ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
29ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 85/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 86/2009 tat-28 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

4

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 87/2009 tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 88/2009 tat-28 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 89/2009 tat-28 ta' Jannar 2009 li jiftaħ għas-sena 2009 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

14

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/75/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

16

 

 

2009/76/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2009 li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali

17

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/77/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli ( 1 )

18

 

 

2009/78/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej ( 1 )

23

 

 

2009/79/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2009 li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol ( 1 )

28

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 128/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 85/2009

tad-19 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, rigward ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 161,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Billi:

(1)

Il-kriżi bla preċedent li qed tolqot is-swieq finanzjarji internazzjonali ħolqot sfidi kbar għall-Komunità, li titlob rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija in ġenerali, u b’mod partikolari biex issostni l-investimenti sabiex jiġu promossi it-tkabbir u l-impjiegi.

(2)

Il-qafas regolatorju tal-perijodu ta’ programmar 2007-2013 ġie adottat bil-għan li tinkiseb aktar simplifikazzjoni fl-ipprogrammar u l-ġestjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-effikaċja u s-sussidjarjetà tagħhom fit-termini tal-implimentazzjoni tagħhom.

(3)

L-adattament ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni (1) huwa meħtieġ sabiex jiġi ffaċilitat l-immobilizzar tal-fondi Komunitarji sabiex jingħata bidu għall-programmi operattivi kif ukoll għall-proġetti megħjuna fil-qafas ta’ dawn il-programmi, b’mod li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tagħhom u għalhekk l-impatt tal-investimenti fuq l-ekonomija.

(4)

Jeħtieġ li tissaħħaħ il-possibbiltà għall-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) li jgħinu lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

(5)

B’kont meħud tal-istatus tal-BEI u l-FEI bħala entitajiet finanzjarji rikonoxxuti mit-Trattat, meta jiġu organizzati operazzjonijiet ta’ inġinerija finanzjarja li jinvolvuhom bħala fondi ta’ investiment, għandu jkun possibli li jingħatalhom kuntratt direttament.

(6)

Sabiex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ strumenti ta’ inġinerija finanzjarja, b’mod partikolari fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli, jeħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà ta’ kontribuzzjonijiet in natura meqjusa bħala nefqa eliġibbli fil-kostituzzjoni ta’, jew kontribuzzjonijiet lejn, il-fondi.

(7)

Biex jingħata appoġġ lill-impriżi, u b’mod partikolari l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, jeħtieġ ukoll aktar flessibilità fil-kondizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti bil-quddiem fil-qafas tal-għajnuniet tal-Istat skont l-Artikolu 87 tat-Trattat.

(8)

Sabiex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-proġetti maġġuri, jeħtieġ li l-ispejjeż relatati mal-proġetti maġġuri li għadhom ma ġewx adottati mill-Kummissjoni, ikunu jistgħu jiġu inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa.

(9)

Biex jissaħħu r-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u b’hekk ikun iffaċilitat bidu rapidu tal-programmi operattivi f’kuntest ta’ kriżi, jeħtieġ li jiġu modifikati d-dispożizzjonijiet rigwar il-finanzjament bil-quddiem.

(10)

Il-pagament tal-ħlas akkont fil-bidu tal-programmi operattivi għandu jkun kapaċi jiggarantixxi dħul u ħruġ ta’ flus regolari u jiffaċilita l-pagamenti għall-benefiċjarji fl-implimentazzjoni tal-programm operattiv. Għal dan il-għan, għandhom jiġu stabbiliti xi dispożizzjonijiet għall-pagament tal-kontijiet għall-Fondi strutturali: 7,5 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea hekk kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004) u 9 % (għall-Istati Membri li ssieħbu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara) sabiex jikkontribwixxu biex tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi.

(11)

Skont il-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ ċertezza legali, l-emendi relatati mal-Artikoli 56(2) u 78(1) għandhom japplikaw matul il-perjodu ta’ programmar 2007-2013 kollu. Għalhekk, l-applikazzjoni retroattiva hija neċessarja mill-1 ta’ Awwissu 2006, id-data li fiha daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Billi l-kriżi bla preċedent li qed taffettwa is-swieq finanzjarji internazzjonali teħtieġ rispons rapidu biex tilqa’ kontra l-effetti fuq l-ekonomija in ġenerali, emendi oħrajn għandhom jidħlu fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 44, it-tieni subparagrafu għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-punt (b) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

meta l-ftehim mhuwiex kuntratt pubbliku ta’ servizz skont il-liġi applikabbli fir-rigward ta’ swieq pubbliċi, l-għoti ta’ għajnuna, stipulata għal dan il-għan bħala kontribuzzjoni finanzjarja diretta permezz ta’ donazzjoni lil xi istituzzjoni finanzjarja mingħajr sejħa għall-offerti, jekk dan isir b’konformità ma’ liġi nazzjonali, huwa kompatibbli mat-Trattat.”;

(b)

għandu jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

l-għoti ta’ kuntratt direttament lill-BEI jew lill-FEI.”;

(2)

fl-Artikolu 46(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Il-BEI jew l-FEI jistgħu, fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipaw fl-azzjonijiet ta’ għajnuna teknika msemmija fl-ewwel subparagrafu.”;

(3)

L-Artikolu 56(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, l-ispejjeż ta’ deprezzament u n-nefqa ġenerali, jistgħu jiġu ttrattati bħala spejjeż imħallsa mill-benefiċjarji għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

B’ deroga mill-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet in natura, fil-każ ta’ strumenti tal-inġinerija finanzjarja u għall-finijiet tal-Artikolu 78(6)(1), jistgħu jiġu pproċessati bħala nefqa għall-kostituzzjoni tal-fondi jew fondi ta’ titoli jew għall-kontribuzzjoni ta’ dawn, fil-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu.

L-ispejjeż imsemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ir-regoli ta’ eliġibilità mfassla abbażi tal-paragrafu 4 jipprevedu għall-eliġibilità ta’ tali nefqa;

(b)

l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti ta’ sostenn li jkollhom valur ta’ prova ekwivalenti għal riċevuti, mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet stabbiliti f’Regolamenti speċifiċi;

(c)

fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura, il-kofinanzjament mill-Fondi ma jaqbiżx it-total tal-ispejjeż eliġibbli bl-esklużjoni tal-valur ta’ tali kontribuzzjonijiet.”;

(4)

L-Artikolu 78 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

l-aħħar sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 78(1) għandha tinbidel b’dan li ġej:

“In-nefqa mħallsa mill-benefiċjarji għandha tiġi appoġġata minn fatturi mmarkati bħala mħallsa jew dokumenti ta’ kontabilità ta’ valur probatorju ekwivalenti, sakemm mhux previst mod ieħor f’Regolamenti speċifiċi għal kull Fond.”;

(b)

fl-Artikolu 78(2): il-punt (b) għandu jitħassar;

(c)

l-Artikolu 78(4) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Meta, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 41(3), il-Kummissjoni tiċħad kontribuzzjoni finanzjarja lil xi proġett maġġuri, id-dikjarazzjoni tan-nefqa li ssegwi l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rrettifikata kif meħtieġ.”;

(5)

fl-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punti (a), (b) u (c) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

għall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea kif kienet ikkostitwita qabel l-1 ta’ Mejju 2004: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, u fl-2009 2,5 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

(b)

għall-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv u fl-2009 4 % tal-kontribuzzjoni tal-Fondi strutturali għall-programm operattiv;

(c)

meta l-programm operattiv jaqa’ taħt l-objettiv ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea u mill-inqas wieħed mill-parteċipanti huwa Stat Membru li ssieħeb mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara: fl-2007 2 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, fl-2008 3 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv, u fl-2009 4 % tal-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-programm operattiv.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, l-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 1(4) il-punt (a), għandhom japplikaw mill-1 ta’ Awwissu 2006.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 86/2009

tat-28 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-29 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

JO

78,3

MA

48,5

TN

134,4

TR

97,0

ZZ

89,6

0707 00 05

JO

167,2

MA

116,0

TR

131,2

ZZ

138,1

0709 90 70

MA

146,2

TR

112,5

ZZ

129,4

0709 90 80

EG

82,9

ZZ

82,9

0805 10 20

EG

50,5

IL

62,4

MA

63,7

TN

43,2

TR

55,0

ZZ

55,0

0805 20 10

IL

144,6

MA

85,8

TR

54,0

ZZ

94,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

66,3

EG

88,5

IL

74,9

JM

93,7

PK

46,6

TR

61,0

ZZ

71,8

0805 50 10

EG

48,1

MA

67,1

TR

62,8

ZZ

59,3

0808 10 80

CA

84,9

CN

65,1

MK

32,6

US

101,9

ZZ

71,1

0808 20 50

CL

115,7

CN

34,8

TR

40,0

US

110,3

ZA

119,5

ZZ

84,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 87/2009

tat-28 ta’ Jannar 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti għas-subperjodu minn Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli rregolati minn sistema ta' liċenzji għall-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 327/98 ta' 10 ta' Frar 1998 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (3) u b'mod partikolari l-Artikolu 5, l-ewwel subparagrafu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 327/98 fetaħ u ddefinixxa l-mod ta' ġestjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni tar-ross u tar-ross miksur, imqassma skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness IX għar-Regolament imsemmi.

(2)

Is-subperjodu tax-xaħar ta' Jannar huwa l-ewwel subperjodu għall-kwoti provduti fil-punti a), b), c) u d) tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98.

(3)

Min-notifika magħmula skont l-Artikolu 8 a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament imsemmi, jinvolvu kwantità li taqbeż dik disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba għall-kwota/i kkonċernata/i.

(4)

Barra minn hekk, min-notifika msemmija hawn fuq, jirriżulta li għall-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 327/98, jinvolvu kwantità li ma taqbiżx [jew hija daqs] dik disponibbli.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li, għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166, jiġu definiti l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 327/98,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwota/i bin-numru/i tas-serje 09.4148 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, imressqa matul l-ewwel għaxart ijiem tax-xogħol ta' Jannar 2009, għandhom jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantitajiet mitluba, mqassma skont il-koeffiċjent/i ta' allokazzjoni stabbilit(i) fl-Anness għal dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti koperti bin-numri tas-serje 09.4127 – 09.4128 – 09.4148 – 09.4149 – 09.4150 – 09.4152 – 09.4153 – 09.4154 – 09.4112 – 09.4116 – 09.4117 – 09.4118 – 09.4119 – 09.4166 i msemmija fir-Regolament (KE) Nru 327/98, għas-subperjodu tal-kwoti ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 37, 11.2.1998, p. 5.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 327/98

a)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2009

(kg)

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4127

 (2)

22 545 000

It-Tajlandja

09.4128

 (2)

8 738 852

L-Awstralja

09.4129

 (3)

1 019 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4130

 (3)

1 805 000


b)   Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross nofsu mitħun kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' April 2009

(kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4148

1,690006  %

0


c)   Kwota ta' ross miksur, kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 , provduta bl-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2009

(kg)

It-Tajlandja

09.4149

 (2)

31 370 790

L-Awstralja

09.4150

 (1)

16 000 000

Il-Gujana

09.4152

 (1)

11 000 000

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4153

 (2)

6 215 000

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4154

1,449194  %

6 000 010


d)   Kwota ta' ross mitħun jew nofsu mitħun li jaqa' taħt il-kodiċi tan-NM 1006 30 , provduta bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 327/98:

Oriġini

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tax-xahar ta' Lulju 2009

(kg)

It-Tajlandja

09.4112

1,298370  %

0

L-Istati Uniti ta' l-Amerika

09.4116

2,081253  %

0

L-Indja

09.4117

1,315789  %

0

Il-Pakistan

09.4118

1,072615  %

0

Joriġinaw minn xi pajjiż ieħor

09.4119

1,092084  %

0

Il-pajjiżi kollha

09.4166

1,002539  %

17 011 012


(1)  L-ebda applikazzjoni tal-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja

(2)  L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa

(3)  L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 88/2009

tat-28 ta’ Jannar 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4332 (2008-2009).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tad-19 sa tat-23 ta’ Jannar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

Intlaħqu

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 19.1.2009-23.1.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 89/2009

tat-28 ta' Jannar 2009

li jiftaħ għas-sena 2009 il-kwota tariffarja applikabbli għall-importazzjoni fil-Komunità Ewropea ta' ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li ġejjin mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għall-ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta' Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fl-għamla ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja fuq il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli proċessati bejn il-Partijiet Kontraenti.

(2)

Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat mid-Deċiżjoni 138/2004 tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (5), jistipula dazju ta' rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta' ilma miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor tal-ħlewwa jew għat-togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10.

(3)

Id-dazju ta' rata żero fuq it-tipi ta' ilma u x-xarbiet ikkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta' prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta' kwota ta eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonjiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 93/2008 (7) irtira s-sospensjoni temporanja tar-reġim tad-dazju ħieles għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2008 għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ ċerti oġġetti tal-kodiċijiet NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw min-Norveġja.

(5)

Jeħtieġ li tinfetaħ il-kwota tariffarja għas-sena 2009 għax-xarbiet mingħajr alkoħol ikkonċernati. L-aħħar kwota annwali għall-2007 għall-prodotti fil-kwistjoni nfetħet permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1795/2006 (8). Ma nfetħet l-ebda kwota annwali għall-2008. Il-volum tal-kwota għall-2009 għalhekk għandha tibqa’ l-istess għall-2007.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarja (9), jistabbilixxi r-regoli għall-immaniġġjar tal-kwoti tariffarji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-kwota tariffarja miftuħa minn dan ir-Regolament għandha titmexxa skont dawk ir-regoli.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta' Tmexxija għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta' prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009, il-kwota tariffarja tal-Komunità mniżżla fl-Anness hija miftuħa għall-oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li huma elenkati f'dak l-Anness, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fih.

2.   Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.

3.   Għal kwantitajiet impurtati li jaqbżu l-volum tal-kwota, se jiġi applikat dazju preferenzali ta' 0,047 EUR/litru.

Artikolu 2

Il-kwota tariffarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tiġi ġestita mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.

(2)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70; Edizzjoni Speċjali nil-Malti ĠU L 53M, 7.6.2006, p. 276.

(3)  ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.

(4)  ĠU L 22, 24.1.2002, p. 34.

(5)  ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.

(6)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.

(7)  ĠU L 28, 1.2.2008, p. 12.

(8)  ĠU L 341, 7.12.2006, p. 17; Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 397.

(9)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Kwota Tariffarja għall-2009 applikabbli mal-importazzjoni fil-Komunità ta' oġġetti li ġejjin min-Norveġja

Nru tal-Ordni

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodott

Kwota Annwali tal-Volum għall-2009

Rata ta' dazju applikabbli fil-limiti tal-kwota

Rata ta' dazju applikabbli 'l fuq mill-volum tal-kwota

09.0709

2202 10 00

Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, miżjuda biz-zokkor jew b'materjal ieħor ta' ħlewwa jew għat-togħma

17,303 miljun litru

Eżenzjoni

0,047 EUR/litru

ex 2202 90 10

Xarbiet mhux alkoħoliċi oħra li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Diċembru 2008

dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

(2009/75/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fis-16 ta' Settembru 2008,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

 

Is-Sinjura Mary G. BAKER, imwielda Londra (ir-Renju Unit) fis-27 ta' Ottubru 1936,

 

is-Sur Mike O'DONOVAN, imwieled Londra (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Settembru 1946,

 

is-Sinjura Lisette TIDDENS-ENGWIRDA, imwielda Amsterdam (l-Olanda) fil-25 ta' Ġunju 1950

u

 

is-Sur Henk VAARKAMP, imwieled Terschuur (l-Olanda) fit-22 ta' Ġunju 1950,

huma b'dan maħtura membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) għal perijodu ta' tliet snin.

Artikolu 2

Id-data li minnha għandu jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA).

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/17


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-20 ta’ Jannar 2009

li temenda, fir-rigward tal-awditur estern tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta, id-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-Banek ċentrali nazzjonali

(2009/76/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew BĊE/2008/19 tal-5 ta' Diċembru 2008 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħatra tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta' Malta (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu vverifikati minn awdituri esterni indipendenti maħtura fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta ser jiskadi wara l-verifika tal-kontijiet tas-sena finanzjarja 2008. Hu għalhekk meħtieġ li jinħatar awditur estern mis-sena finanzjarja 2009.

(3)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew irrakkomanda li KPMG jinħatru bħala l-awdituri esterni għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.

(4)

Huwa opportun li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE (2) kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(15) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“15.   KPMG huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta/Central Bank of Malta għas-snin finanzjarji 2009 sa 2013.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lill-BĊE.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

M. KALOUSEK


(1)  ĠU C 322, 17.12.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69.


Kummissjoni

29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Jannar 2009

li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/77/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/527/KE tas-6 ta’ Ġunju 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej (1) (minn issa ’l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fis-7 ta’ Ġunju 2001, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fil-qasam tat-titoli.

(2)

Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess ta’ Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3).

(3)

Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej [il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej] u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju.

(4)

Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4).

(5)

Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5).

(6)

Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward.

(7)

Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fil-qasam tat-titoli.

(8)

Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji.

(9)

Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità.

(10)

Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni.

(11)

Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat.

(12)

Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti.

(13)

Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu.

(14)

L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tas-swieq tat-titoli u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tat-titoli timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

(15)

Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-parteċipanti fis-suq, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

(16)

Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ.

(17)

Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa.

(18)

Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu r-rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-setturi tat-titoli u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur tat-titoli. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati.

(19)

Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja.

(20)

Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji, il-Kumitat jista’ jipparteċipa fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

(21)

Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità.

(22)

Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri.

(23)

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kkwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat.

(24)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2001/527/KE għandha tiġi rrevokata,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Bil-preżenti huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar it-titoli fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fil-qasam tat-titoli, inklużi dawk b’rabta ma’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (l-UCITS), minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.

Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti.

Artikolu 4

1.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam tat-titoli u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:

(a)

ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja;

(b)

jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom;

(c)

jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità;

(d)

jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikar tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi;

(e)

jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi;

(f)

jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju;

(g)

janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat.

2.   Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.

3.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi approċċi superviżorji komuni.

Artikolu 5

1.   Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur tat-titoli u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, lill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.

2.   Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur tat-titoli.

Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.

Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.

3.   Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita valutazzjoni konġunta fost is-superviżuri fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.

4.   Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej, mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Artikolu 6

1.   Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam tat-titoli, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

2.   Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-persunal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.

3.   Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji komuni.

4.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.

Artikolu 7

1.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tat-titoli, inklużi l-UCITS. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli mill-awtorità kompetenti tiegħu sabiex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.

3.   Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

4.   Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Artikolu 8

1.   Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.

2.   Kull meta d-diskussjoni dwar agendum tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni supervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-membri involuti direttament.

Artikolu 9

1.   Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat Ewropew tat-Titoli stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/528/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

3.   Il-president tal-Kumitat għandu jkollu kuntatt regolari mal-presidenti tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tal-anqas darba fix-xahar.

Artikolu 10

Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.

Artikolu 11

Il-Kumitat jista’ jipparteċipa fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

Artikolu 12

Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jistabbilixxi programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.

Artikolu 14

Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tar-rappreżentanti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.

Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.

Artikolu 15

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.

Artikolu 16

Id-Deċiżjoni 2001/527/KE hija rrevokata.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tidħhol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 43.

(2)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(3)  COM(2007) 727 finali.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.

(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.

(7)  ĠU L 191, 13.7.2001, p. 45.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta' Jannar 2009

li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/78/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/5/KE tal-5 ta’ Novembru 2003, li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej (1) (minn issa ‘l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fl-1 ta’ Jannar 2004, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fil-qasam tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni bankarji.

(2)

Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3).

(3)

Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju.

(4)

Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4).

(5)

Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5).

(6)

Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward.

(7)

Il-kompożizzjoni tal-Kumitat għandha tirrifletti l-organizzazzjoni tas-superviżjoni bankarja u għandha tqis ukoll ir-rwol tal-banek ċentrali fir-rigward tal-istabbiltà kumplessiva tas-settur bankarju fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Id-drittijiet rispettivi tal-kategoriji differenti tal-parteċipanti għandhom ikunu identifikati b’mod ċar. Partikolarment, id-drittijiet tal-presidenza u tal-vot għandhom ikunu riservati għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti ta’ kull Stat Membru. Il-parteċipazzjoni f’diskussjonijiet kunfidenzjali dwar istituzzjonijiet individwali supervizzati għandhom, fejn xieraq, ikunu ristretti għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti u għall-banek ċentrali fdati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet supervizzati konċernati.

(8)

Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fil-qasam tas-superviżjoni bankarja.

(9)

Il-mandat tal-Kumitat għandu jkopri s-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji għandha titwettaq fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

(10)

Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji.

(11)

Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità.

(12)

Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni.

(13)

Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat.

(14)

Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti.

(15)

Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu.

(16)

L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tal-gruppi bankarji u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni bankarja timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

(17)

Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-gruppi bankarji, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

(18)

Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ.

(19)

Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa.

(20)

Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-settur bankarju u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur bankarju. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati.

(21)

Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja.

(22)

Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità.

(23)

Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri.

(24)

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat.

(25)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2004/5/KE għandha tiġi rrevokata.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’dan huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar is-superviżjoni bankarja fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fil-qasam tal-attivitajiet bankarji u fil-qasam tal-konglomerati finanzjarji, minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.

Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti.

Artikolu 4

1.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fil-qasam bankarju u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:

(a)

ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja;

(b)

jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom;

(c)

jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità;

(d)

jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi;

(e)

jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi;

(f)

jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju;

(g)

janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat.

2.   Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.

3.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi approċċi superviżorji komuni.

Artikolu 5

1.   Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur bankarju u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, lill-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.

2.   Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur bankarju.

Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.

Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.

3.   Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita valutazzjoni konġunta fost is-superviżuri fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.

4.   Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Artikolu 6

1.   Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam bankarju, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

2.   Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-personal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.

3.   Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-prattiki superviżorji komuni.

4.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.

Artikolu 7

1.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-organizzazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet tal-kreditu, minn hawn ‘il quddiem “l-awtoritajiet superviżorji kompetenti”;

(b)

il-banek ċentrali nazzjonali inkarigati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu flimkien ma’ awtorità superviżorja kompetenti;

(c)

il-banek ċentrali li ma jkunux direttament involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentanti ta’ livell għoli sabiex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat. Il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jinnomina rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jipparteċipa fil-Kumitat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.

4.   Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

5.   Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

Artikolu 8

1.   Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.

2.   Kull meta d-diskussjoni dwar agendum tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni ssupervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-awtoritajiet superviżorji kompetenti involuti direttament u l-banek ċentrali nazzjonali inkarigati b’responsabbiltajiet operattivi speċifiċi għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet individwali tal-kreditu konċernati.

Artikolu 9

1.   Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat tal-Banek Ewropej stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/10/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol.

3.   Il-president tal-Kumitat għandu jiltaqa’ mal-presidenti tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol tal-anqas darba fix-xahar.

Artikolu 10

Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.

Artikolu 11

Il-Kumitat għandu jikkoopera fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji mal-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol f’Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji bħala osservaturi.

Artikolu 12

Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.

Meta jkun qed jagħti parir dwar dispożizzjonijiet applikabbli kemm għall-istituzzjonijiet tal-kreditu kif ukoll għad-ditti tal-investiment, il-Kumitat għandu jikkonsulta l-awtoritajiet kollha li jkunu kompetenti għas-superviżjoni tad-ditti tal-investiment u li ma jkunux diġà rrappreżentati fil-Kumitat.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jfassal programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.

Artikolu 14

Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.

Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.

Artikolu 15

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.

Artikolu 16

Id-Deċiżjoni 2004/5/KE hija rrevokata.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 28.

(2)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(3)  COM(2007) 727 finali.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.

(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.

(7)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 36.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Jannar 2009

li tistabbilixxi l-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/79/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Bħala parti mill-proċess hekk imsejjaħ ta’ Lamfalussy, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2004/6/KE tal-5 ta’ Novembru 2003 li tistabbilixxi Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (1) (minn issa ‘l quddiem “il-Kumitat”). Il-Kumitat beda jiffunzjona fl-24 ta’ Novembru 2003, u jservi bħala korp indipendenti għal riflessjoni, dibattitu u konsulenza għall-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.

(2)

Sabiex taqdi d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2005 li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 85/611/KEE, 91/675/KEE, 92/49/KEE u 93/6/KEE u d-Direttivi 94/19/KE, 98/78/KE, 2000/12/KE, 2001/34/KE, 2002/83/KE u 2002/87/KE sabiex tiġi stabbilita struttura organizzattiva ġdida għall-kumitati dwar is-servizzi finanzjarji (2), il-Kummissjoni wettqet eżami tal-proċess ta’ Lamfalussy fl-2007 u ppreżentat il-valutazzjoni tagħha fil-Komunikazzjoni tal-20 ta’ Novembru 2007 intitolata “Reviżjoni tal-proċess Lamfalussy - It-tisħiħ tal-konverġenza tas-sorveljanza” (3).

(3)

Fil-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni rrimarkat dwar l-importanza tal-Kumitat tar-Regolaturi ta’ Titoli Ewropej, il-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Banek Ewropej u l-Kumitat tas-Sorveljaturi tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol Ewropej (minn hawn ‘il quddiem “il-Kumitati tas-Superviżuri”) f’suq finanzjarju Ewropew dejjem aktar integrat. Qafas ċar għall-attivitajiet ta’ dawk il-Kumitati fil-qasam tal-konverġenza u l-kooperazzjoni superviżorja tqies neċessarju.

(4)

Filwaqt li eżamina l-funzjonament tal-proċess Lamfalussy, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tiċċara r-rwol tal-Kumitati tas-Superviżuri u tqis l-alternattivi differenti kollha biex issaħħaħ il-ħidma ta’ dawk il-Kumitati, mingħajr ma jintilef il-bilanċ tal-istruttura istituzzjonali attwali jew ma titnaqqas ir-responsabbiltà tas-superviżuri (4).

(5)

Fil-laqgħa tiegħu fit-13 u l-14 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill Ewropew talab għat-titjib imħaffef tal-funzjonament tal-Kumitati tas-Superviżuri (5).

(6)

Fl-14 ta’ Mejju 2008 (6), il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tirrevedi d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-Kumitati tas-Superviżuri sabiex jiġu ggarantiti l-koerenza u l-konsistenza fil-mandati u l-kompiti tagħhom kif ukoll biex jissaħħu l-kontributi tagħhom favur il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja. Il-Kunsill innota li kompiti speċifiċi jistgħu espliċitament jingħataw lill-Kumitati sabiex tisseddaq il-kooperazzjoni u l-konverġenza superviżorja, u jittejjeb ir-rwol tagħhom fl-ivvalutar tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għaldaqstant għandu jiġi pprovdut qafas ġuridiku msaħħaħ rigward ir-rwol u l-kompiti tal-Kumitat f’dan ir-rigward.

(7)

Il-Kumitat għandu jservi bħala grupp konsultattiv indipendenti tal-Kummissjoni fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fil-qasam tal-pensjonijiet tax-xogħol, filwaqt li l-Kumitat għandu jqis l-aspetti regolatorji u superviżorji dwar it-tali arranġamenti, ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali, bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, u partikolarment, il-kwistjonijiet dwar is-sħubija (l-affiljazzjoni) obbligatorja jew dwar il-ftehimiet kollettivi.

(8)

Il-mandat tal-Kumitat għandu jkopri s-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji. Sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fix-xogħol, biex ma jitħallewx inkonsistenzi, biex il-Kumitat jinżamm aġġornat dwar il-progress u jingħata l-opportunità li jiskambja informazzjoni, il-kollaborazzjoni mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej fir-rigward tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji għandha titwettaq fil-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

(9)

Il-Kumitat għandu wkoll jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni ordinarja komuni u uniformi tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u l-applikazzjoni konsistenti tagħha mill-awtoritajiet superviżorji.

(10)

Il-Kumitat ma għandu l-ebda setgħat regolatorji fil-livell Komunitarju. Għandu jwettaq analiżi laterali, jippromwovi l-aqwa prassi u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u standards mhux vinkolanti sabiex tiżdied il-konverġenza madwar il-Komunità.

(11)

Kooperazzjoni superviżorja bilaterali u multilaterali mtejba tiddependi fuq il-fehim u fiduċja reċiproki fost l-awtoritajiet superviżorji. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxu għat-titjib tat-tali kooperazzjoni.

(12)

Il-Kumitat għandu jseddaq ukoll il-konverġenza superviżorja madwar il-Komunità. Sabiex ikun hemm aktar speċifiċità dwar dan l-għan, għandha tiġi stabbilita lista indikattiva u miftuħa ta’ kompiti li għandhom jitwettqu mill-Kumitat.

(13)

Sabiex jiġu riżolti t-tilwimiet ta’ natura transkonfinali bejn l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fi ħdan il-kulleġġi tas-superviżuri, il-Kumitat għandu jipprovdi mekkaniżmu ta’ medjazzjoni volontarju u mhux vinkolanti.

(14)

Sabiex jibbenefikaw mill-għarfien espert miksub mill-Kumitat u mingħajr ħsara għas-setgħat tal-awtoritajiet superviżorji, l-awtoritajiet superviżorji għandu jkollhom il-fakultà li jirreferu kwistjonijiet lill-Kumitat bil-ħsieb li tinkiseb l-opinjoni mhux vinkolanti tiegħu.

(15)

L-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji huwa fundamentali għall-funzjonijiethom. Huwa kruċjali għas-superviżjoni effiċjenti tal-gruppi tal-assigurazzjoni u għall-istabbiltà finanzjarja. Filwaqt li l-leġiżlazzjoni tal-assigurazzjoni timponi obbligi ċari legali fuq l-awtoritajiet superviżorji biex jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita l-iskambju prattiku ta’ kuljum tal-informazzjoni fosthom, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ kunfidenzjalità stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

(16)

Sabiex titnaqqas id-dupplikazzjoni tal-kompiti superviżorji u b’hekk jiġi rrazzjonalizzat il-proċess superviżorju kif ukoll jitnaqqas il-piż impost fuq il-gruppi tal-assigurazzjoni, il-Kumitat għandu jiffaċilita d-delegazzjoni tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolarment fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti.

(17)

Bil-ħsieb li tisseddaq il-konverġenza u l-konsistenza fost il-kulleġġi tas-superviżuri u b’hekk jiġi żgurat kuntest ekwu, il-Kumitat għandu jimmonitorja l-funzjonament tagħhom mingħajr ħsara għall-indipendenza tal-membri tal-kulleġġ.

(18)

Il-kwalità, il-komparabbiltà u l-konsistenza tar-rappurtar superviżorju huma ċentrali għall-kosteffiċjenza tal-arranġamenti superviżorji Komunitarji u l-piż tal-konformità fuq l-istituzzjonijiet transkonfinali. Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi għall-iżgurar li d-dupplikazzjoni parzjali jew totali tiġi eliminata u li d-dejta tar-rappurtar tkun kumparabbli u ta’ kwalità xierqa.

(19)

Is-sistemi finanzjarji fil-Komunità huma marbuta mill-qrib u l-avvenimenti fi Stat Membru wieħed jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istituzzjonijiet u s-swieq finanzjarji fi Stat Membru ieħor. L-emerġenza kontinwa ta’ konglomerati finanzjarji u d-distinzjoni li qed tixxejjen bejn l-attivitajiet tad-ditti fis-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni qed iwasslu għal sfidi superviżorji addizzjonali fil-livell nazzjonali u Komunitarju. Sabiex titħares l-istabbiltà finanzjarja, tinħtieġ sistema fil-livell tal-Kumitat, tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli sabiex jiġu identifikati r-riskji potenzjali, fost il-fruntieri u fost is-setturi, fi stadju bikri u, fejn meħtieġ, jiġu infurmati l-Kummissjoni u l-Kumitati l-oħra. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kumitat jiżgura li jiġu infurmati l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri. Il-Kumitat għandu r-rwol, f’dan ir-rigward, li jidentifika r-riskji fis-setturi tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol u li regolarment jirrapporta l-eżitu lill-Kummissjoni. Dwar dawn il-valutazzjonijiet għandu jiġi infurmat ukoll il-Kunsill. Il-Kumitat għandu jikkoopera wkoll mal-Parlament Ewropew u jipprovdilu informazzjoni perjodika dwar is-sitwazzjoni fis-settur tal-assigurazzjoni. Il-Kumitat ma għandux, f’dan ir-rigward, jiżvela informazzjoni dwar entitajiet individwali ssupervizzati.

(20)

Sabiex jiġu ttrattati kif xieraq kwisjonijiet transsettorjali, l-attivitajiet tal-Kumitat għandhom ikunu kkoordinati ma’ dawk tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u l-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali. Dan huwa ta’ importanza partikolari għall-indirizzar ta’ riskji transsettorjali possibbli għall-istabbiltà finanzjarja.

(21)

Fid-dawl tal-globalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji u ż-żieda fl-importanza tal-istandards internazzjonali, il-Kumitat għandu jseddaq ukoll id-djalogu u l-kooperazzjoni mas-superviżuri barra l-Komunità.

(22)

Ir-responsabbiltà tal-Kumitat lejn l-Istituzzjonijiet Komunitarji hija ta’ importanza kbira u għandha tkun ta’ livell stabbilit sew filwaqt li titħares l-indipendenza tas-superviżuri.

(23)

Il-Kumitat għandu jfassal ir-regoli tiegħu tal-proċedura u jirrispetta bis-sħiħ il-prerogattivi tal-istituzzjonijiet u l-bilanċ istituzzjonali stabbiliti bit-Trattat. Il-qafas imtejjeb tal-attivitajiet tal-Kumitat għandu jiġi akkumpanjat minn proċessi operattivi mtejba. Għal dan il-għan, jekk kunsens ġenerali ma jkunx jista’ jintlaħaq, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata bħal fir-regoli stabbiliti fit-Trattat.

(24)

Għal raġunijiet ta’ sigurtà u ċarezza legali, id-Deċiżjoni 2004/6/KE għandha tiġi rrevokata,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’dan huwa stabbilit grupp konsultattiv indipendenti dwar l-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol fil-Komunità, imsejjaħ “il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjonijiet u l-Pensjonijiet tax-Xogħol” (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”).

Artikolu 2

Il-Kumitat għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni, partikolarment fir-rigward tat-tħejjija ta’ abbozzi ta’ miżuri implimentattivi fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u tal-konglomerati finanzjarji, minn rajh jew fuq talba tal-Kummissjoni.

Fejn il-Kummissjoni titlob il-parir tal-Kumitat, tista’ tistipula skadenza li fiha l-Kumitat għandu jipprovdi t-tali parir. It-tali skadenza għandha tkun stipulata b’qies għall-urġenza tal-kwistjoni.

Artikolu 3

Il-Kumitat għandu jaqdi l-kompiti assenjati lilu u jikkontribwixxi favur l-implimentazzjoni komuni u uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja permezz tal-ħruġ ta’ linji ta’ gwida, rakkomandazzjonijiet u standards.

Artikolu 4

1.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali fl-oqsma tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u jseddaq il-konverġenza tal-prattiki u l-approċċi superviżorji tal-Istati Membri madwar il-Komunità. Għal dan il-għan, għandu jwettaq, tal-anqas, il-kompiti segwenti:

(a)

ilaqqa’ u jiffaċilita l-medjazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba ta’ awtorità superviżorja;

(b)

jipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet superviżorji fil-każijiet speċifikati fil-leġiżlazzjoni rilevanti jew fuq talba tagħhom;

(ċ)

jippromwovi l-iskambju effikaċi bilaterali u multilaterali tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet superviżorji soġġett għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità;

(d)

jiffaċilità l-iddelegar tal-kompiti fost l-awtoritajiet superviżorji, partikolament bl-identifikazzjoni tal-kompiti li jistgħu jiġu ddelegati u bil-promozzjoni tal-aqwa prassi;

(e)

jikkontribwixxi fl-iżgurar tal-funzjonament effiċjenti u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri partikolarment permezz tal-istipular ta’ linji ta’ gwida għall-funzjonament operattiv tal-kulleġġi, il-monitoraġġ tal-koerenza tal-prattiki tal-kulleġġi differenti u l-kondiviżjoni tal-aqwa prassi;

(f)

jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ standards ta’ kwalità għolja u komuni ta’ rappurtar superviżorju;

(g)

janalizza l-applikazzjoni prattika tal-linji ta’ gwida, r-rakkomandazzjonijiet u l-istandards mhux vinkolanti maħruġa mill-Kumitat.

2.   Il-Kumitat għandu janalizza l-prattiki superviżorji tal-Istati Membri u jivvaluta l-konverġenza tagħhom fuq bażi kontinwa. Il-Kumitat għandu jirrapporta annwalment dwar il-progress miksub u jidentifika l-ostakli li jkun fadal.

3.   Il-Kumitat għandu jiżviluppa għodod prattiċi ġodda ta’ konverġenza biex jippromwovi l-approċċi superviżorji komuni.

Artikolu 5

1.   Il-Kumitat għandu jimmonitorja u jivvaluta l-iżviluppi fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol u, fejn meħtieġ, jinforma lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, lill-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u lill-Kummissjoni. Il-Kumitat għandu jiżgura li l-ministeri tal-finanzi u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri jiġu infurmati dwar problemi potenzjali jew imminenti.

2.   Il-Kumitat għandu, tal-anqas darbtejn fis-sena, jipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjonijiet dwar ix-xejriet mikroprudenzjali, ir-riskji potenzjali u d-dgħjufijiet fis-settur tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.

Il-Kumitat għandu jinkludi f’dawn il-valutazzjonijiet klassifika tar-riskji u d-dgħjufijiet ewlenin u jindika kemm hu possibbli li t-tali riskji u d-dgħjufijiet jheddu l-istabbiltà finanzjarja u, fejn meħtieġ, jipproponi azzjonijiet preventivi u rimedjali.

Il-Kunsill għandu jiġi infurmat dwar dawn il-valutazzjonijiet.

3.   Il-Kumitat għandu jkollu fis-seħħ proċeduri li jippermettu l-awtoritajiet superviżorji jirreaġixxu minnufih. Fejn xieraq, il-Kumitat għandu jiffaċilita pożizzjoni komuni fi ħdan il-Komunità dwar ir-riskji u d-dgħjufijiet li jistgħu jaffettwaw negattivament l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja tal-Komunità.

4.   Il-Kumitat għandu jiżgura li jkunu koperti b’mod xieraq l-iżviluppi, r-riskji u d-dgħjufijiet transsettorjali permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli, mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej u mal-Kumitat tas-Superviżjoni Bankarja tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali.

Artikolu 6

1.   Il-Kumitat għandu jikkontribwixxi favur l-iżvilupp ta’ prattiki superviżorji komuni fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol, kif ukoll fuq bażi transsettorjali b’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.

2.   Għal dan il-għan, partikolarment għandu jistabbilixxi programmi tat-taħriġ settorjali u transsettorjali, jiffaċilita l-iskambju tal-persunal u jħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti biex jintesifikaw l-użu tal-iskemi ta’ sekondament, ta’ timijiet ta’ spezzjoni konġunta u ta’ żjarat superviżorji u għodod oħra.

3.   Il-Kumitat għandu, fejn xieraq, jiżviluppa strumenti ġodda għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ prattiċi superviżorji komuni.

4.   Il-Kumitat għandu jtejjeb il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi, partikolarment bil-parteċipazzjoni tagħhom fi programmi komuni tat-taħriġ.

Artikolu 7

1.   Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ livell għoli mill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-assigurazzjoni, ir-riassigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant ta’ livell għoli mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu sabiex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Kumitat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun preżenti fil-laqgħat tal-Kumitat u għandha taħtar rappreżentant ta’ livell għoli sabiex jieħu sehem fid-dibattiti tiegħu.

3.   Il-Kumitat għandu jeleġġi president minn fost il-membri tiegħu.

4.   Il-Kumitat jista’ jistieden esperti u osservaturi sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu.

5.   Il-Kumitat ma għandux jindirizza aspetti tal-liġi tax-xogħol u tal-liġi soċjali bħall-organizzazzjoni tar-reġimi tax-xogħol, partikolarment is-sħubija obbligatorja u l-ftehimiet kollettivi.

Artikolu 8

1.   Il-membri tal-Kumitat għandhom ikunu meħtieġa ma jiżvelawx informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali. Il-parteċipanti kollha fid-diskussjonijiet għandhom ikunu obbligati jikkonformaw mar-regoli applikabbli tas-segretezza professjonali.

2.   Kull meta d-diskussjoni dwar agendum jinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni kunfidenzjali li tikkonċerna istituzzjoni ssupervizzata, il-parteċipazzjoni fit-tali diskussjoni tista’ tiġi ristretta għall-membri involuti direttament.

Artikolu 9

1.   Il-Kumitat għandu jinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-attivitajiet tiegħu. Għandu jkollu kuntatti regolari mal-Kumitat tal-Assigurazzjonijiet u tal-Pensjonijiet tax-Xogħol stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/9/KE (7) u mal-Kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-Kumitat għandu jiżgura l-konsistenza transsettorjali tal-ħidma fis-setturi tas-servizzi finanzjarji permezz ta’ kooperazzjoni regolari u mill-qrib mal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u l-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej.

3.   Il-president tal-Kumitat għandu jkollu kuntatt regolari mal-presidenti tal-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli u tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej tal-anqas darba fix-xahar.

Artikolu 10

Il-Kumitat jista’ jistabbilixxi gruppi ta’ ħidma. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna għal-laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma bħala osservatur.

Artikolu 11

Il-Kumitat għandu jikkoopera fil-qasam tas-superviżjoni tal-konglomerati finanzjarji mal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej f’Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji.

Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom ikunu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Konġunt dwar il-Konglomerati Finanzjarji bħala osservaturi.

Artikolu 12

Qabel ma jittrasmetti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni, il-Kumitat għandu, fi stadju bikri, jikkonsulta estensivament mal-parteċipanti, l-konsumaturi u l-utenti finali tas-suq b’mod miftuħ u trasparenti. Il-Kumitat għandu jippubblika r-riżultati tal-konsultazzjonijiet, sakemm il-parteċipant ma jitlobx xort’oħra.

Artikolu 13

Il-Kumitat għandu jistabbilixxi programm annwali ta’ ħidma u jibagħtu lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni sa tmiem Ottubru ta’ kull sena. Il-Kumitat għandu perjodikament u tal-anqas kull sena jinforma lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni dwar il-ksib tal-attivitajiet stipulati fil-programm ta’ ħidma.

Artikolu 14

Il-Kumitat għandu jopera bil-kunsens tal-membri tiegħu. Jekk ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’vot ta’ maġġoranza kwalifikata. Il-voti tal-membri tal-Kumitat għandhom jikkorrispondu għall-voti tal-Istati Membri kif stipulati fl-Artikolu 205(2) u (4) tat-Trattat.

Il-membri tal-Kumitat li ma jsegwux il-linji ta’ gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, l-istandards u miżuri oħra miftehma fil-Kumitat għandhom ikunu lesti jippreżentaw ir-raġunijiet għal din l-għażla.

Artikolu 15

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tiegħu ta’ proċedura u jorganizza l-arranġamenti operattivi tiegħu stess.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-emendi tar-regoli ta’ proċedura u ta’ elezzjonijiet fil-Bord tal-Kumitat jew tat-tneħħija minnu, ir-regoli ta’ proċedura jistgħu jipprevedu proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet li jkunu differenti minn dawk stipulati fl-Artikolu 14.

Artikolu 16

Id-Deċiżjoni 2004/6/KE hija rrevokata.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 30.

(2)  ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9.

(3)  COM(2007) 727 finali.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15698/07 tal-4 ta’ Diċembru 2007.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7652/1/08, Rev 1.

(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 8515/3/08, Rev 3.

(7)  ĠU L 3, 7.1.2004, p. 34.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 127/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness VII (Rikonoxximent reċiproku ta’ kwalifiki professjonali) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness VII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 50/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-Anness II mad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness VII mal-Ftehim:

“—

32008 R 0755: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 755/2008 tal-31 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 755/2008 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għanda tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikoli 103(1) tal-Ftehim, ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*) jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2007 tas-26 ta’ Ottubru 2007, liema minn dawn jiġi fl-aktar stadju tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 47.

(2)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 10.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 128/2008

tal-5 ta' Diċembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/65/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE dwar il-liċenzi tas-sewqan (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 24a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE) tal-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32008 L 0065: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/65/KE tas-27 ta' Ġunju 2008 (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2008/65/KE fil-lingwa Islandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 110.

(2)  ĠU L 168, 28.6.2008, p. 36.

(*)  M’huma indikati ebda ħtiġijiet kostituzzjonali.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2008

tal-5 ta' Diċembru 2008

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ′il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2008 tas-7 ta' Novembru 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema “infrastruttura” tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat-30 ta’ Mejju 2002 (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni 2008/217/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/732/KE (4) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

(5)

Id-Deċiżjoni 2008/231/KE tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/734/KE (5) li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test tal-punt 37ac (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/732/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

32008 D 0217: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/217/KE tal-20 ta’ Diċembru 2007 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward is-subsistema ‘infrastruttura’ tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja (ĠU L 77, 19.3.2008, p.1).”

(2)

It-test tal-punt 37ae (id-Deċiżjoni tal Kummissjoni 2002/734/KE) għandha tiġi mibdula b'dan li ġej:

32008 D 0231: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/231/KE tal-1 ta’ Frar 2008 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-sub-sistema tat-tħaddim tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea b’veloċità għolja adottata, imsemmija fl-Artiklu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 96/48/KE u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2002/734/KE tat- 30 ta’ Mejju 2002 (ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2008/217/KE u 2008/231/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta' Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 110.

(2)  ĠU L 77, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 84, 26.3.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 245, 12.9.2002, p. 143.

(5)  ĠU L 245, 12.9.2002, p. 370.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 130/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati relattivament għall-privazzjoni materjali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (3) għandu jiġi inkorportat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ data mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2008 tat-30 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 102/2007 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2008 dwar il-qagħda tas-suq tax-xogħol tal-migranti u n-nisel tagħhom immedjat (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI għall-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 18w (ir-Regolament (KE) Nru 452/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“18x.

32008 R 0362: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008 tal-14 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati relattivament għall-privazzjoni materjali (ĠU L 112, 24.4.2008, p. 1).”

(2)

Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 18al (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 207/2008):

“18am.

32008 R 0365: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22).

18an.

32008 R 0377: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni ta’ dejta mill-2009 'il quddiem, u l-użu ta' subkampjun għall-ġbir ta’ data dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57).”

(3)

Dan li ġejjin għandu jiddaħħal fil-punt 18ak (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 102/2007):

“, kif emendat b’:

32008 R 0391: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2008 tat-30 ta’ April 2008 (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 15).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 362/2008, Nru 365/2008, Nru 377/2008 u Nru 391/2008 fl-ilsien Iżlandiż u f’dak Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Supplement taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta’ Diċembru tal-2008, ladarba jsiru n-notifiki kollha lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE f’konformità mal-Artikolu 103(1) (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Supplement taż-ŻEE mal-istess ġurnal.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119.

(2)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22.

(4)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.

(5)  ĠU L 117, 1.5.2008, p. 15.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


29.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 25/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 131/2008

tal-5 ta’ Diċembru 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2008 tas-7 ta’ Novembru 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin, rigward id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi u l-implimentazzjoni tar-Rev. 2 tan-NACE Rev. 2 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fil-Punt 19x (Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI tal-Ftehim:

“, kif emendat b′li ġej:

32008 R 0747: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 747/2008 tat-30 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 747/2008 fil-lingwi Iżlandiżi u Norveġiżi, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar fis-6 ta’ Diċembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (3).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN


(1)  ĠU L 339, 18.12.2008, p. 119.

(2)  ĠU L 202, 31.7.2008, p. 20.

(3)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.