ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
5 ta' Frar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 105/2009 tas-26 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 106/2009 tal-4 ta’ Frar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

6

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 107/2009 tal-4 ta' Frar 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi ( 1 )

8

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/6/KE tal-4 ta' Frar 2009 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skont il-progress tekniku ( 1 )

15

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/97/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati

18

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/98/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2008/22)

22

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2009/99/KE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja u tal-Eurosistema (BĊE/2008/13)

31

 

 

2009/100/KE

 

*

Linja ta’ gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2008 li temenda il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2008/21)

46

 

 

2009/101/KE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema (BĊE/2009/1)

59

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 94/06/COL tad-19 ta’ April 2006 li temenda, għas-sebgħa u ħamsin darba, r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

62

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA Nru 227/06/COL tad-19 ta’ Lulju 2006 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għal Farice hf. (L-Iżlanda)

69

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni ( ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1 . Verżjoni rettifikata fil- ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3 )

84

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 105/2009

tas-26 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 279(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu fi Brussell tal-15 u s-16 ta’ Diċembru 2005 ħareġ numru ta’ konklużjonijiet dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet, li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.

(2)

Taħt l-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom ma hemm l-ebda distinzjoni bejn id-dazji agrikoli u d-dazji doganali.

(3)

Taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(5) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, għall-perijodu 2007 - 2013, l-Olanda u l-Isvezja għandhom jibbenefikaw minn tnaqqis gross mill-kontribuzzjonijiet rispettivi tagħhom tad-dħul gross nazzjonali (DGN) li għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha. M’għandu jkun hemm l-ebda reviżjoni sussegwenti tal-finanzjament ta’ dak it-tnaqqis gross f’każ ta’ modifiki sussegwenti taċ-ċifra tad-DGN.

(4)

B’kont meħud tal-fatt li d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom tagħmel referenza għad-DGN minflok għall-prodott gross nazzjonali (PGN), huwa kunsiljabbli li jiġi allinjat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet (4). Is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej m’għadhiex iżjed tipprovdi għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji bbażati fuq il-PGN, u għalhekk m’hemm l-ebda ħtieġa li ssir referenza għalihom fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(5)

Bil-ħsieb ta’ amministrazzjoni effiċjenti tal-kontijiet tar-riżorsi proprji tal-Kummissjoni, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi sabiex tiġi allineata t-trażmissjoni tad-data u l-perijodi tar-rappurtar mal-prattika bankarja attwali.

(6)

Mill-baġit tal-2007 ‘l quddiem, il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni (5) finanzjarja tajba m’għadux jipprevedi mekkaniżmu finanzjarju speċifiku għar-riżerva dwar self u garanziji ta’ self u r-riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza. Ir-riżerva għall-għajnuna ta’ emerġenza tiddaħħal fil-baġit bħala proviżjoni u r-riżerva għas-self u l-garanziji tas-self titqies bħala nefqa obbligatorja fil-baġit ġenerali.

(7)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

B’kont meħud tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-istess jum bħal dik id-Deċiżjoni u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Fit-titolu, it-terminu “Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet” għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej”;

(2)

L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Ir-riżorsi proprji tal-Komunitatijiet Ewropej previsti fid-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom  (*), minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘ir-riżorsi proprji’ għandhom isiru disponibbli għall-Kummissjoni u spezzjonati kif speċifikat f’dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 (**), għar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (***) u għad-Direttiva 89/130/KEE, Euratom (****).

(*)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17."

(**)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (ĠU L 155, 7.6.1989, p. 9)."

(***)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1)."

(****)  ĠU L 49, 21.2.1989, p. 26.”;"

(3)

Fl-Artikolu 2(1), it-terminu “Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom” għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom”;

(4)

Fl-Artikolu 3, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Id-dokumenti ta’ sostenn li jirrigwardaw il-proċeduri statistiċi u l-bażijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003 għandhom jinżammu mill-Istati Membri sat-30 ta’ Settembru tar-raba’ sena wara s-sena finanzjarja kkonċernata. Id-dokumenti ta’ sostenn dwar il-bażi tar-riżorsi tal-VAT għandhom jinżammu għall-istess perijodu”;

(5)

L-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Ir-rata msemmija fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, li għandha tkun iffissata fil-proċedura tal-baġit, għandha tkun ikkalkulata bħala perċentwal tas-somma tal-previżjoni tad-dħul gross nazzjonali, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ ‘DGN’) tal-Istati Membri b’tali mod li tkopri bis-sħiħ dik il-parti tal-baġit li ma tkunx iffinanzjata mid-dħul imsemmi fl-Artikolu 2(1)(a) u (b) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi supplimentari ta’ riċerka u żvilupp teknoloġiku u introjtu ieħor.

Dik ir-rata għandha tiġi espressa fil-baġit b’figura li jkun fiha postijiet deċimali kemm ikun meħtieġ sabiex ir-riżorsa bbażata fuq id-DGN tinqasam kollha bejn l-Istati Membri.”;

(6)

fl-Artikolu 6(3), il-punt (c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

Ir-riżorsi tal-VAT u r-riżorsa addizzjonali, b’kont meħud tal-effett fuq dawn ir-riżorsi tal-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji u għat-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja għandhom, madankollu, jitniżżlu fil-kontijiet kif speċifikat fil-punt (a) kif ġej:

il-tnax-il wieħed imsemmi fl-Artikolu 10(3) għandu jiġi reġistrat fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar,

il-bilanċi msemmija fl-Artikolu 10(4) u (6) u l-aġġustamenti msemmija fl-Artikolu 10(5) u (7) għandhom jiġu reġistrati annwalment, minbarra għall-aġġustamenti partikolari msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 10(5), li għandhom jitniżżlu fil-kontijiet fl-ewwel jum tax-xogħol tax-xahar ta’ wara l-qbil bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni.”;

(7)

L-Artikolu 9(1a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   L-Istati Membri jew il-korpi appuntati minnhom għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni, b’mezzi elettroniċi:

(a)

fil-jum tax-xogħol li fih ir-riżorsi proprji jkunu kkreditati fil-kont tal-Kummissjoni, rendikont tal-kont jew avviż ta’ kreditu li juri d-dħul tar-riżorsi proprji;

(b)

mingħajr preġudizzju għall-punt (a), sa mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara l-ikkreditar tal-kont, rendikont tal-kont li juri d-dħul tar-riżorsi proprji.”;

(8)

L-Artikolu 10 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 10

1.   Wara t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-ġbir taħt l-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 10(3) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom id-dħul tar-riżorsi proprji msemmi fl-Artikolu 2(1)(a) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu jsir mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara d-19-il jum tat-tieni xahar ta’ wara x-xahar li fih l-intitolament ikun ġie stabbilit taħt l-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament.

Madanakollu, għal intitolamenti murija f’kontijiet separati taħt l-Artikolu 6(3)(b) ta’ dan ir-Regolament, id-dħul għandu jsir mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara d-19-il jum tat-tieni xahar wara x-xahar li fih l-intitolamenti jkunu rkuprati.

2.   Jekk ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna mill-Kummissjoni biex iressqu ‘l quddiem b’xahar id-dħul tar-riżorsi għajr ir-riżorsi tal-VAT u r-riżorsi addizzjonali abbażi tal-informazzjoni disponibbli għalihom fil-15 tal-istess xahar.

Kull dħul imressaq ‘il quddiem tista’ tiġi aġġustata fix-xahar ta’ wara meta jseħħ id-dħul imsemmi fil-paragrafu 1. Dan l-aġġustament għandu jinvolvi dħul negattiv ta’ ammont ugwali għal dak mogħti fid-dħul imressaq ‘il quddiem.

3.   Ir-riżorsi tal-VAT u r-riżorsa addizzjonali, b’kkont meħud tal-effett ta’ dawn ir-riżorsi fuq il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji u t-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja għandhom jiġu kkreditati fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar, u l-ammonti għandhom ikunu wieħed minn kull tnax tat-totali rilevanti fil-baġit, ikkonvertiti fil-muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju tal-aħħar jum tal-kwotazzjoni tas-sena kalendarja ta’ qabel is-sena baġitarja, kif ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, Serje C.

Għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-ħlas tal-ispiża tal-FAEG, konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (*****) u abbażi tal-pożizzjoni tal-likwidità tal-Komunità, l-Istati Membri jistgħu jiġu mistiedna mill-Kummissjoni sabiex jantiċipaw b’xahar jew b’xahrejn fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja d-dħul ta’ wieħed minn tnax jew frazzjoni ta’ wieħed minn tnax tal-ammonti fil-baġit għar-riżorsi tal-VAT u/jew ir-riżorsa addizzjonali, b’kont meħud tal-effett ta’ dawn ir-riżorsi fuq il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji u t-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja.

Wara l-ewwel kwart tas-sena, id-dħul rikjest ta’ kull xahar ma jistax jeċċedi wieħed minn tnax tar-riżorsi bbażati fuq il-VAT u d-DGN, filwaqt li jibqa’ fil-limitu tal-ammonti mdaħħla fil-baġit għal dak l-iskop.

Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan bil-quddiem, mhux aktar tard minn gimgħatejn qabel id-dħul mitlub.

It-tmien subparagrafu li jirrigwarda l-ammont li għandu jiddaħħal f’Jannar ta’ kull sena u d-disa’ subparagrafu applikabbli jekk il-baġit ma jkunx għadu ġie finalment adottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja għandhom ikunu applikabbli għal dan id-dħul antiċipat.

Kull bidla fir-rata uniformi tar-riżorsi tal-VAT, fir-rata tar-riżorsa addizzjonali, fil-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji u fl-iffinanzjar tagħha msemmi fl-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom u fl-iffinanzjar tat-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja għandu jirrikjedi l-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju u għandu jwassal għal riaġġustamenti tal-ħlasijiet ta’ wieħed minn tnax li jkunu ddaħħlu sa mill-bidu tas-sena finanzjarja.

Dawn ir-riaġġustamenti għandhom jittwettqu meta jsir l-ewwel dħul wara l-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju jekk ikun adottat qabel is-16 tax-xahar. Inkella dawn għandhom jitwettqu meta jsir it-tieni dħul wara l-adozzjoni finali. B’deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament Finanzjarju, dawn ir-riaġġustamenti għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet fir-rigward tas-sena finanzjarja tal-baġit emendatorju kkonċernat.

Il-kalkolu tal-wieħed minn tnax għal Jannar ta’ kull sena finanzjarja għandu jkun ibbażat fuq l-ammonti stipulati fl-abbozz tal-baġit, imsemmija fl-Artikolu 272(3) tat-Trattat tal-KE u l-Artikolu 177(3) tat-Trattat tal-KEEA u kkonvertiti fil-muniti nazzjonali bir-rati tal-kambju tal-ewwel jum tal-kwotazzjoni ta’ wara l-15 ta’ Diċembru tas-sena kalendarja li tippreċedi s-sena tal-baġit; l-aġġustament għandu jsir mad-dħul tax-xahar li jmiss.

Jekk il-baġit ma jkunx ġie finalment adottat qabel il-bidu tas-sena finanzjarja, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ kull xahar, inkluż Jannar, wieħed minn tnax tal-ammont tar-riżorsi tal-VAT, u r-riżorsa addizzjonali, b’kont meħud tal-effett ta’ dawk ir-riżorsi fuq il-korrezzjoni mogħtija lir-Renju Unit għall-iżbilanċi baġitarji u t-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja, imdaħħlin fl-aħħar baġit finalment adottat; l-aġġustament għandu jsir fl-ewwel data li tmiss wara l-adozzjoni finali tal-baġit jekk dan ikun adottat qabel is-16 tax-xahar. Altrimenti, l-aġġustament għandu jsir fit-tieni data li tmiss ta’ wara l-adozzjoni finali tal-baġit.

4.   Kull Stat Membru għandu, abbażi tal-istqarrija annwali fuq il-bażi tar-riżorsi tal-VAT stipulati fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89, ikun iddebitat b’ammont ikkalkulat mill-informazzjoni li tinsab fl-imsemmija stqarrija bl-applikazzjoni tar-rata uniformi adottata għas-sena finanzjarja preċedenti u kkreditat bit-12-il pagament magħmula matul dik is-sena finanzjarja. Madankollu, il-bażi tar-riżorsi tal-VAT ta’ kull Stat Membru li għaliha hija applikata r-rata ta’ hawn fuq ma tistax teċċedi l-perċentwal determinat bl-Artikolu 2(1)(b) ta’ Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, tad-DGN tiegħu, kif imsemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 7 ta’ dak l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-bilanċ u għandha tinforma lill-Istati Membri fil-waqt biex huma jkunu jistgħu jdaħħluh fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru tal-istess sena.

5.   Kwalunkwe korrezzjoni tal-bażi tar-riżorsi tal-VAT taħt l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 għandha twassal biex kull Stat Membru kkonċernat li l-bażi tiegħu, meta jitqiesu dawn il-korrezzjonijiet, ma teċċedix il-perċentwali ddeterminati mill-Artikoli 2(1)(b) u 10(2) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, għall-aġġustamenti li ġejjin għall-bilanċ imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu:

il-korrezzjonijiet taħt l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 magħmula sal-31 ta’ Lulju għandhom iwasslu għal aġġustament ġenerali li għandu jitniżżel fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru tal-istess sena. Madankollu, aġġustament partikolari jista’ jiddaħħal qabel dik id-data jekk l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jaqblu dwar dan,

meta l-miżuri li tieħu l-Kummissjoni permezz tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1553/89 biex tikkorreġi l-bażi jwassal għal aġġustament tad-dħul fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament, dak l-aġġustament għandu jsir fid-data speċifikata mill-Kummissjoni f’konformita’ mal-miżuri msemmija.

It-tibdil għad-DGN imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu għandu wkoll iwassal għal aġġustament tal-bilanċ ta’ kwalunkwe Stat Membru li l-bażi tiegħu, meta jitqiesu dawn il-korrezzjonijiet, ikollha bħala massimu stabbilit il-perċentwali determinati bl-Artikolu 2(1)(b) u 10(2) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dawn l-aġġustamenti fil-waqt biex dawn ikunu jistgħu jdaħħluhom fil-kont msemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru tal-istess sena.

Iżda, aġġustament partikolari jista’ jiddaħħal fi kwalunkwe żmien jekk l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni jaqblu dwar dan.

6.   Abbażi tal-figuri għad-DGN aggregat bil-prezzijiet tas-suq u l-komponenti tiegħu mis-sena ta’ qabel, forniti mill-Istati Membri taħt l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, kull Stat Membru għandu jiġi ddebitat bl-ammont ikkalkulat billi tiġi applikata għad-DGN ir-rata adottata għas-sena finanzjarja preċedenti u kkreditat bil-ħlasijiet magħmula matul dik is-sena finanzjarja ta’ qabel. Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-bilanċ u għandha tinforma lill-Istati Membri fil-waqt biex dawn ikunu jistgħu idaħħluh fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru tal-istess sena.

7.   Kull kambjament fid-DGN tas-snin finanzjarji preċedenti konformement mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, suġġett għall-Artikolu 5 tiegħu, għandu jwassal għal kull Stat Membru kkonċernat, għal aġġustament tal-bilanċ stabbilit konformement mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dan l-aġġustament għandu jiġi stabbilit bil-mod preskritt fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b’dawn l-aġġustamenti biex huma jkunu jistgħu jdaħħluhom fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Diċembru tal-istess sena. Wara t-30 ta’ Settembru tar-raba’ sena wara sena finanzjarja partikolari, kull tibdil fid-DGN m’għandux aktar ikun meqjus, ħlief fuq punti nnotifikati f’dan il-limitu ta’ żmien jew mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru.

8.   L-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 4 sa 7 jikkonstitwixxu modifikazzjonijiet għall-introjtu fir-rigward tas-sena finanzjarja li fiha jseħħu.

9.   It-tnaqqis gross mogħti lill-Olanda u lill-Isvezja għandu jiġi ffinanzjat mill-Istati Membri kollha. M’għandu jkun hemm l-ebda reviżjoni sussegwenti tal-finanzjament ta’ dak it-tnaqqis gross f’każ ta’ modifiki sussegwenti taċ-ċifra tad-DGN.

10.   Konformement mal-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni, ‘DGN’ għandu jfisser id-DGN għal dik is-sena fi prezzijiet tas-suq kif definit mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, minbarra għas-snin ta’ qabel l-2002, li għalihom il-PGN bil-prezzijiet tas-suq, kif definit mid-Direttiva 89/130/KEE, Euratom, ikompli jkun ir-referenza għall-kalkolu tar-riżorsa addizzjonali.

(*****)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.”;"

(9)

Fl-Artikolu 10a ir-referenzi għall-“PGN” għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej:

“DGN”;

(10)

L-Artikolu 11(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għall-ħlas tal-interessi msemmija fil-paragrafu 1, Artikolu 9(1a) u (2) għandu japplika mutatis mutandis.”;

(11)

L-Artikolu 12(5) għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“L-Istati Membri, jew il-korpi appuntati minnhom, għandhom jeżegwixxu l-ordnijiet ta’ ħlas tal-Kummissjoni fuq istruzzjonijiet tal-Kummissjoni u f’mhux aktar minn tlitt ijiem tax-xogħol mill-jum tar-riċezzjoni.”

(b)

jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

“L-Istati Membri, jew il-korpi appuntati minnhom, għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi u mhux aktar tard mit-tieni jum tax-xogħol wara t-twettiq ta’ kull tranżazzjoni, rendikont tal-kont li juri l-movimenti relatati.”;

(12)

Fl-intestatura tat-Titolu VI, it-terminu “Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom” għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom”;

(13)

Fis-sentenza introduttorja tal-Artikolu 15, it-terminu “Deċiżjoni 2000/597/KE, Euratom” għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom”;

(14)

Fl-Artikolu 16, ir-referenza għall-“Artikolu 10(4) sa (8)” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“Artikolu 10(4) sa (7)”;

(15)

L-Artikolu 18 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-ewwel sentenza, fil-paragrafu 1, għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki u kontrolli li jirrigwardaw l-istabbiliment u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tar-riżorsi proprji, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.”;

(b)

il-paragrafu 4(c) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(ċ)

l-arranġamenti ta’ spezzjonar magħmula taħt l-Artikolu 279(1)(b) tat-Trattat KE u l-Artikolu 183(1)(b) tat-Trattat KEEA.”;

(16)

Fl-Artikolu 19 ir-referenza għall-“PGN” għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“DGN”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VONDRA


(1)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 192, 29.7.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1.

(5)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 106/2009

tal-4 ta’ Frar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Frar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

73,2

MA

46,2

TN

134,4

TR

94,0

ZZ

87,0

0707 00 05

JO

155,5

MA

134,2

TR

172,1

ZZ

153,9

0709 90 70

MA

114,4

TR

150,8

ZZ

132,6

0709 90 80

EG

84,3

ZZ

84,3

0805 10 20

EG

48,3

IL

51,0

MA

60,0

TN

47,0

TR

58,5

ZZ

53,0

0805 20 10

IL

148,2

MA

96,1

TR

49,1

ZZ

97,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

72,2

IL

76,4

JM

75,5

MA

136,4

PK

73,9

TR

70,9

ZZ

84,2

0805 50 10

EG

48,0

MA

67,1

TR

58,8

ZZ

58,0

0808 10 80

CA

86,3

CL

67,8

CN

69,8

MK

32,6

US

114,6

ZZ

74,2

0808 20 50

AR

104,9

CL

73,7

CN

33,6

US

118,1

ZA

118,6

ZZ

89,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 107/2009

tal-4 ta' Frar 2009

li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ disinjar ekoloġiku għal kaxxi set-top sempliċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 dwar it-twaqqif ta' qafas għall-iffissar tar-rekwiżiti għall-eko-disinn ta' prodotti li jużaw l-enerġija u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/42/KEE u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/57/KE u 2000/55/KE (1), u b′mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum ta’ Konsultazzjoni dwar l-Ekodisinn,

Billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2005/32/KE, ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni għal prodotti li jużaw l-enerġija li jirrappreżentaw volumi sinifikanti ta’ bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti, u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għat-titjib f’termini tal-impatt ambjentali mingħajr ma jinvolvu spejjeż żejda.

(2)

L-Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż, tad-Direttiva 2005/32/KE jipprovdi li skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 19(3) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2), u wara konsultazzjoni mal-Forum ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni tintroduċi, kif xieraq, miżuri implimentattivi immirati lejn prodotti elettroniċi għall-konsumaturi.

(3)

Il-Kummissjoni wettqet studju ta’ tħejjija li analizza l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-kaxxi set-top sempliċi (minn issa ′l quddiem SSTBs). L-istudju ġie żviluppat flimkien mal-partijiet interessati mill-UE u minn partijiet terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

Fl-istudju ntqal li l-għadd ta’ SSTBs imqiegħda fis-suq tal-Komunità se jikber minn 28 miljun fl-2008 għal 56 miljun fl-2014, u l-konsum annwali tal-elettriku tal-SSTBs se jiżdied minn 6 TWh fl-2010 għal 14 TWh fl-2014, iżda li l-konsum tal-elettriku tal-SSTBs jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti b’mod finanzjarjament effikaċi.

(5)

Il-konsum tal-elettriku mill-SSTBs jista’ jitnaqqas bl-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ disinn eżistenti bla sjieda, li minkejja li huma finanzjarjament effikaċi, mhumiex introdotti fis-suq b’mod sodisfaċenti għaliex l-utenti aħħarin mhumiex konxji mill-ispejjeż tal-operat tal-SSTBs, u għalhekk ma jagħtu l-ebda inċentiv lill-manifatturi biex jintegraw soluzzjonijiet bħal dawn biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija waqt l-użu.

(6)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija tal-SSTBs għandhom jiġu stabbiliti bl-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dan l-apparat fil-Komunità kollha kemm hi, u jagħtu kontribut għall-funzjonament tas-suq intern u għat-titjib tar-rendiment ambjentali ta' dak l-apparat.

(7)

Dan ir-Regolament għandu jtejjeb il-penetrazzjoni fis-suq ta’ teknoloġiji li jagħtu effiċjenza mtejba tal-enerġija għall-SSTBs, u jwasslu għal frankar stmat tal-enerġija ta’ 9 TWh fis-sena fl-2014, meta mqabbel max-xenarju ta’ status quo.

(8)

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn m’għandhomx ikollhom impatt negattiv fuq il-funzjonalità tal-prodott u m’għandhomx jaffettwaw b’mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza u l-ambjent.

(9)

Dħul fis-seħħ gradwali tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għandu jipprovdi qafas ta’ żmien xieraq biex il-manifatturi jiddisinjaw il-prodotti mill-ġdid. It-tqassim tal-istadji f’termini ta’ żmien għandu jsir b’tali mod li l-impatti negattivi marbuta mal-funzjonalità tal-apparat fis-suq jiġu evitati, u l-impatti tal-ispejjeż għall-manifatturi, partikolarment l-SMEs, jiġu meqjusa, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba f′waqtha tal-għanijiet tal-politika.

(10)

Il-kejl tal-konsum tal-enerġija għandu jsir b’konsiderazzjoni għall-aħħar teknoloġija disponibbli ġeneralment rikonoxxuta; il-manifatturi jistgħu japplikaw standards armonizzati stabbiliti skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/32/KE.

(11)

Ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1275/2008 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-konsum tal-enerġija waqt li apparat elettriku u elettroniku tad-dar u tal-uffiċċju jkunu fuq standby inkella mitfija (2).

(12)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, dan ir-Regolament għandu jispeċifika li l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità huma l-kontroll tad-disinn intern stipulat fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE u s-sistema ta' ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE

(13)

Sabiex jiġu ffaċilitati kontrolli tal-konformità, il-manifatturi għandhom ikunu mitluba jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/32/KE sa fejn tirrigwarda r-rekwiżiti stabbiliti f’din il-miżura ta’ implimentazzjoni.

(14)

Il-punti ta’ riferiment għall-SSTBs b’konsum baxx tal-enerġija, u li huma disponibbli attwalment għandhom jiġu identifikati. Id-disponibbiltà tal-′mod 0 W’ fuq l-SSTBs tista’ tagħti appoġġ lill-imġiba tal-konsumaturi u d-deċiżjonijiet tagħhom li jnaqqsu it-telf mhux meħtieġ tal-enerġija. Il-punti ta’ riferiment jgħinu biex tiġi żgurata d-disponibbiltà wiesgħa u l-aċċess faċli għall-informazzjoni, partikolarment għall-SMEs u kumpaniji żgħar ħafna, li jkompli jiffaċilita l-integrazzjoni tal-aqwa teknoloġiji ta' disinn biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija mill-SSTBs.

(15)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2005/32/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kaxxi set-top sempliċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2005/32/KE japplikaw. Għandhom japplikaw ukoll dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Kaxxa set-top sempliċi” (SSTB) tfisser apparat awtonomu li, irrispettivament mill-interfaces użati,

(a)

jkollu l-funzjoni ewlenija li jikkonverti sinjali ta’ xandir diġitali “free to air” ta’ definizzjoni standard (SD) jew ta’ definizzjoni għolja (HD) f’sinjali ta’ xandir analogu li jistgħu jinqraw minn televiżjonijiet jew radjijiet analogi;

(b)

ma jkollu l-ebda funzjoni ta′ “aċċess kondizzjonali” (CA);

(c)

ma joffri l-ebda funzjoni ta′ reġistrazzjoni bbażata fuq mezzi li jistgħu jinqalgħu u li jkunu fil-format standard ta’ libreriji tal-fajls.

SSTB jista’ jkun mgħammar bil-funzjonijiet u/jew komponenti addizzjonali li ġejjin li ma jikkostitwux speċifikazzjoni minima ta’ SSTB:

(a)

funzjonijiet ta’ time-shift u ta’ reġistrazzjoni permezz ta’ ħard-disk integrat;

(b)

konverżjoni ta’ sinjali ta’ xandir HD irċevuti għal output vidjo HD jew SD;

(c)

it-tieni tuner.

(2)

“Standby” tfisser kundizzjoni li fih l-apparat ikun imqabbad mas-sors ta’ elettriku tal-mains, li jiddependi fuq dan is-sors biex jaħdem kif suppost, u meta l-apparat jipprovdi biss il-funzjonijiet li ġejjin, li jistgħu jippersistu għal żmien indefinit:

(a)

funzjoni ta′ rijattivazzjoni, inkella funzjoni ta′ rijattivazzjoni u sempliċement indikazzjoni li din il-funzjoni hija attivata; u/jew

(b)

displej ta’ informazzjoni jew status.

(3)

“Funzjoni ta” rijattivazzjoni′ tfisser funzjoni li tippermetti l-attivazzjoni ta’ modi oħra, fosthom dak attiv, permezz ta’ swiċċ remot, li jinkludi l-apparat tal-kontroll remot, sonda interna, timer li jippermetti l-użu ta’ funzjonijiet addizzjonali, fosthom il-funzjoni ewlenija;

(4)

“Displej ta” informazzjoni inkella status′ tfisser funzjoni kontinwa li tipprovdi informazzjoni nkella li tindika l-istatus tal-apparat f′displej, inklużi arloġġi;

(5)

“Mod(i) attiv(i)” tfisser kundizzjoni li fiha l-apparat ikun imqabbad mas-sors ta’ elettriku tal-mains, u li fiha tkun ġiet attività għallinqas waħda mill-funzjonijiet ewlenin li jipprovdu s-servizz maħsub mill-apparat;

(6)

“Tifi awtomatiku” tfisser funzjoni li titfi l-SSTB minn mod attiv għal standby wara perjodu fil-mod attiv wara l-aħħar interazzjoni tal-utent u/jew bidla fil-kanal;

(7)

“It-tieni tuner” tfisser parti mill-SSTB li tkun disponibbli għal reġistrar indipendenti filwaqt li tippermetti li l-utent jara programm differenti;

(8)

“Aċċess kondizzjonali” (CA) tfisser servizz ta’ xandir ikkontrollat mill-fornitur li jirrikjedi abbonament għal servizz televiżiv fis-suq.

Artikolu 3

Rekwiżiti ta' ekodisinn

Ir-rekwiżiti ta’ ekodisinn għall-SSTBs huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 4

Relazzjoni mar — Regolament (KE) Nru 1275/2008

Ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jieħdu preċedenza fuq ir-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1275/2008.

Artikolu 5

Evalwazzjoni tal-konformità

Il-proċedura għall-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2005/32/KE għandha tkun is-sistema għall-kontroll tad-disinn intern stipulata fl-Anness IV tad-Direttiva 2005/32/KE jew is-sistema ta′ ġestjoni stabbilita fl-Anness V tad-Direttiva 2005/32/KE

Artikolu 6

Proċedura ta’ verifika għall-finijiet ta’ sorveljanza tas-suq

Għandhom isiru kontrolli ta’ sorveljanza skont il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness II.

Artikolu 7

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment indikattivi għall-prodotti u teknoloġiji bl-aqwa rendiment, li huma disponibbli bħalissa fis-suq huma identifikati fl-Anness III.

Artikolu 8

Reviżjoni

Sa mhux aktar tard minn 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwah fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Forum ta’ Konsultazzjoni.

Artikolu 9

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f′Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 1 tal-Anness I għandu jibda japplika sena wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Il-punt 2 tal-Anness I għandu jibda japplika tliet snin wara d-data msemmija fl-ewwel paragrafu.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Andris PIEBALGS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 22.7.2005, p. 29.

(2)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 45.


ANNESS I

Rekwiżiti ta' ekodisinn

1.   Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-SSTBs imqiegħda fis-suq m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konsum ta’ enerġija li ġejjin; L-SSTBs b’ħard disk integrat u/jew li jkollhom it-tieni tuner huma eżentati minn dak ir-rekwiżit:

 

Mod standby

Mod attiv

STB sempliċi

1,00  W

5,00  W

Tolleranza għall funzjoni tad-displej waqt standby

+1,00  W

Tolleranza għad-dekodaġġ ta’ sinjali HD

+3,00  W

2.   Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-SSTBs imqiegħda fis-suq m’għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ konsum ta’ enerġija li ġejjin:

 

Mod standby

Mod attiv

STB sempliċi

0,50  W

5,00  W

Tolleranza għall funzjoni tad-displej waqt standby

+0,50  W

Tolleranza għal ħard disk

+6,00  W

Tolleranza għat-tieni tuner

+1,00  W

Tolleranza għad-dekodaġġ ta’ sinjali HD

+1,00  W

3.   Disponibbiltà tal-mod standby

Sena wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ, l-SSTBs għandhom jipprovdu mod standby.

4.   Tifi awtomatiku

Sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-miżura ta' implimentazzjoni, l-SSTBs għandhom ikunu mgħammra b’funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” jew funzjoni simili bil-karatteristiċi li ġejjin:

l-SSTB għandu jintefa awtomatikament mill-mod attiv għal standby wara inqas minn 3 sigħat fil-mod attiv wara l-aħħar interazzjoni mal-utent u/jew bidla fil-kanal - b'messaġġ ta' twissija żewġ minuti qabel ma jaqleb għall-mod standby.

il-funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” għandha tkun issetjata bħala n-norma.

5.   Kejl

Il-konsum tal-enerġija msemmi fil-Punti 1 u 2 għandu jiġi stabbilit permezz ta’ proċedura affidabbli, preċiża u riproduċibbli ta’ kejl, li tqis l-aħħar teknoloġiji disponibbli ġeneralment rikonoxxuti.

Kejlijiet ta’ enerġija ta’ 0,50 W jew aktar għandhom isiru b’inċertezza ta’ 2 % jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %. Kejl ta’ enerġija ta’ inqas minn 0,50 W għandhom isiru b’inċertezza ta’ 0,01 W jew inqas b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 %.

6.   Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità

Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Artikolu 5, id-dokumentazzjoni teknika għandha jkun fiha l-elementi li ġejjin:

a)

Għall-mod standby u l-mod attiv

Id-dejta dwar il-konsum tal-enerġija f’Watts, approssimat għat-tieni punt deċimali, inkluża dejta tal-konsum għall-funzjonijiet addizzjonali u/jew komponenti differenti

Il-metodu ta’ kejl użat

Il-perjodu ta’ kejl

Id-deskrizzjoni ta’ kif intagħżel jew ġie pproggrammat il-mod tal-apparat

Is-sekwenza tal-avvenimenti biex jintlaħaq il-mod li fih l-apparat awtomatikament jibdel il-modi

Kwalunkwe noti rigward it-tħaddim tal-apparat

b)

Parametri ta’ testjar għall-kejl

Temperatura tal-ambjent

Vultaġġ tat-testjar f’V u frekwenza f’Hz

Distorsjoni armonika totali mis-sistema ta’ forniment tal-elettriku

Il-fluttwazzjoni fil-vultaġġ tal-provvista tal-elettriku matul it-testijiet

Informazzjoni u dokumentazzjoni dwar l-istrumenti, is-sistema u ċ-ċirkwiti li jintużaw għat-testjar elettriku

Is-sinjali tal-input fl-RF (għal xandir diġitali terrestri) jew IF (għal xandir bis-satellita)

Sinjali tat-test awdjo/vidjo kif deskritti fl-MPEG-2 transport stream

Aġġustamenti tal-kontrolli

Ir-rekwiżiti tal-enerġija ta’ apparat periferali alimentat mill-STB għar-riċezzjoni tax-xandiriet, bħal pereżempju antenna terrestri attiva, LNB satellitari jew kwalunkwe modem tal-cable jew tat-telekomunikazzjoni m’hemmx għalfejn jiġu inklużi fid-dokumentazzjoni teknika.

7.   Informazzjoni li trid tingħata mill-manifatturi għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità

Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-konsumaturi tal-SSTBs jingħataw il-konsum tal-enerġija f’Watts, approssimat għall-ewwel punt deċimali tal-modi standby u attivi tal-SSTB.


ANNESS II

Proċedura ta’ verifikazzjoni

Fit-twettiq tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2005/32/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika li ġejja għar-rekwiżiti applikabbli stipulati fl-Anness I, Punti 1, 2 u 4, kif applikabbli.

Għal konsum ta’ enerġija ta' aktar minn 1,00 W:

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Punti 1 u 2 kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet tal-mod attiv u dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 10 %.

Inkella, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati tal-aħħar tliet testijiet tal-mod attiv u dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 10 %.

Għal konsum ta’ enerġija ta' 1,00 W jew inqas:

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw biss unità waħda.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I, Punti 1 u 2 kif applikabbli, ta’ dan ir-Regolament jekk ir-riżultati għall-kundizzjonijiet tal-mod attiv u/jew dak standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 0,10 W.

Inkella, għandhom jiġu ttestjati tliet unitajiet oħra. Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma ma’ dan ir-Regolament jekk il-medja tar-riżultati tal-aħħar tliet testijiet tal-kundizzjonijiet attivi u/jew dawk standby, kif applikabbli, ma jaqbżux il-valuri ta’ limitu b’aktar minn 0,10 W.

Inkella, il-mudell għandu jitqies li ma jikkonformax.


ANNESS III

Punti ta’ riferiment

Il-punti ta’ riferiment li ġejjin huma identifikati għall-finijiet tal-Anness I, parti 3, punt 2, tad-Direttiva 2005/32/KE. Jirreferu għall-aqwa teknoloġija disponibbli fid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament:

 

SSTB mingħajr karatteristiċi addizjonali:

Mod attiv: 4,00 W

Il-mod standby, minbarra l-funzjoni ta’ displej: 0,25 W

Mod mitfi: 0 W

 

SSTB b’ħard drajv integrat:

Mod attiv: 10,00 W

Il-mod standby, minbarra l-funzjoni ta’ displej: 0,25 W

Mod mitfi 0 W:

Il-punti ta’ riferiment imsemmija hawn fuq huma stabbiliti fuq il-bażi ta’ SSTB b’konfigurazzjoni bażika u funzjoni ta’ “tifi awtomatiku” u swiċċ għat-tifi totali.


DIRETTIVI

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/15


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/6/KE

tal-4 ta' Frar 2009

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li tadatta l-Annessi II u III tagħha skont il-progress tekniku

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,

Billi:

(1)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tad-diethylene glycol (DEG) fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Meta jitqies li dan il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li d-DEG ma għandux jintuża bħala ingredjent fi prodotti kosmetiċi, iżda li konċentrazzjoni massima ta’ mhux aktar minn 0,1 % tad-DEG minn impuritajiet fil-prodotti kożmetiċi finali tista’ titqies bħala sikura, din is-sustanza għandha tkun ipprojbita għal użu fi prodotti kosmetiċi u l-limitu ta' traċċi tagħha għandu jkun determinat bħala 0,1 %.

(2)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tal-phytonadione fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li l-użu tal-phytonadione fi prodotti kosmetiċi mhuwiex sikur minħabba li dan jista’ jikkawża allerġija tal-ġilda, u individwi affettwati minn din jistgħu ma jibbenefikawx minn aġent terapewtiku importanti. Għaldaqstant is-sustanza għandha tiġi pprojbita.

(3)

Id-Direttiva 76/768/KEE tipprojbixxi l-użu fi prodotti kosmetiċi ta’ sustanzi kklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa sustanzi CMR), tal-kategorija 1, 2 u 3, skont l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi perikolużi (2). Madankollu, l-użu ta’ sustanzi kklassifikati fil-kategorija 3 skont id-Direttiva 67/548/KEE jista’ jiġi awtorizzat skont il-valutazzjoni u l-approvazzjoni mill-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti ta’ Konsum (SCCP – Scientific Committee on Consumer Products).

(4)

L-SCCP tqis li t-toluene, sustanza kklassifikata bħala sustanza CMR tal-kategorija 3 skont l-Anness I tad-Direttiva 67/548/KEE, hija sikura mill-perspettiva tossikoloġika ġenerali meta tkun preżenti sa 25% fi prodotti tad-dwiefer; iżda t-teħid tan-nifs ’il ġewwa tagħha mit-tfal għandu jiġi evitat.

(5)

B’segwitu għal miżuri restrittivi meħuda minn Stat Membru wieħed fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 76/768/KEE dwar l-użu tad-diethylene glycol monobutyl ether (DEGBE) u tal-ethylene glycol monobutyl ether (EGBE) fi prodotti kosmetiċi, kien ikkonsultat l-SCCP. Dan il-kumitat xjentifiku huwa tal-fehma li l-użu tad-DEGBE bħala solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar f’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 9.0 % ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Barra minn hekk, dan il-kumitat iqis li l-użu tal-EGBE bħala solvent f’konċentrazzjoni ta’ mhux aktar minn 4.0 % fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li huma ossidativi, u ta’ mhux aktar minn 2.0 % fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar li ma humiex ossidativi, ma joħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumatur. Madankollu, l-SCCP ma qiesx l-użu ta’ dawn is-sustanzi bħala sikur meta l-prodott hu ppreżentat bħala aerosol/sprej; dan l-użu potenzjali għaldaqstant għandu jkun ipprojbit.

(6)

Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kosmetiċi,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA

Artikolu 1

L-Annessi II u III għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-5 ta' Awwissu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-5 ta' Novembru 2009.

Madankollu, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-sustanza toluene kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness taħt in-numru ta’ referenza 185 mill-5 ta' Frar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Frar 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.

(2)  ĠU 196, 16.8.1967, p.1.


ANNESS

Id-Direttiva 76/768/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Anness II, jiżdiedu n-numri ta’ referenza li ġejjin:

Nru ta’ Ref.

Isem kimiku

Nru ta’ CAS

Nru KE

“1370

Diethylene glycol (DEG), għal-livell ta’ traċċi, ara l-Anness III

2,2′-oxydiethanol

Nru CAS 111-46-6

KE Nru 203-872-2

1371

Phytonadione [INCI], phytomenadione [INN]

CAS No 84-80-0//81818-54-4;

KE Nru 201-564-2”

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness III, jiżdiedu n-numri ta′ referenza minn 185 sa 188:

In-numru ta’ referenza

Is-sustanza

Restrizzjonijiet

Il-kundizzjonijiet dwar l-użu u twissijiet li għandhom jiġu stampati fuq it-tikketta

 

 

Kamp ta’ applikazzjoni u/jew użu

Il-konċentrazzjoni massima awtorizzata fil-prodott kosmetiku finali

Limitazzjonijiet u ħtiġijiet oħrajn

 

a

b

c

d

e

f

“185

Toluene

Nru CAS 108-88-3

Nru KE 203-625-9

Prodotti tad-dwiefer

25  %

 

Żomm ’il bogħod mit-tfal

Għandu jintuża biss mill-adulti

186

Diethylene glycol (DEG)

Nru CAS 111-46-6

Nru KE 203-872-2

2,2′-oxydiethanol

traċċi fl-ingredjenti

0,1  %

 

 

187

Butoxydiglycol

Nru CAS 112-34-5

Nru KE 203-961-6

diethylene glycol monobutyl ether (DEGBE)

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar

9,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)

 

188

Butoxyethanol

Nru CAS 111-76-2

Nru KE 203-905-0

ethylene glycol monobutyl ether (EGBE)

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar ossidativi

4,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)

 

Solvent fi prodotti taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi

2,0  %

Ipprojbit f′aerosol dispensers (sprejs)”

 


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-24 ta’ Lulju 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati

(2009/97/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati dwar ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (l-ICAO) dwar il-verifiki/l-ispezzjonijiet għas-sigurtà fl-avjazzjoni u kwistjonijiet relatati.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, Memorandum ta’ Kooperazzjoni mal-ICAO f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati f’konformità mad-direttivi mniżżlin fl-Anness I u mal-proċedura ad hoc imniżżla fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati.

(3)

Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ‘il quddiem, il-Memorandum innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Memorandum ta’ Kooperazzjoni bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-ispezzjonijiet tas-sigurtà u l-kwistjonijiet relatati huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill rigward il-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Memorandum huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tiffirma l-Memorandum f’isem il-Kommunità soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Soġġett għar-reċiproċità, il-Memorandum għandu jiġi applikat fuq bażi proviżorja mill-iffirmar tiegħu, sakemm jitwettqu l-proċeduri għall-konklużjoni formali tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(TRADUZZJONI)

MEMORANDUM TA’ KOOPERAZZJONI

bejn l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili u l-Komunità Ewropea f’dak li għandu x’jaqsam mal-verifiki/l-Ispezzjonijiet tas-Sigurtà u l-Kwistjonijiet relatati

L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI GĦALL-AVJAZZJONI ĊIVILI (L-“ICAO”)

u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA (IL-“KE”),

minn hawn ‘il quddiem imsejħin “il-Partijiet”;

FILWAQT LI JIRREFERU għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata nhar is-7 ta’ Diċembru 1944 f’Chicago, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni ta’ Chicago”), u b’mod partikulari l-Anness 17 - Sigurtà, tagħha, (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “l-Anness 17”),

FILWAQT LI TITQIES ir-Riżoluzzjoni A35-9 tal-Assemblea tal-ICAO, li wasslet lis-Segretarju-Ġenerali jkompli bil-Programm ta’ Verifiki għas-Sigurtà Universali (il-USAP) tal-ICAO, li jinkludi verifiki regolari, obbligatorji, sistematiċi u armonizzati tas-sigurtà fl-Istati Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni ta’ Chicago (minn hawn ‘il quddiem imsejħin “l-Istati Kontraenti”),

FILWAQT LI JIRREFERU għar-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Nru 2320/2002”) u fir-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 (2), (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “ir-Regolament Nru 300/2008”), li se jieħu post ir-Regolament Nru 2320/2002 meta jiġu adottati l-miżuri tal-implimentazzjoni meħtieġa,

FILWAQT LI JIĠI KKUNSIDRAT ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2003 tat-22 ta’ Awwissu 2003 li jistabbilixxi proċeduri sabiex jitmexxew [jitwettqu] spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurta’ tal-avjazzjoni ċivili (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 16 tiegħu li jistabbilixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha tqis il-verifiki tas-sigurtà li jkunu ppjanati jew li jkun għadhom kemm twettqu mill-għaqdiet intergovernattivi sabiex tiżgura l-effettività ġenerali tad-diversi attivitajiet tal-ispezzjoni u tal-verifika tas-sigurtà;

FILWAQT LI TIĠI KKUNSIDRATA l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji rilevanti, b’mod partikulari tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (4); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom, tad-29 ta’ Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “id-Deċiżjoni Nru 2001/844/KE, KEFA, Euratom”), u b’mod partikulari t-taqsimiet 10 u 26 tagħha, u l-emendi tagħha (5),

FILWAQT LI JITQIES il-fatt li ħafna mill-istandards imniżżlin fl-Anness 17 huma koperti wkoll bir-Regolament Nru 2320/2002, u li l-Kummissjoni Ewropea twettaq spezzjonijiet fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-UE”) sabiex tissorvelja l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

FILWAQT LI JIĠI KKUNSIDRAT il-fatt li l-għanijiet ewlenin tal-programm ta’ verifika tal-ICAO u tal-programm ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea huma li jtejbu s-sigurtà fl-avjazzjoni billi jevalwaw l-implimentazzjoni tal-istandards rispettivi, jidentifikaw nuqqasijiet, jekk ikun hemm, u jiżguraw li n-nuqqasijiet jitranġaw, fejn ikun meħtieġ;

FILWAQT LI JIĠI KKUNSIDRAT il-fatt li hija ħaġa mixtieqa li tinħoloq kooperazzjoni reċiproka fil-qasam tal-verifiki/l-ispezzjonijiet għas-sigurtà fl-avjazzjoni u l-kwistjonijiet relatati b’mod li jiġi żgurat użu aħjar tar-riżorsi limitati u jiġi evitat ix-xogħol doppju, waqt li jitħarsu l-universalità u l-integrità tal-programm USAP tal-ICAO;

FILWAQT LI JIĠI KKUNSIDRAT il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħat tal-infurzar sabiex tiżgura li l-liġijiet Komunitarji dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili jiġu implimentati;

FILWAQT LI JIĠI KKUNSIDRAT il-fatt li waqt il-176 Sessjoni tal-Kunsill tal-ICAO, dan il-Kunsill talab li, fejn hu possibbli, il-verifiki tal-ICAO għas-sigurtà fl-avjazzjoni għandhom jiffukaw fuq il-kapaċità tal-Istat li jipprovdi sorveljanza xierqa nazzjonali; u talab ukoll lis-Segretarju-Ġenerali jesplora l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni u l-użu l-aktar effettiv tar-riżorsi fir-reġjuni fejn diġà jeżistu programmi obbligatorji ta’ verifiki tal-gvern reġjonali;

1.   Id-dispożizzjonijiet ġenerali

1.1.   Dawk l-Istandards imniżżlin fl-Anness 17 li mhumiex koperti bil-liġijiet tal-KE ma għandhomx jaqgħu fi ħdan l-ambitu ta’ dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

1.2.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-Istandards imniżżlin fl-Anness 17 li huma koperti bil-liġijiet tal-KE, l-ICAO għandha tivvaluta l-ispezzjonijiet li twettaq il-Kummissjoni Ewropea tal-awtoritajiet xierqa nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE sabiex tivverifika li jkun hemm konformità ma’ dawn l-istandards min-naħa tal-Istati Kontraenti li huma marbutin bil-liġijiet Komunitarji dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili, f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni.

1.3.   L-implimentazzjoni tal-valutazzjonijiet tal-ICAO fil-Komunità Ewropea għandha tiġi mitħaddta wara talba minn waħda mill-Partijiet, iżda ta’ lanqas darba fis-sena.

1.4.   Minn żmien għall-ieħor, l-awdituri tal-ICAO jistgħu jingħaqdu bħala osservaturi waqt l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea fl-ajruporti tal-UE, wara li l-Kummissjoni Ewropea tkun irċeviet il-qbil espliċitu tal-Istat Membru kkonċernat tal-UE.

2.   Tagħrif li għandu jintbagħat lill-ICAO dwar l-ispezzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea fil-Komunità Ewropea

2.1.   F’konformità mad-Deċiżjoni Nru 2001/844/KE, KEFA, Euratom, għandu jingħata t-tagħrif ikklassifikat tal-UE li ġej, li huwa ristrett fil-livell “RESTREINT UE”, lill-persunal awtorizzat tal-ICAO:

A.

Ir-regoli komuni u l-istandards fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni, adottati f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 2320/2002 jew mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 300/2008; kif ukoll

B.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ispezzjonijiet li twettaq il-Kummissjoni Ewropea tal-awtoritajiet xierqa nazzjonali tal-Istati Membri tal-UE:

(a)

tagħrif ġenerali dwar l-ippjanar tal-ispezzjonijiet li twettaq il-Kummissjoni Ewropea inkluż l-iskeda tal-ispezzjonijiet tal-awtoritajiet xierqa nazzjonali, u kull emenda jew bidla tagħha, hekk kif dawn ikunu disponibbli;

(b)

l-istat tal-attivitajiet tal-ispezzjoni kemm tal-awtoritajiet xierqa nazzjonali kif ukoll tal-ajruporti, id-dati ta’ meta jinħarġu r-rapporti finali tal-ispezzjoni kif ukoll id-dati ta’ meta jkunu waslu l-pjanijiet ta’ azzjoni mingħand l-Istat ikkonċernat;

(ċ)

il-metodoloġija tal-ispezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea;

(d)

ir-rapport tal-ispezzjoni tal-awtoritajiet xierqa nazzjonali flimkien mal-pjan ta’ azzjoni li jkun wasal mingħand l-Istat ikkonċernat dwar l-ispezzjoni tal-awtorità xierqa nazzjonali, li jispeċifika l-azzjonijiet u d-dati sa meta għandhom jitranġaw in-nuqqasijiet identifikati; kif ukoll

(e)

l-azzjonijiet li tieħu l-Kummissjoni Ewropea bħala segwitu għall-ispezzjoni tal-awtorità xierqa nazzjonali.

2.2.   L-ICAO għandha tirrestrinġi l-aċċess għat-tagħrif ristrett tal-UE li jkun ingħatalha mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kooperazzjoni għall-persunal awtorizzat abbażi ta' ħtieġa għall-għarfien biss. Il-persunal awtorizzat ma għandux jgħaddi dan it-tagħrif lil persuni terzi. L-ICAO għandha timplimenta l-mekkaniżmi legali u interni meħtieġa sabiex tħares il-kunfidenzjalità tat-tagħrif li jkun ingħatalha mill-Kummissjoni Ewropea.

2.3.   Il-Kummissjoni Ewropea u l-ICAO għandhom jaqblu dwar aktar proċeduri għall-ħarsien tat-tagħrif ristrett mogħti mill-Kummissjoni Ewropea skont dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni. Dawn it-tip ta’ proċeduri għandhom jinkludu l-possibbiltà li l-Kummissjoni Ewropea tivverifika liema miżuri ta’ ħarsien tkun implimentat l-ICAO.

3.   Il-valutazzjonijiet tal-ICAO tas-sistema ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għas-sigurtà fl-avjazzjoni

3.1.   Il-valutazzjonijiet tal-ICAO tas-sistema ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għas-sigurtà fl-avjazzjoni għandhom ikunu magħmulin minn analiżi tar-rekwiżiti tal-Kummissjoni Ewropea u tat-tagħrif mogħti skont il-paragrafu 2. Fejn ikun meħtieġ, l-ICAO għandha żżur lid-Direttorat-Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport tal-Kummissjoni Ewropea fil-Kwartieri Ġenerali tiegħu fi Brussell, il-Belġju.

3.2.   It-termini speċifiċi ta’ referenza u l-arranġamenti prattiċi għall-valutazzjonijiet tal-ICAO tas-sistema ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għas-sigurtà fl-avjazzjoni għandhom jiġu miftehma permezz ta’ skambju ta’ ittri bejn l-ICAO u l-Kummissjoni Ewropea.

4.   Ir-riżoluzzjoni tat-tilwim

4.1.   Kwalunkwe nuqqas ta’ ftehim jew tilwim dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi solvut permezz ta’ negozjati bejn il-Partijiet.

4.2.   L-ebda ħaġa f’dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni jew li għandha x’taqsam miegħu ma għandha titqies bħala rinunzja tal-privileġġi u l-immunitajiet tal-Partijiet.

5.   Ftehimiet oħrajn

5.1.   Dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni ma jiħux post jew jippreġudika forom oħrajn ta’ kooperazzjoni bejn il-Partijiet.

6.   Ir-reviżjoni – Id-dħul fis-seħħ

6.1.   Il-Partijiet għandhom jirrevedu l-implimentazzjoni ta’ dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni fi tmiem l-istadju attwali tal-programm USAP, jew qabel, jekk dan jitqies meħtieġ minn xi waħda mill-Partijiet.

6.2.   Fl-istennija tad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni għandu jiġi applikat proviżorjament mill-jum tal-iffirmar tiegħu.

6.3.   Dan il-Memorandum ta’ Kooperazzjoni għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara l-aħħar miż-żewġ notifiki li bihom il-Partijiet ikunu għarrfu lil xulxin dwar il-waqfien tal-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

Magħmul f’Montreal fis-seba’ jum tas-Settembru tas-sena elfejn u tmienja, f’żewġ kopji, bil-lingwa Ingliża.

Għall-Komunità Ewropea

Għall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili


(1)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 72.

(3)  ĠU L 213, 23.8.2003, p. 3.

(4)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

(5)  Id-Deċiżjonijiet 2005/94/KE, Euratom, 2006/70/KE, Euratom u 2006/548/KE, Euratom.


Bank Ċentrali Ewropew

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/22


DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2006/17 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew

(BĊE/2008/22)

(2009/98/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 26.2,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) għandha bżonn tiġi emendata biex tirrifletti deċiżjonijiet ta’ politika u żviluppi tas-suq.

(2)

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irriveda l-politika tiegħu ta’ kxif għal tranżazzjonijiet ta’ titoli sabiex ittejjeb iktar it-trasparenza tal-istqarrijiet finanzjarji. Bħala parti mill-politika riveduta, titoli li qabel kienu kklassifikati bħala attiv fiss finanzjarju għandhom jiġu riklassifikati mill-partita tal-bilanċ “Attiv finanzjarju ieħor” għall-partita xierqa taħt l-intestatura “attiv” jiddependi fuq l-oriġini ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-denominazzjoni tal-valuta u jekk it-titoli jinżammewx sal-maturità. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji kollha li huma parti minn portafoll immarkat għandhom jiġu inklużi taħt il-partita “Attiv finanzjarju ieħor”.

(3)

Id-Deċizjoni BĊE/2006/17 m’għandhiex regoli speċifiċi fuq il-kontabilità ta’ swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji. Dawn l-istrumenti qed jintużaw dejjem iktar fis-swieq finanzjarji u jistgħu jkunu rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE. Filwaqt li swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, jistgħu jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal swaps ta’ rata ta’ imgħax “normali vanilla”, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal futures ta’ rati ta’ imgħax,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni BĊE/2006/17 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 jinbidel b’li ġej:

“2.   Il-valutazzjoni mill-ġdid tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, titoli minbarra dawk ikklassifikati bħala li jinżammu sal-maturita' u titoli mhux negozjabbli, kif ukoll ta’ strumenti finanzjarji, kemm on-balance-sheet u off-balance-sheet, għandha ssir fl-aħħar tas-sena skont ir-rati u l-prezzijiet ta’ nofs is-suq.”

(b)

Jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Titoli kklassifikati bħala li jinżammu sal-maturita’ u titoli mhux negozjabbli għandhom ikunu vvalutati skont spejjeż amortizzati u għandhom ikunu suġġetti għal impairment.”

(2)

L-Artikolu 10 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 10

Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli

Strumenti ta’ parteċipazzjonijiet azzjonarji negozjabbli għandhom ikunu kkontabilati skont l-Artikolu 9 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.”

(3)

L-Artikolu 16 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 16

Kuntratti ta’ futures

Kuntratti ta’ futures għandhom jiġu kkontabilati skont l-Artikolu 16 tal-Linja Gwida BĊE/2006/16.”

(4)

Fl-Artikolu 17 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ ta’ swaps tar-rati tal-imgħax bil-quddiem, l-amortizzazzjoni għandha tibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni.”

(5)

L-Annessi I u III mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 38


ANNESS

L-Annessi I u III mad-Deċiżjoni BĊE/2006/17 huma emendati kif ġej:

1.

It-tabella msejħa “Attiv” fl-Anness I hija sostitwita b’li ġej:

“ATTIV

Element tal-Karta tal-Bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju ta’ valutazzjoni

Attiv

1.

Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets f’ħażna jew ‘under way’ f’ħażna jew ‘under way’.Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-transazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2.

Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-ewro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f’valuta barranija

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-euro ddenominatif’valuta barranija

 

2.1.

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’ewro għad-disponibbiltà tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont ewro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element ‘Passivi għal residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(ċ)

Klejms oħrajn

Ftehim ġenerali għal self (GAB), self skont ftehim speċjali ta’ self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

(ċ)

Klejms oħrajn

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

2.2.

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet reverse repo

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’ barra ż-żona tal-ewro

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(ċ)

Self estern (depożiti) barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(ċ)

Self estern

Depożiti f’valur nominali tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

(d)

Attivi estern ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-ewro

(d)

Attivi estern ieħor

Valur nominali, nominali tradott bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

3.

Klejms fuq residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti ta’ sigurtà ġewwa ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(a)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(a)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Klejms oħra fuq residenti fiż-żona tal-euro minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’’

Self, depożiti, transazzjonijiet repo reverse, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ta’ valur nominali ieħor, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

4.

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

 

 

4.1.

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum. Transazzjonijiet repos b’lura inkonnessjoni mal-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’ewro

(a)

Bilanci ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali

(b)

Investimenti barra ż-żona tal-ewro ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(ċ)

Self barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-ewro

Depositis f’valur nominali

(d)

Titoli minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-ewro

Titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż. il-BIE, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

4.2.

Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skont l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5.

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-ewro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’ewro

Elementi 5.1 sa 5.5: transazzjonijiet skont l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (1)

 

5.1.

Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

Transazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

5.2.

Operazzjonijiet ta’ finanzjament għal żmien twil

Transazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

5.3.

Operazzjonijiet b’lura ta’ irfinar

Transazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala transazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

Valur nominali jew spiża repo

5.4.

Operazzjonijiet b’lura strutturali

Transazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Ewrosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

5.5.

Faċilità marġinali ta’ self

Faċilità ta’ likwidita overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

Valur nominali jew spiża repo

5.6.

Krediti relatati ma’ margin calls

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur tal-attiv bażi fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

6.

Klejms oħrajn fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni mal-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’, inklużi transazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-ewro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn BĊN qabel ma jissieħeb fl-Ewrosistema

Valur nominali jew spiża

7.

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro

Titoli minbarra dawk taħt l-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’ewro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija għal skopijiet ta’ irfinar

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

8.

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat fl-ewro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self))

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli fil-prezz

9.

Klejms interni għall-Ewrosistema

 

 

9.1.

Klejms relatati ma’ promissory notes li jsotnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Valur nominali

9.2.

Klejms netti relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus ewro ġewwa l-Ewrosistema

Klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 tas-6 ta’ Diċembru 2001 dwar il-ħruġ ta’ karti tal-flus ewro (2)

Valur nominali

9.3.

Klejms oħrajn ġewwa l-Ewrosistema (netti)

Il-pożizzjoni netta tas-sotto-elementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET 2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi jiġifieri, iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv ‘Passiv ieħor ġewwa l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn interni għall-Ewrosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro lill-BĊNi

(b)

Valur nominali

10.

Elementi waqt il-ħlas

Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inkluża l-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

Valur nominali

11.

Attiv ieħor

 

 

11.1.

Muniti taż-żona tal-ewro

Muniti ewro jekk xi BĊN mhuwiex il-persuna legali li toħroġhom

Valur nominali

11.2.

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Spiża mnaqqsa bid-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli tal-attiv matul iż-żmien utli tiegħu. Iż-żmien utli huwa l-perijodu li matulu attiv fiss huwa mistenni li jsir disponibbli biex jintuża mill-entita'. Iż-żminijiet ulti ta’ attiv fiss materjali individwali jistgħu jiġu rreveduti fuq bażi sistematika, jekk l-istennijiet ivarjaw mill-istejjem ta’ qabel. Attiv prinċipali jista’ jkopri komponenti bi żminijiet utli differenti. Iż-żminijiet ta’ dawn il-komponenti għandhom jiġu vvalutati individwalment.

L-ispiża ta’ attiv intanġibbli tinkludi l-prezz għall-akkwist tal-attiv intanġibbli. Spejjeż oħra diretti jew indiretti għandhom jitniżżlu.

Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: limitu bbażat (anqas minn EUR 10 000 eskluża l-VAT: l-ebda kapitalizzazzjoni).

11.3.

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi ta’ parteċipazzjoni u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġici/ta’ politika

Titoli, inkluż ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċji oħra finanzjarji (eż. depożiti fissi u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll earmarked

Transazzjonijiet repos b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni mal-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ishma azzjonarji miżmum bħala investimenti permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

(ċ)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

(g)

Bilnanci mal-banek u mas-self

Valur nominali, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

11.4.

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti offbalance sheet

Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, transazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, transazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

11.5.

Akkumulazzjonijiet u spejjeż imħallsa minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsa minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, kambju tradott skont ir-rata tas-suq

11.6.

Oħrajn

(a)

Advances, self, elementi oħra minuri. Self skont il-fiduċja.

(a)

Valur nominali jew spiża

(b)

Investimenti relatati ma’ depożiti tad-deheb ta-konsumatur

(b)

Valur tas-suq

(ċ)

Attiv tal-pensjoni nett.

(ċ)

Skond l-Artikolu 22(3)

12.

Telf għas-sena

 

Valur nominali

2.

Fl-Anness III, il-kliem “Trasferiment lil/minn provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju u tal-prezzijiet” fl-ewwel kolonna tat-tabella taħt is-sub-testatura 2.3 huma sostitwiti bil-kliem “Trasferiment lil/minn provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb”.


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.”


ORJENTAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/31


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tat-23 ta’ Ottubru 2008

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja u tal-Eurosistema

(BĊE/2008/13)

(2009/99/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li stabbilixxa l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Li wieħed jikseb politika monetarja waħda timplika d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri biex jintużaw mill-Eurosistema, li jikkonsistu fil-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn issa ‘l quddiem “l-Istati Membri parteċipanti”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), sabiex tiġi implimentata din il-politika f’manjiera uniformi tul l-Istati Membri parteċipanti.

(2)

Il-BĊE għandu l-awtorita jistabbilixxi l-linji gwida meħtieġa biex jimplimenta l-politika monetarja waħda tal-Eurosistema u l-BĊNi għandhom obbligu jaġixxu skont dawn il-linji gwida.

(3)

Il-ġrajjiet kurrenti tas-suq jeħtieġu ċerti bidliet għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Għalhekk għandhom isiru emendi xierqa tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (1), b’mod partikolari biex jirriflettu dan li ġej: (i) tibdiliet għall-qafas tal-kuntroll tar-riskju u għar-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-garanziji għal operazzjonijiet ta’ kreditu tal-Eurosistema; (ii) l-aċċettazzjoni ta’ garanziji mhux iddenominati fl-euro f’ċerti kontinġenzi; (iii) il-bżonn għal provvisti dwar it-trattament ta’ entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat; u (iv) armonizzazzjoni ma’ dispożizzjonijiet ġodda tar-Regolament (KE) Nru 1745/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2003 dwar l-applikazzjoni tar-riżervi minimi (BĊE/2003/9) (2),

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għall-Annessi I u II

Il-Linja Gwida BĊE/2000/7 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ma’ din il-Linja Gwida.

(2)

L-Anness II huwa emendat skont l-Anness II ma’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Verifika

Il-BĊNi għandhom igħaddu d-dettalji tat-testi u l-mezzi li bihom huma jippjanaw jaderixxu ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008. L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2009.

Artikolu 4

Destinatarji

Din il-Linja Gwida għandha tiġi indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 23 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 250, 2.10.2003, p. 10.


ANNESS I

L-Anness I mal-Linja Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-werrej jiddaħħal it-titolu tal-Kapitolu 6.7 “Aċċettazzjoni ta” garanziji mhux iddenominati fl-ewro f’kontinġenzi’.

(2)

It-Taqsima 1.3.1 huwa emenda kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu r-raba’ sentenza ta’ nota f’qiegħ il-paġna 5 huwa sostitwit b’li ġej:

Quick tenders huma normalment eżegwiti f’time frame ta’ 90 minuta.”;

(b)

Is-sentenza finali tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“L-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid jilagħbu rwol pivotal fis-segwitu tal-objettivi tal-operazzjonijiet tas-suq miftuħ tal-Ewrosistema.”;

(3)

Fit-Taqsima 2.2 l-ewwel żewġ sentenzi tar-raba’ paragrafu huma sostitwiti b’li ġejjin:

“F’tenders ta’ malajr u operazzjonijiet bilaterali, il-banek ċentrali nazzjonali jittrattaw mal-kontropartijiet li huma inklużi fis-sett rispettiv tagħhom ta’ kontropartijiet ta’ fine-tuning. Quick tenders u operazzjonijiet bilaterali jistgħu jiġu eżegwiti ma’ firxa wiesgħa ta’ kontropartijiet.”;

(4)

It-titolu tat-Taqsima 2.4 huwa sostitwit b’li ġej:

“2.4.   

Sospensjoni jew esklużjoni minħabba prudenza jew każijiet ta’ falliment”;

(5)

Fit-Taqsima 3.1.2 is-sentenza finali tal-ewwel paragrafu hija rrevokata.

(6)

Fit-Taqsima 3.1.3 it-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu hija rrevokata.

(7)

It-Taqsima 4.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’aċċess” l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“Istituzzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà tal-kontroparti ġenerali speċifikata fis-Sezzjoni 2.1 jistgħu jaċċessaw il-faċilità tas-self marġinali. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata permezz tal-BĊN fl-Istat Membru li fih l-istituzzjoni hija stabbilita. L-aċċess għall-faċilità tas-self marġinali jingħata biss f’jiem meta t-TARGET2 (*) huwa operattiv (**). Fil-jiem meta l-SSSs m’humiex operattivi, l-aċċess għall-faċilitajiet tas-self marġinali jingħata skont l-assi fundamentali li jkunu diġà ġew iddepożitati minn qabel mal-BĊNi.

(*)  Mid-19 ta’ Novembru 2007, l-infrastruttura teknika diċentralizzata tat-TARGET inbidlet bil-pjattaforma waħda mqassma tat-TARGET2 li permezz tagħha l-ordnijiet ta’ ħlas jiġu sottomessi u pproċessati u li permezz tagħha jiġu rċevuti ħlasijiet bl-istess manjiera teknika. Il-migrazzjoni lejn it-TARGET2 ġiet irranġata fi tliet gruppi skont il-pajjiż, li jħallu lill-utenti tat-TARGET jemigraw lejn it-TARGET2 fi gruppi differenti u f’dati differenti ddefiniti minn qabel. Il-kompożizzjoni tal-gruppi skont il-pajjiż kienet li ġejja: Grupp 1 (19 ta’ Novembru 2007): L-Awstrija, Ċipru, Il-Ġermanja, il-Lussemburgu, Malta u s-Slovenja; Grupp 2 (18 ta’ Frar 2008): il-Belġju, Il-Finlandja, Franza, L-Irlanda, Il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall u Spanja; u Grupp 3 (19 ta’ Mejju 2008): il-Greċja, L-Italja, u l-BĊE. Ir-raba’ data ta’ migrazzjoni (15 ta’ Settembru 2008) ġiet irriżervata bħala miżura ta’ kontinġenza. Ċerti BĊNi mhux parteċipanti huma kkunnettjati wkoll mat-TARGET2 skont ftehim separat: Il-Latvja u l-Litwanja (fi Grupp 1), kif ukoll id-Danimarka, l-Estonja u l-Polonja (fi Grupp 3)."

(**)  Barra minn dan, l-aċċess għall-faċilità ta’ self marġinali jingħata biss meta jiġu sodisfatti l-obbligi tal-infrastruttura tas-sistema ta’ ħlas fis-sistema RTGS.”;"

(b)

Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’Aċċess” fit-tielet paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 4 hija sostitwita b’li ġej:

“(4)

Il-jiem t’egħluq tat-TARGET2 jitħabbru fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (www.ecb.europa.eu), u fuq is-siti elettroniċi tal-Ewrosistema (ara l-Appendiċi 5).”;

(ċ)

Taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’Aċċess” fit-tielet paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 5 hija rrevokata.

(8)

Fit-Taqsima 4.2, taħt it-testatura “Kundizzjonijiet t’aċċess” fit-tieni paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 12 hija rrevokata.

(9)

Fit-Taqsima 5.1.3 is-sentenza finali tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Fi quick tender li normalment ma jitħabbarx pubblikament bil-quddiem, il-kontropartijiet magħżula huma kkuntattjati direttament mill-BĊNi. Fi quick tender, li jitħabbar pubblikament, il-BĊN jista’ jikkuntattja l-kontropartijiet magħżula direttament.”;

(10)

Fit-Taqsima 5.3.3 fl-ewwel paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 12 hija rrevokata.

(11)

Fit-Taqsima 6.2, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-Ewrosistema għandha tagħti biss parir lill-kontropartijiet fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala garanziji tal-Ewrosistema, jekk jingħata, bħala garanzija, attiv negozjabbli li jkun inħareġ diġà jew attiv mhux negozjabbli u dovut, lill-Ewrosistema. Għaldaqstant m’għandu jkun hemm l-ebda parir ta’ qabel il-ħruġ”;

(12)

It-Taqsima 6.2.1, taħt it-testatura “Tip t’attiv”, huwa emendat kif ġej:

(a)

Tiddaħħal in-nota f’qiegħ il-paġna li ġejja f’punt (a) tal-ewwel paragrafu wara l-kelmiet “ammont prinċipali mhux kondizzjonali”:

“(5)

Bonds b’warrants jew drittijiet oħra simili mehmuża m’humiex eliġibbli.”;

(b)

Ir-raba’ paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-assi li jiġġeneraw il-fluss tal-flus kontanti li jsostnu t-titoli sostnuti minn assi għandhom jissodisfaw l-obbligi li ġejjin:

(a)

l-akkwist ta’ dawn l-assi għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE;

(b)

għandhom jiġu akkwistati minn oriġinatur jew intermedjarju permezz tal-vettura bi skop speċjali għal securitisation (securitisation special-purpose vehicle) f’manjiera li l-Ewrosistema tqis li hija “true sale” li hija infurzabbli kontra kull terza parti, u lil hinn milli tintlaħaq mill-oriġinatur u l-kredituri tagħha, inkluż fil-każ tal-falliment tal-oriġinatur; u

(ċ)

m’għandhomx jikkonsistu, kollha kemm huma jew parti minnhom, fil-fatt jew potenzjalment, f’noti marbuta ma’ kreditu (credit-linked notes) jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment tar-riskju tal-kreditu permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu.”;

(ċ)

Il-ħames paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Ġewwa ħarġa strutturata, biex tkun eliġibbli, a tranche (jew sub-tranche) tista’ ma tkunx subordinata lil tranches oħra tal-istess ħarġa. Tranche (jew sub-tranche) titqies li m’hijiex subordinata fil-konfront ta’ tranches oħra (jew sub-tranches) tal-istess ħarġa jekk, skont il-prijorità tal-ħlas applikabbli wara l-għoti ta’ notifika ta’ infurzar, kif stabbilit fiċ-ċirkulari tal-offerta, l-ebda tranche oħra (jew sub-tranche) ma tingħata prijorità fuq dik it-tranche (jew sub-tranche) fir-rigward meta tiġi biex tirċievi l-ħlas (il-kapital u l-imgħax), u għalhekk dik it-tranche (jew sub-tranche) hija l-aħħar li ġġarrab telf fost it-tranches jew sub-tranches differenti ta’ ħarġa strutturat.”;

(13)

Fit-Taqsima 6.2.1, taħt it-testatuta “Post tal-ħruġ” l-ewwel sentenza tan-nota f’qiegħ il-paġna 7 hija sostitwita b’li ġej:

“Sa mill-1 ta’ Jannar 2007, titoli ta’ dejn internazzjonali f’forma bearer globali maħruġin permezz tal-ICSDs Euroclear Bank (Belgium) u Clearstream Banking Lussemburgu għandhom, biex ikunu eliġibbli, jinħarġu fil-forma ta’ New Global Notes (NGNs) u għandhom ikunu ddepożitati ma’ Common Safekeeper (CSK) li huwa ICSD jew, jekk applikabbli, CSD li jissodisfa l-istandards minimi stabbiliti mill-BĊE.”;

(14)

It-Taqsima 6.2.2, taħt it-testatuta “Klejms ta’ krediti” huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-ewwel paragrafu tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu, is-sentenza finali hija sostitwita b’li ġej:

“Il-klejms ta’ kreditu jistgħu ma jagħtux drittijiet lill-kapital/jew lill-imgħax li huwa subordinat lid-drittijiet tad-detenturi ta’ klejms ta’ kreditu oħra (jew tranches jew sub-tranches oħra fl-istess self sindikat) jew strumenti ta’ dejn tal-istess issuer.”;

(b)

Fit-tieni paragrafu tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu, tiddaħħal it-tieni sentenza wara t-tieni sentenza:

“Barra minn dan, il-klejms ta’ kreditu b’rata ta’ imgħax marbuta mar-rata ta’ inflazzjoni huma eliġibbli wkoll.”;

(ċ)

Fil-ħames inċiż tal-ewwel paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 20 hija rrevokata.

(15)

It-Taqsima 6.2.3, taħt it-testatura “Regoli għall-użu tal-assi eliġibbli” huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-punti (i)-(iii) tat-tielet paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:

“(i)

il-kontroparti għandu l-proprjetà diretta, jew indiretta, permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-issuer/debitur/garanti; jew

(ii)

l-issuer/debitur/garanti għandu l-proprjeta diretta, jew indiretta permezz ta’ impriża waħda jew aktar, 20 % jew aktar tal-kapital tal-kontroparti; jew

(iii)

it-tielet parti għandu l-proprjetà ta’ aktar minn 20 % tal-kapital tal-kontroparti u aktar minn 20 % tal-kapital tal-issuer/debitur/garanti, jew direttament jew indirettament, permezz ta’ impriża waħda jew aktar.”;

(b)

Ir-raba’ u l-ħames paragrafi huma sostitwiti b’li ġej:

“Id-dispożizzjoni hawn fuq dwar il-close links ma tapplikax għal: (a) close links bejn il-kontroparti u l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi taż-ŻEE, jew fil-każ fejn strument ta’ dejn huwa ggarantit minn entità tas-settur pubbliku li għandha d-dritt timponi taxxi; (b) bonds tal-banek koperti maħruġin skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 22(4) tad-Direttiva tal-UCITS; jew (c) każijiet li fihom strumenti ta’ dejn huma protetti minn salvagwardji legali speċifiċi mqabbla ma’ dawk l-istrumenti mogħtija skont (b) bħal fil-każ ta’ strumenti ta’ dejn mhux negozjabbli sostnuti minn ipoteki mhux kummerċjali fuq id-djar (retail mortgage) (RMBDs) li m’humiex titoli.

Barra minn dan, il-kontroparti ma tistax tippreżenta bħala garanzija kull attiv sostnut b’garanzija jekk il-kontroparti (jew kull terza parti li magħha hija għandha close links) tipprovdi hedge tal-valuti lit-titolu sostnut minn assi, billi tidħol f’tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti mal-issuer bħala kontroparti tal-hedge, jew jekk tipprovdi għajnuna f’likwidità għal 20 % jew aktar tal-ammont dovut tat-titolu sostnut minn assi.”;

(ċ)

It-Tabella 4 ntitolata “Attiv eliġibbli għal operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema” hija aġġornata kif ġej:

in-nota f’qiegħ il-paġna 4 hija rrevokata,

fil-kolonna dwar il-kriterji tal-eliġibbiltà, il-kliem “Liġijiet governanti relatati ma’ klejms ta’ kreditu” huma sostitwiti b“Liġijiet governanti”,

fl-għaxar filliera tal-kolonna dwar l-assi negozjabbli, il-kliem ‘Mhux applikabbli’ huma sostitwiti b“Għal titoli sostnuti b’assi, l-akkwist tal-assi fundamentali għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ Stat Membru tal-UE.”

(16)

It-Taqsima 6.3.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiddaħħal li ġej bħala r-raba’ paragrafu:

“Fir-rigward tas-sors tal-ECAI, il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata skont il-klassifika tal-pubbliku. L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li titlob kull kjarifika li hija tqis meħtieġa. Għal titoli sostnuti b’assi, il-klassifiki għandhom jiġu spjegati f’rapport ta’ klassifika ta’ kreditu disponibbli pubblikament, li jkun rapport iddettaljat ta’ qabel il-bejgħ jew dwar ħarġa ġdida, inkluż inter alia analiżi komprensiva ta’ aspetti strutturali u legali, valutazzjoni ddettaljata tal-ġabra ta’ garanziji, analiżi tal-parteċipanti tat-tranżazzjoni, kif ukoll analiżi tal-partikolarijiet l-oħra kollha relevanti ta’ tranżazzjoni. Barra min dan l-ECAIs għandhom jippubblikaw rapporti regolari ta’ sorveljanza għal titoli sostnuti b’assi ta’ lanqas kull trimestru (***). Dawn ir-rapporti għandhom ta’ lanqas jinkludu aġġornament tad-data prinċipali tat-tranżazzjoni (eż. il-kompożizzjoni tal-ġabra tal-garanziji, il-parteċipanti tat-tranżazzjoni, l-istruttura tal-kapital), kif ukoll id-data tal-andament.

(***)  Għal titoli sostnuti minn assi, fejn l-assi fundamentali tagħhom iħallsu kapital jew imgħax kull sitt xhur jew kull sena, ir-rapporti ta’ sorveljanza jistgħu jsegwu frekwenza ta’ kull sitt xhur jew ta’ kull sena rispettivament.”;"

(b)

Fil-ħames paragrafu, in-nota f’qiegħ il-paġna 26 hija sostitwita b’li ġej:

“‘A waħda’ tfisser klassifika minima għal żmien twil ta’ ‘A-’ minn Fitch jew Standard & Poor’s, jew ‘A3’ minn Moody’s, jew ‘AL’ minn DBRS.”;

(ċ)

Is-sitt u s-seba’ paragrafi huma sostitwit b’li ġej:

“L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li tiddetermina jekk issue, issuer, debitur jew garanti jissodisfawx l-obbligi għal standards għolja ta’ kreditu skont kull informazzjoni li hija tista’ tqis relevanti, u tista’ tiċħad, tillimita l-użu ta’ assi jew tapplika haircuts supplimentari skont dawn ir-raġunijiet jekk jinħtieġ, biex tiżgura l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ Dawn il-miżuri jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher lit kun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-assi garanziji mogħtija mill-kontroparti. F’dan il-każ, iċ-ċaħda hija bbażata skont informazzjoni prudenti (prudential), u l-użu tagħha trasmess minn kontropartijiet jew minn regolaturi, għandu jkun strettament skont, u meħtieġ għat-twettiq tal-ħidmiet tal-Ewrosistema fit-twettiq tal-politika monetarja.

Assi maħruġin minn jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra mposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li dwarhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.”;

(17)

Fit-Taqsima 6.3.4, taħt l-intestatura “Sors tal-istituzzjoni tal-valutazzjoni esterna tal-kreditu” l-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“L-ECAIs għandhom jissodisfaw kriterji operattivi u jipprovdu kopertura relevanti sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni effiċjenti tal-ECAF.”;

(18)

It-Taqsima 6.4.1 huwa emendat kif ġej:

(a)

Is-sentenza finali tat-tieni paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju huma armonizzati b’mod wiesa’ tul iż-żona tal-ewro (****) u għandhom jiżguraw konsistenza, trasparenza u kundizzjonijiet mhux diskriminatorji għal kull tip ta’ attiv eliġibbli tul iż-żona tal-ewro.

(****)  Minħabba differenzi operattivi ġewwa l-Istati Membri, jista’ jkun hemm xi differenzi f’termini ta’ miżuri ta’ kuntroll tar-riskju. Per eżempju, fir-rigward tal-proċeduri għall-kunsinna mill-kontropartijiet ta’ assi fundamentali lill-BĊNi (fil-forma ta’ ġabra ta’ garanziji mirhuna lill-BĊN, jew bħala ftehim ta’ xiri mill-ġdid ibbażati skont assi individwali speċifikati għal kull tranżazzjoni), jistgħu jseħħu differenzi minuri fir-rigward taż-żmien tal-valutazzjoni u l-karatteristiċi operattivi oħra tal-qafas tal-kuntroll tar-riskju. Barra minn dan, fil-każ ta’ assi mhux negozjabbli, il-preċiżjoni tat-tattiċi ta’ valutazzjoni tista’ tvarja, li hija riflessa fil-livell globali tal-haircuts (ara t-Taqsima 6.4.3).”;"

(b)

Jiżdied il-paragrafu li ġej:

“L-Ewrosistema tirriżerva d-dritt li tapplika miżuri addizzjonali ta’ kuntroll tar-riskju jekk jinħtieġ, biex tiżgura l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ. Dawn il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju, li għandhom ikunu applikati f’manjiera konsistenti, trasparenti u mhux diskriminatorja, jistgħu jiġu applikati wkoll fil-livell ta’ kontropartijiet individwali jekk jinħtieġ, biex tiġi żgurata l-protezzjoni.”;

(ċ)

Il-Kaxxa 7 intitolata “Miżuri ta” kuntroll tar-riskju’ hija sostitwita b’li ġej:

“IL-KAXXA 7
Miżuri ta’ kuntroll tar-riskju
L-Ewrosistema tapplika l-miżuri li ġejjin ta’ kuntroll tar-riskji:

Haircuts ta’ valutazzjoni
L-Ewrosistema tapplika ‘haircuts ta’ valutazzjoni’ fil-valutazzjoni ta’ assi fundamentali. Dan jimplika li l-valur tal-assi fundamentali huwa kkalkulat bħala l-valur tas-suq tal-attiv imnaqqas b’ċertu perċentwali (haircut).

Variation margins (marking to market)
L-Ewrosistema teħtieġ il-valur tas-suq aġġustat skont il-haircut tal-assi fundamentali wżati fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ lura tagħha li jipprovdu likwidità, biex jinżamm matul iż-żmien. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, tal-assi fundamentali jinżel għal anqas minn ċertu livell, il-BĊN jitlob lill-kontroparti biex tissupplixxi assi jew flus kontanti addizzjonali (jiġifieri jagħmel margin call). Bl-istess mod, jekk il-valur tal-assi fundamentali, wara l-valutazzjoni mill-ġdid tagħhom, taqbeż ċertu livell, il-kontroparti tista’ tieħu lura l-assi jew il-flus kontanti żejda. (Il-kalkoli relevanti għall-eżekuzzjoni tal-margin calls huma ppreżentati fil-Kaxxa 8.)
Il-miżuri li ġejjin ta’ kuntroll tar-riskji jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Ewrosistema f’kull ħin jekk jinħtieġ, biex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Ewrosistema konformi mal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ:

Marġins inizjali
L-Ewrosistema tista’ tapplika marġins inizjali fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ b’lura tagħha li jipprovdu likwidità. Dan jimplika li l-kontropartijiet ikollhom jipprovdu assi fundamentali b’valur ta’ lanqas daqs il-likwidità mogħtija mill-Ewrosistema flimkien mal-valur tal-marġin inizjali.

Limiti fir-rigward ta’ issuers/debituri jew garanti
L-Ewrosistema tista’ tapplika limiti għall-espożizzjoni fil-konfront ta’ issuers/debituri jew garanti. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher lit kun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.

Garanziji addizzjonali
L-Ewrosistema tista’ titlob garanziji addizzjonali minn entitajiet finanzjarjament b’saħħithom sabiex jaċċettaw ċerti assi.

Esklużjoni
L-Ewrosistema tista’ teskludi ċerti assi milli jintużaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha. Din l-esklużjoni tista’ tiġi applikata wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li tkun qed turi korrelazzjoni għolja mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.
Assi maħruġin jew iggarantiti minn entitajiet suġġetti għall-iffriżar ta’ fondi, u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li dwarhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jistgħu jiġu esklużi mil-lista ta’ assi eliġibbli.”;

(19)

It-Taqsima 6.4.2 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-ewwel sentenza tal-ewwel inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Assi negozjabbli eliġibbli huma allokati għal waħda minn ħames kategoriji ta’ likwidità, ibbażati skont il-klassifika tal-issuer u t-tip ta’ attiv.”;

(b)

It-tielet sentenza tat-tieni inċiż tal-ewwel paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Il-haircuts applikati għall-istrumenti ta’ dejn inklużi fil-kategoriji I sa IV jvarjaw skont il-maturità residwa u l-istruttura tal-imgħax tal-istrumenti ta’ dejn kif deskritti fit-Tabella 7 għal strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli b’imgħax fiss jew bla ebda imgħa (*****).

(*****)  Il-livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn b’imgħax fiss japplikaw ukoll għal strumenti ta’ dejn, li l-imgħax tagħhom jintrabat ma’ bidla fil-klassifika tal-issuer innifsu jew ma’ bonds indiċjati skont l-inflazzjoni.”;"

(ċ)

Fl-ewwel paragrafu, jiddaħħlu t-tielet u r-raba’ inċiżi li ġejjin:

“—

‘Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V huma suġġetti għal haircut unika ta’ 12 % irrispettivament mill-maturità jew l-istruttura tal-imgħax.

Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V li huma vvalutati teoretikament skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut ta’ valutazzjoni addizzjonali. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell tal-valutazzjoni teoretika tal-istrument individwali ta’ dejn fil-forma ta’ markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.”;

(d)

It-Tabella 6 hija sostitwita b’li ġej:

“IT-TABELLA 6

Kategoriji tal-Likwidita għal attiv negozjabbli (******)

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

Strumenti ta’ dejn tal-gvern ċentrali

Strumenti ta’ dejn tal-gvern lokali u reġjunali

Bonds tal-banek koperti tradizzjonali

Strumenti ta’ dejn ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (mhux iggarantiti)

Titoli mhux koperti b’attiv

Strumenti ta’ dejn maħruġa mill-banek ċentrali (1)

Jumbo bonds tal-banek koperti (2)

Strumenti ta’ dejn tal-aġenziji (3)

Strumenti ta’ dejn sopranazzjonali

Strumenti ta’ dejn maħruġa minn issuers korporattivi u issuers oħra (3)

 

 

(e)

It-tielet, ir-raba’ u l-ħames inċiżi huma sostitwiti b’li ġej:

“—

Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati għall-istrumenti kollha ta’ dejn negozjabbli b’rata floating u inverse inklużi fil-kategoriji I sa IV huma l-istess u huma deskritti fit-Tabella 8.

Il-haircut applikata għall-istrumenti ta’ dejn negozjabbli nklużi fil-kategoriji I sa IV b’imgħax ta’ rata varjabbli (*******) hija dik applikata għall-maturity bucket ta’ xejn għal sena ta’ strumenti b’imgħax fiss fil-kategorija tal-likwidità li għaliha l-istrument huwa assenjat.

Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju applikati għal strument ta’ dejn negozjabbli nklużi fil-kategoriji I sa IV b’aktar minn tip wieħed ta’ imgħax jiddependu biss fuq il-ħlasijiet tal-imgħax matul il-bqija taż-żmien li jifdallu l-istrument. Il-haircut ta’ valutazzjoni applikata għal dak l-istrument hija daqs l-ogħla haircut applikabbli għal strumenti ta’ dejn bl-istess maturità residwa, u jitqiesu l-imgħaxijiet ta’ kwalunkwe waħda mit-tipi li jseħħu fil-bqija taż-żmien li jifdallu l-istrument.

(*******)  Il-ħlas tal-imgħax jitqies ħlas ta’ rata varjabbli jekk l-imgħax jintrabat ma’ rata ta’ imgħax ta’ referenza u jekk il-perijodu ta’ resetting li jikkorrispondi ma’ dan l-imgħax m’huwiex aktar minn sena. Il-ħlasijiet tal-imgħax li għalihom il-perijodu ta’ resetting huwa itwal minn sena huma ttrattati bħala ħlasijiet ta’ rata fissa, bil-maturità relevanti għall-haircut tkun il-maturità residwa tal-istrument ta’ dejn.”;"

(f)

It-Tabella 7 hija sostitwita b’li ġej:

“IT-TABELLA 7

Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal assi negozjabbli eliġibbli

(perċentwali)

 

Kategoriji tal-likwidità

Maturità residwa

Kategorija I

Kategorija II

Kategorija III

Kategorija IV

Kategorija V

(snin)

Imgħax fiss

L-ebda imgħax

Imgħax fiss

L-ebda imgħax

Imgħax fiss

L-ebda imgħax

Imgħax fiss

L-ebda imgħax

 

0-1

0,5

0,5

1

1

1,5

1,5

6,5

6,5

12  (4)

1-3

1,5

1,5

2,5

2,5

3

3

8

8

3-5

2,5

3

3,5

4

4,5

5

9,5

10

5-7

3

3,5

4,5

5

5,5

6

10,5

11

7-10

4

4,5

5,5

6,5

6,5

8

11,5

13

> 10

5,5

8,5

7,5

12

9

15

14

20

(g)

It-testatura tat-Tabella 8 hij sostitwita b’li ġej:

“Livelli ta’ haircuts ta’ valutazzjoni applikati għal strumenti ta’ dejn negozjabbli eliġibbli u b’rata floating u inverse inklużi fil-kategoriji I sa IV”;

(20)

Fit-Taqsima 6.4.3, taħt it-testatura “Klejms ta’ kreditu’ tiddaħħal in-nota” f’qiegħ il-paġna li ġejja fit-tmiem tal-ewwel inċiż:

“(*)

Il-haircuts ta’ valutazzjoni applikati għall-klejms ta’ kreditu bi ħlasijiet ta’ imgħax b’rata fissa japplikaw ukoll għal klejms ta’ kreditu li l-ħlasijiet tal-imgħax tagħhom jintrabtu mar-rata ta’ inflazzjoni.”;

(21)

Jiddaħħal it-Taqsima 6.7:

“6.7.   Aċċettazzjoni ta’ garanziji mhux iddenominati fl-ewro f’kontinġenzi

F’ċerti sitwazzjonijiet il-Kunsill Governattiv jista’ jiddeċiedi jaċċetta bħala garanzija eliġibbli, ċerti strumenti ta’ dejn negozjabbli maħruġin minn gvern ċentrali tal-G10 barra ż-żona tal-ewro, jew aktar minn gvern wieħed minn dawn, fil-valuta domestika tagħhom. Malli tittieħed din id-deċiżjoni l-kriterji applikabbli għandhom ikunu kkjarifikati, u l-proċeduri li għandhom ikunu applikati għall-għażla u l-mobilizzazzjoni ta’ garanziji barranin, inklużi s-sorsi u l-prinċipji ta’ valutazzjoni, il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju u l-proċeduri ta’ settlement, għandhom ikunu kkomunikati wkoll lill-kontropartijiet.

Minkejja d-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6.2.1, dawn l-assi jistgħu jiġu ddepożitati/rreġistrati (maħruġin), miżmumin u settled barra ż-ŻEE u, kif intqal hawn fuq, jistgħu jiġu ddenominati f’valuti minbarra l-ewro. Dawn l-assi kollha wżati minn xi kontroparti għandhom ikunu fil-proprjetà tal-kontroparti.

Il-kontropartijiet li huma fergħat ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li jinsabu barra ż-ŻEE jew l-Isvizzera ma jistgħux jużaw dawk l-assi bħala garanziji.”;

(22)

It-Taqsima 7.2, huwa emendat kif ġej:

(a)

It-tieni paragrafu huwa sostitwit b’li ġej:

“L-istituzzjonijiet li huma awtomatikament eżentati mill-obbligi ta’ riżerva mill-bidu tal-perijodu ta’ manteniment li fih l-awtorizzazzjoni tagħhom tiġi rtirata jew ċeduta, jew li fih tittieħed deċiżjoni biex tqiegħed lill-istituzzjoni f’proċedimenti ta’ xoljiment minn awtorità ġudizzjarja jew kull awtorità kompetenti oħra ta’ Stat Membru parteċipanti. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2531/98 u r-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9), il-BĊE jista’ wkoll jeżenta istituzzjonijiet mill-obbligi tagħhom taħt is-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema fuq bażi mhux diskriminatorja, jekk huma suġġetti għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru, skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġi l-użu tal-fondi tagħhom jew li fir-rigward tagħhom il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħhom għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema, jew jekk l-iskopijiet tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema ma jintlaħqux bl-impożizzjoni ta’ dawn l-obbligi fuq dawk l-istituzzjonijiet partikolari. Jekk id-deċiżjoni tal-BĊE dwar eżenzjoni bħal din hija bbażata skont l-iskopijiet tas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema, il-BĊE iqis waħda jew iżjed mill-kriterji li ġejjin:

l-istituzzjoni hija awtorizzata ssegwi funzjonijiet bi skop speċjali biss,

l-istituzzjoni hija pprojbita milli teżerċita funzjonijiet bankarji attivi f’kompetizzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra ta’ kreditu u/jew,

l-istituzzjoni hija taħt obbligu legali li jkollha d-depożiti kollha tagħha mmarkati għal skopijiet relatati ma’ assistenza reġjunali u/jew ma’ assistenza ta’ żvilupp internazzjonali.”;

(b)

It-tieni sentenza tat-tielet paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Il-BĊE jagħmel ukoll pubblika, lista ta’ kull istituzzjoni eżentata mill-obbligi tagħha skont din is-sistema għal raġunijiet oħra milli dik li tkun suġġetta għal miżuri ta’ rijorganizzazzjoni jew l-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità Ewropea jew minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-użu tal-fondi tagħhom, jew li dwarha l-Kunsill Governattiv tal-BĊE ikun ħareġ deċiżjoni li tissospendi jew teskludi l-aċċess tagħha għal operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Ewrosistema (********).

(********)  Il-listi huma disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit elettroniku tal-BĊE (www.ecb.europa.eu).”;"

(23)

It-Taqsima 7.3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Taħt it-testatura “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” l-ewwel sentenza tar-raba’ paragrafu hija sostitwita b’li ġej:

“Passivi fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet suġġetti għas-sistema ta’ riżervi minimi tal-Ewrosistema u l-passivi fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti m’humiex inklużi fil-bażi tar-riżerva.”

(b)

Taħt it-testatura “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” it-tielet u r-raba’ sentenzi tal-ħames paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:

“Dan il-proporzjon ta’ riżerva huwa speċifikat fir-Regolament (KE) Nru 1745/2003 (BĊE/2003/9). Il-BĊE jistabbilixxi proporzjon ta’ riżerva żero fir-rigward tal-kategoriji li ġejjin tal-passiv: ‘depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’, ‘depożiti li jinfdew b’notifika ta’ aktar minn sentejn’, ‘repos’ u ‘titoli ta’ dejn b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn’ (ara l-Kaxxa 9).”;

(ċ)

Il-Kaxxa 9 intitolata “Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva” hija sostitwita b’li ġej:

“IL-KAXXA 9
Bażi tar-riżerva u proporzjonijiet tar-riżerva
A.
   
Passsivi inklużi fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva pożittiv
Depożiti (5)

Depożiti ta’ matul il-lejl (overnight)

Depożiti b’maturità miftiehma sa u li tinkludi wkoll sentejn

Depożiti mifdija b’notifika ta’ sa u li tinkludi wkoll sentejn
Titoli ta’ dejn maħruġa

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali sa u li tinkludi wkoll sentejn
B.
   
Passiv inklużi fil-bażi tar-riżerva u li għalihom jiġi applikat il-proporzjon ta’ riżerva żero
Depożiti (5)

Depożiti b’maturità miftiehma ta’ aktar minn sentejn

Depożiti mifdija b’notifika ta’ aktar minn sentejn

Repos
Titoli ta’ dejn maħruġa

Titoli ta’ dejn b’maturità oriġinali ta’ aktar minn sentejn
C.
   
Passiv eskluż mill-bażi tar-riżerva

Passiv fil-konfront ta’ istituzzjonijiet oħra suġġetti għas-sistema tar-riżervi minimi tal-Ewrosistema

Passiv fil-konfront tal-BĊE u l-BĊNi parteċipanti

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2004/21) (ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383), jeħtieġ b’mod espliċitu r-rappurtar ta’ passivi ta’ depożiti skont il-valur nominali. Il-valur nominali jfisser l-ammont tal-kapital li d-debitur huwa kuntrattwalment obbligat iħallas lil kreditur. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1), ġiet emendata biex b’hekk ċerti strumenti finanzjarji setgħu jiġu pprezzati skont il-valur ġust.”;"

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2181/2004 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2004, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2423/2001 (BĊE/2001/13) dwar il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji, u r-Regolament (KE) Nru 63/2002 (BĊE/2001/18) dwar l-istatistika fir-rigward tar-rati tal-imgħax applikati mill-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji għal depożiti u self fil-konfront ta’ households u korporazzjonijiet mhux finanzjarji (BĊE/2004/21) (ĠU L 183M, 5.7.2006, p. 383), jeħtieġ b’mod espliċitu r-rappurtar ta’ passivi ta’ depożiti skont il-valur nominali. Il-valur nominali jfisser l-ammont tal-kapital li d-debitur huwa kuntrattwalment obbligat iħallas lil kreditur. Din l-emenda saret meħtieġa minħabba li d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta’ Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet ikkonsolidati tal-banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħra (ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1), ġiet emendata biex b’hekk ċerti strumenti finanzjarji setgħu jiġu pprezzati skont il-valur ġust.”;"

(24)

L-Appendiċi 1 mal-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Fl-Eżempju 6, l-ewwel filliera tat-Tabella I hija sostitwita b’li ġej:

“Attiv A

Jumbo bond kopert tal-banek

30.8.2008

Rata fissa

6 xhur

4 snin

3,50 %”

(b)

Fl-Eżempju 6, taħt it-testatura “Sistema ta’ mmarkar” it-tieni u t-tielet sentenzi ta’ punt 1 tal-ewwel paragrafu huma sostitwiti b’li ġej:

“Attiv A huwa jumbo bond kopert tal-banek b’imgħax fiss u li jimmatura fit-30 ta’ Awwissu 2008. Għalhekk għandu maturità residwa ta’ erba’ snin, b’hekk jeħtieġ haircut ta’ valutazzjoni ta’ 3.5 %.”

(25)

L-Appendiċi 2 mal-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja ta’ “Titoli sostnuti minn assi”:

“Titoli sostnuti minn assi (ABS): strumenti ta’ dejn li huma sostnuti minn ġabra ta’ assi finanzjarji ringfenced (fissi jew li jduru (revolving)), li jikkonvertu fi flus kontanti f’perijodu ta’ żmien iddefinit. Barra minn dan, id-drittijiet jew assi oħra jistgħu jeżistu biex jiżguraw il-manutenzjoni (servicing) jew id-distribuzzjoni fil-ħin tad-dħul lid-detenturi tat-titolu. B’mod ġenerali, titoli sostnuti minn assi jinħarġu b’vettura ta’ investiment maħluqa għal t’apposta li tkun akkwistat il-ġabra tal-assi finanzjarji mill-oriġinatur/il-bejjiegħ. F’dan ir-rigward, il-ħlasijiet fuq it-titoli sostnuti minn assi jiddependu primarjament mill-flussi tal-flus kontanti iġġenerati mill-assi fil-ġabra bażi u d-drittijiet l-oħra, iddisinjati biex jiżguraw il-ħlas fil-ħin, bħall-faċilitajiet tal-likwidità, il-garanziji jew karatteristiċi oħra magħrufa ġeneralment bħala titjib.”;

(b)

Id-definizzjoni ta’ “Mudell ta’ kummerċ bankarju ċentrali korrispondenti” huwa sostitwit b’li ġej:

“Mudell ta’ kummerċ bankarju korrispondenti (CCBM): mekkaniżmu stabbilit mill-Ewrosistema bil-għan li jħalli lill-kontropartijiet jużaw l-attiv fundamentali f’kuntest intra-fruntieri. Fil-CCBM, il-BĊNi jaġixxu bħala kustodji għal xulxin. Dan ifisser li kull BĊN għandu kont ta’ titoli fl-amministrazzjoni tiegħu tat-titoli għal kull wieħed mill-BĊNi l-oħra u għall-BĊE. Il-CCBM huwa disponibbli wkoll għall-kontropartijiet ta’ ċerti BĊNi barra l-Ewrosistema.”;

(ċ)

Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja ta’ “Tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti”:

“Tranżazzjoni ta’ hedge tal-valuti: ftehim iffirmat bejn l-issuer u l-kontroparti tal-hedge, liema skont parti mir-riskju tal-valuta li jirriżulta mill-irċevuta ta’ flussi ta’ flus kontanti f’valuta li m’hijiex ewro, jittaffa billi jiġu skambjati l-flussi tal-flus kontanti għall-ħlasijiet fil-valuta ewro li għandhom isiru mill-kontroparti tal-hedge, inkluża kull garanzija mill-kontroparti tal-hedge ta’ dawk il-ħlasijiet.”;

(d)

Id-definizzjoni ta’ “Tmiem il-jum” hija sostitwita b’li ġej:

“Tmiem il-jum: il-ħin tal-jum ta’ negozju wara l-għeluq tat-TARGET2 li fih il-ħlasijiet ipproċessati fit-TARGET2 huma ffinalizzati għal dak il-jum”;

(e)

Id-definizzjoni ta’ “Quick tender” hija sostitwita b’li ġej:

Quick tender : il-proċedura ta’ tenders użata mill-Ewrosistema għal operazzjonijiet ta’ fine-tuning meta jitqies li jkun aħjar li jkun hemm impatt ta’ malajr fuq is-sitwazzjoni tal-likwidità fis-suq. Quick tenders huma normalment eżegwiti f’90 minuta u normalment restritti għal sett illimitat ta’ kontropartijiet.”;

(f)

Id-definizzjoni ta’ “RTGS (sistema ta’ (real-time gross settlement))” hija sostitwita b’li ġej:

“RTGS (sistema ta’ (real-time gross settlement): sistema ta’ settlement li fiha l-ipproċessar u s-settlement iseħħu skont bażi ta’ ordni b’ordni mingħajr ma jkun hemm netting kontinwu f’ħin reali. Ara wkoll TARGET2.”

(g)

Id-definizzjoni tat-“TARGET” hija sostitwita b’li ġej:

“TARGET: il-predeċessur tas-sistema TARGET2, li topera fi struttura deċentralizzata u li tgħaqqad flimkien sistemi nazzjonali ta’ RTGS u l-mekkaniżmu ta’ ħlas tal-BĊE. Is-sistema tat-TARGET ġiet sostitwita bis-sistema tat-TARGET2 skont l-iskeda ta’ migrazzjoni speċifikata fl-Artikolu 13 tal-Linja Gwida BĊE/2007/2.”

(h)

Tiddaħħal id-definizzjoni li ġejja “markdown ta’ valutazzjoni”:

Markdown ta’ valutazzjoni: miżura ta’ kuntroll tar-riskju applikata għal attiv fundamentali wżata f’tranżazzjonijiet imreġġa’ lura, jiġifieri li l-bank ċentrali japplika tnaqqis tal-valur tas-suq teoretiku tal-attiv b’ċertu perċentwali qabel ma japplika xi haircut ta’ valutazzjoni (*********).

(*********)  Għalhekk, per eżempju, għal titoli sostnuti b’assi fil-kategorija tal-likwidita V li huma vvalutati bl-użu ta’ prezz teoretiku, tiġi applikata markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 % għall-prezz teoretiku qabel l-applikazzjoni tal-haircut ta’ valutazzjoni ta’ 12 %. Dan huwa ekwivalenti għal haircut totali ta’ 16,4 %.”;"

(26)

It-tabella fl-Appendiċi 5 hija sostitwita b’li ġej:

“IL-WEBSAJTS TAL-EWROSISTEMA

Bank Ċentrali

Sit elettroniku

European Central Bank

www.ecb.europa.eu

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

www.nbb.be or www.bnb.be

Deutsche Bundesbank

www.bundesbank.de

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

www.centralbank.ie

Bank of Greece

www.bankofgreece.gr

Banco de España

www.bde.es

Banque de France

www.banque-france.fr

Banca d’Italia

www.bancaditalia.it

Central Bank of Cyprus

www.centralbank.gov.cy

Banque centrale du Lussemburgu

www.bcl.lu

Bank Ċentrali ta’ Malta

www.centralbankmalta.org

De Nederlandsche Bank

www.dnb.nl

Oesterreichische Nationalbank

www.oenb.at

Banco de Portugal

www.bportugal.pt

Banka Slovenije

www.bsi.si

Suomen Pankki

www.bof.fi”


(1)  Iċ-ċertifikati ta’ dejn maħruġin mill-BĊE u strumenti ta’ dejn maħruġin mill-BĊNi qabel l-adozzjoni tal-ewro fl-Istat Membru rispettiv tiegħu jiddaħħlu fil-kategorija tal-likwidità I.

(2)  Huma biss dawk l-istrumenti b’volum ta’ ħruġ ta’ mhux inqas minn € 1 biljun, u li għalihom ta’ lanqas tliet market-makers jipprovdu kwotazzjonijiet regolari ta’ xiri (bid) u bejgħ (ask), li jaqgħu fil-kategorija tal-attiv ta’ jumbo bonds tal-banek koperti.

(3)  Jiddaħħal fil-kategorija tal-likwidità II dak l-attiv biss negozjabbli maħruġ minn issuers li jkun ġie kklassifikat bħala aġenziji mill-BĊE. L-attiv negozjabbli maħruġ minn aġenziji oħra jiddaħħal fil-kategorija tal-likwidità III.

(4)  Strumenti individwali ta’ dejn inklużi fil-kategorija V li huma vvalutati teoretikament skont it-Taqsima 6.5 huma suġġetti għal haircut addizzjonali ta’ valutazzjoni. Din il-haircut hija applikata direttament fil-livell tal-valutazzjoni teoretika tal-istrument individwali ta’ dejn fil-forma ta’ markdown ta’ valutazzjoni ta’ 5 %.”;


ANNESS II

L-Anness II mal-Linja Gwida BĊE/2000/7 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6, il-punt (f) huwa sostitwit b’li ġej:

“f)

awtorizzazzjoni tal-Kontroparti biex iwettaq attivitajiet skont jew id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar swieq fi strumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tirrevoka d-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (*), kif implimentata fl-Istat Membru relevanti tal-Eurosistema rispettivament, hija sospiża jew irrevokata; jew

(*)  ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1.”"

(2)

Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6 punt (h) huwa sostitwit b’li ġej:

“h)

miżuri bħal dawk imsemmija fl-Artikoli 30, 31, 33 u 34 tad-Direttiva 2006/48/KE huma kontra l-Kontroparti; jew”

(3)

Fis-Sezzjoni I, fl-ewwel paragrafu ta’ punt 6 jiddaħħlu l-punti li ġejjin (p)-(t):

“(p)

il-Kontroparti jsir suġġett għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti mill-Komunità li jirrestrinġu l-abbilta’ tal-Kontroparti biex tuża l-fondi tagħha; jew

(q)

il-Kontroparti ssir suġġetta għall-iffriżar ta’ fondi u/jew miżuri oħra imposti minn Stat Membru skont l-Artikolu 60(2) tat-Trattat li jirrestrinġu l-abbiltà tal-Kontroparti biex tuża l-fondi tagħha; jew

(r)

l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma suġġetti għal ordni t’iffriżar, sekwestru, qbid jew kull proċedura oħra li hija maħsuba biex tipproteġi l-interess pubbliku jew id-drittijiet tal-kredituri tal-Kontroparti; jew

(s)

l-assi kollha jew parti sostanzjali minnhom tal-Kontroparti huma assenjati lil entità oħra; jew

(t)

kull ġrajja oħra pendenti jew eżistenti li jekk isseħħ thedded it-twettiq mill-Kontroparti tal-obbligi tiegħu skont l-arranġament li hija tkun daħlet fih għall-iskop biex taffettwa operazzjonijiet tal-politika monetarja jew kull regoli oħra li japplikaw għar-relazzjoni bejn il-Kontroparti u xi wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.”

(4)

Fit-Taqsima I, it-tieni paragrafu ta’ punt 6 huwa sostitwit b’li ġej:

“Il-ġrajjiet (a) u (p) għandhom ikunu awtomatiċi; il-ġrajjiet (b), (c) u (q) jistgħu jkunu awtomatiċi; il-ġrajjiet (d) sa (o) u (r) sa (t) ma jistgħux ikunu awtomatiċi u għandhom ikunu diskrezzjonarji (jiġifieri, ipperfezzjonati biss malli tiġi servuta n-notifika tan-nuqqast). Din in-notifika tan-nuqqas tista’ tagħti ‘perijodu żejjed’ l-aktar sa tlitt ijiem ta’ negozju biex titranġa l-ġrajja. Għal ġrajjiet ta’ nuqqas li huma diskrezzjonarji, id-dispożizzjonijiet rigward l-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni għandhom jipprovdu ċertezza fir-rigward tal-effett ta’ dan l-eżerċizzju.”

(5)

Fis-Sezzjoni I, il-punt 7 huwa sostitwit b’li ġej:

“7.

Il-ftehim relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li jekk iseħħ xi każ ta’ nuqqas, il-BĊN huwa intitolat jeżerċita r-rimedji li ġejjin: jissospendi jew jeskludi l-Kontroparti milli taċċessa operazzjonijiet tas-suq miftuħ; jissospendi jew jeskludi l-Kontroparti milli taċċessa l-istanding facilities tal-Eurosistema; itemm il-ftehim u t-tranżazzjonijiet kollha dovuti; jew jitlob it-twettiq aċċellerat tal-klejms li ma jkunux għadhom immaturaw jew li huma kontinġenti. Barra minn dan, il-BĊN jista’ jkun intitolat jeżerċita r-rimedji li ġejjin: juża d-depożiti tal-Kontroparti mqiegħda mal-BĊN biex ipaċi klejms kontra dik il-Kontroparti; jissospendi t-twettiq tal-obbligi kontra l-Kontroparti sakemm il-klejm fuq il-Kontroparti tkun ġiet sodisfatta; jikklejmja l-imgħax tan-nuqqas; jew jikklejmja indenniz għal kull telf li jirriżulta bħala konsegwenza ta’ nuqqas mill-Kontroparti. Barra minn dan, il-ftehim relevanti kuntrattwali jew regolatorji applikati mill-BĊN għandhom jiżguraw li jekk iseħħ xi każ ta’ nuqqas, dak il-BĊN għandu jkun f’pożizzjoni legali biex jillikwida l-attiv kollu mogħti bħala garanzija mingħajr dewmien żejjed b’tali mod li jintitola lill-BĊN ibiegħ il-valur għall-kreditu mogħti, jekk il-Kontroparti ma tħallasx il-bilanċ negattiv tagħha minnufih. Sabiex jiżgura l-implimentazzjoni uniformi tal-miżuri mposti, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE jista’ jiddeċiedi dwar ir-rimedji, inkluż is-sospensjoni jew l-esklużjoni mill-aċċess għall-operazzjonijiet tas-suq miftuħ jew għall-istanding facilities tal-Eurosistema.”

(6)

Fis-Sezzjoni II, taħt it-testatura “Karatteristiċi komuni għat-tranżazzjonijiet kollha bil-maqlub (reverse transactions)” in-nota 2 f’qiegħ il-paġna f’punt 15 hija rrevokata.



5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/46


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta’ Diċembru 2008

li temenda il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

(BĊE/2008/21)

(2009/100/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem ‘l-Istatut SEBĊ’, u b’mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 47.2 tal-Istatut,

Billi:

(1)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 tal-10 ta’ Novembru 2006 dwar il-qafas legali għar-rappurtar tal-kontabilità u dak finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek (1) għandha bżonn tiġi emendata biex tirrifletti deċiżjonijiet ta’ politika u żviluppi tas-suq.

(2)

L-Eurosistema rrivediet il-politika tagħha ta’ kxif għal tranżazzjonijiet ta’ titoli sabiex ittejjeb iktar it-trasparenza tal-istqarrijiet finanzjarji. Bħala parti mill-politika riveduta, titoli li qabel kienu kklassifikati bħala attiv fiss finanzjarju għandhom jiġu riklassifikati mill-partita tal-bilanċ ‘Attiv finanzjarju ieħor’ għall-partita xierqa taħt l-intestatura ‘attiv’ jiddependi fuq l-oriġini ta’ min jagħmel il-ħruġ, id-denominazzjoni tal-valuta u jekk it-titoli jinżammewx sal-maturità. Barra minn hekk, l-istrumenti finanzjarji kollha li huma parti minn portafoll immarkat għandhom jiġu inklużi taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’.

(3)

Il-Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 m’għandhiex regoli speċifiċi fuq il-kontabilità ta’ swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji. Dawn l-istrumenti qed jintużaw dejjem iktar fis-swieq finanzjarji u jistgħu jkunu rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE. Filwaqt li swaps ta’ rata ta’ imgħax bil-quddiem, jistgħu jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal swaps ta’ rata ta’ imgħax “normali vanilla”, futures ta’ valuta barranija u futures ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu kkontabilizzati bl-istess mod bħal futures ta’ rati ta’ imgħax.

(4)

Ir-regoli kurrenti fuq strumenti ta’ ishma azzjonarji għandhom jiġu emendati biex jirriflettu l-possibbiltà li jiġu nnegozjati ishma azzjonarji negozjabbli bħala parti mill-immaniġġjar tar-riżervi barranin tal-BĊE,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA

Artikolu 1

Emendi

Linja ta’ Gwida BĊE/2006/16 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 5(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Tranżazzjonijiet ta’ titoli inkluż strumenti ta’ ishma azzjonarji ddenominati f’valuta barranija jistgħu jkomplu jiġu rreġistrati skont il-metodu tal-flus kontanti/ħlas. L-imgħax relatat akkumulat inklużi premiums jew skontijiet għandhom ikunu rreġistrati kuljum mid-data tal-ispot settlement.”

(2)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’li ġej:

“2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta’ valuta barranija, titoli li mhumiex titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozzjabbli kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm jekk on-balance-sheet kif ukoll jekk off-balance-sheet, għandhom jitwettqu skont id-data ta’ rivalutazzjoni trimestrali skont ir-rati u l-prezzijiet mid-market. Dan m’għandux jipprekludi entitajiet ta’ rappurtar milli jivvalutaw mill-ġdid il-portafolli tagħhom b’mod aktar frekwenti għal skopijiet interni, bil-kundizzjoni li huma jirrappurtaw elementi fil-karti tal-bilanċ biss skont il-valur tat-tranżazzjoni matul it-trimestru.”

(b)

Għandu jiżdied dan il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozzjabbli għandhom jiġu vvalutati bi spiża ammortizzata u għandhom ikunu suġġetti għall- impairment.”

(3)

L-Artikolu 8(5) għandu jinbidel b’li ġej:

“5.   Tranżazzjonijiet b’lura, inklużi tranżazzjonijiet ta’ self ta’ titoli, imwettqa skont programm ta’ self ta’ titoli awtomatiċi għandhom ikunu rreġistrati biss b’effett fuq il-karta tal-bilanċ fejn il-garanzija hija pprovduta fil-forma ta’ flus kontanti mpoġġija f’kont tal-BĊN rilevanti jew tal-BĊE.”

(4)

L- Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

“1.   Dan l-Artikolu japplika għal strumenti ta’ ishma azzjonarji negozzjabbli, jiġifieri ishma jew fondi azzjonarji, kemm jekk it-tranżazzjonijiet huma mwettqa direttament permezz ta’ entità ta’ rappurtar kemm jekk permezz ta’ aġent tagħha, bl-eċċezzjoni ta’ attivitajiet imwettqa għal fondi tal-pensjoni, interessi parteċipanti, investimenti f’sussidjarji, jew interessi sinifikanti.”

(b)

Il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’li ġej:

“2.   Strumenti ta’ ishma azzjonarji ddenominati f’valuti barranin u żvelati taħt ‘attiv ieħor’ m’għandhomx jiffurmaw parti mill-qagħda sħiħa tal-valuta imma għandhom ikunu parti minn holding ta’ valuta separat. Il-kalkolu tal-qligħ u t-telf tal-kambju relatat jista’ ssir jew skont il-metodu tal-ispiża medja netta jew skont il-metodu tal-ispiża medja.”

(c)

Il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   Ir-rivalutazzjoni ta’ portafolli ta’ ishma azzjonarji titwettaq skont l-Artikolu 7(2). Ir-rivalutazzjoni għandha sseħħ fuq bażi ta’ element b’element. Għal fondi ta’ ishma azzjonarji, ir-rivalutazzjoni tal-prezz għandha ssir fuq bażi netta, u mhux fuq bażi individwali ta’ sehem b’sehem. M’għandu jkun hemm l-ebda netting bejn ishma azzjonarji differenti jew bejn fondi ta’ ishma azzjonarji differenti.”

(d)

Għandhom jiżdiedu l-paragrafi 4 sa 8 li ġejjin:

“4.   It-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rreġistrati fil-karta tal-bilanċ bil-prezz tat-tranżazzjoni.

5.   Il-kummissjoni għas-senserija tista’ tiġi rreġistrata jew bħala spiża tat-tranżazzjoni biex tiġi inkluża fl-ispiża tal-attiv, jew bħala spiża fil-kont tal-qligħ u tat-telf.

6.   L-ammont tad-dividend mixtri għandu jiġi inkluż fl-ispiża tal-istrument tal-ishma azzjonarji. Fid-data tal-ex-dividend, l-ammont tad-dividend mixtri jista’ jiġi ttrattat bħala partita separata sakemm il-ħlas tad-dividend ikun irċevut.

7.   Akkumulazzjonijiet fuq dividendi m’għandhomx jiġu bbukjati fl-aħħar tal-perijodu billi diġà huma riflessi fil-prezz tas-suq ta’ strumenti ta’ ishma azzjonarji bl-eċċezjoni ta’ ishma azzjonarji kkwotati ex-dividend.

8.   Ħruġ ta’ drittijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala attiv separat meta jinħarġu. Il-prezz tax-xiri għandu jiġi kkalkulat skont l-ispiża medja eżistenti tal-ishma azzjonarji, fuq il-prezz strike ġdid ta’ xiri, u fuq il-proporzjon bejn ishma azzjonarji eżistenti u dawk ġodda. Alternattivament, il-prezz tad-dritt jista’ jkun ibbażat fuq il-valur tad-dritt fis-suq, l-ispiża medja eżistenti tal-ishma azzjonarji u l-prezz tas-suq tal-ishma azzjonarji qabel il-ħruġ tad-drittijiet.”

(5)

L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

L-intestatura għandha tinbidel b’li ġej:

“Artikolu 16

Kuntratti ta’ futures

(b)

Il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’li ġej:

“1.   Kuntratti ta’ futures għandhom jiġu rreġistrati fid-data tan-negozju fil-kontijiet off-balance-sheet.”

(6)

L-Artikolu 17(3) għandu jinbidel b’li ġej:

“3.   Swaps tar-rati tal-imgħax għandhom ikunu vvalutati mill-ġdid individwalment u, jekk meħtieġ, tradotti f’euro skont ir-rata spot tal-valuta. Huwa rrakkomandat li telf mhux realizzat ittrasferit fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandu jkun ammortizzat fi snin sussegwenti, li fil-każ ta’ swaps ta’ rati ta’ imgħax bil-quddiem għandu jibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni u dak l-ammortizzar għandu jkun lineari. Qligħ ta’ rivalutazzjoni mhux realizzat għandu jkun ikkreditat għal ġo kont ta’ rivalutazzjoni.”

(7)

L-Annessi II, IV u IX tal-Linji ta’ Gwida BĊE/2006/16 għandhom jiġu emendati skont l-Anness ta’ din il-Linji ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Indirizzi

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tapplika għall-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 11 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 348, 11.12.2006, p. 1.


ANNESS

L-Annessi II, IV u IX tal-Linji ta’ Gwida BĊE/2006/16 huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness II huwa emendat kif ġej:

(a)

Għandha tidħol din id-definizzjoni ġdida:

“Portafoll immarkat: investiment immarkat imniżżel fuq in-naħa tal-attiv tal-karta tal-bilanċ bħala fond ta’ kontroparti, jikkonsisti minn titoli, strumenti ta’ ishma azzjonarji, depożiti b’terminu fiss u kontijiet kurrenti, interessi parteċipattivi u/jew investimenti f’sussidjarji. Huwa jaqbel ma’ partita identifikabbli fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ, irrispettivament minn restrizzjonijiet legali jew oħrajn.”

(b)

Għandha titħassar id-definizzjoni ta’ “attiv finanzjarju fiss”.

(c)

Għandha tidħol din id-definizzjoni li ġejja:

“Titoli miżmumin sal-maturità: titoli b’ħlasijiet fissi jew determinabbli u maturità fissa, li l-BĊN fiħsiebu jżomm sal-maturità”.

(2)

It-tabella bl-isem “Attiv” fl-Anness IV għandha tinbidel b’dan li ġej:

“ATTIV

Element tal-Karta tal-Bilanċ (1)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju ta’ valutazzjoni

Skop ta’ applikazzjoni (2)

Assets

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli tad-deheb

Deheb fiżiku (jiġifieri ingotti, muniti, plates, nuggets fħażna jew ‘under way’ f’ħażna jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f’gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b’terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jqumu mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: transazzjonijiet ta’ upgrading jew downgrading u gold location jew purity swaps fejn hemm differenza ta’ aktar minn jum ta’ negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Mandatorju

2

2

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

Klejms fuq kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-ewro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Kwota nazzjonali mnaqqsa bil-bilanċi f’ewro għad-disponibbiltà tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont ewro għal spejjeż amministrattivi) jista’ jkun inkluż f’din il-pożizzjoni jew taħt l-element ‘Passivi għal residenti barra ż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’

(a)

Drittijiet ta’ ġbid ta’ flus ġewwa r-reserve tranche (net)

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus

Holdings ta’ drittijiet speċjali ta’ ġbid ta’ flus (gross)

(b)

Drittijiet speċjali ta’ ġbid

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(c)

Klejms oħrajn

Ftehim ġenerali għal self (GAB), self skont ftehim speċjali ta’self, depożiti ġewwa l-qafas tal-Faċilità għat-Tkabbir u t-Tnaqqis tal-Faqar (PRGF)

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

2.2

2.2

Bilanċi ma’ banek u investimenti ta’ titoli, self estern u attiv estern ieħor

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro ħlief għal dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet reverse repo

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali, traduzzjoni skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

(b)

Investimenti ta’ titoli minbarra dawk taħt partita tal-attivi ‘Attiv finanzjarju ieħor’ barra ż-żona tal-ewro

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji miżmuma bħala parti mir-riżervi barranin kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli li ma jinżammux sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikatati bħala miżmumin sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Mandatorju

(c)

Self estern (depożiti) barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self estern

Depożiti f’valur nominali tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

(d)

Attivi estern ieħor

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-ewro

(d)

Attivi estern ieħor

Valur nominali, nominali tradott bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

3

3

Klejms fuq residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’valuta barranija

(a)

Investimenti ta’ sigurtà ġewwa ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, strumenti ta’ ishma azzjonarji mimuma bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(a)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

L-ispiża suġġetta għall-impairment u r-rata tal-kambju tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(a)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

Mandatorju

(b)

Klejms oħra fuq residenti fiż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo reverse, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ta’ valur nominali ieħor, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija

Mandatorju

4

4

Klejms fuq residenti barra ż-żona tal-ewro iddenominati f’ ewro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma’ banek, investimenti ta’ titoli u self

(a)

Bilanċi ma’ banek barra ż-żona tal-ewro minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repos b’lura inkonnessjoni mal-immaniġġjar ta’ titoli ddenominati f’ewro

(a)

Bilanci ma’ banek barra ż-żona tal-ewro

Valur nominali

Mandatorju

(b)

Investimenti barra ż-żona tal-ewro ta’ titoli minbarra dawk taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

Strumenti ta’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus negozjabbli, kollha maħruġa minn residenti barra ż-żona tal-ewro

(b)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(b)(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Mandatorju

(c)

Self barra ż-żona tal-ewro minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’

(c)

Self barra ż-żona tal-ewro

Depositi f’valur nominali

Mandatorju

(d)

Titoli minbarra taħt il-partita ‘Attiv finanzjarju ieħor’, maħruġa minn entitajiet barra ż-żona tal-ewro

Titoli maħruġa minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali eż. il-BIE, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(d)(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(d)(iii)

Titoli mhux negozjabbl

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

4.2

4.2

Klejms li jqumu mill-faċilità ta’ kreditu skont l-ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Mandatorju

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-ewro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’ewro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-istrumenti rispettivi tal-politika monetarja deskritti fl-Anness I mal-Linja ta’ Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000, dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Ewrosistema (3)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ ġimgħa

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta’ finanzjament għal żmien twil

Tranżazzjonijiet b’lura li jipprovdu likwidità regolari fi frekwenza ta’ ġimgħa u normalment b’maturità ta’ tliet xhur

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet b’lura ta’ irfinar

Tranżazzjonijiet b’lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal skopijiet ta’ irfinar

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet b’lura strutturali

Tranżazzjonijiet li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Ewrosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.5

5.5

Faċilità marġinali ta’ self

Faċilità ta’ likwidità overnight b’rata ta’ imgħax speċifikata minn qabel kontra attiv eliġibbli (standing facility)

Valur nominali jew spiża repo

Mandatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma’ margin calls

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li jirriżultaw minn żidiet fil-valur tal-attiv bażi fir-rigward ta’ kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta’ kreditu

Valur nominali jew spiża

Mandatorju

6

6

Klejms oħrajn fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro ddenominati f’ ewro

Kontijiet kurrenti, depożiti fissi, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b’lura b’konnessjoni mal-immaniġġjar ta’ portafolli ta’ titoli taħt l-element tal-attiv ‘Titoli ta’ residenti taż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni ta’ riżervi ta’ qabel ta’ valuta barranija taż-żona tal-ewro u kljems oħra. Kontijiet korrispondenti ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-ewro mhux domestiċi. Klejms oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Ewrosistema. Kwalunkwe klejms li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja inizjati minn BĊN qabel ma jissieħeb fl-Ewrosistema

Valur nominali jew spiża

Mandatorju

7

7

Titoli ta’ residenti fiż-żona tal-ewro ddenominati f’ewro

Titoli minbarra dawk taħt l-partita tal-attiv ‘Attiv finanzjarju ieħor’ ishma azzjonarji, karti u bonds, bills, zero bonds, strumenti tas-suq tal-flus miżmuma għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME, iddenominati f’ewro; ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE mixtrija għal skopijiet ta’ irfinar

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmuma sal-maturità

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Mandatorju

(iv)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Mandatorju

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali iddenominat fl-ewro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UME (titoli mhux negozjabbli, self))

Depożiti/self skont il-valur nominali, titoli mhux negozjabbli fil-prezz

Mandatorju

9

Klejms interni għall-Ewrosistema +

 

 

 

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE +

Element tal-karta tal-bilanċ ta’ BĊN biss

Is-sehem kapitali tal-BĊE f’kull BĊN skont it-Trattat, u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 49.2 tal-Istatut

Spiża

Mandatorju

9.2

Klejms ekwivalenti għat-trasferiment ta’ riżervi barranin +

Element tal-karta tal-bilanċ ta’ xi BĊN biss

Klejms iddenominati f’ewro fuq il-BĊE fir-rigward ta’ trasferimenti inizjali u addizjonali ta’ riżervi barranin taħt id-dispożizzjonijiet tat-Trattat

Valur nominali

Mandatorju

9.3

Klejms relatati ma’ promissory notes li jsotnu l-ħruġ ta’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE +

Element tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss.

Promissory notes maħruġa minn BĊNi, minħabba ftehim back-to-back b’konnessjoni ma’ ċertifikati ta’ debitu tal-BĊE

Valur nominali

Mandatorju

9.4

Klejms netti relatati mal-allokazzjoni tal-karti tal-flus ewro ġewwa l-Ewrosistema + (*)

Għall-BCNi: klejm netta relatata mal-applikazzjoni tal-iskema tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi interni għall-Ewrosistema relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u t-tidħil tiegħu tal-kontabilità li tibbilanċja kif iddefinita bid-Deċiżjoni BĊE/2001/16 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri parteċipanti mis-sena finanzjarja 2002.

Għall-BĊE: klejms relatati mal-ħarġa tal-karti tal-flus tal-BĊE skont id-Deċiżjoni BĊE/2001/15

Valur nominali

Mandatorju

9.5

Klejms oħrajn ġewwa l-Ewrosistema (netti) +

Il-pożizzjoni netta tas-sotto-elementi li ġejjin:

 

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw minn bilanċi ta’ kontijiet TARGET 2 u kontijiet korrispondenti ta’ BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv – ara wkoll l-element tal-passiv “Passiv ieħor ġewwa l-Ewrosistema (nett)”

(a)

Valur nominali

Mandatorju

(b)

klejm minħabba d-differenza bejn –id-dħul monetarju biex jiġi pooled u ddistribwit mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn il-booking monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum ta’ xogħol f’Jannar ta’ kull sena

(b)

Valur nominali

Mandatorju

(c)

klejms oħrajn interni għall-Ewrosistema li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni interim tad-dħul tal-BĊE mill-karti tal-flus ewro lill-BĊNi *

(c)

Valur nominali

Mandatorju

9

10

Elementi waqt il-ħlas

Bilanċi tal-kont ta’ ħlas (klejms), inkluża l-float ta’ ċekkijiet fil-ġbir

Valur nominali

Mandatorju

9

11

Attiv ieħor

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona tal-ewro

Muniti ewro jekk xi BĊN mhuwiex il-persuna legali li toħroġhom

Valur nominali

Mandatorju

9

11.2

Attiv fiss tanġibbli u mhux tanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Spiża mnaqqsa bid-deprezzament

Rati ta’ Deprezzament:

kompjuters u hardware/software relatat u vetturi b’mutur:

4 snin

tagħmir, għamara u impjant fil-bini:

10 snin

bini u spiża prinċipali ta’ rrinovar ikkapitalizzata:

25 sena

Kapitalizzazzjoni tal-ispiża: limitu bbażat (anqas minn EUR 10 000 eskluża l-VAT: l-ebda kapitalizzazzjoni)

Irrikkmandat

9

11.3

Attiv finanzjarju ieħor

Interessi ta’ parteċipazzjoni u investimenti f’sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġici/ta’ politika

Titoli, inkluż ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċji oħra finanzjarji (eż. depożiti fissi u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll earmarked

Tranżazzjonijiet repos b’lura ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu b’konnessjoni mal-immaniġġjar tal-portafolli ta’ titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ta’ ishma azzjonarji negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrikkmandat

(b)

Interessi parteċipanti u ishma azzjonarji illikwidi, u kull strument ta’ ishma azzjonarji miżmum bħala investimenti permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Irrikkmandat

(c)

Investiment f’sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-attiv nett

Irrikkmandat

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Spiża suġġetta għall-impairment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrikkmandat

(g)

Bilanci mal-banek u mas-self

Valur nominali, tradotti bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma ddenominati f’valuti barranin

Irrikkmandat

9

11.4

Differenzi ta’ rivalutazzjoni ta’ strumenti off balance sheet

Riżultati ta’ valutazzjoni ta’ forwards tal-kambju, swaps tal-kambju, swaps tar-rata tal-imgħax, ftehim tar-rata bil-quddiem, tranżazzjonijiet bil-quddiem f’titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju għad-data tal-ħlas

Pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju

Mandatorju

9

11.5

Akkumulazzjonijiet u spejjeż imħallsa minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli lill-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsa minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b’titolu)

Valur nominali, kambju tradott skont ir-rata tas-suq

Mandatorju

9

11.6

Oħrajn

Advances, self, elementi oħra minuri. Kontijiet ta’ suspense ta’ valutazzjoni (l-element tal-karta tal-bilanċ biss matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta’ rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet rispettivi taħt l-element tal-passiv “Kontijiet ta’ rivalutazzjoni”). Self fuq bażi ta’ trust. Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi. Muniti ddenominati f’unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-ewro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta’ qabel qabel il-kopertura. Attiv tal-pensjoni nett

Valur nominali jew spiża

Irrikkmandat

Kontijiet ta’ suspense ta’ rivalutazzjoni

Differenza ta’ rivalutazzjoni bejn l-ispiża medja u l-valur tas-suq, il-kambju imfisser skont ir-rata tas-suq

Kontijiet ta’ suspense ta’ rivalutazzjoni:

mandatorju

Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi

Valur tas-suq

Investimenti relatati ma’ depożiti f’deheb tal-konsumaturi:

mandatorju

12

Telf għas-sena

 

Valur nominali

Mandatorju

(3)

Fl-Anness IX, il-kliem “Trasferiment lill-/mill-provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju u tal-prezzijiet” fl-ewwel kolonna tat-tabella taħt is-subintestatura 2.3 għandu jinbidel bil-kliem “Trasferiment lill-/mill-provvedimenti għal riskji tar-rata tal-kambju barrani, rata ta’ imgħax u tal-prezz tad-deheb.”


(1)  L-enumerazzjoni fl-ewwel kolonna għandha x’taqsam mal-formati tal-karta tal-bilanċ V, VI u VII (stqarrijiet ta’ kull ġimgħa u l-karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Ewrosistema). L-enumerazzjoni fit-tieni kolonna għandha x’taqsam mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali tal-bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fl-istqarrijiet ta’ kull ġimgħa tal-Ewrosistema.

(2)  Ir-regoli tal-kompożizzjoni u ta’ valutazzjoni elenkati f’dan l-Anness huma kkunsidrati mandatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊN għall-finijiet tal-Ewrosistema, jiġifieri materjali għall-operazzjoni tal-Ewrosistema.

(3)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.”


5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/59


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-20 ta’ Jannar 2009

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2000/7 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta' l-Eurosistema

(BĊE/2009/1)

(2009/101/KE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 105(2),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem ’l-Istatut SEBĊ’) u b’mod partikolari l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3 flimkien mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3.1, l-Artikolu 18.2 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20,

Billi:

(1)

Biex ikun hemm politika monetarja waħda hemm bżonn li jiġu ddefiniti l-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li adottaw l-euro (minn hawn ’il quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti’) u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), sabiex tiġi implimentata din il-politika b’mod uniformi ġewwa l-Istati Membri parteċipanti.

(2)

Minħabba żviluppi riċenti fis-swieq tat-titoli sostnuti minn assi, hemm bżonn ta’ ċertu tibdil fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja waħda tal-Eurosistema. B’mod partikolari, hemm bżonn li jinbidlu r-rekwiżiti tal-klassifikazzjoni fir-rigward tat-titoli sostnuti minn assi, u biex tiġi eskluża ċerta kategorija ta’ titoli sostnuti minn assi milli jintużaw fl-operazzjonijiet ta’ kreditu ta’ l-Eurosistema, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ li l-operazzjonijiet ta’ kreditu mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u parteċipanti oħrajn tas-suq għandhom ikunu bbażati fuq garanziji adegwati.

(3)

Waħda mill-miżuri tal-kontroll tar-riskju li tista’ tiġi applikata mill-Eurosistema biex ikun hemm protezzjoni adegwata tar-riskju tal-Eurosistema skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ hija l-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet dwar min jagħmel il-ħruġ jew assi użati bħala garanziji. Biex l-Eurosistema tiġi mħarsa kontra l-espożizzjoni tal-kreditu, jinħtieġ li tiġi limitata l-konċentrazzjoni ta’ min joħroġ bonds mhux koperti tal-banek bħala garanzija,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi ta’ Anness I

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2000/7 tal-31 ta’ Awwissu 2000 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja ta’ l-Eurosistema (1) qed jiġi emendat skont l-Anness ta’ din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Verifika

Il-BĊNi għandhom jibagħtu dettalji tat-testi u l-mezzi dwar kif fiħsiebhom jikkonformaw ma’ din il-Linja Gwida lill-BĊE mhux iktar tard mit-30 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Jannar 2009. L-Artikolu 1 għandu jgħodd mill-1 ta’ Marzu 2009.

Artikolu 4

Indirizzati

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 310, 11.12.2000, p. 1.


ANNESS

L-Anness I tal-Linja Gwida BCE/2000/7 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 6.2.1 taħt l-intestatura “Tip ta’ Assi” punt c) ir-raba’ paragrafu jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

m’għandhomx jikkonsistu, għal kollox jew parzjalment, attwalment jew potenzjalment, minn noti marbutin ma’ kreditu jew klejms simili li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ kreditu permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu jew tranches jew titoli oħrajn sostnuti minn assi (*). Titoli sostnuti minn assi maħruġin qabel l-1 ta’ Marzu 2009 għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li m’għandhomx jikkonsistu minn tranches ta’ titoli oħrajn sostnuti minn assi sal-1 ta’ Marzu 2010.

(*)  B’mod partikolari, dan l-obbligu ma jeskludix titoli sostnuti minn assi fejn l-istruttura tal-ħruġ tinkludi żewġ vetturi ta’ għan speċjali u r-rekwiżit tal-‘bejgħ veru’ jiġi sodisfatt fir-rigward ta’ dawk il-vetturi ta’ għan speċjali biex l-istrumenti ta’ debitu maħruġin mit-tieni vettura ta’ għan speċjali ikunu sostnuti direttament jew indirettament mill-ġabra oriġinali ta’ assi mingħajr ma jkun hemm tranching. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ tranches ta’ titoli oħrajn sostnuti minn assi ma jinkludix bonds koperti li jikkonformaw mal-Artikou 22(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 375, 31.12.1985, p. 3).”;"

(2)

Fil-ħames paragrafu tat-taqsima 6.3.1, tiddaħħal is-sentenza li ġejja wara t-tieni sentenza:

“Għal titoli sostnuti minn assi maħruġa mill-1 ta’ Marzu 2009 ’l quddiem, l-obbligu ta’ l-Eurosistema għal standards għolja ta’ kreditu tfisser skont valutazzjoni ta’ kreditu ‘AAA’ fil-ħruġ b’limitu ta’ kwalità ta’ kreditu minimu fuq il-ħajja ta’ titolu ffissat fil-livell ta’ valutazzjoni ta’ kreditu ‘single A (**).

(**)  ‘AAA’ tfisser klassifikazzjoni fit-tul ‘AAA’ minn Fitch, Standard & Poor jew DBRS jew ‘Aaa’ minn Moody.”;"

(3)

Fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima 6.4.2, jiddaħħal it-tielet inċiż li ġej:

“—

L-Eurosistema tillimita l-użu ta’ bonds tal-bank mhux koperti maħruġin minn xi entità li magħha min jagħmel il-ħruġ ikollu rabtiet mill-qrib skond l-obbligi legali stabbiliti fit-Taqsima 6.2.3. Il-bonds mhux koperti tal-banek maħruġin minn persuna (issuer) jew entità waħda li magħha min jagħmel il-ħruġ ikollu rabtiet mill-qrib, jistgħu jintużaw biss bħala garanziji minn kontroparti sakemm il-valur mogħti lil dik il-garanzija mill-Eurosistema wara l-applikazzjoni ta’ haircuts, ma jkunx jaqbeż l-10 % tal-valur totali tal-garanzija mogħtija minn dik il-kontroparti wara l-haircuts. Din il-limitazzjoni ma tapplikax għal bonds mhux koperti tal-banek iggarantiti minn entità tas-settur pubbliku li għandha dritt timponi taxxi, jew jekk il-valur wara l-haircuts tal-bonds mhux koperti tal-banek imsemmija hawn fuq, ma jaqbiżx EUR 50 miljun. Bonds mhux koperti tal-banek mogħtija bħala garanzija lill-Eurosistema sa l-20 ta’ Jannar 2009 m’humiex suġġetti għal din il-limitazzjoni sa l-1 ta’ Marzu 2010. Fil-każ li jkun hemm għaqda bejn entità waħda jew iżjed li jagħmlu l-ħruġ ta’ bonds tal-bank li mhumiex koperti jew it-twaqqif ta’ rabta mill-qrib bejn dawn, dawn l-entitajiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala grupp wieħed ta’ min jagħmel il-ħruġ, fil-kuntest ta’ din il-limitazzjoni, sena biss wara d-data tal-għaqda jew minn meta tiġi stabbilita rabta mill-qrib.”;

(4)

Il-kaxxa 7 fit-Taqsima 6.4.1 hija sostitwita b’li ġej:

“KAXXA 7
Miżuri ta’ kuntroll tar-riskju
L-Eurosistema tapplika l-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju li ġejjin:

Haircuts ta’ valutazzjoni
L-Eurosistema tapplika “haircuts ta’ valutazzjoni” fil-valutazzjoni ta’ l-assi fundamentali. Dan jimplika li l-valur ta’ l-assi fundamentali huwa kkalkulat bħala l-valur tas-suq ta’ l-assi mnaqqas b’ċertu perċentwali (haircut).

Marġins ta’ varjazzjoni (immarkar għas-suq)
L-Eurosistema teżiġi biex il-valur tas-suq aġġustat skond il-haircut ta’ l-assi fundamentali wżati fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ b’lura (reverse transactions) u li jipprovdu likwidità, jinżamm matul iż-żmien. Dan jimplika li jekk il-valur, imkejjel fuq bażi regolari, ta’ l-assi fundamentali jaqa’ anqas minn ċertu livell, il-bank ċentrali nazzjonali jitlob lill-kontroparti tissupplixxi assi jew flus kontanti addizzjonali (jiġifieri jagħmel sejħa għall-marġins (margin call)). Bl-istess mod, jekk il-valur ta’ l-assi fundamentali, wara r-rivalutazzjoni tagħhom, jaqbeż ċertu livell, il-kontroparti tista’ takkwista lura l-attiv jew il-flus kontanti żejda. (Il-kalkoli relevanti għall-eżekuzzjoni tas-sejħiet għall-marġins (margin calls) huma ppreżentati f’Kaxxa 8).

Limiti fir-rigward ta’ l-użu ta’ bonds mhux koperti tal-banek
L-Eurosistema tapplika limiti għall-użu ta’ bonds mhux koperti tal-banek li huma deskritti fit-Taqsima 6.4.2.
Il-miżuri ta’ kuntroll tar-riskju li ġejjin jistgħu jiġu applikati wkoll mill-Eurosistema f’kull żmien jekk ikun jinħtieġ biex tiġi żgurata l-protezzjoni adegwata ta’ l-Eurosistema konformi ma’ l-Artikolu 18.1 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ:

Marġins inizjali
L-Eurosistema tista’ tapplika marġins inizjali fit-tranżazzjonijiet imreġġa’ b’lura (reverse transactions) u li jipprovdu likwidità. Dan jimplika li l-kontropartijiet ikollhom jipprovdu assi fundamentali b’valur li ta’ lanqas ikunu daqs il-likwidità mogħtija mill-Eurosistema flimkien mal-valur tal-marġin inizjali.

Limiti fir-rigward ta’ issuers/debituri jew garanti
L-Eurosistema tista’ tapplika limiti addizzjonali, minbarra dawk applikati għal bonds mhux koperti tal-banek, għall-espożizzjoni fil-konfront ta’ issuers/debituri jew garanti. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni qawwija mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.

Garanziji addizzjonali
L-Eurosistema tista’ titlob garanziji addizzjonali minn entitajiet finanzjarjament b’saħħithom sabiex taċċetta ċerti assi.

Esklużjoni
L-Eurosistema tista’ teskludi ċerti assi milli jintużaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tagħha. Dawn il-limiti jistgħu jiġu applikati wkoll għal kontropartijiet speċifiċi, b’mod partikolari jekk il-kwalità tal-kreditu tal-kontroparti tidher li turi korrelazzjoni qawwija mal-kwalità tal-kreditu tal-garanziji mogħtija mill-kontroparti.”

(5)

It-tabella f’Appendiċi 5 hija sostitwita b’li ġej:

“IS-SITI ELETTRONIĊI TA’ L-EUROSISTEMA

Bank Ċentrali

Sit elettroniku

Bank Ċentrali Ewropew

www.ecb.europa.eu

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

www.nbb.be or www.bnb.be

Deutsche Bundesbank

www.bundesbank.de

Central Bank and Financial Services Authority of Ireland

www.centralbank.ie

Bank of Greece

www.bankofgreece.gr

Banco de España

www.bde.es

Banque de France

www.banque-france.fr

Banca d’Italia

www.bancaditalia.it

Central Bank of Cyprus

www.centralbank.gov.cy

Banque centrale du Luxembourg

www.bcl.lu

Bank Ċentrali ta’ Malta

www.centralbankmalta.org

De Nederlandsche Bank

www.dnb.nl

Oesterreichische Nationalbank

www.oenb.at

Banco de Portugal

www.bportugal.pt

Národná banka Slovenska

www.nbs.sk

Banka Slovenije

www.bsi.si

Suomen Pankki

www.bof.fi”



IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/62


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 94/06/COL

tad-19 ta’ April 2006

li temenda, għas-sebgħa u ħamsin darba, r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TAL-EFTA (1),

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokol 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif tal-Awtorità ta’ Sorveljanza u l-Qorti tal-Ġustizzja (3), partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 5(2)(b) tiegħu u l-Artikolu 1 fil-Parti 1 tal-Protokol 3 tiegħu,

BILLI taħt l-Artikolu 24 tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

BILLI taħt l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità għandha toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim ŻEE, jekk dak il-Ftehim jew il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdu hekk espressivament jew jekk l-Awtorità tqis li hu meħtieġ,

FILWAQT LI TFAKKAR ir-Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam tal-Għajnuna mill-Istat (4) adottati fid-19 ta’ Jannar 1994 mill-Awtorità (5),

BILLI, skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” fl-aħħar tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità għandha tadotta, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, atti li jikkorrispondu ma’ dawk li kienu adottati mill-Kummisssjoni Ewropea,

BILLI l-Kummissjoni Ewropea ħarġet Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (6) dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju li tieħu post ir-Rakkomandazzjoni ta’ qabel tal-Kummissjoni Nru 96/280/KE (7) dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju,

BILLI dak li qabel kien il-Kapitolu 10 tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat li kien jinkorpora r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE tħassar mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA bid-Deċiżjoni Nru 198/03/COL tal-5 ta’ Novembru 2003 (8) minħabba li d-definizzjoni ġdida tal-SMEs, stipulata fir-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni 2003/361/KE, kienet ġiet inkorporata wkoll fl-Anness ta’ Regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija dwar l-għajnuna lill-SMEs (9),

BILLI d-definizzjoni tal-SMEs isservi bħala għodda ta’ referenza ġenerali fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat, li jinkludu bosta referenzi għad-definizzjoni tal-SMEs, l-Awtorità tqis li jkun utli li tkun inkorporata d-definizzjoni ġdida ta’ SMEs, imfissra fir-Rakkomandazzjoni ġdida tal-Kummissjoni 2003/361/KE, fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat,

BILLI d-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fir-Rakkomandazzjoni ġdida tal-Kummissjoni 2003/361/KE għandha għalhekk tittieħed li tinsab fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat bħala l-Kapitolu 10 ġdid,

BILLI Kapitoli oħra tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat jirreferu għad-definizzjoni preċedenti ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mogħtija f’dak li qabel kien Kapitolu 10 u għandhom għalhekk jiġu emendati biex jirreferu għad-definizzjoni ġdida ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju,

FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità ikkonsultat il-Kummissjoni Ewropea dwar l-inkorporazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat,

FILWAQT LI TFAKKAR li l-Awtorità ikkonsultat l-Istati tal-EFTA permezz ta’ ittri lill-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja datati s-7 ta’ Frar 2006 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Linji Gwida tal-Awtorità huma emendati bl-introduzzjoni ta’ Kapitolu 10 ġdid dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Il-Kapitolu 10 ġdid huwa mehmuż u jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni. Kapitoli oħra fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat li jirreferu għad-definizzjoni ta’ qabel ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju mogħtija f’dak li qabel kien Kapitolu 10, huma emendati biex jirreferu għad-definizzjoni ġdida ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, stipulati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Il-Kapitolu 10 ġdid ser japplika meta jiġi adottat mill-Awtorità.

Artikolu 2

L-Istati tal-EFTA għandhom ikunu infurmati b’ittra li tinkludi kopja ta’ din id-Deċiżjoni u l-Kapitolu 10 ġdid mehmuż tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Artikolu 3

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun infurmata, skont il-punt (d) tal-Protokoll 27 tal-Ftehim ŻEE, permezz ta’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni, u l-Kapitolu 10 ġdid mehmuż tal-Linji Gwida tal-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness tagħha, għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ April 2006.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA

Bjørn T. GRYDELAND

President

Kurt JAEGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem “l-Awtorità”.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim ŻEE”.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem “Il-Ftehim tas-Sorveljanza u l-Qorti”.

(4)  Il-ġabra ta’ avviżi, linji-gwida eċċ. adottati mill-Awtorità f’dan ir-rigward minn issa ‘l quddiem hija msejħa “il-Linji gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat”.

(5)  Inizjalment ippubblikati fil-ĠU L 231, 3.9.1994, p. 1, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu Nru 32 fl-istess data. Verżjoni aġġornata tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat hija disponibbli fuq il-websajt tal-Awtorità: www.eftasurv.int

(6)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

(7)  ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4.

(8)  ĠU L 120, 12.5.2005, p. 39.

(9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-Għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.3.2002, p. 33), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22). Iż-żewġ Regolamenti kienu inkorporati fis-Sezzjoni 1f fl-Anness XV tal-Ftehim tal-EFTA bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 88/2002 (GU L 266, 3.10.2002, p. 56 u s-Suppliment ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 42) u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 131/2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment Nru 12, 10.3.2005, p. 49).


ANNESS

“10   GĦAJNUNA LILL-IMPRIŻI MIKRO, ŻGĦAR U MEDJI (SMEs)

10.1   Introduzzjoni

(1)

Il-Kapitolu 10 preċedenti kien jinkludi l-inkorporazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 96/280/KE (1) dwar id-definizzjoni ta’ impriżi żgħar u medji. Wara numru ta’ diffikultajiet ta’ interpretazzjoni li ħarġu fl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE, u wara l-osservazzjonijiet li ntbagħtu mill-impriżi, kien jeħtieġ li jsiru numru ta’ emendi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE. Madankollu, għal skopijiet ta’ ċarezza, il-Kummissjoni ddeċidiet li jkun aħjar li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni Nru 96/280/KE bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ġdida Nru 2003/361/KE li tinkludi definizzjoni ġdida ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (minn hawn ‘il quddiem imsejħa ‘SMEs’).

(2)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ħassret dak li qabel kien il-Kapitolu 10 (li jinkorpora r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE) bid-Deċiżjoni Nru 198/03/COL tal-5 ta’ Novembru 2003 (2) minħabba li d-definizzjoni ġdida tal-SMEs, stipulata fir-Rakkomandazzjoni l-ġdida tal-Kummissjoni 2003/361/KE, kienet ġiet inkorporata wkoll fl-Anness ta’ Regolament ġdid ta’ eżenzjoni ta’ kategorija dwar l-għajnuna lill-SMEs (3).

(3)

Xorta waħda, minħabba l-fatt li d-definizzjoni tal-SMEs isservi bħala għodda ta’ referenza ġenerali fi ħdan il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat, li jinkludu bosta referenzi għad-definizzjoni tal-SMEs, l-Awtorità tqis li jkun utli li d-definizzjoni ġdida tal-SMEs, mogħtija fir-Rakkomandazzjoni ġdida tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE, tkun inkorporata fil-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat. Il-Kapitolu 10 ġdid preżenti għaldaqstant jinkorpora d-definizzjoni l-ġdida tal-SMEs stipulata fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE (4).

(4)

Għandu jkun iċċarat li, f’konformità ma’

(i)

l-Artikoli 48, 81 u 82 tat-Trattat KE kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej, u

(ii)

l-Artikoli 34, 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE kif interpretat mill-Qorti tal-EFTA u mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej,

impriża għandha titqies bħala entità, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha, involuta f’attivitajiet ekonomiċi, inklużi entitajiet partikolari involuti f’attività ta’ artiġjanat u attivitajiet oħra fuq bażi individwali jew familjari, soċjetajiet jew assoċjazzjonijet involuti f’attivitajiet ekonomiċi fuq bażi regolari.

(5)

Il-kriterju tal-ammont ta’ personal (il-kriterju tan-‘numru ta’ impjegati’) bla dubju jibqa’ wieħed mill-aktar importanti, u għandu jiġi osservat bħala l-kriterju ewlieni; minkejja dan, id-dħul ta’ kriterju finanzjarju huwa żieda neċessarja sabiex l-iskala u l-prestazzjoni reali ta’ impriża, u l-pożizzjoni tagħha meta mqabbla mal-kompetituri tagħha, ikunu jistgħu jiġu valutati. Madankollu, ma jkunx mixtieq li jintuża l-fatturat bħala l-uniku kriterju finanzjarju, partikolarment għaliex l-imprizi fis-settur tan-negozju u d-distribuzzjoni min-natura tagħhom għandhom ċifri ta’ fatturat ogħla minn dawk fis-settur tal-manifattura. Għalhekk, il-kriterju tal-fatturat għandu jkun magħqud ma’ dak tat-total tal-karta tal-bilanċ, kriterju li jirrifletti l-ġid globali ta’ negozju, bil-possibbiltà li wieħed minn dawn iż-żewġ kriterji jinqabeż.

(6)

Il-limitu tal-fatturat jirreferi għal impriżi involuti f’tipi ta’ attività ekonomika differenti ħafna. Biex ma tiġix restritta bla bżonn l-utilità tal-applikazzjoni tad-definizzjoni, din għandha tiġi aġġornata biex tieħu qies tal-bidliet kemm fil-prezzijiet u kemm fil-produttività.

(7)

Rigward il-limitu għat-total tal-karta tal-bilanċ, fin-nuqqas ta’ element ġdid, huwa ġġustifikat li jinżamm il-metodu li bih il-limiti tal-fatturat ikunu suġġetti għal koeffiċjent ibbażat fuq il-proporzjon statistiku bejn iż-żewġ varjabbli. It-tendenza statistika tirrikjedi żieda akbar fil-limitu tal-fatturat. Minħabba li t-tendenza tvarja skont il-kategorija tad-daqs tal-impriża, huwa xieraq ukoll li jiġi aġġustat il-koeffiċjent sabiex dan jirrifletti t-tendenza ekonomika kemm jista’ jkun u ma jippenalizzax lil impriżi mikro u żgħar meta mqabbla ma’ dawk medji. Fil-każ ta’ impriżi mikro u impriżi żgħar dan il-koeffiċjent huwa qrib ħafna ta’ 1. Għaldaqstant, biex jiġu ssimplifikati l-affarijiet, għal dawk il-kategoriji għandu jintgħażel valur wieħed għal-limitu tal-fatturat u għal-limitu tat-total tal-karta tal-bilanċ.

(8)

L-impriżi mikro - kategorija ta’ impriżi żgħar partikolarment importanti għall-iżvilupp tal-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi - ukoll għandhom ikunu definiti aħjar.

(9)

Sabiex jinkiseb għarfien aħjar tal-pożizzjoni ekonomika reali tal-SMEs, u sabiex jitneħħew minn din il-kategorija gruppi ta’ intrapriżi li s-saħħa ekonomika tagħhom tista’ teċċedi ‘l dik ta’ SMEs ġenwini, għandha ssir distinzjoni bejn id-diversi tipi ta’ impriżi, skont kemm huma awtonomi, jekk għandhomx holdings li ma jinvolvux pożizzjoni ta’ kontroll (impriżi msieħba), jew humiex relatati ma’ impriżi oħrajn. Il-limitu stabbilit fir-Rakkomandazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni Nru 96/280/KE, ta’ 25 % holding li ‘l isfel minnu impriża titqies bħala awtonoma, qiegħed jinżamm.

(10)

Sabiex jiġi mħeġġeġ il-ħolqien tal-impriżi, il-finanzjament tal-SMEs permezz ta’ kapital f’ishma u l-iżvilupp rurali u lokali, ċerti kategoriji ta’ investituri li jkollhom rwol pożittiv fil-finanzjament u l-ħolqien tan-negozju jistgħu iqisu ċerti impriżi bħala awtonomi minkejja li dawn ikollhom holding ta’ 25 % jew aktar. Madankollu, preċedentement ma kinux speċifikati l-kundizzjonijiet għal dawn l-investituri. Ta’ min isemmi b’mod partikolari l-każ ta’ ‘business angels’ (individwi jew gruppi ta’ individwi li jagħmlu negozju mill-investiment f’kapital f’ishma) għaliex, meta mqabbla ma’ investituri f’kapital f’ishma oħra, il-kapaċità tagħhom li jagħtu parir rilevanti lil intraprendituri ġodda huwa estremament prezzjuż. L-investiment fl-ishma jikkomplimenta wkoll l-attività ta’ kumpaniji b’kapital f’ishma, għaliex jipprovdi ammonti iżgħar fi stadju aktar bikri ta’ ħajjet l-impriża.

(11)

Biex l-affarijiet jiġu ssimplifikati, b’mod partikolari għall-Istati u l-impriżi tal-EFTA, għad-definizzjoni ta’ impriżi relatati għandhom jintużaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 dwar il-kontijiet konsolidati (5), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), sa fejn dawn il-kundizzjonijiet ikunu xierqa għall-iskopijiet ta’ dan il-Kapitolu. Biex jissaħħu l-inċentivi għall-investiment fil-finanzjament tal-ishma ta’ SME, iddaħħlet il-preżunzjoni tan-nuqqas ta’ influwenza dominanti fuq l-impriża kkonċernata, skont il-kriterji tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 78/550/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji (7), kif emendata l-aħħar bid-Direttiva Nru 2001/65/KE.

(12)

F’ċerti każi għandhom jitqiesu wkoll ir-relazzjonijiet bejn l-impriżi li jgħaddu minn persuni naturali, bil-għan li jiġi żgurat li jkunu biss dawk l-impriżi li verament ikollhom bżonn il-vantaġġi li joħorġu minn regoli jew miżuri differenti favur l-SMEs li attwalment jibbenefikaw minnhom. Sabiex l-evalwazzjoni ta’ dawn is-sitwazzjonijiet tiġi limitata għall-minimu assolut, il-kunsiderazzjoni ta’ relazzjonijiet bħal dawn ġiet restritta għas-suq rilevanti jew għal swieq anċillari - fejn ikun meħtieġ għandha ssir referenza għad-definizzjoni ta’ ‘swieq rilevanti’ mogħtija mill-Awtorità fl-Anness I tad-Deċiżjoni tagħha dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni fi ħdan iż-ŻEE (8).

(13)

Sabiex jiġu evitati distinzjonijiet arbitrarji bejn entitajiet pubbliċi differenti ta’ Stat EFTA, u meta titqies il-ħtieġa għaċ-ċertezza legali, huwa meqjus neċessarju li jiġi kkonfermat li m’hijiex SME impriza b’25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot tagħha kkontrollati minn entità pubblika.

(14)

Sabiex jitħaffef il-piż amministrattiv fuq l-impriżi, u jiġi ssimplifikat u mħaffef it-trattament amministrattiv ta’ kawżi li għalihom jinħtieġ status ta’ SME, huwa xieraq li l-intrapriżi jitħallew jutilizzaw dikjarazzjonijiet solenni li jiċċertifikaw xi wħud mill-karatteristiċi tagħhom.

(15)

Għall-iskopijiet tad-definizzjoni ta’ SME jinħtieġ li jkun stabbilit fid-dettal il-mod kif jingħadd in-numru ta’ personal. Huwa mixtieq, biex jitħeġġeġ l-iżvilupp tat-taħriġ vokazzjonali u ta’ korsijiet b’alternanza, li meta jiġu kkalkulati ċ-ċifri dwar il-personal ma jitqisux l-apprentisti u l-istudenti b’kuntratt ta’ taħriġ vokazzjonali. Bl-istess mod, m’għandhomx jingħaddu perjodi ta’ frank tal-maternità jew tal-ġenitur.

(16)

Id-diversi tipi ta’ impriżi definiti skont ir-relazzjoni tagħhom ma’ impriżi oħra jikkorrispondu għal gradi ta’ integrazzjoni oġġettivament differenti. Għaldaqstant, fil-kalkolu tal-ammonti li jirrappreżentaw l-attivitajiet u s-saħħa ekonomika tagħhom, huwa xieraq li jintużaw proċeduri distinti għal kull tip ta’ impriża.

10.2   Id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji

10.2.1   Impriża

(17)

L-impriża hija kkunsidrata bħala kull entità li topera f’attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Din tinkludi, partikolarment, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja li joperaw fil-qasam tal-artiġġjanat jew attivitajiet oħra, u soċjetajiet jew assoċjazzjonijiet li joperaw f’attività ekonomika b’mod regolari.

10.2.2   In-numru ta’ ħaddiema u l-limiti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji ta’ impriża

(18)

Il-kategorija ta’ impriżi mikro, żgħar u medji hija magħmula minn impriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li l-fatturat annwali tagħhom ma jaqbiżx il-50 miljun Eur, u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħhom ma jaqbiżx it-43 miljun Eur.

(19)

Fil-kategorija tal-SMEs, impriża żgħira hija definita bħala impriża li timpjega anqas minn 50 persuna u li l-fatturat annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx l-10 miljun Eur.

(20)

Fil-kategorija tal-SMEs, impriża mikro hija definita bħala impriża li timpjega anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ annwali tagħha ma jaqbiżx iż-2 miljun Eur.

10.2.3   It-tipi ta’ impriża meqjusa fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati u tal-ammonti finanzjarji

(21)

‘Impriża awtonoma’ hija impriża mhux klassifikata bħala impriża assoċjati fis-sens tal-paragrafi 22-23 jew bħala impriża relatata fis-sens tal-paragrafi 24-28.

(22)

‘Impriżi assoċjati’ huma l-impriżi kollha mhux klassifikati bħala impriżi relatati fis-sens tal-paragrafi 24-28 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: impriża (impriża upstream - li tkun eqreb lejn il-punt tal-produzzjoni milli mill-punt tal-bejgħ) tkun detentriċi, waħedha jew flimkien ma’ impriża waħda jew aktar fis-sens tal-paragrafi 24-28, ta’ 25 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot ta’ impriża oħra (impriża downstream - li tkun eqreb lejn il-punt tal-bejgħ milli mill-punt tal-produzzjoni).

(23)

Madankollu, impriża tista’ tiġi klassifikata bħala awtonoma, u għalhekk mingħajr ma jkollha impriżi assoċjati magħha, ukoll jekk il-limitu ta’ 25 % jintlaħaq jew jinqabeż permezz tal-investituri li ġejjin, sakemm dawn l-investituri ma jkunux relatati fis-sens tal-paragrafi 24-28, kemm individwalment u kemm flimkien, mal-impriża kkonċernata:

(a)

korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, kumpaniji ta’ kapital f’ishma, individwi jew gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu kapital f’ekwità f’negozji mhux kwotati (‘business angels’), sakemm l-investiment totali ta’ dawn il-business angels ikun anqas minn EUR 1 250 000;

(b)

universitajiet u ċentri ta’ riċerka mingħajr skop ta’ lukru;

(ċ)

investituri istituzzjonali, inklużi l-fondi ta’ żvilupp reġjonali;

(d)

awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ anqas minn 10 miljun Eur u b’anqas minn 5 000 abitant.

(24)

‘Impriżi relatati’ huma impriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:

(a)

impriża li jkollha maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f’impriża oħra;

(b)

impriża li jkollha d-dritt li taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tat-tmexxija jew ta’ sorveljanza ta’ xi impriża oħra;

(ċ)

impriża li jkollha d-dritt li teżerċita influwenza dominanti fuq impriża oħra skont ftehim li jkun intlaħaq ma’ dik l-impriża l-oħra jew skont id-dispożizzjonjiet tal-memorandum jew l-artikoli ta’ assoċjazzjoni;

(d)

l-impriża illi tkun azzjonista fi jew membru ta’ impriża oħra, li tikkontrolla waħidha, skont kuntratt ma’ azzjonisti fi jew membri ta’ dik l-impriża, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f’dik l-impriża.

(25)

Hemm il-presuppożizzjoni li ma jkun hemm l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri msemmijin fil-paragrafu 23 ma jkunux huma stess involuti direttament jew indirettament fit-tmexxija tal-impriża kkonċernata, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala partijiet li għandhom interess.

(26)

L-impriżi li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 24 permezz ta’ impriża/i oħra jew kwalunkwe mill-investituri msemmija fil-paragrafu 23, huma wkoll ikkunsidrati bħala relatati.

(27)

L-impriżi li jkollhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta’ persuna naturali jew grupp ta’ persuni naturali li jkunu qegħdin jaġixxu flimkien huma kkunsidrati bħala impriżi relatati jekk ikunu joperaw fl-attività tagħhom jew f’parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq anċillari.

(28)

‘Suq anċillari’ huwa kkunsidrat suq għall-prodotti jew servizzi li jkun f’pożizzjoni direttament upstream jew downstream mis-suq rilevanti.

(29)

Ħlief fil-każijiet stabbiliti fil-paragrafu 23, impriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew id-drittijiet tal-vot tagħha huma direttament jew indirettament ikkontrollati, b’mod konġunt jew individwalment, minn korp pubbliku, wieħed jew aktar.

(30)

L-impriżi jistgħu jagħmlu dikjarazzjoni ta’ status bħala impriża awtonoma, impriża assoċjata jew impriża relatata, inkluża d-data fir-rigward tal-limiti stabbiliti fit-Taqsima 10.2.2. Id-dikjarazzjoni tista’ ssir anke jekk il-kapital ikun imqassam b’tali mod li ma jkunx possibbli li jiġi eżattament stabbilit minn min jinżamm, f’liema każ, l-impriża tista’ tiddikjara in bona fede li hija tista’ tippreżumi b’mod leġittimu li m’huwiex proprjetà f’ammont ta’ 25 % jew aktar ta’ impriża waħda jew b’mod konġunt minn impriżi li jkunu relatati waħda mal-oħra. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr preġudizzju għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet previsti mir-regoli nazzjonali jew taż-ŻEE.

10.2.4   Id-data użata sabiex jiġi determinat in-numru tal-impjegati u l-ammonti finanzjarji

(31)

Id-data li għandha tiġi applikata fil-kalkolu tan-numru ta’ impjegati u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu ta’ kontabilità approvat u kkalkulat fuq bażi annwali. Din għandha titqies mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkulat mingħajr ma jitqiesu t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi oħra indiretti.

(32)

Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, l-impriża ssib li, fuq bażi annwali, tkun qabżet jew niżlet taħt il-limiti tan-numru ta’ impjegati jew il-limitu ta’ flus imsemmi fl-Artikolu 2, dan ma jirriżultax fit-telf jew l-akkwist tal-istatus ta’ impriża ta’ daqs medju, żgħir jew mikro impriża jekk kemm-il darba dawk il-limiti jinqabżu fuq żewġ perjodi konsekuttivi tal-perjodu ta’ kontabilità.

(33)

Fil-każ ta’ impriża li tkun għadha kemm ġiet stabbilita, li l-kontijiet tagħha jkunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata hi dik meħuda minn stima magħmula f’bona fedi li tkun saret matul is-sena finanzjarja.

10.2.5   In-numru ta’ impjegati

(34)

In-numru ta’ impjegati jikkorrispondi man-numru ta’ unitajiet ta’ xogħol annwali (UAX) i.e., in-numru ta’ persuni li jkunu ħadmu full-time fl-impriża kkonċernata jew f’isimha matul is-sena ta’ referenza sħiħa li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata. Ix-xogħol ta’ persuonal li ma jkunx ħadem is-sena sħiħa, ix-xogħol ta’ dawk li jkunu ħadmu part-time, irrispettivament mit-tul ta’ żmien li fih ikunu ħadmu, u x-xogħol ta’ ħaddiema staġonali jingħaddu bħala porzjon mill-UAX. Il-personal jikkonsisti fi:

(a)

Impjegati;

(b)

Persuni li jaħdmu għall-impriża li jkunu subordinati lejha u meqjusa bħala impjegati taħt il-liġi nazzjonali;

(ċ)

proprjetarji li jkunu wkoll maniġers;

(d)

sħab li jkunu involuti f’attività regolari fl-impriża u li jibbenefikaw mill-vantaġġi finanzjarji mill-impriża.

(35)

L-apprentisti jew l-istudenti li jkunu joperaw f’taħriġ vokazzjonali ta’ apprendistat jew taħt xi kuntratt ieħor ta’ taħriġ vokazzjonali m’humiex inklużi mal-personal. It-tul ta’ ferjat ta’ maternità jew ta’ ġenitur ma jingħaddx.

10.2.6   Kif tiġi determinata d-data ta’ impriża

(36)

Fil-każ ta’ impriża awtonoma, id-data, inkluż in-numru ta’ personal, tiġi ddeterminata esklussivament fuq il-bażi tal-kontijiet ta’ dik l-impriża.

(37)

Id-data, inkluż in-numru ta’ personal, ta’ impriżi msieħba jew relatati, tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kontijiet jew data oħra tal-impriża, jew, fejn jeżistu, il-kontijiet konsolidati tal-impriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-impriża tkun inkluża permezz tal-konsolidazzjoni.

(38)

Mad-data msemmija fil-paragrafu 37 tiżdied id-data ta’ kwalunkwe impriża msieħba tal-impriża kkonċernata li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha. It-total huwa proporzjonali mal-perċentwal ta’ interess fil-kapital jew fid-drittijiet ta’ votazzjoni (liema minnhom tkun l-akbar). Fil-każ ta’ cross-holdings, għandu japplika l-akbar percentwal.

(39)

Mad-data msemmija fil-paragrafi 37 u 38 jingħadd 100 % tad-data ta’ kwalunkwe impriża, li tkun relatata direttament jew indirettament mal-impriża kkonċernata, fejn id-data ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz tal-konsolidazzjoni tal-kontijiet.

(40)

Għall-applikazzjoni tal-paragrafi 37-39, id-data ta’ impriżi msieħba mal-impriża kkonċernata tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, konsolidati jekk jeżistu. Ma’ dawn jingħadd 100 % tad-data tal-impriżi relatati ma’ dawn l-impriżi msieħba, sakemm id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz tal-konsolidazzjoni.

(41)

Għall-applikazzjoni tal-istess paragrafi 37-39, id-data tal-impriżi relatati mal-impriża kkonċernata għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, konsolidati jekk jeżistu. Ma’ dawn jingħaddu, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe impriża msieħba possibbli ma’ dik l-impriża relatata, li tkun immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx diġà ġiet inkluża fil-kontijiet konsolidati b’percentwal mill-anqas proporzjonali għall-perċentwal identifikat taħt il-paragrafu 38.

(42)

Meta fil-kontijiet konsolidati ma tkun tidher l-ebda data dwar il-personal ta’ impriża partikolari, il-figuri tal-personal jiġu kalkulati permezz ta’ aggregazzjoni proporzjonali tad-data mill-impriżi msieħba tagħha u billi tingħadd id-data mill-impriżi li tkun relatata magħhom l-impriża kkonċernata.

10.2.7   Reviżjoni

(43)

Fuq il-bażi ta’ reviżjoni tal-applikazzjoni tad-definizzjoni li tinsab f’dan il-Kapitolu, li għandha titfassal wara l-ħruġ ta’ abbozz mill-Kummissjoni Ewropea, u wara li tqis kull emenda tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi relatati fit-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk meħtieġ l-Awtorità ser tadatta d-definizzjoni li tinsab f’dan il-Kapitolu, u b’mod partikolari l-limiti tal-fatturat u tat-total tal-karta tal-bilanċ sabiex tkun tqis l-esperjenza u l-iżviluppi ekonomiċi fiż-ŻEE.

10.3   Adozzjoni

(44)

Il-Kapitolu 10 ġdid ser japplika mid-data tal-adozzjoni tiegħu mill-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA.”


(1)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE (ĠU L 107, 30.4.1996, p. 4).

(2)  Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 198/03/COL tal-5 ta’ Novembru (ĠU L 120, 12.5.2005, p. 39)

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 70/2001 tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-Għajnuna mill-Istat lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 10, 13.3.2002, p. 33), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2004 tal-25 ta’ Frar 2004 (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 22). Iż-żewġ Regolamenti kienu inkorporati fis-Sezzjoni 1f fl-Anness XV tal-Ftehim tal-EFTA bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 88/2002 (GU l 266, 3.10.2002, p. 56 u s-Suppliment ŻEE Nru 49, 3.10.2002, p. 42) u Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 131/2004 (ĠU L 64, 10.3.2005, p. 67 u s-Suppliment Nru 12, 10.3.2005, p. 49).

(4)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE illi tikkonċerna d-definizzjoni ta’ impriżi żgħar u medji, ĠU L 124, tal-20.5.2003, p. 36)

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 83/349/KEE tat-13 ta’ Ġunju 1983 (ĠU L 193, 18.7.1983, p. 1), inkorporata fit-Taqsima 4 tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE.

(6)  Id-Direttiva Nru 2001/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, 27.10.2001, p. 28), inkorporata fit-Taqsima 4 tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 176/2003 tal-5.12.2003 (ĠU L 88, 25.3.2004, p. 53 u s-Suppliment ŻEE Nru 15, 25.3.2004, p. 14).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill Nru 78/660/KEE tal-25 ta’ Lulju 1978 (ĠU L 222, 14.8.1978, p. 11), inkorporata fit-Taqsima 4 tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kulleġġ Nru 46/98/COL tal-4 ta’ Marzu 1998 (ĠU L 200, 16.7.1998, p. 46 u s-Suppliment ŻEE Nru 52, 18.12.1997, p. 10). Din id-Deċiżjoni tikkorrispondi mal-avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq rilevanti għall-għanijiet tal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-Komunità (ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5).


5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/69


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA tal-EFTA

Nru 227/06/COL

tad-19 ta’ Lulju 2006

fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għal Farice hf. (L-Iżlanda)

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA tal-EFTA (1),

WARA LI kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2), u partikolarment l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI kkunsidrat il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

WARA LI kkunsidrat l-Artikolu 1(2) fil-Parti I u l-Artikoli 4(4), 6, 7(3) u 10 fil-Parti II tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti,

WARA LI kkunsidrat il-Linji Gwida tal-Awtorità (4) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE, u b’mod partikolari l-Kapitolu 17 dwar il-Garanziji mill-Istat u l-Kapitolu 19 dwar holdings ta’ awtoritajiet pubbliċi,

WARA LI kkunsidrat id-deċiżjoni tal-Awtorità Nru 125/05/COL sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat lil Farice hf. filwaqt li l-partijiet interessati ġew imsejħa sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fir-rigward (5),

Billi:

I.   FATTI

1.   PROĊEDURA

B’ittra datata s-27 ta’ Frar 2004 tal-Missjoni tal-Iżlanda għall-Unjoni Ewropea, li wasslet ittra mingħand il-Ministeru tal-Finanzi datata s-26 ta’ Frar 2004, l-Awtoritajiet tal-Iżlanda nnotifikaw lill-Awtorità b’garanzija mill-Istat għal proġett ta’ kejbil taħt il-baħar fl-Iżlanda, jiġifieri l-proġett Farice. L-ittra waslet u ġiet reġistrata fl-1 ta’ Marzu 2004 (Avveniment Nru 257593).

Informazzjoni supplimentari ġiet sottomessa b’ittra mill-Missjoni tal-Iżlanda datata l-14 ta’ Mejju 2004, li wasslet ittra mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Iżlanda datata t-13 ta’ Mejju 2004. L-ittra waslet u ġiet reġistrata mill-Awtorità fl-14 ta’ Marzu 2004 (Avveniment Nru 281472).

Wara diversi skambji ta’ korrispondenza (6), l-Awtorità informat lill-Awtoritajiet tal-Iżlanda b’ittra datata s-26 ta’ Mejju 2006 li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 1(2) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat għal Farice hf. (Avveniment Nru 319257).

Id-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 125/05/COL li jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u s-Suppliment taż-ŻEE tiegħu (7). Il-Kummissjoni talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom fir-rigward. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda ssottomettew il-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni Nru 125/05/COL b’ittra datata t-28 ta’ Ġunju 2005 (Avveniment Nru 324236).

Kif jidher fid-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fil-kuntest ta’ proċedimenti separati tal-kompetizzjoni, l-Awtorità kienet esprimiet tħassib dwar il-kompetizzjoni b’ittra lil Farice hf. datata l-31 ta’ Jannar 2003. L-Awtorità talbet ukoll informazzjoni dwar il-proġett Farice li kien rilevanti għall-evalwazzjoni tal-impatt tal-proġett fuq il-kompetizzjoni. B’ittra datata s-6 ta’ Mejju 2004 l-Awtorità indirizzat talba formali lil Farice hf. għal informazzjoni (8) u r-risposta ta’ Farice hf. waslet għand l-Awtorità fil-21 ta’ Ottubru 2004. Il-proċedimenti separati tal-kompetizzjoni ngħalqu b’ittra tal-Awtorità datata t-2 ta’ Ġunju 2006 (Avveniment Nru 1072261).

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

2.1.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT FARICE

Il-proġett Farice jirrigwarda l-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta’ kejbil tat-telekomunikazzjoni taħt il-baħar li jgħaqqad l-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe mal-Iskozja.

Mill-1994, l-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe kienu konnessi fuq livell internazzjonali bil-kejbil tat-telekomunikazzjoni ta’ taħt il-baħar CANTAT-3. CANTAT-3 twaqqaf bħala kejbil ta’ konsorzju. L-aċċess għal CANTAT-3 ġie żgurat permezz tas-sħubija fil-konsorzju (9), bi drittijiet ta’ użu irrexxindibbli u b’kapaċità ta’ kiri mingħand il-membru tal-konsorzju Teleglobe. CANTAT-3 għandu punti ta’ konnessjoni fil-Kanada, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Ġermanja. Bil-ħolqien ta’ sistemi ta’ kejbil transatlantiċi li jikkompetu mal-CANTAT-3, il-fundaturi tal-CANTAT-3 kellhom aċċess għal konnessjonijiet oħra, aktar ekonomiċi. Il-partijiet mill-Iżlanda u mill-Gżejjer Faeroe, madankollu, kellhom xorta waħda jinqdew mill-konnessjoni tal-CANTAT-3. Din kienet konsiderazzjoni waħda li kellha titqies minn dawn il-partijiet matul l-iżvilupp ta’ konnettività ġdida. Barra minn hekk, il-kejbil CANTAT-3 kellu ċerti limitazzjonijiet tekniċi, peress li huwa kejbil ta’ ġenerazzjoni aktar antika li għandu kapaċità limitata u m’huwiex dejjem affidabbli. L-awtoritajiet tal-Iżlanda ssottomettew ħarsa ġenerali lejn id-diversi nuqqasijiet tal-konnessjoni CANTAT-3 matul l-1995-2003. Ebda proġett waħdieni ieħor ta’ netwerk tal-fibra internazzjonali ma laħaq lil dawn iż-żewġ pajjiżi sa mill-1994, minkejja tkabbir ġenerali fil-kapaċità tar-rotot tat-telekomunikazzjoni internazzjonali u interreġjonali. Skond informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, il-pożizzjoni ġeografika iżolata taż-żewġ pajjiżi u d-daqs limitat tas-suq ma ppermettiex li dan iseħħ.

L-ispejjeż tal-konnessjonijiet tas-satellita, li jservu bħala konnettività sekondarja, huma mistennija jiżdiedu u fi kwalunkwe każ m’humiex ikkunsidrati xierqa għat-trasmissjoni ta’ traffiku tal-Internet li huwa sensittiv għad-dewmien. Sabiex it-traffiku akbar tat-telekomunikazzjoni jiġi mmaniġġjat, kien meħtieġ li tiġi żviluppata alternattiva.

Il-proġett Farice oriġina minn inizjattiva mill-operatur Iżlandiku tat-telekomunikazzjoni Landssími Íslands hf (minn issa ‘l quddiem Síminn (10)) li (dak iż-żmien) kien kważi 100 % proprjetà tal-istat u l-operatur tat-telekomunikazzjoni fil-Gżejjer Faeroe, Føroya Tele, li kienu qed jikkunsidraw l-iżvilupp ta’ kejbil taħt il-baħar li jgħaqqad lir-Reykjavík, it-Tórshavn u l-Edinburgh. Madankollu, fl-2002 kien jidher ċar li l-proġett Farice ma setax jiġġenera momentum bħala każ ta’ negozju purament kummerċjali (11). Studju ta’ vijabbiltà magħmul f’Marzu tal-2002 ikkonkluda li ma jkunx possibbli li l-proġett jiġi ffinanzjat permezz tal-finanzjament konvenzjonali ta’ proġett. Ġie mfittex li jkun hemm alleanza wiesgħa wara l-proġett sabiex tiġi żgurata r-realizzazzjoni tiegħu. Dan wassal għal żewġ deċiżjonijiet:

L-ewwel, l-awtoritajiet tal-komunikazzjoni tal-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe involvew irwieħhom fil-preparazzjoni tal-proġett. B’mod partikolari, l-akbar sponsers, Síminn u Føroya Tele, għamluha ċara li ma kinux interessati li jipprovdu l-garanziji meħtieġa tas-self għan-nom tas-suq intier tat-telekomunikazzjoni (12). Għalhekk l-Istat tal-Iżlanda jkollu jipparteċipa u jikkontribwixxi attivament fil-proġett.

It-tieni, kien ikkunsidrat importanti li Og Vodafone, attur importanti fis-suq tat-telekomunikazzjoni tal-Iżlanda, għandha tipparteċipa attivament fil-proġett. Ġie deċiż li apparti t-twaqqif ta’ Farice hf, għall-finijiet tal-kostruzzjoni u t-tħaddim tas-sistema ġdida ta’ trasmissjoni, tiġi mwaqqfa kumpannija holding Eignarhaldsfélagið Farice ehf. (minn issa ‘l quddiem “E-Farice”) (13). Din il-kumpannija, filwaqt li għandha l-ishma Iżlandiċi kollha f’Farice, għandha tixtri l-kapaċità ta’ Og Vodafone fil-CANTAT-3. Offerta simili saret lil Síminn li, skont ir-rapport IBM (14) sottomess mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, wasslet għar-riżultat li E-Farice timmaniġġja l-konnettività internazzjonali kollha għall-Iżlanda. Kif dikjarat fin-notifika, il-kapaċità ta’ CANTAT-3 kienet għalhekk mistennija li tiġi operata u mibjugħa minn E-Farice (15).

Fl-2002 il-kumpannija ġdida b’responsabbiltà limitata, Farice hf, ġiet stabbilita bl-għan li tipprepara, tibni u topera sistema ta’ kejbil ta’ komunikazzjoni taħt il-baħar sabiex jiġu ttrasferiti telekomunikazzjonijiet u traffiku tal-Internet bejn l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe Islands u r-Renju Unit. Skond l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, l-azzjonisti ta’ din il-kumpannija kienu Síminn (47,33 %), Og Vodafone (1,33 %), il-Gvern tal-Iżlanda (27,33 %), tliet operaturi oħra mill-Iżlanda li flimkien kellhom 3,99 %, Føroya Tele (17,33 %), u żewġ operaturi oħra tat-telekomunikazzjoni mill-Gżejjer Faeroe, li kellhom 1,33 % kull wieħed (16). Il-kejbil ġdid Farice jinkludi backhaul tal-Iżlanda (17) (Seyðisfjörður għal Reykjavík), sezzjoni taħt il-baħar (Seyðisfjörður għal Dunnet Bay), backhaul tal-Gżejjer Faeroe (minn Funningsfjörður għal Tórshavn) u backhaul tar-Renju Unit (Dunnet Bay għal Edinburgh). Ebda sejħa pubblika għal offerti ma saret sabiex jiġi deċiż l-immaniġġjar tal-kejbil, li ngħata lil Farice hf. Skond il-pjan ta’ negozju, l-ispejjeż totali stmati tal-investiment tal-proġett Farice kienu EUR 48,9 miljun.

Ftehim tal-azzjonisti datat it-12 ta’ Settembru 2002 ipprovda li l-politika tal-prezzijiet ta’ Farice għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-orjentament tal-ispejjeż, it-trasparenza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda rrimarkaw ukoll li l-użu tal-kejbil ta’ Farice huwa miftuħ għal operaturi barranin u domestiċi ugwalment, b’termini u prezzijiet ugwali. Il-ftehim tal-azzjonisti huwa miftuħ ukoll għal azzjonisti ġodda. Huwa jistipula, madankollu, li l-azzjonisti eżistenti għandhom dejjem jiġu offruti l-possibbiltà li jżommu l-pożizzjoni tagħhom tal-ekwità fil-kumpannija fil-każ li l-kapital azzjonarju jiġi miżjud (sezzjoni 7 tal-Ftehim tal-Azzjonisti).

Il-ftuħ formali tal-kejbil ta’ trasmissjoni ta’ taħt il-baħar ta’ Farice sar fi Frar 2004.

2.2.   DESKRIZZJONI TAS-SOSTENN MILL-ISTAT TAL-IŻLANDA

(a)   Il-garanzija tas-self

Is-suġġett tan-notifika jikkonċerna l-għotja mill-Istat ta’ garanzija għal self ta’ EUR 9,4 miljun favur Farice (minn issa ‘l quddiem: is-self A Term). Dan is-self jifforma parti minn pakkett aktar wiesa’ għal żmien twil għal ammont massimu ta’ EUR 34,5 miljun.

Skond l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, b’mod partikolari kif jidher mill-Ftehim tas-27 ta’ Frar tal-2004 (minn issa ‘l quddiem: il-ftehim tas-self) bejn Farice hf, Íslandsbanki hf, istituzzjonijiet finanzjarji oħra u garanti oħra, is-selfiet iffirmati għal ammont massimu ta’ EUR 34,5 miljun, huma mqassma kif ġej:

Self

Miljuni ta’ ewro

Kreditur

Rata tal-imgħax (18)

Perjodi tal-imgħax

Ħlas lura

Garanti

Numru ta’ pagamenti

Bidu tal-ħlas lura

A

9,4

Il-Bank Nordiku tal-Investiment

Euribor + 0,18 % p.a.

6 xhur

8 pagamenti semi-annwali

Sett. 2011

Gvern tal-Iżlanda

B

4,7

Il-Bank Nordiku tal-Investiment

Euribor + 0,80 % p.a.

6 xhur

5 pagamenti semi-annwali

Sett. 2009

Landssími Íslands hf (Síminn)

4,7

Íslandsbanki hf

C

4,7

Føroya banki

Euribor + 1,00 % p.a.

3 xhur

10 pagamenti kull tliet xhur

Sett. 2009

Telefon verkið P/F

D

11,0

Íslandsbanki hf

Euribor + 1,50 % p.a.

xahar

48 pagamenti mensili

Sett. 2005

Xejn

Il-garanzija mill-istat għas-Self A Term hija garanzija għall-ġbir lura, jiġifieri Farice hf. tkun kompletament responsabbli għall-ħlas tas-self u l-kreditur ikun jeħtieġlu l-ewwel jeżawrixxi r-rimedji għall-ġbir lura mingħand il-kumpannija qabel ma jingħata effett għall-garanzija tas-self. Farice hf. kienet mitluba tħallas premium annwali ta’ of 0,5 % (stabbiliti mill-Amministrazzjoni Nazzjonali tad-Dejn tal-Iżlanda) li tħallas bil-quddiem meta nħarġu l-ftehim tas-self u l-garanzija mill-istat. Il-ħlas bil-quddiem ammonta għal EUR 438 839, jiġifieri 4,7 % tal-ammont tas-self. Barra minn hekk, ġie mitlub ħlas ta’ dritt ta’ garanzija ta’ 120 000 ISK.

Garanzija preċedenti għall-ġbir lura ġiet iffirmata f’Lulju tal-2003 fir-rigward ta’ “in relation to self bridge” ta’ EUR 16-il miljun. Il-garanzija għall-ġbir lura kopriet EUR 6,4 miljun, jiġifieri 40 % ta’ dak is-self. Is-self bridge tħallas mar-rilaxx tas-selfiet għal żmien twil ta’ EUR 34,5 miljun u l-garanzija għall-ġbir lura għas-self bridge spiċċat fl-istess ġurnata. Farice hf. ħallset 0,50 % dritt ta’ garanzija u imposta ta’ garanzija ta’ ISK 120 000 għal dik il-garanzija.

(b)   Iż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Gvern tal-Iżlanda

Fil-bidu ta’ Jannar tal-2003, il-parteċipazzjoni tal-istat f’Farice hf. żdiedet minn sehem inizjali ta’ 27,33 % għal 46,5 %. Wara l-ispjegazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Iżlanda fir-risposta tagħhom ta’ Ġunju tal-2004,

“hekk kif il-pjan tan-negozju żviluppa, il-ħtiġiet tal-finanzjament tal-kumpannija saru aktar ċari u ġie deċiż li l-kapital azzjonarju tal-kumpannija jiġi miżjud. L-operaturi kollha fl-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe ġew invitati jixtru l-ishma taż-żieda tal-kapital azzjonarju. Peress li Síminn għamlitha ċara li l-kumpannija ma tkunx trid tipprovdi aktar minn 33,33 % tal-kapital azzjonarju, Telefonverkið tipprovdi l-kapital azzjonarju meħtieġ mis-sit tal-Gżejjer Faeroe (19,93 %), il-Gvern tal-Iżlanda kellu jipprovdi 46,53 % tal-kapital azzjonarju meħtieġ peress li operaturi oħra fl-Iżlanda ma kellhomx il-kapaċità finanzjarja sabiex jixtru aktar minn 1,2 % tal-kapital azzjonarju.”

Kif dikjarat mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, il-kapital azzjonarju totali ta’ Farice hf ġie miżjud minn EUR 327 000 għal aktar minn EUR 14-il miljun. Id-dettalji dwar il-kontribuzzjoni tal-kapital azzjonarju tal-azzjonisti differenti jidhru fit-tabella ta’ hawn taħt (19):

Kapital azzjonarju ta’ Farice hf. (ammonti f’għeluf “000”)

 

Fażi ta’ preparazzjoni

Jan-03

Ġun-03

 

ISK

EUR (20)

Sehem

ISK

EUR

Sehem

ISK

EUR

Sehem

Eignarhaldsfélagið Farice ehf.

 

 

 

947 944

11 242

79,90  %

947 944

11 242

79,90  %

Il-Gvern tal-Iżlanda

8 200

90

27,33  %

552 067

6 547

46,53  %

491 737

5 831

41,45  %

Síminn

14 200

155

47,33  %

395 477

4 690

33,33  %

352 259

4 177

29,69  %

Og Vodafone

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

103 949

1 232

8,76  %

Lína.Net

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

400

5

0,03  %

Fjarski ehf.

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

400

5

0,03  %

RH-net

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

400

5

0,03  %

Telefonverkið

5 200

57

17,33  %

236 486

2 804

19,93  %

236 486

2 804

19,93  %

Kall

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

400

5

0,03  %

SPF spf.

400

4

1,33  %

400

5

0,03  %

400

5

0,03  %

Total

30 000

327

100,00  %

1 186 430

14 070

100,00  %

1 186 430

14 070

100,00  %

3.   BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

Fid-Deċiżjoni tagħha Nru 125/05/COL sabiex jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità waslet għal konklużjoni preliminari li l-garanzija mill-istat u ż-żieda fil-kapital azzjonarju mill-Istat tal-Iżlanda f’Farice hf. ikkostitwew għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtorità kellha dubji dwar jekk il-miżuri ta’ sostenn tal-Istat tal-Iżlanda setgħux jiġu ddikjarati kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE. Fid-deċiżjoni tagħha sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Awtorità qajmet dubji dwar jekk il-miżuri tal-għajnuna – sabiex ikunu kompatibbli mar-regoli tal-Ftehim taż-ŻEE - kinux proporzjonali għall-għanijiet tagħhom u li ma kinux iwasslu għal distorsjoni għall-kompetizzjoni sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Dawn id-dubji kkonċernaw b’mod partikolari l-kwistjoni dwar jekk ikunx hemm aċċess mingħajr diskriminazzjoni għan-netwerk. Barra minn hekk, peress li l-idea oriġinali kienet li l-kapaċità CANTAT-3 tgħaddi wkoll mill-E-Farice hf., kien hemm tħassib li l-kompetizzjoni tal-konnettività għall-Iżlanda kienet tiġi eliminata, peress li kien jibqa’ biss fornitur wieħed fis-suq.

4.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET TAL-IŻLANDA

Fil-kummenti tagħhom għad-Deċiżjoni Nru 125/05/COL datata t-28 ta’ Ġunju tal-2005, l-awtoritajiet tal-Iżlanda jsostnu l-opinjoni tagħhom li ma hemm ebda għajnuna mill-istat involuta fil-proġett Farice. Skond l-awtoritajiet tal-Iżlanda, il-garanzija fuq is-self u ż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Gvern huma skont id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-istat. Barra minn hekk, il-proġett Farice jikkostitwixxi infrastruttura skont it-tifsira tar-regoli tal-għajnuna mill-istat. Madankollu, kif dikjarat f’ittra preċedenti datata l-21 ta’ Jannar tal-2005, l-awtoritajiet tal-Iżlanda huma tal-opinjoni li kwalunkwe għajnuna mill-istat tkun kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(b) u (ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda jiġġustifikaw il-ħtieġa tal-miżuri in kwistjoni fuq il-bażi tal-konsiderazzjoni li l-konnettività tat-telekomunikazzjoni u l-aċċess għall-broadband huma pass meħtieġ għall-immodernizzar tas-soċjetà u l-ekonomija tal-UE u huma aspett kruċjali tal-aġenda ta’ Lisbona kif ukoll prirekwiżit għall-iżvilupp tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-e-Europe.

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, l-Iżlanda hija partikolarment dipendenti fuq l-aċċess għal konnettività tat-telekomunikazzjoni ekonomika u affidabbli. Minħabba l-limitazzjonijiet tekniċi ta’ CANTAT-3, il-konnettività fis-seħħ fil-preżent la hija sodisfaċenti u lanqas ma hija affidabbli jew aċċettabbli għall-ekonomiji, dipendenti fuq it-telekomunikazzjoni, tal-Iżlanda u tal-Gżejjer Faeroe.

Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-parteċipazzjoni tal-Istat irriżultat mill-ħtieġa li l-proġett isir vijabbli. Mingħajr il-parteċipazzjoni tal-istat, il-proġett kien jiddewwem jew altrimenti ma jsir xejn.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda huma tal-opinjoni li l-vantaġġi f’termini ta’ garanzija ta’ provvista affidabbli ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-Iżlanda tegħleb l-iżvantaġġi ta’ ċerta distorsjoni għall-kompetizzjoni għal kompetituri oħra.

Qabel ma twaqqfet Farice, saru laqgħat introduttorji ma’ operaturi Iżlandiżi fejn kienu biss tlieta mill-operaturi “iżgħar” li qablu li jixtru ishma fil-kumpannija. Fl-opinjoni tal-awtoritajiet tal-Iżlanda, sar sforz kbir fit-tiftix tal-partijiet fundaturi, mingħajr stipulazzjoni ta’ limitu aktar baxx għall-kontribuzzjonijiet tal-kapital azzjonarju. Għalhekk, l-awtoritajiet tal-Iżlanda argumentaw li kien hemm parteċipazzjoni mifruxa minħabba ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-proġett.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda jirrimarkaw li s-Sezzjoni 7 tal-Ftehim tal-Azzjonisti tinkludi dritt preventiv tal-kumpanniji fundaturi ta’ Farice hf. Dan id-dritt huwa ekwivalenti għall-Artikolu 34 tal-Att tal-Iżlanda Nru 2/1995 dwar il-Kumpanniji Pubbliċi b’Responsabbiltà Limitata, skont liema Artikolu l-azzjonisti għandhom id-dritt jissottoskrivu għal ishma ġodda b’mod direttament proporzjonali għal interessi tagħhom. Dan id-dritt huwa trasferibbli u, barra minn hekk, kull azzjonist jista’ dejjem jiddeċiedi li ma jużax dan id-dritt preventiv. Barra minn hekk, is-sezzjoni 7(2) tal-Ftehim tal-Azzjonisti, tipprovdi li l-azzjonisti jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jiżguraw li partijiet ġodda jkunu jistgħu jipparteċipaw fit-tkabbir tal-kapital, minkejja d-drittijiet preventivi.

Il-Ftehim tal-Azzjonisti jipprovdi għal prezzijiet trasparenti u mhux diskriminatorji f’termini tas-suq. Il-politika tal-prezzijiet tal-kumpannija għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-orjentazzjoni tal-ispejjeż, it-trasparenza u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni. L-awtoritajiet tal-Iżlanda jqabblu l-proġett Farice mas-sitwazzjoni indirizzata fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N307/2004, dwar proġett ta’ infrastruttura broadband fir-Renju Unit sabiex tiġi pprovduta massa ta’ servizzi broadband tas-suq lil negozji u ċittadini fil-partijiet remoti u rurali tal-Iskozja. Skond l-informazzjoni tagħhom, il-prezzijiet għall-kapaċità tas-sistema Farice huma probabbilment l-ogħla għal servizzi simili madwar l-Atlantiku tat-Tramunatana. Din hija waħda mir-raġunijiet l-għaliex il-volum mibjugħ fl-2005 jikkorrispondi għal inqas minn 5 % tal-kapaċità li fil-preżent hija installata f’Farice.

Rigward il-kwistjoni ta’ aċċess miftuħ, l-awtoritajiet tal-Iżlanda jenfasizzaw li l-aċċess għall-infrastruttura huwa miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju.

Finalment, l-awtoritajiet tal-Iżlanda jikkunsidraw li jekk kellu jiġi stabbilit li l-għajnuna mill-istat kienet involuta, l-ammont totali ta’ għajnuna huwa limitat. B’mod partikolari fir-rigward tal-garanzija fuq is-self, dak l-ammont limitat ma jistax jiġi kkunsidrat kuntrarju għall-interess komuni fil-kuntest tal-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE. Fir-rigward taż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Istat tal-Iżlanda, l-awtoritajiet tal-Iżlanda jargumentaw li “l-għan inizjali għall-istabbiliment ta’ Farice hf f’Settembru 2002 kien biss il-preparazzjoni għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni tas-sistema tal-kejbil ta’ komunikazzjoni taħt il-baħar. F’dan l-istadju, il-bżonn finanzjarju tal-proġett kollu ma ġiex finalment deċiż u lanqas ma kien deċiż il-kapital azzjonarju finali […] Ebda kumpannija ma kienet tkun f’pożizzjoni li tassumi l-kostruzzjoni u l-operazzjoni attwali tal-kejbil […] L-ewwel żieda fil-kapital azzjonarju f’Jannar tal-2003 ma kienx għalhekk “żieda fil-kapital azzjonarju” normali ta’ kumpannija iżda fil-fatt simili għall-istabbiliment ta’ kumpannija ġdida b’għan ġdid.” Il-fatt li operaturi privati kienu qed iżommu l-maġġoranza tal-ishma fl-istadji kollha u kienu qed jikkontribwixxu sostanzjalment lill-kumpannija fl-istess żmien bħall-Istat tal-Iżlanda, juri li kwalunkwe eventwali għajnuna mill-istat tkun limitata sewwa.

Dwar it-tħassib tal-kompetizzjoni (ara sezzjoni II.3.2 tad-Deċiżjoni Nru 125/05/COL), l-awtoritajiet tal-Iżlanda jiddikjaraw li fil-preżent la Farice hf. u lanqas E-Farice ehf. ma għandhom pjanijiet jixtru jew jikru aktar kapaċità tal-CANTAT-3 u li d-diskussjonijiet ma’ Teleglobe f’dak iż-żmien ma wasslu għal ebda ftehimiet. Intwera wkoll li minħabba l-prezzijiet għolja ta’ Farice, il-klijenti użaw aktar il-kapaċità CANTAT-3, li hija kapaċi tikkompeti ma’ Farice hf.

II.   APPREZZAMENT

1.   IL-PREŻENZA TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 61(1) TAL-FTEHIM TAŻ-ŻEE

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jaqra kif ġej:

“Mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji f’dan il-Ftehim, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija mill-Istati Membri tal-KE, l-Istati tal-EFTA jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi, safejn tolqot il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli ma’ dan il-Ftehim.”

1.1.   IL-GARANZIJA TAS-SELF MILL-ISTAT TAL-IŻLANDA

B’mod ġenerali, garanzija mill-istat tippermetti lill-benefiċjarju tagħha jakkwisti termini finanzjarji aħjar għal self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji. Għalhekk, garanziji mogħtija mill-Istat jistgħu jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Madankollu, fid-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 17.4(2) tal-Linji Gwida dwar il-Garanziji mill-Istat tal-Awtorità (minn issa ‘l quddiem: il-Linji Gwida), l-Awtorità stipulat sitwazzjoni fejn garanzija individwali mill-istat ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Għal dan il-għan, il-garanzija mill-istat għandha tosserva l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

Min jissellef ma jinsabx f’diffikultà finanzjarja;

(b)

min jissellef għandu, fil-prinċipju, jkun kapaċi jieħu self b’kundizzjonijiet tas-suq mis-swieq finanzjarji mingħajr ebda intervent mill-Istat;

(c)

il-garanzija hija marbuta ma’ tranżazzjoni finanzjarja speċifika, hija għal ammont massimu fiss, ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self dovut u m’hijiex mingħajr limitu;

(d)

il-prezz tas-suq huwa mħallas għall-garanzija (li jirrifletti, fost oħrajn, l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-garanzija, is-sigurtà mogħtija minn min jissellef, il-pożizzjoni finanzjarja ta’ min jissellef, is-settur tal-attività u l-prospetti, ir-rati ta’ nuqqas ta’ ħlas, u kundizzjonijiet ekonomiċi oħra).

L-Awtorità għandha, għalhekk, l-ewwel tevalwa jekk il-garanzija mill-istat favur Farice hf. għas-Self A Term tissodisfax l-erba’ kundizzjonijiet stipulati fil-Linji Gwida li jeskludu l-involviment ta’ għajnuna mill-istat. Huwa biss fil-każ ta’ konklużjoni negattiva f’dan ir-rigward li l-Awtorità tevalwa l-kundizzjonijiet individwali tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.1.1.   Kundizzjonijiet li jeskludu l-eżistenza tal-għajnuna – Kapitolu 17.4(2) tal-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, il-proġett ma setax jimxi sewwa bħala każ ta’ negozju purament kummerċjali u kien jirrikjedi l-involviment tal-Istat. Għalkemm Farice hf. ma kinetx teknikament f’diffikultà finanzjarja (l-ewwel kundizzjoni), hija setgħet biss tieħu self ta’ EUR 11-il miljun b’kundizzjonijiet tas-suq (D loan). Il-fatt li l-banek ma rrikjedewx biss garanzija mill-Istat għas-Self A Term iżda wkoll miż-żewġ monopolisti tat-telekomunikazzjoni li qabel kienu tal-Istat (Síminn għas-Self B Term u Telefonverkið P/F għas-Self C Term), li kienu għadhom proprjetà tal-Istati rispettivi, juri li Farice ma kinitx f’pożizzjoni tieħu self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr ebda intervent mill-Istat. It-tieni kundizzjoni, għalhekk, m’hijiex sodisfatta.

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni, l-Awtorità kellha l-fehma inizjali fid-deċiżjoni li tinbeda l-investigazzjoni formali li l-garanzija mill-istat tkopri 100 % tas-Self A Term garantit. Il-pakkett ġenerali tas-self huwa magħmul minn erba’ (jew ħames (21)) ammonti differenti ta’ self b’kundizzjonijiet differenti tat-teħid tas-self, kredituri differenti u garanti differenti. L-awtoritajiet tal-Iżlanda jargumentaw li hemm biss self wieħed f’sitwazzjoni ta’ riskju, fl-ammont ta’ EUR 34,5 miljun u li għal dik ir-raġuni l-garanzija mill-istat li tirrigwarda s-Self A Term ma tkoprix aktar minn 80 % tas-self. Madankollu, kif jidher mill-ftehim tas-self, filwaqt li ngħataw għall-istess kollaterali, l-erba’ selfiet huma mogħtija minn banek differenti li jassumu responsabbiltà biss għall-ammont tagħhom tas-self. Ebda wieħed mill-banek ma jċedi s-sehem tiegħu tat-titolu ta’ sigurtà (22) – fil-każ li Farice hf. ma tasalx – sabiex ikopri kwalunkwe mis-selfiet l-oħra. Is-selfiet differenti ma jġorrux biss rati ta’ imgħax differenti iżda għandhom ukoll perjodi differenti ta’ ħlas lura, numru differenti ta’ pagamenti akkont u garanti differenti.

Għandu jiġi osservat ukoll li r-regola tat-80 % għandha tiżgura li l-kreditur jibqagħlu inċentiv sabiex jirrifletti fuq ir-riskju li huwa lest li jassumi. F’dan l-isfond, ma jidhirx korrett li jitqies – f’rabta mad-deċiżjoni tan-negozju magħmula min-Nordic Investment Bank u sabiex tiġi stabbilita l-bażi tas-self li għaliha tapplika r-regola tat-80 % – li selfiet oħra huma mogħtija mill-Íslandsbanki u l-Føroya Banki. In-Nordic Investment Bank ma assumiex responsabbiltà għal dawn is-selfiet.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkunsidra li kull parti mill-ammont globali tas-self tikkostitwixxi self indipendenti bħala tali. Il-fatt li ż-żewġ selfiet ngħaqdu f’dokument konġunt wieħed ma jidhirx li għandu rilevanza sinifikattiva. Għal din ir-raġuni, l-Awtorità tikkunsidra li l-garanzija tal-Istat tkopri 100 % tas-Self A Term garantit għal ammont massimu ta’ EUR 9,4 miljun. Għalhekk, it-tielet kundizzjoni m’hijiex sodisfatta.

Fir-rigward tar-raba’ kundizzjoni, l-Awtorità tinnota li l-Fond ta’ Garanzija tal-Istat tal-Iżlanda talab ħlas ta’ premium ta’ garanzija ta’ 0,5 % p.a. fir-rigward tas-Self A Term. Il-premium tħallas bil-quddiem f’ammont ta’ EUR 438 839. Barra minn hekk, ġie mitlub ħlas ta’ garanzija ta’ ISK 120 000.

Huwa biss fuq is-suppożizzjoni li l-Fond ta’ Garanzija tal-Istat qies, fl-evalwazzjoni tal-premium, il-karatteristiċi konkreti tas-self garantit, b’mod partikolari il-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura (23) u li segwa fl-evalwazzjoni tiegħu dak li jissejjaħ il-prinċipju tal-investitur tas-suq, li r-raba’ kundizzjoni stipulata fil-Kapitolu 17.4(2) tal-Linji Gwida tista’ tiġi sodisfatta. Madankollu, minkejja li kienu mistiedna jagħtu prova li l-premium tal-garanzija jirrifletti r-rata tas-suq, l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma ssostanzjawx dan il-punt, iżda b’mod ġenerali llimitaw irwieħhom għal ripetizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Att dwar il-Fond ta’ garanzija tal-Istat. L-awtorità tinnota li filwaqt li qieset li l-garanzija in kwistjoni hija garanzija għall-ġbir lura b’riskju iżgħar, il-premium mitlub minn Farice huwa fil-qiegħ nett tal-ispektrum ta’ dawn l-imposti li għandhom jiġu ffissati mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Amministrazzjoni tad-Dejn (from 0,5 to 4 % (24)), li ma ġietx inkluża fir-raġunament tal-awtoritajiet tal-Iżlanda minkejja l-kumment tal-Awtorità fid-Deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali (25).

Indikazzjoni ulterjuri tar-rata xierqa tas-suq tista’ tinstab mill-Kapitolu 17.3(2) tal-Linji Gwida li jidentifika l-ammont ta’ għajnuna, i.e. l-ekwivalenti tal-għotja fi flus, għal garanzija individwali, bħala d-differenza bejn ir-rata tas-suq u r-rata miksuba bħala riżultat tal-garanzija mill-istat wara li jitnaqqsu kwalunkwe premiums. Dan huwa bbażat fuq l-għarfien li jekk min jissellef jibbenifika minn rata ta’ imgħax favorevoli, li ma kienx jieħu mingħajr intervent mill-istat, l-element tal-għajnuna huwa l-ammont li jibqa’ meta mqabbel mar-rata tas-suq u wara li jitnaqqas il-premium. Jekk il-premium ma jneħħix kompletament dan l-iżvantaġġ, il-garanzija tal-istat tibqa’ tibbenefika lid-destinatarju u għalhekk toħloq distorsjoni fis-suq. F’dawn iċ-ċirkostanzi l-vantaġġ li jirriżulta mill-garanzija ma jkunx tneħħa bil-premium u jkollu jiġi kklassifikat bħala għajnuna (26).

Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għaliha (l-Awtorità m’għandhiex informazzjoni dwar il-kassifikazzjonijiet tal-kreditu għal Faric hf.), l-Awtorità se tipprova tistabbilixxi approssimazzjoni tal-valur tal-garanzija u l-intensità rispettiva tal-għajnuna billi tqabbel is-Self A Term mas-Self D Term.

Fid-deċiżjoni tagħha li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità espremiet dubji fir-rigward ta’ jekk ir-rata tal-imgħax tas-Self A Term għandhiex tiġi mqabbla mas-Self B jew D Term. L-Awtorità tikkunsidra li r-rata tal-imgħax tas-Self A Term tista’ tiġi mqabbla mas-Self D Term (27), li hija l-unika waħda li m’hijiex sostnuta mill-Istat jew minn kumpannija proprjetà tal-istat. Id-differenza bejn ir-rati tal-imgħax għal dawn iż-żewġ selfiet hija 1.32 punti perċentwali. Bit-tnaqqis ta’ premium ta’ garanzija ta’ 0,50 %, id-differenza tammonta għal 0.82 punti perċentwali (28). Dan iwassal għal ammont ta’ għajnuna ta’ madwar EUR 720 000 (29). Madankollu, għandu jitqies li s-Self D Term għandu perjodu iqsar ta’ ħlas lura (maturità) mis-Self A Term. Filwaqt li s-Self A Term jitħallas lura biss fl-2015, i.e. 11-il sena wara l-konklużjoni tal-ftehim tas-self, is-Self D Term jitħallas lura fl-2009 (ara t-tabella fl-I 2.2. a. ta’ din id-Deċiżjoni). Jekk is-Self D Term kellu l-istess maturità twila bħas-Self A Term Loan (i.e. sal-2015), hemm għaliex wieħed jaħseb li l-Íslandsbanki hf. tkun talbet rata ta’ imgħax, ogħla minn Euribor + 1,50 %. Bl-użu tal-iżviluppi fir-rata ta’ rendiment tal-Eurobond għall-2004 (30) id-differenza bejn il-maturità ta’ bond ta’ 5 snin u dik ta’ 11-il sena turi differenza fir-rata ta’ rendiment ta’ madwar 0.8 punt perċentwali. Sabiex il-vantaġġ tal-garanzija u l-intensità tal-għajnuna rispettiva ma jiġix sottovalutat, din id-differenza għandha titqies, liema differenza għandha twassal għal rata ta’ imgħax ta’ Euribor + 2,3 % (1,5 % bħala r-rata oriġinali b’żieda tal- 0,8 % addizzjonali) għas-Self D Term, biex b’hekk l-intensità tal-għajnuna tiżdied għal 1,62 % (31) jew madwar EUR 1,4 million (32). Din iċ-ċifra għandha tittieħed bħala illustrazzjoni aktar milli bħala kalkolu preċiż tal-ammont tal-għajnuna. Ma jistax wieħed ikun żgur li kreditur kummerċjali li jagħti self mhux garantit jitlob 2.12 punti perċentwali (33) aktar mir-rata għas-Self A Term, anke jekk il-maturità tkun l-istess. Rata meħtieġa tiddependi mill-evalwazzjoni tar-riskju minn min isellef, li ma twassalx neċessarjament għall-kalkolu t’hawn fuq.

Għalhekk, tlieta minn erba’ kundizzjonijiet kumulattivi stipulati fil-Linji Gwida sabiex jiġi evalwat jekk garanzija individwali mill-istat tikkostitwixxix għajnuna mill-istat taħt l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE m’humiex sodisfatti. Għalkemm id-debitur, Farice hf., teknikament ma kinetx f’diffikultà finanzjarja, hija ma kinetx kapaċi tieħu self mis-swieq finanzjarji b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr intervent mill-Istat iżda kienet teħtieġ il-garanzija mill-istat għal 100 % tas-Self A Term dovut. Barra minn hekk, Farice hf. ma ħallsetx prezz tas-suq għall-garanzija, li kien jirrifletti l-ammont u t-tul ta’ żmien tal-garanzija u s-sigurtà mogħtija mid-debitur, u kif ukoll, b’mod partikolari, is-settur tal-attività u l-prospetti.

Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità ma tistax tikkonludi li l-garanzija mill-istat favur Farice hf. għas-Self A Term teskludi l-involviment ta’ għajnuna mill-istat.

1.1.2.   Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE

Sabiex miżura tiġi kkunsidrata għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, hija għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: l-għajnuna tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur ċerti impriżi, tingħata permezz ta’ riżorsi tal-istat, twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni u teffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE.

Il-miżura tikkostitwixxi vantaġġ selettiv favur impriża

Miżura li tagħti vantaġġ lil ċerti benefiċjarji speċifiċi u li m’hijiex miżura ġenerali tikkostitwixxi għajnuna.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda argumentaw li l-appoġġ għall-proġett Farice ma jikkompromettix l-għajnuna mill-istat, ġaladarba l-kejbil ta’ taħt il-baħar jikkwalifika bħala infrastruttura u għalhekk l-appoġġ għalih jikkostitwixxi miżura “ġenerali” u mhux selettiva. Kif dikjarat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea COM(2001) 35 finali, “It-tisħiħ tas-servizz ta’ kwalità fil-portijiet tal-baħar: soluzzjoni għat-trasport Ewropew” (34), il-kriterju tas-selettività huwa benchmark importanti sabiex jiġi deċiż jekk miżura konkreta tal-iffinanzjar tikkostitwixxix għajnuna mill-istat.

Fil-prattika tal-Kummissjoni, il-finanzjament mill-istat għall-kostruzzjoni u l-ġestjoni tal-infrastruttura m’għandux jiġi meqjus bħala għajnuna jekk l-infrastruttura tkun direttament ġestita mill-Istat (li m’huwiex il-każ fil-proġett preżenti) jew jekk ikun hemm sejħa pubblika għall-offerti għall-għażla tal-ġestitur u jekk l-aċċess għall-infrastruttura ikun miftuħ għall-utenti potenzjali kollha fuq bażi li teskludi d-diskriminazzjoni (35).

Kif ġie rimarkat fid-deċiżjoni sabiex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, filwaqt li parteċipazzjoni wiesgħa setgħet ġiet imfittxa fi ħdan il-proġett, la l-kostruzzjoni u lanqas il-ġestjoni tal-kumpannija ma ġew organizzati b’sejħa pubblika għall-offerti. Minflok il-parteċipazzjoni tal-gvern irrispondiet għal inizjattiva privata, mibdija miż-żewġ operaturi tat-telekomunikazzjoni (36). Barra minn hekk, dwar aċċess mingħajr diskriminazzjoni, filwaqt li l-parteċipazzjoni fil-kumpannija skont il-ftehim tal-azzjonarji m’hijiex ristretta, l-azzjonarji fundaturi jżommu ċerti drittijiet preventivi, li donnhom iżommuhom f’pożizzjoni aħjar mill-azzjonarji ġodda.

Minkejja dan, skont il-prattika tal-Kummissjoni, miżura ma tikkostitwixxix miżura ġenerali, jekk il-korp li jiġġestixxi l-infrastruttura jkun qed jagħmel attività ekonomika, peress li dan jista’ jipprovdi vantaġġ potenzjali lill-benefiċjarju (37) fil-konfront ta’ operaturi kompetituri. F’dan ir-rigward ikun biżżejjed li jiġi nnotat li l-appoġġ tal-istat huwa ta’ benefiċċju lil Farice hf. li tiġġestixxi l-kejbil u tbiegħ id-drittijiet tal-utenti lil partijiet interessati bi ħlas. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tal-Prim’Istanza, il-ġestjoni tal-infrastruttura tikkostitwixxi attività ekonomika skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (38). Farice hf. hija kapaċi tagħmel profitt minn kostruzzjoni ta’ infrastruttura żgurata minn garanzija tal-istat u bil-parteċipazzjoni tal-gvern f’sitwazzjoni fejn partijiet privati ma kinux lesti jiżguraw l-iffinanzjar kollu tal-proġett, filwaqt li operaturi oħra jista’ jkollhom jiffinanzjawh 100 % waħidhom.

Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni fil-kumpannija hija prinċipalment intiża lejn operaturi tat-telekomunikazzjoni. Il-konnettività permezz tal-kejbil Farice hija fil-preżent mibjugħa biss f’unitajiet kbar lil operaturi tan-negozju li jerġgħu jbiegħu s-servizz fis-suq downstream lill-utenti tal-aħħar. Kienu dawn l-operaturi tan-negozju li ħadu l-inizjattiva li għaliha wieġeb l-Istat. It-tip ta’ servizz huwa għalhekk immirat lejn operaturi kummerċjali u mhux lejn il-pubbliku ġenerali. Għalhekk l-Awtorità tikkunsidra li l-proġett għandu jiġi meqjus bħala faċilità dedikata għal impriżi, li tinsab fl-ambitu tal-kontroll tal-għajnuna mill-istat, u mhux bħala infrastruttura ġenerali (39).

Sabiex jiġi determinat jekk miżura tal-istat tikkostitwixxix għajnuna, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk l-impriża destinatarja tirċevix vantaġġ ekonomiku li ma kinetx tirċievi taħt kundizzjonijiet normali tas-suq.

Kif dikjarat fil-Kapitolu 17.2.1, paragrafu 1, tal-Linji Gwida, garanzija mill-Istat tippermetti lil min jissellef li jkollu termini finanzjarji aħjar għas-self minn dawk normalment disponibbli fis-swieq finanzjarji. Tipikament, bil-benefiċċju tal-garanzija mill-Istat, min jissellef ma jsibx, mingħajr garanzija mill-Istat, istituzzjoni finanzjarja li tkun lesta li ssellef bi kwalunkwe termini.

Kif intqal aktar ‘il fuq (f’sezzjoni II.1.1.1 ta’ din id-Deċiżjoni), il-fatt li l-banek ma rrikjedewx biss garanzija mill-Istat għas-self A Term iżda wkoll miż-żewġ monopolisti tat-telekomunikazzjoni li qabel kienu tal-Istat (Síminn għas-self B Term u Telefonverkið P/F għas-self C Term), li kienu għadhom proprjetà tal-Istati rispettivi, juri li Farice ma kinitx f’pożizzjoni tieħu self b’kundizzjonijiet tas-suq mingħajr ebda intervent mill-Istat.

Barra minn hekk, it-teħid ta’ riskju mill-Istat għandu normalment isir ħlas għalih bi premium xieraq. Kif intwera hawn fuq (f’sezzjoni II.1.1.1 ta’ din id-Deċiżjoni), il-premium mitlub minn Farice hf. huwa fil-qiegħ nett tal-ispektrum u jista’ ma jirrapreżentax ħlas adegwat. L-awtoritjaiet tal-Iżlanda ma pprovdew ebda informazzjoni fil-kummenti tagħhom fuq it-tħassib dwar dak il-punt imqajjem fid-Deċiżjoni sabiex tinbeda il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li fuq il-bażi tagħha l-Awtorità setgħet tevalwa li l-premium imħallas kien adegwat. Dan għandu jitqies b’mod partikolari fir-rigward tal-fatt li l-premium ma neħħiex kompletament il-vantaġġ li Farice hf. kisbet mill-akkwist ta’ rata ta’ imgħax aktar baxxa għas-Self A Term mill-banek. Kid jista’ jidher mill-Kapitolu 17.2.1, paragrafu 2 tal-Linji Gwida, fejn l-Istat iċedi premium adegwat, ikun hemm benefiċċju għall-impriża.

Għalhekk, l-Awtorità tikkunsidra li Farice hf. irċeviet vantaġġ ekonomiku li ma kinetx tieħu taħt kundizzjonijet normali tas-suq.

Riżorsi tal-Istat

Sabiex tiġi kkunsidrata għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, il-vantaġġ ekonomiku għandu jingħata mill-Istat jew minn riżorsi tal-istat. L-Istat tal-Iżlanda pprovda garanzija għal self ta’ EUR 9,4 miljun favur Farice, i.e. il-garanzija mill-Istat tinvolvi riżorsi tal-istat.

Barra minn hekk, kif dikjarat fil-Kapitolu 17.2.1, paragrafu 2, tal-Linji Gwida, fejn l-Istat iċedi premium adegwat, dan jikkostitwixxi tnaqqis ta’ riżorsi tal-istat. Kif intwera hawn fuq, il-premium mitlub minn Farice hf. huwa fil-qiegħ nett tal-ispektrum u jista’ ma jirrapreżentax ħlas adegwat, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata aktar baxxa ta’ imgħax miksuba. Peress li l-Istat tal-Iżlanda seta’ talab ħlas ta’ premium ogħla, u minħabba f’hekk ċeda dħul ogħla, huma involuti riżorsi tal-istat.

Barra min hekk l-Istat m’aġixxiex bħala investitur tas-suq privat, li kien jeskludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Id-diskussjoni taż-żewġ kriterji t’hawn fuq turi li l-proġett ma mexiex sewwa fuq bażijiet kummerċjali. Il-parteċipazzjoni tal-Istat fil-proġett, inter alia bil-garanzija tas-Self A Term, saret meħtieġa f’sitwazzjoni fejn investituri tas-suq privati kien ikollhom – li kieku taw il-garanzija – jitolbu premium ogħla. Dan juri li l-Istat tal-Iżlanda, meta assuma l-garanzija, m’aġixxiex skont il-prinċipju tal-investitur tas-suq privat.

Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn il-Partijet Kontraenti

Sabiex l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikun applikabbli, il-miżura għandha twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u teffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. Impriżi li jibbenefikaw minn vantaġġ ekonomiku mogħti mill-Istat li jnaqqas il-piż normali tal-ispejjeż, jiġu mqiegħda f’pożizzjoni kompetittiva aħjar minn dawk li ma jistgħux igawdu dan il-vantaġġ.

L-intervent mill-Istat isaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Farice hf. fl-assigurazjoni tal-iffinanzjar tal-proġett fil-konfront ta’ kompetituri li ma jibbenefikawx minn tali garanzija u li jkollhom jagħmlu l-investiment biss f’termini tas-suq, bħal per eżempju fornituri oħra ta’ kejbils għall-konnettività tal-Internet (bħan-netwerk CANTAT-3). Il-konsorzju li jopera n-netwerk CANTAT-3 jinkludi, inter alia, l-operatur Iżlandiku tat-telekomunikazzjoni Landssími Íslands hf., Teleglobe u Deutsche Telekom. CANTAT-3 għandu punti ta’ konnessjoni fil-Kanada, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Ġermanja.

Barra min hekk, il-garanzija hija mogħtija għal proġett ġestit minn operaturi tan-negozju multinazzjonali u tikkostitwixxi attività soġġetta għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Għalhekk, il-miżura twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u teffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Konklużjoni

Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanzija mill-istat mogħtija favur Farice hf. għas-Self A Term tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.2.   IŻ-ŻIEDA FIL-PARTEĊIPAZZJONI TAL-ISTAT BĦALA AZZJONIST F’FARICE HF.

Bejn iż-żmien meta twaqqfet il-kumpannija f’Settembru 2002 u ż-żmien tan-notifika fil-bidu tal-2004, il-parteċipazzjoni tal-istat f’Farice hf. żdiedet minn sehem inizjali ta’ 27,33 % għal 46,5 %. Wara l-ispjegazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tal-Iżlanda fir-risposta tagħhom ta’ Ġunju tal-2004, Síminn għamlitha ċara li ma kinetx bi ħsiebha tipprovdi aktar minn 33,33 % tal-kapital azzjonarju (40).

Għal finijiet tal-għajnuna mill-istat, għandu jiġi stabbilit jekk iż-żieda fil-kapital f’Farice hf. mill-Istat hijiex konformi mal-prinċipju tal-investitur tal-ekonomija tas-suq. Il-Kapitolu 19 tal-Linji Gwida jistabbilixxi l-approċċ ġenerali tal-Awtorità fir-rigward tal-akkwist ta’ kapital azzjonarju minn awtoritajiet pubbliċi.

Skont il-Kapitolu 19.6(b) tal-Linji Gwida, ebda għajnuna mill-istat ma huwa involut fejn kapital ġdid jingħata lil impriża f’ċirkostanzi li jkunu aċċettabbli għal investitur privat li jopera taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq. Dan jista’ japplika meta holdings pubbliċi f’kumpannija jiġu miżjuda, kemm-il darba l-kapital fornit ikun proporzjonali għan-numru ta’ ishma miżmuma mill-awtoritajiet u jsir flimkien ma’ kapital fornit minn azzjonarju privat. Il-holding ta’ investitur privat għandu jkollu sinifikat ekonomiku reali.

Min-naħa l-oħra, ikun hemm għajnuna mill-istat meta jingħata kapital ġdid f’ċirkostanzi li ma jkunux aċċettabbli għal investitur privat li jkun qed jopera taħt kundizzjonijiet normali tal-ekonomija tas-suq. Skond il-Kapitolu 19.6(ċ) tal-Linji Gwida, dan huwa, fost oħrajn, il-każ meta l-forniment ta’ kapital għal kumpanniji li jkollhom kapital maqsum bejn azzjonarji privati u pubbliċi iwassal lill-holding pubbliku f’livell ogħla ħafna minn kif kien qabel u n-nuqqas relattiv ta’ azzjoni mill-azzjonarji privati huwa fil-parti l-kbira dovut għad-dehra fqira tal-profitabbiltà tal-kumpannija.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda jargumentaw li ż-żieda fil-kapital azzjonarju tal-Istat tal-Iżlanda m’għandux jitqies bħala forniment ta’ kapital ġdid, iżda aktar bħala t-twaqqif inizjali tal-kumpannija. L-awtoritajiet tal-Iżlanda jiddikjaraw li Farice hf., bil-kapital azzjonarju ta’ 30 miljun ISK ma kinetx, f’Settembru 2002, fil-pożizzjoni li tassumi l-proġett ta’ kostruzzjoni jew operazzjoni tas-sistema ta’ komunikazzjoni bil-kejbil minn taħt il-baħar. Minflok il-ħolqien – kif diskuss – ta’ kumpannija ġdida, saret l-ewwel żieda fil-kapital f’Jannar 2003, li għalhekk, skont l-awtoritajiet tal-Iżlanda, ma kinetx “żieda fil-kapital” normali ta’ kumpannija, iżda fil-fatt simili għat-twaqqif ta’ kumpannija ġdida b’għan ġdid. L-Awtorità tirrimarka li l-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat jikkunsidraw iż-żieda fil-kapital azzjonarju, irrispettivament mill-istadju li fih issir, bħala kategorija sekondarja tal-forniment ta’ kapital ġdid. Peress li l-Linji Gwida jirriflettu l-prinċipju ġenerali tal-komportament tal-investitur tas-suq privat, iż-żieda fil-kapital azzjonarju għandha tiġi analizzata fuq il-mertu tagħha. Anke jekk il-Gvern kien diġà assuma s-sehem ogħla matul il-fażi ta’ preparazzjoni, dan xorta waħda kien jissoġġetta l-parteċipazzjoni fil-kapital mill-Istat tal-Iżlanda għal analiżi taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-istat. Għal dik l-evalwazzjoni huwa għalhekk rilevanti biss il-verifika ta’ jekk iż-żieda fil-kapital azzjonarju tirriflettix il-ħsieb prinċipali ta’ investitur tas-suq privat.

L-Awtorità ma tiċħadx li f’termini reali ż-żieda fil-holdings tal-operaturi privati seħħew fl-istess żmien li kien hemm iż-żieda fil-kapital tal-Istat. Madankollu, fl-opinjoni tal-Awtorità, iż-żieda fl-ishma tal-operaturi privati ma kienx proporzjonali għaż-żieda tal-kapital azzjonarju mill-Istat.

Kif jidher mit-tabella hawn fuq (ara sezzjoni I.2.2.b) ta’ din id-Deċiżjoni) il-kapital ta’ Farice hf. tela’ minn EUR 327 000 għal EUR 14 070 000 f’Jannar 2003. Is-sehem tal-Istat tal-Iżlanda tela’ minn 27,33 % (EUR 90 000) għal 46,53 % (EUR 6 547 000), i.e. bi kważi 20 punt perċentwali. Filwaqt li huwa korrettament dikjarat mill-awtoritajiet tal-Iżlanda li s-sehem ta’ Síminn żdied minn EUR 155 000 għal EUR 4 690 000, f’termini relattivi s-sehem ta’ Síminn naqas minn 47,33 % għal 33,33 % (14-il punt perċentwali). Minbarra Telefonverkið, l-ishma tal-parteċipanti l-oħra kollha waqgħu wkoll (minn 1,33 % għal 0,33 %), li juri li f’termini relattivi l-operaturi kummerċjali telqu l-proġett.

X’aktarx li dan għandu jirriżulta mill-apparenza fqira tal-qligħ tal-kumpannija. Fl-ittra tagħhom ta’ Settembru tal-2004, l-awtoritajiet tal-Iżlanda ssottomettew li:

“Síminn ħasset li ż-żieda tal-kapaċità sabiex tintlaqa’ d-domanda prevista, u kif ukoll sabiex tipprovdi rotta ta’ sostituzzjoni għall-emerġenzi, kienet impenn finanzjarjament riskjuż, li jipprovdi ftit korrispettiv għall-investiment (speċjalment għal kumpannija limitata skedata għall-privatizzazzjoni). Sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib meħtieġ fil-kapaċità, partikolarment meta jitqies il-qafas ta’ żmien qasir disponibbli sakemm il-kapaċità tinqabeż mid-domanda, il-gvern intervjena”.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda jiddikjaraw ukoll li r-riluttanza tas-suq lejn il-proġett ġiet indikata fil-fażi preparatorja meta Síminn u Telefonverkið qabdu lil IBM Consulting sabiex tagħtihom parir dwar il-vijabbiltà tal-proġett u l-possibilitajiet tal-finanzjament tiegħu. Il-konklużjonijiet jissuġġerixxu b’mod assertiv li l-finanzjament ma setax isir b’mezzi tradizzjonali (41).

Jidher minn dan li n-nuqqas inizjali ta’ impenn minn investituri privati kien ir-raġuni għas-sottoskrizzjoni taż-żieda meħtieġa fil-kapital mill-Gvern fil-bidu tal-2003 (42), li żied il-parteċipazzjoni tal-istat f’Farice hf.

Iż-żieda fis-sehem tal-Istat tal-Iżlanda f’Farice kienet akkumpanjata wkoll mill-għoti ta’ garanzija mill-istat sabiex jiġi kopert is-self A Term ta’ EUR 9,4 miljun, evalwat hawn fuq f’din id-Deċiżjoni. Skont il-Kapitolu 19.6 (d) tal-Linji Gwida, hemm preżunzjoni ta’ għajnuna mill-istat fejn l-intervent tal-awtoritajiet jieħu l-forma ta’ akkwist ta’ holding magħqud ma’ tipi oħra ta’ interventi li jeħtieġu li jiġu notifikati skont l-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

Iż-żieda tal-kapital azzjonarju f’sitwazzjoni fejn ebda investitur privat ma kien qed iżid il-kapital azzjonarju tiegħu bl-istess proporzjon, għalhekk ippreżentat vantaġġ lil kumpannija individwali, Farice hf. u tnaqqis ta’ riżorsi tal-istat.

L-intervent tal-Istat saħħaħ il-pożizzjoni ta’ Farice hf. li tassigura l-finanzjament tal-proġett fil-konfront ta’ kompetituri li ma jibbenefikawx minn tali parteċipazzjoni tal-istat (eż. in-netwerk CANTAT-3) f’sitwazzjoni fejn operaturi privati m’humiex lesti jiġbru fondi addizzjonali. Il-konsorzju li jopera n-netwerk CANTAT-3 jinkludi, inter alia, l-operatur Iżlandiku tat-telekomunikazzjoni Landssími Íslands hf., Teleglobe u Deutsche Telekom. CANTAT-3 għandu punti ta’ konnessjoni fil-Kanada, l-Iżlanda, il-Gżejjer Faeroe, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Ġermanja.

Barra min hekk, iż-żieda fl-ishma tikkonċerna proġett ġestit minn operaturi tan-negozju multinazzjonali u tikkostitwixxi attività soġġetta għall-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Għalhekk, il-miżura twassal għal distorsjoni għall-kompetizzjoni u teffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

1.3.   KONKLUŻJONI

Għar-raġunijiet hawn fuq imsemmija, l-Awtorità tikkonkludi li l-garanzija mill-Istat għas-Self A Term u ż-żieda fl-ishma tal-kapital mill-Istat tal-Iżlanda jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.   REKWIŻITI PROĊEDURALI

Skont l-Artikolu 1(3) fil-Part I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, “l-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA għandha tkun informata, fi żmien suffiċjenti sabiex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, fir-rigward ta’ kwalunkwe pjanijiet li tingħata għajnuna jew li l-għajnuna tiġi varjata.” Skont l-Artikolu 2(1) moqri flimkien mal-Artikolu 3 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, “kwalunkwe pjanijiet sabiex tingħata għajnuna ġdida għandhom jiġu nnotifikati lill-Awtorità fi żmien suffiċjenti mill-Istat tal-EFTA kkonċernat u m’għandhomx jidħlu fis-seħħ qabel mal-Awtorità tkun ħadet, jew tkun meqjusa li ħadet, deċiżjoni li tawtorizza din l-għajnuna.”

Farice hf. ġiet stabbilita fl-2002 u x-xogħol ta’ kostruzzjoni kien diġà mibdi f’Ġunju tal-2003. Il-kejbil ġie uffiċjalment miftuħ fi Frar tal-2004 (43). Iż-żieda fl-ishma tal-kapital seħħet f’Jannar tal-2003 u l-garanzja għall-ġbir mill-awtoritajiet tal-Iżlanda hija datata s-27 ta’ Frar tal-2004, jiġifieri qabel ma l-Awtorità kellha ċans tesprimi ruħha fir-rigward tan-notifika tal-miżuri fis-27 ta’ Frar 2004. Għalhekk, l-awtoritajiet tal-Iżlanda daħħlu fis-seħħ il-miżuri qabel mal-Awtorità tat deċiżjoni finali dwarhom.

Għalhekk l-Awtorità tinnota li l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma rrispettawx l-obbligu li ma jintroduċux miżuri inkompatibbli (stand-still obligation) stipulat fl-Artikolu 3 tal-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

3.   KOMPATIBBILTÀ

Fil-fehma tal-Awtorità, il-miżuri tal-għajnuna m’humiex konformi mal-eżenzjonijiet ipprovduti taħt l-Artikolu 59(2) (44) u l-Artikolu 61(2) jew (3)(a) u (d) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Kif ġie dikjarat fid-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, fil-fehma tal-Awtorità, l-appoġġ mill-Istat ma jistax ikun ġustifikat taħt l-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. Huwa ammess li l-eżistenza ta’ konnettività internazzjonali affidabbli tista’ tiġi kkunsidrata ta’ interess ġenerali taħt ċerti cirkostanzi. Filwaqt li l-proġett huwa transnazzjonali, dan m’huwiex biżżejjed sabiex il-proġett jiġi aċċettat taħt l-eżenzjoni tal-Artikolu 61(3)(b) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-għajnuna in kwistjoni hija rappreżentata fil-forma ta’ għajnuna settorjali, li minnha tibbenefika kumpannija individwali (Farice hf.) u li hija miġjuba bħala riżultat ta’ inizjattiva privata ta’ grupp ta’ operaturi tan-negozju aktar milli tikseb riżultati pożittivi aktar wiesa’ għall-ekonomija Ewropea jew milli toħloq effetti importanti għas-soċjetà ġenerali. Il-proġett ma jaġevolax iż-Żona Ekonomika Ewropea bħala entità sħiħa (45) u huwa wkoll lilhinn minn kwalunkwe qafas ta’ azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam (46)

Jeħtieġ li jiġi evalwat jekk l-għajnuna tistax tkun ġustifikata taħt l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE. Taħt din id-dispożizzjoni għajnuna tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli jekk “tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni”.

L-Awtorità tikkunsidra li l-evalwazzjoni ta’ kompatibbiltà għandha tkun ibbażata direttament fuq l-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE. Sabiex tkun ikkunsidrata kompatibbli taħt din id-dispożizzjoni, il-miżura ta’ għajnuna mill-Istat għandha tkun meħtieġa u proporzjonali għall-għan intiż.

3.1.   IL-ĦTIEĠA TAL-MIŻURI TAL-GĦAJNUNA

L-Awtorità tinnota li l-proġett huwa intiż sabiex tiġi żgurata l-konnettività tal-Internet mal-Iżlanda billi jkun hemm metodu ta’ trasmissjoni affidabbli li għalih il-konnessjoni preċedenti CANTAT-3 isservi bħala back-up. Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, l-Iżlanda hija partikolarment dipendenti fuq l-aċċess għal konnettività tat-telekomunikazzjoni ekonomika u affidabbli. Kif jidher mis-Sezzjoni I.2 ta’ din id-Deċiżjoni, alternattivi fil-forma tal-kejbil CANTAT-3 jew satelliti eżistenti ma kinux għażliet dejjiema, u dan minħabba l-limitazzjonijiet tekniċi tagħhom jew id-dipendenzi tagħhom fuq azzjonisti ta’ konsorzja oħra (CANTAT-3 (47)) jew l-ispejjeż li qed jiżdiedu tagħhom (satelliti). Il-kejbil il-ġdid ta’ taħt il-baħar, li għandu jsir il-konnessjoni prinċipali ta’ trasmissjoni għall-Iżlanda, għandu kapaċitajiet akbar, huwa aktar affidabbli u – flimkien mas-sostenn minn CANTAT-3 – jista’ jiżgura il-provvista ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni lill-Iżlanda. Id-disponibbiltà tal-broadband  (48) ġiet meqjusa fil-politika tal-Kummissjoni u fid-deċiżjoniet dwar l-għajnuna mill-Istat (49) bħala għan leġittimu u tip ta’ servizz li min-natura tiegħu kapaċi jaffettwa b’mod pożittiv il-produttività u t-tkabbir ta’ numru kbir ta’ setturi u attivitajiet.

Kif jidher mill-passat tagħha (b’mod partikolari l-istudju ta’ fattibbiltà ta’ Marzu 2002), il-proġett Farice ma kienx kapaċi joħroġ bħala inizjattiva purament privata. Kemm l-għotja ta’ garanzija mill-istat kif ukoll iż-żieda tal-ishma tal-kapital irriżultaw mill-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni akbar mill-istat sabiex jagħmel il-proġett ekonomikament vijabbli. Mingħajr il-parteċipazzjoni tal-istat, il-proġett kien jiddewwem jew altrimenti ma jsir xejn. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Awtorità tikkunsidra li s-sostenn tal-istat kien meħtieġ skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.2.   IL-PROPORZJONALITÀ TAL-MIŻURI TAL-GĦAJNUNA

Sabiex il-miżuri tal-għajnuna jkunu kompatibbli mal-Artikolu 61(3)(ċ) tal-Ftehim taż-ŻEE, għandhom ikunu wkoll proporzjonali għall-għan u ma joħolqux distorsjoni għall-kompetizzjoni sa grad kuntrarju għall-interess komuni. Il-kompromess bejn il-vantaġġi fis-sens ta’ garanzija ta’ provvista affidabbli ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet għall-Iżlanda għandu jiġi mwieżen mal-iżvantaġġi tad-distorsjoni għall-kompetizzjoni b’paragun mal-kompetituri, li m’għandhomx aċċess għall-fondi pubbliċi meta jagħmlu proġetti simili.

La l-kostruzzjoni u lanqas il-ġestjoni tal-kejbil ma ngħataw lil Farice hf. wara sejħa miftuħa għall-offerti. Fl-opinjoni tal-Awtorità, l-informazzjoni mifruxa dwar dan il-proġett skont kif jasserixxu l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma tistax tissostitwixxi proċedura formali ta’ sejħa għall-offerti, b’mod partikolari peress li din il-parteċipazzjoni kienet limitata lil partijiet mill-Iżlanda u mill-Gżejjer Faeroe (50). Is-sejħa għal offerti miftuħa, għalkemm mhux neċessarjament mandatorja, kienet ikkunsidrata bħala element pożittiv għall-approvazzjoni ta’ proġetti broadband fil-prattika tal-Kummissjoni (51). F’dawn id-deċiżjonijiet ġie partikolarment enfasizzat li l-għoti tal-ġestjoni tal-kejbil lil ġestitur tal-beni indipendenti jassigura aħjar in-newtralità tal-ġestitur tal-infrastruttura milli f’sitwazzjoni fejn il-fornitur tas-servizz ikollu kontroll fuq l-infrastruttura, kif inhu l-każ hawnhekk.

L-Awtorità tinnota b’mod pożittiv li l-Ftehim tal-Azzjonisti jipprovdi għal prezzijiet trasparenti u mhux diskriminatorji f’termini tas-suq. Il-politika tal-prezzijiet tidher trasparenti, l-iskeda tinsab pubblikata fuq il-websajt ta’ farice hf. u tinkludi l-formola użata sabiex tikkalkula l-prezzijiet.

Barra minn hekk, il-ftehim tal-azzjonisti huwa fil-prinċipju miftuħ għal azzjonisti ġodda. Fid-Deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali l-Awtorità qajmet dubji dwar il-pożizzjoni ta’ azzjonisti ġodda fil-konfront tal-partijiet fundaturi. Dawn id-dubji kienu prinċipalment ibbażati fuq is-sezzjoni 7 tal-Ftehim tal-Azzjonisti li tipproteġi l-pożizzjoni tal-fundaturi billi tagħtihom il-possibbiltà li jżommu l-pożizzjoni tagħhom tal-ekwità. Fil-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-Awtorità (52), madankollu, l-awtoritajiet tal-Iżlanda kienu kontra d-dubji tal-Awtorità u enfasizzaw id-distinzjoni bejn l-aċċess għall-proprjetà tal-kumpannija u l-aċċess għall-kejbil tat-telekomunikazzjoni. Kif dikjarat fil-paragrafu preċedenti, il-Ftehim tal-Azzjonisti jipprovdi għal prezzijiet trasparenti u mhux diskriminatorji f’termini tas-suq u għalhekk jagħti aċċess adegwat għall-kejbil tat-telekomunikazzjoni.

L-għajnuna tentattivament ikkalkulata fir-rigward tal-garanzija mill-istat (1,62 % (53) jew xi EUR 1,4 million) hija pjuttost limitata, meta mqabbla mal-ispejjeż totali tal-investiment ta’ EUR 48,9 miljun, peress li tammonta għal 2,9 %. Fir-rigward taż-żieda fis-sehem tal-Istat tal-Iżlanda, f’Ġunju 2003 il-kapital azzjonarju tal-Istat kien diġà naqas għal 41 %, filwaqt li żdiedu l-azzjonijiet tal-ekwità ta’ operaturi privati oħra bħall-Og Vodafone. L-awtoritajiet tal-Iżlanda rrimarkaw li minkejja l-ftuħ tal-azzjonisti preżenti għal azzjonisti ġodda, ebda kumpannija oħra ma wriet interess fil-proġett (54). Il-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna mill-Istat involut bħala riżultat taż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Istat tal-Iżlanda m’huwiex eżerċizzju faċli. Madankollu, anke jekk wieħed imur fl-estrem u jikkunsidra iż-żieda kollha tal-kapital bħala għajnuna mill-Istat u anke jekk wieħed jikkunsidra s-self A Term fl-intier tiegħu bħala għajnuna mill-Istat (55), l-ammont globali tal-involviment tal-Istat tal-Iżlanda jkun madwar EUR 15,5 miljun. Dan huwa madwar 32 % tal-ispejjeż tal-investiment tal-proġett Farice. (56)

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja stabbiliet li evalwazzjoni ta’ kompatibbiltà taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat m’għandhiex tipproduċi riżultat li jkun kuntrarju għal dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat. Għalhekk, għall-evalwazzjoni taħt id-dispożizzjonjiet tal-għajnuna mill-Istat, huwa rilevanti wkoll jekk is-sostenn mill-istat jingħatax lil proġett li jista’ jqajjem tħassib dwar il-kompetizzjoni skont l-applikazzjoni tal-Artikolu 53 u/jew 54 tal-Ftehim taż-ŻEE (57). F’dan ir-rigward, l-Awtorità innotat inter alia fid-deċiżjoni li tinbeda il-proċedura ta’ investigazzjoni formali li għalkemm l-infrastruttura eżistenti CANTAT-3 għadha fis-seħħ, (58) kien hemm – fost materji oħra – tħassib li fil-futur, il-konnettività kollha CANTAT-3 għall-Iżlanda tgħaddi minn E-Farice hf, li għandha l-maġġoranza tal-ishma ta’ Farice hf. (59). Għalhekk, l-Awtorità kienet imħassba li l-kompetizzjoni tal-konnettività għall-Iżlanda tiġi eliminata, peress li kien jibqa’ biss fornitur wieħed fis-suq. Dan it-tħassib ġie issa mwarrab.

Il-proġett Farice huwa pro-kompetittiv bil-ħolqien ta’ kanal ġdid għal konnettività internazzjonali fejn qabel kien hemm biss l-offerta ta’ CANTAT-3.

Barra minn hekk, bħala riżultat tal-prezzijiet ta’ Farice hf., li huma għoljin meta mqabbla ma’ prezzijiet internazzjonali, ix-xerrejja tal-kapaċità bl-ingrossa fl-Iżlanda, minbarra l-fundaturi ta’ Farice, kellhom tendenza li jużaw il-kapaċità CANTAT-3, li Teleglobe toffri bi prezzijiet baxxi. Dan juri li Farice ma tidhirx li hija kapaċi tikkontrolla l-prezzijiet jew il-provvista fis-suq għall-konnettività internazzjonali minn/għall-Iżlanda taħt il-kundizzjonijiet tas-suq preżenti. L-awtoritajiet tal-Iżlanda jistmaw li fil-preżent Teleglobe qed tbiegħ kapaċità lill-klijenti mill-Iżlanda li tammonta għal madwar 50 % tal-volum li jgħaddi minn Farice. Ma jidhirx li l-politika tal-prezzijiet ta’ Farice hf huma ferm inqas minn dawk ta’ CANTAT-3 u li tista’ telimina lil dak il-kompetitur mis-suq. Klijenti li jixtru bl-ingrossa li huma affiljati mal-fundaturi ta’ Farice hf. jistgħu jevitaw l-użu tal-kejbil ta’ Farice u fil-fatt hekk għamlu.

L-awtoritajiet tal-Iżlanda għamlu reazzjoni wkoll għat-tħassib li ntwera fid-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali li Farice hf. oriġinalment kienet qed tippjana xiri/kiri konġunt ta’ medda ta’ frekwenza akbar fil-CANTAT-3 sabiex tgħaqqad iż-żewġ sistemi. Dan ix-xiri komprensiv ta’ kapaċità disponibbli kien effettivament jelimina lit-Teleglobe li tikkompeti ma’ Farice. L-awtoritajiet tal-Iżlanda ddikjaraw li Farice hf. jew E-Farice ehf. m’għandhomx fil-preżent pjanijiet li jixtru jew jikru aktar kapaċità CANTAT-3 u li d-diskussjonjiet miżmuma ma’ Teleglobe (60) xi snin ilu ma wasslu għal ebda ftehim. Illum is-sitwazzjoni hi li kemm Farice kif ukoll il-kapaċità CANTAT-3 huma disponibbli għal u mill-Iżlanda. Barra minn hekk, hemm operaturi oħra, bħal TDC u T-Systems li jipprovdu kapaċità fuq il-CANTAT-3 għall-Iżlanda, għalkemm dan isir fuq skala iżgħar.

Għalhekk, fis-sitwazzjoni preżenti, ma hemmx bażi għall-Awtorità li tkun ikkonċernata mill-aspetti tal-kompetizzjoni u l-proċedimenti tal-kompetizzjoni li jikkorrispondu huma magħluqa.

4.   KONKLUŻJONI

Fuq il-bażi ta’ din l-evalwazzjoni, l-Awtorità tikkunsidra li l-appoġġ favur Farice hf huwa kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE. Minkejja dan, l-Awtorità tinnota b’dispjaċir li l-miżuri ġew implimentati qabel mal-Iżlanda nnotifikat lill-Awtorità bil-garanzija mill-Istat u qabel mal-Awtorità waslet għal deċiżjoni finali dwar l-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tal-miżuri.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-appoġġ favur Farice hf. fil-forma ta’ garanzija mill-Istat għal self u żieda fil-kapital jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim taż-ŻEE skont it-tifsira tal-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Iżlanda.

Artikolu 3

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hija awtentika.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2006.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA,

Bjørn T. GRYDELAND

President

Kristján A. STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Awtorità.

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE.

(3)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar il-Sorveljanza u l-Qorti.

(4)  Il-Linji Gwida dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 3 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, adottati u maħruġa mill-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-ĠU 1994 L 231, is-Supplimenti taż-ŻEE 3.9.94 Nru 32. Il-Linji Gwida ġew emendati l-aħħar fid-19 ta’ Marzu 2006. Minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat.

(5)  Ippubblikat fil-ĠU C 277, 10.11.2005 u s-Suppliment taż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-UE Nru 56, 10.11.2005, p. 14.

(6)  Għal aktar informazzjoni dettaljata dwar id-diversi ittri bejn l-Awtorità u l-Awtoritajiet tal-Iżlanda, qed issir referenza għad-Deċiżjoni tal-Awtorità li jingħata bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, Deċiżjoni Nru 125/05/COL, ippubblikata fil-ĠU C 277, 10.11.2005, p. 14.

(7)  ĠU C 277 tal-10.11.2005 u s-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-UE Nru 56 tal-10.11.2005, p. 14.

(8)  Skond id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 21 mal-Ftehim taż-ŻEE u l-Artikolu 11 ta’ Kapitolu II, Protokoll 4 mal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(9)  Il-konsorzju inkluda inter alia l-operatur Iżlandiku tat-telecom Landssími Íslands hf., Teleglobe u Deutsche Telekom.

(10)  Is-sehem tal-Istat tal-Iżlanda f’Síminn inbiegħ lil Skipti ehf. effettiv f’Awissu 2005.

(11)  Ara r-Rapport fil-Qosor, ipprovdut bħala anness 1 man-notifika.

(12)  Ara wkoll il-kumment li ġej mill-awtoritajiet tal-Iżlanda: “Għalkemm il-fornitur tas-servizz universali magħżul, u bħala tali rikjest li jipprovdi komunikazzjoni assigurata fuq distanza twila, Síminn ħasset li ż-żieda tal-kapaċità sabiex tintlaqa’ d-domanda, u kif ukoll sabiex tiġi pprovduta rotta alternattiva għall-emerġenzi, kienet impenn finanzjarjament riskjuż, li jipprovdi korrispettiv żgħir għall-investiment. Il-gvern intervjena sabiex jiġi ffaċilitat it-titjib meħtieġ fil-kapaċità, partikolarment meta jitqis il-qafas ta’ żmien qasir disponibbli sakemm il-kapaċità tinqabeż mid-domanda”.

(13)  Fl-2003, E-Farice ehf kellha 80 % tal-ishma ta’ Farice hf, bir-rimanenti 20 % tal-ishma miżmuma minn Føroya Tele (19,93 %) u partijiet oħra mill-Gżejjer Faeroe (b’kollox 0,6 %).

(14)  Ir-rapport IBM huwa rapport sottomess mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, li jagħti sommarju dwar l-isfond u l-istatus preżenti tal-proġett Farice. Huwa jiddiskrivi l-idea tal-proġett, il-pjan tan-negozju u l-istruttura tan-netwerk kif ukoll il-ħtieġa ta’ kejbil ġdid.

(15)  Ir-rapport IBM jenfasizza l-possibbiltà tan-negozju li x-xiri minn E-Farice tal-konnettività ta’ CANTAT-3 jipprovdi l-possibbiltà li ż-żewġ sistemi tal-kejbil jingħaqdu b’mod tali li Farice hf. tkun tista’ toffri lill-klijenti tagħha konnettività assigurata. Ir-rapport jiddeskrivi ulterjorment in-negozjati ta’ E-Farice ma’ Teleglobe sabiex tinkera l-kapaċità addizzjonali ta’ CANTAT-3. Ġie diskuss jekk Farice hf. jew E-Farice għandhiex tikri l-kapaċità kollha disponibbli lill-Iżlanda u l-Gżejjer Faeroe.

(16)  Kontribuzzjonijiet inizjali tal-kapital, li ġew aktar tard mibdula. Il-kumpannija holding E-Farice għandha l-ishma kollha tal-partijiet mill-Iżlanda f’Farice hf.

(17)  It-terminu backhaul ħafna drabi jirreferi għat-trasmissjoni minn sit remot jew netwerk għal sit ċentrali jew ewlieni. Id-definizzjoni oriġinali ta’ backhaul kienet it-trasmissjoni ta’ sejħa bit-telefon jew data lil hinn mid-destinazzjoni normali tagħha u imbagħad lura mill-ġdid sabiex jintuża l-persunal disponibbli (operaturi, aġenti, eċċ.) jew apparat tan-netwerk li ma jkunx fil-post tad-destinazzjoni. It-terminu żviluppa f’tifsira aktar ġenerika. Din timplika partikolarment linja ta’ kapaċità għolja.

(18)  Għalkemm fl-ittra li takkompanja n-notifika hemm referenza għal Libor bħala l-bażi għall-istabbiliment tar-rata tal-imgħax għas-self għal kull parti, il-klawsola 7.1 tal-Ftehim tas-Self tirreferi għal Euribor. Għal din ir-raġuni, l-Awtorità tikkunsidra li r-rata Euribor hija r-referenza valida għad-determinazzjoni tar-rata tal-imgħax applikabbli għas-self għal kull perjodu tal-imgħax.

(19)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet tal-Iżlanda datata t-8 ta’ Ġunju 2004, paġna 7.

(20)  Peress li l-awtoritajiet tal-Iżlanda ma użawx l-istess rata ta’ konverżjoni fit-tabella kollha, l-Awtorità mmodifikat it-tabella sottomessa mill-awtoritajiet tal-Iżlanda, safejn jikkonċerna ċ-ċifri Ewro. Hija kkalkulat iċ-ċifri Euro fit-tabella skont ir-rati tagħha ta’ konverżjoni ppubblikati fil-paġna tal-web tagħha http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/dbaFile791.html. Għal fażi tal-preparazzjoni hija użat ir-rata ta’ konverżjoni tal-2002 ta’ 91,58. Għaċ-ċifri tal-2003, hija użat ir-rata ta’ konverżjoni tal-2003 ta’ 84,32.

(21)  Peress li s-Self B Term huwa pprovdut minn żewġ kredituri differenti.

(22)  Skont id-Dokument ta’ Sigurtà tal-Ftehim tas-Self titolu ta’ sigurtà aqwa minn oħrajn fuq art u beni huwa rreġistrat għall-ammont ta’ EUR 34,5 miljun.

(23)  Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tas-Self jipprevedi l-possibilità ta’ ħlas minn qabel tas-self kollu jew parti minnu, minbarra s-Self A Term, mingħajr ebda imposta minħabba ħlas minn qabel.

(24)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet tal-Iżlanda datata l-21 ta’ Jannar 2005, paġna 9.

(25)  Ara paġna 11 tad-Deċiżjoni tal-Awtorità Nru 125/05/COL.

(26)  L-awtoritajiet tal-Iżlanda ma jikkunsidrawx dan l-aspett, iżda jħarsu lejn kemm huwa adegwat il-prezz tas-suq bħala tali. Ir-riżultat huwa li l-fatt li l-garanzija mill-istat wasslet għal kundizzjonijiet tas-self aħjar mill-kundizzjonijiet tas-suq, la huwa kkunsidrat taħt it-tieni kundizzjoni (ara hawn fuq) u lanqas taħt ir-raba’ kundizzjoni.

(27)  Skond il-klawsola 7.4 tal-Ftehim tas-Self, huwa biss il-marġni għas-Self A Term li jista’ jiġi modifikat wara l-iffirmar tal-ftehim. Din l-emenda tista’ sseħħ fit-18 ta’ Marzu 2011 u tkun effettiva sad-data tal-maturità tas-self. Peress li din tiddependi minn negozjati futuri, l-Awtorità m’hijiex f’pożizzjoni tevalwa jekk dan il-marġni modifikat jikkostitwixxix għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE jew jekk tkunx tista’ tiġi awtorizzata kwalunkwe għajnuna possibbli. Madankollu, l-awtoritajiet tal-Iżlanda jkunu jistgħu jidentifikaw l-eżistenza ta’ element ta’ għajnuna għal kwalunkwe emenda fil-futur bl-applikazzjoni tal-parametri tal-kalkulazzjoni stabbiliti fil-paragrafu preċedenti u, fil-każ tal-eżistenza ta’ element ta’ għajnuna, tkun meħtieġa n-notifika tal-miżura tal-għajnuna lill-Awtorità.

(28)  Euribor + 1,50 % p.a.-(Euribor + 0,18 %p.a.)-0,50 % = 0,82 %.

(29)  Fuq il-bażi tal-kalkolu li ġej: EUR 438 839/0,5 × 0,82 = EUR 719 695.

(30)  http://epp.eurostat.ec.europa.eu/cache/ITY_PUBLIC/EYC/EN/eyc-EN.htm#historical

(31)  Euribor + 2,30 % p.a.-(Euribor + 0,18 %p.a.)-0,50 % = 1,62 %.

(32)  EUR 438 839/0,5 × 1,62 = EUR 1 421 838.

(33)  2.30 – 0.18 (ir-rata ta’ imgħax tas-Self A Term).

(34)  Komunikazzjoni tat-13.2.2001, COM(2001) 35 finali.

(35)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 527/02 – Il-Greċja Appoġġ finanzjarju għal kumpannija privata għat-tfassil, il-kostruzzjoni, l-ittestjar u l-ikkummissjonar tal-pajpijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni għall-provvista tal-Ajruport Internazzjonali ġdid ta’ Ateni.

(36)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C 67-69/2003 dwar l-għajnuna għall-kostruzzjoni ta’ pajp tal-propilin bejn Rotterdam, Antwerp u ż-żona Ruhr, paragrafu 48. L-argument mill-awtoritajiet tal-Iżlanda li d-Direttiva 2002/20/KE tirrikjedi biss awtorizzazzjoni ġenerali (u mhux tender) huwa validu, iżda mhux rilevanti għall-finijiet tal-għajnuna mill-istat. Taħt id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-istat, it-twettiq tat-tender huwa wieħed mill-elementi sabiex jiġi evalwat jekk miżura tkunx tista’ tiġi kkwalifikata bħala infrastruttura.

(37)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 527/02 – Il-Greċja Appoġġ finanzjarju għal kumpannija privata għat-tfassil, il-kostruzzjoni, l-ittestjar u l-ikkummissjonar tal-pajpijiet tal-fjuwil tal-avjazzjoni għall-provvista tal-Ajruport Internazzjonali ġdid ta’ Ateni. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 860/01 – L-Awstrija dwar ir-riżort tal-iskijjar Mutterer Alm fejn it-tħaddim ta’ ski lifts ġie kkunsidrat bħala attività ekonomika għall-benefiċċju tal-operatur tal-iski lift u għalhekk ma jikkostitwixxix miżura tal-infrastruttura. Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C 67-69/2003, paragrafu 48.

(38)  Ara Kawża T-128/98 Aéroports de Paris vs il-Kummissjoni Ewropea [2000] ECR II-3929.

(39)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni N 213/2003 – Proġett Atlas, infrastruttura broadband għall-parks kummerċjali.

(40)  Ara sezzjoni I 2.2.b ta’ din id-Deċiżjoni.

(41)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet tal-Iżlanda datata l-25 ta’ Ġunju 2004, paġna 3.

(42)  L-Awtorità hija konxja mir-referenza tal-awtoritajiet tal-Iżlanda għad-dikors taċ-Chairman tal-bord ta’ Farice hf. tal-24 ta’ Jannar 2004. Mandankollu, dan id-diskors jgħid biss li hemm “każ ta’ negozju modestament profitabbli” u li l-operaturi privati pprovdew ukoll titoli ta’ sigurtà.’ Dan il-punt tal-aħħar ma ġie qatt miċħud mill-Awtorità; il-kwistjoni dwar jekk iż-żieda tal-ishma mill-Istat hijiex proporzjonali baqgħet, madankollu, mingħajr tweġiba.

(43)  Stqarrija għall-istampa tat-3 ta’ Frar 2004.

(44)  L-awtoritajiet tal-Iżlanda ma pprovdewx informazzjoni li tippermetti lill-Awtorità tagħmel evalwazzjoni taħt dik id-dispożizzjoni.

(45)  Ara eż. Għajnuna mill-Istat N 576/98 ir-Renju Unit dwar iċ-Channel Tunnel Rail Link, fejn il-konnessjoni tal-linji ferrovjarji ta’ veloċità għolja kienet konnessjoni ta’ importanza madwar l-UE, aktar milli rilevanti għal Stat Membru wieħed jew xi wħud.

(46)  Għal dan il-kriterju, ara eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/369/KE dwar għajnuna fiskali mogħtija lill-kumpanniji tal-ajru Ġermaniżi fil-forma ta’ faċilità ta’ deprezzament (ĠU L 146, 20.6.1996, p. 42).

(47)  Kif dikjarat fir-rapport fil-qosor sottomess mill-awtoritjaiet tal-Iżlanda fin-notifika tas-27 ta’ Frar 2004, il-membru tal-konsorzju Teleglobe, b’mod partikolari, kellha tiffaċċja diffikultajiet kummerċjali.

(48)  It-trasmissjoni tad-data fejn mezz wieħed jista’ jġorr diversi kanali f’daqqa. It-terminu jintuża wkoll sabiex titqabbel il-frekwenza bandwidth akbar minn minn frekwenzi narrowband ta’ 3 MHz. Il-broadband tista’ tittrasmetti aktar data b’aktar ħeffa.

(49)  Ara l-Pjan ta’ Azzjoni tal-e-Europe, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Soċjetà tal-informazzjoni għal kulħadd, 28.5.2002, COM(2002), 263 finali, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 213/2003 Proġett Atlas – infrastruttura broadband għall-parks kummerċjali u N 307/2004 Broadband fl-Iskozja – żoni remoti u rurali.

(50)  L-awtoritajiet tal-Iżlanda jiddikjaraw: “Kien hemm il-mira ta’ parteċipazzjoni mifruxa fl-Iżlanda u fil-Gżejjer Faeroe għal azzjonisti fil-proġett ta’ Farice u l-operaturi kollha tat-telekomunikazzjonijiet ġew mistiedna jipparteċipaw fl-istabbiliment tal-kumpannija.”

(51)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 307/2004, N 199/2004 u N 213/2003.

(52)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet tal-Iżlanda datata t-28 ta’ Ġunju 2006, paġna 5.

(53)  Euribor + 2,30 % p.a.-(Euribor + 0,18 %p.a.)-0,50 % = 1,62 %.

(54)  Ara l-ittra tal-awtoritajiet tal-Iżlanda datata t-28 ta’ Ġunju 2006, paġna 5.

(55)  Ara il-punt 17.3 tal-Kapitolu 17 tal-Linji Gwida tal-Għajnuna mill-Istat, li jipprovdi li f’ċerti sitwazzjonijiet il-valur tal-garanzija jista’ jkun għoli daqs l-ammont effettivament kopert minn dik il-garanzija.

(56)  Per eżempju intensitajiet tal-għajnuna ta’ 35 % tal-ispejjeż totali ġew awtorizzati mill-Kummissjoni Ewropea fil-każ tal-għajnuna mill-Istat N 188/2006 - Latvia, għal proġett broadband f’żoni rurali.

(57)  Cf. Kawża C-225/91 Matra SA vs Il-Kummissjoni [1993] ECR-3203, paragrafu 41, Sentenza tal-Qorti tal-EFTA fil-Kawża E-09/04 The Bankers’ and Securities’ Dealers Association of Iceland vs L-Awtorità tas-Sorveljanza tal-EFTA, li għadha mhijiex ippubblikata, paragrafu 82.

(58)  Dwar il-koeżistenza tal-infrastruttura eżistenti, ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni N 307/2004, paragrafu 45, fejn hemm spjegat pożittivament li din timminimizza r-riskju ta’ dubblikazzjoni mhux meħtieġa u tillimita l-impatt ekonomiku għall-operaturi li diġà għandhom l-infrastruttura f’postha. Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni N 199/2004, paragrafu 41, N 213/2003, paragrafu 47.

(59)  Fl-2003, E-Farice ehf kellha 80 % tal-ishma ta’ Farice hf, bir-rimanenti 20 % tal-ishma miżmuma minn Føroya Tele (19,93 %) u partijiet oħra mill-Gżejjer Faeroe (b’kollox 0,6 %).

(60)  Teleglobe ssorpassat il-proċedimenti aktar bikrija taħt il-Kapitolu 11 u hija fil-preżent kumpannija kummerċjali tan-NASDAQ.


Corrigendum

5.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 36/84


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni

( Il-Gurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 396 tat-30 ta' Diċembru 2006, p. 1 . Verżjoni rettifikata fil- Gurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 136 tad-29 ta' Mejju 2007, p. 3 )

Ir-referenza segwenti hija għall-pubblikazzjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, kif emendata mir-Regolament (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1) u kif ġiet korretta f'Mejju 2008 mir-Rettifika tal-Artikolu 3(20)(c) (ĠU L 141, 31.5.2008, p. 22).

Din ir-Rettifika tħassar u tissostitwixxi r-Rettifika ppubblikata fil-ĠU L 141, 31.5.2008, p. 22, kif ġej:

Paġna 21, l-Artikolu 3(20)(c)

Flok:

“(c)

tqiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, jew fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, mill-manifattur jew l-importatur fi kwalunkwe żmien bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inklussivi, u qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kienet meqjusa bħala notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni ta' l-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda magħmula mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif disposta f'dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova dokumentata ta' dan;”

Aqra:

“(c)

tqiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, jew fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, mill-manifattur jew l-importatur qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kienet meqjusa bħala notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni ta' l-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda magħmula mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif disposta f'dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova dokumentata ta' dan, inkluża prova li s-sustanza tqiegħdet fis-suq minn kwalunkwe manifattur jew importatur bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inklussivi;”.