din għandha tiġi mitbuqa biex ma jgħaddix gass skont l-appendiċi 1 ta’ dan l-anness. Il-wiċċ ta’ ġewwa għandu jkun impermeabbli u ma juri l-ebda reazzjoni għall-idroġenu. Is-sistema għall-ikkondizzjonar tat-temperatura għandha tkun kapaċi tikkontrolla t-temperatura tal-arja interna ġewwa s-sistema magħluqa b’tali mod li tkun issegwi t-tempertura preskritta waqt it-test, b’toleranza medja ta’ ± 2 K waqt id-dewma tat-test.

Għall-addattament ta’ tibdil fil-volum minħabba l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa, jista’ jintuża tagħmir b’volum varjabbli jew tagħmir ieħor tal-ittestjar. Is-sistema magħluqa b’volum varjabbli tespandi u tiċkien skont l-emissjonijiet ta’ idroġenu fis-sistema magħluqa. Żewġ mezzi potenzjali għall-addattament ta’ tibdiliet interni fil-volum huma pannelli li jiċċaqalqu, jew disinn fil-forma ta’ minfaħ, fejn boroż impermeabbli ġewwa s-sistema magħluqa jespandu u jiċkienu skont it-tibdil tal-pressjoni interna billi tinbidel l-arja li ġejja minn barra s-sistema magħluqa. Kull disinn għall-addattament tal-volum għandu jżomm l-integrità tas-sistema magħluqa kif speċifikat fl-appendiċi 1 ta’ dan l-anness.

Kull metodu għall-addattament tal-volum għandu jillimita d-divrenzjali bejn il-pressjoni interna tas-sistema magħluqa u l-pressjoni barometrika għall-valur massimu ta’ ± 5 hPa.

Is-sistema magħluqa għandha tkun kapaċi li tingħalaq b’volum fiss. Sistema magħluqa b’volum varjabbli għandha tkun kapaċi li taddatta għall-bidla mill-“volum nominali” tagħha (ara anness 7, appendiċi 1, paragrafu 2.1.1), biex jiġu kkunsidrati l-emissjonijiet ta’ idroġenu waqt l-ittestjar.

4.3.   Sistemi analitiċi

4.3.1.

Analizzatur tal-idroġenu

4.3.1.1.

L-atmosfera fil-kamra tiġi sorveljata permezz ta’ analizzatur tal-idroġenu (tat-tip ta’ diteketer elettrokimiku) jew kromatografu li jidditektja konduttività termali. Kampjun ta’ gass għandu jittieħed min-nofs ta’ wieħed mill-ħitan tal-ġnub jew mis-saqaf tal-kamra u kull gass li ġie by-passed għandu jiġi rritornat fis-sistema magħluqa, preferibbilment lejn lok fid-direzzjoni tal-fann għat-taħlit.

4.3.1.2.

L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkollu ħin tar-reazzjoni ta’ inqas minn 10 sekondi għal 90 fil-mija tal-aħħar qari. L-istabbilità tiegħu għandha tkun aktar minn 2 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha, fuq perjodu ta’ 15 –il minuta għal-limiti operattivi kollha.

4.3.1.3.

L-abilità tar-ripetizzjoni tal-analizzatur espressa bħala devjazzjoni standard waħda għandha tkun ta’ aktar minn 1 fil-mija tal-iskala kollha fil-punt żero u ta’ 80 fil-mija ± 20 fil-mija tal-iskala kollha għal-limiti kollha użati.

4.3.1.4.

Il-limiti operattivi tal-annalizzatur għandhom jagħtu l-aħjar l-iżgħar riżultat għall-proċeduri tal-kejl, tal-kalibrar u tal-iċċekjar ta’ likiġis.

4.3.2.

Sistemi għar-reġistrazzjoni ta’ dejta minn analizzaturi tal-idroġenu

L-analizzatur tal-idroġenu għandu jkun mgħammar b’tagħmir li jirreġistra ħruġ ta’ sinjali elettriċi, bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta. Is-sistema tar-reġistrazzjoni għandu jkollha karatteristiċi operattivi għall-inqas ekwivalenti għas-sinjal li jkun qiegħed jiġi reġistrat u għandha tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tar-riżultati. Ir-reġistrazzjoni għandha tindika b’mod ċar il-bidu u t-tmiem tat-test b’iċċarġjar normali u ta’ operazzjoni bi ħsara waqt l-iċċarġjar.

4.4.   Reġistrazzjoni tat-temperatura

4.4.1.

Il-temperatura fil-kamra tiġi reġistrata f’żewġ lokazzjonijiet permezz ta’ sensers tat-temperatura, li huma konnessi b’tali mod biex juru l-valur medju. Il-lokazzjonijiet tal-kejl fis-sistema magħluqa huma estiżi approssimattivament b’0,1 m mil-linja ċentrali vertikali ta’ kull ħajt tal-ġenb f’għoli ta’ 0,9 ±0,2 m.

4.4.2.

It-temperaturi tal-moduli tal-batterija huma reġistrati permezz ta’ sensers.

4.4.3.

Waqt il-kejlijiet tal-emissjoni ta’ idroġenu, it-temperaturi għandhom jiġu reġistrati bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.4.4.

Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ temperaturi għandha tkun fil-limitu ta’ ±1,0 K u t-temperatura tkun tista’ tiġi riżoluta għal ±0,1 K.

4.4.5.

Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15 –il sekonda.

4.5.   Reġistrazzjoni tal-pressjoni

4.5.1.

Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, id-differenza Δp bejn il-pressjoni barometrika fiż-żona tal-ittestjar u l-pressjoni interna fis-sistema magħluqa għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.5.2.

Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni ta’ pressjoni għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 hPa u l-pressjoni tkun tista tiġi riżolvuta għal ±0,2 hPa.

4.5.3.

Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15–il sekonda.

4.6.   Reġistrazzjoni tal-vultaġġ u tal-intensità tal-kurrent

4.6.1.

Waqt il-kejl tal-emissjoni tal-idroġenu, l-intensità tal-vultaġġ u l-kurrent tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura (batterija) għandha tkun reġistrata bi frekwenza ta’ mill-inqas darba kull minuta.

4.6.2.

Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-vultaġġ għandu tkun fil-limitu ta’ ± 1 V u l-vultaġġ ikun jista jiġi riżolut għal ±0,1 V.

4.6.3.

Il-preċiżjoni tas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-intensità tal-kurrent għandha tkun fil-limitu ta’ ±0,5 A u l-intensità tal-kurrent tkun tista tiġi riżoluta għal ±0,05 A.

4.6.4.

Is-sistema tar-reġistrazzjoni jew is-sistema għall-ipproċessar tad-dejta għandha tkun kapaċi li tirriżolvi l-ħin għal ± 15–il sekonda.

4.7.   Fannijiet

Il-kamra għandha tkun mgħammra b’fann jew blower wieħed jew aktar minn wieħed b’ċirkolazzjoni possibbli ta’ 0,1 sa 0,5 m3/sekonda sabiex l-atmosfera fis-sistema magħluqa tiġi kompletament imħallta. Waqt il-kejl għandu jkun possibbli li fil-kamra jintlaħqu temperatura u konċentrazzjoni ta’ idroġenu omoġenji. Il-vettura fis-sistema magħluqa m’għandiex tkun soġġetta għal fluss dirett ta’ arja mill-fannijiet jew blowers.

4.8.   Gassijiet

4.8.1.

Il-gassijiet puri li ġejjin għandhom jkunu disponibbli għall-kalibrar u l-operat:

Arja sintetika purifikata (purità < 1 ppm C1 ekwivalenti; < 1 ppm CO; < 400 ppm CO2; < 0,1 ppm NO); kontenut tal-ossiġnu bejn 18 u 21 fil-mija tal-volum,

idroġenu (H2), 99,5 fil-mija purità minima.

4.8.2.

Il-gassijiet għall-kalibrar u l-kejl għandu jkun fihom taħlitiet ta’ idroġenu (H2) u arja sintetika purifikata. Il-konċentrazzjonijiet propji ta’ gass għall-kalibrar għandhom jkunu fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valuri nominali. Il-preċiżjoni tal-gassijiet dilwiti akkwistati meta jintuża separatur tal-gassijiet għandha tkun fil-limitu ta’ ± 2 fil-mija tal-valur nominali. Il-konċentrazzjonijiet speċifikati fl-appendiċi 1 jistgħu jiġu akkwistati permezz ta’ separatur tal-gassijiet li juża arja sintetika bħala gass li jiddilwixxi.

5.   PROĊEDURI GĦALL-ITTESTJAR

It-test jikkonsisti fil-ħames stadji li ġejjin:

(i)

Preparazzjoni tal-vettura,

(ii)

Iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda,

(iii)

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali,

(iv)

Iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda,

(v)

Determinazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu waqt iċċarġjar b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara.

Jekk jeħtieġ li l-vettura tiġi mċaqalqa bejn żewġ stadji, hi għandha tiġi mmbuttata lejn iż-żona tal-ittestjar li jmiss.

5.1.   Preparazzjoni tal-vettura

Iż-żmien tal-batterija tal-ġibda għandu jiġi iċċekkjat, sabiex jiġi ppruvat li l-vettura għamlet mill-inqas 300 km waqt is-sebat ijiem ta’ qabel it-test. Waqt dan il-perjodu, il-vettura għandha tiġi mgħammra b’batterija tal-ġibda sottomessa għal test għall-emissjoni ta’ idroġenu. Jekk dan ma jistax jiġi muri, il-proċedura li ġejja għandha tiġi applikata.

5.1.1.

Iddisċarġjar u iċċarġjar inizjali tal-batterija

Il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vettura waqt li tiġi misjuqa għal 30 minuta fuq korsa tal-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xasijiet b’veloċità stabbli ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura.

5.1.2.

Iċċarġjar inizzjali tal-batterija

L-iċċarġjar isir:

(a)

b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura,

(b)

f’temperatura tal-arja bejn 293 K u 303 K.

Il-proċedura teskludi kull tip ta’ iċċarġjar estern.

It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura.

Din il-proċedura tinkludi kull tip ta’ iċċarġjar speċjali li jista’ jiġi mibdi b’mod awtomatiku jew manwali, pereżempju equalisation charges jew servicing charges.

5.1.3.

Il-proċedura minn paragrafu 5.1.1 sal-paragrafu 5.1.2 għandha tiġi ripetuta darbtejn.

5.2.   Iddisċarġjar tal-batterija

Il-batterija tal-ġibda tiġi iddisċarġjata waqt is-sewqan fuq il-korsa għall-ittestjar jew fuq dinamometru tax-xasijiet b’veloċita standard ta’ 70 fil-mija ± 5 fil-mija tal-veloċità massima tal-vettura waqt it-tletin minuta.

Twaqqif tal-iddisċarġjar isir:

(a)

meta tingħata indikazzjoni lix-xufier permezz tal-istrumenti standard ta’ fuq il-vettura biex iwaqqaf il-vettura, jew

(b)

meta l-veloċità massima tal-vettura tkun inqas minn 20 km/h.

5.3.   Soaking

Fi żmien ħmistax –il minuta mill-kompletar tal-operazzjoni għall-iddisċarġjar tal-batterija fil-paragrafu 5.2, il-vettura tiġi ipparkjata fiż-żona għas-soaking. Il-vettura tiġi ipparkjata għal minimu ta’ 12 –il siegħa u għal massimu ta’ 36 siegħa, bejn it-tmiem tal-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda u l-bidu tat-test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali. Għal dan il-perjodu l-vettura għandha tiġi soaked b’temperatura ta’ 293 K ± 2 K.

5.4.   Test għall-emissjoni ta’ idroġenu waqt iċċarġjar normali

5.4.1.

Qabel il-kompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.

5.4.2.

L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u mkejjel qabel it-test.

5.4.3.

Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqalqa lejn il-kamra għall-kejl.

5.4.4.

Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi iċċarġjata skont il-proċedura normali tal-iċċarġjar kif speċfikat fil-paragrafu 5.4.7 aktar l-isfel.

5.4.5.

Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġġilati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar normali.

5.4.6.

Il-bidu ta’ iċċarġjar normali għall-perjodu tal-ittestjar għall-emmisjoni ta’idorġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jingħata l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar normali.

Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (paragrafu 6). Waqt il-perjodu ta’ iċċarġjar normali, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T m’għandiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.

5.4.7.

Proċedura għall-iċċarġjar normali

L-iċċarġjar normali jsir permezz ta’ tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t1.

(b)

iċċarġjar żejjed b’kurrent kostanti waqt t2. L-intensità tal-iċċarġjar żejjed tiġi speċifikata mill-produttur u tikkorrispondi għal dik użata waqt equalisation charging.

It-tmiem tal-kriterji għall-iċċarġjar tal-batterija tal-ġibda jikkorrispondi għall-waqfien awtomatiku tat-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura għal ħin tal-iċċarġjar ta’ t1 + t2. Dan il-ħin tal-iċċarġjar huwa limitat għal t1 + 5 s, anke jekk tingħata indikazzjoni ċara lix-xufier permezz ta’ strumenti standard li l-batterija għad mhix totalment iċċarġjata.

5.4.8.

L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test.

5.4.9.

It-tmiem tal-perjodu għat-teħid ta’ kampjuni ta’ emissjonijiet isir t1 + t2 or t1 + 5 s wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni kif speċifikat fil-paragrafu 5.4.6. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bl-iċċarġjar normali, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

5.5.   Testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura bi ħsara

5.5.1.

Fi żmien massimu ta’ sebat ijiem minn wara l-ikkompletar tat-test ta’ qabel, il-proċedura tibda bl-iddisċarġjar tal-batterija tal-ġibda tal-vettura skont il-paragrafu 5.2.

5.5.2.

L-istadji tal-proċedura msemmija fil-paragrafu 5.3 għandhom jiġu ripetuti.

5.5.3.

Qabel l-ikkompletar tal-perjodu tas-soaking, il-kamra għall-kejl għandha tiġi mnaddfa għal diversi minuti sa ma jiġi akkwistat sfond ta’ idroġenu stabbli. F’dan il-ħin il-fann(ijiet) tat-taħlit fis-sistema magħluqa għandhom jiġu mqabbda.

5.5.4.

L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test.

5.5.5.

Fl-aħħar tas-soaking, il-vettura għall-ittestjar bil-magna mitfija u bit-twieqi u l-bagoll tal-vettura għall-ittestjar miftuħa għandha tiġi mċaqalqa lejn il-kamra għall-kejl.

5.5.6.

Il-vettura tiġi konnessa mas-sistema għall-forniment ta’ kurrenti elettriċi. Il-batterija tiġi iċċarġjata skont il-proċedura kif speċfikat fil-paragrafu 5.5.9 aktar l-isfel.

5.5.7.

Il-bibien tas-sistema magħluqa jiġu magħluqa u ssiġillati biex ma jgħaddix gass fi żmien żewġ minuti mill-konnessjoni elettrika fl-istadju tal-iċċarġjar b’difett.

5.5.8.

Il-bidu ta’ iċċarġjar b’difett għall-perjodu tal-ittestjar għall-emissjoni ta’idroġenu jibda meta l-kamra tiġi ssiġillata. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jingħata l-qari inizzjali CH2i, Ti u Pi għat-test bl-iċċarġjar b’difett.

Dawn il-figuri jintużaw fil-kalkolu tal-emissjoni ta’ idroġenu (paragrafu 6). Waqt il-perjodu ta’ iċċarġjar b’difett, it-temperatura tal-arja fis-sistema magħluqa T m’għandiex tkun inqas minn 291 K u mhux aktar minn 295 K.

5.5.9.

Proċeduri għall-iċċarġjar b’difett

L-iċċarġjar b’difett isir b’tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura u jikkonsisti mill-istadji li ġejjin:

(a)

iċċarġjar b’forniment kostanti ta’ enerġija waqt t’1.

(b)

iċċarġjar b’kurrent massimu għal 30 minuta. Waqt din il-fażi it-tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura jiġi bblukkat meta jkun għaddej il-kurrent massimu.

5.5.10.

L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero u imkejjel qabel it-test.

5.5.11.

It-tmiem tal-perjodu tal-ittestjar ikun t1 + 30 minuta wara l-bidu tat-teħid inizjali ta’ kampjuni, kif speċifikat fil-paragrafu 5.8.8. Il-ħinijiet differenti li jgħaddu jiġu reġistrati. Il-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla biex jagħtu l-qari finali CH2f, Tf u Pf għal testijiet bi ħsara waqt l-iċċarġjar, użati għall-kalkulazzjoni msemmija fil-paragrafu 6.

6.   KALKULAZZJONI

It-testijiet għall-emissjoni ta’ idroġenu deskritti fil-paragrafu 5 jippermettu l-kalkulazzjoni tal-emissjonijiet tal-idroġenu minn iċċarġjar normali u minn fażijiet ta’ iċċarġjar b’difett. Emissjonijiet tal-idroġenu minn kull wieħed minn dawn il-fażijiet jiġu kkalkulati bl-użu tal-konċentrazzjonijiet inizjali u finali tal-idroġenu, temperaturi u pressjoni fis-sistema magħluqa flimkien mal-volum nett fis-sistema magħluqa.

Il-formula t’hawn taħt tiġi użata:

Formula

fejn:

MH2

=

il-kwantità ta’ idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni tal-idroġenu mkejjla fis-sistema magħluqa fil-volum ppm

V

=

il-volum nett fis-sistema magħluqa f’metri kubi (m3) ikkoreġut għall-volum tal-vettura bit-twieqi u l-bagoll miftuħ. Jekk il-volum tal-vettura mhuwiex determinat jiġi mnaqqas volum ta’ 1,42 m3.

Vout

=

volum għall-kumpens f’m3, għat-temepratura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f’K

P

=

il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f’kPa

k

=

2,42

fejn

:

i huwa l-qari inizjali

f huwa l-qari finali

6.2.   Riżultati tat-test

Il-kwantità ta’ emissjonijiet ta’ idroġenu għall-vettura huma:

MN

=

il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar normali, fi grammi

MD

=

il-kwantità ta’ emissjoni ta’ idroġenu għat-test b’iċċarġjar b’difett, fi grammi.

Appendiċi 1

KALIBRAR TA' TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR GĦAL EMISSJONIJIET TA' IDROĠENU

1.   FREKWENZA TAL-KALIBRAR U METODI

It-tagħmir kollu għandu jiġi kalibrat qabel l-ewwel użu tiegħu u wara jiġi kalibrat kull darba li dan ikun meħtieġ u f'kull każ fix-xahar ta' qabel l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip. Il-metodi tal-kalibrar li għandhom jintużaw huma deskritti f'dan l-appendiċi.

2.   KALIBRAR TAS-SISTEMA MAGĦLUQA

2.1.

Determinazzjoni inizjali tal-volum intern tas-sistema magħluqa

2.1.1.

Qabel l-ewwel użu tagħha, il-volum intern tal-kamra għandu jiġi determinat kif ġej. Id-dimensjonijiet interni tal-kamra għandhom jiġu mkejjla b'attenzjoni, fil-waqt li jiġu kkunsidrati l-irregolaritajiet kollha bħal puntali għall-inforzar. Il-volum intern tal-kamra jiġi determinat minn dan il-kejl.

Is-sistema magħluqa tinżamm b'volum fiss, meta s-sistema magħluqa jkollha temperatura tal-arja ta' 293 K. Il-volum nominali għandu jiġi ripetut fil-limitu ta' ±0,5 fil-mija tal-valur irrapportat.

2.1.2.

Il-volum intern nett jiġi determinat billi jiġu mnaqqsa 1,42 m3 mill-volum intern tal-kamra. Alternattivament il-volum tal-vettura għall-ittestjar bil-bagoll u t-twieqi miftuħin jista' jintuża minflok il-1,42 m3.

2.1.3.

Il-kamra għandha tiġi iċċekjata kif spjegat fil-paragrafu 2.3. Jekk il-kwantità ta' idroġenu ma taqbilx mal-kwantità injettata fil-limitu ta' ± 2 fil-mija, hija meħtieġ azzjoni korrettiva.

2.2.

Determinazzjoni ta' emissjonijiet fl-isfond tal-kamra

Din l-operazzjoni tiddermina li l-kamra ma fihiex materjali li jħallu ammonti sinifikanti ta' idroġenu. Din l-ispezzjoni għandha issir waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista' taffettwa emissjonijiet fl-isfond bi frekwenza ta' mill-inqas darba f'sena.

2.2.1.

Sistemi magħluqa b'volum varjabbli jistgħu jiġu mħaddma jew fil-konfigurazzjoni bil-volum miżmum jew fil-konfiugurazzjoni bil-volum mhux miżmum, kif deskritt fil-paragrafu 2.1.1. Waqt il-perjodu ta' 4 sigħat imsemmi aktar l-isfel, it-temperatura tal-arja għandha tinżamm għal 293 K ± 2 K.

2.2.2.

Is-sistema magħluqa tista' tiġi ssiġillata u l-fann tat-taħlit jiġi mħaddem għal perjodu sa 12 –il siegħa qabel ma jibda’ l-perjodu ta' erba' sigħat ta' teħid ta' kampjuni mill-isfond.

2.2.3.

L-analizzattur (jekk meħtieġ) għandu jiġi kalibrat, wara issettjat għaż-żero u mkejjel.

2.2.4.

Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma jiġi akkwistat qari stabbli tal-idroġenu, u l-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad.

2.2.5.

Wara l-kamra tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni ta' idroġenu fl-isfond, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dawn huma l-qari inizjali ta' CH2i, Ti u Pi użati fil-kalkulazjoni għall-isfond tas-sistema magħluqa.

2.2.6.

Is-sistema magħluqa titħalla kif tkun bi-fann għat-taħlit mixgħul għall-perjodu ta' erba' sigħat.

2.2.7.

Fl-aħħar ta' dan il-ħin l-istess analizzatur jintuża biex titkejjel il-konċentrazzjoni tal-idroġenu fil-kamra. It-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla ukoll. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf.

2.2.8.

Waqt il-ħin tat-test il-bidla tal-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa għandha tiġi kalkulata skont il-paragrafu 2.4 u m'għandiex taqbeż il-0,5 g.

2.3.

It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma ta' idroġenu fil-kamra

It-test tal-kalibrazzjoni u ż-żamma ta' idroġenu fil-kamra huwa mod ta' iċċekjar tal-volum ikkalkulat (paragrafu 2.1) u jkejjel ukoll ir-rata ta' kull telf minħabba likiġis. Ir-rata tat-telf minħabba likiġis tas-sistema magħluqa għandha tiġi determinata waqt l-introduzzjoni tas-sistema magħluqa għall-użu fis-servizz, wara kull operazzjoni fis-sistema magħluqa li tista' taffettwa l-integrità tas-sistema magħluqa u wara dan mill-inqas darba f'xahar. Jekk jiġu kompletati b'suċċess sitt spezzjonijiet konsekuttivi kull xahar għall-iċċekjar taż-żamma mingħajr azzjoni korrettiva, wara dan, ir-rata ta' telf minn likiġis tas-sistema magħluqa tista' tiġi determinata erba' darbiet f'sena sakemm ma tkun meħtieġa l-ebda azzjoni korrettiva.

2.3.1.

Is-sistema magħluqa għandha tiġi mnaddfa sa ma tinkiseb konċentrazzjoni stabbli ta' idroġenu. Il-fann għat-taħlit jiġi mqabbad, jekk ma jkunx diġà mqabbad. L-analizzattur tal-idroġenu għandu jiġi ssettjat għaż-żero, kalibrat (jekk meħtieġ) u mkejjel.

2.3.2.

Is-sistema magħluqa għandha tinżamm fil-pożizzjoni tal-volum nominali.

2.3.3.

Imbagħad is-sistema għall-kontroll tat-temperatura tal-arja tiġi mqabbda (jekk ma tkunx diġà mqabbda) u aġġustata għal temperatura inizjali ta' 293 K.

2.3.4.

Meta t-temperatura tas-sistema magħluqa tistabbilizza ruħha għal 293 K ± 2 K, is-sistema magħluqa tiġi ssiġillata u l-konċentrazzjoni, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dan huwa l-qari inizjali CH2i, Ti u Pi użat għall-kalibrar tas-sistema magħluqa.

2.3.5.

Is-sistema magħluqa ma tinżammx bil-volum nominali.

2.3.6.

Kwantità ta' bejn wieħed u ieħor 100 g ta' idroġenu tiġi injettata fis-sistema magħluqa. Il-preċiżjoni fil-kejl tal-kwantità ta' idroġenu għandha tkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-valur imkejjel.

2.3.7.

Is-sustanzi li jinsabu fil-kamra għandhom jitħallew jitħalltu għal ħames minuti u wara l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika jiġu mkejjla. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf għall-kalibrar tas-sistema magħluqa kif ukoll il-qari inizjali CH2i, Ti u Pi tal-ispezzjoni taż-żamma.

2.3.8.

Il-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.4 u 2.3.7 u l-formula fil-paragrafu 2.4. Dan għandu jkun fil-limitu ta' ± 2 fil-mija tal-kwantità ta' idroġenu mkejjel fil-paragrafu 2.3.6.

2.3.9.

Is-sustanzi li jinsabu fil-kompartiment għandhom jitħallew jitħalltu għal minimu ta' 10 sigħat. Kif jiġi kompletat dan il-perjodu l-konċentrazzjoni tal-idroġenu, it-temperatura u l-pressjoni barometrika finali jiġu mkejjla u reġistrati. Dan huwa l-qari finali CH2f, Tf u Pf tal-ispezzjoni taż-żamma.

2.3.10.

Wara l-kwantità ta' idroġenu tiġi kkalkulata mill-qari meħud skont il-paragrafi 2.3.7 u 2.3.9 bl-użu tal-formula fil-paragrafu 2.4. Il-kwantità ma tistax tvarja b'aktar minn 5 fil-mija mill-kwantità ta' idroġenu kkalkulata fil-paragrafu 2.3.8.

2.4.

Kalkulazzjoni

Il-kalkulazzjoni tal-bidla netta fil-kwantità ta' idroġenu fis-sistema magħluqa tintuża biex jiġi determinat l-isfond ta' idrokarbon tal-kompartiment u r-rata ta' telf minn likiġis. Il-qari inizjali u finali tal-konċentrazzjoni tal-idroġenu, tat-temperatura u tal-pressjoni barometrika jintużaw fil-formula li ġejja biex tiġi kkalkulata l-bidla fil-kwantità.

Formula

fejn:

MH2

=

kwantità ta' idroġenu, fi grammi

CH2

=

il-konċentrazzjoni ta'idroġenu mkejjla fis-sistema magħluqa, fi ppm fil-volum

V

=

il-volum tas-sistema magħluqa f'metri kubi (m3) kif imkejjla fil-paragrafu 2.1.1

Vout

=

volum għall-kumpens f'm3, għat-temperatura tal-ittestjar u l-pressjoni

T

=

it-temperatura tal-arja fil-kamra, f'K

P

=

il-pressjoni assoluta fis-sistema magħluqa, f'kPa

k

=

2,42

fejn

:

i huwa l-qari inizjali

f huwa l-qari finali

3.   KALIBRAR TAL-ANALIZZATUR TAL-IDROĠENU

L-analizzatur għandu jiġi kalibrat bl-użu ta' idroġenu fl-arja u ta' arja sintetika purifikata. Ara l-paragrafu 4.8.2 tal-anness 7.

L-iskali kollha tal-operat normalment użati għandhom jiġu kalibrati permezz tal-proċedura li ġejja.

3.1.

Stabbilixxi l-kurva tal-kalibrar mill-inqas permezz ta' ħames punti tal-kalibrar bi spazji ugwali kemm jista' jkun, fuq l-iskala tal-operat. Il-konċentrazzjoni nominali tal-gass tal-kalibrar bl-ogħla konċentrazzjonijiet ikun mill-inqas 80 fil-mija tal-iskala kollha.

3.2.

Ikkalkula l-kurva tal-kalibrar bil-metodu tal-least squares. Jekk il-grad polinominali li jirriżulta huwa akbar minn 3, in-numru ta' punti tal-kalibrar għandu mill-inqas ikun in-numru tal-grad polinominali miżjud bi 2.

3.3.

Il-kurva tal-kalibrar m'għandiex tvarja b'aktar minn 2 fil-mija mill-valur nominali ta' kull gass tal-kalibrar.

3.4.

Tabella li turi l-qari mill-analizzatur kontra l-konċentrazzjonijiet propji għandha tiġi ifformolata bl-użu tal-koeffiċjenti tal-polinominali maħruġa mill-proċedura tal-paragrafu 3.2 t’hawn fuq, bi skali ta' mhux aktar minn 1 fil-mija tal-iskala sħiħa. Dan għandu jsir għal kull serje ta' analizzaturi kalibrati.

Il-figura għandha tinkludi ukoll dejta oħra relevanti bħal:

Data tal-kalibrar

Qari ta' ċifri minn potenzjometri mkejjla u ssettjat għaż-żero (jekk applikabbli)

Skala nominali

Dejta ta' referenza dwar kull gass tal-kalibrar użat

Il-valur propju u dak indikat ta' kull gass tal-kalibrar użat flimkien mad-differenzi fil-perċentwali

Pressjoni tal-kalibrar tal-analizzatur

3.5.

Metodi alternattivi (pereżempju kompjuter, range switch ikkontrollat b'mod elettroniku) jistgħu jintużaw jekk jiġi ppruvat lis-servizzi tekniċi li dawn il-metodi jagħtu riżultati preċiżi ekwivalenti.

Appendiċi 2

KARATTERISTIĊI ESSENZJALI TAL-FAMILJA TAL-VETTURA

1.   PARAMETRI LI JIDDEFINIXXU L-FAMILJA F'DAK LI GĦANDU X'JAQSAM MAL-EMISSJONIJIET TA' IDROĠENU

Il-familja tista' tiġi definita permezz ta' parametri bażiċi fid-disinn li għandhom ikunu komuni għal vetturi fl-istess familja. F'ċerti każijiet jista' jkun hemm interazzjoni tal-parametri. Dawn l-effetti għandhom jiġu kkunsidrati biex jiġi żgurat li vetturi b'karatteristiċi simili għall-emmisjoni ta' idroġenu biss jiġu inklużi fl-istess familja.

2.

Għal dan il-għan, dawk ti-tipi ta' vetturi biss li l-parametri tagħhom deskritti hawn taħt huma identiċi huma kkunsidrati li jagħmlu parti mill-istess emissjonijiet ta' idroġenu.

Il-batterija tal-ġibda:

Isem jew trejdmark tal-batterija

Indikazzjoni tat-tipi kollha ta' kapils elettro-kimiċi użati

Numru ta' ċelluli tal-batterija

Numru ta' moduli tal-batterija

Vultaġġ nominali tal-batterija (V)

Enerġija tal-batterija (kWh)

Rata ta' gass imħallat (f'perċentwali)

Tip(i) ta' ventilazzjoni għal modulu (i) jew sett għall-batterija

Tip tas-sistema tat-tkessiħ (jekk ikun hemm)

Tagħmir għall-iċċarġjar fuq il-vettura:

Għamla u tip ta' partijiet differenti tat-tagħmir għall-iċċarġjar

Forniment ta' enerġija nominali maħruġa (kW)

Vultaġġ massimu tal-iċċarġjar (V)

Intensità massima tal-iċċarġjar (A)

Għamla u tip tal-unità tal-kontroll (jekk ikun hemm)

Stampa li turi l-operat, kontrolli u sigurtà

Karatteristiċi tal-perjodi tal-iċċarġjar


14.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.