ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 40

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
11 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 122/2009 tal-10 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar il-kundizzjonijiet għall-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta u l-kundizzjonijiet biex l-annimali jkunu eżentati mill-projbizzjoni ta' ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira ( 1 )

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/7/KE tal-10 ta' Frar 2009 li temenda l-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

12

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE tal-10 ta' Frar 2009 li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ koċċidijostati jew istomonostati mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira ( 1 )

19

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/109/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Frar 2009 dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE biex jiġi stabbilit jekk ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE jissodisfawx ir-rekwiżiti biex ikunu inklużi fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 724)  ( 1 )

26

 

 

2009/110/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2009 dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fil-Ġermanja fl-2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 712)

31

 

 

2009/111/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Frar 2009 dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard EN 3-8:2006 Pajrini tal-idejn – Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali ma’ EN 3-7 għall-bini, ir-reżistenza għall-pressa u t-testijiet mekkaniċi għall-pajrini bi pressa massima permissibbli daqs jew inqas minn 30 bar skont id-Direttiva 97/23/KE dwar it-tagħmir tal-pressa (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 739)  ( 1 )

33

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/112/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

35

 

 

2009/113/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2007

36

 

 

2009/114/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 2009 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

37

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/115/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt Komunità/Żvizzera Għat-Trasport bl-Ajru stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tas-16 ta’ Diċembru 2008 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-Trasport bl-Ajru

38

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/116/PESK tal-10 ta' Frar 2009 li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti f’dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

56

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi ( ĠU L 3, 5.1.2008 )

58

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 122/2009

tal-10 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

195,3

JO

68,6

MA

43,0

TN

134,4

TR

98,0

ZZ

107,9

0707 00 05

JO

170,1

MA

134,2

TR

169,4

ZZ

157,9

0709 90 70

MA

113,5

TR

148,2

ZZ

130,9

0709 90 80

EG

103,6

ZZ

103,6

0805 10 20

EG

50,9

IL

53,0

MA

64,2

TN

47,6

TR

63,1

ZA

44,9

ZZ

54,0

0805 20 10

IL

162,7

MA

100,1

TR

52,0

ZZ

104,9

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

72,2

IL

86,9

JM

101,6

MA

153,9

PK

50,9

TR

65,7

ZZ

88,5

0805 50 10

EG

64,1

MA

67,1

TR

56,7

ZZ

62,6

0808 10 80

AR

91,9

CA

90,4

CL

67,8

CN

89,1

MK

32,6

US

112,1

ZZ

80,7

0808 20 50

AR

95,8

CL

57,1

CN

59,1

US

125,0

ZA

113,1

ZZ

90,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 123/2009

tal-10 ta' Frar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1266/2007 dwar il-kundizzjonijiet għall-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta u l-kundizzjonijiet biex l-annimali jkunu eżentati mill-projbizzjoni ta' ħruġ stipulata fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue  (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(1)(ċ), 11 u 12 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/75/KE tistabbilixxi regoli ta’ kontroll u miżuri biex ikun affaċċjat u megħlub il-virus bluetongue, inkluż regoli dwar it-twaqqif ta' żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u l-implimentazzjoni ta' programmi ta' tilqim, kif ukoll projbizzjoni ta' ħruġ għall-annimali li jitilqu minn dawk iż-żoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1266/2007 (2) jistipula regoli għall-kontroll, monitoraġġ, sorveljanza u restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-annimali, fir-rigward tal-bluetongue, fi u minn żona protetta u ta' sorveljanza (“iż-żona ristretta”).

(3)

L-Anness III ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-eżenzjonijiet mill-projbizzjoni ta' ħruġ applikabbli għall-movimenti ta’ annimali suxxettibbli, l-isperma, l-bajd u l-embrijuni tagħhom kif stipulat fid-Direttiva 2000/75/KE.

(4)

Skont l-opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali tal-EFSA dwar organiżmi li jġorru l-mikrobi u vaċċini (3), adottata fis-27 ta' April 2007, it-tilqim huwa għodda ideali għall-kontroll tal-bluetongue u kontra t-tfaqqigħ kliniku u għalhekk ideali biex ikun limitat it-telf għar-raħħala.

(5)

It-tilqim tal-annimali kontra l-bluetongue jirrappreżenta bidla radikali tal-istat immuni tal-popolazzjoni suxxettibbli. Il-prova tal-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus ġenerali jew ta' serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-bluetongue f'parti miż-żona ristretta għandu jsir mill-Istati Membri permezz tar-riżultati tal-programmi ta' monitoraġġ tal-bluetongue li jeżistu skont ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007. Dawn il-programmi ta' monitoraġġ għandhom jinkludu sorveljanza klinika passiva u sorverljanza attiva bbażata fuq testijiet fil-laboratorju tal-anqas permezz ta' monitoraġġ fl-annimali sentinella.

(6)

Is-sorveljanza bbażata fuq il-laboratorju permezz ta' testijiet fuq annimali sentinella m'għandhiex tkun ristretta biss għat-test seroloġiku iżda tista' ssir permezz ta' metodi ta' dijanjosi oħra, pereżempju testijiet għall-identifikazzjoni tal-aġent.

(7)

It-tilqim fl-assenza taċ-ċirkolazzjoni tal-virus m'għandux ikun skoraġġut u t-tilqim preventiv fiż-żoni risretti migħajr iċ-ċirkolazzjoni tal-virus għandu jkun permess. Madankollu, skont id-Direttiva 2000/75/KE, it-tilqim kontra l-bluetongue huwa permess biss fiż-żona ta' protezzjoni. L-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 jistipula li l-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta meta l-istess serotip jew serotipi tal-virus tal-bluetongue huma preżenti għandu jkun permess mill-awtorità kompetenti sakemm l-annimali li għandhom ikunu mċaqalqa ma juru l-ebda sinjal kliniku ta' bluetongue fil-jum tat-trasport, fuq is-suppożizzjoni li dawn l-annimali ma huma tal-ebda riskju addizzjonali għas-saħħa tal-annimali.

(8)

Iż-żoni fejn it-tilqim kien applikat u fejn ma hemm l-ebda preżenza ta' xi serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue huma ta' riskju aktar baxx miż-żoni l-oħra li huma parti miż-żona ristretta fejn hemm iċ-ċirkolazzjoni tal-virus. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jitħallew jiddemarkaw, fi ħdan iż-żoni protetti fejn sar tilqim u fejn ma hemmx preżenza ta xi serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue. L-intenzjoni li jkunu ddemarkati dawn iż-żoni għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni, flimkien mal-informazzjoni li turi li dan huwa ġustifikat. L-Istati Membri l-oħra għandhom ikunu infurmati wkoll b'din id-demarkazzjoni.

(9)

L-Artikolu 7(2) ta' dak ir-Regolament jippermetti l-moviment tal-annimali minn żona protetta għal żona sorveljata, taħt ċerti kundizzjonijiet. Il-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta, minn parti ta' dik iż-żona bil-preżenza tal-virus għal parti mlaqqma u mingħajr preżenza tal-virus għandu jkun permess taħt kundizzjonijiet simili għal dawk rikjesti għall-moviment tal-annimali minn żona protetta għal żona sorveljata fl-istess żona ristretta biex jitnaqqas ir-riskju tal-firxa tal-virus f'dik il-parti taż-żona ristretta li hija mlaqqma u mingħajr il-preżenza tal-virus. Għaldaqstant ir-regoli eżistenti dwar il-moviment ta' annimali fl-istess żona ristretta fejn jeżisti l-istess serotip jew serotipi tal-virus tal-bluetongue għandhom ikunu emendati

(10)

Il-moviment tal-annimali minn parti ta' żona ristretta mlaqqma u mingħajr l-eżistenza tal-virus għal żona barra miż-żona ristretta huwa bħalissa permess suġġett għall-istess kundizzjonijiet li japplikaw meta annimali jkunu mċaqalqa minn żona ristretta bl-eżistenza tal-virus għal żona 'l barra miż-żona ristretta. Madankollu, meta wieħed jikkunsidra l-ammont relattivament żgħir ta' riskju tal-moviment tal-annimali minn żona ristretta mlaqqma u mingħajr l-eżistenza tal-virus, huwa xieraq li dawn il-movimenti jkunu permessi taħt kundizzjonijiet anqas stretti fir-rigward tat-test għall-identifikazzonni tal-virus li huwa obbligatorju għal ċerti kategoriji ta' annimali mlaqqma. L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1266/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Qed jiddaħħal il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   L-Istati Membri jistgħu, fuq il-bażi tar-riżultati ta' evalwazzjoni tar-riskji li trid tikkunsidra biżżejjed dejta epidemijoloġika miġbura wara l-implimentazzjoni tal-monitoraġġ tal-annimali sentinella skont il-punt 1.1.2.1 tal-Anness I, jiddemarkaw parti minn żona protetta bħala ‘żona ristretta mlaqqma u mingħajr l-eżistenza ta' xi serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue’ (‘żona b'riskju aktar baxx’), suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

it-tilqim ikun appplikat f'dik il-parti taż-żona protetta għal serotip speċifiku jew serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue;

(ii)

dak is-serotip speċifiku jew is-serotipi speċifiċi tal-virus tal-bluetongue ma jeżistux f'dik il-parti taż-żona protetta.

Stat Membru li għandu l-intenzjoni li jiddemarka parti minn żona protetta bħala ‘żona b'riskju aktar baxx’ għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'din l-intenzjoni. Din in-notifika għanda tkun akkumpanjata mill-informazzjoni u d-dejta kollha neċessarja biex tkun ġustifikata d-demarkazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemijoloġika taż-żona kkonċernata, b'mod partikolari fir-rigward tal-eżistenza tal-programm ta' monitoraġġ tal-bluetongue. Huwa għandu wkoll jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b'dan mingħajr dewmien.

Il-moviment tal-annimali fl-istess żona ristretta minn żona fejn jiċċirkolaw serotip jew serotipi tal-virus tal-bluetongue għal parti mill-istess żona ristretta ddemarkata bħala ‘żona b'riskju aktar baxx’ jista' biss ikun permess jekk:

(a)

l-annimali jkunu konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III; jew

(b)

l-annimali jkunu konformi ma’ kull garanzija oħra xierqa tas-saħħa tal-annimali bbażata fuq riżultat pożittiv ta’ evalwazzjoni tar-riskji ta’ miżuri kontra t-tixrid tal-virus tal-bluetongue u l-protezzjoni kontra attakki minn organiżmi li jġorru l-mikrobu, meħtieġa mill-awtorità kompetenti tal-post tal-oriġini u approvata mill-awtorità kompetenti tal-post tad-destinazzjoni, qabel ma jsir il-moviment ta’ annimali bħal dawn; jew

(ċ)

l-annimali huma ddestinati għall-qatla immedjata.”

(b)

Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b'dan li ġej:

“3.   L-Istat Membru tal-oriġini għandu minnufih jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar il-garanziji tas-saħħa tal-annimali msemmija fil-paragrafu 2(b) jew 2a(b).

4.   Għall-annimali msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 2a ta’ dan l-Artikolu, il-kliem addizzjonali li ġej għandu jiżdied maċ-ċertifikati korrispondenti tas-saħħa stabbiliti fid-Direttivi 64/432/KEE, 91/68/KEE u 92/65/KEE, jew imsemmija fid-Deċiżjoni 93/444/KEE:

‘Annimali f’konformità ma’ … (l-Artikolu 7(1) jew 7(2)(a) jew 7(2)(b) jew 7(2)(ċ), jew 7(2a)(a) jew 7(2a)(b), jew 7(2a)(ċ), indika kif xieraq) tar-Regolament (KE) Nru 1266/2007’”.

(2)

Fl-Anness I, il-punt 1.1.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

1.1.2.1.   Il-monitoraġġ b'annimali sentinella:

Il-monitoraġġ permezz ta' annimali sentinella għandu jikkonsisti fi programm annwali attiv ta’ ttestjar ta’ annimali sentinella mmirat lejn l-evalwazzjoni taċ-ċirkolazzjoni tal-virus bluetongue fi ħdan iż-żona ristretta. Fejn possibbli, l-annimali sentinella għandhom ikunu annimali bovini. Dawn għandhom ikunu f’partijiet taż-żona ristretta fejn, wara li ssir analiżi tar-riskji li tqis evalwazzjonijiet entomoloġiċi u ekoloġiċi, tkun ġiet ikkonfermata l-preżenza tal-organiżmu li jġorr il-mikrobu jew ikunu preżenti abitazzjonijiet xierqa għat-tnissil tal-organiżmu li jġorr il-mikrobu.

L-annimali sentinella għandhom jiġu ttestjati mill-inqas kull xahar matul il-perjodu ta’ attività tal-organiżmu li jġorr il-mikrobu involut, jekk ikun magħruf. F'nuqqas ta’ tagħrif bħal dan l-annimali tal-madwar għandhom jiġu ttestjati mill-inqas darba kull xahar matul is-sena kollha.

In-numru minimu ta’ annimali sentinella għal kull unità ġeografika ta' referenza għall-għanijiet ta' monitoraġġ u sorveljanza tal-bluetongue għandu jkun rappreżentattiv u suffiċjenti biex tinstab inċidenza kull xahar (*) ta’ 2 % bi grad ta' ċertezza ta’ 95 % f’kull unità ġeografika ta' referenza;

L-ittestjar fil-laboratorju għandu jkun maħsub b'mod li wara t-testijiet ta' skrining pożittiv ikun hemm testijiet seroloġiċi/viroloġiċi speċifiċi tas-serotip immirati għas-serotip jew serotipi tal-bluetongue neċessarji biex tkun aċċertata ċ-ċirkolazzjoni ta' serotip speċifiku f'kull żona ġeografika epidemijoloġikament rilevanti.

(*)  Huwa stmat li r-rata normali annwali ta' serokonverżjoni f'żona infettata huwa ta' 20 %. Madankollu, fil-Komunità, iċ-ċirkolazzjoni tal-virus isseħħ l-aktar f'perjodu ta' madwar sitt xhur (tmiem ir-rebbiegħa/nofs il-ħarifa). Għalhekk 2 % hija stima konservattiva tar-rata mistennija ta' serokonverżjoni kull xahar.”"

(3)

Fl-Anness III, it-Taqsima A hija emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 5(b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

tlaqqmu b’vaċċin inattivat qabel mill-inqas in-numru ta’ jiem meħtieġa għall-bidu tal-protezzjoni tal-immunità stabbiliti fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim u ġew suġġetti għal test għall-identifikazzjoni tal-aġent skont il-Manwal tal-Annimali Terrestri tal-OIE, b’riżultati negattivi, li jkun sar mill-inqas 14-il jum wara l-bidu tal-protezzjoni tal-immunità stabbilita fl-ispeċifikazzjonijiet tal-vaċċin approvat fil-programm ta’ tilqim; madankollu, it-test għall-identifikazzjoni tal-aġent mhuwiex neċessarju għall-movimenti ta' annimali minn parti taż-żona ristretta ddemarkata bħala ‘żona b'riskju aktar baxx’ skont l-Artikolu 7.2(a) ta' dan ir-Regolament.”

(b)

It-tielet paragrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Għal annimali tqal, dawn għandhom ikunu konformi ma' tal-anqas waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 5, 6 u 7 qabel l-inseminazzjoni jew it-tgħammir, jew il-kundizzjoni stipulata fil-punt 3 għandha tkun rispettata. Fil-każ ta' test seroloġiku, kif stipulat fil-punt 3, it-test għandu jsir biss fl-aħħar sebat ijiem mid-data taċ-ċaqliq.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli b’mod dirett fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(2)  ĠU L 283, 27.10.2007, p. 37.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2007) 479, 1-29.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 124/2009

tal-10 ta' Frar 2009

li jistabbilixxi livelli massimi għall-preżenza ta’ koċċidijostati jew istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-koċċidijostati u l-istomonostati huma sustanzi maħsuba biex joqtlu jew ixekklu l-protożoa li tista’, inter alia, tkun awtorizzata għall-użu bħala addittivi fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2). L-awtorizzazzjonijiet għall-koċċidijostati u l-istomonostati bħala addittivi fl-għalf jistipulaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu bħall-ispeċi jew kategoriji tal-annimali fil-mira li l-addittivi huma maħsuba għalihom.

(2)

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf jistgħu jipproduċu fi ħdan stabbiliment wieħed medda wiesgħa ta’ għalf, u tipi differenti ta’ prodotti jistgħu jiġu manifatturi wara xulxin fl-istess linja ta’ produzzjoni. Jista’ jiġri li traċċi inevitabbli ta’ prodott jibqgħu fil-linja ta’ produzzjoni u jispiċċaw fil-bidu tal-produzzjoni ta’ prodott ieħor tal-għalf. Dan it-trasferiment minn lott ta’ produzzjoni għal ieħor jissejjaħ “trażmissjoni (carry over)” jew “trażmissjoni ta’ kontaminazzjoni” u jista’ jseħħ, pereżempju, meta l-koċċidijostati jew l-istomonostati jintużaw bħala addittivi awtorizzati fl-għalf. Dan jista’ jirriżulta fil-kontaminazzjoni tal-għalf prodott sussegwentement minħabba l-preżenza ta’ traċċi li huma teknikament inevitabbli ta’ dawk is-sustanzi fl-“għalf mhux immirat”, pereżempju fl-għalf li fih mhux awtorizzat l-użu ta' koċċidijostati jew istomonostati, bħal għalf maħsub għal speċi u kategoriji ta’ annimali li m’hemmx dispożizzjoni dwarhom fl-awtorizzazzjoni għall-addittiv. Din il-kontaminazzjoni inevitabbli tista’ sseħħ fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-għalf imma wkoll tul il-ħażna u t-trasport tal-għalf.

(3)

Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jadottaw regoli nazzjonali li jindirizzaw il-kwistjoni tat-trażmissjoni tal-koċċidijostati jew l-istomonostati awtorizzati f’għalf mhux immirat u l-preżenza tagħhom li tirriżulta f’oġġetti ta’ ikel derivat, b'mod li jkun hemm xkiel għall-funzjonament tas-suq intern, huwa meħtieġ li jiġu addotati regoli armonizzati tal-Komunità fuq din il-kwistjoni.

(4)

It-trażmissjoni inevitabbli f’għalf mhux fil-mira ta’ sustanzi attivi li jinsabu fil-koċċidijostati u l-istomonostati awtorizzati hija meqjusa bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/32/KE (3) u l-preżenza tagħhom ma għandhiex tpoġġi fil-periklu s-saħħa tal-annimal, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, huma stabbiliti livelli massimi ta’ dawn is-sustanzi f’għalf tal-annimali b’Direttiva tal-Kummissjoni 2009/8/KE li temenda l-Anness I tad-Direttiva 200/32/KE (4).

(5)

L-okkorrenza tat-trażmissjoni inevitabbli ta’ koċċidijostati u istomonostati f’għalf mhux fil-mira, anke inqas mil-livelli minimi stabbiliti bid-Direttiva 2002/32/KE, tista’ tirriżulta fil-preżenza ta’ residwi ta’ dawn is-sustanzi fi prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. Għalhekk, sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, u sa fejn għad ma hemmx limitu massimu ta’ resdiwu (LMR) stabbilit għall-ikel speċifiku konċernat fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għall-iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ġejjin mill-annimali (5) jew fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandhom ikunu stabbiliti t-tolleranzi massimi għall-preżenza ta’ sustanzi attivi li jinsabu fil-koċċidijostati u l-istomonostati f’ikel li ġej mill-annimali li joriġina minn għalf mhux fil-mira, fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel.

(6)

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat diversi opinjonijiet (6) dwar ir-riskji involuti għas-saħħa tal-annimal u s-saħħa pubblika bħala konsegwenza tat-trażmissjoni inevitabbli ta’ koċċidijostati jew istomonostati awtorizzati bħala addittivi għall-għalf f’għalf mhux fil-mira. Għal kull koċċidijostat jew istomonostat awtorizzat bħala għalf addittiv, il-valutazzjoni tal-Awtorità qieset rati ipotetiċi ta’ trażmissjoni ta’ 2 %, 5 % u 10 % minn għalf prodott bl-ogħla doża awtorizzata ta’ koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira prodott wara.

(7)

Meta wieħed iqis il-konklużjonijiet tal-opinjonijiet xjentifiċi individwali, jista’ jingħad li b’mod ġenerali l-Awtorità kkonkludiet li l-preżenza tal-koċċidijostati jew l-istomonostati awtorizzati bħala għalf addittiv f’għalf mhux fil-mira fuq livelli li jirriżultaw minn trażmissjoni inevitabbli, u meta wieħed iqis il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, mhux probabbli li din il-preżenza tirriżulta f’effetti ta’ ħsara għal saħħet l-annimali u li r-riskju għas-saħħa tal-konsumatur mill-inġestjoni tar-residwi fi prodotti minn annimali esposti għall-għalf ikkontaminat huwa negliġibbli.

(8)

Wara li ġew meqjusa l-opinjonijiet tal-Awtorità u l-approċċi attwali differenti applikati fl-Istati Membri biex jindirizzaw it-trażmissjoni ta' kontaminazzjoni, qed jiġi propost li jiġu stabbiliti livelli massimi għall-ikel kif stipulat fl-annessi ta’ dan ir-Regolament, biex jiġi żgurat funzjonament tajjeb tas-suq intern u biex titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness għandhom jiġu riveduti sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2011 biex jitqiesu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

(9)

Il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għandhom ikun adattati kontinwament skont tibdiliet fil-limiti massimi ta’ resdiwi (LMR) stabbiliti għall-ikel speċifiku kkonċernat fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi kull proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali jew fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru. 1831/2003. Fid-dawl tal-possibbiltà li jkun hemm perjodu ta’ żmien bejn dawn l-emendi u l-addattament konsegwenti għal-livelli massimi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, dan tal-aħħar għandu jitqies bħala mingħajr ħsara għal-livelli massimi ta’ residwi ta’ koċċidijostati jew istomonostati stabbiliti fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 jew fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(10)

Minħabba l-fatt li t-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira jista’ jirriżulta fil-preżenza ta’ dawn is-sustanzi bħala kontaminaturi f’ikel derivat, huwa xieraq li jittieħed approċċ komprensiv u integrat li jindirizza l-kwistjoni permezz tal-adozzjoni u l-applikazzjoni simultanja ta’ dan ir-Regolament u d-Direttiva 2009/8/KE billi jiġu stabbiliti livelli massimi għat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira.

(11)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti tal-ikel elenkati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq meta dawn ikun fihom kontaminant elenkat fl-Anness f’livell li huwa ogħla mil-livelli massimi stipulati fl-Anness.

Fil-każ li jinstab residwu sinifikanti taħt il-livell massimu stipulat fl-Anness, hu xieraq li l-awtorità kompetenti twettaq investigazzjonijiet biex tikkonferma li r-residwu huwa preżenti bħala konsegwenza tat-trażmissjoni inevitabbli fl-għalf u mhux bħala konsegwenza ta’ amministrazzjoni illegali tal-koċċidijostati jew istomonostati.

Il-prodotti tal-ikel li jikkonformaw mal-livelli massimi stipulati fl-Anness m'għandhomx jitħalltu mal-prodotti tal-ikel li jirriżultaw ogħla minn dawn il-livelli.

2.   Meta jiġu applikati l-livelli massimi stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament għall-prodotti tal-ikel li huma mnixxfa, mħallta, ipproċessati jew komposti minn iktar minn ingredjent wieħed, għandhom jiġu meħuda inkonsiderazzjoni l-bidliet fil-konċentrazzjoni tal-kontaminant ikkawżat minn tnixxif, taħlit jew ipproċessar, kif ukoll il-proporzjon relattiv tal-ingredjenti fil-prodott.

3.   Il-livelli massimi stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet u l-LMR stabbiliti mir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u l-LMR stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(3)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(4)  Ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(6)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta′ prodotti tal-għalf mhux fil-mira mil-lasaloċidu awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2007)553, 1-46.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/CONTAM_ej553_lasalocid_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira min-narasin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2007)552, 1-35.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/CONTAM_ej552_narasin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-maduramicin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)594, 1-30.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej594_maduramicin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mis-semiduramicin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)593, 1-27.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej593_semduramicin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mis-salinomycin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)591, 1-38.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej591_salinomycin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-monensin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)592, 1-40.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej592_monensin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-halofuginone awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)657, 1-31.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej657_halofuginone_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mid-decoquinate awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)656, 1-26.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej656_decoquinate_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mir-robenidine awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)655, 1-29.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej655_robenidine_en,0.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira min-nicarbazin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)690, 1-34.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej690_nicarbazin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira minn diclazuril awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, Il-Ġurnal tal-EFSA (2008)716, 1-31.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej716_diclazuril_en.pdf?ssbinary=true


ANNESS

Livelli massimi fl-oġġetti tal-ikel

Sustanza

Prodotti tal-ikel

Kontenut massimu f’μg/kg (ppb) piż meta mxarrba

1.

Lasalocid sodium

Ikel li joriġina minn annimali li ma jagħmlux mal-ispeċi tat-tjur:

 

ħalib;

1

fwied u kliewi;

50

ikel ieħor.

5

2.

Narasin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin:

 

bajd;

2

ħalib;

1

fwied;

50

ikel ieħor.

5

3.

Salinomycin sodium

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin jew fniek għat-tismin:

 

bajd;

3

fwied;

5

ikel ieħor.

2

4.

Monensin sodium

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u bovini (inklużi baqar tal-ħalib):

 

fwied;

8

ikel ieħor.

2

5.

Semduramicin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin:

2

6.

Maduramicin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin u dundjani.

2

7.

Robenidine

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u fniek għat-tismin u t-trobbija:

 

bajd;

25

fwied, kliewi, ġilda u xaħam;

50

ikel ieħor.

5

8.

Decoquinate

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, bovini u ovini, apparti l-annimali li jagħtu l-ħalib.

20

9.

Halofuginone

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani u bovini, apparti l-baqar tal-ħalib:

 

bajd;

6

fwied u kliewi;

30

ħalib;

1

ikel ieħor.

3

10.

Nicarbazin

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin:

 

bajd;

100

ħalib;

5

fwied u kliewi;

100

ikel ieħor.

25

11.

Diclazuril

Ikel li joriġina minn annimali li ma humiex tiġieġ għat-tismin, dundjani għat-tismin, fniek għat-tismin u t-trobbija, annimali li jixtarru u l-porċini:

 

bajd;

2

fwied u kliewi;

40

ikel ieħor.

5


DIRETTIVI

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/12


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/7/KE

tal-10 ta' Frar 2009

li temenda l-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-punti (c) u (d) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 14 tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2000/29/KE telenka organiżmi li jagħmlu l-ħsara lill-pjanti jew lill-prodotti tal-pjanti u tistipula ċerti miżuri kontra l-introduzzjoni tagħhom fl-Istati Membri minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi.

(2)

Abbażi tat-tagħrif fornut mill-Istati Membri u eżami mill-esperti tal-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE, huwa xieraq li jiġu emendati l-listi tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara fl-Annessi I u II biex jitjieb il-ħarsien mill-introduzzjoni ta’ dawn l-organiżmi fil-Komunità. Il-bidliet kollha huma bbażati fuq evidenza teknika u xjentifika.

(3)

Meta titqies iż-żieda fil-kummerċ internazzjonali fil-pjanti u l-prodotti tal-pjanti, hemm bżonn ta’ ħarsien fitosanitarju tal-Komunità kontra l-introduzzjoni tal-organiżmi li jagħmlu l-ħsara li ġejjin li s’issa mhumiex magħrufin bħala preżenti fil-Komunità: Dendrolimus sibiricus Tschetverikov; Rhynchophorus palmarum (L.); Agrilus planipennis Fairmaire fuq pjanti tal-Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq., u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., u li magħruf li jinsab biss fil-Kanada, fiċ-Ċina, fil-Ġappun, fil-Mongolja, fir-Repubblika tal-Korea, fir-Russja, fit-Tajwan, u fl-Istati Uniti; il-virus Chrysanthemum stem necrosis fuq pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw.; Scrobipalpopsis solanivora (Povolny) fuq tuberi ta’ Solanum tuberosum L. u Stegophora ulmea (Schweinitz: Fries) Sydow & Sydow fuq pjanti ta’ Ulmus L. u Zelkova L., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ. Barra minn hekk, it-tixrid ulterjuri ta’ Paysandisia archon (Burmeister), li tinsab f'xi żoni tal-Komunità fuq 11-il ġeneru ta’ Palmae u taħt kontroll uffiċjali, hemm bżonn li jkun limitat għall-istess raġunijiet.

(4)

L-ismijiet ta’ Saissetia nigra (Nietm.) u Diabrotica virgifera Le Conte għandhom ikunu emandati b’konformità mad-denominazzjonijiet xjentifiċi riveduti ta’ dawk l-organiżmi. Saissetia nigra (Nietm.) saret Parasaissetia nigra (Nietner). Diabrotica virgifera Le Conte inqasmet f’żewġ sottospeċi, jiġifieri Diabrotica virgifera virgifera Le Conte, preżenti reġjonalment fil-Komunità, u Diabrotica virgifera zeae Krysan & Smith, mhux preżenti fil-Komunità.

(5)

Għalhekk hemm bżonn li l-elenkar ta’ dawk l-organiżmi fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2000/29/KE jiġi emendat.

(6)

Għaldaqstant, ir-rekwiżiti rilevanti fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għall-importazzjoni jew il-moviment ta’ pjanti li jospitaw organiżmi li jagħmlu l-ħsara msemmija fl-Annessi I u II hemm bżonn li jiġu emendati biex iqisu l-elenkar emendat fl-Annessi I u II.

(7)

Il-kodiċi NM għall-injam ta’ Acer saccharum Marsh, għandu bżonn jiġi aġġornat fl-Anness V, Parti B biex b’hekk il-lista ta’ kodiċi NM għall-injam soġġett għall-kontroll fuq l-importazzjoni tkun kompluta.

(8)

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati skont it-test fl-Anness ta' din id-Direttiva.

L-Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I, II, IV u V tad-Direttiva 2000/29/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni I:

(i)

il-punt 10.0. li ġej jiddaħħal wara l-punt 10:

“10.0.

Dendrolimus sibiricus Tschetverikov”;

(ii)

il-punt 10.4 jinbidel b’dan li ġej:

“10.4.

Diabrotica virgifera zeae Krysan & Smith”;

(iii)

il-punt 19.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 19:

“19.1.

Rhynchophorus palmarum (L.)”

(b)

fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni II, il-punt 0.1. li ġej jiddaħħal qabel il-punt 1:

“0.1.

Diabrotica virgifera virgifera Le Conte”.

(2)

Fl-Anness II, il-Parti A hija emendata kif ġej:

(a)

fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni I:

(i)

il-punt 1.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 1:

“1.1.

Agrilus planipennis Fairmaire

Pjanti maħsuba għat-tħawwil, minbarra pjanti f’kultura tan-nisġa u żrieragħ, injam u qoxra ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti”

(ii)

il-punt 24 jitħassar;

(iii)

il-punt 28.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 28:

“28.1.

Scrobipalpopsis solanivora Povolny

Tuberi ta’ Solanum tuberosum L.”

(b)

fl-intestatura (c) tas-Sezzjoni I, il-punt 14.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 14:

“14.1.

Stegophora ulmea (Schweinitz: Fries) Sydow & Sydow

Pjanti ta’ Ulmus L. u Zelkova L., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ”

(ċ)

fl-intestatura (d) tas-Sezzjoni I, il-punt 5.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 5:

“5.1.

Chrysanthemum stem necrosis virus

Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ”

(d)

fl-intestatura (a) tas-Sezzjoni II:

(i)

il-punt 6.3. li ġej jiddaħħal wara l-punt 6.2:

“6.3.

Parasaissetia nigra (Nietner)

Pjanti ta’ Citrus L., Fortunella Swingle, Poncirus Raf., u l-ibridi tagħhom, minbarra l-frott u żrieragħ”

(ii)

il-punt 10 li ġej jiddaħħal wara l-punt 9:

“10.

Paysandisia archon (Burmeister)

Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.”

(3)

Fl-Anness IV, Parti A, is-Sezzjoni I hija emendata kif ġej:

(a)

il-punti 2.3, 2.4 u 2.5 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2.2:

“2.3.

Sew jekk elenkati fost il-kodiċi NM fl-Anness V, Parti B u sew jekk le, injam ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., minbarra fil-forma ta’

laqxiet, miksuba kompletament jew parzjalment minn dawn is-siġar,

materjal tal-ippakkjar tal-injam, fil-forma ta’ kontenituri tal-ippakkjar, kaxex, ċestuni, tankijiet u ppakkjar simili, palits, kaxex tal-palits u twavel tat-tagħbija oħrajn, għenuq tal-palits, li huma effettivament użati għat-trasport ta’ oġġetti ta’ kull xorta,

injam użat bħala feles jew appoġġ għat-tagħbija mhux tal-injam,

imma li jinkludi njam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu,

li joriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(b)

huwa kwadrat biex ikun jista’ jitneħħa kompletament il-wiċċ tond.

2.4.

Sew jekk elenkat fost il-kodiċi NM fl-Anness V, Parti B u sew jekk le, injam f’forma ta’ laqxiet miksub kompletament jew parzjalment minn Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li joriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

Stqarrija uffiċjali li l-injam:

(a)

joriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(b)

li ġie pproċessat f’biċċiet ta’ mhux aktar minn 2,5 ċm ħxuna u wisa’.

2.5.

Qoxra iżolata ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidianaPlanch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li toriġina mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

Stqarrija uffiċjali li l-qoxra iżolata:

(a)

toriġina f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Agrilus planipennis Fairmaire b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(b)

li ġiet ipproċessata f’biċċiet ta’ mhux aktar minn 2,5 ċm ħxuna u wisa’”

(b)

il-punt 11.4. li ġej jiddaħħal wara l-punt 11.3.:

“11.4.

Il-pjanti ta’ Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidianaPlanch., Ulmus parvifoliaJacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ u pjanti f’kultura tan-nisġa li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti

Stqarrija Uffiċjali li l-pjanti:

(a)

tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Agrilus planipennis Fairmaire, stabbilita minn organizzazzjoni nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(b)

tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f'post ta' produzzjoni fejn ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Agrilus planipennis Fairmaire waqt żewġ spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel l-esportazzjoni.”

(ċ)

it-test fil-kolonna tan-naħa tal-lemin tal-punt 14 huwa emendat kif ġej: “Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-pjanti fl-Anness IV(A)(I)(11.4), dikjarazzjoni uffiċċjali li l-ebda sintomi tal-Elm phlöem necrosis mycoplasm ma ġew osservati fil-post ta’ produzzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu mill-bidu tal-aħħar ċiklu sħiħ ta’ veġetazzjoni.”

(d)

il-punti 25.4.1 u 25.4.2 li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 25.4:

“25.4.1.

Tuberi tas-Solanum tuberosum L., minbarra dawk maħsuba għat-tħawwil

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tuberi elenkati fl-Anness III(A)(12) u l-Anness IV(A)(I)(25.1), (25.2) u (25.3), stqarrija uffiċjali li t-tuberi joriġinaw f'żoni fejn Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith mhux magħruf li jseħħ.

25.4.2.

Tuberi tas-Solanum tuberosum L.

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tuberi elenkati fl-Anness III(A)(10), (11) u (12) u l-Anness IV(A)(I)(25.1), (25.2), (25.3), (25.4) u (25.4.1), stqarrija uffiċjali li:

(a)

it-tuberi joriġinaw f’pajjiż fejn Scrobipalpopsis solanivora Povolny mhux magħruf li jseħħ; jew

(b)

it-tuberi joriġinaw f’żona libera minn Scrobipalpopsis solanivora Povolny, stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għall-Fitosanità rilevanti.”

(e)

il-punt 25.8 jitħassar;

(f)

il-punt 28.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 28:

“28.1.

Pjanti ta’ Dendranthema (DC.) Des Moul. u Lycopersicon lycopersicum (L.) Karsten ex Farw., maħsuba għat-tħawwil, minbarra taż-żrieragħ

Bla ħsara għar-rekwiżiti applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Anness III(A)(13), l-Anness IV(A)(I) (25.5), (25.6), (25.7), (27.1), (27.2) u (28), stqarrija uffiċjali li:

(a)

il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż ħieles minn Chrysanthemum stem necrosis virus, jew

(b)

il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’żona stabbilita mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż esportatur bħala libera mill-Chrysanthemum stem necrosis virus b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti, jew

(ċ)

il-pjanti tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż ta’ produzzjoni, stabbilit bħala ħieles mill-Chrysanthemum stem necrosis virus u vverifikat permezz ta’ spezzjonijiet uffiċjali u, fejn xieraq, permezz ta' testijiet.”

(g)

il-punt 37.1. li ġej jiddaħħal wara l-punt 37:

“37.1.

Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf

Bla ħsara għall-projbizzjonijiet applikabbli għall-pjanti elenkati fl-Annex III(A)(17) u r-rekwiżiti elenkati fl-Anness IV(A)(I)(37) stqarrija uffiċjali li l-pjanti:

(a)

tkabbru tul ħajjithom f’pajjiż fejn Paysandisia archon (Burmeister) mhux magħruf li jseħħ; jew

(b)

tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Paysandisia archon (Burmeister), stabbilita minn għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(ċ)

tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f’post ta' produzzjoni:

li jkun irreġistrat u sorveljat mill-għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini, u

fejn il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit b’ħarsien fiżiku sħiħ mill-introduzzjoni ta’ Paysandisia archon (Burmeister) jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

meta, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, inkluż eżatt qabel l-esportazzjoni, ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Paysandisia archon (Burmeister).”

(4)

Fl-Anness IV, Parti A, Sezzjoni II, il-punt 19.1 li ġej jiddaħħal wara l-punt 19:

“(19)(1)

Pjanti ta' Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.

Stqarrija Uffiċjali li l-pjanti:

(a)

tkabbru tul ħajjithom f’żona libera minn Paysandisia archon (Burmeister), stabbilita minn għaqda nazzjonali tal-ħarsien tal-pjanti b’konformità mal-Istandards Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji rilevanti; jew

(b)

tkabbru, tul perjodu ta’ mill-inqas sentejn qabel il-moviment, f’post ta’ produzzjoni:

li jkun irreġistrat u sorveljat mill-entità uffiċjali responsabbli fl-Istat Membru tal-oriġini, u

fejn il-pjanti jkunu tpoġġew f’sit b’ħarsien fiżiku sħiħ mill-introduzzjoni ta’ Paysandisia archon (Burmeister) jew bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa, u

fejn, waqt tliet spezzjonijiet uffiċjali fis-sena mwettqa fi żminijiet xierqa, ma ġew osservati l-ebda sinjali ta’ Paysandisia archon (Burmeister).”

(5)

L-Anness V jiġi emendat kif ġej:

(a)

Fis-Sezzjoni I tal-Parti A jiddaħħal il-punt 2.3.1. li ġej wara l-punt 2.3:

“2.3.1.

Pjanti ta’ Palmae, maħsuba għat-tħawwil, li għandhom dijametru taz-zokk fil-bażi ta’ iktar minn 5 ċm u li jappartjenu għall-ġeneri li ġejjin: Brahea Mart., Butia Becc., Chamaerops L., Jubaea Kunth, Livistona R. Br., Phoenix L., Sabal Adans., Syagrus Mart., Trachycarpus H. Wendl., Trithrinax Mart., Washingtonia Raf.”

(b)

Is-Sezzjoni I tal-Parti B hija emendata kif ġej:

(i)

it-tielet inċiż li ġej jiżdied mal-punt 5:

“—

Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim., Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc. li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti.”

(ii)

is-sitt inċiż li ġej jiżdied mal-punt 6(a):

“—

Fraxinus L., Juglans mandshurica Maxim.,Ulmus davidiana Planch., Ulmus parvifolia Jacq. u Pterocarya rhoifolia Siebold & Zucc., inkluż injam li ma żammx il-wiċċ tond naturali tiegħu, li joriġinaw mill-Kanada, miċ-Ċina, mill-Ġappun, mill-Mongolja, mir-Repubblika tal-Korea, mir-Russja, mit-Tajwan u mill-Istati Uniti.”

(iii)

fil-punt 6(b), is-sezzjoni

“ex 4407 99

Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat fin-nota tas-sottointestatura 1 tal-Kapitolu 44 jew injam tropikali ieħor, ballut (Quercus spp.) jew fagu (Fagus spp.), issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm”

qiegħda titħassar u tinbidel bi:

“ex 4407 93

Injam ta’ Acer saccharum Marsh, isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

4407 95

Injam tal-fraxxnu (Fraxinus spp.) isserrat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm

ex 4407 99

Injam mhux tal-koniferi (minbarra injam tropikali speċifikat fin-nota tas-sottointestatura 1 tal-Kapitolu 44 jew injam tropikali ieħor, ballut (Quercus spp.), fagu (Fagus spp.), aġġru (Acer spp.), ċirasa (Prunus spp.) jew fraxxnu (Fraxinus spp.)) issegat jew imlaqqax mit-tul, imfellel jew imqaxxar, inċanat jew le, xkatlat jew imwaħħal mit-tarf, ta’ ħxuna li taqbeż is-6 mm”


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/19


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/8/KE

tal-10 ta' Frar 2009

li temenda l-Anness I għad-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ koċċidijostati jew istomonostati mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fil-għalf mhux fil-mira

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Il-koċċidijostati u l-istomonostati huma sustanzi maħsuba biex joqtlu jew ixekklu l-protożoa li jistgħu, inter alia, jkunu awtorizzati għall-użu bħala addittivi fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (2). L-awtorizzazzjonijiet għall-koċċidijostati u l-istomonostati bħala addittivi fl-għalf jistipulaw kundizzjonijiet speċifiċi għall-użu bħall-ispeċi jew kategoriji tal-annimali fil-mira li l-addittivi huma maħsuba għalihom.

(2)

L-operaturi tal-kummerċ tal-għalf jistgħu jipproduċu ġewwa stabbiliment wieħed medda wiesgħa ta’ għalf, u tipi differenti ta’ prodotti jista’ jkollhom jiġu manifatturati wara xulxin fl-istess linja ta’ produzzjoni. Jista’ jiġri li jibqgħu xi traċċi inevitabbli ta’ prodott fil-linja ta’ produzzjoni u jispiċċaw fil-bidu tal-produzzjoni ta’ prodott ieħor tal-għalf. Dan it-trasferiment minn lott ta’ produzzjoni għal ieħor jissejjaħ “trażmissjoni (carry over)” jew “transkontaminazzjoni” u jista’ jseħħ, pereżempju, meta l-koċċidijostati jew l-istomonostati jintużaw bħala addittivi awtorizzati fl-għalf. Dan jista’ jirriżulta fil-kontaminazzjoni tal-għalf prodott sussegwentement minħabba l-preżenza ta’ traċċi li huma teknikament inevitabbli ta’ dawk is-sustanzi fl-“għalf mhux fil-mira”, jiġifieri fl-għalf li fih mhux awtorizzat l-użu ta' koċċidijostati jew istomonostati, bħal għalf maħsub għal speċi u kategoriji ta’ annimali li m’hemmx dispożizzjoni dwarhom fl-awtorizzazzjoni għall-addittivi. Din it-transkontaminazzjoni inevitabbli tista’ sseħħ fl-istadji kollha tal-produzzjoni u l-ipproċessar tal-għalf imma wkoll tul il-ħżin u t-trasport tal-għalf.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 183/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-iġjene tal-għalf (3) jistipula rekwiżiti speċifiċi għan-negozji tal-għalf li jużaw il-koċċidijostati u l-istomonostati fil-produzzjoni tal-għalf. B’mod partikolari, l-operaturi kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha fir-rigward tal-faċilitajiet u t-tagħmir, il-produzzjoni, il-ħżin u t-trasport sabiex tkun evitata kwalunkwe transkontaminazzjoni, u dan skont l-obbligi stipulati fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament imsemmi hawn fuq. L-iffissar tal-livelli massimi tat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati u l-istomonostati fl-għalf mhux fil-mira skont id-Direttiva 2002/32/KE m’għandux ixekkel l-obbligu ewlieni tal-operaturi li japplikaw prattiki tajba tal-manifattura li jimmiraw li jevitaw din it-transkontaminazzjoni. Għalhekk, għad hemm il-ħtieġa ta' sforz kontinwu min-naħa tal-operaturi kkonċernati sabiex jevitaw il-preżenza ta' sustanzi mhux mixtieqa bħal dawn fl-għalf tal-annimali.

(4)

Mat-tħaddim ta' prattiki tajba tal-manifattura, għandhom jiġu stabbiliti l-livelli massimi tat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati u l-istomonostati fl-għalf mhux fil-mira skont il-prinċipju ALARA (As Low As Reasonably Achievable) [Baxx kemm jista’ jkun raġonevolment possibbli]. Sabiex il-manifattur tal-għalf jiġi megħjun jiġġestixxi t-trażmissjoni inevitabbli msemmija hawn fuq, għandha titqies rata ta’ trażmissjoni ta' madwar 3 % meta mqabbla mal-kontenut massimu fir-rigward tal-għalf għal speċijiet ta’ annimali mhux fil-mira li huma inqas sensittivi, filwaqt li għandha tinżamm ir-rata ta’ trażmissjoni ta’ madwar 1 % meta mqabbla mal-kontenut massimu awtorizzat għall-għalf magħmul għall-ispeċijiet ta’ annimali mhux fil-mira li huma sensittivi u għal “withdrawal feed”, jiġifieri għalf li jintuża fil-perjodu ta’ qabel il-qatla. Ir-rata tat-trażmissjoni ta’ 1 % għandha titqies ukoll għat-transkontaminazzjoni ta’ għalf ieħor għall-ispeċijiet fil-mira li miegħu ma jkunux żdiedu l-ebda koċċidijostati u istomonostati, u fir-rigward tal-għalf mhux fil-mira għal “annimali li kontinwament jipproduċu l-ikel”, bħalma huma l-baqar tal-ħalib jew it-tiġieġ li jbidu, fejn jidher li hemm evidenza ta’ trażmissjoni mill-għalf għall-ikel ta’ oriġini mill-annimali. Jekk il-materjali tal-għalf jingħalfu direttament lill-annimali jew jekk jintuża l-għalf komplementari, l-użu tagħhom fir-razzjon ta’ kuljum m’għandux jirriżulta fl-esponiment tal-annimali għal livelli ogħla ta’ koċċidijostati jew istomonostati mil-livelli massimi korrispondenti ta’ esponiment fejn jintuża biss għalf sħiħ fir-razzjon ta' kuljum.

(5)

Sabiex jiġi evitat li l-Istati Membri jadottaw regoli nazzjonali li jindirizzaw il-kwistjoni tat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati jew tal-istomonostati awtorizzati f’għalf mhux fil-mira u l-preżenza tagħhom li tirriżulta f’oġġetti ta’ ikel derivat, b'mod li jkun hemm xkiel għat-tħaddim tas-suq intern, jinħtieġ li jiġu addotati regoli armonizzati tal-Komunità fuq din il-kwistjoni.

(6)

It-trażmissjoni inevitabbli f’għalf mhux fil-mira ta’ sustanzi attivi li jinsabu fil-koċċidijostati u l-istomonostati awtorizzati għandha titqies bħala sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2002/32/KE u l-preżenza tagħhom m’għandhiex tqiegħed fil-periklu s-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. Għalhekk, il-livelli massimi għal dawn is-sustanzi fl-għalf tal-annimali għandhom jiġu stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva msemmija sabiex ikunu evitati effetti mhux mixtieqa u ta’ ħsara.

(7)

Meta l-LMR jiġu stabbiliti fil-qafas tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel ta’ oriġini mill-annimali (4) jew fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, għandha tiġi żgurata l-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet meta jiġu stabbiliti l-livelli massimi tal-koċċidijostati u l-istomonostati fl-għalf mhux fil-mira.

(8)

L-okkorrenza tat-trażmissjoni inevitabbli ta’ koċċidijostati u istomonostati f’għalf mhux fil-mira, anke inqas mil-livelli minimi stabbiliti skont id-Direttiva 2002/32/KE, tista’ tirriżulta fil-preżenza ta’ residwi ta’ dawn is-sustanzi fi prodotti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali. Għalhekk, sabiex titħares is-saħħa pubblika, u sakemm ma jkunx għad hemm stabbilit limitu massimu tar-residwi (LMR) għall-ikel speċifiku ikkonċernat, ġew stabbiliti tolleranzi massimi għall-preżenza ta’ sustanzi attivi li jinsabu fil-koċċidijostati u l-istomonostati permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 124/2009 tal-10 ta' Frar 2009 li ffissa l-livelli massimi għall-preżenza tal-koċċidijostati u l-istomonostati fl-ikel li jirriżultaw mit-trażmissjoni inevitabbli ta’ dawn is-sustanzi fl-għalf mhux fil-mira (5), fil-kuntest tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (6).

(9)

Fuq talba mill-Kummissjoni, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottat diversi opinjonijiet (7) dwar ir-riskji involuti għas-saħħa tal-annimali u s-saħħa pubblika bħala konsegwenza tat-trażmissjoni inevitabbli ta’ koċċidijostati jew istomonostati awtorizzati bħala addittivi għall-għalf f’għalf mhux fil-mira. Għal kull koċċidijostat jew istomonostat awtorizzat bħala addittiv tal-għalf, il-valutazzjoni tal-Awtorità qieset rati ipotetiċi ta’ trażmissjoni ta’ 2 %, 5 % u 10 % minn għalf prodott bl-ogħla doża awtorizzata ta’ koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira prodott iktar tard.

(10)

Meta wieħed iqis il-konklużjonijiet tal-opinjonijiet xjentifiċi individwali, jista’ jingħad li b’mod ġenerali l-Awtorità kkonkludiet li l-preżenza tal-koċċidijostati jew l-istomonostati awtorizzati bħala addittiv l-għalf f’għalf mhux fil-mira fuq livelli li jirriżultaw minn trażmissjoni inevitabbli, u meta wieħed iqis il-miżuri kollha ta’ prevenzjoni, mhuwiex probabbli li din il-preżenza tirriżulta f’effetti ta’ ħsara għal saħħet l-annimali u li r-riskju għas-saħħa tal-konsumatur mill-inġestjoni tar-residwi fi prodotti minn annimali esposti għall-għalf ikkontaminat huwa negliġibbli.

(11)

Wara li tqiesu l-opinjonijiet tal-Awtorità u l-approċċi attwali differenti applikati fl-Istati Membri biex jindirizzaw it-transkontaminazzjoni inevitabbli, qed jiġi propost li jiġu stabbiliti livelli massimi għall-għalf kif stipulat fl-Annessi ta’ din id-Direttiva, biex jiġi żgurat tħaddim tajjeb tas-suq intern u biex titħares is-saħħa pubblika u tal-annimali.

(12)

L-iffissar ta’ livelli massimi ta’ sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali għandu jsir permezz ta’ adattazzjoni tal-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE, kif previst fl-Artikolu 8(1) ta’ dik id-Direttiva. Filwaqt li ġew adattati d-dispożizzjonjiet tekniċi tal-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE, tqiesu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku permezz ta’ kunsiderazzjoni tal-opinjonijiet xjentifiċi tal-Awtorità u tal-iżvilupp tal-metodi analitiċi fl-għalf. Id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness għandhom jiġu riveduti sa mhux iktar tard mill-1 ta’ Lulju 2011 biex jitqiesu l-iżviluppi fl-għarfien xjentifiku u tekniku.

(13)

Il-livelli massimi ffissati fl-Anness għal din id-Direttiva għandhom jiġu adattati kontinwament għall-kundizzjonijiet ta' użu stipulati fl-awtorizzazzjonijiet tal-koċċidijostati u l-istomonostati bħala additivi tal-għalf. Fid-dawl tal-possibbiltà li jkun hemm perjodu ta’ żmien bejn l-awtorizzazzjoni – jew il-modifika, is-sospensjoni, jew ir-revoka tal-awtorizzazzjoni – ta’ koċċidijostat jew istomonostat bħala addittiv fl-għalf u l-addattament konsegwenti għal-livelli massimi stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Direttiva, dan tal-aħħar għandu jitqies bħala bla ħsara għal-livelli ta’ koċċidijostati jew istomonostati awtorizzati bħala addittivi fl-ikel fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(14)

Minħabba l-fatt li t-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira jista’ jirriżulta fil-preżenza ta’ dawn is-sustanzi bħala kontaminanti f’ikel derivat, huwa xieraq li jittieħed approċċ komprensiv u integrat li jindirizza l-kwistjoni permezz tal-adozzjoni u l-applikazzjoni simultanja ta’ din id-Direttiva billi jiġu stabbiliti livelli massimi għat-trażmissjoni inevitabbli tal-koċċidijostati jew istomonostati f’għalf mhux fil-mira u tar-Regolament tal-Kummissjoni bl-iffissar tal-livelli massimi għall-preżenza aħħarija ta’ dawn is-sustanzi fl-ikel.

(15)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2009. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva. Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10.

(2)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(3)  ĠU L 35, 8.2.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1.

(5)  Ara paġna 7 ta' dan.

(6)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1.

(7)  L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ prodotti tal-għalf mhux fil-mira mil-lasaloċidu awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2007)553, 1-46.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/CONTAM_ej553_lasalocid_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira min-narasin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2007)552, 1-35.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/CONTAM_ej552_narasin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-maduramicin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)594, 1-30.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej594_maduramicin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mis-semiduramicin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)593, 1-27.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej593_semduramicin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mis-salinomycin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)591, 1-38.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej591_salinomycin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-monensin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)592, 1-40.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej592_monensin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mill-halofuginone awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)657, 1-31.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej657_halofuginone_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mid-decoquinate awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)656, 1-26.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej656_decoquinate_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira mir-robenidine awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)655, 1-29.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej655_robenidine_en,0.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira min-nicarbazin awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)690, 1-34.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej690_nicarbazin_en.pdf?ssbinary=true

L-Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar l-Aġenti ta’ Kontaminazzjoni fil-Katina Alimentari fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea dwar Kontaminazzjoni ta’ għalf mhux fil-mira minn diclazuril awtorizzat għall-użu bħala addittiv għall-għalf, The EFSA Journal (2008)716, 1-31.

http://www.efsa.europa.eu/cs/BlobServer/Scientific_Opinion/contam_op_ej716_diclazuril_en.pdf?ssbinary=true


ANNESS

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu fl-Anness I tad-Direttiva 2002/32/KE:

‘Sustanzi mhux mixtieqa

Prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali (*)

Livelli massimi f'mg/kg (ppm) Meta mqabbel ma’ għalf b’kontenut ta’ umdità ta’ 12%

1.

Lasalocid sodium

Materjali għall-għalf

1,25

Għalf kompost għal:

 

klieb, għoġġiela, fniek, speċi ekwini, annimali tal-ħalib, għasafar li jbidu, dundjani (> 12-il ġimgħa) u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

1,25

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa) u dundjani (< 12-il ġimgħa) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tal-lasalocid sodium (withdrawal feed);

1,25

speċi ta’ annimali oħra.

3,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-lasalocid sodium.

 (**)

2.

Narasin

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

dundjani, fniek, speċi ekwini, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,7

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tan-narasin (withdrawal feed);

0,7

speċi ta’ annimali oħra.

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tan-narasin.

 (**)

3.

Salinomycin sodium

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, dundjani, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 12-il ġimgħa);

0,7

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 12-il ġimgħa) u fniek għat-tismin għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tas-salinomycin sodium (withdrawal feed);

0,7

speċi ta’ annimali oħra.

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-salinomycin sodium.

 (**)

4.

Monensin sodium

Materjali għall-għalf

1,25

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, klieb, annimali żgħar li jixtarru, nagħaġ u mogħoż, papri, bovini, bhejjem tal-ħalib, għasafar li jbidu, tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa) u dundjani (> 16-il ġimgħa);

1,25

tiġieġ għat-tismin, tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa) u dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu ta’ qabel il-qatla fejn mhuwiex permess l-użu tal-monensin sodium (withdrawal feed);

1,25

speċi ta’ annimali oħra.

3,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-monensin sodium.

 (**)

5.

Semduramicin sodium

Materjali għall-għalf

0,25

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,25

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tas-semduramicin sodium (withdrawal feed);

0,25

speċi ta’ annimali oħra.

0,75

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tas-semduramicin sodium.

 (**)

6.

Maduramicin ammonium alpha

Materjali għall-għalf

0,05

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, fniek, dundjani (> 16-il ġimgħa), għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,05

tiġieġ għat-tismin u dundjani (< 16-il ġimgħa) għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tal-maduramicin ammonium alpha (withdrawal feed);

0,05

speċi ta’ annimali oħra.

0,15

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-maduramicin ammonium alpha.

 (**)

7.

Robenidine hydrochloride

Materjali għall-għalf

0,7

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,7

tiġieġ għat-tismin, fniek għat-tismin u għat-tgħammir u dundjani għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tar-robenidine hydrochloride (withdrawal feed);

0,7

speċi ta’ annimali oħra.

2,1

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tar-robenidine hydrochloride.

 (**)

8.

Decoquinate

Materjali għall-għalf

0,4

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,4

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tad-decoquinate (withdrawal feed);

0,4

speċi ta’ annimali oħra.

1,2

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-decoquinate.

 (**)

9.

Halofuginone hydrobromide

Materjali għall-għalf

0,03

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa) u dundjani (> 12-il ġimgħa);

0,03

tiġieġ għat-tismin u dundjani (< 12-il ġimgħa) għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tal-halofuginone hydrobromide (withdrawal feed);

0,03

speċi ta' annimali oħra ħlief it-tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa).

0,09

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tal-halofuginone hydrobromide.

 (**)

10.

Nicarbazin

Materjali għall-għalf

0,5

Għalf kompost għal

 

speċi ekwini, għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa);

0,5

tiġieġ għat-tismin għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tan-nicarbazin (imħallat man-narasin) (withdrawal feed);

0,5

speċi ta’ annimali oħra.

1,5

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tan-nicarbazin (imħallat man-narasin).

 (**)

11.

Diclazuril

Materjali għall-għalf

0,01

Għalf kompost għal

 

għasafar li jbidu, u tiġieġ imrobbija biex ibidu (> 16-il ġimgħa) u dundjani għat-tismin (> 12-il ġimgħa);

0,01

fniek għat-tismin u għat-tgħammir għall-perjodu qabel il-qatla fejn mhux permess l-użu tad-diclazuril (withdrawal feed);

0,01

speċi ta' annimali oħra ħlief it-tiġieġ imrobbija biex ibidu (< 16-il ġimgħa), tiġieġ għat-tismin u dundjani għat-tismin (< 12-il ġimgħa).

0,03

Pretaħlitiet għall-uzu fl-għalf fejn mhux awtorizzat l-użu tad-diclazuril.

 (**)


(*)  Bla ħsara għal-livelli awtorizzati fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali

(**)  Il-livell massimu tas-sustanza fil-pretaħlitiet huwa l-konċentrazzjoni li ma tirriżultax fil-livell tas-sustanza ogħla minn 50 % tal-livelli massimi stabbiliti fl-għalf meta jiġu segwiti l-istruzzjonijiet għall-użu tal-pretaħlitiet.’


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Frar 2009

dwar l-organizzazzjoni ta’ esperiment temporanju li jipprovdi għal ċerti derogi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet taż-żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf skont id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE biex jiġi stabbilit jekk ċerti speċi li mhumiex imniżżla fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE jissodisfawx ir-rekwiżiti biex ikunu inklużi fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 724)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/109/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq taż-żrieragħ tal-għalf (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13a tagħha,

Billi:

(1)

L-għarfien tradizzjonali tal-bdiewa flimkien ma’ riżultati riċenti mir-riċerka jindikaw li xi speċi tal-Leguminosae u tal-Plantago lanceolata li mhumiex imniżżla fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE (2), 2002/55/KE (3) jew 2002/57/KE (4) (minn issa ‘l quddiem “il-leġiżlazzjoni eżistenti”), b’mod partikolari meta użati ma’ taħlitiet ma’ speċi koperti mil-leġiżlazjoni eżistenti, huma interessanti għall-produzzjoni tal-għalf minħabba li jippermettu għalf bilanċjat għall-annimali tul is-sena filwaqt li, fl-istess ħin, jikkontribwixxu għar-riabilitazzjoni tal-ħamrija f’artijiet li jinħartu jew dawk li jinżergħu marġinalment. Dan jgħodd għall-Biserrula pelecinus, il-Lotus glaber, il-Lotus uliginosus, il-Medicago italica, il-Medicago littoralis, il-Medicago murex, il-Medicago polymorpha, il-Medicago rugosa, il-Medicago scutelatta, il-Medicago truncatula, l-Ornithopus compressus, l-Ornithopus sativus, il-Plantago lanceolata, it-Trifolium fragiferum, it-Trifolium glanduliferum, it-Trifolium hirtum, it-Trifolium michelianum, it-Trifolium squarrosum, it-Trifolium subterraneum, it-Trifolium vesiculosum, u l-Vicia benghalensis (minn issa ‘l quddiem “l-ispeċi msemmija fil-premessa 1”).

(2)

F’konformità mat-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 66/401/KEE, huma biss iż-żrieragħ tal-ispeċi tal-pjanti mniżżla fil-leġiżlazzjoni eżistenti, bl-eċċezzjoni tal-varjetajiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE (5), li jistgħu jitqiegħdu fis-suq madwar il-Komunità f’taħlitiet ta’ żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf. Fin-nuqqas tal-possibilità li jitqiegħdu fis-suq taħlitiet ta’ żrieragħ li jkun fihom żerriegħa tal-ispeċi msemmija fil-premessa 1, il-bdiewa li jkunu jixtiequ jagħmlu użu minn dawk l-ispeċi jridu jġorruhom u jiżirgħuhom bħala speċi individwali, jew f’ċerti każi, jippreparaw taħlitiet huma stess fir-razzett, xi ħaġa li tinvolvi aktar spejjeż u xogħol. Barra minn hekk, hemm ir-riskju dejjem jikber li l-ispeċi differenti inklużi fit-taħlita jitqassmu b’mod mhux l-istess fl-għelieqi minħabba li t-taħlitiet ma jkunux tħejjew minn nies professjonali.

(3)

Biex l-ispeċi msemmija fil-premessa 1 jitħallew jitqiegħdu fis-suq f’taħlitiet bħal dawn tkun meħtieġa emenda fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE billi wieħed jinkludi f’dik id-dipożizzjoni dawk l-ispeċi.

(4)

Biex tittieħed deċiżjoni dwar emenda bħal din lill-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE, hu meħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet li jinkludu l-ispeċi msemmija fil-premessa 1. Jeħtieġ li jiġi vverifikat, partikolarment, jekk fejn dawn l-ispeċi huma użati fit-taħlitiet, huwiex possibbli li wieħed jikkonferma b’kontroll ta’ wara uffiċjali li l-perċentwali ta’ żerriegħa ta’ kull komponent indikata fuq it-tikketta tal-pakkett tikkorrispondix mal-kompożizzjoni tat-taħlita u jekk it-taħlitiet tal-istess lott humiex omoġenji fil-pakketti kollha li tqiegħdu fis-suq. Fin-nuqqas ta’ dik l-informazzjoni, ma jkunx possibbli li l-utenti jingħataw garanzija li ż-żerriegħa tat-taħlitiet li fihom l-ispeċi msemmija fil-premessa 1 se tipprovdi riżultati ta’ kwalità għolja.

(5)

Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi organizzat esperiment temporanju biex jiġi vverifikat jekk l-ispeċi msemmija fil-premessa 1 jissodisfawx ir-rekwiżiti biex jiġu inklużi fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE.

(6)

L-Istati Membri li se jkunu qegħdin jipparteċipaw fl-esperiment għandhom jinħelsu mill-obbligi stipulati fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 66/401/KEE fir-rigward tal-ispeċi msemmija fil-premessa 1. Għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq tat-taħlitiet li fihom dawk l-ispeċi b’ċerti kundizzjonijiet.

(7)

Huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal rekwiżiti xierqa għaċ-ċertifikazzjoni tal-ispeċi msemmija fil-premessa 1 sabiex ikun żgurat li ż-żerriegħa ta’ dawn l-ispeċi tissodisfa l-istess rekwiżiti fl-Istati Membri kollha li qed jieħdu sehem. Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu bbażati fuq il-kundizzjonijiet stipulati fl-Iskemi ta’ Ċertifikazzjoni tal-OECD għaċ-Ċertifikazzjoni Varjetali jew il-Kontroll taż-Żrieragħ intiżi għall-Kummerċ Internazzjonali (minn hawn ‘il quddiem: l-Iskemi tal-OECD) jew fl-istandards nazzjonali tal-Istat Membru fejn hija prodotta ż-żerriegħa.

(8)

Barra mill-kundizzjonijiet ġenerali pprovduti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/371/KE tal-20 ta’ April 2004 dwar kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żrieragħ intiżi għall-użu bħala pjanti tal-għalf (6), għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet inklużi fl-esperiment. Dawn il-kundizzjonijiet għandhom jiżguraw il-ġabra ta’ informazzjoni biżżejjed għall-evalwazzjoni tal-esperiment. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu stipualti regoli dwar it-tikkettjar, il-monitoraġġ u r-rappurtar.

(9)

Minħabba n-natura esperimentali tal-miżura pprovduta f’din id-Deċiżjoni, għandha tiġi ffissata l-kwantità massima għat-tqegħid fis-suq ta’ taħlitiet ta’ żerriegħa, b’mod li titqies il-ħtieġa li jiġu ttestjati taħlitiet differenti bl-użu tal-faċilitajiet eżistenti.

(10)

Biex jagħmluha possibbli lill-Istati Membri biex jivverifikaw li ma tinqbiżx il-kwantità massima, il-kumpaniji li beħsiebhom jipproduċu dawn it-taħlitiet taż-żrieragħ għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri kkonċernati l-kwantitajiet li beħsiebhom jipproduċu. L-Istati Memebri għandhom ikollhom il-possibilità li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tat-taħlitiet taż-żrieragħ fejn dawn jikkunsidraw li dan hu neċessarju fid-dawl tal-ħtieġa li jittestjaw taħlitiet differenti mingħajr ma jeċċedu l-kwantità massima.

(11)

Sabiex jippermettu l-fornituri li jipproduċu u jqiegħdu fis-suq kwantità suffiċjenti ta’ żerriegħa, biex jagħmluha possibbli għall-awtoritajiet kompetenti biex jispezzjonaw dak il-materjal u jiġbru biżżejjed informazzjoni, u waħda li tkun komparabbli biex tintuża għat-tħejjija tar-rapport, l-esperiment għandu jsir tul perjodu ta’ mill-inqas ħames staġuni ta’ tqegħid fis-suq.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għaż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Ortikultura u l-Forestrija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Suġġett

Jiġi organizzat esperiment temporanju fil-livell Komunitarju biex jevalwa jekk l-ispeċi li ġejjin: il-Biserrula pelecinus, il-Lotus glaber, il-Lotus uliginosus, il-Medicago italica, il-Medicago littoralis, il-Medicago murex, il-Medicago polymorpha, il-Medicago rugosa, il-Medicago scutelatta, il-Medicago truncatula, l-Ornithopus compressus, l-Ornithopus sativus, il-Plantago lanceolata, it-Trifolium fragiferum, it-Trifolium glanduliferum, it-Trifolium hirtum, it-Trifolium michelianum, it-Trifolium squarrosum, it-Trifolium subterraneum, it-Trifolium vesiculosum, u l-Vicia benghalensis (minn issa ‘l quddiem “l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1”), jistgħux jitqiegħdu fis-suq bħala taħlitiet taż-żrieragħ, inkella fihom, bil-għan li jiġi deċiż jekk uħud minn dawn l-ispeċi, jew inkella kollha kemm huma, għandhomx jiġu inklużi fil-lista ta’ pjanti tal-għalf fl-Artikolu 2(1)(A) tad-Direttiva 66/401/KEE.

Artikolu 2

Il-Parteċipazzjoni tal-Istati Membri

Kull Stat Membru jista’ jipparteċipa fl-esperiment.

L-Istati Membri li jiddeċiedu li jieħdu sehem fl-esperiment (minn issa ‘l quddiem: l-Istati Membri li qed jieħdu sehem) għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Għaldaqstant huma jistgħu jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fi kwalunkwe żmien billi jgħarrfu lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Il-Ħelsien mill-Obbligi

1.   Għall-finijiet tal-esperiment, taħlitiet taż-żrieragħ li fihom l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1, bi żrieragħ ta’ speċi mniżżla fid-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 2002/55/KE jew 2002/57/KE, jew inkella mingħajrhom, jistgħu jitqiegħdu fis-suq skont il-kundizzjonijiet ipprovduti fl-Artikoli 4 u 5.

2.   L-Istati Membri li qed jieħdu sehem huma meħlusa mill-obbligi pprovduti fit-tieni inċiż tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 66/401/KEE.

Artikolu 4

Il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw żerriegħa tal-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1

Iż-żerriegħa tal-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tkun tappartjeni lil varjetà mniżżla f’katalgu nazzjonali ta’ Stat Membru jew fil-Lista ta’ Varjetajiet Eliġibbli għaċ-Ċertifikazzjoni taż-Żerriegħa tal-OECD;

(b)

hija ċċertifikata skont l-Anness I;

(c)

tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1 tal-Anness II.

Artikolu 5

Il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw it-taħlitiet li se jkunu inklużi fl-esperiment

Barra mill-kundizzjonijiet ipprovduti fid-Deċiżjoni 2004/371/KE, it-taħlitiet inklużi fl-esperiment għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2 tal-Anness II.

Artikolu 6

Restrizzjonijiet kwantitattivi

1.   L-Istati Membri li qed jieħdu sehem għandhom jiżguraw li l-kwantità sħiħa ta’ żerriegħa li tkun se tintuża f’taħlitiet inklużi fl-esperiment ma taqbiżx l-1 000 tunnellata fis-sena.

2.   L-Istati Membri li qed jieħdu sehem għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jiddikjaraw lill-awtorità msemmija fil-punt (A)(I)(c)(2) tal-Anness IV tad-Direttiva 66/401/KEE il-kwantità ta’ taħlitiet taż-żrieragħ li beħsiebhom jipproduċu.

Stat Membru jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ taħlita taż-żerriegħa jekk dan iqis li, fid-dawl tal-għan tal-esperiment, ma jkunx xieraq li jitqiegħdu fis-suq kwantitajiet addizzjonali tat-taħlita taż-żerriegħa kkonċernata. Dan għandu jinforma immedjatament lill-kumpanija jew kumpaniji kkonċernati.

Artikolu 7

Monitoraġġ

L-Awtorità msemmija fil-punt (A)(I)(c)(2) tal-Anness IV tad-Direttiva 66/401/KE tal-Istati Membri li qed jieħdu sehem għandhom isegwu l-esperiment.

Artikolu 8

L-obbligi ta’ rappurtar

1.   L-Istati Membri li qed jieħdu sehem għandhom, għal kull sena, iressqu rapport lill-Kummisjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jinkludi lista ta’ speċi użati fit-taħlitiet inklużi fl-esperiment, u l-kwantità mqiegħda fis-suq għal kull waħda minn dawn it-taħlitiet sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fir-rapport kull informazzjoni relevanti oħra.

2.   Fi tmiem l-esperiment u, f’kull każ, fi tmiem il-parteċipazzjoni tagħhom, l-Istati Membri li qed jieħdu sehem għandhom, sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara, iressqu rapport lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li jinkludi l-informazzjoni msemmija fil-punt 3 tal-Anness II. Ir-rapport jista’ jinkludi informazzjoni oħra li huma jikkundisraw relevanti fid-dawl tal-għan tal-esperiment.

Artikolu 9

Perjodu ta’ żmien

L-esperiment għandu jibda fl-1 ta’ Ġunju 2009 u jiġi fi tmiemu fil-31 ta’ Mejju 2014.

Artikolu 10

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.

(2)  ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66.

(3)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33.

(4)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.

(5)  ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 116, 22.4.2004, p. 39.


ANNESS I

L-ISPEĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1 U L-KUNDIZZJONIJIET GĦAĊ-ĊERTIFIKAZZJONI TAGĦHOM

Speċi

Ġerminazzjoni minima

(% ta’ żerriegħa pura) (1))

Purità analitika minima

(% f’piż)

Kontenut massimu ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ speċi oħra

(% f’piż)

Kontenut massimu ta’ żrieragħ ta’ speċi ta’ pjanti oħrajn f’kampjun tal-piż speċifikat fil-kolonna 7

Piż massimu ta’ lott

(tunnellati)

Piż minimu ta’ kampjun li għandu jittieħed minn lott

(grammi)

1

2

3

4

5

6

7

Biserrula pelecinus

70 (inklużi żrieragħ ibsin)

98

0,5

 (3)  (4)  (5)

10

30

Lotus uliginosus

75 (40)

97

0,5

 (3)  (4)  (5)

10

25

Lotus glaber

75 (40)

97

0,5

 (3)  (4)  (5)

10

30

Medicago murex

70 (30)

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

50

Medicago polymorpha

70 (30)

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

70

Medicago rugosa

70 (20)

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

180

Medicago scutellata

70

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

400

Medicago italica

70 (20)

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

100

Medicago littoralis

70

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

70

Medicago truncatula

70 (20)

98

2,0

 (3)  (4)  (5)

10

100

Ornithopus compressus

75 (inklużi żrieragħ ibsin)

90

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

120

Ornithopus sativus

75 (inklużi żrieragħ ibsin)

90

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

90

Plantago lanceolata

75

85

1,5

 (3)  (4)  (5)

5

20

Trifolium fragiferum

70

98

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

40

Trifolium glanduliferum

70 (30)

98

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

20

Trifolium hirtum

70

98

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

70

Trifolium. michelianum

75 (30)

98

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

25

Trifolium squarrosum

75 (20)

97

1,5

 (3)  (4)  (5)

10

150

Trifolium subterraneum

80 (40)

97

0,5

 (3)  (4)  (5)

10

250

Trifolium vesiculosum

70 (inklużi żrieragħ ibsin)

98

1,0

 (3)  (4)  (5)

10

100

Vicia benghalensis

80 (20)

97 (2)

1,0

 (3)  (4)  (5)

20

1 000


(1)  Meta sal-kwantità massima indikata, żerriegħa iebsa li tkun preżenti għandha titqies bħala żerriegħa li tista’ tiġġermina.

(2)  Total massimu ta’ 6 % f’piż ta’ żrieragħ tal-Vicia pannonica, tal-Vicia villiosa jew tal-ispeċi kkultivati relatati fi speċi relevanti oħrajn ma għandux jitqies bħala impurità.

(3)  Żrieragħ tal-Avena fatua u tal-Avena sterilis ma għandhomx ikunu preżenti f’kampjun tal-piż preskritt.

(4)  Il-preżenza ta’ żerriegħa waħda tal-Cuscuta spp. f’kampjun bil-piż doppju ta’ dak preskritt ma għandhiex titqies bħala impurità meta t-tieni kampjun bil-piż doppju ta’ dak preskritt ikun ħieles minn kwalunkwe żerriegħa tal-Cuscuta spp.

(5)  Il-preżenza taż-żrieragħ tar-Rumex spp., bl-eċċezzjoni tar-Rumex acetosella u tar-Rumex maritimus ma għandhiex taqbeż l-10 f’kampjun bil-piż preskritt.


ANNESS II

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ESPERIMENT

1.   Il-kundizzjonijiet għal żerriegħa tal-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1.

(a)

L-ispezzjoni fuq il-post għandha ssir skont l-Iskemi tal-OECD, fejn l-ispeċi huma koperti b’dawn l-Iskemi jew, jekk dan mhux il-każ, skont l-istandards nazzjonali tal-Istat Membru fejn hi prodotta ż-żerriegħa.

(b)

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-lottijiet kollha taż-żerriegħa jkunu suġġetti għal spezzjoni fuq il-post, għal teħid ta’ kampjuni u analiżi taż-żerriegħa skont id-Direttiva 66/401/KEE qabel ma dawn jitħalltu, kemm jekk uffiċjalment kif ukoll jekk taħt sorveljanza uffiċjali.

2.   Il-kundizzjonijiet għat-taħlitiet li se jkunu inklużi fl-esperiment

(a)

Il-kampjuni taż-żerriegħa għandhom jittieħdu addoċċ mil-lottijiet tat-taħlitiet taż-żerriegħa li se jkunu inklużi fl-esperiment minn uffiċjali inkarigati mit-teħid tal-kampjuni taż-żrieragħ. Dawn il-kampjuni għandhom jintużaw bħala kampjuni ta’ kontroll għall-iċċekkjar tal-kompożizzjoni tat-taħlitiet li se jkunu inklużi fl-esperiment skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/371/KE.

Il-livell u l-intensità tat-teħid tal-kampjuni u tal-ispezzjonijiet mmexxija skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2004/371/KE għandhom ikunu adattati għall-għanijiet tal-esperiment.

(b)

Barra mill-informazzjoni mitluba mid-Direttiva 66/401/KEE u d-Deċiżjoni 2004/371/KE, it-tikketta uffiċjali għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

l-ismijiet botaniċi tal-ispeċi kollha msemmija fl-Artikolu 1 (inkluż il-varjetajiet, fejn hu l-każ) inklużi fit-taħlita li se tkun inkluża fl-esperiment;

(ii)

il-perċentwali tal-kompożizzjoni f’piż tal-komponenti varji murija skont l-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 u, fejn hu l-każ, skont il-varjetà;

(iii)

referenza għal din id-Deċiżjoni.

Fejn l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) mhix leġibbli fuq it-tikketta uffiċjali, it-taħlita inkluża fl-esperiment tista’ titqiegħed fis-suq bl-isem tat-taħlita. Dan isir kemm-il darba l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) tkun ġiet innotifikata bil-miktub lix-xerrej u tkun ġiet irreġistrata uffiċjalment.

3.   Informazzjoni li għandha tiġi rreġistrata.

(a)

isem l-ispeċi (inkluż il-varjetajiet, fejn relevanti) użati fit-taħlitiet inklużi fl-esperiment;

(b)

il-kwantità ta’ kull taħlita taż-żerriegħa li qed tkun inkluża fl-esperiment li titqiegħed fis-suq waqt il-perjodu awtorizzat, u l-Istat Membru li għalih kienet intiża t-taħlita taż-żerriegħa;

(c)

il-kompożizzjoni tat-taħlitiet li se jkunu inklużi fl-esperiment li tqiegħdu fis-suq;

(d)

il-proċeduri (l-istandards) segwiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1 (l-Iskemi tal-OECD jew l-istandards nazzjonali);

(e)

ir-riżultati tal-ispezzjoni fuq il-post u tat-testijiet fil-laboratorju għaċ-ċertifikazzjoni tal-ispeċi msemmija fl-Artikolu 1, fejn dawn isiru fl-Istati Memebri;

(f)

l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet taħt l-Iskemi tal-OECD, partikolarment fir-rigward tal-kwantità, tal-kompożizzjoni tat-taħlitiet taż-żerriegħa li huma inklużi fl-esperiment, il-pajjiż tal-oriġini u t-tikkettjar;

(g)

ir-riżultati tat-testijiet li jsiru skont il-punti (a) u (b) tal-paragrafu (2) dwar il-kampjuni ta’ kontroll;

(h)

analiżi ta’ kost benefiċċji li għandha tintuża biex tkun (jew ma tkunx) ta’ sostenn għall-għan tal-esperiment.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Frar 2009

dwar kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fil-Ġermanja fl-2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 712)

(It-test Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(2009/110/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-marda ta’ Newcastle hija marda virali infettiva li tikkawża rata għolja ta’ mwiet fit-tjur.

(2)

Fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda ta’ Newcastle, hemm ir-riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinfirex f’irziezet oħra tat-tjur f’dak l-Istat Membru, imma wkoll fi Stati Membri oħra u f’terzi pajjiżi permezz tal-kummerċ fit-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(3)

Tifqigħa ta’ din il-marda tista’ għaldaqstant tieħu proporzjonijiet epidemiċi u tkun responsabbli li tnaqqas bil-kbir il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta’ Lulju 1992 li tintroduċi l-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ Newcastle (2) tistipula miżuri li f’każ ta’ tifqigħa għandhom jiġu implimentati immedjatament mill-Istati Membri b’urġenza sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-vajrus.

(5)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri veterinarji speċifiċi, inklużi miżuri ta’ emerġenza. Skont l-Artikolu 4(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw kontribut finanzjarju lejn l-ispejjeż ta’ ċerti miżuri għall-qerda tal-marda ta’ Newcastle.

(6)

L-Artikoli 3(5) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistabbilixxu regoli dwar il-perċentwali tan-nefqa mġarrba mill-Istat Membru li tista’ tkun koperta mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità.

(7)

Il-ħlas ta’ kontribut finanzjarju tal-Komunità għal miżuri ta’ emerġenza għall-qerda tal-marda Newcastle huwa soġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għal miżuri urġenti u għall-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(8)

Tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle seħħew fil-Ġermanja fl-2008. Il-Ġermanja ħadet miżuri skont id-Direttiva 92/66/KEE u l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, biex tiġġieled dawn it-tifqigħat.

(9)

Il-Ġermanja kienet konformi għal kollox mal-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħha kif stipulati fl-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(10)

Fit-18 ta’ Ġunju 2008 u s-17 ta’ Lulju 2008, il-Ġermanja ppreżentat stima tal-ispejjeż imġarrba fit-teħid tal-miżuri biex tinqered il-marda ta’ Newcastle.

(11)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Kontribut finanzjarju mill-Komunità lill-Ġermanja

Kontribut finanzjarju mill-Komunità jista’ jingħata lill-Ġermanja għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri skont l-Artikolu 3(2) u 4(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fil-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fl-2008.

Artikolu 2

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-pubblikazzjoni tar-referenza tal-istandard EN 3-8:2006 “Pajrini tal-idejn – Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali ma’ EN 3-7 għall-bini, ir-reżistenza għall-pressa u t-testijiet mekkaniċi għall-pajrini bi pressa massima permissibbli daqs jew inqas minn 30 bar” skont id-Direttiva 97/23/KE dwar it-tagħmir tal-pressa

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 739)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/111/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ apparat ta’ pressjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti stabbilit skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-Servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 97/23/KE tipprovdi li apparat u assemblaġġi bil-pressa jistgħu jitqiegħdu fis-suq u jitħaddmu fil-każ biss li, meta jkunu installati u miżmuma kif suppost u jkunu użati skont l-użu maħsub għalihom, dawn ma jpoġġux fil-periklu s-saħħa u s-sikurezza tan-nies u, fejn ikun xieraq, tal-annimali domestiċi u tal-proprjetà.

(2)

L-apparat u l-assemblaġġi bil-pressa huma preżunti konformi mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/23/KE jekk ikunu konformi mal-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards armonizzati li n-numri ta’ referenza tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(3)

Skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 97/23/KE, l-Iżvezja ressqet oġġezzjoni formali dwar l-istandard EN 3-8:2006, adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) fit-2 ta’ Novembru 2006, li s’issa r-referenzi tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għadhom ma ġewx ippubblikati.

(4)

Fl-oġġezzjoni formali tagħha, l-Iżvezja nnutat li t-taqsima 5 tal-istandard EN 3-8:2006 ma tispeċifikax it-tipi tal-materjali li għandhom jintużaw u għalhekk ma tissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tal-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(5)

Billi t-taqsima 5 tal-istandard EN 3-8:2006 tipprovdi għal evalwazzjoni tal-materjali każ b’każ mill-korp notifikat (evalwazzjoni speċifika tal-materjali), l-ispeċifikazzjoni tat-tipi ta’ materjali li għandhom jintużaw mhix neċessarjament obbligatorja. Barra minn hekk, fin-nuqqas ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi konkreti, it-taqsima 5 tal-istandard EN 3-8:2006 ma tistax tinkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità lir-rekwiżiti tal-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(6)

Ukoll, l-Iżvezja tqis li fit-taqsima 6 tal-istandard EN 3-8:2006, m’hemmx l-informazzjoni importanti meħtieġa biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-punt 2.2.4 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE, minħabba n-nuqqas tal-ispeċifikazzjoni tal-materjali fit-taqsima 5 ta’ dak l-istandard.

(7)

Fit-taqsima 2.2 tal-Anness I, id-Direttiva 97/23/KE tiddeskrivi l-metodi biex tiġi żgurata s-saħħa adegwata tal-apparat bil-pressa, inkluż metodu għall-kalkolu jew metodu sperimentali għat-tfassil mingħajr kalkolu. Il-metodu sperimentali tat-tfassil huwa bbażat fuq programm ta’ testijiet kif definit fil-punt 2.2.4(a) u (b), li jinkludi t-test tar-reżistenza għall-pressa.

(8)

It-taqsima 6 tal-istandard EN 3-8:2006 tipprovdi għall-metodu sperimentali tat-tfassil mingħajr kalkolu. Kif rikjest mill-punt 2.2.4 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE, hija tipprovdi għal programm ta’ testijiet b’diversi testijiet. Id-Direttiva 97/23/KE ma teskludix il-metodu tal-evalwazzjoni speċifika tal-materjali bħala metodu li jipprova l-konformità tal-materjali użati mal-ispeċifikazzjonijiet tal-materjali fil-punt 4 tal-Anness I, meta l-manifattur japplika l-metodu sperimentali tat-tfassil. Billi t-taqsima 5 tal-EN 3-8:2006 ma fihiex rekwiżiti speċifiċi tal-materjali, il-manifattur tal-apparat għandu jiżgura li l-materjali użati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-punt 4 tal-Anness I tad-Direttiva. Fuq il-bażi ta’ dan, il-karatteristiċi tal-materjali jintużaw bħala parametru tat-test tal-pressjoni fil-qafas tal-programm tat-testijiet tal-metodu sperimentali tat-tfassil, taħt il-kontroll tal-korp notifikat responsabbli għall-evalwazzjoni tal-konformità tal-apparat.

(9)

L-Iżvezja nnutat ukoll li t-taqsima 7.2.2 dwar il-proċeduri tal-issaldjar ta’ EN 3-8:2006 ma jikkonformawx mal-punt 3.1.2 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE, billi, minbarra l-istandards elenkati, fiha referenza miftuħa għal standards EN rikonoxxuti oħra tal-issaldjar.

(10)

Id-Direttiva 97/23/KE tistipula fil-punt 3.1.2 tal-Anness I ir-rekwiżiti dwar assemblaġġi permanenti. Ir-referenza fit-taqsima 7.2.2 tal-istandard EN 3-8:2006 li “standards oħrajn huma aċċettabbli” mhix referenza adegwata u konkreta biżżejjed għal standard maħsub biex jikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità lir-rekwiżiti tad-Direttiva 97/23/KE. Standard armonizzat li jikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità lir-rekwiżiti tad-Direttiva għandu jipprovdi speċifikazzjonijiet tekniċi konkreti dwar it-tfassil, il-manifattura u l-ittestjar, sabiex jgħin lill-manifatturi u biex l-apparat tal-pressa jkun jista’ jiġi preżunt li jissodisfa r-rekwiżiti essenzjali rilevanti. Madankollu, it-taqsima 7.2.2 ta’ EN 3-8:2006 fiha serje ta’ referenzi konkreti għal standards li fihom speċifikazzjonijiet tal-issaldjar. Għalhekk, għalkemm it-taqsima 7.2.2 għandha tittejjeb, ma jkunx proporzjonat li ma jiġux ippubblikati r-referenzi għall-istandard minħabba din ir-raġuni.

(11)

Fl-aħħar nett, l-Iżvezja tqis li t-taqsima 7.3.1 tal-istandard EN 3-8:2006, dwar it-traċċabilità tal-materjali użati fid-diversi partijiet tal-apparat tal-pressa mhijiex preċiża, ma tipprovdix għal soluzzjonijiet tekniċi speċifiċi u għaldaqstant, ma tistax tikkonferixxi l-preżunzjoni tal-konformità lir-rekwiżiti tal-punt 3.1.5 tal-Anness I tad-Direttiva 97/23/KE.

(12)

Il-punt 3.1.5 tal-Anness I (traċċabilità) tad-Direttiva 97/23/KE jirrikjedi l-applikazzjoni tal-proċeduri xierqa sabiex jiġu identifikati, permezz ta’ mezzi xierqa, il-materjal li minnu huma magħmulin il-komponenti li jikkontribwixxu għar-reżistenza tal-pressa tal-apparat, mill-wasla u l-produzzjoni sal-aħħar test tal-apparat tal-pressa mmanifatturat. L-għan ta’ dan ir-rekwiżit huwa li jiġu evitati d-dubji kollha dwar l-ispeċifikazzjonijiet materjali użati għall-apparat. Il-manifatturi jistgħu japplikaw proċeduri differenti, skont il-karatteristiċi u l-metodi tal-manifattura. Il-korp notifikat li jwettaq il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità tal-apparat għandu jevalwa, każ b’każ, jekk dawn il-proċeduri jissodisfawx ir-rekwiżit tal-punt 3.1.5 tal-Anness I tad-Direttiva. Madankollu, għalkemm it-taqsima 7.3.1 għandha tittejjeb, ma jkunx proporzjonat li ma jiġux ippubblikati n-numri ta’ referenza għall-istandard minħabba din ir-raġuni.

(13)

Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni se titlob lis-CEN biex fi żmien tliet snin jippreżenta verżjoni riveduta tal-istandard EN 3-8:2006 sabiex jirrifletti aħjar il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva 97/23/KE. Wara l-implimentazzjoni ta’ dan il-mandat u skont ir-riżultati tiegħu, jistgħu jiġu previsti iktar deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-verżjoni attwali tal-istandard.

(14)

Għalhekk, ir-referenza għall-istandard EN 3-8:2006 għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-referenza tal-istandard EN 3-8:2006 “Pajrini tal-idejn – Parti 8: Rekwiżiti addizzjonali ma’ EN 3-7 għall-bini, ir-reżistenza għall-pressa u t-testijiet mekkaniċi għall-pajrini bi pressa massima permissibbli daqs jew inqas minn 30 bar” għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 181, 9.7.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kunsill

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/35


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

(2009/112/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1), u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern 91/401/KEE dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt ir-raba' Konvenzjoni ACP-KEE (3), minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-Seba' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-Seba' EDF) u partikolarment l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 91/491/KEE tad-29 ta' Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skont l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-Seba' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tas-Seba' EDF għas-sena finanzjarja 2007.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/36


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2007

(2009/113/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta' Diċembru 1989 (1) u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta' Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3), minn issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 98/430/KE tas-16 ta' Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-Tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2007.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/37


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Frar 2009

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF) għas-sena finanzjarja 2007

(2009/114/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1) u emendat bil-Ftehim iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern (3) dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta' Sħubija ACP-KE, minn issa issa 'l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa' Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa' EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta' dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta' Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF kif kienu fil-31 ta' Diċembru 2007 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2007 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa' EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF matul is-sena finanzjarja 2007 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tad-Disa' EDF għas-sena finanzjarja 2007.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.

(3)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 355.

(4)  ĠU L 83, 1.4.2003, p. 1.

(5)  ĠU C 286, 10.11.2008, p. 273.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIM INTERNAZZJONALI

Kummissjoni

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI Nru 1/2008 TAL-KUMITAT KONĠUNT KOMUNITÀ/ŻVIZZERA GĦAT-TRASPORT BL-AJRU STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tas-16 ta’ Diċembru 2008

li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-Trasport bl-Ajru

(2009/115/KE)

IL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT BL-AJRU KOMUNITÀ/ŻVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

L-Anness għal din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Komunità

Daniel CALLEJA

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Iżvizzera

Matthias SUHR


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

Fil-każijiet kollha fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea jew il-ħtieġa ta' konnessjoni ma' dawn tal-aħħar, ir-referenzi għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinftiehmu bħala li japplikaw anki għall-Iżvizzera jew għall-ħtieġa identika ta' konnessjoni ma' dan il-pajjiż;

bla ħsara għall-Artikolu 15 ta’ dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur bl-ajru Komunitarju” [air carrier] li ssir referenza għalih fid-direttivi u fir-regolamenti Komunitarji li ġejjin għandha tinkludi trasportatur bl-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju reġistrat tiegħu fl-Iżvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92.

Il-Ftehim għat-Trasport bl-Ajru Komunità/Żvizzera li ġie konkluż bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru ġie estiż għat-territorju tal-Bulgarija u tar-Rumanija.

1.   It-tielet pakkett għal-liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 2407/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar liċenzjar tat-trasportaturi tal-ajru

(l-Artikoli 1-18)

Dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(3), ir-referenza għall-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE għandha tkun interpretata bħala referenza għall-proċeduri applikabbli għal dan il-Ftehim.

Nru 2408/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar l-aċċess għat-trasportaturi bl-ajru Komunitarji għal rotot bl-ajru intra-Komunitarji

(l-Artikoli 1-10, 12-15)

(L-Annessi għandhom jiġu emendati sabiex jinkludu l-ajruporti Żvizzeri).

(L-emendi tal-Anness I, li ġejjin mill-Anness II, Kapitolu 8 (Il-Politika tat-Trasport), Sezzjoni G (It-Trasport bl-Ajru), numru 1 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, japplikaw).

Nru 2409/92

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1992 dwar nollijiet u rati għal servizzi bl-ajru

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2000/79

L-Iżvizzera tapplika d-Direttiva wara perjodu ta' tranżizzjoni tal-istess tul ta' żmien bħal dak għall-implimentazzjoni prevista mid-Direttiva għall-Istati Membri tal-Komunità (jiġifieri sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju 2007).

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva (KE) Nru 2000/34 tal-22 ta’ Ġunju 2000

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, l-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani

Nru 91/670

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' liċenzji tal-persunal għall-eżerċizzju ta' funzjonijiet fl-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-8)

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

Ir-Regolament Nru 793/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 (l-Artikoli 1 u 2).

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti Komunitarji

(l-Artikoli 1-9, 11-23 u 25)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (Artikoli 1-8), kif emendat bi:

Ir-Regolament 889/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2002 (l-Artikoli 1-2).

2.   Regoli ta’ kompetizzjoni

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat għandha tinftiehem li tfisser l-Artikoli 8 u 9 ta’ dan il-Ftehim.

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Sa fejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. Id-dħul ta’ dan ir-Regolament ma jaffettwax it-tqassim tal-kompiti skont dan il-ftehim)

Nru 17/62

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-6 ta’ Frar 1962 li jimplimenta l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikolu 8(3)), emendat bi:

Ir-Regolament Nru 59/62,

Ir-Regolament Nru 118/63,

Ir-Regolament Nru 2822/71,

Ir-Regolament Nru 1216/99,

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 2988/74

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 1974 li jikkonċerna l-perjodi ta’ limitazzjoni fil-proċedimenti u l-infurzar tas-sanzjonijiet taħt ir-regoli tal-KEE dwar it-trasport u l-kompetizzjoni (l-Artikoli 1-7), kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 3975/87

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-proċedura għall-applikazzjoni tar-Regoli dwar ilkompetizzjoni għall-impriżi fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikoli 1-7, 8(1), 8(2), 9-11, 12(1), 12(2), 12(4), 12(5), 13(1), 13(2), u 14-19), emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1284/1991 tal-14 ta’ Mejju 1991 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 2410/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 3976/87

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 1987 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (l-Artikoli 1-5), hekk kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2344/90 tal-24 ta’ Lulju 1990 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2411/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 (l-Artikolu 1),

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 (l-Artikoli 1-13, 15-45).

Nru 1617/93

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 1993 dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma li jikkonċernaw l-ippjanar konġunt u l-koordinazzjoni ta’ skedi, l-operazzjonijiet konġunti, il-konsultazzjonijiet dwar it-tariffi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fuq servizzi ta’ l-ajru skedati u lallokazzjoni ta’ slots fl-ajruporti (l-Artikoli 1-7), emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1523/96 tal-24 ta’ Lulju 1996 (l-Artikoli 1 u 2),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1083/1999 tas-26 ta’ Mejju 1999,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1324/1999 tad-29 ta’ Ġunju 2001.

Nru 4261/88

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 1988 dwar ilmenti, applikazzjonijiet u smigħ previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3975/87.

(l-Artikoli 1-14)

80/723

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 1980 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi (l-Artikoli 1-9), kif emendata l-aħħar bi:

Id-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 85/413/KEE tal-24 ta’ Lulju 1985 (l-Artikoli 1-3).

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [amalgamazzjonijiet]).

(l-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

B’referenza għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet], bejn il-Komunità Ewropea u l-Iżvizzera japplika dan li ġej:

(1)

B'referenza għal konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja skont l-Artikolu 1 tal-imsemmi Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' tal-anqas tliet Stati Membri tal-KE u tal-Konfederazzjoni Żvizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni tal-KE għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzzjoni Żvizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Jekk il-Konfederazzjoni Żvizzera tesprimi opinjoni negattiva rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità kompetenti Żvizzera għall-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi trażmess mill-Konfederazzjoni Żvizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6), u L-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]

(1)

Il-Kummissjoni tal-KE għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti tal-Iżvizzera għall-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6) u l-Artikolu 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6) u 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jibda, għall-Konfederazzjoni Żvizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Żvizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tas-7 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

(l-Artikoli 1-24)

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), 5-11, u 13), kif emendati bi:

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1899/2006 tat-12 ta’ Diċembru 2006,

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1900/2006 tal-20 ta’ Diċembru 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007.

Nru 94/56/KE

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 1994 li tistabbilixxi l-prinċipji fundamentali li jirregolaw l-investigazzjoni ta' aċċidenti u inċidenti ta' avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-13)

Nru 2004/36

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà [sikurezza] ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-9, u 11-14)

Nru 768/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tad-19 ta’ Mejju 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-sigurtà ta’ ajruplani ta’ pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità u dwar il-ġestjoni tas-sistema informattiva.

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-12)

Nru 1592/2002

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament”), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1643/2003 tat-22 ta’ Lulju 2003,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1701/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 103/2007 tat-2 ta’ Frar 2007 dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

L-Aġenzija tista' teżerċita, anki fl-Iżvizzera, l-poteri konferiti lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

Il-Kummissjoni tista' teżerċita, anki fl-Iżvizzera, l-poteri konferiti lilha għad-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 10(2), (4) u (6), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 29(3)(i), l-Artikolu 31(3), l-Artikolu 32(5) u l-Artikolu 53(4).

Minkejja l-adattament orizzontali previst fl-ewwel inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 54 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni mhux ser jiġu interpretati bħala applikabbli għall-Iżvizzera.

L-ebda dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandha tkun interpretata fis-sens ta' trasferiment ta' poteri lill-EASA biex taġixxi f'isem l-Iżvizzera fl-ambitu ta' ftehimiet internazzjonali għal raġunijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti

(a)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 1, il-kelmiet “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “il-Komunità”.

(ii)

fil-paragrafu 2(a), il-kelmiet “jew l-Iżvizzera” għandhom jiddaħħlu wara l-kliem “mill-Komunità”.

(iii)

fil-paragrafu 2 il-punti (b) u (c) huma mħassra;

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkudi ftehim li fih jiġi stabbilit li Stat Membru jew l-Aġenzija jista'/tista' joħroġ/toħroġ ċertifikati abbażi taċ-ÿertifikati maħruġa mill-awtoritajiet aeronawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, hija għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Iżvizzera offerta ta' ftehim analogu mal-pajjiż terz ikkonċernat.

Min-naħa tagħha, l-Iżvizzera għandha tikkonkludi ftehim mal-pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità”.

(b)

Fl-Artikolu 20, jiżdied dan il-paragrafu:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Żvizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 21, jiżdied dan il-paragrafu:

“L-Iżvizzera għandha tapplika għall-Aġenzija, il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, li hemm fl-Anness A ta' dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-Anness A.”.

(d)

Fl-Artikolu 28, jiżdied dan il-paragrafu:

“L-Iżvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni u fi ħdanu għandha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot.”.

(e)

Fl-Artikolu 48, jiżdied dan il-paragrafu:

“8.   L-Iżvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(a), skont il-formula li ġejja:

S (0,2/100) + S [1 – (a+b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhux kopert mill-piżijiet li jissemmew fil-paragrafu 1(b) u (c),

a

=

in-numru ta' Stati assoċjati,

b

=

in-numru tal-Istati Membri tal-UE,

c

=

il-kontribut tal-Iżvizzera għall-baġit ICAO

C

=

il-kontribut totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati assoċjati għall-baġit ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 50, jiżdied dan il-paragrafu:

“Id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Iżvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B ta' dan l-Anness.”.

(g)

L-Anness II tar-Regolament huwa estiż għall-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni minn organizzazzjonijiet għad-disinn u l-produzzjoni (1):

 

A/c — [HB IDJ] — tip CL600-2B19

 

A/c — [HB-IGM] — tip Gulfstream G-V-SP

 

A/c — [HB-IIS, HB-IIY, HB-IMJ, HB-IVL, HB-IVZ, HB-JES] — tip Gulfstream G-V

 

A/c — [HB-IBX, HB-IKR, HB-IMY, HB-ITF, HB-IWY] — tip Gulfstream G-IV

 

A/c — [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF, HB-ZDO] — tip MD 900

Nru 736/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar il-metodi tax-xogħol tal-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza tal-Ajru għat-twettiq ta' spezzjonijiet fil-qasam tal-istandardizzazzjoni

Nru 1702/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 381/2005 tas-7 ta’ Marzu 2005,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2006 tat-8 ta’ Mejju 2008,

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 335/2007 tat-28 ta’ Marzu 2007,

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 375/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007

Għall-finijiet tal-Ftehim, jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet Ir-Regolament Nru 1702/2003 jinftiehmu bl-aġġustament li ġej:

L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 3, 4, 6, 8, 10, 11, 13 u 14, id-data “it-28 ta’ Settembru 2003” hija sostitwita bil-kliem “id-data li fiha tidħol fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kumitat għat-Trasport bl-Ajru Komunità/Żvizzera li tintegra r-Regolament 1592/2002 fl-Anness tar-Regolament”.

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwa li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006 tat-8 ta’ Mejju 2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007 tat-30 ta’ Marzu 2007

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2004 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà [Sikurezza] tal-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 2111/2005

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru [air carriers] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ kumpaniji ta’ l-ajru [air carriers] li huma suġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità skond il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

474/2006/KE

Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu japplika fl-Iżvizzera sakemm ikun fis-seħħ fl-UE.

Nru 593/2007

Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Mejju 2007 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni

4.   Sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 2320/2002

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-8, 10-13), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 849/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004.

Nru 622/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2004 tal-15 ta’ Jannar 2004,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 781/2005 tal-24 ta’ Mejju 2005,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 857/2005 tas-6 ta’ Ġunju 2005,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 65/2006 tat-13 ta’ Jannar 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 240/2006 tal-10 ta’ Frar 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1448/2006 tad-29 ta’ Settembru 2006

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1546/2006 tal-4 t’Ottubru 2006

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1862/2006 tal-15 ta’ Diċembru 2006

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 437/2007 tal-20 t’April 2007

Ir Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2008 tat-22 t’April 2008.

Nru 1217/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi speċifikazzjonijiet komuni għal programmi ta' kontroll ta' kwalità għas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili nazzjonali.

Nru 1486/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

(l-Artikoli 1-13 u 15-18)

Nru 1138/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ġunju 2004 li jistabbilixxi tifsira komuni għal partijiet kritiċi taż-żoni ristretti ta' sigurtà fl-ajruporti.

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas).

Il-Kummissjoni teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8(1), 10, 11 u 12.

Minkejja l-aġġustament orizzontali previst fl-ewwel inċiż tal-Anness tal-Ftehim bejn l-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” li saru fl-Artikolu 5 tar-Regolament 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 1999/468/KE li jissemmew f'dak l-artikolu mhux ser jiġu interpretati bħala applikabbli għall-Iżvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta’ Servizz).

Rigward l-Iżvizzera, il-Kummissjoni teżerċita l-poteri mogħtija lilha skont l-Artikolu 16, kif emendat aktar 'l isfel.

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma emendati kif ġej:

(a)

l-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “l-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafi 1 u 6, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelma “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “u l-Iżvizzera” wara l-kelmiet “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, sal-punt li fih dan tal-aħħar huwa ġuridikament ikkonċernat.”

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-arja [ajru] fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-ispazju tal-arja)

Il-Kummissjoni tista' teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skont l-Artikoli 2, 3(5) u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Ir-Regolament ta’ Interoperabilità).

Il-Kummissjoni teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament huma emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “jew fl-Iżvizzera” wara l-kelmiet “fil-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “jew fl-Iżvizzera” wara l-kelmiet “fil-Komunità”.

(c)

L-Anness III għandu jiġi emendat kif ġej:

Fis-sezzjoni 3, fit-tieni u fl-aħħar inċiżi, għandhom jiddaħħlu l-kelmiet “jew fl-Iżvizzera” wara l-kelma “Komunità”.

Nru 2096/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-provvista ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru

Il-Kummissjoni teżerċita fl-Iżvizzera l-poteri mogħtija lilha skont l-Artikolu 9.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Lulju 2006 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-proċeduri għall-pjanijiet tat-titjir fil-fażi ta' qabel it-titjir għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi ta’ skambju ta’ dejta tat-titjira għall-iskopijiet tan-notifika, koordinament u trasferiment ta’ titjiriet bejn unitajiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru

Nru 2006/23

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar Liċenzja Komunitarja għall-Kontrolluri tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess 'il fuq mil-livell ta' tajran 195 tat-titjiriet magħmula skont ir-regoli ta' tajran viżwali

No 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp ta' sistema Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru.

6.   Ambjent u Storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss [storbju] fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, u 14-18)

(L-emendi tal-Anness I, li ġejjin mill-Anness II, Kapitolu 8 (Il-Politika tat-Trasport), Sezzjoni G (It-Trasport bl-Ajru), numru 2 tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, japplikaw).

Nru 80/51

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1979 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' ħsejjes minn ajruplani subsoniċi (l-Artikoli 1-9), kif emendata bi:

Id-Direttiva 83/206/KEE.

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili ġett subsoniċi

(l-Artikoli 1-8)

Nru 92/14

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-2 ta’ Marzu 1992 dwar il-limitazzjoni tat-tħaddim ta' ajruplani koperti mit-II Parti, Kapitolu 2, Volum I tal-Anness 16 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988)

(l-Artikoli 1-11)

7.   Protezzjoni tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(l-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(l-Artikoli 1-11)

Nru 2299/89

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 1989 dwar kodiċi ta' kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata (l-Artikoli 1-22), kif emendat bi:

ir-Regolament tal-Kunsill Nru 3089/93;

ir-Regolament tal-Kunsill Nru 323/1999 tat-8 ta’ Frar 1999.

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(l-Artikoli 1-18)

8.   Mixxellanji

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku.

(l-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2))

9.   Annessi:

A:

Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej

B:

Dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità għall-parteċipanti Żvizzeri fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI KKUNSIDRAW illi, skont l-Artikolu 28 tat-Trattat li jistabilixxi Kunsill Wieħed u Kummissjoni Waħda tal-Komunitajiet Ewropej, dawn il-Komunitajiet u l-Bank Ewropew tal-Investiment għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,

QABLU dwar dawn id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li se jiġu annessi ma’ dan it-Trattat:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 1

Il-postijiet u l-bini tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli. Ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni.

Il-proprjetà u l-assi tal-Komunitajiet ma għandhomx ikunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Komunitajiet għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

Il-Komunitajiet, l-assi, id-dħul finanzjarju u proprjetà oħra tagħhom għandhom ikunu eżenti minn kull taxxa diretta.

Il-Gvernijiet tal-Istati Membri għandhom, kull meta possibbli, jieħdu l-miżuri xierqa biex jirrinunzjaw għal jew iħallsu lura l-ammont ta’ taxxi indiretti jew taxxi fuq il-bejgħ inklużi fil-prezz ta’ proprjetà mobbli jew immobbli, meta l-Komunitajiet jagħmlu, għall-użu uffiċjali tagħhom, xirjiet sostanzjali li l-prezz tagħhom ikun jinkludi taxxi ta’ din ix-xorta. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw, madankollu, b’mod illi jkollhom l-effett li jfixklu l-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunitajiet.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata għar-rigward ta’ taxxi u ammonti dovuti li jkunu biss ħlasijiet għal servizzi ta’ utilità pubblika.

Artikolu 4

Il-Komunitajiet għandhom ikunu eżenti mid-dazji kollha tad-dwana, projbizzjonijiet u restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti intiżi għall-użu uffiċjali tagħhom: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti hekk importati, sew bi ħlas kif ukoll bla ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief taħt kondizzjonijiet approvati mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

Il-Komunitajiet għandhom ikunu wkoll eżenti minn kull dazju tad-dwana u minn kull projbizzjoni u restrizzjoni fuq importazzjonijiet u esportazzjonijiet għar-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħhom.

Artikolu 5

Il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar jista’ jkollha valuta ta’ kull xorta u tħaddem kontijiet f’kull valuta.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 6

Għall-komunikazzjonijiet uffiċjali u t-trażmissjoni tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet igawdu fit-territorju ta’ kull Stat Membru it-trattament mogħti minn dak l-Istat lil missjonijiet diplomatiċi.

Korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħra tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet ma jkunux suġġetti għal ċensura.

Artikolu 7

1.   Il-presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu joħorġu lill-membri u lill-impjegati ta’ dawn l-istituzzjonijiet laissez-passer fil-forma stabbilita mill-Kunsill u li huma rikonoxxuti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala dokumenti tal-ivvjaġġar validi. Dawn il-laissez-passer jinħarġu lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħra skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mir-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej.

Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kull ftehim biex dawn il-laissez passer ikunu rikonoxxuti bħala dokumenti validi għall-ivvjaġġar fit-territorju ta’ pajjiżi terzi.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u Azzar għandhom, madankollu, jibqgħu applikabbli għall-membri u għall-impjegati tal-istituzzjonijiet li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan it-Trattat ikollhom fil-pussess tagħhom laissez-passer li hemm provdut dwaru f’dak l-Artikolu, sakemm jiġu applikati id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 8

M’għandha tiġi imposta ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta’ xort’oħra fuq il-moviment liberu ta’ Membri tal-Parlament Ewropew li jkunu qed jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

Il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom, fir-rigward ta’ dwana u kontroll fuq il-kambju, jingħataw:

(a)

mill-Gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvernijiet ta’ Stati Membri oħra, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta’ gvernijiet barranin fuq missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 9

Membri tal-Parlament Ewropew m’għandhom ikunu suġġetti għal ebda forma ta’ investigazzjoni, detenzjoni jew proċeduri legali, fir-rigward ta’ opinjonijiet espressi jew voti mogħtija minnhom fil-qadi ta’ dmirijiethom.

Artikolu 10

Waqt is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-membri tiegħu, għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità bl-istess mod tkun tgħodd għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa’ l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tintalab meta membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TAL-ISTATI MEMBRI LI JIPPARTEĊIPAW FIX-XOGĦOL TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 11

Rappreżentanti ta’ Stati Membri li jkunu qed jieħdu sehem fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi tad-doveri tagħhom u waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post tal-laqgħa jgawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet tas-soltu.

Dan l-Artikolu japplika wkoll għal membri ta’ korpi ta’ konsulenza tal-Komunitajiet.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRA TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 12

Fit-terrritorju ta’ kull Stat Membru u tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet:

(a)

bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu, min-naħa l-waħda, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà ta’ uffiċjali u impjegati oħra lejn il-Komunitajiet u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti fi kwistjonijiet bejn il-Komunitajiet u l-uffiċjali u impjegati oħra tagħhom, ikollhom immunità minn proċedimenti legali fir-rigward ta’ atti magħmulin minnhom fil-kapaċità uffiċjali tagħhom, inklużi kliem li jkunu qalu jew kitbu. Ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu temmew il-kariga tagħhom.

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma jkunux suġġetti għal restrizzjonijiet fl-immigrazzjoni jew għal formalitajiet fir-reġistrazzjoni ta’ frustieri;

(c)

fir-rigward ta’ regolamenti dwar il-valuta jew il-kambju, jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f’dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu d-doveri tagħhom f’dak il-pajjiż, bla ħsara, f’kull każ, għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

ikollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karrozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma jkollhom ċittadinanza skont il-pattijiet viġenti fis-suq lokali ta’ dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, bla ħsara f’kull każ għall-kondizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-Gvern ta’ dak il-pajjiż.

Artikolu 13

Uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet ikunu suġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Komunitajiet, skont il-kondizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

Ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunitajiet.

Artikolu 14

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni u fl-applikazzjoni ta’ konvenzjonijiet dwar il-ħelsien mit-taxxa doppja magħmulin bejn Stati Membri tal-Komunitajiet, uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li, unikament minħabba fil-qadi tad-doveri tagħhom fis-servizz tal-Komunitajiet, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż ta’ domiċilju tagħhom għal skopijiet ta’ taxxa, meta jidħlu fis-servizz tal-Komunitajiet, jiġu kunsidrati, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom sew fil-pajjiż tad-domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, bħala li jkunu żammew id-domiċilju tagħhom f’dan l-aħħar pajjiż basta li dan ikun membru tal-Komunitajiet. Dawn id-dispożizzjonijiet jgħoddu wkoll għall-konjuġi, safejn il-konjuġi ma jkollux jew ma jkollhiex separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u taħt ir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f’dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu, tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f’dak il-pajjiż; dik il-proprjetà għandha, għall-kalkolu ta’ dik it-taxxa, titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta’ domiċilju għal skopijiet ta’ taxxa, bla ħsara għad-drittijiet ta’ pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta’ provvedimenti ta’ konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta’ dmirijiet fis-servizz ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra m’għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 15

Il-Kunsill għandu filwaqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni jistipula l-iskema ta’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u għall-impjegati l-oħra tal-Komunitajiet.

Artikolu 16

Il-Kunsill għandu, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13, u l-Artikolu 14 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f’parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi ta’ uffiċjali u impjegati oħra mdaħħla f’dawk il-kategoriji għandhom jiġu komunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TAL-MISSJONIJIET TA’ PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Artikolu 17

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-Komunitajiet ikollhom is-sede tagħhom għandu jagħti l-immunitajiet u l-privileġġi diplomatiċi konswetudinarji lil missjonijiet ta’ pajjiżi terzi akkreditati lill-Komunitajiet.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 18

Privileġġi, immunitajiet u faċilitajiet jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunitajiet unikament fl-interessi tal-Komunitajiet.

Kull istituzzjoni tal-Komunitajiet tkun meħtieġa li tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Komunitajiet.

Artikolu 19

L-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet għandhom, bl-iskop li jiġi applikat dan il-Protokoll, jikkooperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.

Artikolu 20

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 japplikaw għall-membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 21

L-Artikoli 12 sa 15 u l-Artikolu 18 għandhom jgħoddu għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistratur u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja kif ukoll għall-Membri u r-Reġistratur tal-Qorti ta’ Prim’Istanza, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja li għandhom x’jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal u r-rappreżentanti tal-Istati Membri li jieħdu sehem fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment ukoll għandu jkun eżenti minn kull għamla ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni simili, f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x’jaqsmu, fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. Ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu m’għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħarnett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu imwettqa skont l-Istatut tiegħu ma jkunux suġġetti għal xi taxxa fuq il-bejgħ.

Artikolu 23

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll fuq l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu wkoll, ikun eżenti minn kull għamla ta’ tassazzjoni jew impożizzjoni simili, f’każ ta’ xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jistgħu jkollhom x’jaqsmu, fl-Istat fejn il-bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-fergħat tiegħu li jaħdmu skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew m’għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq it-taxxa fuq il-bejgħ.

Id-dispożizzjonijiet ta’ hawn qabel għandhom japplikaw għall-Istitut Monetarju Ewropew. Ix-xoljiment jew l-istralċ tiegħu m’għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni.

B’XIEHDA TA’ DAN, is-sottoskritti Plenipotenzjarji ffirmaw dan il-Protokoll.

Magħmul fi Brussell illum it-tmien jum ta’ April tas-sena elf disa’ mija u ħamsa u sittin.

Appendiċi tal-ANNESS A

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-IŻVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Iżvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej (minn issa ‘l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem bħala estiża għall-Iżvizzera, għajr għal meta jkun previst mod ieħor mid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Il-beni u s-servizzi esportati ‘l barra mill-Iżvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Żvizzera fuq il-valur miżjud (VAT). F’każ ta’ beni u servizzi forniti fl-Iżvizzera lill-Aġenzija għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta’ rifużjoni, skont l-Artikolu 3, it-tieni paragrafu tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-beni u tal-provvista ta’ servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jammonta għal total ta’ tal-anqas 100 Frank Żvizzeru (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formuli pprovduti mill-Amministrazzjoni Żvizzera għal dan il-għan. It-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, huma ġeneralment ipproċessati fi żmien tliet xahar mid-data tat-tressiq.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

B’referenza għall-Artikolu 13, it-tieni paragrafu tal-Protokoll, l-Iżvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u impjegati oħra tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Komunità u suġġetti għal taxxa interna bi profitt għal din tal-aħħar.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tal-Protokoll, l-Iżvizzera mhijiex meqjusa bħala Stat Membru skont il-punt 1 ta’ din l-Appendiċi.

L-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familja tagħhom li qegħdin fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u l-impjegati oħra tal-Komunità, mhumiex obbligatorjament suġġetti għas-sistema tas-sigurtà soċjali Żvizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej għandu jkollha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha għal dak li għandu x’jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (2) u d-dispożizzjonijiet tad-Dritt Komunitarju l-oħra li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta’ uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-disposizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-lstaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI ŻVIZZERI F’ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM DWAR L-AVJAZZJONI EWROPEA

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Iżvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntrattur li jipparteċipa fi programm tal-Aġenzija, destinatarji ta’ ħlas mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew subkuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kwalunkwe informazzjoni jew dokumentazzjoni rilevanti li huma meħtieġa li jintbagħtu skont l-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi kif ukoll id-deċiżjonijiet adottati fil-kuntest ta’ dawn l-istrumenti.

Artikolu 2

Verifiki

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta’ Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta’ Marzu 2003, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f’din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Iżvizzera jistgħu jipprevedu t-twettiq fi kwalunkwe mument ta’ verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta’ xort’oħra fis-sedi tagħhom u tas-subkuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħra awtorizzati minn din tal-aħħar għandhom ikollhom aċċess għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluż dawk f’format elettroniku, biex iwettqu dmirijiethom b’mod effikaċi. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti tal-Awdituri tal-Komunitajiet Ewropej għandha l-istess drittijiet bħall-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jseħħu sa ħames snin wara l-iskadenza ta’ din id-Deċiżjoni jew skont il-kundizzjonijiet previsti mill-kuntratti jew mill-ftehimiet jew mid-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru għandu jiġi informat minn qabel bil-verifiki li jsiru fuq it-territorju Żvizzeru. It-twettiq tal-verifiki ma huwa bl-ebda mod suġġett għall-komunikazzjoni minn qabel ta’ din l-informazzjoni.

Artikolu 3

Kontrolli fil-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (OLAF) hija awtorizzata li twettaq kontrolli u spezzjonijiet fil-post fit-territorju Żvizzeru fil-kundizzjonijiet u skont il-modalitajiet stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (3).

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali tal-Verifika Żvizzeru u mal-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti oħra maħtura minn dan, dawn l-awtoritajiet għandhom ikunu informati fil-ħin dwar l-oġġett, l-iskop u l-bażi ġuridika tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Żvizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u fl-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet Żvizzeri kkonċernati hekk jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post isiru konġuntament mill-Kummissjoni u minn dawn l-awtoritajiet.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu għal kontroll jew għal spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Żvizzeri, b’konformità mar-regoli nazzjonali, jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirijiethom ta’ kontroll u spezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju tal-Verifika Federali Żvizzeru, dwar kull fatt jew suspett dwar irregolaritajiet li jkunu saru jafu bih waqt li jkunu qed isiru l-verifiki jew l-ispezzjonijiet fuq il-post. F’kull każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta’ dawn il-verifiki u spezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta’ dan l-Anness, l-awtoritajiet Żvizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom regolarment jaqsmu l-informazzjoni bejniethom u, fuq talba ta’ waħda minnhom, għandhom iwettqu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jinformaw mingħajr dewmien il-Kummissjoni u l-Aġenzija bi kwalunkwe element li jkunu saru jafu bih li jista’ jagħti suspett tal-eżistenza ta’ irregolaritajiet marbut mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew tal-ftehimiet stipulati f’applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f’din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba skont dan l-Anness, tkun f’liema forma tkun, għandha tkun koperta mis-sigriet professjonali u mħarsa bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni analoga mil-leġiżlazzjoni Żvizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Iżvizzera, jeħtieġu, minħabba l-funzjonijiet tagħhom, li jkunu jafuhom, u lanqas ma tista’ tintuża għal għanijiet ħlief dawk li jservu sabiex jiżguraw il-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Żvizzera, miżuri u sanzjonijiet ammistrattivi jistgħu jiġu imposti mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fi qbil mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien tal-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej (4).

Artikolu 7

Irkupru u eżekuzzjoni

Id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jew tal-Kummissjoni meħuda fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu ta’ ħlas ta’ flus fuq persuni oħra li mhumiex Stati għandhom ikunu infurzati fl-Iżvizzera.

L-ordni għall-infurzar għandu jinħareġ, mingħajr ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Żvizzeru, li għandu jinforma lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni b’dan. L-infurzar għandu jseħħ skont ir-regoli ta’ proċedura Żvizzeri. Il-leġittimità tad-deċiżjoni ta’ infurzar hija suġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej maqtugħa skont klawżola ta’ arbitraġġ huma infurzabbli bl-istess kundizzjonijiet.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  GU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(3)  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

(4)  ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/56


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/116/PESK

tal-10 ta' Frar 2009

li testendi u temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti f’dik li Qabel Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ Frar 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK dwar miżuri restrittivi kontra estremisti fl-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM) (1).

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK kienet estiża sal-10 ta’ Frar 2009 mill-Pożizzjoni Komuni 2008/104/PESK (2).

(3)

Wara reviżjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK, huwa kkunsidrat xieraq li tiġi estiża l-applikazzjoni tagħha għal perijodu ta’ ħames xhur oħra, kif ukoll li jitneħħew ċerti persuni mil-lista fl-Anness tagħha,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK hija b’dan estiża sal-10 ta’ Lulju 2009.

Artikolu 2

L-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/133/PESK għandu jinbidel bit-test li jidher fl-Anness għal din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tapplika mill-10 ta’ Frar 2009.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU L 39, 11.2.2004, p. 19.

(2)  ĠU L 36, 9.2.2008, p. 16.


ANNESS

“Lista ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 1

Kunjom:

ADILI, Gafur

Magħruf ukoll bħala:

Valdet Vardari

Data ta’ twelid:

5.1.1959

Post tat-twelid/oriġini:

Harandjell (Kičevo), l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

AHMET, Hebib

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

9.11.1981

Post tat-twelid/oriġini:

Brodec, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

HALILI, Zaim

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

18.9.1979

Post tat-twelid/oriġini:

Strumica, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

HYSENI, Xhe-Mail

Magħruf ukoll bħala:

Xhimi Shea

Data ta’ twelid:

15.8.1958

Post tat-twelid/oriġini:

Lojane (Lipkovo), l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

JAKUPI, Avdil

Magħruf ukoll bħala:

Cakalla

Data ta’ twelid:

20.4.1974

Post tat-twelid/oriġini:

Tanuševci, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

KRASNIQI, Agim

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

15.9.1979

Post tat-twelid/oriġini:

Kondovo, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

LIMANI, Fatmir

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

14.1.1973

Post tat-twelid/oriġini:

Kičevo, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

MISIMI, Naser

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

8.1.1959

Post tat-twelid/oriġini:

Mala Rečica (Tetovo), l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

REXHEPI, Daut

Magħruf ukoll bħala:

Leka

Data ta’ twelid:

6.1.1966

Post tat-twelid/oriġini:

Poroj, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

Kunjom:

RUSHITI, Sait

Magħruf ukoll bħala:

 

Data ta’ twelid:

7.7.1966

Post tat-twelid/oriġini:

Tetovo, l-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja”


Corrigendum

11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/58


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 3, 5 ta' Jannar 2008 )

Fil-paġni 8 u 9, fl-Anness, it-Tabella ta' Korrispondenza msemmija fl-Artikolu 19 għandha tiġi sostitwita bit-tabelli li ġejjin:

“ANNESS

TABELLA TA' KORRISPONDENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 19

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 2702/1999

Ir-Regolament (KE) Nru 2702/1999

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(2)

Artikolu 4

Artikolu 4, l-aħħar subparagrafu

Artikolu 5(1)

Artikolu 4, l-aħħar subparagrafu

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6

Artikolu 6(2)

Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, u l-paragrafu 2

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 7(4) u (6)

Artikolu 8

Artikolu 7(5)

Artikolu 11(2)

Artikolu 9

Artikolu 7(a)

Artikolu 10

Artikolu 8(1) u (2)

Artikolu 11(1) u (3)

Artikolu 8(3) u (4)

Artikolu 12

Artikolu 9(1) sa (4)

Artikolu 13(1) sa (4)

Artikolu 13(5)

Artikolu 9(5)

Artikolu 13(6)

Artikolu 10

Artikolu 14

Artikolu 11

Artikolu 15

Artikolu 12

Artikolu 16

Artikolu 12a

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 14

Artikolu 19

Artikolu 15

Artikolu 20


2.   Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000

Ir-Regolament (KE) Nru 2826/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3(1)

Artikolu 4

Artikolu 4, l-ewwel subparagrafu

Artikolu 5

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu, u l-paragrafu 2

Artikolu 7(1)

Artikolu 6(3)

Artikolu 7(2)

Artikolu 6(4) u (6)

Artikolu 8

Artikolu 6(5)

Artikolu 11(2)

Artikolu 7

Artikolu 9

Artikolu 7a

Artikolu 10

Artikolu 8

Artikolu 11(1)

Artikolu 9

Artikolu 13

Artikolu 10(1)

Artikolu 11(3)

Artikolu 10(2) u (3)

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 14

Artikolu 12

Artikolu 15

Artikolu 13

Artikolu 16

Artikolu 13a

Artikolu 17

Artikolu 14

Artikolu 18

Artikolu 15

Artikolu 19

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 20”


11.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.