ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 52 |
|
|
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill u Kummissjoni |
|
|
|
2009/50/KE, Euratom |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/51/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/52/KE |
|
|
* |
||
|
|
Bank Ċentrali Ewropew |
|
|
|
2009/53/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/54/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/55/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/56/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/57/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/58/KE |
|
|
* |
||
|
|
2009/59/KE |
|
|
* |
||
|
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2009/60/KE |
|
|
* |
Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Jannar 2009 dwar il-linji gwidi għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni li se jsiru permezz ta' kontrolli fit-triq u ta' garaxxijiet awtorizzati (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 108) ( 1 ) |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 67/2009
tat-23 ta’ Jannar 2009
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
IL |
138,6 |
JO |
78,3 |
|
MA |
47,6 |
|
TN |
139,0 |
|
TR |
95,7 |
|
ZZ |
99,8 |
|
0707 00 05 |
JO |
155,5 |
MA |
106,1 |
|
TR |
158,1 |
|
ZZ |
139,9 |
|
0709 90 70 |
MA |
172,9 |
TR |
154,7 |
|
ZZ |
163,8 |
|
0709 90 80 |
EG |
88,5 |
ZZ |
88,5 |
|
0805 10 20 |
EG |
47,3 |
IL |
56,2 |
|
MA |
63,9 |
|
TN |
61,5 |
|
TR |
68,6 |
|
ZZ |
59,5 |
|
0805 20 10 |
MA |
90,3 |
TR |
54,0 |
|
ZZ |
72,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
62,7 |
EG |
88,5 |
|
IL |
78,9 |
|
JM |
52,8 |
|
PK |
44,1 |
|
TR |
76,8 |
|
ZZ |
67,3 |
|
0805 50 10 |
EG |
52,5 |
MA |
67,1 |
|
TR |
63,6 |
|
ZZ |
61,1 |
|
0808 10 80 |
CN |
81,4 |
MK |
32,6 |
|
US |
106,2 |
|
ZZ |
73,4 |
|
0808 20 50 |
CN |
52,5 |
TR |
99,0 |
|
US |
104,9 |
|
ZZ |
85,5 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 68/2009
tat-23 ta’ Jannar 2009
addattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1), u partikolarment l-Artikolu [17 (1)] tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 jiġbor l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-installazzjoni u l-ispezzjoni ta' apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq. |
(2) |
B'attenzjoni partikulari lejn is-sigurtà totali tas-sistema u l-applikazzjoni tagħha għall-vetturi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 3821/85, ċerti speċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiżdiedu mal-Anness 1 B tiegħu sabiex ikun possibli l-installar tal-apparat ta' reġistrazzjoni, li huwa konformi ma' dak l-Anness, fil-vetturi tat-tip M1 u N1. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I B tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fil-kapitolu I, id-definizzjoni li ġejja hija mdaħħla:
Kif jidher mill-unità tal-vettura, l-imġiba tal-adapter hija l-istess bħal li kieku sonda taċ-ċaqliq, konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-Appendiċijiet 1 sa 11 tiegħu, kienet inkorporata mal-unità tal-vettura. L-użu ta' adapter bħal dan f'dawk il-vetturi deskritti hawn fuq jagħti lok għall-installazzjoni u l-użu korrett tal-unità tal-vettura li hija konformi mal-ħtiġijiet ta' dan l-Anness. Għal dawk il-vetturi, l-apparat ta' reġistrazzjoni jinkludi l-kejbils, l-adapter, u l-unità tal-vettura.” |
(2) |
Fil-Kapitolu V, tas-Sezzjoni 2, ir-rekwiżit 250 għandu jinbidel b'li ġej:
|
(3) |
Fil-kapitolu V, fis-sezzjoni 2, għandu jiżdied ir-rekwiżit li ġej:
|
(4) |
Wara l-appendiċi 11, għandu jiżdied l-appendiċi 12 kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika 6 xhur wara d-data tal-pubblikazzjoni.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
ANNESS
L-Appendiċi 12
ADAPTER GĦALL-VETTURI TAL-KATEGORIJI M1 U N1
WERREJ
1. |
It-Taqsiriet u d-dokumenti ta' referenza | 5 |
1.1. |
It-Taqsiriet | 5 |
1.2. |
L-Istandards ta' referenza | 5 |
2. |
Il-Karatteristiċi ġenerali u l-funzjonijiet tal-adapter | 5 |
2.1. |
Id-Deskrizzjoni ġenerali tal-adapter | 5 |
2.2. |
Il-Funzjonijiet | 6 |
2.3. |
Is-Sigurtà | 6 |
3. |
Il-Ħtiġijiet għall-apparat ta' reġistrazzjoni meta jkun installat adapter | 6 |
4. |
Il-Kostruzzjoni u l-ħtiġijiet funzjonali għall-adapter | 7 |
4.1. |
L-Interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin | 7 |
4.2. |
Il-Mogħdija tal-pulsazzjonijiet li deħlin lis-sonda taċ-ċaqliq inkorporata | 7 |
4.3. |
Is-Sonda inkorporata taċ-ċaqliq | 7 |
4.4. |
Il-Ħtiġijiet tas-sigurtà | 7 |
4.5. |
Il-Karatteristiċi ta’ prestazzjoni | 7 |
4.6. |
Il-Materjali | 7 |
4.7. |
Il-Marki | 8 |
5. |
L-Installazzjoni tal-apparat ta' reġistrazzjoni meta jintuża adapter | 8 |
5.1. |
L-Installazzjoni | 8 |
5.2. |
Is-siġillar | 8 |
6. |
Il-Kontrolli, l-Ispezzjonijiet u t-Tiswijiet | 8 |
6.1. |
L-Ispezzjonijiet perjodiċi | 8 |
7. |
L-Approvazzjoni tat-tip tal-apparat ta' reġistrazzjoni meta jintuża adapter | 9 |
7.1. |
Il-Punti ġenerali | 9 |
7.2. |
Iċ-Ċertifikat funzjonali | 9 |
1. IT-TAQSIRIET U D-DOKUMENTI TA' REFERENZA
1.1. It-Taqsiriet
TBD |
Iridu Jkunu Definiti (To Be Defined) |
UV |
l-Unità tal-Vettura (Vehicle Unit) |
1.2. L-Istandards ta' referenza
ISO16844-3 Vetturi tat-triq - Sistemi Takografiċi – Parti 3: L-interfaċċja tas-sonda taċ-ċaqliq
2. IL-KARATTERISTIĊI ĠENERALI U L-FUNZJONIJIET TAL-ADAPTER
2.1. Id-Deskrizzjoni ġenerali tal-adapter
ADA_001 |
L-adapter għandu jipprovdi UV mqabbda b'dejta taċ-ċaqliq assigurata permanentament rappreżentattiva tal-veloċità tal-vettura u d-distanza vvjaġġata. L-adapter huwa intenzjonat biss għal dawk il-vetturi li huma meħtieġa li jkollhom l-apparat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. Għandu jkun installat u wżat biss f'dawk it-tipi ta' vetturi ddefiniti skont (rr), fejn mhuwiex mekkanikament possibbli li tkun installata kwalunkwe tip oħra ta' sonda taċ-ċaqliq eżistenti li fil-każ hija konformi mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness u l-Appendiċijiet 1 sa 11 tiegħu. L-adapter m'għandux ikun mekkanikament interfaċċjat ma' parti li tiċċaqlaq tal-vettura, kif meħtieġ skont l-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness (sezzjoni 3.1), imma mqabbad mal-impulsi tal-veloċità/distanza li huma ġġenerati minn sondi integrati jew interfaċċji alternattivi. |
ADA_002 |
Sonda taċ-ċaqliq tat-tip approvat (skont id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness, sezzjoni VIII - L-approvazzjoni tat-tip ta' apparat ta' reġistrar u l-karti tat-takografiċi) għandha tkun inkorporata mal-kaxxa tal-adapter, li għandha tinkludi wkoll strument li jibdel il-pulsazzjoni li jgħaddi l-pulsazzjonijiet li deħlin għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq. Is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq innifisha għandha tkun imqabbda mal-UV, sabiex l-interfaċċja bejn l-UV u l-adapter tkun konformi mal-ħtiġijiet stipulati fl-ISO16844-3. |
2.2. Il-Funzjonijiet
ADA_003 |
L-adapter għandu jinkludi l-funzjonijiet li ġejjin:
|
2.3. Is-Sigurtà
ADA_004 |
L-adapter m'għandux ikollu ċertifikat tas-sigurtà skont il-mira tas-sigurtà ġenerika tas-sonda taċ-ċaqliq spjegata fl-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness. Il-ħtiġijiet relatati mas-sigurtà speċifikati fis-sezzjoni 4,4 ta' dan l-Appendiċi għandha tapplika minflok. |
3. IL-ĦTIĠIJIET GĦALL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JKUN INSTALLAT ADAPTER
Il-ħtiġijiet f'dan u fil-Kapitoli li ġejjin jindikaw kif il-ħtiġijiet ta' dan l-Anness għandhom jinftiehmu meta jintuża adapter. In-numri meħtieġa rrelatati huma pprovduti bejn il-parentesi.
ADA_005 |
L-apparat ta' reġistrar ta' kwalunkwe vettura li għandha adapter inkorporat għandha tkun konformi mad-dispożizzjonijiet kollha ta' dan l-Anness, apparti fil-każijiet speċifikati f'dan l-Appendiċi. |
||||||||||
ADA_006 |
Meta jkun installat adapter, l-apparat ta' reġistrar jinkludi l-kejbils, l-adapter (miflok is-sonda taċ-ċaqliq), u l-UV (001). |
||||||||||
ADA_007 |
Il-funzjoni tal-osservazzjoni tal-avvenimenti u/jew ħsarat tal-apparat ta' reġistrar hija mmodifikata kif ġej:
|
||||||||||
ADA_008 |
Il-ħsarat fl-adapter osservati mill-apparat ta' reġistrar għandhom ikunu dawk relatati mas-sonda inkorporata tas-sigurtà (071). |
||||||||||
ADA_009 |
Il-funzjoni tal-ikkalibrar tal-UV għandha tagħti l-possibbiltà sabiex ikunu mqabbla awtomatikament is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq mal-UV (154, 155). |
||||||||||
ADA_010 |
It-termini ‘sonda taċ-ċaqliq’ jew ‘sonda’ fil-Mira tas-Sigurtà tal-UV fl-Appendiċi 10 ta' dan l-Anness jirreferu għas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq. |
4. IL-KOSTRUZZJONI U L-ĦTIĠIJIET FUNZJONALI GĦALL-ADAPTER
4.1. L-Interfaċċjar u l-addattament tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin
ADA_011 |
L-interfaċċjar ta' l-input fl-adapter għandu jaċċetta pulsazzjonijiet ta' frekwenzi rappresentattivi tal-veloċità tal-vettura u d-distanza vvjaġġata. Il-karattersitiċi tal-elettriku tal-pulsazzjonijiet li deħlin huma: TBD mill-manifattur. It-tibdiliet aċċessibli biss għall-manifattur tal-adapter u għall-workshop approvat li ikun qed jagħmel l-installazzjoni tal-adapter għandhom jagħtu l-interfaċċjar korrett ta' l-input mill-adapter għall-vettura, jekk huwa applikabbli. |
ADA_012 |
L-interfaċċjar tal-input fl-adapter għandu jkun jista', jekk huwa applikabbli, jimmultiplika jew jaqsam il-pulsazzjonijiet tal-frekwenza tal-pulsazzjonijiet tal-veloċità li deħlin minn fattur fiss, biex is-sinjal ikun addattat għall-valur fil-medda tal-fattur k iddefinita b'dan l-Anness (4 000 sa 25 000 pulsazzjonijiet/km). Dan il-fattur fiss jista' jkun ipprogrammat biss mill-manifattur tal-adapter, u l-workshop approvat li jkun qed jagħmel l-installazzjoni tal-adapter. |
4.2. Il-Mogħdija tal-pulsazzjonijiet li deħlin lis-sonda taċ-ċaqliq inkorporata
ADA_013 |
Il-pulsazzjonijiet li deħlin, possibbilment addattati kif speċifikat hawn fuq, għandhom ikunu mgħoddija lis-sonda inkorporata taċ-ċaqliq, sabiex kull pulsazzjoni li dieħla tkun osservata mis-sonda taċ-ċaqliq. |
4.3. Is-Sonda inkorporata taċ-ċaqliq
ADA_014 |
Is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tkun stimulata bil-pulsazzjonijiet mgħoddija, u għalhekk tkun tista' tiġġenera dejta dwar il-moviment li tirrapreżenta b'mod korrett iċ-ċaqliq tal-vettura, bħallikieku kienet interfaċċjata mekkanikament ma' parti li tiċċaqlaq tal-vettura. |
ADA_015 |
Id-dejta ta' identifikazzjoni tas-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tintuża mill-UV sabiex tidentifika l-adapter (077), |
ADA_016 |
Id-dejta dwar l-installazzjoni maħżuna fis-sonda inkorporata taċ-ċaqliq għandha tkun ikkunsidrata bħala rappreżentattiva tad-dejta tal-installazzjoni tal-adapter (099). |
4.4. Il-Ħtiġijiet tas-sigurtà
ADA_017 |
Il-kaxxa tal-adapter għandha tkun iddisinjata sabiex ma tkunx tista' tinfetaħ. Għandha tkun issiġillata, sabiex l-attentati fiżiċi tat-tbagħbis ikunu osservati malajr (eż. bl-ispezzjoni viżwali, ara ADA_035). |
ADA_018 |
Ma għandux ikun possibbli li titneħħa s-sonda inkorporata taċ-ċaqliq mill-adapter mingħajr it-tkissir tas-siġill(i) tal-kaxxa tal-adapter, jew it-tkissir tas-siġill ta' bejn is-sonda u l-kaxxa tal-adapter (ara ADA_035). |
ADA_019 |
L-adapter għandu jiżgura li d-dejta taċ-ċaqliq tkun tista' tiġi pproċessata u meħuda biss mill-input tal-adapter. |
4.5. Il-Karatteristiċi ta’ prestazzjoni
ADA_020 |
L-adapter għandu jkun operattiv kompletament fil-medda tat-temperatura (TBD mill-manifattur, skont il-pożizzjoni tal-installazzjoni) (159). |
ADA_021 |
L-adapter għandu jkun operattiv kompletament fil-medda tal-umdità bejn 10 % u d-90 % (160). |
ADA_022 |
L-adapter għandu jkun protett kontra l-vultaġġ żejjed, l-inverżjoni tal-polarità tal-provvista tal-elettriku tiegħu, u l-ixxortjar fiċ-ċirkwiti (161). |
ADA_023 |
L-adapter għandu jkun konformi mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/28/KE (*) li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE, , għall-finijiet tal-adattament tagħhom għall-progress tekniku, marbuta mal-kompatibbiltà elettromanjetika, u għandu jkun protett minn skarigi elettrostatiċi u transjenti (162). |
4.6. Il-Materjali
ADA_024 |
L-adapter għandu jilħaq il-grad ta' protezzjoni (TBD mill-manifatturi, skont il-pożizzjoni tal-installazzjoni) (164, 165). |
ADA_025 |
Il-kulur tal-kaxxa ta’ barra tal-adapter għandu jkun isfar. |
4.7. Il-Marki
ADA_026 |
Għandha tkun imwaħħla plakka deskrittiva mal-adapter u turi d-dettalji li ġejjin (169):
|
||||||||||
ADA_027 |
Il-plakka deskrittiva għandha wkoll turi d-dettalji li ġejjin (jekk ma jinqrawx direttament minn barra fuq is-sonda inkorporata taċ-ċaqliq):
|
5. L-INSTALLAZZJONI TAL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JINTUŻA ADAPTER
5.1. L-Installazzjoni
ADA_028 |
L-adapters li għandhom ikunu mwaħħla mal-vetturi għandhom ikunu mgħoddija biss lill-manifatturi tal-vetturi, jew lill-workshops approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u awtorizzati sabiex jinstallaw, jattivaw u jikkalibraw it-takografi diġitali. |
ADA_029 |
Il-workshop approvat għall-installazzjoni tal-adapter għandu jirranġa l-interfaċċja tal-input u jagħżel id-diviżjoni tal-proporzjon tas-sinjal tal-input (jekk huwa applikabbli). |
ADA_030 |
Il-workshop approvat għall-installazzjoni tal-adapter għandu jissiġilla l-kaxxa tal-adapter. |
ADA_031 |
L-adapter għandu jitwaħħal kemm jista' jkun viċin tal-parti tal-vettura li tipprovdi il-pulsazzjonijiet li deħlin. |
ADA_032 |
Il-kejbils li jipprovdu l-provvista tal-elettriku għall-adapter għandhom ikunu aħmar (il-provvista pożittiva) u iswed (l-ert). |
5.2. Is-siġillar
ADA_033 |
Għandhom japplikaw il-ħtiġijiet tas-siġillar li ġejjin:
|
6. IL-KONTROLLI, L-ISPEZZJONIJIET U T-TISWIJIET
6.1. L-Ispezzjonijiet perjodiċi
ADA_034 |
Meta jintuża adapter, kull spezzjoni perjodika (spezzjoni perjodika tfisser skont ir-Rekwiżit 256 sar-Rekwiżit 258 tal-Kapitolu VI tal-Anness 1B) tal-apparat ta' reġistrar għandha tinkludi l-kontrolli li ġejjin (257):
|
7. L-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-APPARAT TA' REĠISTRAZZJONI META JINTUŻA ADAPTER
7.1. Il-Punti ġenerali
ADA_035 |
L-apparat ta' reġistrar għandu jkun sottomess għall-approvazzjoni tat-tip komplut, mal-adapter (269). |
ADA_036 |
Kwalunkwe adapter jista' jkun sottomess għall-approvazzjoni tat-tip tiegħu, jew għall-approvazzjoni tat-tip bħala parti mill-apparat ta' reġistrar. |
ADA_037 |
L-approvazzjoni tat-tip bħal din għandha tinkludi t-testijiet tal-funzjonalità li jinvolvu l-adapter. Ir-riżultati pożittivi għal kull wieħed minn dawn it-testijiet huma ddikjarati b'ċertifikat xieraq (270). |
7.2. Iċ-Ċertifikat funzjonali
ADA_038 |
Iċ-ċertifikat funzjonali ta' adapter jew ta' apparat ta' reġistrar li jinkludi adapter għandu jkun mgħoddi lill-manifattur tal-adapter wara biss li jkun għadda b'suċċess mit-testijiet minimi kollha tal-funzjonalità li ġejjin.
|
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 69/2009
tat-23 ta' Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008. |
(2) |
F'Mejju 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika l-emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju u l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati“Kost ta' Investment f'Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt u Kumpanija Assoċjata”. L-emendi għall-IFRS 1 jippermettu l-utent adottiv ġdid li fir-rapporti finanzjarji separati juża bħala kost xieraq għal investiment f'sussidjarja, entità b'kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata kemm il-valur ġust fid-data tat-tranżsizzjoni għall-IFRSs tal-entità jew il-GAAP preċedenti li jġorr fih l-ammont tal-investiment f'dik id-data. Id-definizzjoni tal-“metodu tal-kost” tneħħiet mill-IAS 27 u għaldaqstant investitur jeħtieġ li jirrikonoxxi bħala dħul fir-rapporti finanzjarji separati tiegħu d-dividendi kollha riċevuti minn sussidjarja, entità b'kontroll kongunt jew kumpanija assoċjata, anki jekk id-dividend jitħallas minn riservi ta' qabel l-akkwiżizzjoni. L-emendi għall-IAS 27 jikkjarifikaw ukoll kif jiġi ddeterminat il-kost ta' investiment skont l-IAS 27 meta kumpanija prinċipali tirriorganizza l-istruttura operattiva tal-grupp tagħha billi tistabbilixxi entità ġdida bħala l-prinċipali tagħha u din il-prinċipali l-ġdida tikseb kontroll tal-prinċipali l-ġdida billi toħroġ strumenti azzjonarji bi skambju għall-istrumenti azzjonarji eżistenti tal-prinċipali oriġinali. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati - Kost ta' Investment f'Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt u Kumpanija Assoċjata huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(3) |
l-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 huma emendati skont l-emendi għall-IAS 27 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
L-IFRS 1 u l-IAS 27 |
Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-ewwel darba ta’ Standards Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju u l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati — Kost ta' Investment f'Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt u Kumpanija Assoċjata . |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
EMENDI GĦALL- ADOZZJONI GĦALL-EWWEL DARBA TAL-IFRS 1 TAL- ISTANDARDS INTERNAZZJONALI TAR-RAPPURTAĠĠ FINANZJARJU U L-IAS 27 RAPPORTI FINANZJARJI KONSOLIDATI U SEPARATI
IL-KOST TA’ INVESTIMENT F’SUSSIDJARJA, ENTITÀ B’KONTROLL KONĠUNT JEW KUMPANIJA ASSOĊJATA
Emendi għall-IFRS 1
Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju
Wara l-paragrafu 13(e), jiżdied il-paragrafu 13(ea). Wara l-paragrafu 23, jiżdiedu intestatura u l-paragrafi 23A u 23B. Il-paragrafi 25A u 34C huma emendati. Wara l-paragrafu 44, jiżdiedu intestatura u l-paragrafu 44A. Wara l-paragrafu 47J, jiżdied il-paragrafu 47K.
RIKONOXXIMENT U KEJL
Eżenzjonijiet minn IFRSs oħrajn
13 |
Entità tista’ tagħżel li tuża waħda jew aktar mill-eżenzjonijiet li ġejjin:
|
Investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati
23A |
Meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati, l-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati titlobha li titratta l-investimenti tagħha f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati jew:
|
23B |
Jekk entità li qed tadotta għall-ewwel darba tkejjel it-tali investiment bil-kost skont il-paragrafu 23A(a), għandha tkejjel dak l-investiment b’wieħed mill-ammonti li ġejjin fir-rapporti tal-ftuħ tal-IFRS separata tagħha tal-pożizzjoni finanzjarja:
|
Nominazzjoni ta’ strumenti finanzjarji rikonoxxuti qabel
25A |
L-IAS 39 jippermetti… |
Eżenzjonijiet għal applikazzjonijiet retrospettivi għal IFRSs oħrajn
Interessi bla kontroll
34C |
Entità li tadotta għall-ewwel darba għandha tapplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IAS 27 (kif emendat fl-2008)… |
PREŻENTAZZJONI U ŻVELAR
Użu tal-ammont meqjus bħala kost għal investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati
44A |
Bl-istess mod, jekk entità tuża ammont meqjus bħala kost fir-rapport tal-ftuħ tal-IFRS tal-pożizzjoni finanzjarja għal investiment f'sussidjarja, entità b'kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata fir-rapporti finanzjarji separati tagħha (ara l-paragrafu 23B), l-ewwel rapporti finanzjarji separati tagħha tal-IFRS għandhom juru:
|
DATA EFFETTIVA
47K |
Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġa f’Mejju 2008, il-paragrafi miżjuda 13(ea), 23A, 23B u 44A. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-paragrafi għal perjodu minn qabel, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-IAS 27
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendat mit-Titjib fl-IFRSs f’Mejju 2008)
Fil-paragrafu 4, ir-riferenza għall-“metodu tal-kost” titħassar. Wara l-paragrafu 38, il-paragrafi 38A–38C huma miżjuda. Wara l-paragrafu 45A, il-paragrafi 45B u 45C huma miżjuda.
DEFINIZZJONIJIET
[Ir-referenza għall-“metodu tal-kost” tħassret.]
KONTABILITÀ GĦAL INVESTIMENTI F’SUSSIDJARJI, ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U KUMPANIJI ASSOĊJATI FIR-RAPPORTI FINANZJARJI SEPARATI
38A |
Entità għandha tirrikonoxxi dividend minn sussidjarja, entità b’kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata fil-profitt jew telf fir-rapporti finanzjarji separati tagħha meta d-dritt tagħha li tirċievi dividend ikun stabbilit. |
38B |
Meta kumpanija prinċipali tirriorganizza struttura tal-grupp tagħha billi tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b’tali modi li tissodisfa l-kriterji li ġejjin:
u l-kumpanija prinċipali l-ġdida tittratta l-investiment tagħha fil-kumpanija prinċipali oriġinali skont il-paragrafu 38(a) fir-rapporti finanzjarji separati tagħha, il-kumpanija prinċipali l-ġdida għandha tkejjel il-kost tal-ammont miżmum tal-parti tagħha tas-sigurtajiet tal-ekwità fir-rapporti finanzjarji separati tal-kumpanija prinċipali oriġinali fid-data tar-riorganizzazzjoni. |
38C |
Bl-istess mod, entità li mhijiex kumpanija prinċipali tista’ tistabbilixxi entità ġdida bħala l-kumpanija prinċipali tagħha b’tali mod li tissodisfa l-kriterji tal-paragrafu 38B. Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 38B japplikaw indaqs għal dawn ir-riorganizzazzjonijiet. F’dawn il-każijiet, ir-riferenzi għall-“kumpanija prinċipali oriġinali” u l-“grupp oriġinali” huma għall-“entità oriġinali”. |
DATA EFFETTIVA U TRANSIZZJONI
45B |
Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġa f’Mejju 2008, tħassret id-definizzjoni tal-metodu tal-kost mill-paragrafu 4 u żdied il-paragrafu 38A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar qabel, għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 fl-istess żmien. |
45C |
Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 u l-IAS 27), maħruġa f’Mejju 2008, il-paragrafi miżjuda 38B u 38C. Entità għandha tapplika dawk il-paragrafi b’mod prospettiv għar-riorganizzazzjonijiet li jsiru f’perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Barra minn hekk, entità tista’ tagħżel li tapplika l-paragrafi 38B u 38C b’mod rettrospettiv għal riorganizzazzjonijiet passati taħt l-iskop ta’ dawk il-paragrafi. Madankollu, jekk entità tiddikjara mill-ġdid xi riorganizzazzjoni biex tkun konformi mal-paragrafu 38B jew 38C, għandha tiddikjara mill-ġdid ir-riorganizzazzjonijiet kollha ta’ wara taħt l-iskop ta’ dawk il-paragrafi. Jekk entità tapplika l-paragrafu 38B jew 38C għal perjodu minn qabel, għandha tiżvela dan il-fatt. |
Appendiċi
Emendi għal IFRSs oħrajn
L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi li ġejjin għall-IAS 18, l-IAS 21 u l-IAS 36 meta japplikaw l-emendi relatati tal-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27.
L-IAS 18 Dħul
A1 L-IAS 18 huwa emendat kif deskritt hawn taħt.
Il-paragrafu 32 huwa emendat u l-paragrafu 38 huwa miżjud kif ġej.
32 Meta mgħax mhux imħallas huwa dovut qabel l-akkwist ta’ investiment li jrendi mgħax, ir-riċevuta sussegwenti tal-imgħax tkun allokata bejn il-perjodi ta’ qabel l-akkwist u ta’ wara l-akkwist; il-parti ta' wara l-akkwist biss hija rikonoxxuta bħala dħul.
38 Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għall-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzarju u l-IAS 27 Finanzjarji Konsolidati u Separati), maħruġa f’Mejju 2008, emendat il-paragrafu 32. Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi relatati fil-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27 għal perjodu aktar qabel, għandha tapplika l-emenda taħt il-paragrafu 32 fl-istess ħin.
L-IAS 21 L-Effetti ta’ Bidliet fir-Rati tal-Kambju
A2 Fl-IAS 21, il-paragrafu 49 huwa emendat kif ġej:
49 |
Entità tista’ tneħħi jew parzjalment tneħħi l-interess tagħha f’operazzjoni barranija permezz ta’ bejgħ, likwidazzjoni, ħlas ta’ kapital f’ishma jew abbandun totali ta’, jew parti minn, dik l-entità. Deprezzament tal-ammont miżmum ta' operazzjoni barranija, jew minħabba t-telfiet tagħha stess jew minħabba indeboliment rikonoxxut mill-investitur, ma jikkostitwix disponiment parzjali. Għalhekk, l-ebda parti mill-qligħ jew telf tal-kambju rikonoxxut fi dħul komprensiv ieħor ma tkun riklassifikata għal profitt jew telf mad-deprezzament. |
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi
A3 Fl-IAS 36, wara l-paragrafu 12(g), intestatura u s-subparagrafu (h) huma miżjuda. Wara l-paragrafu 140C, il-paragrafu 140D huwa miżjud.
12 Fil-valutazzjoni jekk hemmx xi indikazzjoni li assi jista’ jkun indebolit, entità għandha tikkunsidra, bħala minimu, l-indikazzjonijiet li ġejjin:
…
Dividend minn sussidjarja, entità b’kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata
(h) |
għal investiment f’sussidjarja, entità b’kontroll konġunt jew kumpanija assoċjata, l-investitur jirrikonoxxi dividend mill-investiment u evidenza hija disponibbli li:
|
140D Kost ta’ Investiment f’Sussidjarja, Entità b’Kontroll Konġunt jew Kumpanija Assoċjata (Emendi għal IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju u l-IAS 27), maħruġa f’Mejju 2008, il-paragrafu miżjud 12(h). Entità għandha tapplika dik l-emenda b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi relatati fil-paragrafi 4 u 38A tal-IAS 27 għal perjodu aktar qabel, għandha tapplika l-emenda taħt il-paragrafu 12(h) fl-istess żmien.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 70/2009
tat-23 ta' Jannar 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ Titjib fl-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRSs)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta’ Ottubru 2008. |
(2) |
F’Mejju 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, minn hawn ’il quddiem “it-Titjib”, fil-qafas tal-proċess annwali tiegħu ta’ titjib li jimmira li jirrazzjonalizza u jikkjarifika l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Il-Titjib jinkludi 35 emenda għall-istandards internazzjonali eżistenti tal-kontabilità li jinqasmu f’żewġ partijiet, fejn il-Parti I tinkludi l-emendi li jirriżultaw f’bidliet tal-kontabilità għall-finijiet ta’ preżentazzjoni, rikonoxximent jew kejl, u l-Parti II tirrigwarda bidliet fit-terminoloġija jew emendi ta’ natura editorjali. |
(3) |
Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li t-Titjib jissodisfa il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 505/2006 tal-14 ta’ Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtalità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u lill-Kummissjoni taha l-parir li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 5 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 1, IAS 8, IAS 10, IAS 16, IAS 18, IAS 19, IAS 20, IAS 23, IAS 27, IAS 28, IAS 29, IAS 31, IAS 34, IAS 36, IAS 38, IAS 39, IAS 40 u IAS 41 huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(3) |
l-IFRS 1 huwa emendat skont l-emendi għall-IFRS 5 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(4) |
l-IAS 7 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 16 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(5) |
l-IFRS 7 u l-IAS 32 huma emendati skont l-emendi għall-IAS 28 u l-IAS 31 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(6) |
l-IAS 16 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 40 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(7) |
l-IAS 41 huwa emendat skont l-emendi għall-IAS 20 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament; |
(8) |
l-IFRS 5, l-IAS 2 u l-IAS 36 huma emendati skont l-emendi għall-IAS 41 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-istandards imsemmija fil-punti (2) u (4) sa (8) tal-Artikolu 1, sa mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.
Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-istandards imsemmija fil-punti (1) u (3) tal-Artikolu 1, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-30 ta’ Ġunju 2009.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(2) ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.
(3) ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.
ANNESS
STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ
|
Titjib għall-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju |
Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org
Titjib fl-IFRSs
PARTI I
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju 5
Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx
Il-paragrafi 8A, 36A u 44C huma miżjuda.
KLASSIFIKAZZJONI TA’ ASSI MHUX KURRENTI (JEW GRUPPI TA’ DISPONIMENT) LI MIŻMUMA GĦALL-BEJGĦ
8A |
Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tikklassifika l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ dik is-sussidjarja li miżmuma għall-bejgħ meta jitħarsu l-kriterji ppreżentati fil-paragrafi 6–8, irrispettivament minn jekk l-entità żżommx interess mhux ta' kontroll fis-sussidjarja ta’ qabel tagħha wara l-bejgħ. |
Preżentazzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx
36A |
Entità li hija kommessa għal pjan tal-bejgħ li jinvolvi t-telf ta’ kontroll ta’ sussidjarja għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa fil-paragrafi 33–36 meta s-sussidjarja hija grupp tad-disponiment li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ operazzjonijiet li ma tkomplewx skont il-paragrafu 32. |
DATA EFFETTIVA
44C |
Il-paragrafi 8A u 36A kienu miżjuda ma’ Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Madankollu, entità m’għandhiex tapplika l-emendi għal perjodi annwali li jibdew wara l-1 ta’ Lulju 2009 sakemm ma tapplikax ukoll l-IAS 27 (kif emendata f’Mejju 2008). Jekk entità tapplika l-emendi qabel l-1 ta’ Lulju 2009, għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi b’mod prospettiv mid-data meta l-ewwel applikat l-IFRS 5, suġġetta għad-disposizzjonijiet tranżizzjonali fil-paragrafu 45 tal-IAS 27 (emendata f’Mejju 2008). |
Appendiċi tal-Emendi għall-IFRS 5
Emendi għall-IFRS 1
L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IFRS 1 meta japplikaw l-emendi relatati għall-IFRS 5.
L-IFRS 1 Adozzjoni għall-Ewwel Darba tal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtaġġ Finanzjarju
Il-paragrafu 34C(c) huwa emendat u l-paragrafu 47L huwa miżjud.
RIKONOXXIMENT U KEJL
Eżenzjonijiet għal applikazzjoni retrospettiva għal IFRSs oħrajn
Interessi mhux ta' kontroll
34C |
Min jadotta għall-ewwel darba għandu japplika r-rekwiżiti li ġejjin tal-IAS 27 Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati (kif emendata fl-2008) b’mod prospettiv mid-data tat-tranżizzjoni tal-IFRSs:…
… |
DATA EFFETTIVA
47L |
Il-paragrafu 34C kien emendat bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Lulju 2009. Jekk entità tapplika l-IAS 27 (emendata fl-2008) għal perjodu qabel, l-emendi għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ qabel. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 1
Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif riveduta fl-2007)
Il-paragrafi 68 u 71 huma emendati. Il-paragrafu 139C huwa miżjud.
Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja
Assi kurrenti
68 |
Iċ-ċiklu tal-operat ta' entità huwa ż-żmien mill-akkwist ta' assi għall-ipproċessar u r-realizzazzjoni tagħhom fi flus jew ekwivalenti ta' flus. Meta ċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità ma jistax ikun identifikat sew, jitqies li huwa tnax-il xahar. Assi kurrenti jinkludu assi (bħal inventarji u debituri tan-negozju) li jinbiegħu, ikunu kkonsmati jew realizzati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat anke jekk mhux mistennija li jkunu realizzati fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport. Assi kurrenti wkoll jinkludi assi li jinżammu l-aktar għal skop ta’ negozju (eżempji jinkludu xi assi finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39) u l-pożizzjoni kurrenti ta’ assi finanzjarji mhux kurrenti. |
Obbligazzjonijiet kurrenti
71 |
Obbligazzjonijiet kurrenti oħrajn mhux saldati bħala parti miċ-ċiklu normali tal-operat, iżda huma dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport jew li jinżammu primarjament għan-negozju. Eżempji ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju skont l-IAS 39, self kurrenti mill-bank u l-porzjoni kurrenti ta’ obbligazzjonijiet finanzjarji mhux kurrenti, dividends pagabbli, taxi fuq id-dħul u kredituri oħrajn mhux tan-negozju. Obbligazzjonijiet finanzjarji li jipprovdu ffinanzjar fuq bażi ta' perjodu twil (jiġifieri mhumiex parti mill-kapital li jdur użat fiċ-ċiklu normali tal-operat tal-entità) u li mhumiex dovuti għas-saldu fi żmien tnax-il xahar wara l-perjodu tar-rapport huma obbligazzjonijiet mhux kurrenti, suġġetti għall-paragrafi 74 u 75. |
TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA
139C |
Il-paragrafi 68 u 71 kienu emendati mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 16
Proprjetà, Impjant u Tagħmir
Il-paragrafi 6 u 69 huma emendati. Il-paragrafi 68A u 81D huma miżjuda.
DEFINIZZJONIJIET
6 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati: … Ammont li Jista’ Jkun Irkuprat huwa l-ogħla bejn il-valur ġust tal-assi biex jinbiegħu u l-valur tiegħu fl-użu. … |
IRTIRAR TAR-RIKONOXXIMENT
68A |
Madankollu, entità li, matul il-kors tal-attivitajiet ordinarji tagħha, b’mod ta’ rutina jbiegħu oġġetti ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir li żammet għall-kiri lil oħrajn għandha tittrasferi t-tali assi għal inventarji bl-ammont miżmum fil-kotba tagħhom meta jieqfu jkunu għall-kiri u jsiru miżmuma għall-bejgħ. Id-dħul mill-bejgħ tat-tali assi għandu jkun rikonoxxut bħala dħul skont l-IAS 18 Dħul. L-IFRS 5 ma tapplikax meta l-assi li jinżammu għall-bejgħ matul il-kors ordinarji tan-negozju jkunu ttrasferiti għal inventarji. |
69 |
Id-disponiment ta’ oġġett ta’ proprjetà, impjant u tagħmir jista’ jseħħ f’varjetà ta’ modi (eż. bil-bejgħ, bid-dħul f’-kuntratt ta’ kera finanzjarja jew b’donazzjoni. Fl-istabbiliment tad-data tad-disponiment ta’ oġġett, entità għandha tapplika l-kriterji taħt l-IAS 18 għar-rikonoxximent tad-dħul mill-bejgħ tal-oġġetti. L-IAS 17 tapplika għad-disponiment bil-bejgħ u kiri lura. |
DATA EFFETTIVA
81D |
Il-paragrafi 6 u 69 kienu emendati u l-paragrafu 68A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi relatati tal-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus. |
Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 16
Emendi għall-IAS 7
L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IAS 7 meta japplikaw l-emendi relatati għall-IAS 16.
L-IAS 7 Rapport tal-Flussi tal-Flus
Il-paragrafu 14 huwa emendat. Il-paragrafu 55 huwa miżjud.
14 |
Flussi tal-flus … … Xi tranżazzjonijiet, bħall-bejgħ ta’ oġġett ta’ impjant, tista’ twassal għal qligħ jew telf li huwa inkluż fil-profitt jew telf rikonoxxut. Il-flussi tal-flus dwar dawn it-tranżazzjonijiet huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-investiment. Madankollu, pagamenti tal-flus għall-manifattura jew l-akkwist ta’ assi miżmuma għall-kiri lil oħrajn u wara miżmuma għall-bejgħ kif deskritt fil-paragrafu 68A tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir huma flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat. Ir-riċevuti tal-flus minn kirjiet u bejgħ ta’ wara tat-tali assi huma wkoll flussi tal-flus minn attivitajiet tal-operat. |
DATA EFFETTIVA
55 |
Il-paragrafu 14 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-paragrafi 68A tal-IAS 16. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 19
Benefiċċji tal-Impjegati
Il-paragrafi 7, 8(b), 32B, 97, 98, 111 u 160 huma emendati. Il-paragrafi 111A u 159D huma miżjuda.
DEFINIZZJONIJIET
7 |
… Benefiċċji tal-impjegati fuq perjodu qasir huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji tat-terminazzjoni) li huma dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat. … Benefiċċji oħrajn tal-impjegati fuq perjodu twil huma benefiċċji tal-impjegati (minbarra benefiċċji ta’ wara l-impjieg u benefiċċji tat-terminazzjoni) li m’humiex dovuti li jissaldu fi żmien tnax-il xahar wara l-aħħar tal-perjodu li fih l-impjegati jagħtu s-servizz relatat. … Ir-redditu fuq l-assi ppjanati huwa mgħax, dividendi u dħul ieħor li jiġi mill-assi ppjanati, flimkien ma’ qligħ jew telf realizzat u mhux realizzat fuq l-assi ppjanati, bit-tnaqqis ta’ kull spejjeż tal-amministrazzjoni tal-pjan (minbarra dawk inklużi fis-suppożizzjonijiet attwarji użati għall-kejl tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit) u bit-tnaqqis ta’ kull taxxa pagabbli mill-pjan innifsu. … Kost tas-servizz passat hija l-bidla fil-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit għas-servizz tal-impjegat fil-perjodi ta’ qabel, li tirriżulta fil-perjodu kurrenti mill-introduzzjoni ta’, jew bidliet fi, il-benefiċċji ta’ wara l-impjieg jew benefiċċji tal-impjegati oħrajn fuq perjodu twil. Il-kost tas-servizz passat tista’ tkun jew pożittiva (meta l-benefiċċji huma introdotti jew mibdulin biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jiżdied) jew negattiva (meta l-benefiċċji eżistenti jitbiddlu biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos). |
BENEFIĊĊJI TAL-IMPJEGAT FUQ PERJODU QASIR
8 |
Benefiċċji tal-impjegati fuq perjodu qasir jinkludu oġġetti bħal:
|
BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: DISTINZJONI BEJN IL-PJANI TA’ KONTRIBUZZJONI DEFINIT U PJANI TA’ BENEFIĊĊJU DEFINIT
Pjani bejn għadd ta’ sidien
32B |
L-IAS 37 Provvedimenti, Obbligazzjonijiet Kontinġenti u Assi Kontinġenti teħtieġ tiżvela informazzjoni dwar xi obbligazzjonijiet kontinġenti. Fil-kuntest ta’ pjani bejn għadd ta’ sidien, obbligazzjoni kontinġenti jistgħu jinħolqu minn, per eżempju:
|
BENEFIĊĊJI TA’ WARA L-IMPJIEG: PJANI TAL-BENEFIĊĊJU DEFINIT
Kost tas-servizz passat
97 |
Kost tas-servizz passat tinħoloq meta entità tintroduċi pjan ta’ benefiċċju definit li jattribwixxi servizz passat jew ibiddel il-benefiċċji pagabbli għal servizz passat taħt pjan eżistenti ta’ benefiċċju definit. Dawn il-bidliet huma redditu għas-servizz tal-impjegat tul il-perjodu sakemm jingħataw il-benefiċċji kkonċernati. Għalhekk, l-entità tirrikonoxxi l-kost tas-servizz passat tul dak il-perjodu, minkejja l-fatt li l-kost jirreferi għal servizz tal-impjegat f’perjodi ta’ qabel. L-entità tkejjel il-kost tas-servizz passat bħala l-bidla fl-obbligazzjoni li tinħoloq mill-emenda (ara l-paragrafu 64). Kost negattiv tas-servizz passat tinħoloq meta entità tbiddel il-benefiċċji attribwiti għal servizz passat biex il-valur preżenti tal-obbligazzjoni tal-benefiċċju definit jonqos. |
98 |
Il-kost tas-servizz passat teskludi:
|
Taqsir u saldu
111 |
Taqsir jiġri meta entità jew:
Taqsir jista’ jinħoloq minn avveniment iżolat, bħall-għeluq ta’ impjant, waqfien ta’ operazzjoni jew terminazzjoni jew sospensjoni ta’ pjan, jew tnaqqis sal-punt li ż-żidiet futuri tas-salarji huma konnessi għall-benefiċċju pagabbli għal servizz passat. Taqsir kultant ikun konness mar-ristrutturazzjoni. Meta dan ikun il-każ, entità takkonta għal taqsir fl-istess żmien tar-ristrutturazzjoni relatata. |
111A |
Meta emenda għall-pjan tnaqqas il-benefiċċji, l-effett tat-tnaqqis għal servizz futur biss huwa taqsir. L-effett ta’ kull tnaqqis għal servizz passat huwa kost negattiv għas-servizz passat. |
DATA EFFETTIVA
159D |
Il-paragrafi 7, 8(b), 32B, 97, 98 u 111 kienu emendati u l-paragrafu 111A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 7, 8(b) u 32B għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 97, 98, 111 u 111A għal bidliet fil-benefiċċji li jseħħu fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. |
160 |
L-IAS 8 tapplika meta entità tbiddel il-politiki tal-kontabilità tagħha biex tirrifletti l-bidliet speċifikati fil-paragrafi 159–159D. Meta tapplika dawn il-bidliet b’mod retrospettiv, kif meħtieġ mill-IAS 8, l-entità għandha titratta dawn il-bidliet daqs li kieku kienu applikati fl-istess waqt fil-bqija ta’ dan l-Istandard. L-eċċezzjoni hija li entità tista’ tiżvela l-ammonti meħtieġa mill-paragrafu 120A(p) peress li l-ammonti huma stabbiliti għal kull perjodu annwali b’mod prospettiv mill-ewwel perjodu annwali ppreżentat fir-rapporti finanzjarji li fih l-entità tapplika l-ewwel darba l-emendi taħt il-paragrafu 120A. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 20
Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar ta’ Assistenza tal-Gvern
Il-paragrafu 37 jitħassar. Il-paragrafi 10A u 43 huma miżjuda.
GĦOTJIET TAL-GVERN
10A |
Il-benefiċċju ta’ self tal-gvern b’rata ta’ mgħax taħt tas-suq hija ttrattata bħala għotja tal-gvern. Is-self ikun rikonoxxut u jitkejjel skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Il-benefiċċju tar-rata ta’ mgħax taħt tas-suq għandu jitkejjel bħala d-differenza bejn il-valur inizjali miżmum fil-kotba tas-self stabbilit skont l-IAS 39 u l-ammonti rikavati. Il-benefiċċju jkun ittrattat skont dan l-Istandard. L-entità għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet u l-obbligazzjonijiet li għandhom, jew iridu, jkunu mħarsa fl-identifikazzjoni tal-kosti li l-benefiċċju tas-self huwa maħsub li jikkumpensa għalihom. |
ASSISTENZA TAL-GVERN
37 |
[Imħassar] |
DATA EFFETTIVA
43 |
Il-paragrafu 37 kien imħassar u l-paragrafu 10A kien miżjud bit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għas-self tal-gvern riċevuti fil-perjodi li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 23
Kosti tas-Self (kif riveduta fl-2007)
Il-paragrafu 6 huwa emendat. Il-paragrafu 29A huwa miżjud.
DEFINIZZJONIJIET
6 |
Il-kosti tas-self jistgħu jinkludu:
|
DATA EFFETTIVA
29A |
Il-paragrafu 6 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 27
Rapporti Finanzjarji Konsolidati u Separati
Il-paragrafu 37 huwa emendat. Il-paragrafu 43A huwa miżjud.
KONTABILITÀ GĦAL INVESTIMENTI F’SUSSIDJARJI, ENTITAJIET B’KONTROLL KONĠUNT U ASSOĊJATI F’KONTIJIET FINANZJARJI SEPARATI
37 |
Meta entità tipprepara rapporti finanzjarji separati, għandha takkonta għal investimenti f’sussidjarji, entitajiet b’kontroll konġunt u kumpaniji assoċjati:
L-entità għandha tapplika l-istess kontabilità għal kull kategorija ta’ investimenti. Investmenti ttrattati bil-kost għandhom ikunu ttrattati skont l-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li Ma Tkomplewx meta jkunu kklassifikati bħala miżmuma għall-bejgħ (jew inklużi fi grupp tad-disponiment li huwa kklassifikat bħala miżmum għall-bejgħ) skont l-IFRS 5. Il-kejl tal-investimenti ttrattati skont l-IAS 39 ma jinbidilx f’dawn iċ-ċirkostanzi. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
43A |
Il-paragrafu 37 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009, b’mod prospettiv mid-data ta’ meta adottat l-IFRS 5 l-ewwel darba. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 28
Investimenti f’Kumpaniji Assoċjati
Il-paragrafi 1 u 33 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 41 huma emendati. Il-paragrafu 41C huwa miżjud.
AMBITU
1 |
Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabilità għal investimenti f’kumpaniji assoċjati. Madankollu, ma japplikax għal investimenti f’kumpaniji assoċjati miżmuma minn:
li fir-rikonoxximent inizjali kienu kklassifikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew kienu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u ttrattati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Dawn l-investimenti għandhom jitkejlu bil-valur ġust skont l-IAS 39, bil-bidliet fil-valur ġust irrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla. Entità li żżomm dawn l-investimenti għandha tagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 37(f). |
APPLIKAZZJONI TAL-METODU TAL-EKWITÀ
Telf minn indeboliment
33 |
Peress li l-avvjament tifforma parti mill-ammont miżmum fil-kotba ta’ investiment f’kumpanija assoċjata mhux rikonoxxuta separatament, m’hijiex ittestjata għal indeboliment separatament bl-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-avvjament tal-ittestjar għal indeboliment fl-IAS 36 Indeboliment tal-Assi. Minflok, l-ammont kollu miżmum fil-kotba tal-investiment huwa ttestjat għal indeboliment skont l-IAS 36 bħala assi wieħed, billi tqabbel l-ammont tiegħu li jista’ jkun irkuprat (l-ogħla tal-valur fl-użu u l-valur ġust bit-tnaqqis tal-kost tal-bejgħ) bl-ammont tiegħu miżmum fil-kotba, kull meta l-applikazzjoni tar-rekwiżiti fl-IAS 39 jindikaw li l-investiment jista’ jkun indebolit. Telf minn indeboliment huwa rikonoxxut f’dawk iċ-ċirkostanzi m'huwiex allokat għal kull assi, inkluża avvjament, li tifforma parti tal-ammont miżmum fil-kotba tal-investiment fil-kumpanija assoċjata. Għalhekk, kull treġġigħ lura ta’ dak it-telf minn indeboliment huwa rrikonoxxut skont l-IAS 36 sakemm l-ammont li jista’ jkun irkuprat tal-investiment sussegwentement jiżdied. Fl-istabbiliment tal-valur tal-użu tal-investiment, entità tistma:
|
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
41C |
Il-paragrafi 1 u 33 kienu emendati mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika għal dak il-perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, il-paragrafu 1 tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emendi b’mod prospettiv. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 31
Interessi f’Impriżi Konġunti
Il-paragrafu 1 u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 58 huma emendati. Il-paragrafu 58B huwa miżjud.
AMBITU
1 |
Dan l-Istandard għandu jkun applikat fil-kontabilità għall-interessi ta’ impriżi konġunti u r-rappurtaġġ ta’ assi ta’ impriżi konġunti, obbligazzjonijiet, dħul u spejjeż fir-rapporti finanzjarji ta’ imprendituri u investituri, irrilevanti mill-istrutturi jew il-forom li fihom isiru l-attivitajiet ta’ impriżi konġunti. Madankollu, ma japplikax għall-interessi ta’ imprendituri minn entitajiet ikkontrollati b’mod konġunt miżmuma minn:
li fir-rikonoxximent inizjali kienu kklassifikati bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf jew kienu kklassifikati bħala miżmuma għan-negozju u ttrattati skont l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl. Dawn l-investimenti għandhom jitkejlu bil-valur ġust skont l-IAS 39, bil-bidliet fil-valur ġust irrikonoxxuti fil-profitt jew telf fil-perjodu tal-bidla. Imprenditur li jżomm dan l-interess għandu jagħmel l-iżvelar meħtieġ mill-paragrafu 55 u 56). |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
58B |
Il-paragrafu 1 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika għal dak il-perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, il-paragrafu 1 tal-IAS 28 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv. |
Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 28 u l-IAS 31
Emendi għal IFRSs oħrajn
L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi għall-IFRS 7 u l-IAS 32 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati tal-IAS 28 u l-IAS 31.
L-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar
Il-paragrafu 3(a) huwa emendat. Il-paragrafu 44D huwa miżjud.
AMBITU
3 |
Din l-IFRS għandha tkun applikata mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji, minbarra:
|
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
44D |
Il-paragrafu 3(a) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-ewwel paragrafu tal-IAS 28, l-ewwel paragrafu tal-IAS 31 u l-paragrafu 4 tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv. |
L-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni
Il-paragrafu 4(a) u l-intestatura ta’ fuq il-paragrafu 96 huma emendati. Il-paragrafu 97D huwa miżjud.
AMBITU
4 |
Dan l-Istandard għandu jkun applikat mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji minbarra:
|
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
97D |
Il-paragrafu 4 kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika għal perjodu aktar qabel l-emendi għall-paragrafu 3 tal-IFRS 7, l-ewwel paragrafu tal-IAS 28 u l-ewwel paragrafu tal-IAS 32 maħruġa f’Mejju 2008. Entità hija permessa tapplika l-emenda b’mod prospettiv. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 29
Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji
Il-paragrafi 6, 15 u 19 huma emendati. Dawn l-emendi għandhom ikunu applikati għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa.
ID-DIKJARAZZJONI MILL-ĠDID TA’ RAPPORTI FINANZJARJI
6 |
L-entitajiet li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji fuq il-bażi ta’ kost storiku tal-kontabilità jagħmlu hekk mingħajr kunsiderazzjoni la tal-bidliet fil-livell ġenerali tal-prezzijiet u lanqas għal żidiet fi prezzijiet speċifiċi tal-assi jew l-obbligazzjonijiet rikonoxxuti. L-eċċezzjonijiet għal dawn huma dawk l-assi u obbligazzjonijiet li l-entità hija mitluba, jew tagħżel, li tkejjel fuq il-valur ġust. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir jistgħu jkunu vvalutati mill-ġdid għall-valur ġust u assi bijoloġiċi huma ġeneralment meħtieġa jitkejlu bil-valur ġust. Xi entitajiet, madankollu, jippreżentaw rapporti finanzjarji li huma bbażati fuq il-metodu tal-kost kurrenti li jirrifletti l-effetti tal-bidliet fil-prezzijiet speċifiċi tal-assi miżmuma. |
15 |
Bosta affarijiet mhux monetarji jinżammu bil-kost jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament; għalhekk huma espresso bl-ammonti kurrenti fid-data tal-akkwist tagħhom. Il-kost iddikjarat mill-ġdid, jew il-kost bit-tnaqqis tad-deprezzament, ta’ kull oġġett huwa stabbilit bl-applikazzjoni tal-bidla fl-indiċi ġenerali tal-prezz mid-data tal-akkwist sal-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ mal-kost storiku tiegħu u d-deprezzament akkumulat. Per eżempju, proprjetà, impjanti u tagħmir, inventarji ta’ materja prima u merkanzija, avvjament, patenti, trejdmarks u assi simili huma ddikjarati mill-ġdid mid-data tax-xiri tagħhom. Inventarji ta’ oġġetti parzjament lesti u lesti huma ddikjarati mill-ġdid mid-dati ta’ meta tħallsu l-kosti tax-xiri u tal-konverżjoni. |
19 |
L-ammont iddikjarat mill-ġdid ta' oġġett mhux monetarju jitnaqqas, skont l-IFRSs xierqa, meta jaqbeż l-ammont tiegħu li jista’ jkun irkuprat. Per eżempju, l-ammont iddikjarati mill-ġdid tal-proprjetà, impjanti u tagħmir, avvjament, patenti, trejdmarks jitnaqqas mill-ammont li jista’ jkun irkuprat u l-ammonti ddikjarati mill-ġdid jitnaqqsu għall-valur nett li jinġab. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 36
Indeboliment tal-Assi
Il-paragrafu 134(e) huwa emendat. Il-paragrafu 140C huwa miżjud.
ŻVELAR
Stimi użati għall-kejl ta’ ammonti li jistgħu jkunu rkuprati ta’ unitajiet li jiġġeneraw il-flus li fihom avvjament jew assi intanġibbli bi żmien indefinit ta’ utilità
134 |
Entità għandha tiżvela l-informazzjoni meħtieġa minn (a)–(f) għal kull unità li tiġġenera l-flus (grupp ta' unitajiet) fejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-avvjament jew assi intanġibbli bi żminijiet definiti tal-utilità allokati għal dik l-unità (grupp ta' unitajiet) hija sinifikanti b'paragun mal-ammont totali miżmum fil-kotba tal-avvjament jew tal-assi intanġibbli bi żminijiet indefiniti tal-utilità tal-entità:
|
PROVVEDIMENTI TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA
140C |
Il-paragrafu 134(e) kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dik l-emenda għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 38
Assi Intanġibbli
Il-paragrafi 69, 70 u 98 huma emendati. Il-paragrafi 69A u 130D huma miżjuda.
RIKONOXXIMENT TA’ SPIŻA
69 |
F’xi każijiet, l-ispejjeż imħallsa biex jipprovdu benefiċċji ekonomiċi futuri lejn entità, iżda l-ebda assi intanġibbli jew assi ieħor huwa akkwistat jew maħluq li jista’ jkun rikonoxxut. Fil-każ tal-provvista ta’ oġġetti, l-entità tirrikonoxxi din in-nefqa bħala spiża meta jkollha d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. Fil-każ tal-provvista ta’ servizzi, l-entità tirrikonoxxi n-nefqa bħala spiża meta tirċievi s-servizzi. Per eżempju, nefqa fuq ir-riċerka hija rikonoxxuta bħala spiża meta titħallas (ara l-paragrafu 54), minbarra meta tkun akkwistata bħala parti minn kombinazzjoni tan-negozju. Eżempji oħrajn tan-nefqa li huma rikonoxxuti bħala spiża meta jitħallsu jinkludu:
|
69A |
Entità għandha d-dritt li taċċessa l-oġġetti meta jsiru tagħha. L-istess, għandha dritt taċċessa l-oġġetti meta jkunu mibnijin mill-fornitur skont it-termini ta’ kuntratt tal-provvista u l-entità tista’ titlob il-kunsinna tagħhom għal pagament. Servizzi jkunu riċevuti meta jkunu eżekwiti minn fornitur skont kuntratt tal-kunsinna tagħhom lill-entità u mhux meta l-entità tużahom għall-kunsinna ta’ servizz ieħor, per eżempju, għall-kunsinna ta’ reklamar lill-klijenti. |
70 |
Il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas tal-oġġetti jsir minn qabel l-entità tikseb d-dritt li taċċessa dawk l-oġġetti. L-istess, il-paragrafu 68 ma jipprekludix entità milli tirrikonoxxi ħlasijiet bil-quddiem bħala assi meta l-ħlas għal servizzi jsir qabel l-entità tirċievi dawk is-servizzi. |
ASSI INTANĠIBBLI BI ŻMINIJIET FINITI TAL-UTILITÀ
Perjodu ta’ amortizzament u metodu tal-amortizzament
98 |
Varjetà ta’ metodi tal-amortizzament tista’ tintuża biex talloka l-ammont li jiġi ddeprezzat ta’ assi fuq bażi sistematika fuq iż-żmien tal-utilità tiegħu. Dawn il-metodi jinkludu l-metodu tal-linja dritta, il-metodu tal-bilanċ ridott u l-metodu tal-unità tal-produzzjoni. Il-metodu użat jintgħażel fuq il-bażi tad-disinn mistenni tal-konsum tal-benefiċċji ekonomiċi futuri mistennija inklużi fl-assi u huwa applikat b’mod konsistenti minn perjodu għal perjodu, sakemm ikun hemm bidla fid-disinn mistenni tal-konsum ta’ dawk il-benefiċċji ekonomiċi futuri. |
PROVVEDIMENTI TRANŻIZZJONALI U DATA EFFETTIVA
130D |
Il-paragrafi 69, 70 u 98 kienu emendati u l-paragrafu 69A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 39
Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
Il-paragrafi 9, 73 u AG8 huma emendati. Il-paragrafi 50A u 108C huma miżjuda.
DEFINIZZJONIJIET
9 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati: … |
Definizzjonijiet ta’ erba’ kategoriji ta’ strumenti finanzjarji
Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja bil-valur ġust permezz tal-profitt jew telf hija assi finanzjarja jew obbligazzjoni finanzjarja li taqa’ taħt waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin.
(a) |
Hija kklassifikata bħal miżmuma għan-negozju. Assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja hija kklassifikata bħala miżmuma għan-negozju jekk:
|
(b) |
… |
KEJL
Riklassifikazzjonijiet
50A |
Il-bidliet fiċ-ċirkostanzi li ġejjin m’humiex riklassifikazzjonijiet għall-iskopijiet tal-paragrafu 50:
|
HEDGING
Strumenti tal-hedging
Strumenti li jikkwalifikaw
73 |
Għal skopijiet tal-kontabilità tal-hedge, l-istrumenti biss li jinvolvi parti esterna għal entità tar-rappurtaġġ (jiġifieri esterni għall-grupp jew entità individwali li dwarha qed isir ir-rappurtaġġ) jistgħu jkunu speċifikati bħala strumenti tal-hedge. Għalkemm entitajiet individwi taħt grupp konsolidat jew diviżjonijiet taħt entità jistgħu jidħlu fi tranżazzjonijiet tal-hedging ma’ entitajiet oħrajn taħt il-grupp jew id-diviżjonijiet taħt l-entità, tali tranżazzjoni intragrupp huma eliminati mal-konsolidazzjoni. Għalhekk, dawn it-tranżazzjonijiet tal-hedging ma jikkwalifikawx għal kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji konsolidati tal-grupp. Madankollu, jistgħu jikkwalifikaw għall–kontabilità tal-hedge fir-rapporti finanzjarji individwali jew separati ta’ entitajiet individwali taħt il-grupp sakemm huma esterni għall-entità individwali li dwarha jsir ir-rapport. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
108C |
Il-paragrafi 9, 73 u AG8 kienu emendati u l-paragrafu 50A kien miżjud mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għall-perjodi annwali li jibdew fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 9 u 50A mid-data u fil-manjiera li applikat l-emendi tal-2005 deskritti fil-paragrafu 105A. Applikazzjoni minn qabel tal-emendi kollha hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-gwida tal-applikazzjoni fuq l-IAS 39
Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl
DEFINIZZJONIJIET (PARAGRAFI 8 U 9)
Rata effettiva tal-imgħax
AG8 |
Jekk entitá tirrevedi l-istimi tagħha tal-pagamenti jew tar-riċevuti, l-entità għandha taġġusta l-ammont miżmum tal-assi finanzjarja jew obbligazzjoni finanzjarju (jew grupp ta’ strumenti finanzjarji) biex tirrifletti l-flussi attwali u stmati riveduti tal-flus. L-entità tikkalkula mill-ġdid l-ammont miżmum fil-kotba bil-komputazzjoni tal-valur preżenti tal-flussi stmati futuri tal-flus bir-rata tal-imgħax oriġinali effettiva tal-istrument finanzjarju jew, meta applikabbli, ir-rata tal-imgħax effettiva riveduta kkalkulata skont il-paragrafu 92. L-aġġustament huwa rikonoxxut fil-kont tal-qligħ jew telf bħala qligħ jew telf. Jekk assi finanzjarju jkun irriklassifikat skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E, u l-entita sussegwentement iżżid l-estimi tagħha tal-irċevuti futuri tal-flus b'riżultat ta' rekuperabbiltà akbar ta' dawk l-irċevuti ta' flus, l-effett ta' dik iż-żieda għandu jkun irrikonoxxut bħala aġġustament għar-rata ta' mgħax effettiva mid-data tal-bidla fl-estimi aktat milli bħala aġġustament għall-ammont miżmum fil-kotba tal-assi fid-data tal-bidla fl-estimi. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 40
Proprjetà Investment:
Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 huma emendati. Il-paragrafu 22 huwa mħassar u l-paragrafi 53A, 53B u 85B huma miżjuda.
DEFINIZZJONIJIET
8 |
Dawn li ġejjin huma eżempji ta’ proprjetà tal-investment:
|
9 |
Dawn il-ġejjin huma eżempji ta’ affarijiet li huma proprjetà tal-investiment u għalhekk jaqgħu barra l-ambitu ta’ dan l-Istandard:
|
KEJL FIR-RIKONOXXIMENT
22 |
[Imħassar] |
Mudell tal-valur ġust
48 |
F’każijiet eċċezzjonali, hemm evidenza ċara meta entità l-ewwel takkwista proprjetà tal-investiment (jew meta proprjetà tal-investiment l-ewwel issir proprjetà tal-investiment wara l-bidla fl-użu) li l-varjabilità fil-medda tal-estimi tal-valur ġust raġonevoli se jkun tant, u l-probabilitajiet tar-riżultati varji diffiċli biex ikunu stmati, li l-utilità ta' stima waħda tal-valur ġust ma jkollhiex effett. Din tista’ tindika li l-valur ġust tal-proprjetà ma jkunx stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa (ara l-paragrafu 53). |
Inabilità li valur ġust ikun stabbilit b’mod kredibbli
53 |
Hemm preżunzjoni kkonfutat li entità tista’ tistabbilixxi b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà tal-investment fuq bażi kontinwa. Madankollu, f’każijiet eċċezzjonali, hemm evidenza ċara meta entità l-ewwel takkwista proprjetà tal-investiment (jew meta proprjetà tal-investiment l-ewwel issir proprjetà tal-investiment wara l-bidla fl-użu) li l-valur ġust tal-proprjetà ma jkunx stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa. Dan jinħoloq meta, u biss meta, tranżazzjonijiet komparabbli tas-suq m'humiex frekwenti u stimi alternattivi kredibbli ta' valur ġust (per eżempju, ibbażati fuq projezzjonijiet skontati tal-flussi tal-flus) m'humiex disponibbli. Jekk entità tistabbilixxi li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni mhux stabbilit b'mod kredibbli iżda tistenni l-valur ġust tal-proprjetà jista’ jkun stabbilit b’mod ġust meta titlesta l-kostruzzjoni, tista’ tkejjel il-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni bil-kost sakemm jew il-valur ġust tagħha jista' jkun stabbilit b'mod kredibbli jew titlesta l-kostruzzjoni (skont x'jiġi l-ewwel). Jekk entità tistabbilixxi li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment (minbarra proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni) mhux stabbilit b'mod kredibbli fuq bażi kontinwa, l-entità għandha tkejjel dik il-proprjetà tal-investiment bl-użu tal-metodu tal-kost taħt l-IAS 16. Il-valur residwu tal-proprjetà tal-investiment jitqies bħala żero. L-entità għandha tapplika l-IAS 16 sad-disponiment tal-proprjetà tal-investiment. |
53A |
Hekk kif l-entità ssir kapaċi tkejjel b’mod kredibbli l-valur ġust ta’ proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni li qabel kienet titkejjel bil-kost, għandha tkejjel dik il-proprjetà bil-valur ġust tagħha. Hekk kif titlesta l-kostruzzjoni ta’ dik il-proprjetà, jitqies li l-valur ġust jista’ jitkejjel b’mod kredibbli. Jekk dan ma jkunx il-każ, skont il-paragrafu 53, il-proprjetà tkun ittrattata bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16. |
53B |
Il-preżunzjoni li l-valur ġust tal-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni jista’ jitkejjel b’mod kredibbli jista’ jkun ikkonfutat biss fir-rikonoxximent inizjali. Entità li kejlet oġġett ta’ proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni bil-valur ġust ma tistax tikkonkludi li l-valur ġust ta’ proprjetà lesta tal-investiment ma tistax tkun stabbilita b’mod kredibbli. |
54 |
F’każijiet eċċezzjonali, meta entità hija sfurzata, minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-paragrafu 53, li tkejjel proprjetà tal-investiment bl-użu tal-mudell tal-kost skont l-IAS 16, għandha tkejjel bil-valur ġust il-proprjetajiet tal-investiment l-oħra kollha tagħha, inkluża l-proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni. F’dawn il-każijiet, għalkemm entità tista’ tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà waħda tal-investiment, l-entità għandha tkompli titratta l-mudell tal-valur ġust għal kull proprjetà li baqagħlha. |
TRASFERIMENTI
57 |
Trasferimenti minn, jew għal, proprjetà tal-investiment għandhom isiru meta, u biss meta, hemm bidla fl-użu, b’evidenza ta’:
|
DATA EFFETTIVA
85B |
Il-paragrafi 8, 9, 48, 53, 54 u 57 kienu emendati, il-paragrafu 22 kien imħassar u l-paragrafi 53A u 53B kienu miżjuda bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Entità hija permessa tapplika l-emendi għal proprjetà tal-investiment taħt il-kostruzzjoni minn kull data qabel l-1 ta’ Jannar 2009 sakemm il-valuri ġusti tal-proprjetajiet tal-investiment taħt il-kostruzzjoni kienu stabbiliti f'dawk id-dati. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel għandha tiżvela dan il-fatt u fl-istess waqt tapplika l-emendi għall-paragrafi 5 u 81E tal-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir. |
Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 40
Emendi għall-IAS 16
L-entitajiet għandhom japplikaw l-emenda għall-IAS 16 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati għall-IAS 40.
L-IAS 16 Proprjetà, Impjanti u Tagħmir
Il-paragrafu 5 huwa emendat. Il-paragrafu 81E huwa miżjud.
5 |
Entità li tuża l-mudell tal-kost għal proprjetà tal-investiment skont l-IAS 40 Proprjetà tal-Investiment għandha tuża l-mudell tal-kost f’dan l-Istandard. |
DATA EFFETTIVA
81E |
Il-paragrafu 5 kien emendat bit-Titjib għall-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa jekk entità tapplika wkoll l-emendi għall-paragrafi 8, 9, 22, 48, 53, 53A, 54, 57 u 85B tal-IAS 40 fl-istess waqt. Jekk entità tapplika l-emenda għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 41
Agrikoltura
Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 huma emendati. Il-paragrafu 60 huwa miżjud.
DEFINIZZJONIJIET
Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura
5 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati: Attività agrikola hija l-ġestjoni ta’ entità tat-trasformazzjoni bijoloġika u l-ħsad tal-assi bijoloġiċi għall-bejgħ jew għall-konverżjoni fi prodotti agrikoli jew f’aktar assi bijoloġiċi. … |
6 |
Attività agrikola tkopri medda diversa ta’ attivitajiet; per eżempju, it-trobbija ta’ bhejjem, forestrija, tkabbir ta’ uċuħ tar-raba’ annwali jew perennjali, koltivazzjoni ta’ orti u pjantazzjoni, florikoltura u akwakoltura (inklużi rziezet tal-ħut). Ċerti karatteristiċi komuni jeżistu taħt din id-diversità:
|
RIKONOXXIMENT U KEJL
17 |
Jekk jeżisti suq attiv għal assi bijoloġiku jew prodotti agrikoli fil-lokalità u l-kundizzjoni preżenti tiegħu, il-prezz ikkwotat f’dak is-suq huwa l-bażi xieraq biex il-valur ġust tal-assi jkun stabbilit. Jekk entità għandha aċċess għal swieq attivi differenti, l-entità għandha tuża l-aktar waħda rilevanti. Per eżempju, jekk entità għandha aċċess għal żewġt iswieq attivi, għandha tuża l-prezz eżistenti fis-suq li mistenni li jintuża. |
20 |
F’xi ċirkostanzi, il-prezzijiet jew valuri stabbiliti mis-suq jistgħu ma jkunux disponibbli għal assi bijoloġiku fil-kundizzjoni preżenti tiegħu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, entità għandha tuża l-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus mill-assi skontat b’rata kurrenti stabbilita mis-suq biex tistabbilixxi l-valur ġust. |
21 |
L-għan tal-kalkolu tal-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus huwa biex jistabbilixxi valur ġust ta’ assi bijoloġiku fil-lokalità u l-kundizzjoni preżenti. Entità tikkunsidra dan fl-istabbiliment ta’ rata xierqa tal-iskont biex tintuża u fl-istima tal-flussi netti mistennija tal-flus. Fl-istabbiliment tal-valur preżenti tal-flussi netti mistennija tal-flus, entità tinkludi l-flussi netti tal-flus li l-parteċipanti tas-suq jistennew li l-assi se jiġġenera fl-aktar suq rilevanti tiegħu. |
DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI
60 |
Il-paragrafi 5, 6, 17, 20 u 21 kienu emendati u l-paragrafu 14 tħassar mit-Titjib fl-IFRSs maħruġa f’Mejju 2008. Entità għandha tapplika dawk l-emendi b’mod prospettiv għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu minn qabel għandha tiżvela dan il-fatt. |
IT-TIENI PARTI
L-emendi tat-Tieni Parti għandhom ikunu applikati għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa.
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 8
Politiki ta’ Kontabilità, Bidliet fl-Istimi ta’ Kontabilità u Żbalji
Il-paragrafi 7, 9 u 11 huma emendati.
POLITIKI TAL-KONTABILITÀ
Għażla u applikazzjoni tal-politiki ta’ kontabilità
7 |
Meta IFRS speċifikament tapplika għal tranżazzjoni, avveniment jew kundizzjoni oħra, il-politika jew politiki ta’ kontabilità applikati għal dak l-affari tkun stabbilita bl-applikazzjoni tal-IFRS. |
9 |
L-IFRSs huma akkumpanjati bi gwida biex tassisti l-entitajiet fl-applikazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom. Din il-gwida kollha tiddikjara jekk hijiex parti integrali mill-IFRSs. Gwida li hija parti integrali mill-IFRSs hija mandatarja. Gwida li m’hijiex parti integrali tal-IFRSs ma tinkludix ħtiġiet għar-rapporti finanzjarji. |
11 |
Biex isir il-ġudizzju għaqli deskritt fil-paragrafu 10, il-maniġment għandu jirreferu għal, u jikkunsidra l-applikabilità ta’, l-għejun li ġej f’ordni li jinżel:
|
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 10
Avvenimenti wara l-Perjodu tar-Rappurtaġġ
Il-paragrafu 13 huwa emendat.
13 |
Jekk dividendi jkunu ddikjarati (jiġifieri d-dividendi huma awtorizzati sew u m’għadhomx taħt id-diskrezzjoni tal-entità) wara l-perjodu tar-rappurtaġġ iżda qabel ir-rapporti finanzjarji jkunu awtorizzati għall-ħruġ, id-dividendi ma jkunux rikonoxxuti bħala obbligazzjoni fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ peress li l-obbligazzjoni ma kinetx teżisti dak iż-żmien. Dawn id-dividendi għandhom ikunu żvelati fin-noti skont l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 20
Kontabilità għal Għotjiet tal-Gvern u Żvelar ta’ Assistenza tal-Gvern
Nota f’qiegħ il-paġna hija miżjuda fl-intestatura tal-Istandard qabel il-paragrafu 1, u l-paragrafi 2(b), 12–18, 20–22, 26, 27 u 32 huma emendati.
Nota f’qiegħ il-paġna mat-titlu
* |
Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 il-Bord emenda t-terminoloġija użata f’dan l-Istandard biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej:
|
AMBITU
2 |
Dan l-Istandard ma jitrattax:
|
GĦOTJIET TAL-GVERN
12 |
Għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw. |
13 |
Hemm żewġ metodi wiesgħa għall-kontabilità tal-għotjiet tal-gvern: il-metodu tal-kapital, fejn għotja hija rrikonoxxuta barra l-profitt jew telf, u l-metodu tad-dħul, fejn għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf fuq perjodu wieħed jew aktar. |
14 |
Dawk li jappoġġaw il-metodu tal-kapital jargumentaw kif ġej:
|
15 |
Argumenti favur il-metodu tad-dħul huma kif ġej:
|
16 |
Hija fundamentali għall-metodu tad-dħul li l-għotjiet tal-gvern għandhom ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-bażi sistematiku fuq il-perjodi li fihom l-entità tirrikonoxxi bħala spejjeż il-kosti relatati li l-għotjiet maħsuba li jikkumpensaw. Ir-rikonoxximent tal-għotjiet tal-gvern fil-profitt jew telf fuq bażi ta’ riċevuti huwa skont is-suppożizzjoni tal-kontabilità tad-dovuti (ara l-IAS 1 Preżentazzjoni tar-Rapporti Finanzjarji) u jkun aċċettabbli biss jekk ma jeżisti l-ebda bażi għall-allokazzjoni ta’ għoti għal perjodi minbarra dak li fih kien riċevut. |
17 |
F’bosta każijiet l-perjodi li fuqhom entità tirrikonoxxi l-kosti jew l-ispejjeż relatati ma’ għotja tal-gvern huma aċċertati malajr. B’hekk għotjiet marbutin ma’ spejjeż speċifiċi jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fl-istess perjodu bħall-ispejjeż rilevanti. L-istess, għotjiet relatati ma’ assi ddeprezzati s-soltu jkunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodi u fil-proporzjonijiet li fihom l-ispiża tad-deprezzament fuq dawk l-assi tkun rikonoxxuta. |
18 |
Għotjiet dwar assi mhux deprezzati jistgħu jeħtieġu wkoll it-tħaris ta’ ċerti obbligi u mbagħad ikunu rrikonoxxuti fil-profitt jew telf fuq il-perjodu li jassorbu l-kost biex jitħarsu l-obbligi. Bħala eżempju, għotja ta’ art tista’ tkun bil-kundizzjoni li jittella’ bini fuq is-sit u jkun xieraq li l-għotja tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-bini. |
20 |
Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli bħala kumpens għal spejjeż jew telf diġà sofrut jew għall-iskop tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità mingħajr kosti relatati futuri għandu jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf tal-perjodu meta jsir riċevibbli. |
21 |
F’xi ċirkostanzi, għotja tal-gvern tista’ tingħata għall-iskop tal-għoti ta' appoġġ finanzjarju immedjat lill-entità minflok bħala inċentiva biex isir infieq speċifiku. Dawn l-għotjiet jistgħu jkunu limitati għal entità partikolari u jistgħu ma jkunux disponibbli għall-klassi kollha ta’ benefiċjarji. Dawn iċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu r-rikonoxximent ta’ għotja fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih l-entità tikkwalifika li tirċevih, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar. |
22 |
Għotja tal-gvern tista’ ssir riċevibbli minn entità bħala kumpens għal spejjeż jew telf meħuda f’perjodu ta’ qabel. Din l-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tal-perjodu li fih issir riċevibbli, bi żvelar li jassigura li l-effett tiegħu jkun mifhum b’mod ċar. |
Preżentazzjoni ta’ għotjiet dwar assi
26 |
Metodu wieħed jirrikonoxxi l-għotja bħala dħul differit li jkun irrikonoxxut fil-profitt jew telf fuq bażi sistematika tul il-ħajja utli tal-assi. |
27 |
Il-metodu l-ieħor inaqqas l-għotja fil-kalkolu tal-ammont miżmum tal-assi. L-għotja hija rrikonoxxuta fil-profitt jew telf tul il-ħajja tal-assi ddeprezzat bħala spiża mnaqqsa tad-deprezzament. |
Ħlas lura ta’ għotjiet tal-gvern
32 |
Għotja tal-gvern li ssir riċevibbli għandha tkun bħala bidla fl-istima tal-kontabilità (ara l-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji). Ħlas lura ta’ għotja dwar id-dħul għandha l-ewwel tkun applikata kontra kull kreditu differit mhux amortizzat rikonoxxut dwar l-għotja. Sakemm il-ħals lura ma jaqbiżx kull tali kreditu differit, jew meta ma jeżisti l-ebda kreditu differit, il-ħlas lura għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf. Ħlas lura ta' għotja dwar assi għandu jkun rikonoxxut billi jiżdied l-ammont miżmum tal-assi jew jitnaqqas il-bilanċ ta' dħul differit bl-ammont ripagabbli. Id-deprezzament addizzjonali kumulattiv li kieku kien ikun irrikonoxxut fil-profitt jew telf s’issa fin-nuqqas tal-għotja għandu jkun rikonoxxut minnufih fil-profitt jew telf. |
Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 20
Emendi għall-IAS 41
L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi għall-IAS 41 f’dan l-appendiċi meta japplikaw l-emendi relatati għat-terminoloġija użata fl-IAS 20.
L-IAS 41 Agrikoltura
Il-paragrafi 34–36 huma emendati.
GĦOTJIET TAL-GVERN
34 |
Għotja tal-gvern mingħajr kundizzjonijiet dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ għandha tkun rrikonoxxuta fil-profitt jew telf meta, u biss meta, l-għotja tal-gvern issir riċevibbli. |
35 |
Jekk għotja tal-gvern dwar assi bijoloġiku mkejjel bil-valur ġust tiegħu bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ tkun mingħajr kundizzjonijiet, inkluż meta għotja tal-gvern tkun teħtieġ entità ma tidħolx f’attività agrikola speċifika, entità għandha tirrikonoxxi l-għotja tal-gvern fil-profitt jew telf tagħha meta, u biss meta, jitħaru l-kundizzjonijiet tal-għotja tal-gvern. |
36 |
It-termini u l-kundizzjonijiet tal-għoti tal-gvern ivarjaw. Per eżempju, għotja tista’ teħtieġ entità li tikkoltiva f’lokalità partikolari għal ħames snin u teħtieġ l-entità li tagħti l-għotja lura jekk tikkoltiva għal perjodu anqas minn ħames snin. F’dan il-każ, l-għotja ma tkunx rrikonoxxuta fil-profitt jew telf qabel ma jgħaddu l-ħames snin. Madankollu, jekk it-termini tal-għotja tippermettu li tinżamm parti minnha skont iż-żmien li għadda, l-entità tirrikonoxxi dik il-parti fil-profitt jew telf hekk kif jgħaddi ż-żmien. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 29
Rappurtaġġ Finanzjarju f’Ekonomiji Iperinflazzjonarji
Nota f’qiegħ il-paġna hija miżjuda fl-intestatura tal-Istandard qabel il-paragrafu 1, u l-paragrafi 8, 14, 20, 28 u 34 huma emendati.
Nota f’qiegħ il-paġna mat-titlu
* |
Bħala parti mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008, il-Bord emenda t-termini użata fl-IAS 29 biex tkun konsistenti ma’ IFRSs oħrajn kif ġej: (a) “valur tas-suq” kienet emendat għal “valur ġust”, u (b) “riżultati tal-operazzjonijiet” u “dħul nett” kienet emendat għal “profitt jew telf”. |
ID-DIKJARAZZJONI MILL-ĠDID TA’ RAPPORTI FINANZJARJI
8 |
Ir-rapporti finanzjarji ta’ entità li l-munita funzjonali hija l-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja, kemm jekk ibbażat fuq metodu tal-kost storiku jew metodu tal-kost kurrenti, għandhom ikunu ddikjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Il-figuri li jikkorrospondu għall-perjodu ta’ qabel meħtieġa mill-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif rivedut mill-2007) u kull informazzjoni dwar perjodi ta’ qabel għandhom ikunu ddikkjarati f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21 L-Effetti ta’ Bidliet fir-Rati tal-Kambju. |
Rapporti finanzjarji bbażati fuq il-kost storiku
Dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja
14 |
L-assi u l-obbligazzjonijiet l-oħrajn kollha huma mhux monetarji. Xi oġġetti mhux monetarji huma miżmuma bl-ammonti kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ, bħall-valur nett realizzabbli u l-valur ġust, biex ma jerġgħux ikunu ddikjarati. L-assi u l-obbligazzjonijiet mhux monetarji l-oħrajn kollha huma ddikjarati mill-ġdid. |
20 |
Entità li fiha jsir investiment li hija ttrattata taħt il-metodu tal-ekwità tista’ tirrapporta fil-munita tal-ekonomija iperinflazzjonarja. Ir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja u r-rapport tad-dħul komprensiv ta’ din l-entità li fiha jsir investiment huma ddikjarati mill-ġdid skont dan l-Istandard sabiex tinħadem il-parti tal-investitur tal-assi netti tagħha u l-profitt jew telf. Meta r-rapporti finanzjarji ddikjarati mill-ġdid ta’ entità li fiha jsir investiment huam espresso f’munita barranija jinqalbu bir-rata tal-għeluq. |
Qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta
28 |
Il-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta huwa inkluż fil-profitt jew telf. L-aġġustament għal dawk l-assi u obbligazzjonijiet konnessi bi ftehim ma’ bidliet fil-prezzijiet li saru skont il-paragrafu 13 ikun paċut mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta. Oġġetti oħrajn ta’ dħul u spejjeż, bħal dħul u spiża mill-imgħax, u differenzi fil-kambju relatat mal-fondi investiti jew mislufa, huma wkoll assoċjati mal-pożizzjoni monetarja netta. Għalkemm dawn l-oġġetti huma żvelata separatament, ikun ta’ għajnuna jekk ikunu ppreżentati flimkien mal-qligħ jew telf fuq il-pożizzjoni monetarja netta fir-rapport tad-dħul komprensiv. |
Figuri li jikkorrispondu
34 |
Figuri li jikkorrispondu għall-perjodu tar-rappurtaġġ ta’ qabel, kemm jekk ibbażati fuq il-metodu tal-kost storiku jew il-metodu tal-kost kurrenti, ikunu ddikjarati mill-ġdid bl-applikazzjoni ta' indiċi tal-prezz ġenerali biex ir-rapporti finanzjarji kumparattivi jkunu ppreżentati f'termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Informazzjoni li hija żvelata dwar perjodi aktar qabel hija espresso wkoll f’termini tal-unità tal-kejl kurrenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rappurtaġġ. Għall-iskop tal-preżentazzjoni tal-ammonti kumparattivi f’munita differenti tal-preżentazzjoni, japplikaw il-paragrafi 42(b) u 43 tal-IAS 21. |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 34
Rapporti Finanzjarji Interim
Il-paragrafu 11 huwa emendat u n-nota fil-qiegħ tal-paġna hija miżjuda.
FORMA U KONTENUT TA’ RAPPORTI FINANZJARJI INTERIM
11 |
Fir-rapport li jippreżenta l-komponenti tal-profitt jew telf għal perjodu interim, entità għandha tippreżenta qligħ bażiku u mdgħajjef sehem b’sehem għal dak il-perjodu meta l-entità qiegħda taħt l-iskop tal-IAS 33 Qligħ Sehem b’Sehem. (*). |
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 40
Proprjetà ta' Investment:
Il-paragrafi 31 u 50 huma emendati.
KEJL WARA R-RIKONOXXIMENT
Politika tal-kontabilità
31 |
L-IAS 8 Politiki tal-Kontabilità, Bidliet fl-Istimi tal-Kontabilità u Żbalji jiddikjara li bidla voluntarja fil-politika tal-kontabilità għandha ssir biss jekk il-bidla tirriżulta bir-rapporti finanzjarji jipprovdu informazzjoni kredibbli u aktar rilevanti dwar l-effetti tat-tranżazzjonijiet, avvenimenti jew kundizzjonijiet oħrajn fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-entità, il-prestazzjoni finanzjarja jew il-fluss tal-flus. Ma tantx huwa probabbli li bidla mill-mudell tal-valur ġust għall-mudell tal-kost se twassal għal preżentazzjoni aktar rilevanti. |
Mudell tal-valur ġust
50 |
Fl-istabbiliment tal-ammont miżmum tal-proprjetà tal-investiment taħt il-mudell tal-valur ġust, entità ma tgħoddx assi jew obbligazzjonijiet doppju li huma rikonoxxuti bħala assi jew obbligazzjonijiet separati. Per eżempju:
|
Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità 41
Agrikoltura
Il-paragrafi 4 u 5 huma emendati u l-paragrafu 14 jitħassar. It-termini “kosti stmati tal-punt tal-bejgħ” u “kosti tal-punt tal-bejgħ” huma mibdulin b’ “kosti tal-bejgħ” fejn jidhru kif ġej:
— |
Standard (paragrafi 12, 13, 26–28, 30–32, 34, 35, 38, 40, 48, 50 u 51) |
AMBITU
4 |
L-iskeda ta’ hawn taħt tipprovdi eżempji ta’ assi bijoloġiċi, prodotti agrikoli, u prodotti li huma r-riżultat tal-ipproċessar wara l-ħsad:
|
DEFINIZZJONIJIET
Definizzjonijiet relatati mal-agrikoltura
5 |
It-termini li ġejjin jintużaw f’dan l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati: … Kosti tal-bejgħ huma kosti inkrimentali li jistgħu jkunu direttament attribwiti għad-disponiment ta’ assi, esklużi l-kosti tal-finanzji u taxxi fuq id-dħul. |
RIKONOXXIMENT U KEJL
14 |
[Imħassar] |
Appendiċi tal-Emendi għall-IAS 41
Emendi għal IFRSs oħrajn
L-entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għall-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx, l-IAS 2 Inventarji, u l-IAS 36 Indeboliment tal-Assi ta’ meta japplikaw l-emendi relatati tal-IAS 41.
L-IFRS 5 Assi Mhux Kurrenti Miżmuma għall-Bejgħ u Operazzjonijiet li ma Tkomplewx
Il-paragrafu 5 huwa emendat.
AMBITU
5 |
Id-disposizzjonijiet tal-kejl ta’ dan l-IFRS (**) ma japplikawx għall-assi li ġejjin, li huma koperti mill-IFRSs imniżżlin, jew bħala assi individwali jew bħala parti minn grupp tad-disponiment:
|
L-IAS 2 Inventarji
Il-paragrafu 20 huwa emendat.
20 |
Skont l-IAS 41 Agrikoltura inventarji li jinkludu prodotti agrikoli li entità ħasdet mill-assi bijoloġiċi tagħha jitgħandhom jitkejlu mar-rikonoxximent inizjali bil-valur ġust tagħhom bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ fil-punt tal-ħsad. Dan huwa l-kost tal-inventarji f’dik id-data għall-applikazzjoni ta’ dak l-Istandard. |
L-IAS 36 Indeboliment tal-Assi
Il-paragrafi 2 u 5 huma emendati.
Ambitu
2 |
DAN L-ISTANDARD GĦANDU JKUN APPLIKAT FIL-KONTABILITÀ GĦALL-INDEBOLIMENT TAL-ASSI KOLLHA, MINBARRA:
|
5 |
Dan l-Istandard ma japplikaw għall-assi finanzjarji taħt l-ambitu tal-IAS 39, proprjetà tal-investiment imkejla bil-valur ġust skont l-IAS 40, jew assi bijoloġiċi relatati mal-attività agrikola mkejla bil-valur ġust bit-tnaqqis tal-kosti tal-bejgħ skont l-IAS 41. Madankollu, dan l-Istandard japplika għall-assi li huma miżmuma bl-ammont ivvalutat mill-ġdid (jiġifieri l-valur ġust) skont IFRSs oħrajn, bħall-mudell tar-rivalutazzjoni fl-IAS 16 Proprjetà, Impjant u Tagħmir. L-identifikazzjoni jekk assi vvalutat mill-ġdid huwiex inbolit tiddependi fuq il-bażi użat biex ikun stabbilit il-valur ġust:
|
(*) Dan il-paragrafu kien emendat mit-Titjib fl-IFRSs maħruġ f’Mejju 2008 biex jiċċara l-iskop tal-IAS 34.
(**) Minbarra l-paragrafi 18 u 19 li jeħtieġu li l-assi in kwestjoni jitkejlu skont IFRSs applikabbli oħrajn.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 71/2009
tat-23 ta’ Jannar 2009
li jiffissa l-kwantità ta' qamħirrum disponibbli għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 687/2008 tat-18 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri għall-pussess ta’ ċereali mill-aġenziji tal-intervent u li jippreskrivi l-metodi tal-analiżi sabiex jistabbilixxu l-kwalità fiċ-ċereali (2), u b'mod partikolari t-tieni inċiż tal-Artikolu 3(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 687/2008 jistabbilixxi r-regoli għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet ta' qamħirrum eliġibbli għall-intervent, għas-sena tas-suq 2008/2009. L-allokazzjoni ssir f'żewġ fażijiet, imsejħa “l-fażi 1” u “l-fażi 2”. |
(2) |
Il-kwantità globali ta’ qamħirrum offerta għall-intervent matul il-fażi 1, li damet mill-1 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Diċembru 2008, ma qabżitx il-limitu stabbilit bl-Artikolu 11(1), it-tieni inċiż, il-punt a), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Jeħtieġ għalhekk li tiġi ppubblikata l-kwantità ta' qamħirrum li tista' tiġi offruta għall-intervent fil-fażi 2 tas-sena tas-suq 2008/2009. |
(3) |
Skont l-Artikolu 3(1), it-tielet inċiż, tar-Regolament (KE) Nru 687/2008, il-fażi 2 tibda mill-għada li l-Kummissjoni tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-kwantità li tkun għadha disponibbli għall-intervent għal dik il-fażi. Dan il-jum huwa l-ewwel jum għat-tressiq ta’ offerti fl-Istati Membri kollha, u din il-fażi tintemm l-aktar tard fit-30 ta’ April fil-Greċja, fi Spanja, fl-Italja u fil-Portugall, fit-30 ta’ Ġunju fl-Isvezja u fil-31 ta’ Mejju fl-Istati Membri l-oħra. Jeħtieġ għalhekk li jkun provdut li dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kwantità ta’ qamħirrum li tista’ tkun offruta għall-intervent matul il-fażi 2 tas-sena tas-suq 2008/2009 skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 687/2008, hija ta’ 172 377 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jornbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 192, 19.7.2008, p. 20.
DIRETTIVI
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/39 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/4/KE
tat-23 ta’ Jannar 2009
Kontromiżuri għall-prevenzjoni u għall-identifikazzjoni tal-manipulazzjoni tar-rekords tat-takografi, li jemendaw id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar il-kundizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2006/22/KE, l-emendi għall-Annessi ta' dik id-Direttiva li huma meħtieġa sabiex dawn jiġu adattati għall-aħjar prattiki li jkunu qed jiġu żviluppati fil-qasam tal-infurzar u tal-kontrolli tal-ħinijiet tas-sewqan u tal-perjodi ta' mistrieħ għandhom jiġu adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 12(2) tiegħu. |
(2) |
Wara l-introduzzjoni tat-takografu diġitali, il-Kummissjoni ġiet infurmata dwar theddida ġdida li nħolqot b'riżultat tal-istallazjoni ta' apparat li huwa intenzjonat li jiffroda lis-sistema u b'hekk inaqqas l-effettività tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq. |
(3) |
Għaldaqstant jixraq li jiġi żgurat li l-Istati Membri jinkludu kontrolli speċifiċi dwar dak l-apparat fil-kontrolli mwettqa fit-triq u f’dawk imwettqa fl-impriżi. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-effettività ta' dawn il-kontrolli, huwa neċessarju wkoll li jiġi ddefinit aktar l-apparat standard li se jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-uffiċjali tal-infurzar. |
(5) |
L-Annessi I u II tad-Direttiva 2006/22/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (2), |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2006/22/KE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fil-Parti A tal-Anness I, qed jiżdied il-punt 5 li ġej:
|
(2) |
Fl-Anness II, għandu jiżdied il-punt 3 li ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva l-iktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir it-tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi Presidenti
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(2) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill u Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL U L-KUMMISSJONI
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea
(2009/50/KE, Euratom)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 44(2), l-aħħar sentenza tal-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu,
Wara li kkunsidraw l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-approvazzjoni tal-Kunsill skond l-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, ġie ffirmat f’isem il-Komunità u l-Istati Membri fl-20 ta’ Mejju 2008 skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/792/KE tal-25 ta’ Frar 2008 (2). |
(2) |
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll ġie applikat fuq bażi proviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi konkluż, |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità, il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, għandu jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 3 tal-Protokoll. Il-President tal-Kummissjoni għandu fl-istess waqt jagħti din in-notifika f’isem il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) L-Opinjoni mogħija fit-2 ta’ Settembru 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 272, 14.10.2008, p. 5.
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-15 ta' Diċembru 2008
dwar l-allokazzjoni ta’ kwoti għall-importazzjoni ta’ sustanzi kkontrollati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8100)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2009/51/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-limiti kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq Komunitarju ta’ sustanzi kkontrollati huma stipulati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u fl-Anness III tiegħu. |
(2) |
L-Artikolu 4(3)(i)(f) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jistabbilixxi l-livell totali kkalkulat ta’ idroklorofluworokarboni li l-produtturi u l-importaturi jistgħu jqiegħdu fis-suq jew jużaw għalihom stess fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
(3) |
Il-Kummissjoni ppubblikat avviż lill-importaturi fil-Komunità dwar is-sustanzi kkontrollati li jnaqqsu is-saff tal-ożonu (2) u ma’ dan laqgħet dikjarazzjonijiet dwar importazzjonijiet ippjanati fl-2009. |
(4) |
Għall-idroflorokarboni, l-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi hija skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/195/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 (3) li tiddetermina l-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti għall-produtturi u l-importaturi għall-idroflorokarboni għas-snin 2003 sal-2009, skont ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2037/2000. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi u l-kumpaniji jibbenefikaw fi żmien xieraq mill-kwoti allokati tal-importazzjoni, u b’hekk jiżguraw il-kontinwità meħtieġa tal-operazzjonijiet tagħhom, jixraq li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(6) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp I (kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-grupp II (kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 11 227 000,00 kilogramma b’potenzjal ta’ tnaqqis tal-ożonu (ODP).
2. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp III (aloni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 11 231 300,00 kilogramma ODP.
3. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IV (tetraklorur tal-karbon), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 16 500 330,00 kilogramma ODP.
4. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp V (trikloroetan-1,1,1), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 400 060,00 kilogramma ODP.
5. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VI (bromidju tal-metil), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 1 441 891,20 kilogramma ODP.
6. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati tal-grupp VII (idrobromoflorokarboni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 120 292,00 kilogramma ODP.
7. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp VIII (idrokloroflorokarboni), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 10 115 600,440 kilogramma ODP.
8. Il-kwantità tas-sustanzi kkontrollati mill-grupp IX (bromoklorometan), soġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, li jistgħu jkunu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità fl-2009 minn sorsi barra l-Komunità, għandha tkun ta’ 176 252,00 kilogramma ODP.
Artikolu 2
1. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115 u għal kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness I.
2. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-aloni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness II.
3. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbon matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness III.
4. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għat-trikloroetanju-1,1,1 matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV.
5. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromidju tal-metil matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness V.
6. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromoflorokarboni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI.
7. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII.
8. L-allokazzjoni ta’ kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun għall-għanijiet indikati u lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII.
9. Il-kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115, kloroflorokarboni oħra kompletament aloġenati, aloni, tetraklorur tal-karbonju, 1,1,1-trikloroetan, bromur tal-metil, idrobromoflorokarboni, idrokloroflorokarboni u bromokloroetan, matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness IX.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.
(2) ĠU C 114, 9.5.2008, p. 15.
(3) ĠU L 88, 29.3.2007, p. 51.
ANNESS I
GRUPP I U GRUPP II
kwoti tal-importazzjoni għall-kloroflorokarboni 11, 12, 113, 114 u 115 u għal kloroflorokarboni għal kollox aloġenati l-oħra, allokati lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi użati għall-produzzjoni u għall-qrid għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Avantec SA (FR)
|
|
Ineos Fluor Ltd (UK)
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe (NL)
|
|
Meridian Technical Services (UK)
|
|
Solvay Fluor (DE)
|
|
Solvay Solexis SpA (IT)
|
|
Syngenta Crop Protection (UK)
|
|
Tazzetti Fluids Srl (IT)
|
|
Trédi Séché global solutions (FR)
|
|
Unitor Servicios Navales (ES)
|
|
Unitor Trading France (FR)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
|
Wilhelmsen Ships Services (NL)
|
ANNESS II
GRUPP III
Kwoti tal-importazzjoni tal-aloni allokati lill-produtturi u lill-importaturi skond ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi użati għall-produzzjoni, għall-qerda u għall-użi kritiċi matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Avantec SA (FR)
|
|
BASF Agri Production (FR)
|
|
ERAS Labo (FR)
|
|
Meridian Technical Services (UK)
|
|
Trédi Séché global solutions (FR)
|
|
Unitor Servicios Navales (ES)
|
|
Unitor Trading France (FR)
|
|
Poż-Pliszka (PL)
|
|
Savi Technologie (PL)
|
|
Total Feuerschutz (DE)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
|
Wilhelmsen Ships Services (NL)
|
ANNESS III
GRUPP IV
Kwoti tal-importazzjoni għat-tetraklorur tal-karbon allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Dow Deutschland (DE)
|
|
Fenner Dunlop (NL)
|
ANNESS IV
GRUPP V
Kwoti tal-importazzjoni għat-trikloroetanju-1,1,1 allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Arkema SA (FR)
|
|
Fujifilm Electronic Materials Europe (BE)
|
ANNESS V
GRUPP VI
Kwoti tal-importazzjoni tal-bromidju tal-metil allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-kwarantina u t-trattamenti ta’ qabel il-kunsinna kif ukoll għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Albemarle Chemicals (FR)
|
|
Albemarle Europe (BE)
|
|
ALFA Agricultural Supplies (ΑΛΦΑ Γεωργικά Εφόδια ΑΕΒΕ) (EL)
|
|
Bang & Bonsomer (LV)
|
|
Bromotirrena Srl (IT)
|
|
ICL-IP Europe (ex-Eurobrom) (NL)
|
|
Mebrom NV (BE)
|
|
PUPH Solfum (PL)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
|
Zephyr Kereskedelmi és Szolgáltató Kft. (HU)
|
ANNESS VI
GRUPP VII
Kwoti tal-importazzjoni għall-idrobromofluworokarboni allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni u għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Chemosyntha NV (BE)
|
|
Hovione Farmaciencia (PT)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
ANNESS VII
GRUPP VIII
Kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni allokati lill-produtturi u lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u skont id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 195/2007/KE, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni, għall-qrid, għall-użu fil-laboratorju u għal applikazzjonijiet oħra permessi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, u l-kwoti tal-importazzjoni għall-idrokloroflorokarboni mhux verġni allokati lill-prodotturi għar-reklamazzjoni, jew għall-użi permessi skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000.
|
Arkema SA (FR)
|
|
Arkema Quimica (SA)
|
|
DuPont de Nemours (Nederland) BV (NL)
|
|
Honeywell Fluorine Products Europe BV (NL)
|
|
Ineos Fluor Ltd (UK)
|
|
Solvay Fluor GmbH (DE)
|
|
Solvay Organics GmbH (DE)
|
|
Solvay Solexis SpA (IT)
|
|
Alcobre SA (ES)
|
|
Avantec SA (FR)
|
|
Bay Systems Iberia (ES)
|
|
Blye Engineering Co Ltd (MT)
|
|
Calorie Fluor SAS (FR)
|
|
Dyneon (DE)
|
|
Empor d.o.o. (SI)
|
|
Etis d.o.o. (SI)
|
|
Freolitus (LT)
|
|
Galco SA (BE)
|
|
G.AL. Cycle Air Ltd (CY)
|
|
Harp International Ltd (UK)
|
|
Linde Gaz Polska Sp. z o.o. (PL)
|
|
Kay y Sol (ES)
|
|
Matero Ltd (CY)
|
|
Mebrom NV (BE)
|
|
Refrigerant Products Ltd (UK)
|
|
SJB Energy Trading BV (NL)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Solquimia Iberia, SL (ES)
|
|
Tazzetti Fluids Srl (IT)
|
|
Unitor Servicios Navales (ES)
|
|
Unitor Trading France (FR)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
|
Vrec-Co Export-Import Kft. (HU)
|
|
Wigmors (PL)
|
|
Wilhelmsen Ships Services (NL)
|
|
Zakłady Azotowe (PL)
|
ANNESS VIII
GRUPP IX
Kwoti tal-importazzjoni għall-bromoklorometan allokati lill-importaturi skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 għall-użu bħala sustanzi għall-produzzjoni kif ukoll għall-qrid, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.
|
Albemarle Europe (BE)
|
|
Chemosyntha NV (BE)
|
|
ICL-IP Europe (ex-Eurobrom) (NL)
|
|
Laboratorios Miret SA (LAMIRSA) (ES)
|
|
Sigma Aldrich Logistik GmbH (DE)
|
|
Trédi Séché global solutions (FR)
|
|
Veolia Environmental Services (UK)
|
ANNESS IX
(Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat, billi fih tagħrif kummerċjali kunfidenzjali).
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/53 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-18 ta' Diċembru 2008
dwar l-allokazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ sustanzi kkontrollati li huma permessi għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2009 skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8398)
(Huma awtentiċi biss it-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan, bis-Sloven u bl-Ispanjol)
(2009/52/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunità diġà temmet il-produzzjoni u l-konsum tal-chlorofluorocarbons, ta’ chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati, halons, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbon u bromo-chloro-methane. |
(2) |
Kull sena l-Kummissjoni jeħtiġilha tiddetermina l-użi essenzjali ta’ dawn is-sustanzi kkontrollati, il-kwantitajiet li jistgħu jintużaw u l-kumpaniji li jistgħu jużawhom. |
(3) |
Id-Deċiżjoni IV/25 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar is-Sustanzi li Jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu, minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll ta’ Montreal”, tistipula l-kriterji użati mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni ta’ kwalunkwe użi essenzjali u tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa sabiex tissodisfa l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għal kull Parti. |
(4) |
Il-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal awtorizzaw il-produzzjoni fil-Komunità Ewropea ta’ 22 tunnellata ta’ chlorofluorocarbons (CFCs) fl-2009 għall-manifattura u l-użu ta’ Inalaturi b’Dożaġġ Imkejjel (MDIs) li jikkwalifikaw bħala wieħed mill-użi essenzjali tas-CFCs kif definiti fid-Deċiżjoni IV/25. |
(5) |
Id-Deċiżjoni XIX/18 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum meħtieġa biex jissodisfaw l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati elenkati fl-Annessi A, B u C (Sustanzi ta’ Grupp II u III) tal-Protokoll ta’ Montreal għall-użu fil-laboratorji u skopijiet analitiċi kif elenkati fl-Anness IV għar-rapport tas-Seba’ Laqgħa tal-Partijiet, soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II għar-rapport tas-Sitt Laqgħa tal-Partijiet, kif ukoll id-Deċiżjonijiet VII/11, XI/15 u XV/5 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal. Id-Deċiżjoni XVII/10 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal tawtorizza l-produzzjoni u l-konsum tas-sustanza kkontrollata elenkata fl-Anness E għall-Protokoll ta’ Montreal meħtieġa biex jissodisfaw l-użi kritiċi tal-laboratorju u dawk analitiċi tal-methyl bromide. |
(6) |
Skont il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar miżuri ta’ faċilitazzjoni għat-tranżizzjoni lejn MDIs mingħajr chlorofluorocarbons, l-Istati Membri kollha nnotifikaw lill-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent l-ingredjenti attivi li għalihom il-chlorofluorocarbons (CFCs) mhumiex aktar essenzjali fil-manifattura ta’ MDIs għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità Ewropea. |
(7) |
L-Artikolu 4(4)(i)(b) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li jintużaw jew li jitqiegħdu fis-suq is-CFCs sakemm mhumiex meqjusa essenzjali skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1) ta’ dak ir-Regolament. Dawn id-determinazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ essenzjalità għalhekk naqqsu d-domanda għas-CFCs fl-użu fl-MDIs li jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità Ewropea. Barra minn hekk, l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 jipprevjeni li prodotti CFC-MDIs jiġu importati jew jitqiegħdu fis-suq sakemm is-CFCs f’dawn il-prodotti ma jitqisux essenzjali skont il-kundizzjonijiet deskritti fl-Artikolu 3(1). |
(8) |
Il-Kummissjoni ppubblikat Notifika (2) lil dawk il-kumpaniji fl-Istati Membri li talbu għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni għall-użu ta’ sustanzi kkontrollati għall-użi essenzjali fil-Komunità fl-2009 u rċeviet dikjarazzjonijiet dwar l-użi essenzjali tas-sustanzi kkontrollati għall-2009. |
(9) |
Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni stabbilit bl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2037/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet mediċi essenzjali fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 21 360,00 kilogramm ODP (3).
2. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I (chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115) u tal-Grupp II (chlorofluorocarbons li huma kompletament aloġenati) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għal skopijiet essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 60 280,8 kilogramma ODP.
3. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp III (halons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 115,7 kilogramma ODP.
4. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 129 390,8 kilogramma Ozone Depleting Potential.
5. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-grupp IV (carbon tetrachloride) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 355,65 kilogramma ODP.
6. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI (methyl bromide) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi kritiċi fil-laboratorju u analitiċi fl-Unjoni Ewropea fl-2009 għandha tkun ta’ 36,3 kilogramma ODP.
7. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII (hydrobromofluorocarbons) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 57,96 kilogramma ODP.
8. Il-kwantità ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX (bromochloromethane) suġġetti għar-Regolament (KE) Nru 2037/2000 li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju fil-Komunità fl-2009 għandha tkun ta’ 11,088 kilogramma ODP.
Artikolu 2
L-inalaturi b’dożaġġ imkejjel bil-chlorofluorocarbons elenkati fl-Anness I ma għandhomx jitqiegħdu fi swieq li fihom l-Awtorità Kompetenti tkun iddeċidiet li mhumiex essenzjali l-chlorofluorocarbons għall-inalaturi b’dożaġġ imkejjel.
Artikolu 3
Matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:
(1) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu mediku essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness II. |
(2) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115 u ta’ chlorofluorocarbons oħrajn li huma kompletament aloġenati għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness III. |
(3) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-halons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IV. |
(4) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-carbon tetrachloride għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness V. |
(5) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-1,1,1-trichloroethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VI. |
(6) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu kritiku fil-laboratorju u dak analitiku għall-methyl bromide għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VII. |
(7) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-hydrobromofluorocarbons għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness VIII. |
(8) |
L-allokazzjoni tal-kwoti għall-użu essenzjali fil-laboratorju u dak analitiku għall-bromochloromethane għandha ssir lill-kumpaniji indikati fl-Anness IX. |
(9) |
Il-kwoti ta’ użi essenzjali għall-chlorofluorocarbons 11, 12, 113, 114 u 115, chlorofluorocarbons aloġenati kompletament oħrajn, carbon tetrachloride, 1,1,1-trichloroethane, hydrobromofluorocarbons u bromochloromethane u l-kwoti għall-użu fil-laboratorji u tal-użu analitiku kritiku għall-methyl bromide għandhom ikunu kif stipolati fl-Anness X. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009 u tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2009.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-impriżi li ġejjin:
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Stavros DIMAS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 244, 29.9.2000, p. 1.
(2) ĠU C 114, 9.5.2008, p. 27.
(3) Potenzjal ta’ Tnaqqis tas-Saff tal-Ożonu.
ANNESS I
Skont il-paragrafu 3 tad-Deċiżjoni XII/2 tat-Tnax-il Laqgħa tal-Partijiet fil-Protokoll ta’ Montreal dwar il-miżuri ta’ faċilitazzjoni għat-transizzjoni lejn MDIs mingħajr “chlorofluorocarbons” (MDIs), il-pajjiżi li ġejjin iddeterminaw li, minħabba l-preżenza ta’ MDIs xierqa li ma fihomx is-CFCs, is-CFCs ma jikkwalifikawx aktar bħala “essenzjali” skont il-Protokoll meta jiġu kkombinati mal-ingredjenti attivi li ġejjin:
LISTA TA’ SUSTANZI MHUX ESSENZJALI
Sors: www.unep.org/ozone/Information_for_the_Parties/3Bi_dec12-2-3.asp
Tabella 1
Bronkodilataturi Agonisti b’Effett Qasir
Pajjiż |
Salbutamol |
Terbutaline |
Fenoterol |
Orciprenaline |
Reproterol |
Carbuterol |
Hexoprenaline |
Pirbuterol |
Clenbuterol |
Bitolterol |
Procaterol |
L-Awstrija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Belġju |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Bulgarija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ċipru |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Id-Danimarka |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Estonja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Finlandja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Franza |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ġermanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Greċja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Ungerija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Irlanda |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Italja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Latvja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Litwanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Lussemburgu |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Malta |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Olanda |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Polonja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Portugall |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Rumanija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Is-Slovakkja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Is-Slovenja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Spanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Iżvezja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Renju Unit |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Tabella 2
Steroids li jittieħdu bl-inalazzjoni
Pajjiż |
Beclomethasone |
Dexamethasone |
Flunisolide |
Fluticasone |
Budesonide |
Triamcinolone |
L-Awstrija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Belġju |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Bulgarija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ċipru |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Id-Danimarka |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Estonja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Finlandja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Franza |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Ġermanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Greċja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Ungerija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Irlanda |
X |
|
|
X |
|
|
L-Italja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Latvja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Litwanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Lussemburgu |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Malta |
|
|
|
X |
X |
|
L-Olanda |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Polonja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Il-Portugall |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Rumanija |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Is-Slovakkja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Is-Slovenja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Spanja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
L-Iżvezja |
X |
X |
X |
X |
X |
X |
Ir-Renju Unit |
|
|
|
X |
|
|
Tabella 3
Aġenti kontra l-infjammazzjoni li mhumiex steroids
Pajjiż |
Cromoglicic acid |
Nedrocromil |
L-Awstrija |
X |
X |
Il-Belġju |
X |
X |
Il-Bulgarija |
X |
X |
Ċipru |
X |
X |
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
Id-Danimarka |
X |
X |
L-Estonja |
X |
X |
Il-Finlandja |
X |
X |
Franza |
X |
X |
Il-Ġermanja |
X |
X |
Il-Greċja |
X |
X |
L-Ungerija |
X |
|
L-Irlanda |
|
|
L-Italja |
X |
X |
Il-Latvja |
X |
X |
Il-Litwanja |
X |
X |
Il-Lussemburgu |
X |
|
Malta |
|
X |
L-Olanda |
X |
X |
Il-Polonja |
X |
X |
Il-Portugall |
X |
|
Ir-Rumanija |
X |
X |
Is-Slovakkja |
X |
X |
Is-Slovenja |
X |
X |
Spanja |
X |
X |
L-Iżvezja |
X |
X |
Ir-Renju Unit |
X |
X |
Tabella 4
Bronkodilataturi antikolinerġiċi
Pajjiż |
Ipratropium bromide |
Oxitropium Bromide |
L-Awstrija |
X |
X |
Il-Belġju |
X |
X |
Il-Bulgarija |
X |
X |
Ċipru |
X |
X |
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
Id-Danimarka |
X |
X |
L-Estonja |
X |
X |
Il-Finlandja |
X |
X |
Franza |
X |
X |
Il-Ġermanja |
X |
X |
Il-Greċja |
X |
X |
L-Ungerija |
X |
X |
L-Irlanda |
X |
X |
L-Italja |
|
X |
Il-Latvja |
X |
X |
Il-Litwanja |
X |
X |
Il-Lussemburgu |
X |
X |
Malta |
X |
X |
L-Olanda |
X |
X |
Il-Polonja |
X |
X |
Il-Portugall |
X |
|
Ir-Rumanija |
X |
X |
Is-Slovakkja |
X |
X |
Is-Slovenja |
X |
X |
Spanja |
X |
X |
L-Iżvezja |
X |
X |
Ir-Renju Unit |
X |
X |
Tabella 5
Bronkodilataturi Beta Agonisti b’effett fit-tul
Pajjiż |
Formoterol |
Salmeterol |
L-Awstrija |
X |
X |
Il-Belġju |
X |
X |
Il-Bulgarija |
X |
X |
Ċipru |
X |
X |
Ir-Repubblika Ċeka |
X |
X |
Id-Danimarka |
X |
X |
L-Estonja |
X |
X |
Il-Finlandja |
X |
X |
Franza |
X |
X |
Il-Ġermanja |
X |
X |
Il-Greċja |
X |
X |
L-Ungerija |
X |
X |
L-Irlanda |
X |
X |
L-Italja |
X |
X |
Il-Latvja |
X |
X |
Il-Litwanja |
X |
X |
Il-Lussemburgu |
X |
X |
Malta |
X |
X |
L-Olanda |
X |
X |
Il-Polonja |
X |
X |
Il-Portugall |
X |
X |
Ir-Rumanija |
X |
X |
Is-Slovakkja |
X |
X |
Is-Slovenja |
X |
X |
Spanja |
X |
X |
L-Iżvezja |
X |
X |
Ir-Renju Unit |
X |
X |
Tabella 6
Għadd ta’ ingredjenti attivi flimkien f’MDI wieħed
Pajjiż |
|
|
L-Awstrija |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Belġju |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Bulgarija |
X Il-prodotti kollha |
|
Ċipru |
|
|
Ir-Repubblika Ċeka |
X Il-prodotti kollha |
|
Id-Danimarka |
X Il-prodotti kollha |
|
L-Estonja |
|
|
Il-Finlandja |
X Il-prodotti kollha |
|
Franza |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Ġermanja |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Greċja |
|
|
L-Ungerija |
X Il-prodotti kollha |
|
L-Irlanda |
|
|
L-Italja |
Budesonide + Fenoterol |
Fluticasone + Salmeterol |
Il-Latvja |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Litwanja |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Lussemburgu |
X Il-prodotti kollha |
|
Malta |
X Il-prodotti kollha |
|
L-Olanda |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Polonja |
X Il-prodotti kollha |
|
Il-Portugall |
X Il-prodotti kollha |
|
Ir-Rumanija |
X Il-prodotti kollha |
|
Is-Slovakkja |
X Il-prodotti kollha |
|
Is-Slovenja |
X Il-prodotti kollha |
|
Spanja |
|
|
L-Iżvezja |
X Il-prodotti kollha |
|
Ir-Renju Unit |
|
|
ANNESS II
UŻI MEDIĊI ESSENZJALI
Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp I li jistgħu jintużaw fil-produzzjoni ta’ inalaturi b’dożaġġ imkejjel (MDIs) għat-trattament tal-ażżma u ta’ mard kroniku ieħor ta’ ostruzzjoni pulmonari (COPDs) ġew allokati lil:
|
Chiesi Farmaceutici SpA (IT)
|
|
Valeas SpA Pharmaceuticals (IT)
|
|
(VARI) SpA — LINDAL Group Italia (IT)
|
ANNESS III
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Gruppi I u II li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Carlo Erba Réactifs-SDS (FR)
|
|
CNRS — Groupe de physique des solides (FR)
|
|
Harp International (UK)
|
|
Honeywell Specialty Chemicals (DE)
|
|
Ineos Fluor (UK)
|
|
LGC Standards (DE)
|
|
Mallinckrodt Baker (NL)
|
|
Merck KGaA (DE)
|
|
Mikro + Polo (SI)
|
|
Panreac Química (ES)
|
|
Sigma Aldrich Chimie (FR)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
Tazzetti Fluids (IT)
|
ANNESS IV
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp III li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Airbus France (FR)
|
|
Ineos Fluor (UK)
|
|
Ministry of Defence (NL)
|
ANNESS V
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJU U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp IV li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Acros Organics (BE)
|
|
Carlo Erba Réactifs-SDS (FR)
|
|
Honeywell Specialty Chemicals (DE)
|
|
Institut Scientifique du Service Publique (BE)
|
|
Mallinckrodt Baker (NL)
|
|
Merck KGaA (DE)
|
|
Mikro + Polo (SI)
|
|
Panreac Quimica (ES)
|
|
Sigma Aldrich Chimie (FR)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Sigma Aldrich Laborchemikalien (DE)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
VWR ISAS (FR)
|
ANNESS VI
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati minn Grupp V li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Acros Organics (BE)
|
|
Merck KGaA (DE)
|
|
Mikro + Polo (SI)
|
|
Panreac Quimica (ES)
|
|
Sigma Aldrich Chimie (FR)
|
|
Sigma Aldrich Chimie (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
ANNESS VII
UŻI KRITIĊI FIL-LABORATORJU U DAWK ANALITIĊI
Kwota ta’ sustanzi kkontrollati tal-Grupp VI li jistgħu jintużaw għall-użi kritiċi fil-laboratorju u għal dawk analitiċi ġew allokati lil:
|
Sigma Aldrich Chimie (FR)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
ANNESS VIII
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp VII li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Ineos Fluor (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
|
Solvay Organics (DE)
|
ANNESS IX
UŻI ESSENZJALI FIL-LABORATORJI U ANALITIĊI
Kwoti għal sustanzi kkontrollati tal-Grupp IX li jistgħu jintużaw għall-użi essenzjali fil-laboratorju u analitiċi ġew allokati lil:
|
Ineos Fluor (UK)
|
|
Sigma Aldrich Chimie (FR)
|
|
Sigma Aldrich Company (UK)
|
|
Sigma Aldrich Logistik (DE)
|
ANNESS X
Dan l-Anness mhuwiex ippubblikat minħabba li fih informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
Bank Ċentrali Ewropew
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/66 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2008/23)
(2009/53/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-Istatut tas-SEBĊ), b’mod partikolari l-Artikolu 29.4 u l-Artikolu 49.3,
Wara li kkunsidra l-kontribuzzjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) skond ir-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 47.2 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006, dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) stabbilixxiet b’ effett mill-1 ta’ Jannar 2007, l-ippeżar assenjat lil dawk il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) li kienu membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fl-1 ta’ Jannar 2007, fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali” u l-“iskema kapitali” rispettivament). |
(2) |
L-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ jeħtieġ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali biex jiġi aġġustat kull ħames snin wara l-istabbilment tas-SEBĊ b’analoġija mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 29.1 ta’ l-Istatut. L-iskema kapitali aġġustata tapplika b’effett mill-ewwel jum tas-sena wara s-sena li fiha jseħħ l-aġġustament. |
(3) |
L-aħħar aġġustament ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ sar fl-2003 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2004 (2). It-tkabbir sussegwenti ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE sar skond l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fl-Unjoni Ewropea (3). |
(4) |
Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/517/KE tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar id-data statistika biex tintuża għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4), il-Kummissjoni Ewropea pprovdiet lill-BĊE b’data statistika biex tintuża fid-determinazzjoni ta’ l-iskema kapitali aġġustata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Tqarrib
Fejn il-Kummissjoni Ewropea tipprovdi data statistika rriveduta biex tinutża fl-aġġustar ta’ l-iskema kapitali u t-total tal-figuri ma jlaħħaqx 100 %, id-differenza għandha tkun ikkumpensata kif ġej: (i) jekk it-total ikun anqas minn 100 %, billi jiżdied 0,0001 ta’ punt peċentwali ma’ l-iżgħar sehem (ishma) f’ordni axxendenti sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti, jew (ii) jekk it-total ikun iżjed minn 100 %, billi jitnaqqas 0,0001 ta’ punt peċentwali f’ordni dixxendenti mill-akbar sehem (ishma) sakemm jintlaħaq il-100 % eżatti.
Artikolu 2
Ippeżar ta’ l-iskema kapitali
L-ippeżar assenjat lil kull BĊN fl-iskema kapitali deskritta fl-Artikolu 29 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ għandu jkun kif ġej b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009:
— |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
2,4256 % |
— |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
0,8686 % |
— |
Česká národní banka |
1,4472 % |
— |
Danmarks Nationalbank |
1,4835 % |
— |
Deutsche Bundesbank |
18,9373 % |
— |
Eesti Pank |
0,1790 % |
— |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,1107 % |
— |
Bank of Greece |
1,9649 % |
— |
Banco de España |
8,3040 % |
— |
Banque de France |
14,2212 % |
— |
Banca d’Italia |
12,4966 % |
— |
Central Bank of Cyprus |
0,1369 % |
— |
Latvijas Banka |
0,2837 % |
— |
Lietuvos bankas |
0,4256 % |
— |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,1747 % |
— |
Magyar Nemzeti Bank |
1,3856 % |
— |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0632 % |
— |
De Nederlandsche Bank |
3,9882 % |
— |
Oesterreichische Nationalbank |
1,9417 % |
— |
Narodowy Bank Polski |
4,8954 % |
— |
Banco de Portugal |
1,7504 % |
— |
Banca Națională a României |
2,4645 % |
— |
Banka Slovenije |
0,3288 % |
— |
Národná banka Slovenska |
0,6934 % |
— |
Suomen Pankki |
1,2539 % |
— |
Sveriges Riksbank |
2,2582 % |
— |
Bank of England |
14,5172 % |
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali u tranżitorji
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/21 qed tiġi hawnhekk irrevokata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/21 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5) u d-Deċiżjoni BĊE/2006/21.
(4) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 43.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/69 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti
(BĊE/2008/24)
(2009/54/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 28.3,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (1) ddeterminat kif u safejn il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”) kellhom l-obbligu li jħallsu l-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) fl-1 ta’ Jannar 2007. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN fl-iskema aġġustata għas-sottoskrizzjoni tal-kapital (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(3) |
Il-kapital sottoskritt tal-BĊE huwa ta’ EUR 5 760 652 402,58. |
(4) |
L-aġġustament ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE jeħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2006/22 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, u li tiddetermina kif u safejn il-BĊNi parteċipanti huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(5) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (3), is-Slovakja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro u d-derogi mogħtija lilha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (4) huma abrogati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(6) |
Skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 tal-ħlas tal-kapital, it-trasferiment ta’ l-assi barranin tar-riżerva u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (5), in-Národná banka Slovenska huwa obbligat iħallas il-kumplament tas-sehem tiegħu tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, wara li jqis l-iskema kapitali aġġustata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Daqs u forma tal-kapital imħallas
Kull BĊN parteċipanti għandu jħallas is-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE kollha kemm hi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. Wara li jitqies l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 kull BĊN parteċipanti għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
BĊN parteċipanti |
(EUR) |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
139 730 384,68 |
Deutsche Bundesbank |
1 090 912 027,43 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
63 983 566,24 |
Bank of Greece |
113 191 059,06 |
Banco de España |
478 364 575,51 |
Banque de France |
819 233 899,48 |
Banca d’Italia |
719 885 688,14 |
Central Bank of Cyprus |
7 886 333,114 |
Banque centrale du Lussemburgu |
10 063 859,75 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
3 640 732,32 |
De Nederlandsche Bank |
229 746 339,12 |
Oesterreichische Nationalbank |
111 854 587,70 |
Banco de Portugal |
100 834 459,65 |
Banka Slovenije |
18 941 025,10 |
Národná banka Slovenska |
39 944 363,76 |
Suomen Pankki |
72 232 820,48 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba li kull BĊN parteċipanti, bl-eċċezzjoni tan-Národná banka Slovenska, diġà ħallas is-sehem sħiħ tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/22, kull wieħed minnhom, bl-eċċezzjoni tan-Národná banka Slovenska, għandu jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1. Il-ħlas tal-kapital min-Národná banka Slovenska huwa rregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2008/33.
2. It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom ikunu magħmula skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/25 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (6).
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 qed tiġi hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/22 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(2) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(4) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(5) Ara paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/71 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas
(BĊE/2008/25)
(2009/55/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 28.5,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament tal-ippeżar assenjat lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ’l quddiem ’l-ippeżar tal-iskema kapitali’ u l-’iskema kapitali’ rispettivament). Dan l-aġġustament jeħtieġ li l-Kunsill Governattiv jiddetermina t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ ishma kapitali bejn il-BĊNi li huma membri tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) fil-31 ta’ Diċembru 2008 sabiex ikun żgurat li t-tqassim ta’ dawn l-ishma jikkorrespondi mal-aġġustamenti magħmulin. Għaldaqstant, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE hija meħtieġa biex tħassar id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (2) b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/24 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (3) tiddetermina kif u safejn il-BĊNi tal-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi parteċipanti’) huma obbligati jħallsu l-kapital tal-BĊE minħabba l-iskema kapitali aġġustata. Id-Deċiżjoni BĊE/2008/28 tal-15 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (4) tiddetermina l-persentaġġ li l-BĊNi tal-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009 (minn issa ’l quddiem il-’BĊNi mhux parteċipanti’) huma obbligati jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, minħabba l-iskema kapitali aġġustata. |
(3) |
Il-BĊNi parteċipanti, bl-eċċezzjoni tan-Národná banka Slovenska, diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (5). Minħabba f’hekk, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 igħid li BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex wieħed jasal għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24. |
(4) |
Barra minn dan, l-Artikoli 2(1) u 2(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ħlas tal-kapital, it-trasferiment tal-assi ta’ riżerva barranin u l-kontribuzzjonijiet tan-Národná banka Slovenska lir-riżervi u l-provvisti (6) tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxu li n-Národná banka Slovenska, li se jkun BĊN parteċipanti mill-1 ta’ Jannar 2009, huwa obbligat biex iħallas il-kumplament tas-sehem tas-sottoskrizzjoni tiegħu fil-kapital tal-BĊE sabiex jasal għall-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24, wara li titqies l-iskema kapitali aġġustata. |
(5) |
Bl-istess mod, il-BĊNi mhux parteċipanti diġa' ħallsu l-ishma tagħhom fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif meħtieġ skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (7). Minħabba dan, l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 igħid li kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28. |
(6) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (8) kienet abrogata b’mod sieket bid-Deċiżjoni BĊE/2004/7 tat-22 t’April 2004 li tistabbilixxi t-termini l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti tal-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (9). Għall-finijiet ta’ ċarezza, id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 għandha tiġi abrogata b’mod ċar b’effett retroattiv. |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Trasferiment ta’ ishma kapitali
Minħabba s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull BĊN ikun issottoskritta fil-31 ta’ Diċembru 2008, u s-sehem fil-kapital tal-BĊE li kull wieħed minn dawn il-BĊNi se jissottoskrivi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, bħala konsegwenza tal-aġġustament tal-ippeżar tal-iskema kapitali stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, dawn il-BĊNi għandhom jittrasferixxu ishma kapitali bejniethom permezz ta’ trasferimenti lil u mill-BĊE biex jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-ishma kapitali b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, tikkorrispondi mal-ippeżar aġġustat. Għal dan il-għan, kull BĊN għandu, bis-saħħa ta’ dan l-Artikolu u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jew jittrasferixxi jew jirċievi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, is-sehem fil-kapital sottoskritt tal-BĊE muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness I ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal sehem kapitali li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN u “–” għal sehem kapitali li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE.
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba l-ammont ta’ kapital tal-BĊE li kull BĊN ħallas, u l-ammont tal-kapital tal-BĊE li kull BĊN għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/24 għall-BĊNi parteċipanti u l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/28 għall-BĊNi mhux parteċipanti rispettivament, fl-ewwel ġurnata operattiva tas-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN għandu jew jittrasferrixxi jew jirċievi l-ammont nett muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirreferi għal ammont li l-BĊN għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “–” għal ammont li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil dak il-BĊN.
2. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi li huma obbligati jittrasferixxu ammont taħt paragrafu 1 għandom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw fuq il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data tat-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandhom ikunu l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom l-imgħax jakkumula.
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. It-trasferimenti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom iseħħu permezz tat-TARGET2.
2. Meta xi BĊN m’għandux aċċess għat-TARGET2, l-ammonti deskritti fl-Artikolu 2 għandhom ikunu ttrasferiti billi jiġi kkreditat il-kont li l-BĊE jew il-BĊN għandhom jinnominaw fi żmien xieraq.
3. Kull imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(2) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni attwali bil-metodu matul-360-jum, b’rata ugwali għar-rata ta’ l-imgħax marġinali użata mis-SEBĊ fl-operazzjoni ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
4. Il-BĊE u l-BĊNi li għandhom l-obbligu li jagħmlu trasferiment skond l-Artikolu 2 għandhom, sadanittant, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex iwettqu dan it-trasferiment fil-ħin kif meħtieġ.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Din id-Deċiżjoni BĊE/2006/23 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/23 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
4. Id-Deċiżjoni BĊE/2003/20 hija hawnhekk abrogata b’effett mit-23 ta’April 2004.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 69 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(4) Ara paġna 81 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(6) Ara paġna 75 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(7) ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.
ANNESS I
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNI
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Sehem biex jiġi ttrasferit (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|||
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
142 334 199,56 |
139 730 384,68 |
–2 603 814,88 |
Deutsche Bundesbank |
1 182 149 240,19 |
1 090 912 027,43 |
–91 237 212,76 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 183 396,60 |
63 983 566,24 |
+12 800 169,64 |
Bank of Greece |
104 659 532,85 |
113 191 059,06 |
+8 531 526,21 |
Banco de España |
434 917 735,09 |
478 364 575,51 |
+43 446 840,42 |
Banque de France |
828 813 864,42 |
819 233 899,48 |
–9 579 964,94 |
Banca d’Italia |
721 792 464,09 |
719 885 688,14 |
–1 906 775,95 |
Central Bank of Cyprus |
7 195 054,85 |
7 886 333,14 |
+ 691 278,29 |
Banque Centrale du Lussemburgu |
9 073 027,53 |
10 063 859,75 |
+ 990 832,22 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
3 583 125,79 |
3 640 732,32 |
+57 606,53 |
De Nederlandsche Bank |
224 302 522,60 |
229 746 339,12 |
+5 443 816,52 |
Oesterreichische Nationalbank |
116 128 991,78 |
111 854 587,70 |
–4 274 404,08 |
Banco de Portugal |
98 720 300,22 |
100 834 459,65 |
+2 114 159,43 |
Banka Slovenije |
18 399 523,77 |
18 941 025,10 |
+ 541 501,33 |
Národná banka Slovenska |
38 970 813,50 |
39 944 363,76 |
+ 973 550,26 |
Suomen Pankki |
71 708 601,11 |
72 232 820,48 |
+ 524 219,37 |
BĊN mhux parteċipanti |
|||
Българска народна банка |
50 883 842,67 |
50 037 026,77 |
– 846 815,90 |
Česká národní banka |
79 957 855,35 |
83 368 161,57 |
+3 410 306,22 |
Danmarks Nationalbank |
87 204 756,07 |
85 459 278,39 |
–1 745 477,68 |
Eesti Pank |
9 810 391,04 |
10 311 567,80 |
+ 501 176,76 |
Latvijas Banka |
16 204 715,21 |
16 342 970,87 |
+ 138 255,66 |
Lietuvos bankas |
24 068 005,74 |
24 517 336,63 |
+ 449 330,89 |
Magyar Nemzeti Bank |
75 700 733,22 |
79 819 599,69 |
+4 118 866,47 |
Narodowy Bank Polski |
280 820 283,32 |
282 006 977,72 |
+1 186 694,40 |
Banca Națională a României |
145 099 312,72 |
141 971 278,46 |
–3 128 034,26 |
Sveriges Riksbank |
134 298 089,46 |
130 087 052,56 |
–4 211 036,90 |
Bank of England |
802 672 023,82 |
836 285 430,59 |
+33 613 406,77 |
Total (1): |
5 760 652 402,58 |
5 760 652 402,58 |
0 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.
ANNESS II
KAPITAL IMĦALLAS TAL-BĊNi
|
Sehem imħallas fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Sehem imħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Ammont ta’ ħlas ta’ trasferiment (EUR) |
BĊN parteċipanti |
|||
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
142 334 199,56 |
139 730 384,68 |
–2 603 814,88 |
Deutsche Bundesbank |
1 182 149 240,19 |
1 090 912 027,43 |
–91 237 212,76 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
51 183 396,60 |
63 983 566,24 |
+12 800 169,64 |
Bank of Greece |
104 659 532,85 |
113 191 059,06 |
+8 531 526,21 |
Banco de España |
434 917 735,09 |
478 364 575,51 |
+43 446 840,42 |
Banque de France |
828 813 864,42 |
819 233 899,48 |
–9 579 964,94 |
Banca d’Italia |
721 792 464,09 |
719 885 688,14 |
–1 906 775,95 |
Central Bank of Cyprus |
7 195 054,85 |
7 886 333,14 |
+ 691 278,29 |
Banque centrale du Lussemburgu |
9 073 027,53 |
10 063 859,75 |
+ 990 832,22 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
3 583 125,79 |
3 640 732,32 |
+57 606,53 |
De Nederlandsche Bank |
224 302 522,60 |
229 746 339,12 |
+5 443 816,52 |
Oesterreichische Nationalbank |
116 128 991,78 |
111 854 587,70 |
–4 274 404,08 |
Banco de Portugal |
98 720 300,22 |
100 834 459,65 |
+2 114 159,43 |
Banka Slovenije |
18 399 523,77 |
18 941 025,10 |
+ 541 501,33 |
Národná banka Slovenska |
2 727 956,95 |
39 944 363,76 |
+37 216 406,81 |
Suomen Pankki |
71 708 601,11 |
72 232 820,48 |
+ 524 219,37 |
BĊN mhux parteċipanti |
|||
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
3 561 868,99 |
3 502 591,87 |
–59 277,12 |
Česká národní banka |
5 597 049,87 |
5 835 771,31 |
+ 238 721,44 |
Danmarks Nationalbank |
6 104 332,92 |
5 982 149,49 |
– 122 183,43 |
Eesti Pank |
686 727,37 |
721 809,75 |
+35 082,38 |
Latvijas Banka |
1 134 330,06 |
1 144 007,96 |
+9 677,90 |
Lietuvos bankas |
1 684 760,40 |
1 716 213,56 |
+31 453,16 |
Magyar Nemzeti Bank |
5 299 051,33 |
5 587 371,98 |
+ 288 320,65 |
Narodowy Bank Polski |
19 657 419,83 |
19 740 488,44 |
+83 068,61 |
Banca Națională a României |
10 156 951,89 |
9 937 989,49 |
– 218 962,40 |
Sveriges Riksbank |
9 400 866,26 |
9 106 093,68 |
– 294 772,58 |
Bank of England |
56 187 041,67 |
58 539 980,14 |
+2 352 938,47 |
Total (1): |
4 137 159 937,99 |
4 142 260 189,23 |
+5 100 251,24 |
(1) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrespondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/75 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2001/15, dwar il-ħruġ ta’ karti ta’ flus ewro
(BĊE/2008/26)
(2009/56/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunita' Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 106(1),
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 16,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem “l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(2) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008, skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (2), is-Slovakja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-ewro, u d-derogi mogħtija lilha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (3) huma abrogati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(3) |
L-Artikolu 1(d) tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 dwar il-ħruġ tal-karti tal-flus ewro (4) jiddefinixxi ‘l- iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus’ u jirreferi għall-Anness ma’ dik id-Deċiżjoni, li jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2008. Minħabba li l-ippeżar ġdid ta’ l-iskema kapitali se japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, u minħabba li s-Slovakja se tadotta l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 għandha tiġi emendata sabiex tiġi ddeterminata l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Emenda tad-Deċiżjoni BĊE/2001/15
Id-Deċiżjoni BĊE/2001/15 hija emendata kif ġej:
(1) |
Is-sentenza finali ta’ l-Artikolu 1(d) hija sostitwita b’li ġej: “L-Anness ma’ din id-Deċiżjoni jispeċifika l-iskema ta’ allokazzjoni ta’ karti tal-flus li tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.” |
(2) |
L-Anness mad-Deċiżjoni BĊE/2001/15 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(3) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(4) ĠU L 337, 20.12.2001, p. 52.
ANNESS
SKEMA TA’ ALLOKAZZJONI TA’ KARTI TAL-FLUS MILL-1 TA’ JANNAR 2009
Bank Ċentrali Ewropew |
8,0000 % |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
3,1975 % |
Deutsche Bundesbank |
24,9630 % |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
1,4640 % |
Bank of Greece |
2,5900 % |
Banco de España |
10,9465 % |
Banque de France |
18,7465 % |
Banca d’Italia |
16,4730 % |
Central Bank of Cyprus |
0,1805 % |
Banque centrale du Lussemburgu |
0,2305 % |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
0,0835 % |
De Nederlandsche Bank |
5,2575 % |
Oesterreichische Nationalbank |
2,5595 % |
Banco de Portugal |
2,3075 % |
Banka Slovenije |
0,4335 % |
Národná banka Slovenska |
0,9140 % |
Suomen Pankki |
1,6530 % |
Total |
100,0000 % |
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/77 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur propjetarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti
(BĊE/2008/27)
(2009/57/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 30,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (1) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull bank ċentrali nazzjonali (BĊN) fl-iskema kapitali aġġustata (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(2) |
L-aġġustamenti ta’ l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali u t-tibdiliet riżultanti fl-ishma tal-BĊNi fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, jitolbu biex jiġu aġġustati l-klejms li l-BĊE ikkredita skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri li adottaw l-ewro (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi parteċipanti”), u li huma ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ assi ta’ riżervi barranin mill-BĊNi parteċipanti lill-BĊE (minn issa ‘il quddiem “il-kejms”). |
(3) |
Dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jiżdiedu minħabba l-aġġustament, għandhom għalhekk jagħmlu trasferiment kumpensatorju lill-BĊE, filwaqt li l-BĊE għandu jagħmel trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li l-ishma ta’ persentaġġ tagħhom fl-iskema kapitali aġġustata jonqsu. |
(4) |
Skond il-prinċipji ġenerali tal-ġustizzja, it-trattament ugwali u l-protezzjoni ta’ l-aspettattivi leġittimi wara l-Istatut tas-SEBĊ, dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom fil-valur propjetarju akkumulat tal-BĊE jiżdied minħabba l-aġġustamenti hawn fuq imsemmijin, għandhom jagħmlu wkoll trasferiment kumpensatorju lil dawk il-BĊNi parteċipanti li s-sehem relattiv tagħhom jonqos. |
(5) |
L-ippeżar rispettiv ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti sal-31 ta’ Diċembru 2008 u b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 għandu jitfisser bħala persentaġġ tal-kapital totali tal-BĊE kif sottoskritt mill-BĊNi parteċipanti kollha għall-finijiet biex jiġi kkalkulat l-aġġustament tal-valur tas-sehem ta’ kull BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE. |
(6) |
Għaldaqstant, tinħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE biex tabroga d-Deċiżjoni BĊE/2006/24 tal-15 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni lill-valur proprjetarju akkumulat tal-BĊE, u biex jiġu aġġustati l-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ittrasferiti (2). |
(7) |
Bis-saħħa ta’ l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakja tal-valuta waħda fl-1 ta’ Jannar 2009 (3), id-deroga favur is-Slovakja msemmija fl-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (4) hija abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
(a) |
“valur proprjetarju akkumulat” ifisser it-total tar-riżervi tal-BĊE, kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti ekwivalenti għar-riżervi kif ikkalkulati mill-BĊE sal-31 ta’ Diċembru 2008. Ir-riżervi tal-BĊE u dawk il-provvisti ekwivalenti għar-riżervi għandhom jinkludu, mingħajr limitazzjoni għall-ġeneralità tal-“valur proprjetarju akkumulat”, il-fond tar-riżerva ġenerali u l-provvista ekwivalenti għar-riżervi kontra r-riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata ta’ l-imgħax u l-prezz tad-deheb; |
(b) |
“data tat-trasferiment” tfisser it-tieni jum ta’ negozju wara l-approvazzjoni mill-Kunsill Governattiv tal-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2008; |
Artikolu 2
Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE
1. Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jiżdied minħabba żieda fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
2. Jekk sehem ta’ BĊN parteċipanti fil-valur proprjetarju akkumulat jonqos minħabba tnaqqis fl-ippeżar tiegħu fl-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi l-ammont iddeterminat bis-saħħa tal-paragrafu 3 lill-BĊE fid-data tat-trasferiment.
3. Il-BĊE għandu, fil- jew qabel il-jum meta l-Kunsill Governattiv japprova l-kontijiet finanzjarji tal-BĊE għas-sena finanzjarja 2006, jikkalkula u jikkonferma lil kull BĊN parteċipanti, jew l-ammont li għandu jiġi ttrasferit minn dak il-BĊN parteċipanti lill-BĊE meta japplika l-paragrafu 1, jew l-ammont li dak il-BĊN parteċipanti għandu jirċievi mill-BĊE meta japplika l-paragrafu 2. Bla ħsara għat-tqarrib, kull ammont li għandu jiġi ttrasferit jew irċevut għandu jkun ikkalkolat billi l-valur proprjetarju akkumulat jiġi mmultiplikat bid-differenza assoluta, bejn l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali ta’ kull BĊN parteċipanti fil-31 ta’ Diċembru 2008 u l-ippeżar tiegħu ta’ l-iskema kapitali b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009, u r-riżultat jiġi diviż b’100.
4. Kull ammont deskritt fil-paragrafu 3 għandu jkun dovut f’ewro fl-1 ta’ Jannar 2009, imma għandu jkun ittrasferit effettivament fid-data tat-trasferiment.
5. Fid-data tat-trasferiment, BĊN parteċipant jew il-BĊE li jkollu jittrasferixxi ammont skond il-paragrafu 1 jew il-paragrafu 2 għandu jittrasferixxi wkoll separatament, kull imgħax li jakkumula matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sad-data tat-trasferiment fuq kull ammont rispettiv dovut minn dan il-BĊN parteċipanti u l-BĊE. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.
6. Jekk il-valur proprjetarju akkumulat huwa anqas minn żero, l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti jew irċevuti skond il-paragrafu 3 u l-paragrafu 5 għandhom jitħallsu fid-direzzjonijiet opposti ta’ dawk speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 5.
Artikolu 3
Aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti
1. Billi l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżervi barranin ttrasferiti għan-Národná banka Slovenska ser ikun irregolat bid-Deċiżjoni BĊE/2008/33 tal-31 ta’ Diċembru 2008 dwar il-kapital imħallas, it-trasferiment ta’ l-assi tar-riżervi barranin u l-kontribuzzjonijiet min-Národná banka Slovenska għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew (5), dan l-Artikolu għandu jirregola l-aġġustament tal-klejms ekwivalenti għall-assi ta’ riżerva barranin ittrasferiti mill-BĊNi parteċipanti oħra.
2. Il-klejms tal-BĊNi parteċipanti għandhom ikunu aġġustati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 skond l-ippeżar aġġustat tagħhom ta’ l-iskema kapitali. Il-valur tal-klejms tal-BĊNi parteċipanti b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 jidher fit-tielet kolonna tat-tabella fl-Anness ta’ din d-Deċiżjoni.
3. Kull BĊN parteċipanti għandu, bis-saħħa ta’ din id-dispożizzjoni u mingħajr il-ħtieġa ta’ aktar formalita' jew xi att, jitqies li jew ikun ittrasferixxa jew irċieva b’effett fl-1 ta’ Jannar 2009, il-valur assolut tal-klejm (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “-” għandu jirreferi għal klejm li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “+” għal klejm li l-BĊE għandu jittrasferixxi lil-BĊN parteċipanti.
4. Fl-ewwel jum ta’ operazzjoni tat-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (“TARGET2”) wara l-1 ta’ Jannar 2009, kull BĊN parteċipanti għandu jew jittrasferixxi jew jirċievi l-valur assolut ta’ l-ammont (f’ewro) muri ħdejn ismu fir-raba’ kolonna tat-tabella fl-Anness ma’ din id-Deċiżjoni, fejn “+” għandu jirriferi għal ammont li l-BĊN parteċipanti għandu jittrasferixxi lill-BĊE u “-” għal ammont li l-BĊE għandu jirrtrasferxxi lill-BĊN parteċipanti.
5. Fl-ewwel ġurnata operattiva tat-TARGET2 wara l-1 ta’ Jannar 2009, il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma obbligati jittrasferixxu ammonti skond il-paragrafu 4, għandhom kull wieħed minnhom separatament jittrasferixxu wkoll kull interess fuq l-ammonti dovuti rispettivi li jakkumulaw matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009, sad-data ta’ dan it-trasferiment. Min jittrasferixxi u min jirċievi dan l-imgħax għandu jkun l-istess bħal min jittrasferixxi u min jirċievi l-ammonti li fuqhom jakkumula l-imgħax.
Artikolu 4
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. L-imgħax li jakkumula skond l-Artikolu 2(5) u l-Artikolu 3(5) għandu jkun ikkalkulat kuljum billi jintuża l-metodu ta’ kalkolu “attwali fuq matul-360-jum” (actual over-360-day), b’rata daqs ir-rata marġinali ta’ imgħax użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni ewlenija ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
2. Kull trasferiment bis-saħħa ta’ l-Artikolu 2(1), (2) u (5) u l-Artikolu 3(4) u (5) għandu jsir b’mod separat permezz tat-TARGET2.
3. Il-BĊE u l-BĊNi parteċipanti li huma taħt obbligu li jagħmlu kull trasferiment imsemmi fil-paragrafu 2 għandhom, eventwalment, jagħtu l-istruzzjonijiet meħtieġa biex jagħmlu dawn it-trasferimenti fil-ħin.
Artikolu 5
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/24 hija hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/24 għandhom jinftiehmu li huma referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, it-12 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(4) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(5) Ara paġna 83 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS
KLEJMS EKWIVALLENTI GĦALL-ASSI TAR-RIŻERVI BARRANIN ITTRASFERITI LILL- BĊE
BĊN parteċipanti |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, fil-31 ta’ Diċembru 2008 (EUR) |
Klejms ekwivalenti għall-assi tar-riżervi barranin ittrasferiti lill-BĊE, b’seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009 (EUR) |
Ammont ta’ trasferiment (EUR) |
Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique |
1 423 341 995,63 |
1 397 303 846,77 |
–26 038 148,86 |
Deutsche Bundesbank |
11 821 492 401,85 |
10 909 120 274,33 |
– 912 372 127,52 |
Central Bank and Financial Services Authority of Ireland |
511 833 965,97 |
639 835 662,35 |
+ 128 001 696,38 |
Bank of Greece |
1 046 595 328,50 |
1 131 910 590,58 |
+85 315 262,08 |
Banco de España |
4 349 177 350,90 |
4 783 645 755,10 |
+ 434 468 404,20 |
Banque de France |
8 288 138 644,21 |
8 192 338 994,75 |
–95 799 649,46 |
Banca d’Italia |
7 217 924 640,86 |
7 198 856 881,40 |
–19 067 759,46 |
Central Bank of Cyprus |
71 950 548,51 |
78 863 331,39 |
+6 912 782,88 |
Banque centrale du Luxembourg |
90 730 275,34 |
100 638 597,47 |
+9 908 322,13 |
Bank Ċentrali ta’ Malta |
35 831 257,94 |
36 407 323,18 |
+ 576 065,24 |
De Nederlandsche Bank |
2 243 025 225,99 |
2 297 463 391,20 |
+54 438 165,21 |
Oesterreichische Nationalbank |
1 161 289 917,84 |
1 118 545 877,01 |
–42 744 040,83 |
Banco de Portugal |
987 203 002,23 |
1 008 344 596,55 |
+21 141 594,32 |
Banka Slovenije |
183 995 237,74 |
189 410 251,00 |
+5 415 013,26 |
Národná banka Slovenska |
0 |
399 443 637,59 (1) |
+ 399 443 637,59 |
Suomen Pankki |
717 086 011,07 |
722 328 204,76 |
+5 242 193,69 |
Total (2): |
40 149 615 804,58 |
40 204 457 215,43 |
54 841 410,85 |
(1) Biex jiġu ttrasferiti b’effett mid-dati stabbiliti fid-Deċiżjoni BĊE/2008/33.
(2) Minħabba t-tqarrib, it-totali jistgħu ma jikkorrispondux mas-somma tal-figuri kollha murijin.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/81 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-15 ta’ Diċembru 2008
li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti
(BĊE/2008/28)
(2009/58/KE)
IL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”), b’mod partikolari l-Artikolu 48,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (1), iddeterminat il-persentaġġ tas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li l-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro fl-1 ta’ Jannar 2007 kellhom obbligazzjoni li jħallsu fl-1 ta’ Jannar 2007 bħala kontribuzzjoni ta’ l-ispejjeż operattivi tal-BĊE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma ta’ persentaġġ tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (2) tipprovdi għall-aġġustament ta’ l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (minn issa ‘l quddiem “l-iskema kapitali”) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut tas-SEBĊ, u tistabbilixxi b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ippeżar il-ġdid assenjat lil kull BĊN fl-iskema aġġustata għas-sottoskrizzjoni tal-kapital (minn issa ‘l quddiem l-“ippeżar ta’ l-iskema kapitali”). |
(3) |
Il-kapital sottoskritt tal-BĊE huwa ta’ EUR 5 760 652 402,58. |
(4) |
L-iskema kapitali aġġustata teħtieġ l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ġdida tal-BĊE li tirrevoka d-Deċiżjoni BĊE/2006/26 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, u li tiddetermina l-persentaġġ tal-kapital sottoskritt tal-BĊE li l-BĊNi ta’ l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-ewro sa l-1 ta’ Jannar 2009, (minn issa ‘l quddiem “il-BĊNi mhux parteċipanti”) għandhom obbligazzjoni jħallsu b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Daqs u forma ta’ kapital imħallas
Kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas 7 % tas-sottoskrizzjoni tiegħu għall-kapital tal-BĊE b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. Wara li jitqies l-ippeżar ta’ l-iskema kapitali deskritt fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23, kull BĊN mhux parteċipanti għandu jħallas b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, l-ammont muri ħdejn ismu fit-tabella li ġejja:
BĊN mhux parteċipanti |
(EUR) |
Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru) |
3 502 591,87 |
Česká národní banka |
5 835 771,31 |
Danmarks Nationalbank |
5 982 149,49 |
Eesti Pank |
721 809,75 |
Latvijas Banka |
1 144 007,96 |
Lietuvos bankas |
1 716 213,56 |
Magyar Nemzeti Bank |
5 587 371,98 |
Narodowy Bank Polski |
19 740 488,44 |
Banca Națională a României |
9 937 989,49 |
Sveriges Riksbank |
9 106 093,68 |
Bank of England |
58 539 980,14 |
Artikolu 2
Aġġustament tal-kapital imħallas
1. Minħabba li kull BĊN mhux parteċipanti diġa' ħallas 7 % tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE kif applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2008, skond id-Deċiżjoni BĊE/2006/26, kull wieħed minnhom għandu jew jittrasferixxi ammont addizzjonali lill-BĊE, jew jirċievi ammont lura mill-BĊE, kif jixraq, sabiex jaslu għall-ammonti murija fit-tabella fl-Artikolu 1.
2. It-trasferimenti kollha skond dan l-Artikolu għandhom isiru skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/25 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ l-ishma kapitali tal-Bank Ċentrali Ewropew bejn il-banek ċentrali nazzjonali u għall-aġġustament tal-kapital imħallas (3).
Artikolu 3
Dispożizzjonijiet finali
1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
2. Id-Deċiżjoni BĊE/2006/26 qed tiġi hawnhekk abrogata b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.
3. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 għandhom jiġu interpretati bħala referenzi magħmulin għal din id-Deċiżjoni.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 15 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.
(2) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Ara paġna 71 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/83 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-31 ta’ Diċembru 2008
dwar il-ħlas min-Národná banka Slovenska tal-kapital, it-trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva u l-kontribuzzjonijiet għar-riżervi u l-provvisti tal-Bank Ċentrali Ewropew
(BĊE/2008/33)
(2009/59/KE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn issa ‘l quddiem l-“Istatut SEBĊ”), u b’mod partikolari l-Artikoli 30.1, 30.3, 49.1 u 49.2,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat fuq l-adozzjoni mis-Slovakja tal-munita waħdanija fl-1 ta’ Jannar 2009 (1), is-Slovakja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni ta’ l-euro u d-derogi mogħtija lilha skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni 2003 (2) ser ikunu rrevokati b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(2) |
L-Artikolu 49.1 ta’ l-Istatut SEBĊ jipprovdi li l-bank ċentrali nazzjonali (BĊN) ta’ Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jħallas is-sehem tal-kapital tiegħu sottoskritt tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) bl-istess mod bħall-BĊNi ta’ l-Istati Membri oħra parteċipanti. Il-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti eżistenti ħallsu bis-sħiħ s-sottoskrizzjonijiet tagħhom lill-BĊE (3). Il-piżijiet tan-Národná banka Slovenska fl-iskema kapitali tal-BĊE huma ta’ 0,6934 %, skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni fil-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (4). In- Národná banka Slovenska diġà ħallas parti mis-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni BĊE/2006/26 tat-18 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali mhux parteċipanti (5). L-ammont li jifdal huwa għalhekk ta’ EUR 37 216 406,81, li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-kapital sottoskritt tal-BĊE (EUR 5 760 652 402,58) bil-piż ta’ l-iskema kapitali tan-Národná banka Slovenska (0,6934 %), imnaqqsa bil-parti ta’ l-ishma tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE li diġà tħallas. |
(3) |
L-Artikolu 49.1, flimkien ma’ l-Artikolu 30.1, ta’ l-Istatut jipprovdi li l-BĊN ta’ xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jittrasferixxi wkoll assi barranin ta’ riżerva lill-BĊE. Skond l-Artikolu 49.1 ta’ l-Istatut SEBĊ, is-somma biex tiġi ttrasferita hija ddeterminata bil-multiplikazzjoni tal-valur tal-euro b’rati tal-kambju kurrenti ta’ l-assi barranin ta’ riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut SEBĊ, permezz tal-proporzjon bejn in-numru ta’ ishma sottoskritti mill-BĊN kkonċernat u n-numbru ta’ ishma mħallsa diġa' mill-BĊNi ta’ l-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Meta jiġu ddeterminati l-“assi barranin ta’ riżerva li huma diġà ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1”, għandhom jitqiesu l-aġġustamenti ta’ qabel ta’ l-iskema kapitali (6) skond l-Artikolu 29.3 ta’ l-Istatut SEBĊ u l-espansjonijiet ta’ l-iskema kapitali tal-BĊE bis-saħħa ta’ l-Artikolu 49.3 ta’ l-Istatut SEBĊ (7). Għaldaqstant, skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/27 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-kontribuzzjoni tal-valur azzjonarju akkumulat tal-Bank Ċentrali Ewropew, għall-aġġustament tal-klejms tal-banek ċentrali nazzjonali ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva ttrasferiti (8), l-ekwivalenti fil-euro ta’ l-assi barranin ta’ riżerva li huma diġa' ttrasferiti lill-BĊE skond l-Artikolu 30.1 ta’ l-Istatut SEBĊ huwa ta’ EUR 44 154 040 257,26. |
(4) |
L-assi barranin ta’ riżerva biex jiġu ttrasferiti kemm min-Národná banka Slovenska għandhom ikunu ddenominati f’dollari Amerikani u deheb. |
(5) |
L-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut SECB jipprovdi li l-BĊE għandu jikkredita kull BĊN ta’ xi Stat Membru parteċipanti bi klejm ekwivalenti għall-assi barranin ta’ riżerva li dan ta’ l-aħħar ikun ittrasferixxa lill-BĊE. Il-provvisti fir-rigward tad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms li ġew diġà kkreditati lill-BĊNi ta’ l-Istati Membri parteċipanti eżistenti (9) għandhom japplikaw ukoll għad-denominazzjoni u r-remunerazzjoni tal-klejms tan-Národná banka Slovenska. |
(6) |
L-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ jipprovdi li l-BĊN ta’ xi Stat Membru li d-deroga tiegħu tkun ġiet irrevokata għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li għad jonqos biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvisti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf sal-31 Diċembru tas-sena qabel ir-revoka tad-deroga. L-ammont ta’ din il-kontribuzzjoni huwa ddeterminat skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ. |
(7) |
B’analoġija ma’ l-Artikolu 3.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (10), il-Gvernatur tan-Národná banka Slovenska kellu l-opportunita' li jagħmel xi osservazzjonijiet dwar din id-Deċiżjoni qabel ma ġiet adottata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:
— |
“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li adotta l-euro; |
— |
“assi barranin ta’ riżerva” tfisser titoli, deheb jew flus kontanti; |
— |
“deheb” tfisser uqijiet sħaħ fini (fine troy ounces) ta’ deheb fil-forma ta’ London Good Delivery bars, kif speċifikat mil-London Bullion Market Association; |
— |
“Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti. |
— |
“titoli” tfisser kull titolu jew strument finanzjarju kif speċifikat mill-BĊE; |
— |
“flus kontanti” tfisser il-valuta legali ta’ l-Istati Uniti (dollaru Amerikan); |
Artikolu 2
Ħlas tal-kapital
1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, in-Národná banka Slovenska għandu jħallas il-kumplament tas-sehem tiegħu fil-kapital sottoskritt tal-BĊE, li jikkorrespondu ma’ EUR 37 216 406,81.
2. In-Národná banka Slovenska għandu jħallas l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ trasferiment separat bis-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2).
3. In-Národná banka Slovenska għandu, permezz ta’ trasferiment bit-TARGET2 separat, iħallas lill-BĊE fit-2 ta’ Jannar 2009, l-imgħax li jiddekorri fl-1 ta’ Jannar 2009 fuq l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 2.
4. Kull imgħax li jakkumula skond il-paragrafu 3 għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni actual over-360-day, b’rata daqs ir-rata marġinali ta’ imgħax użata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
Artikolu 3
Trasferiment ta’ assi barranin ta’ riżerva
1. In-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi lill-BĊE, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, u skond dan l-Artikolu u l-arranġamenti magħmula li jsegwu, ammont ta’ assi barranin ta’ riżerva ddenominati f’dollari Amerikani u deheb li huma ekwivalenti għal EUR 443 086 155,98, kif ġej:
Ammont ta’ titoli u flus kontanti f’dollari Amerikani ekwivalenti għal ammonti f’euro |
Ammont ta’ deheb ekwivalenti għal ammonti f’euro |
Ammont aggregat ekwivalenti għal ammont f’euro |
376 623 232,58 |
66 462 923,40 |
443 086 155,98 |
2. L-ammonti ekwivalenti għall-euro ta’ assi barranin ta’ riżerva biex jiġu ttrasferiti min-Národná banka Slovenska skond il-paragrafu 1 għandhom ikunu kkalkulati skond ir-rati tal-kambju bejn il-euro u d-dollaru Amerikan stabbiliti bħala r-riżultat tal-proċedura ta’ konsultazzjoni bil-miktub ta’ 24-siegħa fil-31 ta’ Diċembru 2008 bejn l-Eurosistema u n-Národná banka Slovenska, u fil-każ tad-deheb, skond il-prezz tad-deheb f’dollari Amerikani għal kull uqija sħiħa fina (fine troy ounce) stabbilit fl-iffissar tal-prezz tad-deheb ġewwa Londra (London gold fixing) fl-10.30 a.m., ħin ta’ Londra, fil-31 ta’ Diċembru 2008.
3. Il-BĊE għandu jikkonferma lin-Národná banka Slovenska kemm jista’ jkun malajr l-ammonti kkalkulati skond il-paragrafu 2.
4. In-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi lill-BĊE portafoll ta’ titoli ddenominati f’dollari Amerikani u flus kontanti li l-Valur f’Riskju (VaR) tagħhom fil-konfront il-kejl tattiku (tactical benchmark) tal-BĊE fil-ħin tat-trasferiment ma jaqbiżx il-limitu li japplika għall-portafolli ta’ negozju fil-konfront il-kejl tattiku kif stabbilit mill-BĊE. Il-portafoll ta’ titoli ddenominati f’dollari Amerikani u flus kontanti għandu jikkonforma wkoll mal-limiti ta’ kreditu speċifikati mill-BĊE.
5. It-trasferiment tal-flus kontanti għandu jsir lil dawk il-kontijiet kif inhuma speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-settlement għall-flus kontanti li għandhom jiġu ttrasferiti lill-BĊE, għandha tkun it-2 ta’ Jannar 2009. In-Národná banka Slovenska għandu jagħti struzzjonijiet biex jaffettwa dan it-trasferiment lill-BĊE.
6. Il-valur tad-deheb li n-Národná banka Slovenska jittrasferixxi lill-BĊE skond il-paragrafu 1 għandu jkun kemm jista’ jkun qrib, imma mhux aktar, EUR 66 462 923,40.
7. In-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi d-deheb imsemmi fil-paragrafu 1 f’forma mhux investita lil dawk il-kontijiet u f’dawk il-postijiet kif inhuma speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-settlement għad-deheb li għandu jiġi ttrasferit lill-BĊE, għandha tkun il-5 ta’ Jannar 2009. In-Národná banka Slovenska għandu jagħti struzzjonijiet biex jaffettwa dan it-trasferiment lill-BĊE.
8. Jekk in-Národná banka Slovenska jittrasferixxi deheb lill-BĊE b’valur inqas mill-ammont speċifikat fil-paragrafu 1, allura fil-5 ta’ Jannar 2009 għandu jittrasferixxi ammont ta’ flus kontanti f’dollari Amerikani ekwivalenti għan-nuqqas lil kont tal-BĊE kif speċifikat mill-BĊE. L-ebda minn dawn il-flus kontanti f’dollari Amerikani m’għandhom jagħmlu parti mill-assi barranin ta’ riżerva ddenominati f’dollari Amerikani li n- jittrasferixxi lill-BĊE skond il-paragrafu 1.
9. In-Národná banka Slovenska għandu jittrasferixxi titoli lill-BĊE f’dawk il-kontijiet kif inhuma speċifikati mill-BĊE. Id-data tas-settlement għat-titoli li għandhom jiġu ttrasferiti lill-BĊE, għandha tkun it-2 ta’ Jannar 2009. In-Národná banka Slovenska għandu jagħti struzzjonijiet għat-trasferiment tal-proprjeta tat-titoli lill-BĊE fid-data tas-settlement. Il-valur ta’ dawn it-titoli kollha għandu jkun ikkalkulat skond il-prezzijiet indikati mill-BĊE.
10. L-ekwivalenti f’euro tas-somma tal-valur tat-titoli kollha ttrasferiti lill-BĊE u l-flus kontanti għandu jkun indaqs l-ammont indikat fil-paragrafu 1.
11. Id-differenza, jekk ikun hemm, bejn l-ammonti aggregati ekwivalenti għall-euro msemmijin fil-paragrafu 1 u l-ammonti imsemmijin fl-Artikolu 4(1), għandha titħallas skond il-Ftehim tal-31 ta’ Diċembru 2008 bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u n-Národná banka Slovenska fir-rigward tal-klejm ikkreditata lin-Národná banka Slovenska mill-Bank Ċentrali Ewropew skond l-Artikolu 30.3 ta’ l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (11).
Artikolu 4
Denominazzjoni, remunerazzjoni u maturità tal-klejms ekwivalenti għall-kontribuzzjonijiet
1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009, u skond l-ispeċifikazzjonijiet fl-Artikolu 3 fir-rigward tad-dati ta’ ħlas tat-trasferimenti ta’ assi barranin ta’ riżerva, il-BĊE għandu jikkredita kemm lin-Národná banka Slovenska bi klejm iddenominata fil-euro, ekwivalenti għall-ammont aggregat f’euro tal-kontribuzzjoni rispettivi tagħhom ta’ assi barranin ta’ riżerva. Din il-klejm tikkorrespondi għal EUR 339 443 637,59.
2. Il-klejm ikkreditata mill-BĊE lin-Národná banka Slovenska għandha tkun rremunerata mid-data tal-ħlas. L-imgħax li jakkumula għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni actual over-360-day, b’rata ekwivalenti għal 85 % tar-rata ta’ imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema fl-operazzjoni prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti tagħha.
3. Il-klejm għandha tkunu rremunerata fi tmiem ta’ kull sena finanzjarja. Il-BĊE għandu jinforma lin-Národná banka Slovenska kull tliet xhur bl-ammonti kumulattivi.
4. Il-klejm m’għandhiex tinfeda.
Artikolu 5
Kontribuzzjoni għar-riżervi u l-provvisti tal-BĊE
1. B’effett mill-1 ta’ Jannar 2009 u skond l-Artikolu 3(5) u (6), in-Národná banka Slovenska għandu jikkontribwixxi għar-riżervi tal-BĊE, għal dawk il-provvisti ekwivalenti għal riżervi, u għall-ammont li jkun għad jonqsu biex jiġi allokat għar-riżervi u l-provvisti li jikkorrispondu mal-bilanċ tal-kont tal-profitt u t-telf fil-31 ta’ Diċembru 2008.
2. L-ammonti biex jiġu kkontribwiti min-Národná banka Slovenska għandhom jkunu ddeterminati skond l-Artikolu 49.2 ta’ l-Istatut SEBĊ. Ir-referenzi fl-Artikolu 49.2 għan-numru “ta’ ishma sottoskritti mill-bank ċentrali kkonċernat” u “n-numru ta’ ishma diġa' mħallsa mill-banek ċentrali l-oħra” għandhom jirreferu għall-piżijiet tan-Národná banka Slovenska, u l-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti eżistenti, rispettivament, fl-iskema kapitali tal-BĊE, skond id-Deċiżjoni BĊE/2008/23.
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, “ir-riżervi tal-BĊE” u “il-provvisti ekwivalenti għal riżervi” għandhom jinkludu, inter alia, il-fond ta’ riżerva ġenerali tal-BĊE, il-bilanċi dwar kontijiet ta’ rivalutazzjoni u provvisti kontra r-riskji tar-rata tal-kambju, tar-rata ta’ l-imgħax, tal-prezz tas-suq u tad-deheb.
4. Mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2008, il-BĊE għandu jikkalkula u jikkonferma lin-Národná Banka Slovenska l-ammont biex jiġi kkontribwit min-Národná banka Slovenska skond il-paragrafu 1.
5. Fit-tieni jum ta’ xogħol wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-kontijiet annwali tal-BĊE għas-sena 2008, in-Národná banka Slovenska għandu, permezz tat-TARGET2, iħallas lill-BĊE:
(a) |
l-ammonti dovuti lill-BĊE skond il-paragrafu 4; u |
(b) |
l-imgħax li jiddekorri fl-1 ta’ Jannar 2009, sa dik id-data, fuq l-ammont dovut lill-BĊE skond il-paragrafu 4. |
6. Kull imgħax li jiddekorri skond il-paragrafu 5(b) għandu jkun ikkalkulat kuljum, bl-użu tal-metodu ta’ kalkulazzjoni “actual over-360-day”, b’rata daqs ir-rata ta’ imgħax marġinali wżata mill-Eurosistema f’waħda mill-operazzjoni prinċipali tagħha ta’ finanzjament mill-ġdid l-aktar riċenti.
Artikolu 6
Kompetenzi
1. Se fejn meħtieġ, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE għandu jagħti struzzjonijiet lin-Národná banka Slovenska biex jispeċifika aktar u jagħti effett lil kull dispożizzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u biex jipprovdi għal rimedji xierqa li jindirizzaw kull problema li tista’ tqum.
2. Kull struzzjoni maħruġa mill-Bord Eżekuttiv skond il-paragrafu 1 għandha tkun innotifikata minnufih lill-Kunsill Governattiv, u l-Bord Eżekuttiv għandu jaderixxi ma’ kull deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv.
Artikolu 7
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.
Magħmula fi Frankfurt am Main, 31 ta’ Diċembru 2008.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24.
(2) Att li jitratta l-kundizzjonijiet tas-sħubija tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).
(3) Id-Deċiżjoni BĊE/2006/22 tal-15 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-ħlas tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew mill-banek ċentrali nazzjonali parteċipanti (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 3).
(4) Ara paġna 66 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(5) ĠU L 24, 31.1.2007, p. 15.
(6) Id-Deċiżjoni BĊE/2003/17 tat-18 ta’ Diċembru 2003, dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 9, 15.1.2004, p. 27) u d-Deċiżjoni BĊE/2008/23 tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
(7) Id-Deċiżjoni BĊE/2004/5 tat-22 ta’ April 2004 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 205, 9.6.2004, p. 5) u d-Deċiżjoni BĊE/2006/21 tal-15 ta’ Diċembru 2006 dwar l-ishma perċentwali tal-banek ċentrali nazzjonali fl-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 24, 31.1.2007, p. 1)
(8) Ara paġna 77 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) Skond il-Linja Gwida BĊE/2000/15 tat-3 ta’ Novembru 1998 kif emendata mil-Linja Gwida tas-16 ta’ Novembru 2000 dwar il-kompożizzjoni, il-valutazzjoni u l-modalitajiet għat-trasferiment inizjali ta’ assi barranin tar-riżerva, u d-denominazzjoni u r-remunerazzjoni ta’ klejms ekwivalenti (ĠU L 336, 30.12.2000, p. 114).
(10) Adottata bid-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
(11) ĠU C 18, 24.1.2009, p. 3.
RAKKOMANDAZZJONIJIET
Kummissjoni
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/87 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Jannar 2009
dwar il-linji gwidi għall-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni li se jsiru permezz ta' kontrolli fit-triq u ta' garaxxijiet awtorizzati
(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 108)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/60/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 dwar il-kondizzjonijiet minimi għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 3820/85 u 3821/85 dwar il-leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam ma' attivitajiet tat-trasport bit-triq u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 88/599/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 11 (1) tad-Direttiva 2006/22/KE, il-Kummissjoni se tistabbilixxi linji gwidi dwar l-aħjar prattika tal-infurzar rigward kontrolli ta' vetturi li se jsiru minn uffiċjali tal-kontroll jew fit-triq, jew fil-post tal-impriża, jew minn garaxxijiet awtorizzati u nies tas-sengħa. |
(2) |
It-tagħmir tar-reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq huwa meħtieġ biex jindika l-perjodi ta' ħin li s-sewwieqa jagħmlu jsuqu u jistrieħu, u kif wkoll biex jiżgura li jkunu jistgħu jsiru l-kontrolli effettivi tal-leġiżlazzjoni soċjali fit-trasport bit-triq minn korpi kompetenti ta' kontroll nazzjonali. |
(3) |
Biex jiġi żgurat li tali tagħmir ta' reġistrazzjoni jiffunzjona b'mod korrett u affidabbli, u li r-reġistrazzjoni u l-ħażna tad-dejta jkunu jistgħu jiġu ggarantiti, huma meħtieġa kontrolli u spezzjonijiet perjodiċi wara li jkun ġie installat it-tagħmir ta' reġistrazzjoni. |
(4) |
Madankollu, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet perjodiċi ma jidhrux li huma frekwenti biżżejjed biex ikunu ta' deterrent effikaċi għal dawk is-sewwieqa u l-operaturi li jfittxu li jabbużaw mis-sistema billi jużaw strumenti ta' manipulazzjoni jew mezzi oħrajn simili. |
(5) |
Ir-riċerka u l-informazzjoni minn esperti stabbilixxew li saru ħafna attentati ta' frodi tas-sistema tat-takografu fuq vetturi mgħammra b'takografi analogi; issa qed isiru attakki u theddid simili lis-sistema tat-takografu diġitali. |
(6) |
L-istess riċerka wriet li għadd ta' manipulazzjonijiet huma possibli u magħrufa li jeżistu fis-settur tat-trasport bit-triq għall-attentat ta' frodi fuq it-takografu, partikolarment fuq is-sistema tat-takografu diġitali. |
(7) |
Tali attentati u theddid joħolqu riskju serju għas-sikurezza fuq it-triq u għandhom ukoll impatti negattivi mhux aċċettabbli fuq il-kompetizzjoni ġusta u fuq il-kondizzjonijiet soċjali tas-sewwieqa tat-trasport bit-triq. |
(8) |
Bħala riżultat tas-sikurezza mtejba tat-takografu diġitali għall-kuntrarju tat-takografu analogu, it-theddid u l-attentati ta' attakki lis-sistema jistgħu jinstabu b'aktar faċilità, u b'hekk ir-riskju li sewwieqa u operaturi bla skrupli jinqabdu b'tali strumenti b'dan il-mod jiżdied u għandu jservi bħala deterrent sinifikanti. |
(9) |
Din ir-Rakkomandazzjoni b'dan il-mod għandha l-għan li tinkoraġġixxi u tappoġġa lill-Istati Membri biex jadottaw il-proċeduri u l-metodi li, abbażi tar-riċerka u tal-esperjenza teknika mill-industrija, ittejjeb konsiderevolment il-possibilitajiet li jiġu evitati u li jinstabu tali attentati ta' frodi. |
(10) |
Partikolarment, din ir-Rakkomandazzjoni tistabilixxi l-aħjar prattika tal-infurzar, kif identifikata fir-riċerka mwettqa miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. |
(11) |
Din ir-Rakkomandazzjoni tifforma, flimkien ma' Direttiva proposta dwar kontrolli addizzjonali li jsiru fit-triq, pakkett ta' miżuri tal-infurzar bil-għan li jitjiebu konsiderevolment ir-rilevament u l-prevenzjoni ta' strumenti użati biex isir frodi tas-sistema tat-takografu diġitali. |
(12) |
Il-miżuri pprovduti f'din ir-Rakkomandazzjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 18 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 (2), |
B'DAN TIRRAKKOMANDA LI:
1. |
Jiġu adottati u applikati l-linji gwidi tal-aħjar prattika stabbiliti fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni li jikkonċernaw il-kontrolli fuq il-vetturi li jsiru minn uffiċjali tal-kontroll fit-triq, jew fil-post tal-impriżi, jew minn nies tas-sengħa u tekniċi f’garaxxijiet approvati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, għar-rilevament u l-prevenzjoni tal-użu ta' strumenti manipulattivi fit-tagħmir ta' reġistrazzjoni użat fit-trasport bit-triq. |
2. |
Jiġu applikati dawn il-linji gwida, fejn ikun xieraq, fil-kuntest tal-istrateġiji nazzjonali tal-infurzar imsemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE. |
Magħmula fi Brussell, 23 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kummissjoni
Antonio TAJANI
Viċi President
(1) ĠU L 102, 11.4.2006, p. 35.
(2) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
ANNESS
IR-RAKKOMANDAZZJONIJIET DWAR IL-KONTRAMIŻURI LI SE JIĠU ADOTTATI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAR-RILEVAMENT U L-PREVENZJONI TAL-UŻU TA' STRUMENTI TA' MANIPULAZZJONI
WERREJ
KAPITOLU 1: |
INTRODUZZJONI |
KAPITOLU 2: |
IL-KONTROLLI EFFETTIVI FIT-TRIQ |
A |
L-organizzazzjoni u t-tagħmir |
B |
Il-metodi tal-punti ta' kontroll doppji bl-analiżi tal veloċità reali u tad-distanza tal- vetturi |
C |
Il-metodi tal-punti ta' kontroll waħdieni bbażati fuq l-analiżi dettaljata tad-dejta mniżżla |
D |
Il-punt ta' kontroll wieħed ibbażat fuq il-kontroll tekniku tas-siġilli |
E |
Meta vettura tintbagħat għand garaxx |
F |
Il-kontroll tal-vetturi jew tad-dejta fil-post tal-impriża |
KAPITOLU 3: |
TAĦRIĠ U L-AQWA PRATTIKA |
KAPITOLU 4: |
L-ISPEZZJONIJIET TAL-GARAXXIJIET |
A |
Il-bażi ġuridika |
B |
Is-siġilli miksura jew in-nuqqas tagħhom |
C |
L-analiżi tar-reġistri tad-dejta |
D |
Il-kontroll tat-tqabbil f'par bejn is-sonda tal-moviment u l-unità tal-vetturi |
E |
Il-proċeduri speċjali b'riżultat ta' kontroll fit triq |
KAPITOLU 5: |
IR-RAPPORT U L-VERIFIKA TAL-GARAXXIJIET |
KAPITOLU 6: |
ID-DISPOŻIZZJONIJIET FINALI |
Kapitolu 1: Introduzzjoni
1.1 Din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tispjega x'jistgħu l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex jagħmlu sabiex jilħqu t-theddid maħluq bl-użu ta' strumenti ta' manipulazzjoni tat-takografi u fl-istess ħin jitħeġġu u jiġu appoġġati kontramiżuri fost l-Istati Membri biex jiġu indirizzati dawn it-theddid.
1.2 Il-preżenza ta' strumenti ta' manipulazzjoni f'vetturi bl-intenzjoni li jinterferixxu mal-operazzjoni u mat-tħaddim korrett tas-sistema tat-takografu diġitali tirrapreżenta waħda mill-aktar theddid serju għas-sigurtà tas-sistema. L-użu, jew l-intenzjoni li jiġi użat, strumenti tali jxekkel il-kompetizzjoni ġusta, billi jagħti vantaġġ kummerċjali inġust lill-operaturi u lis-sewwieqa; u joħloq impatti soċjali negattivi mhux aċċettabbli għas-sewwieqa billi jippermettilhom, jew iġiegħlhom, isuqu għal perjodi ħafna itwal milli hemm permess bil-liġi. Il-konsegwenza potenzjali ta' dawn il-fatturi hi li tiddgħajjef is-sikurezza fit-triq, għal kull min juża t-triq, u li l-Kummissjoni hija impenjata biex ittejjeb matul is-snin li ġejjin.
1.3 Barra minn hekk, l-operaturi u s-sewwieqa li jħarsu l-liġi għandhom ikunu kapaċi jafdaw it-takografu diġitali, u l-korpi nazzjonali ta' kontroll fil-Komunità kollha għandhom ikunu kapaċi jafdaw fuq l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta rreġistrata u maħżuna mit-tagħmir, irrispettivament jekk ġietx imniżżla u analizzata mill-unità tal-vettura inkella mill-kard tas-sewwieq. Sabiex l-affidabilità tad-dejta tiġi ggarantita, iridu jsiru kontrolli u spezzjonijiet regolari tat-tagħmir biex jiġi żgurata l-korrettezza fit-tħaddim u fl-operazzjoni tagħha.
1.4 Fil-medda t-twila, is-sigurtà totali tas-sistema u l-komponenti tagħha hija essenzjali biex jiġu żgurati l-integrità u l-awtentiċità tad-dejta rreġistrata. Sabiex jitwaqqfu kompletament dawk l-abbużi u l-attentati ta' frodi fuq is-sistema l-aktar komuni, il-Kummissjoni se teżamina kif jixraq il-possibilità li tindroduċi aktar miżuri leġiżlattivi iżjed dettaljati fir-reviżjoni tar-Regolament (KE) 3821/85 u l-annessi tiegħu.
1.5 Madankollu, fit-terminu qasir, il-miżuri xierqa u effettivi jistgħu jiġu żviluppati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex ir-rilevament tat-tagħmir ta' manipulazzjoni issir ħafna aktar possibbli, b'hekk jitnaqqsu r-riskji li strumenti tali jintużaw mill-operaturi u mis-sewwieqa.
1.6 Filwaqt li l-Istati Membri għandhom responsabbiltà legali li jeħtieġu li l-kontrolli u l-ispezzjonijiet jitwettqu b'mod tali li jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-leġiżlazzjoni soċjali Komunitarja fit-trasport bit-triq, tali kontrolli perjodiċi ma jistgħux jiggarantixxu li l-istrumenti ma jiġux installati u użati aktar tard, wara li jkunu tlestew il-kontrolli. L-esperjenza uriet li tali strumenti għandhom ħafna aktar ċans li jinstabu matul kontrolli fit-triq meta l-vettura tkun tista' tiġi spezzjonata aktar mill-qrib. Il-frekwenza u n-natura ta' dawn il-kontrolli mill-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa sabiex jiżdied b'mod sinifikanti l-fattur ta' deterrent billi jiżdied ir-riskju li jinstabu strumenti tali..
1.7 L-Appendiċi 10 (Miri ta' Sigurtà Ġenerika) tal-Anness 1B tar-Regolament (KEE) 3821/85 jistabbilixxi l-għan tal-funzjonijiet tal-infurzar tas-sigurtà meħtieġa biex tiġi żgurata l-integrità tas-sistema tat-takografu diġitali. L-objettivi ta' sigurtà ta', u t-theddid lis-sistema sħiħa għandhom jiġu indirizzati b'taħlita ta' soluzzjonijiet tekniċi, bl-approvazzjoni tal-ITSEC, kif ukoll permezz ta' mezzi fiżiċi, tal-personal u dawk proċedurali, u l-implimentazzjoni tagħhom taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri u tal-manufatturi tat-takografu. Hija għalhekk l-intenzjoni ta' din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni, li tissuġġerixxi lill-Istati Membri l-aktar proċeduri effettivi, abbażi kemm tar-riċerka kif ukoll tal-aħjar prattiċi magħrufa, biex jappoġġaw dawk il-mezzi proċedurali u dawk tal-personal.
1.8 Madankollu, din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ma għandix titqies li qed tieħu post dawk is-soluzzjonijiet tekniċi provduti mill-ITSEC (1), u filfatt, idealment, tista' tintuża faċilment flimkien magħhom u bħala appoġġ għalihom.
1.9 Ir-rapport provdut miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (2) stabbilixxa t-tipi ta' attakki magħrufa u dawk potenzjali lis-sigurtà tat-takografu diġitali Għalhekk, dan ir-rapport jista' jintuża mill-Istati Membri bħala l-bażi biex jitqiegħdu f'posthom il-passi u l-azzjonijiet meħtieġa li jiżguraw li l-informazzjoni u l-gwida xierqa tista tiġi provduta lill-uffiċjali tal-kontroll nazzjonali sabiex meta jsiru l-kontrolli u l-ispezzjonijiet tal-vetturi fit-triq, dawn ikunu jistgħu jwettquhom. Barra minn hekk, informazzjoni u gwida simili tista' tiġi provduta lin-nies tas-sengħa u lill-garaxxijiet li jagħmlu l-installazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, il-kontrolli u t-tiswijiet statutorji tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni fit-trasport bit-triq. Il-gwida tista' tkun ta' ambitu biżżejjed li tiżgura li tali persuni jistgħu jwettqu bis-sħiħ u b'mod kompetenti l-kontrolli spjegati f'dan l-anness u li l-Istati Membri jkunu kapaċi jaġixxu billi jħarrku lil dawk identifikati li qed jabbużaw, jew għamlu attentat ta' abbuż, mis-sistema.
1.10 Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin mhumiex eżawrjenti u jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn l-applikazzjoni ta' tali rakkomandazzjonijiet ma tkunx tista' tikseb ir-riżultat mixtieq (pereżempju, f'każijiet fejn il-cable ta' referenza ma jkunx jista' jiġi konness mas-sonda tal-moviment). F'tali ċirkostanzi, l-Istati Membri jistgħu jiġu mħeġġa biex jiżviluppaw metodi alternattivi li jkunu jistgħu jiġu verifikati bħala effettivi. Tali miżuri alternattivi jistgħu jitqassmu b'mod aktar wiesa' fost il-komunità tal-infurzar.
1.11 Barra minn hekk, għalkemm din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni hija intenzjonata li tindirizza ż-żewġ tipi ta' takografi kif definiti mir-Regolament (KE) 3821/85 u l-annessi tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jkollhom metodi, proċeduri u linji gwidi diġà stabbiliti li jikkonċernaw il-kontrolli ta' takografi analogi u r-rilevament tal-istrumenti ta' manipulazzjoni. Għalhekk, din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ma għandiex tidher li qed tieħu post jew tnaqqas minn dawk il-miżuri diġà stabbiliti, iżda li qed tkun ta' appoġġ ulterjuri għalihom, b'mod partikolari b'referenza għat-takografu diġitali, meta l-metodoloġija tista' tkun differenti, iżda l-objettiv jibqa' l-istess. Huwa rakkomandat li meta miżuri huma diġà f'posthom biex jikkontrollaw takografi analogi, jistgħu, fejn hu xieraq, jiġu estiżi li jinkludu dawk diġitali wkoll (pereżempju, is-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħlas lill-garaxxijiet talli wettqu l-kompiti speċifiċi magħżula għalihom mingħand uffiċjali tal-kontroll wara li jkunu bagħtu vettura għand garaxx awtorizzat, kif spjegat fis-Sezzjoni F).
1.12 L-Istati Membri għandhom ikunu kunfidenti u appoġġati fit-tfassil tal-istrateġiji tal-infurzar nazzjonali tagħhom, il-metodi u l-proċessi tagħhom fl-indirizzar tal-theddid li qed jiżviluppaw lis-sistema takografika. L-aħjar prattika bħal din għandha titqassam bejn l-Istati Membri.
Kapitolu 2: Il-kontrolli effettivi fit-triq
A L-organizzazzjoni u t-tagħmir
2.1 Sabiex isiru kontrolli b'mod sħiħ u effettiv, l-uffiċjali tal-kontroll għandhom ikunu mgħammra b'mod sħiħ u mħarrġa kif suppost. Huma mill-inqas għandhom ikollhom fil-pussess tagħhom kards tal-kontroll u jkollhom l-għodda relevanti biex iniżżlu fajls tad-dejta tal-unità ta' vettura u l-kard tas-sewwieq u li jkunu kapaċi janalizzaw tali fajls tad-dejta u folji stampati mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni tat-tip tal-Anness IB flimkien ma' folji jew karti tat-tip tal-Anness 1. L-uffiċjali tal-kontroll għandhom ikunu mgħammra wkoll b'software bil-kapaċità li janalizza tali dejta b'mod mgħaġġel u bl-inqas inkonvenjenza, peress li hu rikonoxxut li, għall-għan li jinstabu l-istrumenti ta' manipulazzjoni, il-folji stampati ma jistgħux jiġu analizzati fit-triq minħabba t-tul u l-kontenut ta' xi wħud mill-fajls li jridu jiġu stampati.
2.2 Sa fejn hu possibbli, meta l-uffiċjali tal-kontroll iwettqu l-kontrolli, kemm jekk fit-triq jew fil-post tal-impriża, u kemm jekk humiex qed jikkontrollaw l-konformità tas-sigħat tas-sewwieq, jew it-testijiet dwar jekk il-vetturi hijiex tajba għat-triq jew xi tipi oħra ta' kontrolli, huma jistgħu jieħdu l-opportunità ppreżentata mill-ħin biex jittestjaw it-tħaddim u l-użu korrett tat-takografu, u jkunu kapaċi jsibu l-użu ta' strumenti ta' manipulazzjoni minn tali kontrolli.
2.3. Għal dan l-iskop, huwa rakkomandat li l-Istati Membri jippruvaw jorganizzaw il-kontrolli ta' vetturi għal strumenti ta' manipulazzjoni, flimkien ma' kontrolli oħra (bħat-testijiet dwar jekk il-vetturi hijiex tajba għat-triq, il-konformità tar-Regoli tas-Sigħat tas-Sewwieq, etc.) u li, b'mod indikattiv, mill-inqas 10 % tan-numru totali tal-vetturi kkontrollati jiġu kkontrollati għall-preżenza ta' strumenti ta' manipulazzjoni. Tibqa' r-responsabbiltà tal-Istati Membri biex jiddeterminaw il-metodoloġija u ċ-ċirkostanzi xierqa għal meta jitwettqu tali kontrolli addizzjonali, iżda il-kontenut jista' jiġi rifless fl-istrateġija nazzjonali ġenerali tal-infurzar.
2.4 Kontroll effettiv jista' jitwettaq billi jsir użu, pereżempju, mill-metodi li ġejjin:
|
punti ta' kontroll doppji bl-analiżi tal-veloċità jew tad-distanza (ara B); |
|
punt ta' kontroll wieħed bl-analiżi dettaljata tad-dejta (ara C); |
|
punt ta' kontroll wieħed ibbażat fuq il-kontroll tekniku (ara D). |
2.5 Jekk uffiċjal tal-kontroll jidhirlu li ġabar biżżejjed evidenza, hu jista' jibgħat lill-vettura għand garaxx biex isiru testijiet ulterjuri (ara E).
2.6 Ovvjament, l-Istati Membri dejjem jistgħu jistabbilixxu metodi addizzjonali, jew alternattivi, ta' kif isiru l-kontrolli tal-vetturi.
B Il-metodi tal-punti ta' kontroll doppji bl-analiżi tal veloċità reali u tad-distanza tal-vetturi
2.7 Il-kontroll tal-veloċità f'ħin speċifiku: biex jiġi applikat dan il-metodu, l-uffiċjali tal-kontroll, bl-użu ta' kameras fissi jew mobbli, jew speed-guns, jistgħu jkejlu l-veloċità reali tal-vettura qabel iwaqqfuha fil-kontrolli fit-triq f'ħin speċifiku. Huma imbagħad jistgħu jniżżlu l-Fajl Dettaljat tal-Veloċità ta' 24-Siegħa mill-Unità tal-Vettura u jqabblu l-veloċità reġistrata f'dan il-ħin speċifiku ma' dak imkejjel ftit kilometri qabel. Fil-punt tal-kontroll, dan il-metodu jeħtieġ biss li jiġu mqabbla żewġ ċifri wara li jkun tniżżel il-Fajl Dettaljat tal-Veloċità ta' 24-Siegħa;
2.8. Il-kontroll tad-distanza fissa f'ħin speċifiku: biex jiġi applikat dan il-metodu, il-punt tal-kontroll jista' jintgħażel f'distanza magħrufa minn post speċifiku fejn l-uffiċjali tal-kontroll ikollhom il-faċilitajiet jew il-mezzi biex jieħdu nota tal-ħin meta vettura identifikata waqfet jew qasmet dan il-punt speċifiku (biljetti tat-taxxi tat-toroq, reġistrazzjonijiet tal-kamera, rapporti ta' kontrolli bejn il-fruntieri, etc). Imbagħad fil-punt tal-kontroll, dawk li qed jinfurzaw jistgħu jniżżlu l-Fajl Dettaljat tal-Veloċità ta' 24-Siegħa mill-Unità tal-Vettura u jqabblu malajr il-veloċità medja reġistrata bejn il-punt tal-kontroll u l-post speċifiku ma' dak ikkalkulat mid-distanza magħrufa u mill-ħin meħtieġ biex jintlaħaq il-punt tal-kontroll.
2.9 Fiż-żewġ metodi, dawk li qed jinfurzaw fil-punti tal-kontroll jeħtieġu li jqablu biss żewġ ċifri wara li jkunu niżżlu l-Fajl Dettaljat tal-Veloċità ta' 24-Siegħa u kejlu jew ikkalkulaw il-veloċità medja reali. Kwalunkwe differenza sinifikanti tista' twassal lill-uffiċjal tal-kontroll biex jissuspetta li jkun intuża strument. L-uffiċjal tal-kontroll imbagħad jista' jibgħat lis-sewwieq u lill-vettura għand garaxx mingħajr il-bżonn li jwettaq kontrolli ulterjuri fil-post.
2.10 Rigward id-dejta mit-tip ta' takografi tal-Anness IB., il-fajls kollha li jitniżżlu mit-tagħmir ta' reġistrazzjoni jew permezz tiegħu, għandhom jiġu akkumpanjati bil-firma diġitali xierqa li tkun ġiet iġġenerata oriġinarjament mill-unità tal-vettura jew mill-kard tas-sewwieq sabiex tiġi vverifikata l-awtentiċità u l-integrità tad-dejta u l-uffiċjali tal-kontroll jistgħu jikkontrollaw ukoll li din l-informazzjoni tniżżlet ukoll.
C Il-metodi tal-punti ta' kontroll waħdieni bbażati fuq l-analiżi dettaljata tad-dejta mniżżla
2.11 Jekk ikun qed jiġi użat strument ta' manipulazzjoni waqt li jkun qed isir kontroll fit-triq, jew kien qed jiġi użat sa ftit ħin qabel il-kontroll, l-indikazzjonijiet ta' manipulazzjoni jistgħu jinstabu permezz ta' għadd ta' proċeduri sempliċi.
2.12 Sabiex jiġi stabbilit is-suspett tal-preżenza ta' strument ta' manipulazzjoni, li jkun jiġġustifika kwalunkwe azzjoni min-naħa tal-uffiċjali tal-kontroll li jaraw xierqa biex dan jinstab, l-uffiċjali tal-kontroll jistgħu:
— |
Iqabblu l-attivitajiet tas-sewwieq imniżżla mill-kard u mill-unità tal-vettura ma' kwalunkwe dokumenti fil-vettura u dokumenti tas-sewwieqa. L-inkonsistenza bejn dawn id-dejta tista' tikkonstitwixxi l-bidu ta' suspett. F'dak il-każ, dak li qed jinfurza jista' jagħmel investigazjonijiet ulterjuri. |
— |
Jeżaminaw il- Il-Fajl tal-Każijiet u tad-Difetti maħżun fuq l-unità tal-vettura, u speċjalment għal dawn l-aħħar għaxart ijiem:
Jekk is-sewwieq ma jkunx kapaċi jispjega u jiġġustifika ir-raġunijiet ta' kull avveniment jew difett, dak li-qed jinforza jista' jagħmel investigazzjonijiet ulterjuri. |
— |
Jeżaminaw il-Fajls tad-Dejta Teknika maħżuna fuq l-unità tal-vettura, u speċjalment:
|
— |
Id-dejta tal-aħħar hija utli biex jinstabu wisq azzjonijiet ta' kalibrazzjoni li jimplikaw li dawn ikunu twettqu b'kard ta' garaxx użata (jew b'kard ta' garaxx irrapurtata bħala mitlufa). Huwa rakkomandat li l-uffiċjali tal-kontroll jivverifikaw mal-Awtorità tal-Ħruġ ta' Kards (3) l-istatus ta' tali kards tal-garaxxijiet li jkunu ġew identifikati, u jekk kienux validi fil-ħin li ntużaw biex tiġi kkalibrata l-unità tal-vettura. |
2.13 Jekk, wara li tkun ġiet eżaminata d-dejta kollha msemmija minn 2.14 – 2.19, l-uffiċjal tal-kontroll xorta jikkonsidra li hemm xi ħaġa ħażina, jista' jniżżel il-Fajl Dettaljat tal-Veloċità ta' 24-Siegħa u jivverifika, xorta waħda bl-għajnuna tas-software tiegħu, jekk hemmx żidiet jew tnaqqis mhux realistiċi fl-aċċelerazzjoni tal-vettura u, fejn jixraq, jekk il-profil tal-vjaġġ huwa konsistenti mad-dokumenti l-oħra fil-vettura u mad-dokumenti tas-sewwieq (l-għadd ta' waqfien, il-veloċità fir-reġjun tal-muntanja jew f'dak urban...). Din l-evidenza miġbura ma' dik ta' qabel jistgħu jiġġustifikaw bażi ta' suspett li hemm preżenti strument ta' manipulazzjoni.
2.14 Fil-punt ta' kontroll, dan il-metodu jeħtieġ software xieraq, kapaċi li jiġġenera wirja ċara tal-profil ta' ħin tal-veloċità biex jiġu mmarkati varjazzjonijiet mhux tas-soltu fl-aċċelerazzjoni jew fit-tnaqqis tal-veloċità, u b'mod aktar ġenerali biex awtomatikament jimmarka:
— |
iż-żidiet jew it-tnaqqis mhux realistiċi fl-aċċelerazzjoni tal-vetturi; |
— |
kwalunkwe kalibrazzjonijiet suspettużi tal-unità tal-vettura; |
— |
l-interruzzjoni fil-provvista tal-elettriku. |
D Il-punt ta' kontroll wieħed ibbażat fuq il-kontroll tekniku tas-siġilli
2.15 Meta possibli, u meta ma hemmx periklu biex dan isir, l-uffiċjal tal-kontroll jista' jikkontrolla s-siġilli. Jekk is-siġilli mhumiex hemm, ikissrin jew b'xi ħsara, is-sewwieq għandu jiġi mistoqsi biex jiġġustifika din is-sitwazzjoni.
2.16 Jekk is-sewwieq ikun kapaċi jipprovdi stqarrija bil-miktub li fiha jkun hemm ir-raġuni għal azzjoni tali kif previst f'Kapitolu V sezzjoni 4 tal-Anness 1, jew rekwiżit 253 tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) 3821/85, imbagħad l-uffiċjal tal-kontroll jista' jitlob lis-sewwieq biex imur għand garaxx biex tiġi ssiġillata mill-ġdid is-sistema u ssir kalibrazzjoni mill-ġdid tat-tagħmir.
2.17 Jekk le, dan jista' jfisser ksur u huwa rakkomandat li s-sewwieq, bil-vettura tiegħu, jintbagħtu minnufih għand garaxx awtorizzat akkumpanjati mill-uffiċjal tal-kontroll għal kontroll tat-tagħmir kif previst fil-Kapitolu 3 li ġej.
E Meta vettura tintbagħat għand garaxx
2.18 Jekk wara kontroll fit-triq fejn intużaw il-metodi msemmija aktar qabel, għad hemm is-suspett ragonevoli li ġie mwaħħal strument ta' manipulazzjoni, l-uffiċjal tal-kontroll jista' jibgħat il-vettura għand garaxx awtorizzat. L-uffiċjali tal-kontroll, jew l-awtorità nazzjonali xierqa, tista' tingħata s-setgħa biex tordna lill-garaxxijiet awtorizzati biex iwettqu testijiet speċifiċi mfasslin biex jeżaminaw għall-preżenza ta' strumenti ta' manipulazzjoni.
2.19 Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn it-testijiet speċifiċi jippermettu, li jinstab tqabbil f'pari ħażin ta' sensorji ta' moviment ma' unitajiet tal-vettura, u li jistgħu jindikaw il-preżenza ta' strumenti ta' manipulazzjoni. Tali testijiet jistgħu jinkludu (ara l-ispjegazzjoni f' Kapitolu 3):
— |
spezzjoni tas-siġilli u tal-plakka ta' installazjoni; |
— |
test tal-cable ta' referenza; |
— |
analiżi tal-fajls tad-dejta mniżżla. |
2.20 Jekk jinstabu strumenti ta' manipulazzjoni, kemm jekk ġew użati mis-sewwieq kif ukoll jekk le, it-tagħmir (u dan jinkludi l-istrument innifsu, l-unità tal-vettura jew il-komponenti tagħha, u l-kard tas-sewwieq) jistgħu jitneħħew mill-vettura u jintużaw bħala evidenza.
2.21 Barra minn hekk, il-garaxxijiet awtorizzati jistgħu jiġu rikjesti biex jikkontrollaw li t-tagħmir ta' reġistrazzjoni: (a) jaħdem kif suppost: (b) jirreġistra u jaħżen id-dejta b'mod korrett u; (c) li l-parametri ta' kalibrazzjoni huma korretti.
2.22 Huwa rakkomandat li, għal vetturi mgħammra bit-tip ta' tagħmir ta' reġistrazzjoni tal-Anness IB, li qabel ma t-tagħmir ta' reġistrazzjoni jiġi kkalibrat mill-ġdid b'mod sħiħ u tittwaħħallu l-plakka ġdida ta' installazzjoni, ikunu tniżżlu l-fajls tad-dejta kollha u ġew analizzati (bil-firem diġitali tagħhom intatti), u jkun ġie ċċekkjat li ma hemm l-ebda strument ta' manipulazzjoni. Barra minn hekk, huwa rakkomandat li l-garaxx rakkomandat jissiġilla mill-ġdid is-sistema dejjem taħt id-direzzjoni tal-korp ta' kontroll.
2.23 Rigward it-tagħmir ta' reġistrazzjoni li jikkonforma mal-Anness 1, it-tagħmir jista', wara li jitneħħa kwalunkwe strument ta' manipulazzjoni, jiġi kkontrollat għall-funzjoni proprja u għat-tħaddim korrett tiegħu, u jiġi kkalibrat mill-ġdid b'mod sħiħ u titwaħħallu plakka tal-installazzjoni ġdida. Huwa rakkomandat li l-garaxx awtorizzat jista' jissiġilla mill-ġdid is-sistema dejjem taħt id-direzzjoni tal-korp ta' kontroll.
F Il-kontroll tal-vetturi jew tad-dejta fil-post tal-impriża.
2.24 Huwa rakkomandat li l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri jieħdu vantaġġ mill-possibiltà li jikkontrollaw il-vetturi (u l-unitajiet tal-vetturi) u s-sewwieqa (u l-kards tas-sewwieqa) li jistgħu jkunu fuq il-post matul il-kontroll fil-post tal-impriża.
2.25 Id-dejta ġestita mill-impriża hija meħtieġa li tinżamm għall-sena mill-inqas u li tkun disponibbli għal kontroll kull meta jitlobha l-uffiċjal tal-kontroll. Għalhekk, bħala parti mill-proċedura il-proċeduri standard ta' kontroll, l-uffiċjali tal-kontroll jistgħu jikkontrollaw kwalunkwe vettura li jsibu fil-post tal-impriża, u li jagħmlu l-kontrolli kollha li jidrulhom xierqa, waqt li, fl-istess ħin, d-dewmien għas-sewwieqa u l-vetturi jkun mill-inqas.
2.26 Tali kontrolli fil-post tal-impriża jistgħu jqisu l-possibiltà li jista' jkun hemm taħlita ta' vetturi u reġistrazzjonijiet li jirrelataw għat-tagħmir ta' reġistrazzjoni kemm tat-tip ta' Anness I kif ukoll għat-tip ta' Anness 1B, u jkun xieraq li l-uffiċjali tal-kontroll ikunu ppreparati u mgħammra kif suppost għal din l-eventwalità.
— |
il-punti ta' kontroll doppji bl-analiżi tal veloċità reali u tad-distanza;
|
— |
il-punt ta' kontroll wieħed bl-analiżi dettaljata tad-dejta mniżżla;
|
— |
il-punt ta' kontroll wieħed ibbażat fuq il-kontroll tekniku tas-siġilli
|
Kapitolu 3: it-taħriġ, it-tagħmir u l-aħjar prattika
3.1 Filwaqt li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali tal-kontroll huma mħarrġa kif suppost biex iwettqu xogħolhom, jista' jkun hemm taħriġ xieraq għall-partijiet l-oħra kollha relevanti; ikun ta' vantaġġ u ferm mixtieq jekk jiġu organizzati żjarat u koordinazzjoni konġunti għall-uffiċjali tal-kontroll bejn l-Istati Membri biex jiġu armonizzati l-aħjar prattiċi u jinxtered it-tagħlim miksub mill-esperjenza fost il-prattikanti.
3.2 L-uffiċjali tal-kontroll għandhom ikollhom it-tagħmir li jeħtieġu biex ikunu jistgħu iwettqu l-medda ta' kontrolli relatati mat-takografu diġitali. Dan ifisser li huma għandhom ikollhom l-għodda xierqa disponibbli biex ikunu jistgħu jaqraw, jistampaw u iniżżlu d-dejta minn tali tagħmir ta' reġistrazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-isforzi biex jiżguraw li għadd biżżejjed mill-uffiċjali tal-kontroll ikunu mgħammra b'dan il-mod.
3.3 L-aħjar prattiċi għas-sejba u l-prevenzjoni, kemm matul il-kontrolli fit-triq kif ukoll dawk fil-post tal-impriża (bħall-użu tal-cable ta' referenza, it-teknika tad-distanza fissa, ir-rilevament ta' traċċi ta' veloċità jew profili ta' distanza mhux normali, qtugħ fil-provvista tal-elettriku, siġilli imkissrin) jistgħu jitqassmu u jiġu promossi fil-komunità tal-infurzar.
Kapitolu 4: L-ispezzjonijiet tal-garaxxijiet
Il-garaxxijiet u nies tas-sengħa jipprovdu konnessjoni kruċjali fis-sigurtà tas-sistema tat-takografu, irrispettivament jekk it-tagħmir huwiex takografu analogu jew wieħed diġitali. L-approvazzjoni u l-awtorizzazzjoni tagħhom għandha tkun ibbażata fuq sett ċar ta' kriterji nazzjonali li jistabbilixxi l-affidabilità u l-kredibilità tagħhom. Għal dan l-għan qed jiġi rakkomandat li l-Istati Membri jiżguraw li l-garaxxijiet awtorizzati biex jinstallaw, jattivaw, jikkalibraw, jispezzjonaw u jsewwu t-tagħmir huma approvati, ikkontrollati regolarment, iċċertifikati u provvduti bl-aġġornamenti u bl-informazzjoni rilevanti fil-ħin. Huwa rakkomandat ukoll li l-Awtoritajiet Kompetenti jipprovdu n-nies tas-sengħa u garaxxijiet b'istruzzjonijiet u gwida ċara dwar id-doveri u r-responsabbiltajiet tagħhom, partikolarment il-ftehim tagħhom tar-rwol tagħhom fil-kuntest tas-sigurtà ġenerali tas-sistema. Huwa rakkomandat ukoll li dawk l-awtoritajiet li japprovaw lill-garaxxijiet u lill-ħaddiema tas-sengħa jipprovdu, permezz tal-Kummissjoni, lill-Istati Membri kollha, l-informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-marki fuq is-siġilli u d-dettalji u l-istatus ta' kull garaxx fuq it-territorju tagħhom.
A Il-bażi ġuridika
4.1 Il-vetturi normalment ikunu rikjesti li jmorru għand garaxx għal spezzjoni kull meta:
(a) |
it-takografu jeħtieġ li ssirlu spezzjoni b'konformità mal-annessi għar-Regolament (KE) 3821/85; |
(b) |
il-vettura ssirilha l-ispezzjoni annwali dwar jekk hijiex tajba għat-triq skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II għad-Direttiva 96/96/KE; |
(c) |
l-uffiċjali tal-kontroll jibagħtu l-vettura għand garaxx biex issirilha spezzjoni aktar dettaljata tat-tagħmir ta' reġistrazzjoni; |
(d) |
it-tagħmir ta' reġistrazzjoni jeħtieġ li jissewwa jew jinbidel. |
4.2 F'dawn l-okkażjonijiet kollha, il-garaxxijiet jew il-ħaddiema tas-sengħa jistgħu jiġu ordnati biex jikkontrollaw viżwalment jew fiżikament li t-tagħmir ta' reġistrazzjoni huwa ssiġillat u li t-tagħmir ta' reġistrazzjoni għandu kemm il-plakka spjegattiva tal-manufattur kif ukoll il-plakka tal-installazzjoni.
4.3 Il-garaxxijiet jistgħu jiġu mfakkra regolarment mill-Awtorità Kompetenti tal-Istat Membru tagħha li kull meta jispezzjonaw u jissiġillaw mill-ġdid sistema tat-takografu, u titwaħħal plakka ta' installazzjoni, b'dan il-mod il-garaxx ikun, effettivament, jikkonferma li s-sistema hija sigura, li taħdem b'mod korrett, li tirreġistra kif suppost u li ma hemmx strumenti ta' manipulazzjoni mwaħħla mat-tagħmir.
4.4 Il-garaxxijiet jistgħu jiġu mfakkra li jistgħu jkunu qed jikkommettu ksur serju jekk konxjament jissiġillaw mill-ġdid is-sistema takografika mingħajr ma jneħħu l-istrumenti ta' manipulazzjoni l-ewwel li jkunu sabu huma stess jew jekk jitolbu li l-istrument ta' manipulazzjoni jitneħħa qabel ma jsir is-siġill mill-ġdid. Jekk iktar tard jiġi stabbilit li hemm preżenti strument ta' manipulazzjoni, irrispettivament jekk dan kienx użat jew le, u li l-garaxx issiġilla s-sistema, u waħħal plakka ta' installazzjoni, imbagħad il-garaxx u l-ħaddiema tas-sengħa individwali jistgħu jinżammu responsabbli għal ksur serju.
4.5 Huwa rakkomandat li, fid-dawl tar-rwol importanti li għandhom il-garaxxijiet u l-ħaddiema tas-sengħa rigward is-sigurtà tas-sistema, l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istat Membru jikkunsidraw sanzjonijiet xierqa li jafu jwasslu saħansitra għat-telf ta' approvazzjoni jew tal-awtorità biex tagħmel ix-xogħol fuq it-takografu, ladarba l-garaxx mhux ta' min jafda fuqu aktar.
4.6 Bil-maqlub, l-Istati Membri jistgħu jfakkru lill-garaxxijiet li huma għandhom id-dritt li jtemmu kwalunkwe spezzjoni jew kalibrazzjoni fuq kwalunkwe vettura jekk huma jissuspettaw, jew jafu, li hemm strument ta' manipulazzjoni preżenti fuq dik il-vettura. Il-garaxxijiet jistgħu jingħataw appoġġ mill-Awtorità Kompeteti jekk il-garaxx jinsisti li qabel ma titkompla l-ispezzjoni, l-ewwel jitneħħa l-istrument ta' manipulazzjoni. Il-garaxx dejjem jista' jirrifjuta li jissiġilla mill-ġdid il-konnessjonijiet tal-interface, jew iwaħħal kwalunkwe plakka sakemm l-istrument jinqala'.
4.7 Dawk l-Istati Membri li jikkunsidrawha bħala xierqa jistgħu jitolbu li garaxx awtorizzat jirraporta tali fatti kif spjegat minn 4.4 sa' 4.6.
4.8 Alternattivament, l-Istati Membri li ma jikkunsidrawx tali azzjoni minn garaxx bħala xierqa jistgħu minflok jordnaw lill-ħantu tax-xogħol li tali rapporti jinżammu għall-perjodu speċifiku u jkunu disponibbli għall-Awtorità Kompetenti meta jintalbu. Dan il-perjodu ta' żmien jista' jkun minimu ta' 24 xahar li jkun f'konformità mal-perjodu minimu bejn l-ispezzjonijiet tat-tagħmir.
4.9 Il-garaxxijiet jistgħu jiġu mfakkra wkoll li sempliċi tneħħija ta' strument ta' manipulazzjoni minn vettura mhux neċessarjament jeżonera lill-operatur jew lis-sewwieq minn kwalunkwe ksur, peress li x'aktarx id-dejta li ġiet reġistrata u maħżuna qabel fuq il-vettura tal-unità u fuq il-kards tas-sewwieq individwali tista' tkun diġà ġiet manipulata. Jekk ma jirrapurtawx il-każ, il-garaxxijiet infushom jistgħu jkunu qed jagħtu l-kontribut tagħhom għal kull kwalunkwe offiża mwettqa minn dawk l-operaturi jew is-sewwieqa u jistgħu jistennew li jeħlu l-istess kastigi jekk jinqabdu.
4.10 Madankollu, il-garaxxijiet u l-ħaddiema tas-sengħa jistgħu jirraportaw l-użu jew il-preżenza ta' strumenti ta' manipulazzjoni lill-Awtorità Kompetenta tagħhom li, min-naħa tagħha, tista', pereżempju, tikkunsidra kumpens jew skemi ta' inċentiv biex tħeġġeġ lill-garaxxijiet biex jipprovdu informazzjoni li tikkontribwixxi għar-rilevament u l-prevenzjoni ta' strumenti ta' manipulazzjoni jew kwalunkwe tip ieħor ta' attakki fuq is-sistema.
4.11 Il-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin mhumiex eżawrjenti u jista' jkun hemm ċirkostanzi fejn l-applikazzjoni ta' tali rakkomandazzjonijiet ma tkunx tista' tikseb ir-riżultat mixtieq (pereżempju, f'każijiet fejn il-cable ta' referenza (sezzjoni 1.23) ma jkunx jista' jiġi konness mas-sonda tal-moviment). F'tali ċirkustanzi, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw metodi alternattivi li huma effettivi daqshom. Tali miżuri alternattivi jistgħu jitqassmu b'mod aktar wiesa' fost il-komunità tal-infurzar.
4.12 Barra minn hekk, peress li dawn il-linjigwida jkopru ż-żewġ tipi ta' takografi kif definiti bir-Regolament (KE) 3821/85 u l-annessi tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jkollhom metodi, proċeduri u linji gwidi diġà stabbiliti li jikkonċernaw il-kontrolli ta' takografi analogi u r-rilevament ta' strumenti ta' manipulazzjoni. Il-linjigwida f'din ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex, għalhekk, tidher li qed tieħu post jew tnaqqas minn dawk il-miżuri diġà stabbiliti, iżda tkun ta' appoġġ ulterjuri għalihom, b'mod partikolari b'referenza għat-takografu diġitali, meta l-metodoloġija tista' tkun differenti, iżda l-objettiv jibqa' l-istess. Huwa rakkomandat li fejn il-miżuri għall-kontroll tat-takografi analogi diġà jinsabu fis-seħħ, jistgħu, fejn jixraq, jiġu estiżi biex jinkludu dawk diġitali wkoll. Pereżempju, is-sitwazzjonijiet li jikkonċernaw il-ħlas lill-garaxxijiet għat-twettiq ta' xogħol speċifiku mogħti lilhom mill-uffiċjali tal-kontroll li jkunu bagħtu vetturi għand garaxx awtorizzat.
B Is-siġilli miksura jew in-nuqqas tagħhom
4.13 Il-garaxxijiet jistgħu jikkontrollaw jekk hemmx siġilli nieqsa, miksura jew bil-ħsara.
4.14 Il-vettura ma għandix, taħt l-ebda ċirkustanza, tiġi ssiġillata mill-ġdid jew tinħarġilha plakka ta' installazzjoni sakemm din is-sistema ma tkun ġiet irrestawrata biex tilħaq il-ħtiġiet tar-Regolament.
4.15 Il-garaxxijiet jistgħu jirreġistraw il-fatt li s-siġilli huma nieqsa fuq ir-rapport ta' spezzjoni jew ir-reġistru u jwettqu kontrolli ulterjuri (bħall kontroll tal-cable ta' referenza) u spezzjonijiet biex jassiguraw li ma hemmx strumenti ta' manipulazzjoni preżenti fuq il-vettura.
4.16 Jekk, kif previst minn Kapitolu V (4) tal-Anness I, u r-Rekwiżit 252 tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) 3821/85, is-siġilli jkunu tneħħew f'każ ta' emerġenza jew biex jiġi installat jew jissewwa strument li jillimita l-veloċità, għal kull okkażjoni li jkun tkisser siġill, trid tiġi ppreparata stqarrija bil-miktub li tagħti r-raġuni għal azzjoni tali u trid tkun disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti.
4.17 Jekk dan ma jsirx, il-garaxx jista' jwettaq kontroll komplut, b'dawn il-metodi rakkomandati u jirraporta lill-Awtorità Kompetenti xi jkun sar eżattament u xi jkun instab.
C L-analiżi tar-reġistri tad-dejta
4.18 Speċifikament għat-takografu diġitali, id-dejta li tkun tniżżlet, bil-firma diġitali fejn possibli, fil-garaxx u inkorporata fir-rapport ta' verifika għanda taqbel mar-rekwiżiti li jinsabu fis-sezzjoni 4.4 (Il-Miri ta' Sigurtà tas-Sonda ta' Moviment) u s-sezzjoni 4.4 (Il-Miri ta' Sigurtà tal-Unità tal-Vettura) tal-l-Appendiċi 10 tal-Anness IB għar-Regolament (KEE) 3821/85. L-Appendiċi 1 jipprovdi l-lista sħiħa tal-informazzjoni fir-rapport ta' verifika.
4.19 Il-garaxx jista' jniżżel ukoll u janalizza il-Fajl ta’ Dejta tal-Avvenimenti u l-Ħsarat, li hemm dwar l-unità tal-vettura. Dawn l-avvenimenti u d-difetti jinkludu pereżempju (ara wkoll il-lista sħiħa fl-Appendiċi 2):
— |
l-attentati ta' ksur tas-sigurtà; |
— |
difett fl-awtentikazzjoni tas-sonda tal-moviment; |
— |
tibdil mhux awtorizzat tas-sonda tal-moviment; |
— |
ftuħ mhux awtorizzat tal-kaxxa; |
— |
interruzzjonijiet tal-provvista tal-elettriku |
— |
jew difett tas-sonda. |
4.20 Is-sejba tal-użu ta' strument ta' manipulazzjoni wara li jkun tneħħa hija wkoll diffiċli biex tistabbilixxi. Madankollu, kontroll tal-Il-Fajl tal-Avvenimenti u d-difetti jista' juri okkażjonijiet fejn kien hemm interruzzjonijiet tal-provvista tal-elettriku, li ma jistgħux jiġu spjegati. Barra minn hekk, studju tat-traċċa ta' veloċità dettaljata jista' jindika anormalitajiet tas-sinjal tal-veloċità. Tnaqqis tal-veloċità u aċċelerazzjonijiet mhux realistiċi jistgħu jkunu sintomi li ġejjin meta wieħed jitfi u jixgħel strument ta' manipulazzjoni
4.21 Fiċ-ċirkustanzi kollha l-garaxxijiet jistgħu jistampaw u jwaħħlu l-karta stampata mar-rapport ta' spezzjoni jew mar-reġistru (ara Kapitolu 4) u, fejn xieraq, jirreferu għal kwalunkwe dejta li tniżżlet permezz tal-kard tal-garaxx.
4.22 Jekk id-dejta mill-unità tal-vettura ma tistax titniżżel permezz tal-kard tal-garaxx, l-unità tal-vettura tista' tiġi kkunsidrata li għandha l-ħsara jew imkissra. F'każijiet tali il-garaxxijiet jistgħu jippruvaw jirranġaw it-tagħmir. Jekk tali attentati ta' tiswija xorta ma jwasslux għall-possibbiltà li tniżżel id-dejta, għandu jinħareġ ċertifikat ta' nuqqas ta' kapaċità li tniżżel.
4.23 Huwa rakkomandat ukoll li s-sewwieqa jżommu magħhom kwalunkwe ċertifikat ta' nuqqas ta' kapaċità li tniżżel maħruġ lilhom mill-garaxx, f'każ li jiġu kkontrollati aktar tard meta jkunu qed jużaw vettura b'takografu diġitali bil-ħsara. Barra minn hekk huwa rakkomandat li, jekk is-sewwieq ibiddel l-vetturi, tali ċertifikati jibqgħu mal-vetturi sakemm l-impriża tat-trasport tkun tista' tieħu l-irċevuta taċ-ċertifikat bħala parti mill-obbligi ġenerali taż-żamma tar-reġistri u jkun jista' jsewwi t-tagħmir.
D Il-kontroll tat-tqabbil f'par bejn is-sonda tal-moviment u l-unità tal-vetturi
4.24 Jekk mill-aħħar spezzjoni li tkun saret tinstab xi dejta spjegata fis-sezzjoni ta' qabel, il-garaxx jkun jista' jqabbel bejn id-dejta ta' identifikazzjoni tas-sonda ta' moviment mis-sonda ta' moviment li hemm mqabbda mal-gearbox ma' dik tas-sonda ta' moviment ma’ dik imqabbda f’par rreġistrat fl-unità tal-vettura.
4.25 L-użu ta' cable ta' referenza huwa mezz effettiv ta' kif jista' jiġi eżaminat jekk kinux ġew installati ċerti tipi ta' strumenti ta' manipulazzjoni fil-karozza. Il-cable ta' referenza huwa mqabbad fuq wara tal-unità tal-vettura, u t-tarf l-ieħor konness mas-sonda ta' moviment. Jekk is-sonda ta' moviment fil-gearbox ma tkunx tqabbdet f'par mal-unità tal-vettura, dan iwassal għal “każ ta' żball fid-dejta tal-moviment” jew għal difett fis-sonda. Dan il-messaġġ se jindika il-preżenza ta' strument ta' manipulazzjoni. F'każ bħal dan, il-vettura tista' tiġi kkontrollata għal strumenti moħbija.
4.26 Alternattivament, matul il-kontroll, is-sonda ta' moviment tista’ tinqala' jew titneħħa. Jekk is-sistema tat-takografu diġitali ma tkunx imbagħbsa, jidher messaġġ ta' żball (sonda ta' moviment mhux preżenti). Jekk, madankollu, ma jkunx hemm tali messaġġ ta' żball, dan ikun jindika l-preżenza ta' sonda ta' moviment ieħor moħbi jew xi strument ta' manipulazzjoni elettroniku ieħor.
4.27 Ta' min jinnota li qabel ma titnuża t-teknika tal-cable ta' referenza, tekniċi tal-garaxx (jew uffiċjali tal-kontroll) għandhom idaħħlu il-kard tal-garaxx tagħhom (jew il-kard tal-kontroll) sabiex tkun provduta spjegazzjoni ta' għala ġie stimulat “każ ta' interruzzjoni tal-provvista tal-elettriku” u għala ġie rreġistrat fuq il-Fajl tal-Każijiet u tal-Ħsarat tal-unità tal-vettura. Jekk dan ma jsirx tista' tingħata indikazzjoni żbaljata matul spezzjoni fil-ġejjieni li jew is-sewwieq jew l-operatur setgħu għamlu attentat ta' attakk fuq is-sigurtà tas-sonda ta' moviment.
4.28 Alternattivament, għalkemm mhux dejjem possibli, il-marki fuq is-sonda tal-moviment fuq il-gearbox jistgħu jitqabblu mad-dejta ta' identifikazzjoni tas-sonda ta' moviment, tas-sonda tal-moviment mqabbda f'par irreġistrata fl-unità tal-vettura. Għalhekk il-garaxxijiet jistgħu jieħdu waħda minn dawn l-azzjonijiet:
— |
Iqabblu l-informazzjoni rreġistrata fuq il-plakka ta' installazzjoni mal-informazzjoni li hemm fir-reġistru tal unità tal-vettura. Jekk jinstab xi nuqqas ta' qbil f'dik l-informazzjoni, jistgħu jiġu infurmati l-Awtoritajiet tal-Infurzar tal-Istat Membru u l-inċident jiġi reġistrat fuq ir-rapport ta' spezzjoni u r-reġistru ta' spezzjoni. |
— |
Jitqabbel in-numru ta' identifikazzjoni tas-sonda tal-moviment stampat fuq il-qafas tas-sonda ta' moviment bl-informazzjoni li hemm fir-reġistru tal-unità tal-vettura. Jekk hemm bżonn tista' tintuża għodda għal eżami elettroniku biex tivverifika l-identifikazzjoni elettronika tas-sonda tal-moviment. Fejn jinstab xi nuqqas ta' qbil tan-numri ta' identifikazzjoni wieħed jista' jassumi li hemm imqabbad strument ta' manipulazzjoni. L-Awtoritajiet tal-Infurzar tal-Istat Membru jistgħu jiġu infurmati u l-inċident jiġi reġistrat fuq ir-rapport ta' spezzjoni u r-reġistru ta' spezzjoni. |
E Il-proċeduri speċjali b'riżultat ta' kontroll fit triq
4.29 l-Uffiċjali tal-Kontroll setgħu jkunu bagħtu vettura suspettuża għand garaxx. Fit-tali ċirkustanzi, l-uffiċjali tal-kontroll jistgħu l-ewwel jordnaw lill-garaxxijiet u lin-nies tas-sengħa biex iniżżlu kull fajl ta' dejta mill-unità tal-vettura. Dawn il-fajls jinkludu l-Fajl Ġenerali, il-Fajl Dettaljat tal-Veloċità, il-Fajl Tekniku, u il-Fajl tal-Avvenimenti u d-Difetti. Il-firma diġitali xierqa trid takkumpanja fajls tali.
4.30 Tista' ssir verifika sħiħa tad-dejta reġistrata kif ukoll tal-mezzi tekniċi (cable tar-referenza, verifika tas-siġilli...).
4.31 Jekk jinstabu inkonsistenzi serji iżda mingħajr ma jinstabu l-istrumenti ta' manipulazzjoni, jista' jiġi konkluż li ġie użat u mneħħi strument ta' manipulazzjoni. F'każ tali, l-uffiċjal ta' kontroll għandu jinforma lill-korp għall-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-infurzar, skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/22/KE u/jew il-korp għar-relazzjonijiet intra-komunitarji, skont l-Art 7 tal-istess Direttiva, jekk il-vettura hi reġistrata fi Stat Membru ieħor. Dan jista' jwassal għal investigazzjoni ulterjuri safejn tikkonċerna l-vettura tal-impriża.
Kapitolu 5: Ir-rapport u l-verifika tal-garaxxijiet
5.1 Il-garaxxijiet jistgħu ifasslu rapport ta' spezzjoni għal kull spezzjoni ta' vettura waħda meta jeħtieġ li jiġi spezzjonat tagħmir ta' reġistrazzjoni, kemm jekk l-ispezzjoni hija parti minn spezzjoni perjodika, kif ukoll jekk hi talba speċifika tal-awtorità nazzjonali kompetenti. Huma jistgħu jirreġistraw ukoll il-lista tar-rapporti ta' spezzjonijiet f'reġistru.
5.2 Ir-rapport ta' spezzjoni jista' jinżamm mill-garaxx għall-perjodu minimu ta' sentejn minn meta jkun sar ir-rapport u, kull meta jkun mitlub li jsir hekk mill-awtorità nazzjonali kompetenti, iqiegħed għad-dispożizzjoni ir-reġistrazzjonijiet kollha tal-ispezzjonijiet u tal-kalibrazzjonijiet għal dak il-perjodu.
5.3 Sejbiet tali magħmula mill-garaxxijiet awtorizzati, (reġistrazzjonijiet ta' siġilli miksura, bil-ħsara jew dawk neqsin; plakek neqsin; informazzjoni mhux kompluta jew dik li ma taqbilx ma' dak li ġie rreġistrat fuq l-unità tal-vettura u dak li kien hemm fuq is-sonda tal-moviment u; kwalunkwe skoperta ta' strumenti ta' manipulazzjoni; kopji tal-karti stampati relatati mal-Fajl tal-Każijiet u tad-Difetti u kwalunkwe karta stampata rilevanti oħra, pereżempju, jiffurmaw parti mill-format ta' rappurtaġġ regolari u l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istat Membru huma mħeġġa biex jiżguraw li fil-fatt dan hu l-każ.
5.4 In-nuqqas li l-garaxxijiet ma jipprovdux rapporti ta' spezzjoni kompluti kif suppost jista' jiġi kkunsidrat mill-Istati Membri bħala ksur tar-regoli li jista' jwassal għat-tneħħija tal-awtorizzazzjoni tal-garaxx.
5.5 L-Istati Membri jistgħu jwettqu verifiki tar-rapporti tal-ispezzjonijiet u r-reġistri tal-garaxxijiet mill-inqas darba kull sentejn. Tali verifiki jistgħu jinkludu kontrolli każwali tar-rapporti ta' spezzjoni relatati mal-ispezzjoni u l-kalibrazzjoni tat-takografi diġitali. Il-kards tal-garaxxijiet jistgħu jiġu vverifikati, u mniżżla regolarment biex jiġi evitat li d-dejta tintilef jew titħassar peress ssir reġistrazzjoni ġdida fuqha.
— |
kontrolli fiżiċi tas-siġilli, il-plakek tal-installazzjoni u tal-manufattur
|
— |
analiżi tal-fajls tad-dejta mniżżla, speċjalment il-Fajl tal-Każijiet u tad-Difetti
|
— |
jew fejn jixraq eżami bit-teknika tal-cable ta' referenza
|
Kapitolu 6: Id-dispożizzjonijiet finali
6.1 Ir-rilevament u l-prevenzjoni tal-użu ta' strumenti biex isiru atti ta' frodi fuq is-sitema tat-takografu huwa proċess kontinwu u wieħed li jeħtieġ viġilanza kostanti fl-indirizzar. Hekk kif it-teknoloġija qed tavvanza, l-istess jagħmlu l-metodi u theddid maħluqa biex jegħlbu s-sistema Għal dan il-għan dawk kollha involuti fis-sigurtà tas-sistema tat-takografu, kemm jekk huma uffiċjali tal-kontroll, garaxxijiet u nies tas-sengħa approvati, u anki jekk huma operaturi u sewwieqa leġittimi u jirrispettaw il-liġi, kollha għandhom rwol.
6.2 F'livell nazzjonali l-Istati Membri għandhom jitħeġġu biex jakkwistaw kemm jistgħu informazzjoni, sabiex jiżviluppaw l-istrateġiji tagħhom fl-indirizzar ta' theddid tali, u għandhom jiġu appoġġati bis-saħħa fit-tqassim ta' informazzjoni tali. Theddidiet ġodda jew differenti jew attentati ta' frodi fuq is-sistema għandhom jinġiebu għall-attenzjoni tal-Kummissjoni.
6.3 F'livell Komunitarju, il-Kummissjoni se tkompli teżamina mill-ġdid is-sitwazzjoni, u l-applikazzjoni tar-regoli, u tfittex l-appoġġ u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri kollha u tal-partijiet interessati tal-industrija.
(1) ITSEC - Kriterji ta' Evalwazzjoni tas-Sigurtà tat-Teknoloġija tal-Informatika, 1991.Verżjoni 1.2
(2) Noti Tekniċi taċ-ĊKR. “Ir-rapport dwar l-attakki fuq is-sigurtà tat-takografu diġitali u dwar ir-riskju assoċjat mal-introduzzjoni ta' adapters li jitwaħħlu f'vetturi żgħar”. Ċirkolazzjoni limitata għall–amministraturi tar-riskju nazzjonali (29 ta' Novembru 2007)
(3) Għandu jintuża t-TACHONET biex jintbagħtu talbiet lil awtoritajiet oħra li joħorġu l-kards
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 21/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.