ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
Werrej |
|
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 97/2009 tat-2 ta’ Frar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-kummerċ strutturali, fir-rigward tal-użu tal-modulu flessibbli ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju ( 1 ) |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/85/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/86/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/87/KE |
|
|
* |
|
|
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE |
|
|
* |
||
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 95/2009
tat-2 ta’ Frar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
JO |
71,2 |
MA |
46,7 |
|
TN |
129,8 |
|
TR |
113,5 |
|
ZZ |
90,3 |
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
MA |
105,6 |
|
TR |
177,5 |
|
ZZ |
150,1 |
|
0709 90 70 |
MA |
126,0 |
TR |
118,0 |
|
ZZ |
122,0 |
|
0709 90 80 |
EG |
82,9 |
ZZ |
82,9 |
|
0805 10 20 |
EG |
51,5 |
IL |
50,4 |
|
MA |
56,1 |
|
TN |
42,1 |
|
TR |
58,1 |
|
ZZ |
51,6 |
|
0805 20 10 |
IL |
190,1 |
MA |
88,0 |
|
TR |
63,0 |
|
ZZ |
113,7 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
70,2 |
IL |
78,6 |
|
JM |
75,5 |
|
PK |
73,9 |
|
TR |
64,2 |
|
ZZ |
72,5 |
|
0805 50 10 |
MA |
51,7 |
TR |
49,1 |
|
ZZ |
50,4 |
|
0808 10 80 |
CA |
86,3 |
CL |
67,8 |
|
CN |
66,2 |
|
MK |
31,6 |
|
US |
109,3 |
|
ZZ |
72,2 |
|
0808 20 50 |
CL |
71,6 |
CN |
33,7 |
|
TR |
40,0 |
|
US |
105,6 |
|
ZA |
88,5 |
|
ZZ |
67,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 96/2009
tat-2 ta’ Frar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 93/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Frar 2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Frar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2009 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 93/2009. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 93/2009 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 93/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-3 ta’ Frar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 29, 31.1.2009, p. 38.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-3 ta’ Frar 2009
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
1002 00 00 |
SEGALA |
20,60 |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
16,72 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
16,72 |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
20,60 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
30.1.2009
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 97/2009
tat-2 ta’ Frar 2009
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-kummerċ strutturali, fir-rigward tal-użu tal-modulu flessibbli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar l-istatistika tal-kummerċ strutturali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-ġbir, il-kumpilazzjoni, it-trażmissjoni u l-evalwazzjoni ta’ statistika tal-Komunità fuq l-istruttura, l-attività, il-kompetittività u r-rendiment tan-negozji fil-Komunità. |
(2) |
L-użu tal-modulu flessibbli msemmi fl-Artikolu 3(2)(j) ta' dak ir-Regolament għandu jkun ippjanat b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri filwaqt li l-firxa, il-lista ta' karatteristiċi, il-perjodu ta' referenza, l-attivitajiet koperti u r-rekwiżiti ta' kwalità għandhom ikunu deċiżi. |
(3) |
L-aċċess għall-finanzi hija limitazzjoni prinċipali tal-politika f'ħafna mill-Istati Membri, kif ukoll fil-Komunità. Hemm evidenza qawwija li l-intrapriżi Ewropej ibatu minn nuqqas ta' finanzjament, speċjalment jekk jikbru b'rittmu mgħaġġel jew jekk għandhom karatteristiċi ta' intrapriża fil-bidu tagħha. Għaldaqstant hemm bżonn ta' statistiċi biex is-sitwazzjoni ta' dawn l-intrapriżi tista' tkun analizzata f'paragun mal-intrapriżi żgħar u medji kollha. Jekk possibbli, id-dejta għandha tinġabar minn sorsi eżistenti. |
(4) |
Kull dettall tekniku ieħor neċessarju għandu jkunu suġġett għal-linji gwida u r-rakkommandazzjonijiet definiti mill-Kummissjoni (Eurostat) f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-modulu flessibbli msemmi fl-Artikolu 3(2)(j) tar-Regolament (KE) Nru 295/2008 għandu jintuża għall-produzzjoni ta' statistiċi dwar l-aċċess għall-finanzi min-negozji. L-ambitu tal-ġbir tad-dejta għandu jkun l-intrapriżi fil-komunità kummerċjali mhux finanzjarja li impjegaw bejn 10 u 249 persuna fl-2005 u li kienu għadhom attivi fl-2008 u li jkollhom 10 persuni jew aktar impjegati magħhom fil-perjodu ta' referenza kif imsemmi fl-Artikolu 6, u li huma intrapriżi ta' tkabbir mgħaġġel ta' sotto-popolazzjoni (tkabbir annwali medju fl-impjiegi ta' aktar minn 20 % kull sena matul il-perjodu mill-2005 sal-2008) u “għażżiela” (intrapriżi bi tkabbir mgħaġġel li għandhom sa ħames snin), mwaqqfa għall-ewwel darba fl-2003 jew fl-2004.
Artikolu 2
Sabiex ikun limitat il-piż fuq l-intrapriżi u l-ispejjeż għall-Istati Membri, jekk huwa possibbli, għandhom jintużaw sorsi ta' dejta eżistenti.
Artikolu 3
Il-karatteristiċi inklużi fil-kollezzjoni tad-dejta għandhom ikunu:
(a) |
ir-rilevanza tas-sitwazzjoni tas-sjieda dakinhar tat-twaqqif tal-intrapriża u fil-ħin tal-osservazzjoni għall-aċċess għall-finanzi; |
(b) |
il-grad u r-rata ta' suċċess tal-isforzi kollha għall-kisba ta' diversi finanzjamenti interni u esterni u r-raġunijiet għalfejn dan il-finanzjament ma nkisibx; |
(c) |
l-ammont ta' garanziji għas-self kummerċjali; |
(d) |
il-perċezzjoni tas-sid/amministratur tal-ispejjeż u d-diffikultà biex jinkiseb self kummerċjali u tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-intrapriża; |
(e) |
l-importanza tal-għażla tal-istituzzjoni finanzjarja (prossimità ġeografika, b'mod partikolari sitwazzjonijiet transkonfinali, sjieda barranija vs. dik domestika, sitwazzjoni tal-klijenti preċedenti, eċċ.); |
(f) |
il-valur tad-dejn/bejgħ u korrelazzjonijiet oħra tal-karatteristiċi finanzjarji fil-kontabilità tal-intrapriża u l-importanza tagħhom għat-tkabbir tal-kummerċ fil-futur; |
(g) |
il-perċezzjoni tal-bżonn għall-finanzjament fil-futur u l-forom u r-raġunijiet ta' dan il-bżonn; |
(h) |
il-perċezzjoni tar-rabta bejn l-għażliet finanzjarji u d-disponibilità tagħhom u l-perspettivi għat-tkabbir fl-impjiegi; |
(i) |
il-perċezzjoni tal-piż amministrattiv b'mod ġenerali fuq l-intrapriżi; |
(j) |
l-isforz neċessarju biex jitwieġeb kwestjonarju (jekk ikun hemm bżonn) dwar l-aċċess għall-finanzi. |
Artikolu 4
L-attivitajiet li għandhom ikunu koperti huma l-aggregazzjonijiet li ġejjin tal-klassifikazzjoni tal-istatistika komuni tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea kif stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (NACE Rev. 2), sakemm dawn huma attivitajiet tas-suq:
(a) |
B sa E (industrija); |
(b) |
F (kostruzzjoni); |
(c) |
G sa N (servizzi, aggregati minbarra J, K (servizzi finanzjarji) u M); |
(d) |
J (servizzi tal-ICT); |
(e) |
M (servizzi professjonali, xjentifiċi u tekniċi). |
Artikolu 5
L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-Istati Membri għandhom jibagħtu r-riżultati dwar il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament, inkluża dejta kunfidenzjali, lill-Kummissjoni (Eurostat) skont id-dispożizzjonijiet Komunitarji eżsitenti dwar it-trażmissjoni tad-dejta li hija suġġetta għall-kunfidenzjalità tal-istatistika, b'mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni tad-dejta li hija suġġetta għall-kunfidenzjalità tal-istatistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (3).
Dawk id-dispożizzjonijiet tal-Komunità japplikaw għat-trattament tar-riżultati, sa fejn dawn jinkludu dejta kunfidenzjali. Id-dejta għandha tkun trażmessa fil-forma elettronika. Il-format ta' trażmissjoni għandu jkun konformi mal-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-dejta għand il-Kummissjoni (Eurostat).
Artikolu 6
Il-perjodu ta' referenza għandu jkun dak il-perjodu fl-2010 matul liema d-dejta hija miġbura min sorsi eżistenti jew mill-intrapriżi.
Artikolu 7
Ir-rekwiżiti ta' kwalità għandhom ikunu l-ġbir ta' settijiet ta' dejta li jkopru n-numru ta' unitajiet ta' statistika li jmiss għal kull Stat Membru li qed jipparteċipa:
— |
il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Italja u r-Renju Unit: 1 800 risposta mill-intrapriżi kull wieħed, jew l-ekwivalenti f'dejta eżistenti; |
— |
il-Belġju, il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Greċja, l-Olanda, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja: 900 risposta mill-intrapriżi kull wieħed, jew l-ekwivalenti f'dejta eżistenti; |
— |
id-Danimarka u l-Finlandja, 500 risposta mill-intrapriżi kull wieħed, jew l-ekwivalenti f'dejta eżistenti; |
— |
Il-Latvja u l-Litwanja: 300 risposta mill-intrapriżi kull wieħed, jew l-ekwivalenti f'dejta eżistenti; |
— |
Ċipru u Malta: 233 risposta mill-intrapriżi kull wieħed, jew l-ekwivalenti f'dejta eżistenti. |
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara dak tal-publikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 98/2009
tat-2 ta’ Frar 2009
li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Aceite de La Alcarria (DPO), Radicchio di Verona (IĠP), Zafferano di Sardegna (DPO), Huîtres Marennes Oléron (IĠP))
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1) [traduzzjoni mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Aceite de La Alcarria”, it-talbiet tal-Italja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet “Radicchio di Verona” u “Zafferano di Sardegna”, kif ukoll it-talba ta’ Franza għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Huîtres Marennes Oléron” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Frar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 112, 7.5.2008, p. 39 (Aceite de La Alcarria), ĠU C 114, 9.5.2008, p. 11 (Radicchio di Verona), ĠU C 117, 14.5.2008, p. 39 (Zafferano di Sardegna), ĠU C 118, 15.5.2008, p. 35 (Huîtres Marennes Oléron).
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:
Klassi 1.5. Żjut u sustanzi xaħmin (butir, marġerina, żjut, eċċ.)
SPANJA
Aceite de La Alcarria (DPO)
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali pproċessati jew mhumiex
L-ITALJA
Radicchio di Verona (IĠP)
Klassi 1.7. Ħut, molluski, krustaċej friski u prodotti magħmulin minnhom
FRANZA
Huîtres Marennes Oléron (IĠP)
Klassi 1.8. Prodotti oħrajn tal-Anness I għat-Trattat (ħwawar, eċċ.)
L-ITALJA
Zafferano di Sardegna (DPO)
DIRETTIVI
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/10 |
DIRETTIVA 2008/122/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Jannar 2009
dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Waqt li jaġixxu konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Mill-adozzjoni sal-lum tad-Direttiva 94/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 1994 dwar il-protezzjoni tax-xerrejja rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti marbutin max-xiri tad-dritt għall-użu ta’ proprjetà immobbli fuq bażi ta’ timeshare (3), it-timeshare evolviet u prodotti ġodda ta’ vaganza simili għaliha dehru fis-suq. Dawn il-prodotti ġodda ta’ vaganza u ċerti transazzjonijiet marbutin mat-timeshare, bħall-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju, mhumiex koperti mid-Direttiva 94/47/KE. Barra minn hekk, l-esperjenza fl-applikazzjoni tad-Direttiva 94/47/KE uriet li xi suġġetti li huma diġà koperti jeħtieġ li jiġu aġġornati jew iċċarati, bil-ħsieb tal-prevenzjoni tal-iżvilupp ta’ prodotti li jkollhom l-għan li jevadu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. |
(2) |
Il-lakuni regolatorji eżistenti joħolqu distorsjonijiet sinifikattivi ta’ kompetizzjoni u jikkawżaw problemi serji lill-konsumaturi, u b’hekk ixekklu l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Id-Direttiva 94/47/KE għandha għalhekk tiġi sostitwita b’direttiva ġdida aġġornata. Ladarba t-turiżmu għandu rwol dejjem aktar importanti fl-ekonomiji tal-Istati Membri, aktar tkabbir u produttività fl-industriji tat-timeshare u l-prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul għandhom ikunu mħeġġa billi jiġu adottati ċerti regoli komuni. |
(3) |
Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u jinkisbu bis-sħiħ il-benefiċċji tas-suq intern għall-konsumaturi u għall-istabbilimenti tal-kummerċ, il-liġijiet rilevanti tal-Istati Membri għandhom jiġu approssimati aktar. Għalhekk, ċerti aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ jew il-bejgħ mill-ġdid tat-timeshare u ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul kif ukoll l-iskambju ta’ drittijiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ timeshare għandhom ikunu armonizzati għal kollox. L-Istati Membri m’għandhomx jitħallew iżommu jew jintroduċu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom dispożizzjonijiet li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva. Fejn dispożizzjonijiet armonizzati bħal dawn ma jeżistux, l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jżommu jew jintroduċu leġiżlazzjoni nazzjonali f’konformità mal-liġi Komunitarja. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom, per eżempju, ikunu jistgħu iżommu fis-seħħ, jew jintroduċu, dispożizzjonijiet dwar l-effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar f’relazzjonijiet legali barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva jew dispożizzjonijiet li taħthom m’għandu jsir l-ebda impenn bejn konsumatur u l-kummerċjant ta’ timeshare jew ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, u lanqas xi ħlas bejn dawk il-persuni, sakemm il-konsumatur ma jkunx iffirma l-ftehim ta’ kreditu għall-finanzjament tax-xiri ta’ dawk is-servizzi. |
(4) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mill-Istati Membri, taħt il-liġi Komunitarja, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għal oqsma mhux koperti mill-ambitu tagħha. Stat Membru jista’ għalhekk iżomm jew jintroduċi leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkorrispondi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha dwar transazzjonijiet li jaqgħu barra l-ambitu ta’ din id-Direttiva. |
(5) |
Il-kuntratti differenti koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar b’tali mod li tiġi prekluż l-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha. |
(6) |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, “kuntratti ta’ timeshare” m’għandhomx jinftiehmu li jkopru riżervi multipli ta’ akkomodazzjoni, inklużi kmamar ta’ lukandi, sa fejn ir-riżervi multipli ma jimplikawx drittijiet u obbligi lil hinn minn dawk li jirriżultaw minn riżervi separati. Lanqas m’għandhom il-kuntratti ta’ timeshare jinftiehmu li jkopru kuntratti ta’ kera ordinarji billi dawn tal-aħħar jirriferu għal perijodu uniku kontinwu ta’ okkupazzjoni u mhux għal perijodi multipli. |
(7) |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, kuntratti dwar “prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul” m’għandhomx jinftiehmu li jkopru skemi ordinarji ta’ lealtà li jipprovdu skontijiet għal żjarat futuri f’lukandi li jagħmlu parti minn katina ta’ lukandi, u dan billi s-sħubija fl-iskema ma tinkisibx bil-korrispettiv u lanqas huwa l-korrispettiv imħallas mill-konsumatur primarjament għall-akkwist ta’ skontijiet jew benefiċċji oħrajn fir-rigward tal-akkomodazzjoni. |
(8) |
Din id-Direttiva m’għandhiex tinċidi fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KE tat-13 ta’ Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox inkluż (package travel), il-vaganzi kollox inkluż u t-tours kollox inkluż (4). |
(9) |
Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattika kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (“Direttiva dwar il-Prattika Kummerċjali Żleali”) (5) tipprojbixxi prattika kummerċjali qarrieqa, aggressiva, kif ukoll żleali fin-negozju mal-konsumatur. Minħabba n-natura tal-prodotti u l-prattika kummerċjali relatati mal-kuntratti tat-timeshare, ta’ bejgħ ta’ prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, ta’ bejgħ mill-ġdid u ta’ skambju, huwa kunsiljabbli li jiġu adottati dispożizzjonijiet aktar dettaljati u speċifiċi rigward ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni u inizjattivi ta’ bejgħ bi skont. L-għan kummerċjali tal-proposti għal inizjattivi ta’ bejgħ għandu jiġi ċċarat lill-konsumatur. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw informazzjoni prekuntrattwali u l-kuntratt għandhom jiġu ċċarati u aġġornati. Sabiex il-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jsiru jafu l-informazzjoni qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, din għandha tingħata b’mezzi li jkunu faċilment aċċessibbli għalihom f’dak il-mument. |
(10) |
Il-konsumatur għandu jkollu id-dritt, li l-kummerċjanti ma jistgħux jirrifjutaw, li jingħataw informazzjoni prekuntrattwali u l-kuntratt b’lingwa magħżula minnhom u li magħha huma jkunu familjari. Barra dan, sabiex jiġu ffaċilitati l-eżekuzzjoni u l-infurzar tal-kuntratt, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu li għandhom jingħataw lill-konsumatur verżjonijiet lingwistiċi oħrajn tal-kuntratt. |
(11) |
Sabiex il-konsumatur jingħata l-possibbiltà li jifhem bis-sħiħ x’inhuma l-obbligi u d-drittijiet tiegħu fil-kuntratt, għandu jingħata perijodu li matulu huwa jista’ jirtira mill-kuntratt mingħajr ma jkollu għalfejn jagħti raġuni u mingħajr ma jġarrab spejjeż. Bħalissa, it-tul ta’ dan il-perijodu jvarja bejn l-Istati Membri, u l-esperjenza turi li t-tul preskritt fid-Direttiva 94/47/KE m’huwiex twil biżżejjed. Għalhekk, il-perijodu għandu jiġi estiż, sabiex jinkisbu livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur u aktar ċarezza għall-konsumaturi u għall-kummerċjanti. It-tul tal-perijodu, il-modalitajiet u l-effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar għandhom jiġu armonizzati. |
(12) |
Il-konsumatur għandu jkollu rimedji effettivi fil-każ li l-kummerċjant ma jissodisfax id-dispożizzjonijiet dwar informazzjoni prekuntrattwali jew dwar il-kuntratt, b’mod partikulari dawk id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu li l-kuntratt għandu jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa u li l-konsumatur għandu jirċievi kopja tal-kuntratt fil-mument li dan jiġi konkluż. Barra r-rimedji li jeżistu taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-konsumatur għandu jibbenefika minn perijodu estiż ta’ rtirar fejn l-informazzjoni ma tkunx ġiet provduta mill-kummerċjant. L-eżerċizzju tad-dritt ta’ rtirar għandu jibqa’ bla ħlas matul dak il-perijodu estiż irrelevanti x’servizzi gawda minnhom il-konsumatur. L-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar ma timpedixxix lill-konsumatur li jfittex rimedji konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-ksur tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni. |
(13) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta’ żmien (6) għandu japplika għall-kalkolu tal-perijodi previsti f’din id-Direttiva. |
(14) |
Il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem lill-kummerċjant jew kwalunkwe parti terza qabel l-aħħar tal-perijodu ta’ rtirar għandha tiġi ċċarata sabiex tittejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur. Għal kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid, il-projbizzjoni ta’ ħlasijiet bil-quddiem għandha tapplika sakemm isir il-bejgħ proprju jew jintemm il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, iżda l-Istati Membri għandhom jibqgħu liberi li jirregolaw il-possibbiltà u l-modalitajiet ta’ ħlasijiet finali lill-intermedjarji fejn il-kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid jintemmu. |
(15) |
Għal kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-prezz li għandu jitħallas fil-kuntest ta’ skeda rateali ta’ ħlas jista’ jieħu in konsiderazzjoni l-possibbiltà li ammonti sussegwenti jistgħu jiġu aġġustati wara l-ewwel sena sabiex jiġi żgurat li jinżamm il-valur reali ta’ dawk il-ħlasijiet rateali, per eżempju biex jittieħed kont tal-inflazzjoni. |
(16) |
Fil-każ ta’ konsumatur li jirtira minn kuntratt fejn il-prezz kien parzjalment jew kopert kollu b’kreditu mogħti lill-konsumatur mill-kummerċjant jew minn parti terza fuq il-bażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm mingħajr ebda spiża għall-konsumatur. L-istess għandu japplika għal kuntratti għal servizzi relatati oħrajn mogħtija mill-kummerċjant jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u l-kummerċjant. |
(17) |
Il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt hija l-liġi ta’ Stat Membru. Il-liġi applikabbli għal kuntratt għandha tiġi stabbilita konformement mar-regoli Komunitarji dwar id-dritt privat internazzjonali, b’mod partikolari ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (7). Taħt dak ir-Regolament, il-liġi ta’ pajjiż terz tista’ tkun applikabbli b’mod partikolari fejn il-konsumaturi jisfgħu fil-mira tal-kummerċjanti waqt li jkunu qed jgħaddu vaganza f’pajjiż ieħor li ma jkunx il-pajjiz ta’ residenza tagħhom. Minħabba li tali prattika kummerċjali hija komuni fil-qasam kopert minn din id-Direttiva u minħabba li l-kuntratti jinvolvu ammonti konsiderevoli ta’ flus, għandha tingħata salvagwardja addizzjonali, f’ċerti sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari fejn il-qrati fi kwalunkwe Stat Membru jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-kuntratt, biex jiġi żgurat li l-konsumatur ma jiċċaħħadx mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva. Dan il-kunċett jirrifletti l-ħtiġijiet partikolari tal-protezzjoni tal-konsumatur li jirriżultaw mill-komplessità tipika, min-natura tal-perijodu fit-tul u mir-rilevanza finanzjarja tal-kuntratti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttivi. |
(18) |
Għandhom jiġu stabbiliti konformement mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (8) liema qrati għandhom ġurisdizzjoni fi proċedimenti li jkollhom bħala s-suġġett tagħhom materji koperti minn din id-Direttiva. |
(19) |
Sabiex ikun żgurat li l-protezzjoni mogħtija lill-konsumaturi konformement ma’ din id-Direttiva tkun effettiva bis-sħiħ, b’mod partikulari fir-rigward tal-osservanza mill-kummerċjanti tar-rekwiżiti għall-informazzjoni kemm fl-istadju prekuntrattwali kif ukoll fil-kuntratt, jeħtieġ li l-Istati Membri jistipulaw pieni effettivi, proporzjonali u disswasivi għall-ksur ta’ din id-Direttiva. |
(20) |
Jeħtieġ li jiġi żgurat li l-persuni jew organizzazzjonijiet li jkollhom, taħt il-liġi nazzjonali, interess leġittimu fil-kwistjoni jkollhom rimedji ġuridiċi biex jibdew proċedimenti kontra l-ksur ta’ din id-Direttiva. |
(21) |
Jeħtieġ li jiġu żviluppati proċeduri ta’ rimedji adatti u effettivi fl-Istati Membri sabiex jiġu riżolti d-disputi bejn il-konsumatur u l-kummerċjant. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom iħeġġu l-istabbiliment ta’ korpi pubbliċi jew privati sabiex jiġu riżolti d-disputi barra l-qorti. |
(22) |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur jkun infurmat effettivament bid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva u jħeġġu lill-kummerċjanti u lis-sidien ta’ kodiċijiet biex jinfurmaw lill-konsumatur bil-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom li jeżistu f’dan il-qasam. Bl-għan li jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi jistgħu jiġu infurmati u involuti fl-abbozzar tal-kodiċi ta’ kondotta. |
(23) |
Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Konformement mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex telimina l-ostakoli fis-suq intern u tikseb livell komuni għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. |
(24) |
Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tirrispetta l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(25) |
Taħt il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet (9), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom stess, li, sa fejn huwa possibbli, ser juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u jagħmluhom pubbliċi, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Għan u kamp ta’ applikazzjoni
1. L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament korrett tas-suq intern u biex jintlaħaq livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur, billi jiġu approssimati l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-kummerċjalizzazzjoni, bejgħ u bejgħ mill-ġdid ta’ timeshare u ta’ prodotti ta’ vaganzi għal perijodu fit-tul kif ukoll ta’ kuntratti ta’ skambju.
2. Din id-Direttiva tapplika għal transazzjonijiet bejn il-kummerċjant u l-konsumatur.
Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali:
(a) |
tipprevedi rimedji għal-liġi kuntrattwali ġenerali; |
(b) |
tirrigwarda r-reġistrazzjoni ta’ proprjetà immobbli jew mobbli u t-trasferiment ta’ proprjetà immobbli; |
(ċ) |
tirrigwarda l-kondizzjonijiet ta’ stabbiliment jew ir-reġimi ta’ awtorizzazzjoni jew ir-rekwiżiti tal-għoti ta’ liċenzji; u |
(d) |
tirrigwarda l-istabbiliment tan-natura legali tad-drittijiet li huma s-suġġett tal-kuntratti koperti minn din id-Direttiva. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“kuntratt ta’ timeshare” tfisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jakkwista permezz ta’ korrispettiv id-dritt li juża waħda jew aktar akkomodazzjonijiet għal lejl wieħed għal aktar minn perijodu wieħed ta’ okkupazzjoni; |
(b) |
“kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul” tfisser kuntratt ta’ tul ta’ aktar minn sena li bih il-konsumatur jikseb permezz ta’ korrispettiv primarjament id-dritt li jikseb skontijiet jew benefiċċji oħrajn fir-rigward tal-akkomodazzjoni, separatament jew flimkien ma’ servizzi tal-ivvjaġġar jew oħrajn; |
(ċ) |
“kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid” tfisser kuntratt li bih kummerċjant, għal korrispettiv, jassisti konsumatur biex ibigħ jew jixtri timeshare jew prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul; |
(d) |
“kuntratt ta’ skambju” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur permezz ta’ korrispettiv jissieħeb f’sistema ta’ skambju li tippermetti lill-konsumatur li jkollu aċċess għal akkomodazzjoni għal lejl wieħed jew servizzi oħrajn bi skambju mal-għoti tal-aċċess temporanju lil persuni oħrajn għall-benefiċċji tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt tat-timeshare ta’ dak il-konsumatur; |
(e) |
“kummerċjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal finijiet relatati mal-kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni ta’ dik il-persuna jew xi ħadd li jaġixxi f’isem, jew bħala rappreżentant tal-kummerċjant; |
(f) |
“konsumatur” tfisser persuna fiżika li taġixxi għal għanijiet li jaqgħu barra l-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni ta’ dik il-persuna; |
(g) |
“kuntratt anċillari” tfisser kuntratt li bih il-konsumatur jikseb servizzi li huma relatati ma’ kuntratt ta’ timeshare jew kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għall-perijodu fit-tul u dawn is-servizzi jingħataw min-negozjant jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn dik il-parti terza u n-negozjant; |
(h) |
“mezz durabbli” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti lill-konsumatur jew lill-kummerċjant jaħżen informazzjoni personalment indirizzata lilu b’mod aċċessibbli għal referenza futura għal perijodu ta’ żmien adegwat għal finijiet tal-informazzjoni u li tippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni preżervata; |
(i) |
“kodiċi ta’ kondotta” tfisser ftehim jew sensiela ta’ regoli mhux imposti mil- liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ta’ Stat Membru, li jiddefinixxi l-kondotta ta’ kummerċjanti li jassumu l-obbligu li josservaw il-kodiċi fir-rigward ta’ prattika kummerċjali partikolari waħda jew iktar jew settur ta’ negozju wieħed jew iktar; |
(j) |
“sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli għall-formolazzjoni u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew għall-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh. |
2. Fil-kalkolu tat-tul tal-kuntratt ta’ timeshare jew kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kif definit fil-punti (a) u (b) rispettivament tal-paragrafu 1, għandu jittieħed kont ta’ kwalunkwe dispożizzjoni fil-kuntratt li tippermetti tiġdid taċitu jew estensjoni taċita.
Artikolu 3
Riklamar
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe riklamar jispeċifika l-possibbiltà li jinkiseb t-tagħrif imsemmi fl-Artikolu 4(1) u jindika fejn dan jista’ jinkiseb.
2. Jekk għandu jiġi offrut xi kuntratt ta’ timeshare, kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew kuntratt ta’ skambju lil konsumatur personalment f’inizjattiva ta’ promozzjoni jew ta’ bejgħ bi skont, il-kummerċjant għandu fl-istedina jindika fl-offerta b’mod ċar l-għan kummerċjali u n-natura tal-inizjattiva.
3. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tkun disponibbli lill-konsumatur fi kwalunkwe mument waqt l-inizjattiva.
4. It-timeshare jew prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul m’għandhux ikun ikkumerċjalizzat jew mibjugħ bħala investiment.
Artikolu 4
Informazzjoni prekuntrattwali
1. Fi żmien opportun qabel mal-konsumatur jintrabat b’xi kuntratt jew offerta, il-kummerċjant għandu jagħti lill-konsumatur, b’mod ċar u li jinftiehem, informazzjoni preċiża u suffiċjenti, kif ġej:
(a) |
fil-każ ta’ kuntratt ta’ timeshare: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness I u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; |
(b) |
fil-każ ta’ kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness II u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; |
(ċ) |
fil-każ ta’ kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness III u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola; |
(d) |
fil-każ ta’ kuntratt ta’ skambju: permezz tal-formola ta’ informazzjoni standard li tinsab fl-Anness IV u informazzjoni kif elenkata fil-Parti 3 ta’ dik il-formola. |
2. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata mingħajr ħlas mill-kummerċjant fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor faċilment aċċessibbli għall-konsumatur.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 titfassal bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih ikun residenti, jew li tieghu jkun ċittadin, il-konsumatur, abbażi tal-għażla tal-konsumatur, sakemm tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.
Artikolu 5
Il-kuntratt ta’ timeshare, il-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew il-kuntratt ta’ skambju
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kuntratt ikun bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, u jitfassal bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih ikun residenti, jew li tiegħu jkun ċittadin, il-konsumatur, abbażi tal-għażla tal-konsumatur, sakemm tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.
Madankollu, l-Istat Membru li fih ikun residenti l-konsumatur jista’ jesiġi li:
(a) |
f’kull każ, il-kuntratt jingħata lill-konsumatur bil-lingwa tiegħu jew waħda mil-lingwi ta’ dak l-Istat Membru sakemm hija lingwa uffiċjali tal-Komunità; |
(b) |
f’każ ta’ kuntratt ta’ timeshare li jikkonċerna proprjetà immobbli speċifika waħda, il-kummerċjant jagħti lill-konsumatur traduzzjoni ċċertifikata tal-kuntratt bil-lingwa jew b’waħda mil-lingwi tal-Istat Membru li fih tinsab il-proprjetà, sakemm hija lingwa uffiċjali tal-Komunità. |
L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet ta’ bejgħ tiegħu jista’ jesiġi li, f’kull każ, il-kuntratt jingħata lill-konsumatur fil-każijiet kollha bil-lingwa jew waħda mil-lingwi ta’ dak l-Istat Membru, sakemm din tkun lingwa uffiċjali tal-Komunità.
2. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1) għandha tifforma Parti integrali mill-kuntratt u m’għandhiex tinbidel sakemm il-Partijiet ma jaqblux espliċitament b’mod ieħor jew il-bidliet jirriżultaw minn ċirkostanzi mhux tas-soltu u imprevedibbli barra l-kontroll tal-kummerċjant, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux ikunu evitati anke kieku kienet eżerċitata l-akbar attenzjoni.
Dawn il-bidliet għandhom jiġu komunikati lill-konsumatur fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor faċilment aċċessibbli għalih qabel ma jiġi konkluż il-kuntratt.
Il-kuntratt għandu jsemmi kull tibdil ta’ din ix-xorta b’mod espliċitu.
3. Barra l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), il-kuntratt għandu jkun fih:
(a) |
l-identità, il-post ta’ residenza u l-firma ta’ kull waħda mill-partijiet; u |
(b) |
id-data u l-post tal-konklużjoni tal-kuntratt. |
4. Qabel il-konklużjoni tal-kuntratt, il-kummerċjant għandu espliċitament jiġbed l-attenzjoni tal-konsumatur għall-eżistenza tad-dritt għall-irtirar, u t-tul tal-perijodu ta’ rtirar imsemmi fl-Artikolu 6 u l-projbizzjoni fuq il-ħlas bil-quddiem tul il-perijodu ta’ rtirar imsemmija fl-Artikolu 9.
Il-klawżoli kuntrattwali korrispondenti għandhom jiġu ffirmati separatament mill-konsumatur.
Il-kuntratt għandu jinkludi formola ta’ rtirar standard u separata, li tinsab fl-Anness V, bil-ħsieb li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar konformement mal-Artikolu 6.
5. Il-konsumatur għandu jirċievi kopja jew kopji tal-kuntratt fil-mument tal-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 6
Dritt għall-irtirar
1. Barra r-rimedji disponibbli għall-konsumatur taħt il-liġi nazzjonali fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu perijodu ta’ erbatax il-jum kalendarju biex jirtira mill-kuntratt ta’ timeshare, mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, mill-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew mill-kuntratt ta’ skambju, mingħajr ma jagħti l-ebda raġuni.
2. Il-perijodu ta’ rtirar għandu jiġi kkalkulat:
(a) |
mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt jew ta’ kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti; jew |
(b) |
mill-jum meta l-konsumatur jirċievi l-kuntratt jew kwalunkwe kuntratt preliminari vinkolanti jekk il-jum ikun aktar tard mid-data msemmija fil-punt (a). |
3. Il-perijodu ta’ rtirar għandu jiskadi:
(a) |
wara sena u erbatax-il jum kalendarju mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn formola ta’ rtirar standard separata, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(4), ma tkunx ġiet mimlija mill-kummerċjant u ngħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor; |
(b) |
wara tliet xhur u erbatax-il jum kalendarju mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), inkluża l-formola standard applikabbli ta’ informazzjoni li tinsab fl-Annessi I sa IV, ma tkunx ingħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor. |
Barra dan, l-Istati Membri għandhom jipprevedu penali adatti taħt l-Artikolu 15, b’mod partikolari fil-każ li, mal-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar, il-kummerċjant ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ informazzjoni previsti f’din id-Direttiva.
4. Fejn tkun ġiet mimlija mill-kummerċjant formola ta’ rtirar standard separata kif meħtieġ mill-Artikolu 5(4) u ngħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, fi żmien sena mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-perijodu ta’ rtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi tali formola. Similment, fejn l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(1), inkluża l-formola standard applikabbli ta’ informazzjoni li tinsab fl-Annessi I sa IV, tkun ingħatat lill-konsumatur bil-miktub, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, fi żmien tliet xhur mill-jum imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-perijodu ta’ rtirar għandu jibda mill-jum li fih il-konsumatur jirċievi tali informazzjoni.
5. Fil-każ fejn il-kuntratt ta’ skambju jiġi offrut lill-konsumatur flimkien ma’ u fl-istess ħin tal-kuntratt ta’ timeshare, għandu japplika biss perijodu ta’ rtirar wieħed għaż-żewġ kuntratti taħt il-paragrafu 1. Il-perijodu ta’ rtirar għaż-żewġ kuntratti għandu jiġi kkalkulat konformement mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 billi dawn japplikaw għall-kuntratt ta’ timeshare.
Artikolu 7
Modalitajiet tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar
Fejn il-konsumatur ikollu l-ħsieb li jeżerċita d-dritt għall-irtirar, il-konsumatur għandu jinnotifika lill-kummerċjant bid-deċiżjoni tiegħu li jagħmel dan bil-miktub fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor qabel l-iskadenza tal-perijodu ta’ rtirar. Il-konsumatur jista’ juża’ l-formola standard ta’ rtirar li tinsab fl-Anness VI u mogħtija mill-kummerċjant taħt l-Artikolu 5(4). Id-data ta’ skadenza tkun meqjusa li ntlaħqet jekk in-notifika tintbagħat qabel ma jkun skada l-perijodu ta’ rtirar.
Artikolu 8
Effetti tal-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar
1. L-eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar mill-konsumatur itemm l-obbligu tal-partiijiet li jwettqu l-kuntratt.
2. Fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar, il-konsumatur la għandu jġarrab xi spiża u lanqas m’għandu jkun responsabbli għal xi valur li jikkorrispondi mas-servizz li seta’ twettaq qabel l-irtirar.
Artikolu 9
Ħlas bil-quddiem
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul u kuntratti ta’ skambju, kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe korrispettiv ieħor lill-kummerċjant jew lil kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel tmiem il-perijodu, li matulu huwa jista’ jeżerċita d-dritt għall-irtirar taħt l-Artikolu 6 jkunu pprojbiti.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid, kwalunkwe ħlas bil-quddiem, għoti ta’ garanziji, riżerva ta’ flus f’kontijiet, rikonoxximent espliċitu ta’ dejn jew kwalunkwe korrispettiv ieħor lill-kummerċjant jew lil kwalunkwe parti terza mill-konsumatur qabel is-seħħ tal-bejgħ proprju jew it-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid, ikunu pprojbiti.
Artikolu 10
Dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul
1. Għal kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, il-ħlas għandu jsir abbażi ta’ skeda rateali ta’ ħlas. Kwalunkwe ħlas tal-prezz speċifikat fil-kuntratt diversament minn taħt l-iskeda rateali ta’ ħlas għandu jkun ipprojbit. Il-ħlasijiet, inkluż kwalunkwe miżata ta’ sħubija, għandhom jinqasmu fi ħlasijiet rateali annwali, li kull wieħed minnhom għandu jkun ta’ valur ugwali. Il-kummerċjant għandu jibgħat talba bil-miktub għal ħlas, fuq karta jew fuq mezz durabbli ieħor, mill-inqas erbatax-il jum kalendarju qabel kull data ta’ għeluq.
2. Mit-tieni ħlas rateali ‘l quddiem, il-konsumatur jista’ jtemm il-kuntratt mingħajr ma jġarrab xi penali billi jinnotifika lill-kummerċjant fi żmien erbatax-il jum kalendarju minn meta jirċievi t-talba għall-adempiment ta’ kull ħlas rateali. Dan id-dritt m’għandux jinċidi fuq id-drittijiet eżistenti tat-terminazzjoni tal-kuntratt taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti.
Artikolu 11
Terminazzjoni ta’ kuntratti anċillari
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar mill-kuntratt ta’ timeshare jew mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kwalunkwe kuntratt ta’ skambju anċillari għalih jew kwalunkwe kuntratt anċillari ieħor jintemm awtomatikament, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (10) fejn il-prezz ikun kopert totalment jew parzjalment bi kreditu mogħti lill-konsumatur mill-kummerċjant, jew minn parti terza abbażi ta’ arranġament bejn il-parti terza u l-kummerċjant, il-ftehim ta’ kreditu għandu jintemm, mingħajr ebda spiża għall-konsumatur, fejn il-konsumatur jeżerċita d-dritt għall-irtirar mill-kuntratt ta’ timeshare, mill-kuntratt dwar prodott ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, mill-kuntratt ta’ bejgħ mill-ġdid jew mill-kuntratt ta’ skambju.
3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli ddettaljati dwar it-terminazzjoni ta’ tali kuntratt.
Artikolu 12
In-natura imperattiva tad-Direttiva u applikazzjoni f’każijiet internazzjonali
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn il-liġi applikabbli għall-kuntratt tkun il-liġi ta’ Stat Membru, il-konsumatur ma jkunx jista’ jirrinunzja għad-drittijiet konferiti lilu minn din id-Direttiva.
2. Fejn il-liġi applikabbli hija dik ta’ pajjiż terz, il-konsumatur m’għandux jiċċaħħad mill-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva, kif implimentata fl-Istat Membru tal-forum jekk:
— |
kwalunkwe waħda mill-proprjetajiet immobbli kkonċernata tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru; jew |
— |
fil-każ ta’ kuntratt li ma jkunx direttament relatat mal-proprjetà immobbli, il-kummerċjant iwettaq l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali fi Stat Membru, jew bi kwalunkwe mezz, jindirizza tali attivitajiet għal Stat Membru u l-kuntratt jaqa’ fl-ambitu ta’ tali attivitajiet. |
Artikolu 13
Rimedji ġudizzjarji u amministrattivi
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, fl-interessi tal-konsumatur, li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-kummerċjant ma’ din id-Direttiva.
2. Il-mezzi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom korp wieħed jew iktar milli ġejjin, kif stabbilit bil-liġi nazzjonali, għandhom ikollhom id-dritt għall-azzjoni, meħuda taħt il-liġi nazzjonali, quddiem il-qrati jew il-korpi amministrattivi kompetenti sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jiġu applikati:
(a) |
il-korpi u l-awtoritajiet pubbliċi jew ir-rappreżentanti tagħhom; |
(b) |
l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi b’interess leġittimu li jipproteġu lill-konsumaturi; |
(ċ) |
l-organizzazzjonijiet professjonali b’interess leġittimu li jieħdu tali azzjoni. |
Artikolu 14
Informazzjoni għall-konsumatur u rimedju barra l-qorti
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jinformaw lill-konsumatur dwar il-liġi nazzjonali li tittrasponi din id-Direttiva u għandhom iħeġġu, fejn ikun il-każ, lill-kummerċjant u lis-sidien ta’ kodiċijiet biex jinformaw lill-konsumatur dwar il-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom.
Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ it-tfassil fil-livell Komunitarju, partikolarment mill-korpi, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet professjonali, ta’ kodiċijiet ta’ kondotta li jkollhom il-mira li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, konformement mal-liġi Komunitarja. Din għandha tinkoraġġixxi wkoll lill-kummerċjant u lill-organizzazzjonijiet settorali tagħhom biex jinformaw lill-konsumatur dwar kwalunkwe kodiċi bħal dawn, inkluż, fejn ikun il-każ, permezz ta’ mmarkar speċifiku.
2. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-istabbiliment jew l-iżvilupp ta’ proċeduri ta’ lmenti u ta’ rimedji barra l-qorti li jkunu adegwati u effettivi sabiex jiġu riżolti d-disputi konsumeristiċi konformement ma’ din id-Direttiva u għandhom jinkoraġġixxu, fejn ikun il-każ, lill-kummerċjant u lill-organizzazzjonijiet professjonali tagħhom biex jinformaw lill-konsumatur b’dawn il-proċeduri.
Artikolu 15
Penali
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal penali adatti fil-każ li kummerċjant jonqos milli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati konformement ma’ din id-Direttiva.
2. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
Artikolu 16
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sat-23 ta’ Frar 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mit-23 ta’ Frar 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 17
Reviżjoni
Il-Kummissjoni għandha tirrivedi din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit-23 ta’ Frar 2014.
Jekk ikun meħtieġ, hija għandha tagħmel proposti oħrajn biex tadattaha għall-iżviluppi fil-qasam.
Il-Kummissjoni tista’ titlob informazzjoni mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali.
Artikolu 18
Tħassir
Id-Direttiva 94/47/KE hija b’dan imħassra.
Ir-referenzi għad-Direttiva imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 20
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 14 ta’ Jannar 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU C 44, 16.2.2008, p. 27.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali), Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2008.
(3) ĠU L 280, 29.10.1994, p. 83.
(4) ĠU L 158, 23.6.1990, p. 59.
(5) ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.
(9) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(10) ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66.
ANNESS I
FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD DWAR KUNTRATTI TA’ TIMESHARE:
ANNESS II
FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI DWAR PRODOTTI TA’ VAGANZA GĦALL-PERIJODU FIT-TUL
ANNESS III
FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI TA’ BEJGĦ MILL-ĠDID:
ANNESS IV
FORMOLA TA’ INFORMAZZJONI STUARD GĦAL KUNTRATTI TA’ SKAMBJU:
ANNESS VI
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI BEJN ID-DISPOŻIZZJONIJIET TA’ DIN ID-DIRETTIVA U D-DIRETTIVA 94/47/KE
Direttiva 94/47/KE |
Din id – Direttiva |
Artikolu 1, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 1 (1) u Artikolu 1 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1, it-tieni paragrafu |
— |
Artikolu 1, it-tielet paragrafu |
Artikolu 1 (2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2, l-ewwel inċiż |
Artikolu 2 (1), punt (a) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (b) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (ċ) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (d) (ġdid) |
Artikolu 2, it-tieni inċiż |
— |
Artikolu 2, it-tielet inċiż |
Artikolu 2 (1), punt (e) |
Artikolu 2, ir-rabà inċiż |
Artikolu 2 (1), punt (f) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (g) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (h) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (i) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (1), punt (j) (ġdid) |
— |
Artikolu 2 (2) (ġdid) |
Artikolu 3 (1) |
Artikolu 4 (1) |
Artikolu 3 (2) |
Artikolu 5 (2) |
Artikolu 3 (3) |
Artikolu 3 (1) |
— |
Artikolu 3 (2) (ġdid) |
— |
Artikolu 3 (3) (ġdid) |
— |
Artikolu 3 (4) (ġdid) |
Artikolu 4, l-ewwel inċiż |
Artikolu 5 (1), l-ewwel subparagrafu, u Artikolu 5 (2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 4, it-tieni inċiż |
Artikolu 4 (3) u Artikolu 5 (1) |
— |
Artikolu 4 (2) (ġdid) |
— |
Artikolu 5 (4) (ġdid) |
— |
Artikolu 5 (5) (ġdid) |
Artikolu 5 (1), sentenza introduttorja |
Artikolu 6 (1) |
Artikolu 5 (1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 6 (1) u Artikolu 6 (2) |
Artikolu 5 (1), it-tieni inċiż |
Artikolu 6 (3) u Artikolu 6 (4) |
Artikolu 5 (1), it-tielet inċiż |
Artikolu 6 (3) |
— |
Artikolu 6 (5) (ġdid) |
Artikolu 5 (2) |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 (1) (ġdid) |
Artikolu 5 (3) |
Artikolu 8 (2) |
Artikolu 5 (4) |
Artikolu 8 (2) |
Artikolu 6 |
Artikolu 9 (1) |
— |
Artikolu 9 (2) (ġdid) |
— |
Artikolu 10 (1) (ġdid) |
— |
Artikolu 10 (2) (ġdid) |
— |
Artikolu 11 (1) (ġdid) |
Artikolu 7, l-ewwel paragrafu |
Artikolu 11 (2) |
Artikolu 7, it-tieni paragrafu |
Artikolu 11 (3) |
Artikolu 8 |
Artikolu 12 (1) |
Artikolu 9 |
Artikolu 12 (2) |
Artikolu 10 |
Artikolus 13 u 15 |
Artikolu 11 |
— |
— |
Artikolu 14 (1) (ġdid) |
— |
Artikolu 14 (2) (ġdid) |
Artikolu 12 |
Artikolu 16 |
— |
Artikolu 17 (ġdid) |
— |
Artikolu 18 (ġdid) |
— |
Artikolu 19 (ġdid) |
Artikolu 13 |
Artikolu 20 |
Anness |
Anness I |
Anness, punt (a) |
Artikolu 5 (3), punt (a), u Anness I, Parti 1, l-ewwel kaxxa |
Anness, punt (b) |
Anness I, Parti 1, it-tielet kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 1, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (ċ) |
Anness I, Parti 1, it-tieni kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (d) (1) |
Anness I, Parti 3, punt 3, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (d) (2) |
Anness I, Parti 1, ir-raba’ kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 3, it-tieni inċiż |
Anness, punt (d) (3) |
Anness I, Parti 3, punt 3, it-tielet inċiż |
Anness, punt (d) (4) |
Anness I, Parti 3, punt 3, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (d) (5) |
Anness I, Parti 3, punt 3, ir-raba’ inċiż |
Anness, punt (e) |
Anness I, Parti 1, is-sitt kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, it-tieni inċiż |
Anness, punt (f) |
Anness I, Parti 1, is-sitt kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 2, it-tielet inċiż |
Anness, punt (g) |
Anness I, Parti 3, punt 6, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (h) |
Anness I, Parti 1, ir-raba’ kaxxa |
Anness, punt (i) |
Anness I, Parti 1, il-ħames u s-sitt kaxxi, u Anness I, Parti 3, punt 4, l-ewwel inċiż |
Anness, punt (j) |
Anness I, Parti 2, it-tielet inċiż |
Anness, punt (k) |
Anness I, Parti 2, is-seba’ kaxxa, u Anness I, Parti 3, punt 6, it-tieni inċiż |
Anness, punt (l) |
Anness I, Parti 2, l-ewwel u it-tielet inċiż, Anness I, Parti 3, punt 5, l-ewwel inċiż, u Anness V (ġdid) |
Anness, punt (m) |
Artikolu 5 (3), punt (b) |
— |
Anness I, Parti 1, it-tmien kaxxa (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 2, it-tieni inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 2, ir-raba’ inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 3, punt 1, it-tieni inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 3, punt 4, it-tieni inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 3, punt 5, it-tieni inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 3, punt 6, it-tielet inċiż (ġdid) |
— |
Anness I, Parti 3, punt 6, ir-raba’ inċiż (ġdid) |
— |
Annesses II to V (ġdid) |
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-27 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Estonja dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 150)
(It-test bl-Estonjan biss huwa awtentiku)
(2009/85/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titlu mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 39 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/395/KE (2) approvat il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas għas-sena finanzjarja 2007, ħlief dawk tal-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja msejħa “PRIA” u tal-aġenzija tal-ħlas Maltija msejħa “MRAE”. |
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi, f’dak li għandu x’jaqsam mal-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali, dwar l-integrità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Estonjana msejħa “PRIA”. |
(3) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħudin sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq mhux imwettaq skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja “PRIA” dwar l-infiq fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (l-FAEG) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan qed jiġu approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lill-Istat Membru skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali li japplikaw fl-Estonja huma stipulati fl-Annessi I u II.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja.
Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25.
ANNESS I
L-APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS
IS-SENA FINANZJARJA 2007 - IN-NEFQA TAL-FAEG GĦALL-IŻVILUPP RURALI FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA
AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT MILL- JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU
SM |
|
L-infiq tal-2007 tal-Aġenziji tal-Ħlas li għalihom il-kontijiet |
It-total ta' a + b |
It-tnaqqis |
It-total |
Il-ħlasijiet interim rimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill- (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru (1) |
|
ġew approvati |
ma ġewx approvati |
|||||||
= infiq iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= it-total tal-ħlasijiet interim rimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
|||||||
|
|
a |
b |
c = a + b |
d |
e = c + d |
f |
g = e – f |
EE |
EUR |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
36 236 291,00 |
4 483 902,48 |
(1) Billi l-ħlasijiet laħqu 95 % tal-pjan finanzjarju, il-bilanċ għall-EE se jitħallas matul l-għeluq tal-programm.
ANNESS II
L-INFIQ APPROVAT FL-ISTATI MEMBRI L-ĠODDA GĦALL-EŻERĊIZZJU TAS-SENA 2007 SKONT IL-MIŻURA TAL-IŻVILUPP RURALI TAL-FAEG
ID-DIFFERENZI BEJN IL-KONTIJIET ANNWALI U D-DIKJARAZZJONIJIET TA' NFIQ
SM |
Nru |
Mizuri |
In-nefqa tal-2007 Il-kolonna “a” tal-Anness I |
It-tnaqqis Il-kolonna “d” tal-Anness I |
L-ammont approvat għall-2007 Il-kolonna “e” tal-Anness I |
EE |
Nru |
Miżuri |
i |
ii |
iii = i + ii |
|
1 |
L-appoġġ għal investimenti fil-ġestjoni tal-iskart tal-annimali |
6 551 632,40 |
0,00 |
6 551 632,40 |
|
2 |
L-inkoraġġiment tat-titjib u tal-iżvilupp |
20 321 752,46 |
0,00 |
20 321 752,46 |
|
3 |
L-inkoraġġiment biex jitwaqqfu gruppi tal-produtturi |
101 134,83 |
0,00 |
101 134,83 |
|
4 |
Il-promozzjoni tat-taħrig vokazzjonali għall-bdiewa |
2 566 539,21 |
0,00 |
2 566 539,21 |
|
5 |
Servizz tekniku u ta' konsulenza għall-bdiewa |
6 225 307,60 |
0,00 |
6 225 307,60 |
|
6 |
L-irtirar kmieni |
4 021 137,22 |
0,00 |
4 021 137,22 |
|
7 |
L-appoġġ għall-bdiewa ż-żgħar biex iwaqqfu razzett għall-ewwel darba |
932 689,76 |
0,00 |
932 689,76 |
|
8 |
L-ilħuq tal-istandards tal-UE |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
9 |
L-adozzjoni ta' miżuri agrikoli favur l-ambjent |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
10 |
Azzjonijiet agrikoli favur l-ambjent għall-ħarsien tal-valur naturali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
11 |
L-afforestazzjoni |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
12 |
It-titjib fl-infrastruttura għall-iżvilupp tal-bhejjem |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
13 |
Iż-żoni aktar żvantaġġati |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
14 |
L-appoġġ għall-iskemi tal-kwalità |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
15 |
L-appoġġ għall-ipproċessar tradizzjonali fuq skala żgħira |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
16 |
Il-ħarsien tal-pajsaġġi agrikoli u tradizzjonali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
17 |
Il-ħarsien min-nirien tal-foresti u minn diżastri naturali oħrajn |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
18 |
L-afforestazzjoni ta' art li mhix agrikola |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
19 |
It-titjib fil-proċess tal-ħsad |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
20 |
L-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
|
21 |
L-appoġġ tekniku għal inizjattivi kollettivi fil-livell lokali |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
It-total |
40 720 193,48 |
0,00 |
40 720 193,48 |
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-ħlas fil-Belġju, fil-Ġermanja u fl-Awstrija, u dwar l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 420)
(It-testi bil-Ġermaniż, bl-Olandiż u bil-Franċiż biss huma awtentiċi)
(2009/86/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1) [titlu mhux uffiċjali], u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 33 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/397/KE (2) approvat il-kontijiet tal-aġenziji kollha tal-ħlas għas-sena finanzjarja 2007, ħlief dawk tal-aġenzija tal-ħlas Awstrijaka msejħa “AMA”, tal-aġenziji tal-ħlas Belġjani msejħin “ALV” u “Région wallonne”, tal-aġenziji tal-ħlas Ġermaniżi msejħin “Baden-Württemberg” u “Bayern”, tal-aġenzija tal-ħlas Griega msejħa “OPEKEPE”, tal-aġenzija tal-ħlas Finlandiża msejħa “MAVI” u tal-aġenzija tal-ħlas Portugiża msejħa “IFAP”. |
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi dwar l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) dwar l-integrità, l-eżattezza, u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-ħlas Awstrijaka msejħa “AMA”, mill-aġenziji tal-ħlas Belġjani msejħin “ALV” u “Région wallonne” u mill-aġenziji tal-ħlas Ġermaniżi msejħin “Baden-Württemberg” u “Bayern”. |
(3) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħudin sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità infiq li ma jsirx skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
L-Artikolu 1
Il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-aġenzija tal-ħlas Awstrijaka msejħa “AMA”, tal-aġenziji tal-ħlas Belġjani msejħin “ALV” u “Région wallonne” u tal-aġenziji tal-ħlas Ġermaniżi msejħin “Baden-Württemberg” u “Bayern” dwar l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (l-FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2007, b’dan huma approvati.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru taħt kull programm ta’ żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li ġejjin mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.
L-Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzati lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika Federali tal-Awstrija.
Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 40.
ANNESS
APPROVAZZJONI TA' NFIQ TAL-FAEŻR LI MA KIENX APPROVAT SKONT IL-PROGRAMM U L-MIŻURA TAL-IŻVILUPP RURALI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2007
AMMONT LI GĦANDU JIĠI RKUPRAT MILL- JEW IMĦALLAS LILL-ISTAT MEMBRU GĦAL KULL PROGRAMM
f'EUR |
|||||||
CCI: programm/miżura |
L-infiq tal-2007 |
Il-korrezzjonijiet |
It-total |
L-ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw |
L-ammont aċċettat u approvat għas-sena finanzjarja 2007 |
Il-ħlasijiet interim rimburżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja |
L-ammont li għandu jiġi rkuprat mill- (-) jew imħallas lill- (+) Istat Membru fid-dikjarazzjoni li jmiss |
AT: 2007AT06RPO001 |
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
111 |
3 158 372,63 |
0,00 |
3 158 372,63 |
0,00 |
3 158 372,63 |
3 158 372,63 |
0,00 |
112 |
3 908 233,15 |
0,00 |
3 908 233,15 |
0,00 |
3 908 233,15 |
3 908 233,15 |
0,00 |
121 |
9 235 304,14 |
0,00 |
9 235 304,14 |
0,00 |
9 235 304,14 |
9 235 304,14 |
0,00 |
122 |
3 294 281,45 |
0,00 |
3 294 281,45 |
0,00 |
3 294 281,45 |
3 294 281,45 |
0,00 |
123 |
2 191 695,41 |
0,00 |
2 191 695,41 |
0,00 |
2 191 695,41 |
2 191 695,41 |
0,00 |
125 |
5 401 861,15 |
0,00 |
5 401 861,15 |
0,00 |
5 401 861,15 |
5 401 861,15 |
0,00 |
211 |
298 848,34 |
0,00 |
298 848,34 |
0,00 |
298 848,34 |
298 848,34 |
0,00 |
212 |
131 066,58 |
0,00 |
131 066,58 |
0,00 |
131 066,58 |
131 066,58 |
0,00 |
214 |
37 084 625,03 |
0,00 |
37 084 625,03 |
0,00 |
37 084 625,03 |
37 084 625,03 |
0,00 |
221 |
149 747,87 |
0,00 |
149 747,87 |
0,00 |
149 747,87 |
149 747,87 |
0,00 |
226 |
2 085 551,36 |
0,00 |
2 085 551,36 |
0,00 |
2 085 551,36 |
2 085 551,36 |
0,00 |
311 |
827 659,84 |
0,00 |
827 659,84 |
0,00 |
827 659,84 |
827 659,84 |
0,00 |
321 |
6 898 491,47 |
0,00 |
6 898 491,47 |
0,00 |
6 898 491,47 |
6 898 491,47 |
0,00 |
322 |
223 025,38 |
0,00 |
223 025,38 |
0,00 |
223 025,38 |
223 025,38 |
0,00 |
323 |
934 078,97 |
0,00 |
934 078,97 |
0,00 |
934 078,97 |
934 078,97 |
0,00 |
511 |
3 663 758,63 |
0,00 |
3 663 758,63 |
0,00 |
3 663 758,63 |
3 663 758,63 |
0,00 |
It-total |
79 486 601,40 |
0,00 |
79 486 601,40 |
0,00 |
79 486 601,40 |
79 486 601,40 |
0,00 |
BE: 2007BE06RPO001 |
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
111 |
1 301 988,20 |
0,00 |
1 301 988,20 |
0,00 |
1 301 988,20 |
1 301 988,20 |
0,00 |
112 |
2 273 234,91 |
0,00 |
2 273 234,91 |
0,00 |
2 273 234,91 |
2 273 234,86 |
0,05 |
114 |
209 790,00 |
0,00 |
209 790,00 |
0,00 |
209 790,00 |
209 790,00 |
0,00 |
121 |
11 929 557,45 |
0,00 |
11 929 557,45 |
0,00 |
11 929 557,45 |
11 929 554,14 |
3,31 |
123 |
35 905,58 |
0,00 |
35 905,58 |
0,00 |
35 905,58 |
35 905,58 |
0,00 |
213 |
311 355,00 |
0,00 |
311 355,00 |
0,00 |
311 355,00 |
311 355,00 |
0,00 |
214 |
8 017 687,58 |
0,00 |
8 017 687,58 |
0,00 |
8 017 687,58 |
8 017 670,58 |
17,00 |
221 |
186 511,63 |
0,00 |
186 511,63 |
0,00 |
186 511,63 |
186 511,40 |
0,23 |
227 |
34 254,60 |
0,00 |
34 254,60 |
0,00 |
34 254,60 |
34 254,60 |
0,00 |
311 |
355 114,08 |
0,00 |
355 114,08 |
0,00 |
355 114,08 |
355 113,99 |
0,09 |
511 |
23 346,27 |
0,00 |
23 346,27 |
0,00 |
23 346,27 |
23 346,26 |
0,01 |
It-total |
24 678 745,30 |
0,00 |
24 678 745,30 |
0,00 |
24 678 745,30 |
24 678 724,61 |
20,69 |
BE: 2007BE06RPO002 |
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
112 |
568 902,71 |
0,00 |
568 902,71 |
0,00 |
568 902,71 |
568 902,30 |
0,41 |
121 |
1 001 347,40 |
0,00 |
1 001 347,40 |
0,00 |
1 001 347,40 |
1 001 345,70 |
1,70 |
214 |
12 388 593,98 |
0,00 |
12 388 593,98 |
0,00 |
12 388 593,98 |
12 388 595,00 |
–1,02 |
511 |
9 099,20 |
0,00 |
9 099,20 |
0,00 |
9 099,20 |
9 099,00 |
0,20 |
It-total |
13 967 943,29 |
0,00 |
13 967 943,29 |
0,00 |
13 967 943,29 |
13 967 942,00 |
1,29 |
DE: 2007DE06RPO003 |
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
123 |
1 125 569,50 |
0,00 |
1 125 569,50 |
0,00 |
1 125 569,50 |
1 125 569,50 |
0,00 |
212 |
1 828 100,21 |
0,00 |
1 828 100,21 |
0,00 |
1 828 100,21 |
1 828 100,21 |
0,00 |
214 |
47 585 258,80 |
0,00 |
47 585 258,80 |
0,00 |
47 585 258,80 |
47 585 258,80 |
0,00 |
225 |
202 164,16 |
0,00 |
202 164,16 |
0,00 |
202 164,16 |
202 164,16 |
0,00 |
313 |
397 179,32 |
0,00 |
397 179,32 |
0,00 |
397 179,32 |
397 179,32 |
0,00 |
323 |
175 079,31 |
0,00 |
175 079,31 |
0,00 |
175 079,31 |
175 079,31 |
0,00 |
331 |
15 000,00 |
0,00 |
15 000,00 |
0,00 |
15 000,00 |
15 000,00 |
0,00 |
341 |
454 059,46 |
0,00 |
454 059,46 |
0,00 |
454 059,46 |
454 059,46 |
0,00 |
511 |
1 268,10 |
0,00 |
1 268,10 |
0,00 |
1 268,10 |
1 268,10 |
0,00 |
It-total |
51 783 678,86 |
0,00 |
51 783 678,86 |
0,00 |
51 783 678,86 |
51 783 678,86 |
0,00 |
DE: 2007DE06RPO004 |
i |
ii |
iii = i + ii |
iv |
v = iii – iv |
vi |
vii = v – vi |
125 |
10 354 885,93 |
0,00 |
10 354 885,93 |
0,00 |
10 354 885,93 |
10 354 885,93 |
0,00 |
211 |
12 533 554,12 |
0,00 |
12 533 554,12 |
0,00 |
12 533 554,12 |
12 533 554,12 |
0,00 |
212 |
43 732 465,69 |
0,00 |
43 732 465,69 |
0,00 |
43 732 465,69 |
43 732 465,69 |
0,00 |
214 |
74 414 645,47 |
0,00 |
74 414 645,47 |
0,00 |
74 414 645,47 |
74 414 645,47 |
0,00 |
221 |
716 592,00 |
0,00 |
716 592,00 |
0,00 |
716 592,00 |
716 592,00 |
0,00 |
225 |
120 299,00 |
0,00 |
120 299,00 |
0,00 |
120 299,00 |
120 299,00 |
0,00 |
227 |
1 512 681,00 |
0,00 |
1 512 681,00 |
0,00 |
1 512 681,00 |
1 512 681,00 |
0,00 |
322 |
13 601 799,43 |
0,00 |
13 601 799,43 |
0,00 |
13 601 799,43 |
13 601 799,43 |
0,00 |
323 |
1 933 637,50 |
0,00 |
1 933 637,50 |
0,00 |
1 933 637,50 |
1 933 637,50 |
0,00 |
511 |
106 380,88 |
0,00 |
106 380,88 |
0,00 |
106 380,88 |
106 380,88 |
0,00 |
It-total |
159 026 941,02 |
0,00 |
159 026 941,02 |
0,00 |
159 026 941,02 |
159 026 941,02 |
0,00 |
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Jannar 2009
dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-ħlas tal-Estonja, l-Olanda u l-Portugall li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) għas-sena finanzjarja 2007
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 414)
(It-testi bl-Estonjan, l-Olandiż u l-Portugiż biss huma awtentiċi)
(2009/87/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 30 u 32 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/396/KE (2) approvat, għas-sena finanzjarja 2007, il-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas kollha ħlief l-aġenzija tal-ħlas tal-Estonja “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-ħlas Finlandiża “MAVI”, l-aġenzija tal-ħlas Taljana “ARBEA”, l-aġenzija tal-ħlas Maltija “MRAE”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenziji tal-ħlas Portugiżi “IFADAP”, “INGA” u “IFAP”. |
(2) |
Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara verifiki addizzjonali, il-Kummissjoni issa tinsab fil-qagħda li tieħu deċiżjoni dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija ta’ ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA”. |
(3) |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (3) jistipula li l-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati mingħand, jew imħallsa lil, kull Stat Membru, skont id-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament imsemmi, għandhom jiġu stabbiliti billi jitnaqqas is-self imħallas matul is-sena finanzjarja konċernata, jiġifieri l-2007, mill-infiq rikonoxxut għal dik is-sena skont il-paragrafu 1. Dawn l-ammonti għandhom jitnaqqsu minn, jew jiżdiedu mas-self skont in-nefqa mit-tieni xahar wara dak li fih tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet. |
(4) |
Skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, 50 % tal-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru tal-irregolaritajiet għandu jagħmel tajjeb għalihom l-Istat Membru konċernat u 50 % jitħallsu mill-baġit Komunitarju, jekk l-irkupru ta’ dawk l-irregolaritajiet ma jkunx sar fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni primarja amministrattiva jew ġudizzjarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali. L-Artikolu 32(3) tar-Regolament imsemmi jobbliga lill-Istati Membri biex jissottomettu lill-Kummissjoni, rapport fil-qosor dwar il-proċeduri tal-irkupru meħuda b’reazzjoni għall-irregolaritajiet, flimkien mal-kontijiet annwali. Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tal-obbligu tal-Istati Membri li jħejju rapport dwar l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 885/2006. L-Anness III tar-Regolament imsemmi jipprovdi t-tabelli mudelli 1 u 2 li għandhom jiġu pprovduti mill-Istati Membri fl-2008. Fuq il-bażi tat-tabelli mimlija mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq il-konsegwenzi finanzjarji ta’ nuqqas ta’ rkupru ta’ irregolaritajiet li jmorru lura għal iktar minn erba’ snin jew minn tmien snin, rispettivament. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005. |
(5) |
Skont l-Artikolu 32(6) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jieħdux passi għall-irkupru. Deċiżjoni bħal din tista’ tittieħed biss jekk l-ispejjeż li saru diġà u dawk li aktarx isiru flimkien jaqbżu l-ammont li għandu jiġi rkuprat jew jekk l-irkupru jirriżulta impossibbli li jsir minħabba insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità. Jekk dik id-deċiżjoni tittieħed fi żmien erba’ snin mid-deċiżjoni amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jitressaq quddiem il-qrati nazzjonali, 100 % tal-konsegwenzi finanzjarji tan-nuqqas tal-irkupru għandhom jiġġarrbu mill-baġit Komunitarju. Ir-rapport fil-qosor imsemmi fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 juri l-ammonti li għalihom l-Istat Membru ddeċieda li ma jieħux passi għall-irkupru u fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni. Dawn l-ammonti ma għandhomx ikunu ddebitati lill-Istati Membri konċernati u għalhekk għandhom jitħallsu mill-baġit Komunitarju. Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għal deċizjonijiet ta’ konformità fil-ġejjieni skont l-Artikolu 32(8) tar-Regolament imsemmi. |
(6) |
Hija u tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas ikkonċernati, il-Kummissjoni għandha tqis l-ammonti li diġà huma miżmuma mill-Istati Membri konċernati abbażi tad-Deċiżjoni 2008/396/KE. |
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Komunità nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli Komunitarji, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’dan huma approvati l-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas Estonjana “PRIA”, l-aġenzija tal-ħlas Olandiża “Dienst Regelingen” u l-aġenzija tal-ħlas Portugiża “INGA” li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), għas-sena finanzjarja 2007.
L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew li għandhom jitħallsu lil, kull Stat Membru konċernat skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Renju tal-Olanda u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(2) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 33.
(3) ĠU L 322M, 2.12.2008, p. 162.
ANNESS
APPROVAZZJONI TAL-KONTIJIET TAL-AĠENZIJI TAL-ĦLAS
SENA FINANZJARJA 2007
AMMONT LI SE JKUN IRKUPRAT MILL-, JEW IMĦALLAS LILL-, ISTAT MEMBRU
MS |
|
2007 - Infiq / Dħul Assenjat lill-Aġenziji tal-Ħlas li l-kontijiet tagħhom |
Total a + b |
Tnaqqis u sospensjonijiet għas-sena finanzjarja kollha (1) |
Tnaqqis skont l-Artikolu 32 tar-Reg. 1290/2005 |
Total inkluż tnaqqis u sospensjonijiet |
Ħlasijiet lil Stat Membru għas-sena finanzjarja (2) |
Ammont li se jkun irkuprat mill- (–) jew imħallas lill- (+) Istat Membru |
Ammont irkuprat minn (–) jew imħallas lil (+) Stat Membru skont id-Deċiżjoni 2008/396/KE |
Ammont li se jkun irkuprat mill- (-) jew imħallas lill- (+) Istat Membru skont din id-Deċiżjoni (3) |
|
huma approvati |
mhumiex approvati |
||||||||||
= infiq / dħul assenjat iddikjarat fid-dikjarazzjoni annwali |
= total tal-infiq / dħul assenjat fid-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar |
||||||||||
|
|
a = xxxxx – A (col.i) |
b = xxxxx – A (col.h) |
ċ = a + b |
d = xxxxx – C1 (col. e) |
e = xxxxx – ART32 |
f = ċ + d + e |
g |
h = f – g |
i |
j = h – i |
EE |
EEK |
48 756 155,26 |
0,00 |
48 756 155,26 |
0,00 |
0,00 |
48 756 155,26 |
43 218 699,70 |
5 537 455,56 |
0,00 |
5 537 455,56 |
EE |
EUR |
35 127 040,45 |
0,00 |
35 127 040,45 |
0,00 |
0,00 |
35 127 040,45 |
35 126 777,91 |
262,54 |
0,00 |
262,54 |
NL |
EUR |
1 013 075 985,35 |
0,00 |
1 013 075 985,35 |
– 197 851,62 |
–99 891,82 |
1 012 778 241,91 |
1 014 343 940,20 |
–1 565 698,29 |
0,00 |
–1 565 698,29 |
PT |
EUR |
528 151 439,51 |
189 388 757,34 |
717 540 196,85 |
–35 399,52 |
0,00 |
717 504 797,33 |
717 209 444,82 |
295 352,51 |
0,00 |
295 352,51 |
MS |
|
nfiq (4) |
Dħul assenjat (4) |
Fond taz-zokkor |
L-Artikolu 32 (= e) |
Total (= j) |
|
Infiq (5) |
Dħul assenjat (5) |
||||||
05 07 01 06 |
6701 |
05 02 16 02 |
6803 |
6702 |
|||
k |
l |
m |
n |
o |
p = k + l + m + n + o |
||
EE |
EEK |
5 537 455,56 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
5 537 455,56 |
EE |
EUR |
262,54 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
262,54 |
NL |
EUR |
163 611,00 |
–1 629 417,47 |
0,00 |
0,00 |
–99 891,82 |
–1 565 698,29 |
PT |
EUR |
295 352,51 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
0,00 |
295 352,51 |
(1) Rigward NL, tnaqqis magħmul għal “tnaqqis ieħor” (–1 338,54 EUR) diġà kien rreġistrat mill-Istat Membru fil-kontijiet. It-tnaqqis u s-sospensjonijiet huma dawk li tqiesu fis-sistema tal-ħlas, li magħhom jiżdiedu partikolarment il-korrezzjonijiet għal meta ma ġewx irrispettati d-dati ta' skadenza tal-ħlasijiet stabbiliti f'Awwissu, Settembru u Ottubru 2007.
(2) Il-ħlasijiet li saru f'EUR huma maqsuma skont il-munita tad-dikjarazzjonijiet. Fil-każ tal-EE l-infiq totali nqasam f'partijiet bl-EUR u bil-munita nazzjonali (l-Art. 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006).
(3) Għall-kalkolu tal-ammont li se jkun irkuprat mill-, jew imħallas lill-Istat Membru, l-ammont li tqis huwa t-total tad-dikjarazzjoni annwali għall-infiq approvat (il-kolonna a), jew it-total tad-dikjarazzjonijiet ta' kull xahar għall-infiq mhux approvat (il-kolonna b). Ir-rata tal-kambju applikabbli: L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006.
(4) Jekk il-parti tad-dħul assenjat għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 07 01 06.
(5) Jekk il-parti tad-dħul assenjat tal-Fond taz-Zokkor għandha tkun vantaġġuża għall-Istat Membru, għandha tiġi ddikjarata taħt 05 02 16 02.
Note:Nomenklatura 2009 : 05 07 01 06, 05 02 16 02, 6701, 6702, 6803.
III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE
ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/88/PESK
tat-22 ta’ Diċembru 2008
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Ġibuti, fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Presidenza,
Billi:
(1) |
Fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 1814 (2008), li titlob lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet reġjonali biex jieħdu azzjoni sabiex jipproteġu l-bastimenti li qed jieħdu sehem fit-trasport u t-twassil ta’ għajnuna umanitarja lis-Somalja u f’attivitajiet awtorizzati min-Nazzjonijiet Uniti. |
(2) |
Fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-KSNU adotta r-Riżoluzzjoni 1816 (2008) li tawtorizza, għal perijodu ta’ sitt xhur mid-data tar-Riżoluzzjoni msemmija, lill-Istati li jikkooperaw mal-Gvern Federali ta’ Transizzjoni, biex jidħlu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u biex jużaw, b’mod konformi mad-dritt internazzjonali applikabbli, il-mezzi kollha meħtieġa biex irażżnu l-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-armi fuq il-baħar. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew imtawla għal perijodu ieħor ta’ 12-il xahar bir-Riżoluzzjoni 1846 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà, adottata fit-2 ta’ Diċembru 2008. |
(3) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (l-operazzjoni Atalanta). |
(4) |
L-Artikolu 11 tal-Azzjoni Konġunta msemmija jipprevedi li l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea u l-personal tagħhom, li huma stazzjonati fuq l-art fit-territorju ta’ Stati terzi, jew li joperaw fl-ilmijiet territorjali jew interni ta’ Stati terzi, għandu jkun maqbul konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Permezz ta’ ittra bid-data l-1 ta’ Diċembru 2008 lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), il-gvern tar-Repubblika ta’ Ġibuti esprima l-qbil tiegħu kemm għall-iskjerament ta’ forza Ewropea fit-territorju tiegħu kif ukoll tal-intenzjoni tiegħu li jikkonkludi f’dan ir-rigward Ftehim dwar l-istatus tal-forzi. |
(5) |
Wara l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill fit-18 ta’ Settembru 2007, konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat, il-Presidenza, megħjuna mis-SĠ/RGħ, innegozjat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Ġibuti. |
(6) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Ġibuti fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim li jorbot lill-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u ir-Repubblika ta’ Ġibuti dwar l-istatus tal-forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Ġibuti fil-qafas tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea Atalanta
L-UNJONI EWROPEA (UE),
minn naħa waħda, u
IR-REPUBBLIKA TA’ ĠIBUTI, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Stat Ospitanti”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn ‘il quddiem imsejħa “Partijiet”,
Imħassbin dwar il-mewġa ġdida tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi kontra bastimenti li jittrasportaw l-għajnuna umanitarja u bastimenti li jbaħħru ‘l barra mix-xtut tas-Somalja,
WARA LI KKUNSIDRAW:
ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1814 (2008), 1838 (2008) u 1846 (2008);
l-ittra tar-Repubblika ta’ Ġibuti bid-data l-1 ta’ Diċembru 2008 fejn taċċetta b’mod partikolari l-preżenza ta’ elementi tal-forza navali tal-UE fit-territorju tagħha;
l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (operazzjoni “Atalanta”);
li dan il-Ftehim ma jolqotx id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt strumenti ta’ ftehim internazzjonali u strumenti oħrajn li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, inkluż l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,
QABLU DWAR DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw għall-Forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea u l-persunal tagħhom.
2. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw biss fit-territorju tal-Istat Ospitanti, inklużi l-ilmijiet interni, il-baħar territorjali u l-ispazju tal-ajru tiegħu.
3. Għall-fini ta’ dan il-Ftehim:
(a) |
“forzi mmexxijin mill-Unjoni Ewropea” (EUNAVFOR) għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari tal-UE u l-kontinġenti nazzjonali li jikkontribwixxu għall-operazzjoni, il-bastimenti tagħhom, l-inġenji tal-ajru tagħhom, it-tagħmir tagħhom u l-mezzi tat-trasport tagħhom; |
(b) |
“operazzjoni” għandha tfisser it-tħejjija, l-istabbiliment, it-twettiq u l-appoġġ tal-missjoni militari segwenti għall-mandat li jirriżulta mir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) kif ukoll kull Riżoluzzjoni sussegwenti rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar iffirmata fl-10 ta’ Diċembru 1982; |
(ċ) |
“Kmandant tal-Operazzjoni” għandha tfisser il-Kmandant tal-Operazzjoni; |
(d) |
“Kmandant tal-Forza tal-UE” għandha tfisser il-Kmandant fiż-żona tal-operazzjonijiet; |
(e) |
“kwartieri ġenerali militari tal-UE” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali militari u l-elementi tagħhom, irrispettivament minn fejn jinsabu, taħt l-awtorità tal-kmandanti militari tal-UE li jeżerċitaw il-kmand jew il-kontroll militari tal-operazzjoni; |
(f) |
“kontinġenti nazzjonali” għandha tfisser l-unitajiet, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-elementi, partikolarment l-istakkamenti ta’ protezzjoni u elementi militari imbarkati abbord bastimenti merkantili, li huma l-proprjetà tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati l-oħra li jipparteċipaw fl-operazzjoni; |
(g) |
“persunal tal-EUNAVFOR” għandha tfisser il-persunal ċivili u militari assenjat lill-EUNAVFOR, kif ukoll il-persunal skjerat għat-tħejjija tal-operazzjoni u l-persunal fuq missjoni, kif ukoll il-persunal tal-pulizija li jiskorta lill-persuni arrestati mill-EUNAVFOR, għal Stat Mittenti ta’ oriġini jew istituzzjoni tal-UE fil-qafas tal-operazzjoni, li jinsabu, ħlief kif ipprovdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, fit-territorju tal-Istat Ospitanti, bl-eċċezzjoni tal-persunal impjegat lokalment u l-persunal impjegat minn kuntratturi kummerċjali internazzjonali; |
(h) |
“persunal impjegat lokalment” għandha tfisser il-membri tal-persunal li jkunu ċittadini tal-Istat Ospitanti jew ikunu residenti permanenti fih; |
(i) |
“faċilitajiet” għandha tfisser il-bini, l-akkomodazzjoni u l-art kollha meħtieġa għall-EUNAVFOR u għall-persunal tagħha; |
(j) |
“Stat Mittenti” għandha tfisser Stat li jipprovdi kontinġent nazzjonali għad-dispożizzjoni tal-EUNAVFOR; |
(k) |
“ilmijiet” għandha tfisser l-ilmijiet interni u l-baħar territorjali tal-Istat Ospitanti, kif ukoll l-ispazju tal-ajru fuq dawn l-ilmijiet; |
(l) |
“korrispondenza uffiċjali” għandha tfisser kull korrispondenza relatata mal-operazzjoni u mal-funzjonijiet tagħha. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. L-EUNAVFOR u l-persunal tiegħu għandhom jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Ospitanti u għandhom jastjenu minn kull azzjoni jew attività li tkun inkompatibbli mal-objettivi tal-operazzjoni.
2. L-EUNAVFOR għandha tinforma, regolarment u minn qabel, lill-gvern tal-Istat Ospitanti bin-numru tal-membri tal-persunal tagħha li jgħaddu mit-territorju tal-Istat Ospitanti jew li jkunu stazzjonati fih, kif ukoll bl-identità tal-bastimenti, l-inġenji tal-ajru u l-unitajiet li joperaw fl-ilmijiet tal-Istat Ospitanti jew li jidħlu fil-portijiet tiegħu.
Artikolu 3
Identifikazzjoni
1. Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR li jkunu fuq l-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti għandhom dejjem iġorru magħhom il-passaport jew il-karta tal-identità militari tagħhom.
2. Il-vetturi, l-inġenji tal-ajru, il-bastimenti u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport tal-EUNAVFOR għandhom ikollhom fuqhom marki ta’ identifikazzjoni u/jew pjanċi tar-reġistrazzjoni distintivi tal-EUNAVFOR, li dwarhom għandhom ikunu notifikati minn qabel l-awtoritajiet tal-Istat Ospitanti.
3. L-EUNAVFOR għandha jkollha d-dritt li turi l-bandiera tal-Unjoni Ewropea u marki distintivi, bħal ma huma insinji militari, titoli u simboli uffiċjali, fuq il-faċilitajiet, il-vetturi u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport tagħha. L-uniformijiet tal-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkollhom emblema distintiva tal-EUNAVFOR. Il-bnadar jew l-insinji nazzjonali tal-kontinġenti nazzjonali li jikkostitwixxu l-operazzjoni jistgħu jkunu murija fuq il-faċilitajiet, il-vetturi u l-mezzi l-oħrajn tat-trasport u l-uniformijiet tal-EUNAVFOR, skont id-deċiżjoni tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.
Artikolu 4
Qsim tal-fruntieri u moviment fit-territorju tal-Istat Ospitanti
1. Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR m’għandhomx jidħlu fit-territorju tal-Istat Ospitanti ħlief bil-preżentazzjoni ta’ passaport validu, u, jekk ikun l-ewwel dħul, ħlief fil-każ tal-ekwipaġġi tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru tal-EUNAVFOR, ta’ ordni ta’ missjoni individwali jew kollettiva maħruġa mill-EUNAVFOR. Meta huma jidħlu fit-territorju tal-Istat Ospitanti, jitilqu minnu jew ikunu qegħdin fih, huma għandhom ikunu eżenti minn spezzjonijiet fil-qafas tal-formalitajiet tal-immigrazzjoni u tal-kontroll doganali. L-ekwipaġġi tal-bastimenti u tal-inġenji tal-ajru tal-EUNAVFOR għandhom ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet relatati mal-viża.
2. Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR għandhom ikunu eżenti mid-dispożizzjonijiet tal-Istat Ospitanti dwar ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tal-barranin, iżda m’għandhom jiksbu l-ebda dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
3. L-Istat Opsitanti għandu jiġi pprovdut, għal fini ta’ informazzjoni, b’lista ġenerali tar-riżorsi tal-EUNAVFOR li jidħlu fit-territorju tiegħu. Dawn ir-riżorsi għandu jkollhom marka ta’ identifikazzjoni tal-EUNAVFOR. L-EUNAVFOR għandha tkun eżenti milli tipproduċi xi dokument doganali ieħor kif ukoll minn kull tip ta’ spezzjoni.
4. Il-membri tal-persunal tal-EUNAVFOR jistgħu jsuqu vetturi bil-mutur u jinnavigaw bastimenti u inġenji tal-ajru fit-territorju tal-Istat Ospitanti bil-kondizzjoni li jkollhom, skont il- każ, liċenzja tas-sewqan, ċertifikat ta’ kaptan ta’ bastiment jew liċenzja ta’ bdot valida nazzjonali, internazzjonali jew militari, li tkun inħarġet minn wieħed mill-Istati Mittenti.
5. Għall-finijiet tal-operazzjoni, l-Istat Ospitanti għandu jagħti lill-EUNAVFOR u lill-persunal tagħha l-libertà tal-moviment u tal-ivvjaġġar fit-territorju tiegħu, inkluż fl-ilmijiet u fl-ispazju tal-ajru tiegħu. Il-libertà tal-moviment fil-baħar territorjali tal-Istat Ospitanti għandha tinkludi partikolarment il-waqfien u l-ankoraġġ.
6. Għall-finijiet tal-operazzjoni, l-EUNAVFOR tista’ twettaq l-illanċjar, l-inżul jew it-teħid abbord ta’ inġenji tal-ajru jew tagħmir militari fl-ilmijiet tal-Istat Ospitanti.
7. Għall-finijiet tal-operazzjoni, l-EUNAVFOR u l-mezzi tat-trasport li tikri jistgħu jużaw it-toroq, il-pontijiet, il-laneċ, l-ajruporti u l-portijiet mingħajr ma jħallsu taxxi jew tariffi simili. L-EUNAVFOR m’għandhiex tkun eżenti minn kontributi finanzjarji bħala kumpens għas-servizzi li tibbenefika minnhom fuq talba tagħha.
Artikolu 5
Privileġġi u immunitajiet tal-EUNAVFOR mogħtija mill-Istat Ospitanti
1. Il-faċilitajiet tal-EUNAVFOR u l-bastimenti u l-inġenji tal-ajru tagħha għandhom ikunu invjolabbli. Madankollu, l-aġenti tal-Istat Ospitanti jistgħu jidħlu fihom bil-kunsens tal-Kmandant tal-Forza tal-UE.
2. L-EUNAVFOR, kif ukoll il-beni u r-riżorsi tagħha, irrispettivament minn fejn jinsabu u mid-detentur tagħhom, għandu jkollhom immunità mill-ġurisdizzjoni.
3. Il-faċilitajiet tal-EUNAVFOR, it-tagħmir tagħhom u l-beni oħra fihom kif ukoll il-mezzi ta’ trasport tagħhom għandhom ikunu ħielsa minn kull tfittxija, rekwiżizzjoni, sekwestru jew miżura ta’ eżekuzzjoni.
4. L-arkivji u d-dokumenti tal-EUNAVFOR għandhom ikunu dejjem invjolabbli, ikunu fejn ikunu.
5. Il-korrispondenza uffiċjali tal-EUNAVFOR għandha tkun invjolabbli.
6. L-Istat Ospitanti għandu jawtorizza d-dħul ta’ oġġetti għall-operazzjoni u jagħtihom eżenzjoni minn kull dazju doganali, taxxa jew tariffi simili, ħlief għall-ispejjeż għal ħżin, trasport u servizzi oħra mwettqa.
7. L-EUNAVFOR għandha tkun eżenti mill-imposti, it-taxxi u t-tariffi simili kollha nazzjonali, reġjonali jew komunali fir-rigward ta’ merkanzija mixtrija u importata, servizzi pprovduti u faċilitajiet użati minnha għall-finijiet tal-operazzjoni. L-EUNAVFOR m’għandhiex tkun eżenti minn imposti jew ħlasijiet oħra li jirrappreżentaw ħlas għal servizzi mwettqa.
Artikolu 6
Privileġġi u immunitajiet tal-persunal tal-EUNAVFOR mogħtija mill-Istat Ospitanti
1. Il-persunal tal-EUNAVFOR ma jista’ jkun soġġett għal ebda forma ta’ arrest jew detenzjoni. F’każ ta’ reat f’postijiet pubbliċi li jiġi nnotat waqt li jkun qed iseħħ minn awtorità tal-pulizija tal-Istat Ospitanti, din għandha, jekk il-persuna li twettaq ir-reat tkun ippreġudikat l-integrità fiżika ta’ ċittadin tal-Istat Ospitanti, tkun awtorizzata li żżommha taħt arrest biex tiżgura l-protezzjoni tagħha sakemm jaslu l-awtoritajiet kompetenti tal-EUNAVFOR.
2. Id-dokumenti, il-korrispondenza u l-proprjetà tal-persunal tal-EUNAVFOR għandhom ikunu invjolabbli, ħlief fil-każ ta’ miżuri ta’ eżekuzzjoni awtorizzati skont il-paragrafu 6.
3. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkollu immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Istat Ospitanti.
L-immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-persunal tal-EUNAVFOR tista’ tiġi rrinunċjata mill-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni kkonċernata tal-UE, skont il-każ. Din ir-rinunzja għandha dejjem issir bil-miktub.
4. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jgawdi immunità mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva tal-Istat Ospitanti fir-rigward tal-kliem li jgħid jew jikteb u l-atti kollha li jwettaq fil-qadi tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu.
Meta jitressaq xi proċediment ċivili kontra l-persunal tal-EUNAVFOR quddiem qorti tal-Istat Ospitanti, il-Kmandant tal-Forza tal-UE u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE għandhom jiġu nnotifikati minnufih dwaru. Qabel il-bidu tal-ftuħ tal-proċediment quddiem il-qorti kompetenti, il-Kmandant tal-Forza tal-UE u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew tal-istituzzjoni kkonċernata tal-UE għandha tiċċertifika jekk l-att inkwistjoni kienx twettaq mill-persunal tal-EUNAVFOR fil-qadi tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu.
Meta l-att ikun twettaq fil-qadi ta’ funzjonijiet uffiċjali, il-proċediment m’għandux jinbeda u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15. Jekk l-att ma jkunx twettaq fl-eżerċizzju ta’ funzjonijiet uffiċjali, il-proċediment jista’ jitkompla. L-Istat Ospitanti għandu jiżgura ruħu li l-qorti kompetenti tirrikonoxxi ċ-ċertifikazzjoni mill-Kmandant tal-Forza tal-UE u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni kkonċernata tal-UE.
Jekk il-persunal tal-EUNAVFOR jibda proċedura ċivili, huwa ma jkunx jista’ jinvoka aktar l-immunità mill-ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ kull kontrotalba relatata direttament mat-talba prinċipali.
5. Il-persunal tal-EUNAVFOR mhux obbligat li jagħti xhieda.
6. Ma tista’ tittieħed l-ebda miżura ta’ twettiq fir-rigward tal-persunal tal-EUNAVFOR, ħlief jekk jinfetaħ kontrih proċediment ċivili mhux relatat mal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu. Il-beni tal-persunal tal-EUNAVFOR, li jkunu ċċertifikati mill-Kmandant tal-Forza tal-UE bħala meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu, għandhom ikunu ħielsa minn sekwestru għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti. Fi proċedimenti ċivili l-persunal tal-EUNAVFOR m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni tal-libertà personali tiegħu jew għal xi miżuri oħra restrittiva.
7. L-immunità tal-persunal tal-EUNAVFOR mill-ġurisdizzjoni tal-Istat Ospitanti ma teżentahx mill-ġurisdizzjoni tal-Istat Mittenti.
8. Il-persunal tal-EUNAVFOR għandu jkun eżenti minn kull forma ta’ tassazzjoni fl-Istat Ospitanti kemm fuq ir-remunerazzjoni u l-emolumenti mħallsa lilu mill-EUNAVFOR jew mill-Istati Mittenti, kif ukoll fuq kull dħul li jirċievi minn barra l-Istat Ospitanti.
9. L-Istat Ospitanti għandu, konformement mal-liġijiet u r-regolamenti li jista’ jadotta, jippermetti d-dħul ta’ oġġetti għall-użu personali tal-persunal tal-EUNAVFOR u jeżentahom minn kull dazju doganali, taxxa u tariffa relatata ħlief għat-tariffi għal ħżin, ġarr u servizzi simili.
Il-bagalji personali tal-persunal tal-EUNAVFOR għandhom ikunu eżenti mill-ispezzjoni, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet serji biex wieħed jaħseb li jkun fihom oġġetti li ma jkunux għall-użu personali tiegħu, jew oġġetti li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom tkun ipprojbita mil-liġi jew ikkontrollata bir-regolamenti ta’ kwarantina tal-Istat Ospitanti. Tali spezzjoni għandha titwettaq biss fil-preżenza tal-persunal tal-EUNAVFOR ikkonċernat jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-EUNAVFOR.
Artikolu 7
Persunal impjegat lokalment
Il-persunal impjegat lokalment m’għandu jibbenefika minn ebda privileġġ jew immunità. Madankollu, l-Istat Ospitanti għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq dak il-persunal b’tali mod li ma jfixkilx eċċessivament it-twettiq tal-funzjonijiet tal-operazzjoni.
Artikolu 8
Ġurisdizzjoni kriminali
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Mittenti jistgħu jeżerċitaw fit-territorju tal-Istat Ospitanti, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta’ dan tal-aħħar, is-setgħat kollha ta’ ġurisdizzjoni kriminali u dixxiplinarji kollha mogħtija lilhom bil-liġi tal-Istat Mittenti fir-rigward tal-persunal kollu tal-EUNAVFOR soġġett għal din il-leġislazzjoni.
Artikolu 9
Uniformi u armi
1. L-ilbies ta’ uniformi għandu jkun soġġett għar-regoli adottati mill-Kmandant tal-Forza tal-UE.
2. Għall-finijiet tal-operazzjoni, il-membri tal-persunal militari tal-EUNAVFOR, kif ukoll il-persunal tal-pulizija li jiskortaw lill-persuni arrestati mill-EUNAVFOR, jistgħu jġorru jew jittrasportaw armi u munizzjon bil-kondizzjoni li jkunu awtorizzati jagħmlu dan bl-ordnijiet li jkollhom.
Artikolu 10
Appoġġ mill-Istat Ospitanti u għoti ta’ kuntratti
1. L-Istat Ospitanti għandu jaċċetta, jekk jintalab, li jgħin lill-EUNAVFOR issib faċilitajiet adatti.
2. Fil-limiti tal-mezzi u l-kapaċitajiet tiegħu, l-Istat Ospitanti għandu jgħin fit-tħejjija, l-istabbiliment, it-twettiq u l-appoġġ għall-operazzjoni.
3. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-EUNAVFOR fl-Istat Ospitanti għandha tkun stabbilita fil-kuntratt.
4. Il-kuntratt jista’ jistipula li l-proċedura tar-riżoluzzjoni tat-tilwim previst fl-Artikolu 15(3) u (4), għandha tkun applikabbli għat-tilwim li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-kuntratt.
5. L-Istat Ospitanti għandu jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-kuntratti konklużi mill-EUNAVFOR ma’ entitajiet kummerċjali għall-finijiet tal-operazzjoni.
Artikolu 11
Modifika tal-faċilitajiet
L-EUNAVFOR għandha tkun awtorizzata li tibni jew timmodifika l-faċilitajiet skont il-ħtiġijiet operattivi tagħha, bil-qbil minn qabel tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 12
Persunal deċedut tal-EUNAVFOR
1. Il-Kmandant tal-Forza tal-UE għandu jkollu d-dritt li jieħu f’idejh u li jagħmel l-arranġamenti adatti għar-ripatrijazzjoni ta’ kull membru deċedut tal-persunal tal-EUNAVFOR, kif ukoll tal-proprjetà personali tiegħu.
2. M’għandha ssir l-ebda awtopsja fuq membru deċedut tal-persunal tal-EUNAVFOR mingħajr il-qbil tal-Istat ikkonċernat u mingħajr il-preżenza ta’ rappreżentant tal-EUNAVFOR u/jew l-Istat ikkonċernat.
3. L-Istat Ospitanti u l-EUNAVFOR għandhom jikkooperaw b’kull mezz possibbli biex jiżguraw li l-membru deċedut tal-persunal tal-EUNAVFOR jiġi ripatrijat malajr kemm jista’ jkun.
Artikolu 13
Sigurtà tal-EUNAVFOR u Pulizija Militari
1. L-Istat Ospitanti għandu jieħu l-miżuri kollha adatti biex jiżgura s-sigurtà tal-EUNAVFOR u tal-persunal tagħha, meta jkunu barra mill-faċilitajiet tagħha.
2. L-EUNAVFOR għandha tkun awtorizzata, fuq l-art fit-territorju tal-Istat Ospitanti u l-ilmijiet interni tiegħu, li tieħu l-miżuri meħtieġa biex tipproteġi l-faċilitajiet, il-bastimenti, l-inġenji tal-ajru tagħha kif ukoll il-bastimenti li qed tipproteġi, kontra kull attakk jew intrużjoni esterni, f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż ospitanti.
3. Il-Kmandant tal-Forza tal-UE jista’ joħloq unità ta’ pulizija militari sabiex tinżamm l-ordni fil-faċilitajiet tal-EUNAVFOR.
4. L-unità tal-pulizija militari tista’ wkoll, f’konsultazzjoni u kooperazzjoni mal-pulizija militari jew il-pulizija tal-Istat Ospitanti, tintervjeni barra minn dawk il-faċilitajiet sabiex tiżgura ż-żamma tal-ordni u d-dixxiplina fost il-persunal tal-EUNAVFOR.
5. Il-persunal tal-EUNAVFOR li jgħaddi mit-territorju ta’ Ġibuti biex jiskorta lill-persuni arrestati mill-EUNAVFOR jista’ juża l-miżuri restrittivi meħtieġa kontra dawn il-persuni.
Artikolu 14
Komunikazzjoni
1. L-EUNAVFOR tista’ tinstalla u topera stazzjonijiet tar-radju mittenti u riċeventi, kif ukoll sistemi satellitari. Hija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti biex jiġi evitat kull konflitt fl-użu tal-frekwenzi adatti. L-Istat Ospitanti għandu jagħti l-aċċess għall-ispettru tal-frekwenzi konformement mal-leġislazzjoni fis-seħħ tiegħu.
2. L-EUNAVFOR għandu jkollha d-dritt għal komunikazzjoni, mingħajr kwalunkwe restrizzjoni, bir-radju (inkluż radju satellitari, mobbli jew portabbli), bit-telefon, bit-telegrafu, bil-faks u b’mezzi oħrajn, kif ukoll id-dritt li tinstalla t-tagħmir meħtieġ biex tiżgura l-komunikazzjoni meħtieġa ġewwa u bejn il-faċilitajiet tal-EUNAVFOR, inkluż id-dritt li tqiegħed kejbils u linji fissi għall-finijiet tal-operazzjoni.
3. Fil-faċilitajiet tagħha stess l-EUNAVFOR tista’ tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex tiżgura t-trasmissjoni tal-posta indirizzata lill-EUNAVFOR jew lill-persunal tagħha jew li tkun qed tintbagħat mill-EUNAVFOR jew mill-persunal tagħha.
4. Il-modalitajiet tal-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu s-suġġett ta’ arranġamenti mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 15
Talbiet għal indennizz f’każ ta’ mewt, korriment, dannu jew telf
1. It-talbiet għal indennizz f’każ ta’ dannu jew telf ta’ beni ċivili jew pubbliċi, kif ukoll it-talbiet għal indennizz f’każ ta’ mewt jew korriment ta’ persuna u ta’ dannu jew telf ta’ beni tal-EUNAVFOR, għandhom jiġu solvuti bonarjament.
2. Dawn it-talbiet għandhom jitressqu lill-EUNAVFOR permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti fir-rigward tat-talbiet imressqa minn persuni ġuridiċi jew fiżiċi mill-Istat Ospitanti, jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti fir-rigward tat-talbiet imressqa mill-EUNAVFOR.
3. Meta ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni bonarja, it-talba għal indennizz għandha tintbagħat lil kummissjoni ta’ indennizz magħmula fuq bażi indaqs minn rappreżentanti tal-EUNAVFOR u rappreżentanti tal-Istat Ospitanti. Id-deċiżjonijiet dwar it-talbiet għandu jintlaħaq bi qbil komuni.
4. Meta ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni fil-kummissjoni ta’ indennizz, it-talbiet:
(a) |
għal ammont ta’ EUR 80 000 jew inqas għandhom jiġu riżolti b’mezzi diplomatiċi bejn l-Istat Ospitanti u r-rappreżentanti tal-UE; |
(b) |
għal ammont akbar minn dak stabbilit fil-punt (a) għandhom jitressqu quddiem tribunal tal-arbitraġġ, li d-deċiżjonijiet tagħha għandhom ikunu vinkolanti. |
5. It-tribunal tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tlitt arbitri, li wieħed minnhom ikun maħtur mill-Istat Ospitanti, ieħor ikun maħtur mill-EUNAVFOR u t-tielet wieħed ikun maħtur bi qbil komuni mill-Istat Ospitanti u l-EUNAVFOR. Jekk waħda mill-partijiet ma taħtarx arbitru fi żmien xahrejn, jew jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq qbil bejn l-Istat Ospitanti u l-EUNAVFOR dwar il-ħatra tat-tielet arbitru, l-arbitru inkwistjoni għandu jinħatar mill-President tal-Qorti Suprema tar-Repubblika ta’ Ġibuti.
6. Għandhom jiġu konklużi arranġamenti amministrattivi bejn l-EUNAVFOR u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Ospitanti sabiex jiġi definit il-mandat tal-kummissjoni ta’ indennizz u tat-tribunal tal-arbitraġġ, il-proċeduri applikabbli f’dawn l-organi u l-kondizzjonijiet li bihom għandhom jiġu ppreżentati t-talbiet għal indennizz.
Artikolu 16
Kollegament u tilwim
1. Il-kwistjonijiet kollha marbutin mal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati konġuntement mir-rappreżentanti tal-EUNAVFOR u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti.
2. Jekk ma jkunx hemm soluzzjoni minn qabel, it-tilwim rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi solvut esklużivament b’mezzi diplomatiċi bejn l-Istat Ospitanti u r-rappreżentanti tal-UE.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet oħra
1. Kull meta dan il-Ftehim jirreferi għall-privileġġi, l-immunitajiet u d-drittijiet tal-EUNAVFOR u tal-persunal tagħha, il-Gvern tal-Istat Ospitanti għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tagħhom u għall-konformità magħhom min-naħa tal-awtoritajiet lokali kkonċernati tal-Istat Ospitanti.
2. L-ebda dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim m’hi maħsuba jew m’għandha tinftiehem li tidderoga minn kull dritt li jista’ jkollu Stat Membru tal-UE jew kull Stat ieħor li jikkontribwixxi għall-EUNAVFOR bis-saħħa ta’ strumenti ta’ ftehim oħrajn.
Artikolu 18
Arranġamenti implimentattivi
Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-kwistjonijiet operattivi, amministrattivi, finanzjarji jew tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta’ arranġamenti separati li jiġu konklużi bejn il-Kmandant tal-Forza tal-UE u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u tmiem
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fil-jum meta jiġi ffirmat u għandu jibqa’ fis-seħħ għal perijodu ta’ tnax-il xahar. Huwa għandu jiġġedded b’mod impliċitu għal perijodi suċċessivi ta’ tliet xhur. Kull Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra mill-anqas xahar qabel bl-intenzjoni tagħha li ma ġġeddidx dan il-Ftehim.
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(7), l-Artikolu 5 (1) sa (3), 5(6) u (7), l-Artikolu 6(1), 6(3), 6(4), 6(6), 6(8) u(9), l-Artikolu 11 u l-Artikolu 15 għandhom jitqiesu li kienu japplikaw mid-data tal-iskjerament tal-ewwel membri tal-persunal tal-EUNAVFOR jekk dik id-data tkun qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.
3. Dan il-Ftehim jista’ jiġi emendat abbażi ta’ ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.
4. It-tmiem ta’ dan il-Ftehim m’għandux jaffettwa d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta’ dan il-Ftehim qabel tali tmiem.
Magħmula f’Ġibuti, fil-5 ta’ Jannar 2009, f’żewġ kopji oriġinali fil-lingwa Franċiża.
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Istat Ospitanti
Corrigendum
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/49 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tad-29 ta' Jannar 2009 )
It-test tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2009 ppubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 25 tad-29 ta' Jannar 2009, p. 1, għandu jkun ikkunsidrat bħala null u bla effett.
3.2.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 33/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.