ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
22ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 45/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom

4

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 46/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

5

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 47/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

7

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 48/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 49/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-12 sa tas-16 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 50/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 51/2009 tal-15 ta’ Jannar 2009 li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 52/2009 tal-21 ta' Jannar 2009 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 53/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 u IAS 1 ( 1 )

23

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 54/2009 tal-21 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 fir-rigward tal-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe

37

 

 

III   Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/42/PESK tad-19 ta’ Jannar 2009 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

39

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri ( ĠU L 190, 18.7.2002 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34)

45

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 44/2009

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni kontra l-iffalsifikar tal-euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Europej, u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 123(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Europew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Europew (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 (3) jobbliga lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u lill-istituzzjonijiet oħra relatati kollha sabiex jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-karti ta’ flus u l-muniti kollha tal-euro li huma rċevew u li dwarhom huma jkunu jafu jew għandhom raġunijiet suffiċjenti biex jaħsbu li huma foloz u biex jgħadduhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(2)

Huwa importanti li tiġi garantita l-awtentiċità tal-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-fornituri l-oħra ta’ servizzi ta’ pagament u aġenti ekonomiċi oħrajn li jieħdu sehem fit-trattament u l-kunsinna tal-karti ta’ flus u tal-muniti għandhom jikkontrollaw l-awtentiċità tal-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro li jirċievu qabel ma joħorġuhom fiċ-ċirkolazzjoni, sakemm ma joriġinawx minn istituzzjonijiet jew persuni oħra li huma wkoll suġġetti għall-obbligi ta’ kontroll jew jekk inġabru minn awtoritajiet awtorizzati li joħorġuhom. L-aġenti ekonomiċi l-oħra, bħan-negozjanti u l-każinò għandhom ikunu soġġetti ugwalment għal dawn l-obbligi meta huma jfornu f’kapaċità anċillari magni awtomatiċi tal-bank (magni għad-distribuzzjoni ta’ flus kontanti), iżda mhux ser ikunu kkonċernati b’attivitajiet li jmorru lil hinn minn dawn sekondarji. Madankollu, dawn l-aġenti ekonomiċi jeħtieġu ż-żmien biex jadattaw l-organizazzjoni interna tagħhom biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligu li jwettqu kontrolli ta’ awtentiċità. Fir-rigward tal-karti ta’ flus, il-proċeduri ddefiniti għall-Istati Membri li jkunu adottaw l-euro bħala l-munita unika tagħhom jistgħu ugwalment jikkonċernaw l-adegwatezza tal-karti ta’ flus ivverifikati għaċ-ċirkolazzjoni.

(3)

Sabiex tiġi vverifikata l-awtentiċità tal-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro, l-ewwelnett huwa meħtieġ li t-tagħmir użat għal dan il-fini jiġi aġġustat adegwatament. Għaldaqstant, jeħtieġ li l-kwantitajiet ta’ karti ta’ flus foloz u ta’ muniti foloz meħtieġa għall-aġġustamenti tat-tagħmir użat għall-kontrolli ta’ awtentiċità jkunu disponibbli fil-post fejn it-tagħmir jiġi ttestjat. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu awtorizzati t-trasferimenti tal-karti ta’ flus u muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Europea.

(4)

Iċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Europew (CTSE) ġie stabbilit formalment fi ħdan il-Kummissjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2003/861/KE (4) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2005/37/KE (5). Id-dispożizzjoni li tipprevedi li s-CTSE jikkomunika data lill-Kummissjoni m’għadhiex meħtieġa.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 huwa b’dan emendat kif ġej:

1.

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt c) huwa sostitwit bit-test li ġej:

“(c)

“istituzzjonijiet ta’ kreditu” għandhom ifissru l-istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fil-punt 1(a) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-eżerċizzju tagħhom (*).

(*)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.”;"

(b)

għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

“fornituri ta’ servizzi ta’ pagament”, għandhom ifissru l-fornituri ta’ sevizzi ta’ pagament msemmija fl-Artikolu 1(1), tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Europew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern (**).

(**)  ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1.”;"

2.

l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Obbligu tat-trasmissjoni ta’ karti ta’ flus iffalsifikati”;

(b)

is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2:

“Biex tkun iffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-karti ta’ flus tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, għandhom ikunu permessi t-trasferimenti ta’ karti ta’ flus foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni Europea. Matul it-trasport, il-karti ta’ flus foloz għandhom ikunu akkumpanjati f’kull ħin minn ordnijiet ta’ trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.”;

(ċ)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem tal-paragrafu 3:

“Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jittrasmettu lis-CAN, u, jekk ikun il-każ, lill-BĊE, biex jeżaminaw jew jivverifikaw, parti minn lott ta’ dawn il-karti ta’ flus.”.

3.

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Obbligu tat-trasmissjoni ta’ muniti ffalsifikati”;

(b)

is-sentenzi li ġejjin għandhom jiżdiedu fit-tmiem tal-paragrafu 2:

“Sabiex tiġi ffaċilitata l-verifika tal-awtentiċità tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni, huma awtorizzati t-trasferimenti ta’ muniti foloz bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Europea. Matul it-trasport, il-muniti foloz għandhom ikunu akkumpanjati f’kull ħin minn ordnijiet ta’ trasport li għal dan il-għan jaslu minn awtoritajiet, istituzzjonijiet u korpi msemmijin hawn fuq.”;

(c)

is-sentenza li ġejja għandha tiżdied fit-tmiem tal-paragrafu 3:

“Madankollu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jittrasmettu lis-CNAP, u, jekk ikun il-każ, lis-CTSE, parti minn lott ta’ dawn il-muniti biex jeżaminawh jew jittestjawh.”;

(d)

il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“4.   Is-CTSE għandu janalizza u jikklassifika kull tip ġdid ta’ munita euro ffalsifikata. Għal dan il-għan, is-CTSE għandu jkollu aċċess għad-data teknika u ta’ statistika miżmuma fil-BĊE dwar muniti tal-euro ffalsifikati. Is-CTSE għandu jgħaddi r-riżultati finali rilevanti tal-analiżi tiegħu lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u, skont l-oqsma ta’ responsabbiltà rispettivi, lill-BĊE. Il-BĊE għandu jgħaddi dan ir-riżultat lill-Europol, f’konformità mal-ftehim imsemmi fl-Artikolu 3, il-paragrafu 3.”.

4.

l-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Obbligi relattivi għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li jieħdu sehem fit-trattament u l-kunsinna lill-pubbliku ta’ karti ta’ flus u muniti”;

(b)

il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet ta’ kreditu u, fil-limitu tal-attività ta’ pagament tagħhom, il-fornituri l-oħra ta’ servizzi ta’ pagament, kif ukoll l-aġenti ekonomiċi l-oħra kollha li jieħdu sehem fit-trattament u l-kunsinna lill-pubbliku ta’ karti ta’ flus u muniti, li jinkludu:

l-istituzzjonijiet li l-attivitajiet tagħhom jikkonsistu fl-iskambju ta’ karti ta’ flus u muniti ta’ kambji differenti, bħal uffiċji tal-kambju,

it-trasportaturi ta’ fondi,

l-aġenti ekonomiċi l-oħra, bħan-negozjanti u l-każinò, involuti b’mod sekondarju fit-trattament u l-kunsinna lill-pubbliku ta’ karti ta’ flus permezz ta’ magni bankarji awtomatiċi (magni għad-distribuzzjoni ta’ flus kontanti), fil-limitu ta’ dawn l-attivitajiet sekondarji.

għandu jkollhom l-obbligu li jiżguraw l-awtentiċità tal-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro li jirċievu u jkun bi ħsiebhom li jqiegħdu mill-ġdid fiċ-ċirkolazzjoni u li joqogħdu attenti biex jinstabu flus foloz.

Għall-karti ta’ flus tal-euro, dan il-kontroll għandu jsir f’konformità mal-proċeduri ddefiniti mill-BĊE (***).

L-istituzzjonijiet u l-aġenti ekonomiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom l-obbligu li jirtiraw miċ-ċirkolazzjoni l-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro kollha li jkunu rċevew li jkunu jafu, jew li għandhom biżżejjed raġunijiet għalfejn jaħsbu li huma foloz. Huma għandhom jgħadduhom immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

(***)  Ara l-Qafas għall-kxif ta’ karti tal-flus foloz u ssortjar skond il-kondizzjoni tal-karti tal-flus minn istituzzjonijiet ta’ kreditu u cash handlers professjonali oħra, disponibbli fis-sit tal-Internet tal-BĊE hawnhekk: http://www.ecb.europa.eu/pub/pdf/other/recyclingeurobanknotes2005mt.pdf”;"

(c)

għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fl-Istati Membri li m’għandhomx l-euro bħala l-munita unika tagħhom, il-kontroll tal-awtentiċità tal-karti ta’ flus u l-muniti tal-euro għandu jsir:

jew minn persunal imħarreġ;

jew minn magna għat-trattament ta’ karti ta’ flus u muniti li tidher fil-lista ppubblikata mill-BĊE (****) għall-karti ta’ flus jew mill-Kummissjoni għall-muniti (*****).

(****)  Il-lista pubblikata mill-BĊE hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://www.ecb.int/euro/cashhand/devices/results/html/index.fr.html"

(*****)  Il-lista pubblikata mill-Kummissjoni hija disponibbli fis-sit tal-Internet hawnhekk: http://ec.europa.eu/anti_fraud/pages_euro/euro-coins/machines.pdf”;"

(d)

il-paragrafu 3 jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“3.   Mingħajr preġudizzju għad-dati stabbiliti mill-BĊE għall-applikazzjoni tal-proċeduri definiti minnu, l-Istati Membri għandhom jadottaw, mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011, id-dispożizzjonijiet leġislattivi, regolamentari u amministrattivi meħtieġa għall-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-BĊE b’dan minnufih.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Europea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 27, 31.1.2008, p. 1.

(2)  L-Opinjoni tas-17 ta’ Diċembru 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Opinjoni mogħtija bħala riżultat ta’ konsultazzjoni mhux obbligatorja.

(3)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigwrad ta’ muniti foloz ta’ l-euro (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u tistipula l-koordinazzjoni ta’ l-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti ta’ l-euro mill-iffalsifikar (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 73).


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/4


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 45/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1339/2001 li jestendi l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 li jistabbilixxi l-miżuri neċessarji għall-protezzjoni tal-euro mill-iffalsifikar għal dawk l-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Europew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Europew,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1339/2001 (1) l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 (2) ġiet estiża għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (3).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2001 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 44/2009 (4). Madankollu, jeħtieġ li l-euro jiġi protett ukoll f’dawk l-Istati Membri li m’adottawhx bħala l-valuta unika u huwa kunsiljabbli li jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan, b’rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1339/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1339/2001 huwa sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 11 tar-Regolament (KE) Nru 1338/2001 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 44/2009 (*) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li m’adottawx l-euro bħala l-munita unika tagħhom.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 11.

(2)  ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6.

(3)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap 10, Vol 1, p. 111).

(4)  Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/5


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 46/2009

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet sentenza tal-Artikolu 123(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 (2) jipprojbixxi l-midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro. L-esperjenza li nkisbet bl-implimentazzjoni tal-projbizzjoni ta’ midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro enfasizzat il-ħtieġa li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet protettivi u li tagħmel il-proċess deċiżjonali aktar trasparenti.

(2)

Il-pubbliku in ġenerali jista’ jiġi mqarraq li ċerti midalji jew tokens ikollhom status ta’ valuta legali mhux biss meta jkollhom disinn simili għall-muniti tal-euro, iżda wkoll meta jkollhom ċerti elementi tad-disinji li jidhru fuq dawn il-muniti. Għalhekk, l-elementi speċifiċi tad-disinji li jidhru fuq il-muniti tal-euro li għandhom valuta legali m’għandhomx jiġu riprodotti bil-mod li huma rappreżentati fuq il-muniti tal-euro. Barra minn hekk, is-simboli rappreżentativi tas-sovranità tal-Istat Membru li joħroġ il-muniti m’għandhomx jiġu riprodotti fuq midalji jew tokens bl-istess mod li huma rappreżentati fuq il-muniti tal-euro.

(3)

Wara li kkonsultat l-esperti fil-falsifikazzjoni tal-muniti previsti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/37/KE tad-29 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC) u tistipula l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tekniċi bil-għan li tħares il-muniti tal-euro mill-iffalsifikar (3), il-Kummissjoni tindika jekk id-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 humiex rispettati u jekk oġġett metalliku huwiex midalja jew token.

(4)

Il-kriterji speċifiċi li jiġu applikati mill-Kummissjoni għad-dikjarazzjoni tal-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni għandhom jiġu ċċarati u stabbiliti.

(5)

Ir-riskju li midalja jew token li fuqha jidhru t-termini “euro”, “ċenteżmu tal-euro” jew is-simbolu tal-euro tiġi mfixkla ma’ munita ta’ valuta legali huwa akbar meta jkun hemm ukoll valur nominali assoċjat ma’ tali midalja jew token. Għalhekk, f’każijiet bħal dawn, l-indikazzjoni “mhix valuta legali” għandha titqiegħed fuq il-wiċċ ta’ fuq jew ta’ taħt tal-midalja jew token konċernata.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendamenti

Ir-Regolament (KE) Nru 2182/2004 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 3 u 4, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ midalji u tokens, u l-importazzjoni u d-distribuzzjoni tagħhom għall-bejgħ jew għal finijiet kummerċjali oħra, huma pprojbiti fiċ-ċirkostanzi indikati hawn taħt:

(a)

meta t-termini ‘euro’, ‘ċenteżmu tal-euro’ jew is-simbolu tal-euro jidher fuq il-wiċċ tagħhom;

(b)

meta d-daqs tagħhom jaqa’ fl-istrixxa ta’ referenza; jew

(ċ)

meta fuq il-wiċċ hemm disinn simili għal:

(i)

kwalunkwe disinn, jew partijiet minnu, li jidher fuq il-wiċċ ta’ muniti tal-euro, b’mod partikolari t-termini ‘euro’ jew ‘ċenteżmu tal-euro’, it-tnax-il stilla tal-Unjoni Ewropea, ix-xbieha tar-rappreżentazzjoni ġeografika u n-numri, bl-istess mod kif jidhru fuq il-muniti tal-euro;

(ii)

dawk is-simboli li jirrappreżentaw is-sovranità nazzjonali tal-Istati Membri, bl-istess mod kif inhuma rappreżentati fuq il-muniti tal-euro, b’mod partikolari x-xbiha tal-Kap tal-Istat, l-armi, il-marki taz-zekka, il-marki tal-mastru taz-zekka, l-isem tal-Istat Membru;

(iii)

il-forma jew id-disinn tat-tarf tal-muniti tal-euro; jew

(iv)

is-simbolu tal-euro.

2.   Il-Kummissjoni għandha tindika:

(a)

jekk oġġett metalliku jistax jitqies bħala midalja jew token fis-sens tal-Artikolu 1(c);

(b)

jekk midalja jew token jaqawx fl-ambitu tal-projbizzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis, b’mod partikolari, il-kwantitajiet ta’ midalji u tokens prodotti, il-prezz tal-bejgħ, l-ippakkjar, l-iskrizzjonijiet fuq il-midalji u tokens, u r-riklamar li jsir fir-rigward tagħhom.”.

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-midalji u t-tokens li fuqhom jidhru t-termini ‘euro’, ‘ċenteżmu tal-euro’ jew is-simbolu tal-euro mingħajr valur nominali assoċjat m’għandhomx ikunu pprojbiti meta d-daqs tagħhom huwa barra mill-istrixxa ta’ referenza, sakemm il-wiċċ m’għandux disinn simili għal wieħed mill-elementi previsti fl-Artikolu 2(1)(c).”.

(3)

L-Artikolu 4 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 4

Derogi b’awtorizzazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tagħti awtorizzazzjonijiet speċifiċi li jippermettu l-użu tat-termini ‘euro’ jew ‘ċenteżmu tal-euro’, jew is-simbolu tal-euro fuq il-wiċċ tal-midalji u tat-tokens, taħt kondizzjonijiet ikkontrollati ta’ użu, sakemm ma hemm l-ebda riskju ta’ konfużjoni. F’każijiet bħal dawn, l-operatur ekonomiku kkonċernat fi Stat Membru għandu jkun identifikabbli b’mod ċar fuq il-wiċċ tal-midalja jew tat-token u, meta l-midalja jew it-token ikollha valur nominali assoċjat, l-indikazzjoni ‘mhijiex valuta legali’ għandha tkun stampata fuq il-wiċċ ta’ fuq jew ta’ taħt tal-midalja jew it-token.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha, konformement mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 283, 7.11.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 21.1.2005, p. 73. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 269M, 14.10.2005, p. 285.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/7


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 47/2009

tat-18 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2183/2004 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2183/2004 (2) estenda l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2182/2004 (3) għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fir-Regolament (KE) Nru 974/98 tat-3 Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-euro (4).

(2)

Ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2182/2004 ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2009 (5). Jeħtieġ li r-regoli dwar midalji u tokens simili għall-muniti tal-euro li jkollhom disinn simili għall-muniti tal-euro jkunu uniformi fil-Komunità kollha u huwa kunsiljabbli li jiġu adottati d-dispożizzjonijiet meħtieġa għal dan il-għan.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 2183/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2183/2004 huwa b’dan sostitwit b’li ġej:

“Artikolu 1

L-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2182/2004 kif ġie emendat mir-Regolament (KE) Nru 46/2009 (*) hija b’dan estiża għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti elenkati fl-Artikolu 1(a) r-Regolament (KE) Nru 974/98.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU C 283, 7.11.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 7.

(3)  ĠU L 373, 21.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1 (L-Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kap 10, Vol 1, p. 111).

(5)  Ara paġna 5 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 48/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fit-22 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

138,6

JO

75,8

MA

44,4

TN

134,4

TR

99,6

ZZ

98,6

0707 00 05

JO

155,5

MA

116,0

TR

132,3

ZZ

134,6

0709 90 70

MA

164,3

TR

98,4

ZZ

131,4

0805 10 20

EG

56,8

IL

49,6

MA

64,1

TN

61,5

TR

62,6

ZZ

58,9

0805 20 10

MA

91,6

ZZ

91,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,5

EG

88,6

IL

68,2

JM

93,4

PK

46,6

TR

77,2

ZZ

72,9

0805 50 10

EG

52,5

MA

67,1

TR

63,2

ZZ

60,9

0808 10 80

CN

79,9

MK

32,6

TR

67,5

US

104,9

ZZ

71,2

0808 20 50

CN

66,8

KR

148,7

TR

97,0

US

118,2

ZZ

107,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 49/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-12 sa tas-16 ta’ Jannar 2009 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tat-12 sa tas-16 ta’ Jannar 2009 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4319.

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tat-12 sa tas-16 ta’ Jannar 2009 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

0

Intlaħqu

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq Lulju-Settembru 2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4331

Il-Barbados

 

09.4332

Il-Beliż

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

 

09.4336

Il-Ġeorġja

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

 

09.4339

Il-Kenja

 

09.4340

Il-Madagaskar

 

09.4341

Il-Malawi

 

09.4342

Il-Mawrizju

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

100

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo (*)

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, Iż-Żambja, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

0

Intlaħqu

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 12.1.2009-16.1.2009

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


(*)  Hekk kif definit bir-Reżoluzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta' Ġunju 1999.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 50/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 10/2009 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 4, 8.1.2009, p. 5.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mit-22 ta’ Jannar 2009

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,73

3,93

1701 11 90  (1)

24,73

9,17

1701 12 10  (1)

24,73

3,74

1701 12 90  (1)

24,73

8,74

1701 91 00  (2)

26,92

11,77

1701 99 10  (2)

26,92

7,25

1701 99 90  (2)

26,92

7,25

1702 90 95  (3)

0,27

0,38


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 51/2009

tal-15 ta’ Jannar 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Hu xieraq li jkun stipulat li informazzjoni dwar it-tariffi li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li hi marbuta mal-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għall-perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Il-kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett rettangolari kkuttunat, b’dimensjonijiet ta’ bejn wieħed u ieħor 260 ċm × 240 ċm, li jikkonsisti fi tliet saffi, iż-żewġ saffi ta’ barra tal-qoton u s-saff tan-nofs ta' mili sintetiku li jikkostitwixxi l-parti interna. Is-saff ta’ fuq għandu bordura meħjuta ta’ madwar 30 ċm wisa’, ta’ kulur kontrastanti. Is-saffi jinżammu flimkien bi ħjata dekorattiva.

(kutra ta’ fuq għas-sodda)

(Ara r-ritratt Nru 645) (*)

9404 90 90

Il-Klassifikazzjoni hija stabbilita bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, Nota 1(s) għas-Sezzjoni XI u t-test tal-kodiċijiet tan-NM 9404 , 9404 90 u 9404 90 90 .

L-oġġetti ta' friex u tagħmir ieħor li huma mimlija bi kwalunkwe materjal għandhom jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 9404 90 . Ara wkoll in-noti ta’ spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HS) għall-intestatura 9404 (B) u (B)(2), li jsemmu b’mod espliċitu l-kwilts u l-għatjiet tas-sodda.

Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 6304 hija eskluża għaliex it-Taqsima XI ma’ tkoprix oġġetti tal-friex tal-Kapitolu 94 (ara n-nota 1(s) tat-Taqsima XI). Barra minn hekk, l-intestatura 6304 teskludi oġġetti ta’ tagħmir ta’ l-intestatura 9404 bħala kutra ta’ fuq tas-sodda (ara wkoll in-Noti ta’ Spjegazzjoni ta’ l-HS għall-intestatura 6304 , it-tieni paragrafu).

Għaldaqstant l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-Kodiċi NM 9404 90 90 .

Image

(*)  Ir-ritratt huwa għal skopijiet ta' tagħrif biss.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 52/2009

tal-21 ta' Jannar 2009

li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward tal-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   TALBA GHAL REVIŻJONI

(1)

Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd (“l-applikant”), produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (‘il-pajjiż ikkonċernat’).

B.   PRODOTT

(2)

Il-prodott li tiegħu qed issir reviżjoni huwa pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom, jiġifieri xażi u hajdroliks, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, bħalissa kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u 8431 20 00. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddefiniti bħala trakkijiet b’roti li jirfdu dirgħajn forma ta' furketta li jerfgħu għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq wiċċ lixx, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta’ laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompjaw il-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, per eżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (highlifters), (ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (stackers), (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (scissor lifts); jew (iv) biex jerfgħu u jiżnu t-tagħbijiet (weighing trucks) (“il-prodott konċernat”).

C.   MIŻURI EŻISTENTI

(3)

Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 (2) li skond dan l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, inkluż il-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju anti-dumping definittiv ta’ 46,7 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b'mod speċjali li huma suġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

D.   IL-BAŻIJIET GHAR-REVIŻJONI

(4)

L-applikant jallega li hi topera taħt il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku. Hu jkompli jallega li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-perjodu ta' investigazzjoni li fuqu kienu bbażati l-miżuri anti-dumping, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004 (“il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali”) u li mhu relatat mal-ebda produtturi esportaturi tal-prodott li huma suġġetti għall-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq.

(5)

L-applikant jallega wkoll li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara t-tmiem tal-perjodu investigattiv oriġinali.

E.   IL-PROĊEDURA

(6)

Il-produtturi Komunitarji magħrufa li huma kkonċernati kienu infurmati bl-applikazzjoni ta' hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw. Ma waslu l-ebda kummenti.

(7)

Wara li eżaminat il-provi disponibbli, il-Kummissjoni ikkonkludiet li hemm provi biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' reviżjoni “esportatur ġdid”, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku Wara li waslet it-talba msemmmija isfel taħt 8(c), ikun iddeterminat jekk l-applikant joperax taħt kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku jew alternattivament jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti biex ikollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Jekk inhu hekk, il-marġini individwali ta’ dumping tal-applikant ikun ikkalkolat u, jekk jinstab li sar dumping, il-livell tad-dazju li għalih għandha tkun suġġetta l-importazzjoni tieghu fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat għandu jiġi determinat.

(8)

Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1174/2005.

(a)

Il-kwestjonarji

Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

(b)

Il-ġbir ta' tagħrif u s-smigħ ta' seduti

Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna jagħtu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-partijiet jippreżentawx ruħhom matul il-perjodu stipulat mir-Regolament attwali.

(c)

Trattament tal-ekonomija tas-suq/trattament individwali

Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, għandhom jintbagħtu talbiet sostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Din il-formula għat-talbiet tista’ tintuża mill-applikant biex jitolbu trattament individwali, jiġifieri li din tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

(d)

L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

Fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax trattament ta' ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b'ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tipproponi li terġa' tuża lill-Kanada għal dan l-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk huwa meħtieġ, anke tuża' sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f'pajjiż adattat b'ekonomija tas-suq, eż. bl-għan li jinbidel kull prezz li mhux kredibbli jew elementi ta' prezz fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk data kredibbli meħtieġa mhijiex disponibbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipproponi li tuża lill-Kanada wkoll għal dan l-għan.

F.   REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U R-REĠISTRAZZJONI TAL-IMPORTAZZJONIJIET.

(9)

Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, tali importazzjonijiet għandhom isiru suġġetti għar-reġistrazzjoni skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi assigurat li, jekk ir-riżultat tar-reviżjoni juri sejba ta' dumping b'rispett lejn l-applikant, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu imposti retroattivament mid-data tal-bidu ta' din ir-reviżjoni. L-ammont tar-responsabilitajiet ġejjiena possibbli tal-applikant ma jistax jiġi stmat f'dan l-istadju tal-proċediment.

G.   LIMITI TA' ŻMIEN

(10)

Fl-interess ta' amministrazzjoni tajba, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien li matulhom:

(a)

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu lilhom infushom magħrufa lilll-Kummissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jissottomettu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fil-premessa 8(a) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies waqt l-investigazzjoni;

(b)

il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni;

(c)

il-partijiet interessati fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Kanada li, fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

(d)

l-applikant għandu jissottometti talba ssostanzjata kif xieraq għal trattament ta' ekonomija tas-suq u/jew għal trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

H.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

(11)

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

(12)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

I.   IPPROĊESSAR TA' DEJTA PERSONALI

(13)

Huwa innotat li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi ttrattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta. (3)

J.   L-UFFIĊJAL TAS-SMIGĦ

(14)

Huwa innotat ukoll li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex iħaddmu d-drittijiet ta' difiża tagħhom, dawn ikunu jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduti tad-DĠ Kummerċ. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali li jaffettwaw il-ħarsien tal-interessi tagħhom f’din il-proċedura, b’mod partikolari fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limiti taż-żmien u t-trattament tas-sottomissjonijiet tal-fehmiet bil-miktub u/jew bil-fomm. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet tal-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websjat tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'dan qed titnieda reviżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 biex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ pallet trucks tal-idejn u l-partijiet essenzjali tagħhom li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet NM ex 8427 90 00 u ex 8431 20 00 (kodiċijiet TARIC 8427900011, 8427900019, 8431200011 u 8431200019) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Crown Equipment (Suzhou) Co. Ltd. (Kodiċi addizzjonali TARIC A929) għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament, il-pallet trucks tal-idejn għandhom ikunu trakkijiet b’roti li jirfdu l-lifting fork arms għat-tqandil tal-pallets, iddisinjati biex jiġu mbuttati, miġbuda u mmexxija bl-idejn, fuq uċuh lixxi, invell u iebes, minn operatur pedonali bl-użu ta' laċċ artikulat. Il-pallet trucks tal-idejn huma ddisinjati biss biex jgħollu t-tagħbija, billi jippompjaw il-laċċ, sa għoli biżżejjed għall-ġarr u ma għandhom l-ebda funzjoni jew użu addizzjonali ieħor bħal, per eżempju, (i) biex iġorru u jerfgħu t-tagħbija biex ipoġġuha aktar fl-għoli jew jgħinu fil-ħżin tat-tagħbija (“highlifters”),(ii) biex jistivaw pallet wieħed fuq l-ieħor (“stackers”), (iii) biex jerfgħu t-tagħbija għal livell fejn isir ix-xogħol (“scissor lifts”) jew (iv) biex jerfgħu u jiżnu t-tagħbija (“weighing trucks”).

Artikolu 2

Id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1174/2005 huwa b'dan imħassar fir-rigward tal-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.

Artikolu 3

L-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri huma b'dan ordnati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Il-partijiet interessati, biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 8(a) ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe tagħrif ieħor, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 jum mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-biċċa l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku tiddependi fuq kemm il-parti tippreżenta ruħha matul il-perjodu msemmi qabel. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.

2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni li jkunu jridu jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Kanada li hu propost bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien 10 ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Talbiet sostanzjati kif xieraq għal trattament ta' ekonomija tas-suq u/jew trattament individwali għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 40 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-email, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Ristretti”  (4) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

Kwalunkwe tagħrif li għandu x’jaqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ

Id-Direttorat H

Uffiċċju: N-105 4/92

B-1040 Brussell

Fax (32 2) 295 65 05

Artikolu 5

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Catherine ASHTON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 189, 21.7.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(4)  Dan ifisser li d-dokument ikun għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping ).


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 53/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jaddotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skond l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 u IAS 1

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 (2) ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fil-15 ta' Ottubru 2008.

(2)

Fl-14 ta’ Frar 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) ippubblika l-emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji – Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligi li Joħorġu minn Likwidazzjoni, hawn taħt imsejħa “emendi għall-IAS 32 u IAS 1”. L-emendi jeħtieġu ċerti strumenti maħruġa minn kumpaniji li jkunu attwalment ikklassifikati bħala obbligi minkejja li jkollhom il-karatteristiċi simili għall-ishma ordinarji, jiġu kklassifikati bħala ekwità. Żvelar addizzjonali jkun meħtieġ dwar dawk l-emendi u għandhom japplikaw regoli ġodda għar-riklassifikazzjoni tagħhom.

(3)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar ir-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi [Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards] fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtalità tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja [dwar ir-Rappurtar Finanzjarju] (EFRAG) (3), il-Grupp Konsultattiv dwar ir-Reviżjoni tal-Istandards qies l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-adozzjoni u ta l-parir lill-Kummissjoni li din hija bbilanċata kif xieraq u oġġettiva.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1126/2008 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1126/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 32 Strumenti Finanzjarji: Preżendazzjoni huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(2)

IAS 1 Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament;

(3)

L-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7, IAS 39 u l-Interpretazzjoni tal-Kumitat tal-Interpretazzjoni Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRIC) huma emendati skond l-emendi għall-IAS 32 u IAS 1 kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Kull kumpanija għandha tapplika l-emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1, kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament, mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda wara l-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 320, 29.11.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 32

Emendi għall-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

IAS 1

Emendi għall-IAS 1Preżentazzjoni ta' Rapporti Finanzjarji

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jista’ jinkiseb mill-IASB fuq l-internet www.iasb.org

EMENDI GĦALL-IAS 32 STRUMENTI FINANZJARJI: PREŻENTAZZJONI U L-IAS 1 PREŻENTAZZJONI TA’ RAPPORTI FINANZJARJI

STRUMENTI FINANZJARJI PUTTABLE U OBBLIGI LI JOĦORĠU MINN LIKWIDAZZJONI

Emendi lill-IFRSs

Dan id-dokument jippreżenta emendi lill-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u l-IAS 1 Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif riveduti fl-2007) u l-emendi bħala konsegwenzi lill-IFRS 7 Rapporti Finanzjarji: Żvelar, l-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili. Dan id-dokument fih ukoll emendi għall-Bażi għall-Konklużjonijiet fuq l-IAS 32 u l-IAS 1 u l-eżempji illustrattivi li jakkumpanjaw l-IAS 32. L-emendi jirriżultaw minn proposti li kienu fl-abbozz tal-espożizzjoni tal-emendi proposti għall-IAS 32 u l-IAS 1 — Strumenti Finanzjarji Puttable b’Valur Ġust u Obbligi li Joħorġu minn Likwidazzjoni stampati f’Ġunju 2006.

Entitajiet għandhom japplikaw dawn l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk l-entitajiet japplikaw dawn l-emendi għal perjodu minn qabel, għandhom jiżvelaw dan il-fatt.

Emendi għall-IAS 32

Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni

Fil-paragrafu 11 tal-Istandard, id-definizzjonijiet ta’ azzjoni finanzjarja u obbligazzjoni finanzjarja huma emendati u d-definizzjoni ta’ strument puttable hija miżjuda wara d-definizzjoni tal-valur ġust.

Definizzjonijiet (ara wkoll il-paragrafi AG3–AG23)

11

It-termini li ġejjin jintużaw f’din l-Istandard bit-tifsiriet speċifikati:

Assi finanzjarju huwa kull assi li:

(a)

(d)

Kuntratt li se jkun jew jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess u huwa:

(i)

(ii)

derivat li se jkun jew jista’ jissalda b’mod minbarra bil-kambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor għal numru fiss tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess. Għal dan l-iskop l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable kklassifikati bħala strumenti skond il-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess.

Obbligazzjoni finanzjarja hija kull obbligazzjoni li:

(a)

obbligu kuntrattwali:

(i)

għall-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor lil entità oħra; jew

(ii)

għall-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-entità; jew

(b)

kuntratt li se jkun jew jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess u huwa:

(i)

non-derivat li dwaru l-entità hija jew tista’ tkun obbligata li tagħti numru varjabbli tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess; jew

(ii)

derivat li se jkun jew jista’ jissalda b’mod minbarra bil-kambju ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor għal numru fiss tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess. Għal dan l-iskop l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess ma jinkludux strumenti finanzjarji puttable li huma kklassifikati bħala strumenti skond il-paragrafi 16A u 16B, strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skont il-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji tal-entità stess.

Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

Strument Puttable huwa strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jerġa’ jagħti l-istrument lura lill-emittent għal flus jew attiv finanzjarju ieħor jew jitqiegħed lura awtomatikament għand l-emittent fil-każ ta’ avveniment futur mhux ċert jew il-mewt jew l-irtirar tad-detentur tal-istrument.

L-intestatura qabel il-paragrafu 15 u l-paragrafu 16 hija emendata. Wara l-paragrafu 16, intestatura, il-paragrafi 16A u 16B, intestatura oħra, il-paragrafi 16C u 16D, intestatura oħra u l-paragrafi 16E u 16F huma miżjuda.

PREŻENTAZZJONI

Obbligazzjonijiet u ekwità (ara wkoll il-paragrafi AG13-AG14J u AG25–AG29A)

 

16

Meta emittent japplika d-definizzjonijiet taħt il-paragrafu 11 biex jistabbilixxi jekk strument finanzjarju hux strument azzjonarju minflok obbligazzjoni finanzjarja, l-istrument ikun strument azzjonarju jekk, u biss jekk, jitħarsu ż-żewġ kundizzjonijiet (a) u (b) ta’ hawn taħt.

(a)

(b)

Jekk l-istrument se jkun jew jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji stess tal-emittent, huwa:

(i)

(ii)

derivat li se jissalda biss mill-emittent li jkun qed jiskambja ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor għal għadd fiss tal-istrumenti azzjonarji tiegħu stess. Għal dan l-iskop l-istrumenti azzjonarji stess tal-emittent ma jinkludux strumenti li għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, jew strumenti li huma kuntratti għar-riċeviment jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji stess tal-emittent.

Obbligu kuntrattwali, inkluż wieħed li joħroġ minn strument finanzjarju derivat, li se jew jista’ jirriżulta f’riċevuta jew kunsinna futura tal-istrumenti azzjonarji stess tal-emittent, iżda ma jissodisfax il-kundizzjonijiet (a) u (b) ta' hawn fuq, m'huwiex strument azzjonarju. Bħala eċċezzjoni, strument li jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.

Strumenti Puttable

16A

Strument finanzjarju puttable jinkludi obbligu kuntrattwali għall-emittent biex jerġa’ jixtri jew jifdi dak l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor mal-eżerċizzju tal-put. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Tintitola d-detentur għal parti prorata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Il-parti prorata tkun stabbilita bi:

(i)

d-diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii)

il-multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bin-numru ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b)

L-istrument huwa taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex jaqa’ taħt din il-klassi l-istrument:

(i)

m’għandux prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii)

m’għandux bżonn ikun ikkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(ċ)

L-istrumenti finanzjarji kollha taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti għandhom karatteristiċi identiċi. Pereżempju, iridu jkunu kollha puttable, u l-formula jew metodu ieħor użat biex jikkalkula x-xiri mill-ġdid jew il-prezz tat-tifdil ikun l-istess għall-istrumenti kollha f’dik il-klassi.

(d)

Minbarra l-obbligu kuntrattwali għall-emittent biex jerġa’ jixtri jew jifdi l-istrument għal flus jew assi finanzjarju ieħor, l-istrument ma jinkludix xi obbligu kuntrattwali biex jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor għal entità oħra, jew il-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji ma’ entità oħra taħt kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-entità, u m’huwiex kuntratt li se jew li jista’ jissalda fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess kif ippreżentat fis-sottoparagrafu (b) tad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja.

(e)

Il-fluss totali mistennija tal-flus attribwit għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument huwa bbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument (esklużi xi effetti tal-istrument).

16B

Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument azzjonarji, minbarra li l-istrument ikollu l-fatturi kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt li għandu:

(a)

il-fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b)

l-effett tar-restrizzjoni sostanzjali jew l-istabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi ta’ strument puttable.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità m’għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji mad-detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16A li għandhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li huma simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità li toħroġ l-istrument. Jekk l-entità ma tistax tistabbilixxi li din il-kundizzjoni tħarset, m’għandhiex tikklassifika l-istrument puttable bħala strument azzjonarju.

Strumenti, jew komponenti ta’ strumenti, li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16C

Xi strumenti jinkludu obbligu kuntrattwali fuq l-entità li toħroġ l-istrument biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tagħha biss mal-likwidazzjoni. L-obbligu jinħoloq għax il-likwidazzjoni jew ċerta li se ssir u hija barra l-kontroll tal-entità (pereżempju, entità b’ħajja limitat), jew mhux ċert li se ssir iżda hija għażla tad-detentur tal-istrument. Bħala eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, strument li jinkludi t-tali obbligu jkun ikklassifikat bħala strument azzjonarju jekk ikollu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(a)

Tintitola d-detentur għal parti prorata tal-assi netti tal-entità fil-każ ta’ likwidazzjoni ta’ entità. L-assi netti tal-entità huma dawk l-assi li jibqa’ wara li jitnaqqsu t-talbiet l-oħra kollha fuq l-assi tagħha. Il-parti prorata tkun stabbilita bi:

(i)

d-diviżjoni tal-assi netti tal-entità mal-likwidazzjoni f’unitajiet ta’ ammont indaqs; u

(ii)

il-multiplikazzjoni ta’ dak l-ammont bin-numru ta’ unitajiet miżmuma mid-detentur tal-istrument finanzjarju.

(b)

L-istrument huwa taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti. Biex jaqa’ taħt din il-klassi l-istrument:

(i)

m’għandux prijorità fuq talbiet oħrajn fuq l-assi tal-entità mal-likwidazzjoni, u

(ii)

m’għandux bżonn ikun ikkonvertit fi strument ieħor qabel ma jkun fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti.

(ċ)

L-istrumenti finanzjarji kollha taħt il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata mal-klassijiet l-oħrajn kollha tal-istrumenti jridu jkollhom obbligu kuntrattwali identiku għall-entità li toħroġ l-istrument li tagħti parti prorata tal-assi netti tagħha mal-likwidazzjoni.

16D

Biex strument ikun ikklassifikat bħala strument azzjonarji, minbarra li l-istrument ikollu l-fatturi kollha msemmijin hawn fuq, l-emittent ma jrid ikollu l-ebda strument finanzjarju jew kuntratt li għandu:

(a)

il-fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità (esklużi xi effetti tat-tali strument jew kuntratt) u

(b)

l-effett tar-restrizzjoni sostanzjali jew l-istabbiliment tar-redditu residwu tad-detenturi tal-istrument.

Għall-iskop tal-applikazzjoni ta’ din il-kundizzjoni, l-entità m’għandhiex tikkunsidra kuntratti mhux finanzjarji mad-detentur ta’ strument deskritt fil-paragrafu 16C li għandhom termini u kundizzjonijiet kuntrattwali li huma simili għat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ kuntratt ekwivalenti li jistgħu jsiru bejn detentur mhux ta’ strument u l-entità li toħroġ l-istrument. Jekk l-entità ma tistax tistabbilixxi li din il-kundizzjoni tħarset, m’għandhiex tikklassifika l-istrument bħala strument azzjonarju.

Riklassifikazzjoni ta’ strumenti puttable u strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni

16E

Entità li tikklassifika strument finanzjarju bħala strument azzjonarju skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D mid-data meta l-istrument għandu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati f’dawk il-paragrafi. Entità għandha tirriklassifika strument finanzjarju mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiċi kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ppreżentati f’dawk il-paragrafi. Pereżempju, jekk entità tifdi l-istrumenti maħruġa mhux puttable kollha tagħha u kull strument puttable li jibqa’ mhux imħallas ikollu l-karatteristiċi u jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha taħt il-paragrafi 16A u 16B, l-entità għandha tirriklassifika l-istrumenti puttable bħala strumenti azzjonarji mid-data meta tifdi l-istrumenti mhux puttable.

16F

Entità għandha takkonta għar-riklassifikazzjoni ta’ strument skond il-paragrafu 16E kif ġej:

(a)

Għandha tirriklassifika strument azzjonarju bħala obbligazzjoni finanzjarja mid-data meta l-istrument jieqaf ikollu l-karatteristiċi kollha jew jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-obbligazzjoni finanzjarja tkun ivvalutata bħala l-valur ġust tal-istrument fid-data tar-riklassifikazzjoni. Entità għandha tirrikonoxxi fl-ekwità kull differenza bejn l-ammont miżmum fil-kotba tal-istrument azzjonarju u l-valur ġust tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

(b)

Għandha tirriklassifika obbligazzjoni finanzjarja bħala ekwità mid-data meta l-istrument ikollu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet ippreżentati fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Strument azzjonarju jkun ivvalutat bħala l-valur miżmum fil-kotba tal-obbligazzjoni finanzjarja fid-data tar-riklassifikazzjoni.

Il-paragrafi 17–19 huma emendati.

L-ebda obbligazzjoni kuntrattwali li jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor (il-paragrafu 16(a))

17

Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, karatteristika kritika fid-distinzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja minn strument azzjonarju hija l-eżistenza ta’ obbligazzjoni kuntrattwali minn parti waħda ta’ strument finanzjarju (l-emittent) jew biex jingħata flus jew assi finanzjarju ieħor għal parti oħra (id-detentur) jew il-kambju ta’ assi finanzjarji jew obbligazzjonijiet finanzjarji mad-detentur taħt il-kundizzjonijiet li huma potenzjalment sfavorevoli għall-emittent. …

18

Is-sustanza ta’ strument finanzjarju, minflok il-forma legali tiegħu, tirregola l-klassifikazzjoni tiegħu fid-dikjarazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità. Is-sustanza u l-forma legali huma normalment konsistenti, iżda mhux dejjem. Xi strumenti finanzjarji jieħdu l-forma legali tal-ekwità iżda huma obbligazzjonijiet fis-sustanza u oħrajn jistgħu jikkombinaw karatteristiċi assoċjati ma’ strumenti azzjonarji u karatteristiċi assoċjati ma’ obbligazzjonijiet finanzjarji. Pereżempju:

(a)

(b)

strument finanzjarju li jagħti d-dritt lid-detentur li jerġa’ jitfgħu għand l-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (“strument puttable”) huwa obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anke meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun stabbilit fuq il-bażi ta’ indiċi jew oġġetti ieħor li għandu l-potenzjal li jiżdied jew jonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jitfa’ l-istrument lura lill-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju, fondi ta' benefiċċju komuni mingħajr limiti, unit trusts, soċi u xi entitajiet kooperattivi jistgħu jipprovdu lid-detenturi tal-unitajiet jew il-membri tagħhom id-dritt li jifdu l-interessi tagħhom fl-emittent f'kull ħin għal flus, li twassal biex l-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-membri jkunu kklassifikati bħala obbligazzjonijiet finanzjarji, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Madankollu, il-klassifikazzjoni bħala obbligazzjoni finanzjarja ma teskludix l-użu ta’ deskrizzjonijiet bħal “valur tal-assi netti attribwiti lid-detenturi tal-unitajiet” u “t-tibdil fil-valur tal-assi netti attribwit lid-detenturi tal-unitajiet” fir-rapporti finanzjarji ta’ entità li m’għandhiex ekwità kkontribwita (bħal xi fondi ta’ benefiċċji komuni u unit trust, ara l-Eżempju Illustrattiv 7) jew l-użu ta' żvelar addizzjonali li juri li l-interessi totali tal-membri jinkludu affarijiet bħal riservi li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' ekwità u strumenti puttable li ma jaqgħux (ara l-Eżempju Illustrattiv 8).

19

Jekk l-entità m’għandhiex dritt mingħajr kundizzjonijiet li tevita l-kunsinna ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor biex tissalda obbligazzjoni kuntrattwali, l-obbligu jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Pereżempju:

Il-paragrafi 22, 23 u 25 huma emendati. Wara l-paragrafu 22, il-paragrafi 22A huwa miżjud.

Saldu fl-istrumenti azzjonarji tal-entità stess (il-paragrafu 16(b))

22

Minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A, kuntratt li se jissalda mill-entità (li tirċievi jew) bil-kunsinna ta’ numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument azzjonarju. Pereżempju, …

22A

Jekk l-istrumenti azzjonarju tal-entità stess li l-entità għandha tirċievi, jew tagħti, mas-saldu tal-kuntratt huma strumenti finanzjarji puttable bil-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16A u 16B, jew strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni bil-karatteristiċi kollha u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 16C u 16D, il-kuntratt ikun assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja. Dan jinkludi kuntratt li se jissalda mill-entità li tirċievi jew li tagħti numru fiss tat-tali strumenti minflok ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor.

23

Bl-eċċezzjoni taċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D, kuntratt li jinkludi obbligu fuq l-entità biex tixtri l-istrumenti azzjonarji tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor toħloq obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont tal-fidi (pereżempju, għall-valur preżenti tal-prezz tax-xiri lura bil-quddiem, il-prezz tal-eżerċizzju tal-opzjoni jew ammont ieħor tal-fidi). Dan ikun il-każ anke jekk il-kuntratt innifsu huwa strument azzjonarju. Eżempju wieħed …

Provvedimenti kontinġenti tas-saldu

25

Strument finanzjarju jista’ jeħtieġ li l-entità tagħti flus jew assi finanzjarju ieħor, jew inkella li tissalda b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarju, fil-każ ta’ jew in-nuqqas ta’ avvenimenti inċerti futuri (jew fuq ir-riżultat ta’ ċirkostanzi inċerti) li huwa barra l-kontroll kemm tal-emittent kif ukoll tad-detentur tal-istrument, bħal tibdil ta’ indiċi ta’ stokk tas-suq, indiċi tal-prezz tal-konsumatur, rata tal-imgħax jew rekwiżiti tat-tassazzjoni, jew id-dħul futur, id-dħul nett jew il-proporzjon tad-dejn mal-ekwità tal-emittent. L-emittent ta' tali strument m’għandux id-dritt mingħajr kundizzjonijiet li jevita li jagħti flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jissalda b’tali mod li jkun obbligazzjoni finanzjarja). Għalhekk, ikun obbligazzjoni finanzjarja tal-emittent sakemm:

(a)

il-parti tal-provvediment tas-saldu li jista’ jinqala’ li tista’ teħtieġ saldu bi flus jew b’assi finanzjarju ieħor (jew inkella b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) mhux ġenwina;

(b)

l-emittent jista’ jkun meħtieġ isalda l-obbligu bi flus jew assi finanzjarju ieħor (jew inkella jsaldi b’tali mod li tkun obbligazzjoni finanzjarja) biss fil-każ tal-likwidazzjoni tal-emittent; jew

(ċ)

l-istrument għandu l-karatteristiċi kollha u jissodisfa l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B.

Qabel il-paragrafu 96, l-intestatura hija emendata. Wara l-paragrafu 96, il-paragrafi 96A–96C huma miżjuda. Wara l-paragrafu 97B, il-paragrafu 97C huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

96A

Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, teħtieġ li strumenti finanzjarji li għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D ikunu kklassifikati bħala strument azzjonarju, emendat il-paragrafi 11, 16, 17–19, 22, 23, 25, AG13, AG14 u AG27, u daħħlet il-paragrafi 16A–16F, 22A, 96B, 96C, 97C, AG14A–AG14J u AG29A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-bidliet għal perjodu aktar qabel, għandha tiżvela dan il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 1, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 fl-istess żmien.

96B

Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni introduċiet eċċezzjoni għall-ambitu limitat; għalhekk, entità m’għandhiex tapplika l-eċċezzjoni b’analoġija.

96C

Il-klassifikazzjoni tal-istrumenti taħt din l-eċċezzjoni għandhom ikunu ristretti għall-kontabilità ta’ tali strument taħt l-IAS 1, l-IAS 32, l-IAS 39 u l-IFRS 7. L-istrument ma jitqiesx strument azzjoni taħt gwida oħra, pereżempju l-IFRS 2 Pagament ibbażat fuq l-Ishma.

97C

Meta tapplika l-emendi deskritti fil-paragrafu 96A, entità meħtieġa taqsam strument finanzjarju compost bl-obbligu li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni f’komponenti separati ta’ obbligazzjonijiet u ta’ ekwità. Jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux dovut, applikazzjoni retrospettiva ta’ dawk l-emendi għall-IAS 32 tkun tinvolvi s-separazzjoni taż-żewġ komponenti tal-ekwità. L-ewwel komponent ikun fil-qligħ imfaddal u jirrappreżenta l-imgħax kumulattiv akkreditat fuq il-komponent tal-obbligazzjoni. Il-komponent l-ieħor ikun jirrappreżenta l-komponent oriġinali tal-ekwità. Għalhekk, entità m’għandhiex bżonn tissepara ż-żewġ komponenti jekk il-komponent tal-obbligazzjoni m’għadux dovut fid-data tal-applikazzjoni tal-emendi.

Fl-Appendiċi Gwida għall-Applikazzjoni, il-paragrafi AG13 u AG14 huma emendati. Wara l-paragrafu AG14, intestatura, il-paragrafi AG14A-AG14D, intestatura oħra, il-paragrafu AG14E, intestatura oħra, il-paragrafi AG14F-AG14I, intestatura oħra u l-paragrafu AG14J huma miżjuda.

Strumenti Azzjonarji

AG13

paragrafi 16A u 16B), xi strumenti li jimponu obbligu fuq l-entità biex tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni (ara l-paragrafi 16C u 16D), xi tipi ta’ ishma privileġġati (ara l-paragrafi AG25 u AG26), u ċertifikati jew opzjonijiet miktubin ta’ xiri li jippermetti li d-detentur jabbona għal jew jixtri numru fiss ta’ ishma ordinarji mhux puttable fl-entità li qed toħroġ l-istrument minflok numru fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor. Obbligu fuq l-entità biex toħroġ jew tixtri numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor huwa strument azzjonarju tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Madankollu, jekk it-tali kuntratt fih obbligu fuq l-entità biex tħallas flus jew assi finanzjarju ieħor (minbarra għal kuntratt ikklassifikat bħala ekwità skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D), toħloq ukoll obbigazzjoni għall-valur preżent tal-ammont ta’ fidi (ara l-paragrafu AG (a)). Emittent ta' ishma ordinarji mhux puttable jassumi obbligazzjoni meta formalment jaġixxi biex jagħmel distribuzzjoni u jsir legalment obbligat lejn l-azzjonisti biex jagħmel dan. Dan jista’ jkun il-każ wara d-dikjarazzjoni ta’ dividend jew meta l-entità qed tiġi stralċjata u kull assi li jibqa’ wara li jistħallsu l-obbligazzjonijiet ikunu distributibbli lill-azzjonisti.

AG14

Opzjoni mixtri ta’ xiri jew kuntratt ieħor simili akkwistat mill-entità li jagħtiha d-dritt li terġa’ takkwista numru fiss ta’ strumenti azzjonarji tagħha stess bil-kambju tal-kunsinna ta’ ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor m’huwiex assi finanzjarju tal-entità (minbarra kif dikjarat fil-paragrafu 22A). Minflok, kull kunsiderazzjoni mħallsa għat-tali kuntratt titnaqqas mill-ekwità.

Il-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha (il-paragrafi 16A(b) u 16C(b))

AG14A

Wieħed mill-karatteristiċi tal-paragrafi 16A u 16C huwa li l-istrument finanzjarju qiegħed fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14B

Fl-istabbiliment jekk strument huwiex fil-klassi subordinata, entità tivvaluta t-talba tal-istrument fuq il-likwidazzjoni daqs li kieku kienet se tillikwida fid-data meta tikklassifika l-istrument. L-entità għandha terġa’ teżamina l-klassifikazzjoni jekk ikun bidla fiċ-ċirkostanzi relevanti. Pereżempju, jekk l-entità toħroġ jew tifdi strument finanzjarju ieħor, dan jista’ jaffettwa jekk l-istrument in kwestjoni huwiex fil-klassi tal-istrumenti li hija subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

AG14C

Strument li għandu dritt preferenzjali mal-likwidazzjoni tal-entità m’huwiex strument b’intitolament ta’ parti prorata mill-assi netti tal-entità. Pereżempju, strument għandu dritt preferenzjali fuq il-likwidazzjoni jekk jintitola d-detentur għal dividend fiss mal-likwidazzjoni, flimkien ma’ parti mill-assi netti tal-entità, meta strumenti oħrajn fil-klassi subordinata bid-dritt għal parti prorata tal-assi netti tal-entità m’għandhomx l-istess dritt mal-likwidazzjoni.

AG14D

Jekk entità għandha klassi waħda biss ta’ strumenti finanzjarji, dik il-klassi għandha tkun ittrattata daqs li kieku kienet subordinata għall-klassijiet l-oħrajn kollha.

Fluss totali mistenni tal-flus attribwiti għall-istrument tul il-ħajja tal-istrument (il-paragrafu 16A(e))

AG14E

Il-fluss totali mistenni tal-flus tal-istrument tul il-ħajja tal-istrument irid ikun ibbażat b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew it-telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew t-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità tul il-ħajja tal-istrument. Il-profitt jew telf u t-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti għandhom jitkejlu skont l-IFRSs relevanti.

Tranżazzjonijiet li jidħol fihom detentur ta' strument minbarra bħala sid tal-entità (il-paragrafi 16A u 16C)

AG14F

Id-detentur ta’ strument finanzjarju puttable jew strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni jista’ jidħol fi tranżazzjonijiet mal-entità fi rwol minbarra dak ta’ sid. Pereżempju, detentur ta’ strument jista' jkun ukoll impjegat tal-entità. Il-fluss tal-flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali tal-istrument biss li jirrelataw mad-detentur ta’ strument bħala sid tal-entità għandhom ikunu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta’ jekk l-istrument ikunx ikklassifikat bħala ekwità taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C.

AG14G

Eżempju huwa soċjetà limitata li għandha soċi limitati u ġenerali. Xi soċi ġenerali jistgħu jipprovdu garanzija lill-entità u jistgħu jkunu renumerati talli jipprovdu dik il-garanzija. F’dawn is-sitwazzjonijiet, il-garanzija u l-fluss tal-flus assoċjat jirrelataw mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala garanturi u mhux fl-irwoli tagħhom bħala sidien tal-entità. Għalhekk, din il-garanzija u l-fluss tal-flus assoċjat ma jirriżultax li s-soċi ġenerali jitqiesu subordinati mas-soċi limitati, u ma jkunux ikkunsidrati fil-valutazzjoni jekk it-termini kuntrattwali tal-istrumenti tas-soċjetà limitata u l-istrumenti tas-soċjetà ġenerali humiex identiċi.

AG14H

Eżempju ieħor huwa l-arranġament tal-qsim tal-profitt jew telf li jalloka profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument fuq il-bażi tas-servizzi mogħtija jew in-negozju ġġenerat matul is-snien kurrenti u ta’ qabel. Dawn l-arranġamenti huma tranżazzjonijiet ma’ detenturi tal-istrumenti fl-irwol tagħhom mhux ta’ sidien u m’għandhomx ikunu kkunsidrati meta l-karatteristiċi mniżżlin fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C jkunu vvalutati. Madankollu, l-arranġamenti tal-profitt jew telf li jallokaw profitt jew telf lid-detenturi tal-istrument ibbażat fuq l-ammont nominali tal-istrumenti b’relazzjoni ma’ oħrajn fil-klassi jirrappreżentaw tranżazzjonijiet mad-detenturi tal-istrument fl-irwol tagħhom bħala sidien u għandhom ikunu kkunsidrati meta l-karatteristiċi mniżżlin fil-paragrafu 16A jew fil-paragrafu 16C jkunu vvalutati.

AG14I

Il-fluss tal-flus u t-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ta’ tranżazzjoni bejn detentur ta’ strument (fl-irwol mhux ta’ sid) u l-entità li toħroġ l-istrument iridu jkunu simili għal tranżazzjonijiet ekwivalenti li tista’ ssir bejn detentur mhux ta' strument u l-entità li toħroġ l-istrument.

L-ebda strument finanzjarju ieħor jew kuntratt bi fluss totali ta’ flus li sostanzjalment jirranġa jew jirrestrinġi r-redditu residwu tad-detentur tal-istrument (il-paragrafi 16B u 16D)

AG14J

Kundizzjoni biex ekwità tkun ikklassifikata bħala strument finanzjarju li b’mod ieħor tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C hija li l-entità m’għandha l-ebda strument finazjarju ieħor jew kuntratt li għandu (a) flussi totali tal-flus ibbażati b’mod sostanzjali fuq il-profitt jew telf, it-tibdil fl-assi netti rikonoxxuti jew it-tibdil fil-valur ġust tal-assi netti rikonoxxuti u mhux rikonoxxuti tal-entità u (b) l-effett tar-restrizzjoni jew l-arranġament sostanzjali tar-redditu residwu. L-istrumenti li ġejjin, meta jkunu nnegozjati b’termini kummerċjali normali ma’ partijiet mhux relatati, mhux probabbli li jipprevenu l-istrumenti li kieku kienu jissodisfaw il-kriterji taħt il-paragrafu 16A jew il-paragrafu 16C milli jkunu kklassifikati bħala ekwità:

(a)

strumenti bi fluss totali tal-flus ibbażat b’mod sostanzjali fuq assi speċifiċi tal-entità.

(b)

strumenti bi fluss totali tal-flus ibbażat fuq il-persentaġġ tad-dħul.

(ċ)

kuntratti ddisinjati biex jippremjaw impjegati individwali għas-servizzi mogħtija lill-entità.

(d)

kuntratti li jeħtieġu l-ħlas ta’ persentaġġ insinifikanti tal-profitt għal servizzi mogħtija jew oġġetti pprovduti.

Il-paragrafu AG27 huwa emendat u wara l-paragrafu AG29, il-paragrafu AG29A huwa miżjud.

AG27

L-eżempji li ġejjin juru kif tipi differenti ta’ kuntratti fuq l-istrumenti azzjonarji tal-entità stess għandhom ikunu kklassifikati:

(a)

Kuntratt li se jissalda mill-entità li tirċievi jew tagħti numru fiss ta’ ishma tagħha stess għall-ebda kunsiderazzjoni futura, jew li se tbiddel numru fiss ta’ ishma tagħha stess għal ammont fiss ta’ flus jew assi finanzjarju ieħor, huwa strument azzjonarju (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafu 22A). Għalhekk, kull kunsiderazzjoni riċevuta jew imħallsa għat-tali kuntratt tingħadd direttament jew titnaqqas direttament mill-ekwità. Eżempju huwa l-opzjoni maħruġ ta' ishma li jagħti lill-kontroparti d-dritt li jixtri numru fiss tal-ishma tal-entità għal ammont fiss ta' flus. Madankollu, jekk il-kuntratt jitlob li l-entità tixtri (tifdi) l-ishma tagħha stess għal flus jew assi finanzjarju ieħor f’data fissa jew li tista’ tkun stabbilita jew meta mitluba, l-entità wkoll tirrikonoxxi obbligazzjoni finanzjarja għall-valur preżenti tal-ammont tal-fidi (bl-eċċezzjoni ta' strumenti li għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa l-obbligu fuq l-entità taħt kuntratt bil-quddiem li terġa’ tixtri numru fiss tal-ishma tagħha stess għal ammont fiss ta' flus.

(b)

Obbligu fuq l-entità li tixtri l-ishma tagħha stess għal flus toħloq obbligazzjoni finanzjarja fuq il-valur preżenti tal-ammont tal-fidi anke jekk in-numru ta’ ishma li l-entità hija obbligata li terġa’ tixtri mhux fiss jew l-obbligu jkun bil-kundizzjoni li l-kontroparti jeżerċita d-dritt li jifdi (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed ta’ obbligu b’kundizzjoni huwa opzjoni maħruġ li jitlob li l-entità terġa’ tixtri l-ishma tagħha stess għal flus jekk il-kontroparti jeżerċita l-opzjoni.

(ċ)

Kuntratt li jissalda bi flus jew b’assi finanzjarju ieħor huwa assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarju anke jekk l-ammont ta’ flus jew tal-assi finanzjarju ieħor li se jkun riċevut jew mogħti huwa bbażat fuq bidliet fil-press tas-suq tal-ekwità tal-entità stess (minbarra kif iddikjarat fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D). Eżempju wieħed huwa opzjoni ta’ ishma netti saldata bi flus.

(d)

AG29A

Xi tipi ta’ strumenti li jimponu obbligu kuntrattwali fuq l-entità huma kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. Il-klassifikazzjoni skond dawk il-paragrafi hija eċċezzjoni għall-prinċipji li kieku kienu jkunu applikati f’dan l-Istandard fil-klassifikazzjoni ta’ strument. Din l-eċċezzjoni m’hijiex estiża għall-klassifikazzjoni ta’ interessi bla kontroll fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati. Għalhekk, strumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond jew il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafu 16C u 16D fir-rapporti finanzjarji separati jew individwali li huma interessi mingħajr kontroll huma kklassifikati bħala obbligazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-grupp.

Emendi għall-IAS 1

Preżentazzjoni ta’ Rapporti Finanzjarji (kif riveduta fl-2007)

DEFINIZZJONIJIET

Wara l-paragrafu 8, il-paragrafi 8A huwa miżjud.

8A

It-termini li ġejjin huma deskritti fl-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni u jintużaw f’din l-Istandard bit-tifsira speċifikata fl-IAS 32:

(a)

strument finanzjarji puttable kklassifikat bħala strument azzjonarju (deskritt fil-paragrafi 16A u 16B tal-IAS 32)

(b)

strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju (deskritt fil-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32)

Informazzjoni li għandha tkun ippreżentata jew fir-rapport tal-pożizzjoni finanzjarja jew fin-noti

Wara l-paragrafu 80, il-paragrafi 80A huwa miżjud.

80A

Jekk entità rriklassifikat

(a)

strument finanzjarju puttable kklassifikat bħala strument azzjonarju, jew

(b)

strument li jimponi obbligu fuq l-entità li tagħti lil parti oħra parti prorata tal-assi netti tal-entità biss mal-likwidazzjoni u huwa kklassifikat bħala strument azzjonarju

bejn obbligazzjonijiet finanzjarji u ekwità, għandha tiżvela l-ammont irriklassifika li daħal fi jew ħareġ minn kull kategorija (obbligazzjonijiet finanzjarji jew ekwità), u ż-żmien u r-raġuni għal dik ir-riklassifika.

Wara l-paragrafu 136A, intestatura u l-paragrafu 136A huma mdaħħla. Il-paragrafu 138 huwa emendat.

Strument finanzjarju puttable kklassifikat bħala ekwità

136A

Dwar strumenti finanzjarji puttable kklassifikati bħala strumenti azzjonarji, entità għandha tiżvela (sakemm mhux żvelat x'imkien ieħor):

(a)

sommarju ta’ dejta kwantitattiva dwar l-ammont ikklassifikat bħala ekwità;

(b)

l-għanijiet, politiki u proċessi tagħha għall-ġestjoni ta’ obbligu tagħha li terġa’ tixtri jew tifdi l-istrumenti meta mitluba tagħmel dan mid-detenturi tal-istrumenti, inkluż kull tibdil mill-perjodu ta’ qabel;

(ċ)

il-fluss mistenni tal-ħruġ tal-flus mal-fidi jew ix-xiri mill-ġdid ta’ dik il-klassi ta’ strumenti finanzjarji; u

(d)

informazzjoni dwar kif il-fluss mistenni tal-ħruġ tal-flus mal-fidi jew ix-xiri mill-ġdid kien stabbilit.

Żvelar ieħor

138

Entità għandha tiżvela dan li ġej, jekk mhux żvelat x’imkien ieħor fl-informazzjoni ppubblikata mar-rapporti finanzjarji:

(a)

id-domiċilju u l-forma legali tal-entità, il-pajjiż fejn kienet iffurmata u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat (jew il-post ewlieni tan-negozju, jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat);

(b)

deskrizzjoni tan-natura tal-operazzjonijiet tal-entità u l-attivitajiet ewlenin tagħha;

(ċ)

l-isem tal-kumpanija prinċipali u l-kumpanija prinċipali aħħarija tal-grupp; u

(d)

Jekk hija entità b’ħajja limitata, informazzjoni dwar it-tul tal-ħajja tagħha.

Wara l-paragrafu 139A, il-paragrafu 139B huwa miżjud.

TRANŻIZZJONI U DATA EFFETTIVA

139B

Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, emendat il-paragrafu 138 u daħħlet il-paragrafi 8A, 80A u 136A. Entità għandha tapplika dawk l-emendi għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Applikazzjoni minn qabel hija permessa. Jekk entità tapplika l-emendi għal perjodu aktar qabel, għandha tiżvela dak il-fatt u tapplika l-emendi relatati tal-IAS 32, l-IAS 39, l-IFRS 7 u l-IFRIC 2 Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili fl-istess żmien.

Emendi għall-IFRS 7, l-IAS 39 u l-IFRIC 2

L-entitajiet għandhom japplikaw l-emendi li ġejjin għall-IFRS 7, l-IAS 39 u l-IFRIC 2 meta japplikaw l-emendi relatati tal-IAS 32 u l-IAS 1.

IFRS 7

Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Il-paragrafu 3 huwa emendat.

AMBITU

3

Din l-IFRS għandha tkun applikata mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji, minbarra:

(a)

(f)

strumenti li għandhom bżonn ikunu kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skont il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

Wara l-paragrafu 44B, il-paragrafu 44C huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44C

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 3 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafu 3 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

IAS 39

Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

Il-paragrafu 2(d) huwa emendat.

AMBITU

2

Dan l-Istandard għandu jkun applikat mill-entitajiet kollha ta’ kull tip ta’ strumenti finanzjarji minbarra:

(d)

strumenti finanzjarji maħruġa mill-entità li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ strument azzjonarju f’IAS 32 (inklużi opzjonijiet u ċertifikati) jew li jkollhom bżonn ikunu kklassifikati bħala strument azzjonarju skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Madankollu, detentur ta’ dawn l-istrumenti azzjonarji għandu japplika dan l-Istandard għal dawk l-istrumenti, sakemm ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni f’(a) ta’ hawn fuq.

Wara l-paragrafu 103E, il-paragrafu 103F huwa miżjud.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103F

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 2 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafu 2 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

IFRIC 2

Ishma tal-Membri f’Entitajiet Kooperattivi u Strumenti Simili

Fit-taqsima tar-Riferenza, in-nota fil-qiegħ tal-paġna hija emendata.

(*)

F’Awwissu 2005, l-IAS 32 kienet emendate mill-IAS 32 Strumenti Finanzjarji: Preżentazzjoni. Fi Frar 2008 l-IASB emendat l-IAS 32 billi strumenti jkollhom bżonn ikunu kklassifikati bħala ekwità jekk dawk l-istrumenti għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32.

Il-paragrafi 6 u 9 huma emendati u l-paragrafu 14A huwa miżjud.

KUNSENS

6

L-ishma tal-membri jkunu kklassifikati bħala ekwità jekk il-membri ma kellhomx id-dritt li jitolbu l-fidi huma ekwità jekk jew il-kundizzjonijiet deskritti fil-paragrafi 7 u 8 huma preżenti jew l-ishma tal-membri għandhom il-karatteristiċi kollha u jissodisfaw il-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. Demand deposits, inklużi kontijiet kurrenti, kontijiet tad-depożiti u kuntratti simili li jinħolqu meta membri jaġixxu ta’ klijenti huma obbligazzjonijiet finanzjarji tal-entità.

9

Projbizzjoni mingħajr kundizzjonijiet tista’ tkun assoluta, peress li l-fidi kollu m’huwiex permess. Projbizzjoni mingħajr kundizzjonijiet tista’ tkun parzjali, jiġifieri ma tippermettix fidi ta’ ishma tal-membri jew il-fidi se twassal biex in-numru ta’ ishma tal-membri jew l-ammont ta’ capital imħallas mill-ishma tal-membri jaqa’ taħt livell speċifikat. Ishma tal-membri aktar mill-projbizzjoni kontra l-fidi huma obbligazzjonijiet, sakemm l-entità għandha d-dritt mingħajr kundizzjonijiet li tirrifjuta l-fidi kif deskritt fil-paragrafu 7 jew l-ishma tal-membri għandhom il-karatteristiċi kollha u jħarsu l-kundizzjonijiet taħt il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D tal-IAS 32. F’xi każijiet, in-numru ta’ ishma jew l-ammont ta’ capital imħallas suġġett għal projbizzjoni tal-fidi jista’ jinbidel minn żmien għal żmien. Din il-bidla fil-projbizzjoni tal-fidi twassal għal trasferiment bejn l-obbligi finanzjarji u l-ekwità.

DATA EFFETTIVA

14A

Entità għandha tapplika l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għal perjodi annwali li jibdew minn jew wara l-1 ta’ Jannar 2009. Jekk entità tapplika Strumenti Finanzjarji Puttable u Obbligazzjonijiet li Joħorġu mil-Likwidazzjoni (Emendi għall-IAS 32 u l-IAS 1), maħruġa fi Frar 2008, għal perjodu aktar qabel, l-emendi fil-paragrafi 6, 9, A1 u A12 għandhom ikunu applikati għal dak il-perjodu ta’ aktar qabel.

Fl-Appendiċi (Eżempji tal-applikazzjoni tal-kunsens), il-paragrafi A1 u A12 huma emendati.

EŻEMPJI TA’ APPLIKAZZJONI TAL-KUNSENS

A1

Dan l-appendiċi jippreżenta seba’ eżempji tal-applikazzjoni tal-kunsens tal-IFRIC. L-eżempji ma jikkostitwux lista eżawrenti; disinji oħra tal-fatti huma possibbli. Kull eżempju jassumi li m’hemmx kundizzjonijiet minbarra dawk ippreżentati fil-fatti tal-eżempju li jkunu jeħtieġu li l-istrument finanzjarju jkun ikklassifikat bħala obbligazzjoni finanzjarja u li l-istrument finanzjarju m’għandux il-karatteristiċi kollha jew ma jissodisfax il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16c u 16D tal-IAS 32.

Eżempju 4

Klassifikazzjoni

A12

F’dan il-każ, CU750,000 ikun ikklassifikat bħala ekwità u CU150,000 ikun ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet finanzjarji. Minbarra l-paragrafi diġà msemmija, il-paragrafu 18(b) tal-IAS 32 f'parti jiddikjara:

… strument finanzjarju li jagħti d-dritt li d-detentur li jerġa’ jitfgħu għand l-emittent għal flus jew assi finanzjarju ieħor (“strument puttable”) huwa obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D. L-istrument finanzjarju huwa obbligazzjoni finanzjarja anke meta l-ammont ta’ flus jew assi finanzjarji oħrajn ikun stabbilit fuq il-bażi ta’ indiċi jew oġġetti ieħor li għandu l-potenzjal li jiżdied jew jonqos. L-eżistenza ta’ opzjoni għad-detentur li jitfa’ l-istrument lura lill-emittent ħarġu għal flus jew assi finanzjarju ieħor ifisser li l-istrument puttable jissodisfa d-definizzjoni ta’ obbligazzjoni finanzjarja, minbarra għal dawk l-istrumenti kklassifikati bħala strumenti azzjonarji skond il-paragrafi 16A u 16B jew il-paragrafi 16C u 16D.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 54/2009

tal-21 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 fir-rigward tal-ftuħ u l-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità għal ċerti ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 669/97 tal-14 ta' April 1997 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti u l-limiti tat-tariffi tal-Komunità, li jiddefinixxi d-dispożizzjonijiet dettaljati li jemendaw u jadattaw dawn il-miżuri u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1983/95 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt bejn il-KE u d-Danimarka/il-Gżejjer Faroe Nru 2/2008 (2008/957/KE) (2) emendat it-Tabelli I u II tal-Anness għall-Protokoll 1 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa u l-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Gżejjer Faroe fuq in-naħa l-oħra.

(2)

Fil-Protokoll 1 emendat tal-Ftehim hemm dispożizzjoni għal tliet kwoti tariffarji ġodda fis-sena li jkopru l-importazzjoni fil-Komunità ta' certi ħut u prodotti tal-ħut li joriġinaw fil-Gżejjer Faroe. Il-kwoti tariffarji il-ġodda għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2008. Sabiex ikunu implimentati dawn il-kwoti tariffarji ġodda, jeħtieġ li tkun aġġustata l-lista ta' ħut u prodotti tal-ħut soġġetti għall-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/97.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (3), jipprovdi għal sistema ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji, imfassla biex tintuża skont l-ordni kronoloġika tad-dati tal-approvazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali. Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u biex tkun żgurata ġestjoni effeċjenti b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faroe, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri u l-Kummissjoni, dik is-sistema ta' ġestjoni għandha tintuża għall-kwoti tariffarji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 669/97.

(4)

Għas-sena 2008, il-volumi tal-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi bażiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 2/2008 (2008/957/KE), proporzjonatament ma' dik il-parti tas-sena li tkun għaddiet qabel japplikaw il-kwoti tariffarji.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 669/97 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Skont id-Deċiżjoni (KE) 2/2008 (2008/957/KE), il-kwoti tariffarji l-ġodda għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2008. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mill-istess data.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 669/97 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-kwoti tariffarji stipulati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu amministrati skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.”

(2)

L-Anness huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fIl-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 101, 18.4.1997, p. 1.

(2)  ĠU L 338, 17.12.2008, p. 72.

(3)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 669/97 jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

In-Nru tasserje

Il-Kodiċi NM

Is-suddiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni

Ir-rata tad-dazju

Il-volum tal-kwota f'tunnellati

“09.0672

ex 0305 59 80

80

Il-Pollakkju (Pollachius Virens), immellaħ u mnixxef

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750

09.0674

ex 0307 91 00

ex 0307 99 18

ex 1605 90 30

10

10

30

Il-bronja komuni (Buccinum Undatum), ħajja, friska, imkessħa, iffriżata, ippreparata jew ippriżervata

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 400

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 1 200

09.0676

ex 0306 14 90

10

Il-granċ tal-ispeċi Geryon affinis, iffriżat

0

Mill-1.9 sal-31.12.2008: 250

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009 u mill-1.1 sal-31.12 ta' kull sena sussegwenti: 750”


III Atti adottati skont it-Trattat tal-UE

ATTI ADOTTATI SKONT IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TAL-UE

22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2009/42/PESK

tad-19 ta’ Jannar 2009

dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-UE sabiex jiġi promoss il-proċess li jwassal għat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, fil-qafas tal-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) u 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003 l-Kunsill Ewropew adotta Strateġija Ewropea ta' Sigurtà li appellat għal ordni internazzjonali bbażat fuq multilateraliżmu effettiv. L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tirrikonoxxi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti bħala l-qafas fundamentali għar-relazzjonijiet internazzjonali. It-tisħiħ tan-Nazzjonijiet Uniti, waqt li tiġi mgħammra biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha u biex taġixxi b'mod effettiv, huwa prijorità tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fis-6 ta’ Diċembru 2006 l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti adottat ir-riżoluzzjoni 61/89 intitolata “Lejn trattat dwar il-kummerċ fl-armi: l-istabbiliment ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali”.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-11 ta’ Diċembru 2006, il-Kunsill laqa' l-bidu formali tal-proċess lejn l-elaborazzjoni ta' Trattat internazzjonali legalment vinkolanti dwar il-Kummerċ fl-Armi u nnota b'apprezzament li maġġoranza ċara tal-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE, kienu appoġġaw ir-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq. Il-Kunsill afferma mill-ġdid li l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom ikollhom rwol attiv f'dan il-proċess, u ssottolinja l-importanza ta' koperazzjoni ma' Stati u organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn f'dan il-proċess.

(4)

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilixxa Grupp ta' Esperti Governattivi (GGE) ta' 28 membru biex ikompli jikkunsidra l-possibbiltà ta' Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi. Il-GGE ltaqa' matul l-2008 u ppreżenta l-konklużjonijiet tiegħu matul il-ġimgħa ministerjali tat-63 Assemblea Ġenerali. Il-Grupp ikkonkluda li kienet meħtieġa aktar konsiderazzjoni u li għandhom isiru sforzi, fuq bażi gradwali, b'mod miftuħ u trasparenti, fi ħdan il-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-GGE ħeġġeġ li għandha tingħata assistenza lill-Istati fil-bżonn, fejn tintalab, minn dawk l-Istati li qegħdin f'pożizzjoni li jipprovduha.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta’ Diċembru 2007, il-Kunsill issottolinja l-importanza tal-GGE maħtur minn NU li huwa ħeġġeġ biex il-proċess jitmexxa 'l quddiem. Il-Kunsill esprima t-twemmin sod tiegħu li strument komprensiv, legalment vinkolanti, konsistenti mar-responsabbiltajiet eżistenti tal-Istati skont il-liġi internazzjonali relevanti u li jistabbilixxi standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali, għandu jkun ta' kontribut kbir għat-trattament tal-proliferazzjoni mhux mixtieqa u mhux responsabbli ta' armi konvenzjonali.

(6)

F' Ottubru 2008 l-Ewwel Kumitat ta' l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti addotta ir-riżoluzzjoni “Lejn Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi: L-istabbiliment ta' standards internazzjonali komuni għall-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-trasferiment ta' armi konvenzjonali”. L-Istati Membri kollha ta' l-UE ko-sponsorjaw it-test.

(7)

L-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR) appoġġa dan il-proċess billi wettaq studju f' żewġ partijiet li jikkonsisti f' żewġ analiżi approfonditi ta' fehmiet tal-Istati Membri tan-NU dwar il-fattibbiltà, il-kamp tal-applikazzjoni u l-abbozz tal-parametri ta' Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi. L-analiżi tal-UNIDIR ikkontribwiet għall-avvanzar ta' diskussjonijiet dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi permezz tal-identifikazzjoni ta' oqsma ta' kunsens u diverġenza, kif ukoll ta' oqsma ttraskurati. L-analiżi serviet bħala input utli għall-GGE. Għal dawn ir-raġunijiet, hu raġonevoli li l-UNIDIR jiġi fdat bl-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet skont id-Deċiżjoni.

(8)

Abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' hawn fuq, l-UE għandha tappoġġa dan il-proċess, sabiex issaħħaħ il-ħidma li twettqet s'issa, billi tiftaħ id-dibattitu biex jiġu inklużi Stati li mhumiex membri tal-GGE, kif ukoll għal atturi oħrajn bħas-soċjetà ċivili u l-industrija, sabiex tiżviluppa l-fehim tal-kwistjoni u sabiex tikkontribwixxi għat-twessigħ tar-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-GGE,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Għall-fini ta' promozzjoni tal-proċess li jwassal lejn Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi fost pajjiżi terzi, l-Unjoni Ewropea għandha tappoġġa attivitajiet sabiex tiżviluppa l-għanijiet li ġejjin:

(a)

iżżid is-sensibilizzazzjoni minn atturi nazzjonali u reġjonali, l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, is-soċjetà ċivili u l-industrija, dwar id-diskussjonijiet internazzjonali attwali rigward it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi,

(b)

issaħħaħ l-iskop tal-Grupp ta' Esperti Governattivi (GGE) tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi u ssaħħaħ lin-Nazzjonijiet Uniti bħala l-uniku forum li jista' jagħti strument tassew universali,

(c)

tikkontribwixxi għal involviment aħjar mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet reġjonali kollha fil-proċess tat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi,

(d)

tħeġġeġ l-iskambju ta' fehmiet bejn Stati li huma parti mill-GGE u dawk li mhumiex parti minnu,

(e)

trawwem dibattitu fost l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fost dawk li mhumiex parti mill-GGE,

(f)

tippromwovi skambju ta' fehmiet fost l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, organizzazzjonijiet reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-industrija,

(g)

tidentifika elementi potenzjali, il-kamp ta' applikazzjoni kif ukoll l-implikazzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi, u

(h)

tikkondividi dawn id-dibattiti u l-fehmiet mal-komunità internazzjonali kollha.

2.   Biex jinkisbu l-għanijiet ta' hawn fuq, l-UE ser twettaq il-proġett li ġej:

l-organizzazzjoni ta' avveniment ta' tnedija, sitt seminars reġjonali, seminar konklussiv, inkluża d-disseminazzjoni tar-riżultati u avveniment sekondarju fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (l-64 laqgħa tal-AĠNU).

Deskrizzjoni dettaljata hija stabbilita fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju-Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ) għall-PESK, għandha tkun responsabbli mill-implementazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b'mod sħiħ.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2) għandha tkun imwettqa mill-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR). Hu għandu jwettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza. Għal dan il-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UNIDIR.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin infurmati regolarment dwar il-proġett, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 836 260, li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli Komunitarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tan-nefqa msemmija fil-paragrafu 2, li għandha tieħu l-forma ta' għotja. Għal dan il-għan, hi għandha tikkonkludi ftehim finanzjarju mal-UNIDIR. Il-ftehim finanzjarju għandu jistabbilixxi li l-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, adatta għad-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tipprova tikkonkludi l-ftehim finanzjarju msemmi fil-paragrafu 3 mill-aktar fis possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Hi għandha tinforma lill-Kunsill dwar id-diffikultajiet f'dak il-proċess u dwar id-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju.

Artikolu 4

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ għall-PESK, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari wara l-organizzazzjoni ta' kull seminar reġjonali u s-seminar finali mħejji mill-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR). Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b'mod sħiħ u għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni tal-proġett imsemmi fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 15-il xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim finanzjarju msemmi fl-Artikolu 3(3) jew 6 xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha sakemm l-ebda ftehim ta' finanzjament ma jkun ġie konkluż f'dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


ANNESS

1.   Għan

L-għan ġenerali ta' din id-Deċiżjoni tal-Kunsill huwa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati kollha fid-diskussjoni dwar Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi (TKA), tintegra kontributi nazzjonali u reġjonali mal-proċess internazzjonali li għaddej, u tiddentifika l-kamp ta' applikazzjoni u l-implikazzjoni ta' trattat possibbli dwar il-kummerċ.

2.   Proġett

2.1   Skop tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

iżid is-sensibilizzazzjoni minn atturi nazzjonali u reġjonali, l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, is-soċjeta ċivili u l-industrija, dwar id-diskussjonijiet internazzjonali attwali rigward it-TKA,

(b)

isaħħaħ l-iskop tal-Grupp ta' Esperti Governattivi (GGE) tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi u jsaħħaħ lin-Nazzjonijiet Uniti bħala l-uniku forum li jista' jagħti strument tassew universali,

(c)

jikkontribwixxi għal involviment aħjar mill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti u l-organizzazzjonijiet reġjonali kollha fil-proċess tat-TKA,

(d)

iħeġġeġ l-iskambju ta' fehmiet bejn Stati li huma parti mill-GGE u dawk li mhumiex parti minnu,

(e)

irawwem dibattitu fost l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fost dawk li mhumiex parti mill-GGE,

(f)

jippromwovi skambju ta' fehmiet fost l-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, l-organizzazzjonijiet reġjonali, is-soċjetà ċivili u l-industrija,

(g)

jidentifika elementi potenzjali, il-kamp ta' applikazzjoni u l-implikazzjonijiet ta' TKA, u

(h)

jikkondividi dawn id-dibattiti u l-fehmiet mal-komunità internazzjonali kollha.

2.2   Riżultati tal-proġett

Il-proġett ser:

(a)

iżid il-kuxjenza, l-għarfien u l-fehim tal-proċess tat-TKA,

(b)

jinvolvi atturi ġodda fid-dibattitu,

(c)

jikkondividi tħassib u ideat nazzjonali u reġjonali mad-diskuzzjonijiet internazzjonali, u

(d)

jagħti ideat u suġġerimenti għall-kontenut ta' TKA, b'mod partikolari dwar l-kamp ta' applikazzjoni u l-implikazzjonijiet ta' TKA.

2.3   Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett jipprevedi l-organizzazzjoni ta' avveniment ta' tnedija, sitt seminars reġjonali, seminar finali biex jippreżenta r-riżultati ġenerali u avveniment sekondarju fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (l-64 laqgħa tal-AĠNU). Is-seminar finali ser ikun strutturat kif ġej: seminar ta' ġurnata għall-pajjiżi membri tal-OSKE u seminar finali ta' ġurnata.

2.3.1   Avveniment ta' tnedija:

Ser isir avveniment ta' tnedija tul ġurnata biex jiġu preżentati l-għanijiet tal-proġett u jsiru kontributi mis-soċjetà ċivili, ir-riċerkaturi u l-NGOs biex jiġi żgurat appoġġ għall-proġett.

2.3.2   Seminars reġjonali:

1.

Is-seminars reġjonali ser isiru fuq jumejn f'post li għandu jiġi ddeterminat fir-reġjuni ta' mira. Is-seminars ser ikunu strutturati f'erba' partijiet biex jippermettu li jsiru l-preżentazzjonijiet u d-diskussjonijiet li ġejjin:

(a)

ħarsa ġenerali tat-TKA, sfond, atturi, eċċ.;

(b)

preżentazzjoni speċifika tal-proċess internazzjonali li għaddej attwalment;

(c)

diskussjoni tal-kamp ta' applikazzjoni u l-implikazzjoni ta' TKA potenzjali; u

(d)

ġbir ta' ideat għal iktar azzjoni, rakkomandazzjonijiet u suġġerimenti li jingħataw fil-proċess tat-TKA.

2.

Parteċipanti f'dawn is-seminars reġjonali għandhom jinkludu:

(a)

rappreżentanti minn pajjizi fir-reġjun,

(b)

rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet reġjonali, inklużi l-NGOs,

(c)

rappreżentanti mill-industrija lokali/reġjonali,

(d)

rappreżentanti mill-UNIDIR u l-UNODA (Fergħa għall-Armi Konvenzjonali u l-Fergħa Reġjonali, inklużi ċ-ċentri reġjonali jekk adatt),

(e)

esperti tekniċi mill-Istati Membri tal-UE, inklużi rappreżentanti mill-industrija,

(f)

rappreżentanti minn organizzazzjonijiet sħab li jistgħu jinkludu fost l-oħrajn l-Istitut ta' Riċerka ta' Stokkolma dwar il-Paċi Internazzjonali (Svezja) jew il-Fondazzjoni għar-Riċerka Strateġika (Franza).

3.

Skont id-daqs tar-reġjuni, hu mistenni li f'kull seminar ser ikun hemm parteċipazzjoni ta' bejn 30 u 40 parteċipant.

4.

Wara kull seminar, ser jiġi prodott rapport sommarju tad-diskussjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet. Dan ir-rapport sommarju ser ikun disponibbli online u fuq mezzi ta' ħżin elettroniċi.

5.

Is-seminars reġjonali ser isiru skont ir-raggruppamenti li ġejjin:

(a)

seminar għall-Afrika Ċentrali, ta' Fuq u tal-Punent,

(b)

seminar għall-Afrika tal-Lvant u t'Isfel,

(c)

seminar għall-Amerika Latina u l-Karibew

(d)

seminar għall-Asja u l-Paċifiku,

(e)

seminar għall-pajjiżi tal-OSKE,

(f)

seminar għal-Lvant Nofsani.

6.

Postijiet tentattivi ssuġġeriti għas-seminars huma:

(a)

Dakar u Najrobi jew Addis Abeba (għaż-żewġ seminars fl-Afrika),

(b)

Messiku jew Rio de Janeiro (għall-Amerika Latina u l-Karibew),

(c)

Phnom u Penh jew New Delhi (għall-Asja u l-Paċifiku),

(d)

Amman jew Kajr (għal-Lvant Nofsani),

(e)

Brussell jew Vjenna (għall-pajjizi tal-OSKE).

7.

Il-postijiet finali ser jiġu ddeterminati biex jiġu mmassimizzati r-riżorsi u l-assistenza disponibbli fil-livell lokali. Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, ser tkun responsabbli mill-aħħar għażla tal-post wara r-rakkomandazzjonijiet magħmulin mill-UNIDIR.

2.3.3   Seminar konklużiv:

Ser jiġi organizzat seminar konklużiv wara li jkunu ġew ospitati s-sitt seminars reġjonali kollha biex jiġu ppreżentati d-diskussjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u l-ideat dwar il-proċess tat-TKA lill-komunità internazzjonali. Is-seminar finali ser ikun strutturat kif ġej: seminar ta' ġurnata għall-pajjiżi membri tal-OSKE u seminar finali ta' ġurnata.

2.3.4   Avveniment sekondarju fl-Ewwel Kumitat (l-64 laqgħa tal-AĠNU)

Ser jiġi organizzat avveniment sekondarju fil-marġini tal-Ewwel Kumitat (l-64 laqgħa tal-AĠNU) biex jiġu ppreżentati r-riżultati tal-proġett sa dakinhar lill-partijiet interessati kollha mlaqqgħin fi New York.

2.3.5   Outputs - Pubblikazzjoni

Kull seminar ser jipproduċi rapport sommarju qasir tad-diskussjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet u l-ideat imressqa għal TKA. Ir-rapport tas-seminar ser ikun disponibbli online u fuq mezzi ta' ħżin ta' data elettroniċi għad-distribuzzjoni.

Ser isir rapport finali li jiġbor r-rapporti sommarji tas-sitt laqgħat reġjonali u dan ser jiġi ppreżentat għal kummenti fis-seminar konklużiv, u ser ikunu disponibbli online u fuq mezzi ta' ħżin ta' data elettroniċi għad-distribuzzjoni.

3.   Tul ta' żmien

Il-perijodu previst tal-implimentazzjoni ta' dan il-proġett hu ta' ħmistax-il xahar.

4.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji ta' dan il-proġett huma:

(a)

l-Istati Membri kollha tan-NU, b'enfasi partikolari fuq dawk li mhumiex parti mill-GGE,

(b)

is-soċjetà ċivili u l-industrija,

(c)

organizzazzjonijiet reġjonali relevanti.

5.   Entità ta' implementazzjoni

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, ser tkun responsabbli għall-implimentazzjoni u s-superviżjoni ta' dan il-proġett. Il-Presidenza ser tafda l-implimentazzjoni teknika lill-Istitut tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Riċerka dwar id-Diżarm (UNIDIR).

Fl-implimentazzjoni tal-proġett, il-UNIDIR għandu jikkoopera mal-UN-ODA, l-Istitut ta' Riċerka ta' Stokkolma dwar il-Paċi Internazzjonali (Svezja) jew il-Fondazzjoni għar-Riċerka Strateġika (Franza). Il-UNIDIR għandu, fejn xieraq, jaħdem ma' istituzzjonijiet bħall-organizzazzjonijiet reġjonali, l-NGOs u l-industrija.

Il-UNIDIR għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, adatta għad-daqs tagħha.

6.   Ammont ta' referenza finanzjarju sabiex ikopri l-ispejjeż tal-proġett

L-ispiża totali tal-proġett hija ta' EUR 836 260.


Corrigendum

22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/45


Rettifika għad-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 190, 18 ta' Lulju 2002 . Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 6, p. 34)

F'paġna 1 Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/584/JHA għandha tinqara kif ġej:

DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ġunju 2002

dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri

(2002/584/ĠAI)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(a) u (b) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

Skond il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere tal-15 u s-16 ta’ Ottubru 1999, u b'mod partikolari l-punt 35 tagħhom, il-proċedura formali ta’ l-estradizzjoni għandha tkun abolita fost l-Istati Membri fir-rigward ta’ persuni li qed jaħarbu mill-ġustizzja wara li jkunu ġew ikkundannati definittivament u l-proċeduri ta’ l-estradizzjoni għandhom jiġu mħaffin fir-rigward ta’ persuni suspettati li wettqu reat.

(2)

Il-programm ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet kriminali previst fil-punt 37 tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Tampere u adottat mill-Kunsill fit-30 ta’ Novembru 2000 (3), jindirizza l-kwistjoni ta’ l-infurzar reċiproku tal-mandati ta’ arrest.

(3)

L-Istati Membri kollha jew xi wħud minnhom huma partijiet għal numru ta’ konvenzjonijiet fil-qasam ta’ l-estradizzjoni, inkluża l-Konvenzjoni Ewropea dwar l-estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957 u l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trażżin tat-terroriżmu tas-27 ta’ Jannar 1977. L-Istati Nordiċi għandhom liġijiet dwar l-estradizzjoni b'formulazzjoni identika.

(4)

Barra dan, it-tliet Konvenzjonijiet li ġejjin li jitrattaw l-estradizzjoni fl-intier tagħhom jew f’parti ġew miftehma bejn l-Istati Membri u jagħmlu parti mill-acquis ta’ l-Unjoni: il-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (4) (fir-rigward tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma partijiet għal dik il-Konvenzjoni), il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Marzu 1995 dwar proċedura ta’ estradizzjoni simplifikata bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (5) u l-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (6).

(5)

L-għan stabbilit biex l-Unjoni ssir żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jwassal għall-abolizzjoni ta’ l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri u li din tiġi sostitwita b’sistema ta’ konsenja bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji. Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ sistema ssimplifikata ġdida ta’ konsenja ta’ persuni kkundannati jew suspettati għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ sentenzi kriminali jew biex jiġu sottoposti għal azzjoni kriminali, jagħmilha possibbli li jitneħħew il-komplessità u l-potenzjal għad-dewmien inerenti fil-proċeduri preżenti ta’ l-estradizzjoni. Ir-relazzjonijiet tradizzjonali ta’ kooperazzjoni li eżistew s’issa bejn l-Istati Membri għandhom jiġu sostitwiti b’sistema ta’ moviment liberu tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali, li tkopri kemm deċiżjonijiet qabel ma tingħata s-sentenza kif ukoll dawk finali, fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(6)

Il-mandat ta’ arrest Ewropew previst f’din id-Deċiżjoni Kwadru hi l-ewwel miżura konkreta fil-qasam tal-liġi kriminali li timplimenta l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li l-Kunsill Ewropew semma' bħala l-bażi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja.

(7)

Billi l-għan tas-sostituzzjoni tas-sistema ta’ estradizzjoni multilaterali mibnija fuq il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957 ma jistax jintlaħaq sew mill-Istati Membri li jaġixxu unilateralment u jista’ għalhekk, minħabba fl-iskala u fl-effetti tiegħu, jiġi milħuq aħjar fuq il-livell ta’ l-Unjoni, il-Kunsill jista’ jadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjietà msemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu ta’ l-aħħar, din id-Deċiżjoni Kwadru ma tmurx lil hin minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(8)

Id-deċiżjonijiet dwar l-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli suffiċjenti, li jfisser li awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru fejn il-persuna rikjesta ġiet arrestata jkollha tieħu d-deċiżjoni dwar il-konsenja tagħha.

(9)

Ir-rwol ta’ l-awtoritajiet ċentrali fl-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun limitat għall-assistenza prattika u amministrattiva.

(10)

Il-mekkaniżmu tal-mandat ta’ arrest Ewropew hu bbażat fuq livell għoli ta’ kunfidenza bejn l-Istati Membri. L-implimentazzjoni tiegħu jista’ jiġi sospiż biss fil-każ ta’ ksur serju u persistenti minn wieħed mill-Istati Membri tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, determinat mill-Kunsill skond l-Artikolu 7(1) tat-Trattat imsemmi bil-konsegwenzi stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tiegħu.

(11)

Fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jissostitwixxi kull strument preċedenti dwar l-estradizzjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet tat-Titolu III tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen li jikkonċernaw l-estradizzjoni.

(12)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tħares il-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (7), b'mod partikolari l-Kapitolu VI tiegħu. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jiġi interpretat bħala projbizzjoni tat-tiċħid tal-konsenja ta’ persuna li għaliha nħareġ mandat ta’ arrest Ewropew meta hemm raġunijiet biex jitwemmen, abbażi ta’ elementi oġġettivi, li l-mandat ta’ arrest imsemmi ġie maħruġ għall-fini ta' l-issoktar ta' l-azzjoni kriminali jew il-kastig ta’ persuna għal raġunijiet ta' sess, razza, oriġini etnika, nazzjonalità, ilsien, opinjoni politika jew orjentazzjoni sesswali, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi ppreġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

Din id-Deċiżjoni Kwadru ma twaqqafx lil Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu relatati mal-proċess ġust, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ l-espressjoni f’mezzi tax-xandir oħra.

(13)

L-ebda persuna m’għandha tiġi mneħħija, espulsa jew estradita lejn Stat fejn hemm riskju serju li tiġi soġġettata għall-piena tal-mewt, tortura jew trattament jew piena inumana jew degradanti.

(14)

Peress li l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tat-28 ta’ Jannar 1981 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali, id-data personali pproċessata fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tiġi protetta skond il-prinċipji ta’ din il-Konvenzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

KAPITOLU 1

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew u l-obbligu li jiġi esegwit

1.   Il-mandat ta’ arrest Ewropew hija deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa minn Stat Membru bl-iskop ta’ l-arrest u l-konsenja minn Stat Membru ieħor ta’ persuna rikjesta, għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jesegwixxu kwalunkwe mandat ta’ arrest Ewropew abbażi tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imniżżla fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew

1.   Mandat ta’ arrest Ewropew jista’ jinħareġ għal atti li huma punibbli mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti b'piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas 12-il xahar jew, fejn ingħatat sentenza jew ġiet magħmula ordni ta’ detenzjoni, għal sentenzi ta’ mill-inqas erba’ xhur.

2.   Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat Membru emittenti b'piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin u kif inhuma definiti mil-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti, għandhom, skond it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja ta’ l-att, iwasslu għall-konsenja skond mandat ta’ arrest Ewropew:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar ta’ bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u pornografija tat-tfal,

traffikar illeċitu fi drogi narkotiċi u sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu f’armi, munizzjon u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluż dak li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej fit-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,

laundering ta’ flus li ġejjin minn reati,

falsifikar ta’ muniti, inkluża l-euro,

reati konnessi ma' l-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu fi speċi ta’ annimali li huma fil-perikolu li jinqerdu u fi speċi u varjietajiet ta’ pjanti li huma fil-perikolu li jinqerdu,

faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,

qtil, offiżi gravi fuq il-persuna,

kummerċ illeċitu f’organi u tessuti umani,

ħtif tan-nies, restrizzjoni illegali u ħtif ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u xogħlijiet ta’ l-arti,

frodi,

intrigi ta’ qerq u estorsjoni,

falsifikazzjoni u piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament,

traffikar illeċitu f'sustanzi ormonali u affarijiet oħra li jippromovu l-iżvilupp,

traffikar illeċitu f’materjali nukleari jew radjoattivi,

traffikar f’vetturi misruqa,

stupru,

ħruq volontarju,

reati li huma fil-kompetenza tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

qbid illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru/bastimenti,

sabotaġġ.

3.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin, waqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li jżid kategoriji oħra ta’ reati mal-lista li tinsab fil-paragrafu 2. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34(3), jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

4.   Għal reati barra minn dawk koperti mill-paragrafu 2, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-atti li għalihom inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, irrespettivament mill-elementi kostitwenti jew ta’ kif inhu deskritt.

Artikolu 3

Raġunijiet għan-non-esekuzzjoni obbligatorja biex ma jiġix esegwit mandat ta’ arrest Ewropew

L-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni (minn hawn ‘il quddiem “l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni”) għandha tiċħad li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew fil-każijiet li ġejjin:

1.

jekk ir-reat li fuqu hu bbażat il-mandat ta’ arrest hu kopert minn amnestija fl-Istat Membru ta' esekuzzjoni, fejn dak l-Istat kellu ġurisdizzjoni biex jieħu azzjoni kriminali kontra r-reat skond il-liġi kriminali tiegħu;

2.

jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni hi infurmata li l-persuna rikjesta ġiet finalment ġudikata minn Stat Membru fir-rigward ta’ l-istess atti bil-kondizzjoni li, fejn kien hemm sentenza, is-sentenza ingħatat jew qed tingħata attwalment jew ma tistax tiġi esegwita iżjed taħt il-liġi ta’ l-Istat Membru li ta s-sentenza;

3.

jekk il-persuna li hi s-suġġett tal-mandat ta’ arrest Ewropew ma tistax, minħabba fl-età tagħha, tinsab kriminalment responsabbli għall-atti li fuqhom hu bbażat il-mandat ta’ arrest skond il-liġi ta’ l-Istat ta' esekuzzjoni.

Artikolu 4

Raġunijiet għan-nuqqas ta' esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew

L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew:

1.

jekk, f’wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 2(4), l-att li fuqu hu bbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew ma jikkostitwix reat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni; madankollu, fir-rigward ta’ taxxi jew dazji, regoli doganali u ta' kambju, l-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew m’għandux ikun rrifjutat għar-raġuni li l-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta' taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta’ regoli fir-rigward ta’ taxxi, dazji u regoli doganali u ta' kambju bħal-liġi ta’ l-Istat Membru li joħroġ il-mandat;

2.

fejn il-persuna li hi s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew qed tiġi pproċessata fl-Istat Membru ta' esekuzzjoni għall-istess att bħal dak li fuqu hu bbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew;

3.

fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni ddeċidew jew li ma jieħdux azzjoni kriminali għar-reat li fuqu hu bbażat il-mandat ta’ arrest Ewropew jew li jwaqqfu l-proċedimenti, jew fejn sentenza finali inatat lill-persuna rikjesta fi Stat Membru, fir-rigward ta’ l-istess atti, li ma tħalliex li jsiru proċedimenti oħra;

4.

fejn il-prosekuzzjoni kriminali jew il-piena tal-persuna rikjesta hi preskritta skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni u l-atti jaqaw fil-ġurisdizzjoni ta’ dak l-Istat Membru skond il-liġi kriminali tiegħu stess;

5.

jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni hi infurmata li l-persuna rikjesta ġiet iġġudikata finalment minn Stat terz fir-rigward ta’ l-istess atti bil-kondizzjoni li, fejn kien hemm sentenza, is-sentenza ġiet skontata jew bħalissa qed tiġi skontata jew ma tistax tiġi esegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza;

6.

jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ġie maħruġ għall-finijiet ta’ esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, fejn il-persuna rikjesta qed toqgħod fi, jew hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni u dak l-Istat jintrabat li jesegwixxi l-piena jew l-ordni ta’ detenzjoni skond il-liġi domestika tiegħu;

7.

fejn il-mandat ta’ arrest Ewropew jirrigwarda reati li:

(a)

huma kkunsidrati mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni bħala li ġew imwettqin interament jew f'parti fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni jew f’post trattat bħala tali; jew

(b)

ġew imwettqin barra mit-territorju ta’ l-Istat Membru emittenti u l-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni ma jippermettix li tittieħed azzjoni kriminali għall-istess reati mwettqin barra mit-territorju tiegħu.

Artikolu 5

Garanziji li għandhom jingħataw mill-Istat Membru f’każijiet partikolari

L-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew mill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tista’, mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li ġejjin:

1.

fejn il-mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ għall-finijiet ta’ l-esekuzzjoni ta’ piena jew ordni ta’ detenzjoni imposta minn deċiżjoni mogħtija in absentia u jekk il-persuna kkonċernata ma ġietx imħarrka personalment jew infurmata b’mod ieħor bid-data u l-post tas-smigħ li wasslet għad-deċiżjoni mogħtija in absentia, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti tagħti assigurazzjoni kkunsidrata adatta biex tiggarantixxi li l-persuna soġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew ikollha opportunità biex tapplika għal kawża mill-ġdid fl-Istat Membru emittenti u li tkun preżenti għas-sentenza;

2.

jekk ir-reat li abbażi tiegħu nħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew huwa punibbli b'piena ta’ kustodja għal għomorha jew ordni ta’ detenzjoni għal għomorha, l-esekuzzjoni ta' dan il-mandat ta’ arrest tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-Istat Membru emittenti jkollu dispożizzjonijiet fis-sistema legali tiegħu għal reviżjoni tal-piena jew tal-miżura imposta, fuq talba jew l-aktar tard wara 20 sena, jew għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ klemenza li għalihom il-persuna hi intitolata li tapplika taħt il-liġi jew prattika ta’ l-Istat Membru emittenti, bl-iskop li ma tiġix esegwita din il-piena jew il-miżura;

3.

fejn persuna li hi s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni kriminali hi ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, il-konsenja tista’ tkun soġġetta għall-kondizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemat, tiġi ritornata lill-Istat Membru ta' esekuzzjoni sabiex tiskonta hemmhekk il-piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.

Artikolu 6

Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti

1.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru emittenti li hi kompetenti biex toħroġ mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.

2.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni li hi kompetenti biex tesegwixxi l-mandat ta’ arrest Ewropew permezz tal-liġi ta’ dak l-Istat.

3.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bl-awtorità ġudizzjarja kompetenti taħt il-liġi tiegħu.

Artikolu 7

Rikors lill-awtorità ċentrali

1.   Kull Stat Membru jista’ jinnomina awtorità ċentrali jew, meta s-sistema legali tiegħu hekk tipprovdi, aktar minn awtorità ċentrali waħda biex tassisti lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.   Stat Membru jista’, jekk ikun meħtieġ bħala riżultat ta’ l-organizazzjoni tas-sistema ġudizzjarja interna tiegħu, jagħmel l-awtorità(jiet) ċentrali tiegħu responsabbli għat-trasmissjoni amministrattiva u l-wasla ta’ mandati ta’ arrest Ewropej kif ukoll għall-korrispondenza uffiċjali oħra kollha konnessa miegħu.

Stat Membru li jixtieq jagħmel użu mill-possibiltajiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandu jikkomunika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill informazzjoni konnessa ma’ l-awtorità ċentrali nominata jew l-awtoritajiet ċentrali nnominati. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha ta’ l-Istat Membru emittenti.

Artikolu 8

Kontenut u forma tal-mandat ta’ arrest Ewropew

1.   Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja stabbilita skond il-formola li tinsab fl-Anness:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna rikjesta;

(b)

l-isem, l-indirizz, in-numri tat-telefon u l-fax u l-indirizz tal-posta elettronika ta’ l-awtorità ġudizzjarja emittenti;

(c)

l-indikazzjoni ta' l-eżistenza ta’ sentenza esegwibbli, mandat ta’ arrest jew kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja esegwibbli oħra li jkollhom l-istess effett, li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1 u 2;

(d)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikolu 2;

(e)

deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom twettaq ir-reat, inkluż il-ħin, il-post u l-grad ta’ parteċipazzjoni fir-reat mill-persuna rikjesta;

(f)

il-piena imposta, jekk hemm sentenza finali, jew l-iskala ta’ pieni stabbilita għar-reat skond il-liġi ta’ l-Istat Membru emittenti;

(g)

jekk possibbli, konsegwenzi oħra tar-reat.

2.   Il-mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi tradott fil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’, meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata jew f’data aktar tard, jiddikjara f’dikjarazzjoni depositata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li hu ser jaċċetta traduzzjoni f'waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali oħra ta’ l-Istituzzjonijiet tal-Kommunitajiet Ewropej.

KAPITOLU 2

PROĊEDURA TA’ KONSENJA

Artikolu 9

Trasmissjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew

1.   Fejn il-post fejn tinsab il-persuna rikjesta hu magħruf, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ tittrasmetti l-mandat ta’ arrest Ewropew direttament lill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni.

2.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’, fi kwalunkwe każ, tiddeċiedi li toħroġ twissija għall-persuna rikjesta fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

3.   Tali twissija għandha ssir skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 95 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni. Twissija fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għandha tkun ekwivalenti għal mandat ta’ arrest Ewropew akkompanjat bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 8(1).

Għal perjodu transitorju, sakemm is-SIS tkun kapaċi titrasmetti l-informazzjoni kollha deskritta fl-Artikolu 8, it-twissija għandha tkun ekwivalenti għal mandat ta’ arrest Ewropew sakemm tasal għand l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni l-oriġinali fil-forma debita.

Artikolu 10

Proċeduri dettaljati għat-trasmissjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew

1.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti ma tafx liema hi l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni kompetenti, għandha tagħmel l-inkjesti meħtieġa, inkluż permezz ta’ punti ta’ kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew (8), sabiex tikseb dik l-informazzjoni mill-Istat Membru ta' esekuzzjoni.

2.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti hekk tixtieq, it-trasmissjoni tista’ ssir permezz tas-sistema ta’ telekomunikazzjonijiet protetta tan-Network Ġudizzjarju Ewropew.

3.   Jekk mhuwiex possibbli li s-servizzi tas-SIS jiġu msejħa, l-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ ssejjaħ lill-Interpol biex jittrasmetti mandat ta’ arrest Ewropew.

4.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ titrasmetti l-mandat ta’ arrest Ewropew permezz ta’ kwalunkwe mezz protett li jista' jipproduċi rekords bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat Membru ta' esekuzzjoni li jistabbilixxi l-awtenitiċità tiegħu.

5.   Id-diffikultajiet kollha dwar it-trasmissjoni jew l-awtentiċità ta’ kwalunkwe dokument meħtieġ għall-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhom jiġu trattati b'kuntatti diretti bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji involuti, jew, fejn adatt, bl-involviment ta’ l-awtoritajiet ċentrali ta’ l-Istati Membri.

6.   Jekk l-awtorità li tirċievi mandat ta’ arrest Ewropew mhijiex kompetenti biex taġixxi fuqu, għandha awtomatikament titrasmetti l-mandat ta’ arrest Ewropew lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tagħha u għandha tinforma lill-awtorità ġudizzjarja emittenti kif meħtieġ.

Artikolu 11

Drittijiet ta’ persuna rikjesta

1.   Meta persuna rikjesta tiġi arrestata, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni kompetenti għandha, skond il-liġi nazzjonali tagħha, tinforma lil dik il-persuna bil-mandat ta’ arrest Ewropew u bil-kontenut tiegħu, u wkoll bil-possibbiltà li tagħti l-kunsens għall-konsenja lill-awtorità ġudizzjarja emittenti.

2.   Persuna rikjesta li tiġi arrestata għall-fini ta’ l-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkollha d-dritt li tkun assistita minn avukat u minn interpretu skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni.

Artikolu 12

Iż-żamma tal-persuna f'detenzjoni

Meta persuna tiġi arrestata abbażi ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-persuna rikjesta għandhiex tibqa’ f'detenzjoni, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni. Il-persuna tista’ tiġi meħlusa proviżorjament fi kwalunkwe ħin f'konformità mal-liġi domestika ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tieħu l-miżuri kollha li tikkunsidra meħtieġa biex tippreveni li l-persuna taħrab.

Artikolu 13

Kunsens għall-konsenja

1.   Jekk il-persuna arrestata tindika li tagħti l-kunsens tagħha għall-konsenja, dak il-kunsens u, jekk adatt, rinunzja espressa għall-benefiċċju tar-“regola ta’ l-ispeċjalità”, imsemmija fl-Artikolu 27(2), għandhom jingħataw quddiem l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni, skond il-liġi domestika ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni.

2.   Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li l-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, ikunu stabbiliti b’tali mod li juri li l-persuna kkonċernata tathom volontarjament u f’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat.

3.   Il-kunsens u, fejn adatt, ir-rinunzja, kif imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom ikunu rreġistrati formalment skond il-proċedura stabbilita mil-liġi domestika ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni.

4.   Fil-prinċipju, il-kunsens ma jistax jiġi rrevokat. Kull Stat Membru jista’ jipprevedi li l-kunsens u, jekk adatt, ir-renunzja jistgħu jiġu rrevokati, skond ir-regoli applikabbli taħt il-liġi domestika tiegħu. F’dan il-każ, il-perjodu bejn id-data tal-kunsens u dik tar-revoka tiegħu m’għandux jiġi kkunsidrat fl-istabbiliment tal-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 17. Stat Membru li jixtieq li jkollu rikors għal din il-possibbiltà għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill kif meħtieġ meta din id-Deċiżjoni Kwadru tiġi adottata u għandu jispeċifika l-proċeduri li permezz tagħhom għandha tkun possibbli r-revoka tal-kunsens u kwalunkwe emenda għalihom.

Artikolu 14

Smigħ tal-persuna rikjesta

Fejn il-persuna arrestata ma tagħtix kunsens għall-konsenja tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 13, hija għandha tkun intitolata li tinstema’ mill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni, skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni.

Artikolu 15

Deċiżjoni dwar il-konsenja

1.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tiddeċiedi, fil-limiti ta' żmien u taħt il-kondizzjonijiet definiti f’din id-Deċiżjoni Kwadru, jekk il-persuna għandhiex tiġi kkonsenjata.

2.   Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni ssib li l-informazzjoni kkomunikata mill-Istat Membru emittenti mhijiex suffiċjenti biex tiddeċiedi dwar il-konsenja, għandha titlob li l-informazzjoni supplementarja meħtieġa, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-Artikoli 3 sa 5 u l-Artikolu 8, tiġi mogħtija bħala kwistjoni ta’ urġenza u tista’ tistabbilixxi limitu ta' żmien għall-wasla tagħha, waqt li tittieħed f'konsiderazzjoni l-ħtieġa li jkunu mħarsin il-limiti ta' żmien stabbiliti fl-Artikolu 17.

3.   L-awtorità ġudizzjarja emittenti tista’ fi kwalunkwe ħin titrasmetti kwalunkwe informazzjoni utli addizjonali lill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni.

Artikolu 16

Deċiżjoni fil-każ ta’ iżjed minn talba waħda

1.   Jekk żewġ Stati Membri jew aktar ħarġu mandati ta’ arrest Ewropej għall-istess persuna, id-deċiżjoni dwar liema mill-mandati ta’ arrest Ewropej għandhom jiġu esegwiti għandha tittieħed mill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni b’konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha u speċjalment is-serjetà relativa u l-post tar-reati, id-dati rispettivi tal-mandati ta’ arrest Ewropej u jekk il-mandat inħariġx għall-finijiet tat-teħid ta' azzjoni kriminali jew għall-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.

2.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tista’ titlob il-parir ta’ l-Eurojust (9) biex tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Fil-każ ta’ kunflitt bejn mandat ta’ arrest Ewropew u talba għall-estradizzjoni ppreżentata minn pajjiż terz, id-deċiżjoni dwar jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew jew it-talba għall-estradizzjoni jieħdux preċedenza għandha tittieħed mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni b’konsiderazzjoni debita taċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u dawk imsemmija fil-konvenzjoni applikabbli.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri taħt l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.

Artikolu 17

Limiti ta' żmien u proċeduri għad-deċiżjoni ta' l-esekuzzjoni ta' mandat ta’ arrest Ewropew

1.   Mandat ta’ arrest Ewropew għandu jiġi ttrattat u esegwit b’urġenza.

2.   F’każijiet fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens għall-konsenja tagħha, id-deċiżjoni finali dwar l-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandha tittieħed f’perjodu ta’ 10 ijiem mill-għoti tal-kunsens.

3.   F’kazijiet oħra, id-deċiżjoni finali dwar l-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha tittieħed f’perjodu ta’ 60 jum wara l-arrest tal-persuna rikjesta.

4.   Fejn f’każijiet speċifiċi l-mandat ta’ arrest Ewropew ma jistax jiġi esegwit fil-limiti ta' żmien stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 3, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti b'dan, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien. F’dan il-każ, il-limiti ta' żmien jistgħu jiġu estiżi b’ 30 jum ieħor.

5.   Sakemm l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni finali dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew, hija għandha tiżgura li l-kondizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva tal-persuna jibqgħu sodisfatti.

6.   Għandhom jingħataw raġunijiet għal kwalunkwe ċaħda għall-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

7.   Fejn f’ċirkostanzi eċċezzjonali Stat Membru ma jistax iħares il-limiti ta' żmien previsti f’dan l-Artikolu, huwa għandu jinforma lill-Eurojust, waqt li jagħti r-raġunijiet għad-dewmien. Barra dan, Stat Membru li esperjenza dewmien ripetut min-naħa ta’ Stat Membru ieħor fl-esekuzzjoni ta’ mandati ta’ arrest Ewropej għandu jinforma lill-Kunsill bil-għan li tiġi evalwata l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru fil-livell ta’ l-Istati Membri.

Artikolu 18

Sitwazzjoni sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.   Fejn il-mandat ta’ arrest Ewropew inħareġ għall-fini tat-tmexxija ta’ proċedimenti kriminali, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha:

(a)

jew taqbel li l-persuna rikjesta għandha tinstema’ skond l-Artikolu 19;

(b)

jew taqbel għat-trasferiment temporanju tal-persuna rikjesta.

2.   Il-kondizzjonijiet u t-tul tat-trasferiment temporanju għandhom ikunu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u dawk ta' esekuzzjoni.

3.   Fil-każ ta’ trasferiment temporanju, il-persuna għandha tkun tista’ tirritorna lejn l-Istat Membru ta' esekuzzjoni sabiex tattendi smigħ dwarha bħala parti mill-proċedura ta’ konsenja.

Artikolu 19

Smigħ tal-persuna sakemm tittieħed id-deċiżjoni

1.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ minn awtorità ġudizzjarja, assistita minn persuna oħra nominata skond il-liġi ta’ l-Istat Membru tal-qorti rikjedenti.

2.   Il-persuna rikjesta għandha tinstema’ skond il-liġi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni u bil-kondizzjonijiet stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti u dawk ta' esekuzzjoni.

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni kompetenti tista’ tinkariga awtorità ġudizzjarja oħra ta’ l-Istat Membru tagħha biex tieħu sehem fis-smigħ tal-persuna rikjesta sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni adatta ta’ dan l-Artikolu u tal-kondizzjonijiet stabbiliti.

Artikolu 20

Privileġġi u immunitajiet

1.   Fejn il-persuna rikjesta tgawdi minn privileġġ jew immunità fir-rigward ta’ ġurisdizzjoni jew esekuzzjoni fl-Istat Membru ta' esekuzzjoni, il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 17 għandhom jibdew jiddekorru biss jekk, u mill-jum meta, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tiġi infurmata bil-fatt li l-privileġġ jew l-immunità ġew rinunzjati.

L-Istat Membru ta' esekuzzjoni għandu jiżgura li l-kondizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva huma sodisfatti meta l-persuna ma tibqax tgawdi minn dan il-privileġġ jew l-immunità.

2.   Fejn il-poter li jiġu rinunzjati l-privileġġ jew l-immunità huwa ta' awtorità ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha titolbu jeserċita dak il-poter minnufih. Fejn il-poter li jiġu rinunzjati l-privileġġ jew l-immunità huwa ta’ awtorità ta’ Stat ieħor jew organizzazzjoni internazzjonali, għandha tkun l-awtorità ġudizzjarja emittenti li titolbu jeserċita dak il-poter.

Artikolu 21

Kunflitt ta' obbligi internazzjonali

Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex tkun ta’ preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni fejn il-persuna rikjesta ġiet estradita lejn dak l-Istat Membru minn Pajjiż terz u fejn dik il-persuna hi protetta minn dispożizzjonijiet ta’ l-arranġament dwar l-ispeċjalità skond liema l-persuna kienet estradita. L-Istat Membru ta' esekuzzjoni għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għat-talba minnufih tal-kunsens ta’ l-Istat li minnu ġiet estradita l-persuna rikjesta biex il-persuna tista’ tiġi konsenjata lill-Istat Membru li ħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew. Il-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikolu 17 m’għandhomx jibdew jiddekorru sal-jum li fiha ma jibqgħux japplikaw dawn ir-regoli ta’ l-ispeċjalità. Sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta’ l-Istat li minnu kienet estradita l-persuna rikjesta, l-Istat Membru ta' esekuzzjoni jiżgura li l-kondizzjonijiet materjali meħtieġa għall-konsenja effettiva jibqaw sodisfatti.

Artikolu 22

Notifika tad-deċiżjoni

L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tinnotifika immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti bid-deċiżjoni dwar l-azzjoni li għandha tittieħed dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew.

Artikolu 23

Limiti ta' żmien għall-konsenja tal-persuna

1.   Il-persuna rikjesta għandha tiġi konsenjata malajr kemm jista' jkun f’data miftehma bejn l-awtoritajiet ikkonċernati.

2.   Il-persuna għandha tiġi konsenjata mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-deċiżjoni finali dwar l-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew.

3.   Jekk il-konsenja tal-persuna rikjesta fil-perjodu stabbilit fil-paragrafu 2 ma tħallietx minħabba ċirkostanzi li mhumiex fil-kontroll ta’ l-ebda mill-Istati Membri, l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' esekuzzjoni u dawk emittenti għandhom jagħmlu immedjatament kuntatt ma’ xulxin u jiftehmu dwar data ta’ konsenja ġdida. F’dak il-każ, il-konsenja għandha ssir fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida hekk miftehma.

4.   Il-konsenja tista’ eċċezzjonalment tiġi posposta temporanjament għal raġunijiet umanitarji serji, per eżempju jekk hemm raġunijiet sostanzjali biex jitwemmen li dan ipoġġi manifestament f'perikolu l-ħajja jew is-saħħa tal-persuna rikjesta. L-esekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha sseħħ malli dawn ir-raġunijiet ma jibqgħux jezistu. L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha tinforma immedjatament lill-awtorità ġudizzjarja emittenti u tiftiehem fuq data ta’ konsenja ġdida. F’dak il-każ, il-konsenja għandha seħħ fi żmien 10 ijiem mid-data l-ġdida hekk miftiehma.

5.   Ma' l-iskadenza tal-limiti ta' żmien imsemmija fil-paragrafi 2 sa 4, jekk il-persuna għadha qed tinżamm f'kustodja hija għandha tinħeles.

Artikolu 24

Konsenja posposta jew kondizzjonali

1.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tista’, wara li tiddeċiedi li tesegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew, tipposponi l-konsenja tal-persuna rikjesta biex il-persuna tkun tista’ tiġi pproċessata fl-Istat Membru ta' esekuzzjoni jew, jekk hi diġà ġiet mogħtija sentenza, sabiex tkun tista’ tiskonta, fit-territorju tagħha, sentenza mogħtija għal att minbarra dak imsemmi fil-mandat ta’ arrest Ewropew.

2.   Minflok tipposponi l-konsenja, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tista’ tikkonsenja temporanjament il-persuna rikjesta lill-Istat Membru emittenti skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim reċiproku bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji ta' esekuzzjoni u dawk emittenti. Il-ftehim isir bil-miktub u l-kondizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-awtoritajiet kollha fl-Istat Membru emittenti.

Artikolu 25

Transitu

1.   Kull Stat Membru għandu, ħlief meta jagħmel użu mill-possibbiltà ta’ rifjut meta t-transitu ta’ ċittadin jew resident hu meħtieġ għall-fini ta’ esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, jippermetti t-transitu mit-territorju tiegħu ta’ persuna rikjesta li qed tiġi konsenjata bil-kondizzjoni li tkun ġiet mogħtija informazzjoni dwar:

(a)

l-identità u n-nazzjonalità tal-persuna soġġetta għall-mandat ta’ arrest Ewropew;

(b)

l-eżistenza ta’ mandat ta’ arrest Ewropew;

(c)

in-natura u l-klassifikazzjoni legali tar-reat;

(d)

id-deskrizzjoni taċ-ċirkostanzi tar-reat, inklużi d-data u l-post.

Fejn persuna li hi s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għall-finijiet ta’ azzjoni kriminali hija ċittadina jew residenta ta’ l-Istat Membru ta’ transitu, it-transitu jista’ jkun soġġett għall-kondizzjoni li l-persuna, wara li tkun instemat, tiġi ritornata lejn l-Istat Membru ta’ transitu biex tiskonta l-piena ta’ kustodja jew l-ordni ta’ detenzjoni mogħtija lilha fl-Istat Membru emittenti.

2.   Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità responsabbli li tirċievi rikjesti għat-transitu u d-dokumenti meħtieġa, kif ukoll kwalunkwe korrispondenza uffiċjali oħra konnessa ma’ rikjesti għat-transitu. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw din in-nomina lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

3.   Ir-rikjesta għat-transitu u l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nnominata skond il-paragrafu 2 bi kwalunkwe mezz li jista' jipproduċi rekord bil-miktub. L-Istat Membru ta’ transitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu bl-stess proċedura.

4.   Din id-Deċiżjoni Kwadru ma tapplikax fil-każ ta’ trasport bl-ajru mingħajr waqfa skedata. Madankollu, jekk ikun hemm inżul mhux skedat, l-Istat Membru emittenti għandu jipprovdi lill-awtorità nnominata skond il-paragrafu 2 bl-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1.

5.   Fejn transitu jinvolvi persuna li għandha tiġi estradita minn pajjiż terz lejn Stat Membru dan l-Artikolu japplika mutatis mutandis. B'mod partikolarment l-espressjoni “mandat ta’ arrest Ewropew” għandha tkun ikkunsidrata li hi mibdula bi “talba għall-estradizzjoni”.

KAPITOLU 3

EFFETTI TAL-KONSENJA

Artikolu 26

Tnaqqis fil-perjodu ta’ detenzjoni skontat fl-Istat Membru ta' esekuzzjoni

1.   L-Istat Membru emittenti għandu jnaqqas il-perjodi kollha ta’ detenzjoni li jirriżultaw mill-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew mill-perjodu totali ta’ detenzjoni li għandu jiġi skontat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat bħala riżultat ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni li qed tingħata.

2.   Għal dak il-għan, l-informazzjoni kollha dwar it-tul tad-detenzjoni tal-persuna rikjesta abbażi tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandha tkun trasmessa mill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni jew l-awtorità ċentrali nnominata skond l-Artikolu 7 lill-awtorità ġudizzjarja emittenti fil-ħin tal-konsenja.

Artikolu 27

Azzjoni kriminali possibbli għal reati oħra

1.   Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens hu kkunsidrat li ġie mogħti għall-azzjoni kriminali, l-għoti ta’ sentenza jew id-detenzjoni bil-għan li tiġi skontata piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha, barra dak li għaliha ġiet konsenjata, sakemm f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjaraja ta' esekuzzjoni ma tiddikjarax mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Ħlief fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 3, persuna konsenjata ma tistax tiġi pproċessata, mogħtija sentenza jew b’xi mod ieħor miċħuda mil-libertà tagħha għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha minbarra dak li għalih ġiet konsenjata l-persuna.

3.   Il-paragrafu 2 ma japplikax fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-persuna wara li kellha l-opportunità biex titlaq mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata m'għamlitx hekk fi żmien 45 jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat f'dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

ir-reat mhuwiex punibbli b'piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni;

(c)

il-proċedimenti kriminali ma jikkawżawx l-applikazzjoni ta’ miżura ta’ restrizzjoni għal-libertà personali;

(d)

meta l-persuna setgħet tkun soġġetta għal piena jew miżura li ma tinvolvix iċ-ċaħda tal-libertà personali, b'mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok din, ukoll jekk il-piena jew il-miżura tista’ tikkawża restrizzjoni tal-libertà personali:

(e)

meta l-persuna tat il-kunsens biex tiġi konsenjata, fejn adatt fl-istess ħin li hi rrinunzjat għar-regola ta’ l-ispeċjalità, skond l-Artikolu 13;

(f)

meta l-persuna, wara l-konsenja tagħha, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola ta’ l-ispeċjalità fir-rigward ta’ reati speċifiċi qabel il-konsenja tagħha. Ir-rinunzja għandha tiġi mogħtija quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti u għandha tiġi rreġistrata skond il-liġi domestika ta’ dak l-Istat. Ir-rinunzja għandha titfassal b’tali mod li jkun magħmul ċar li l-persuna għamlitha volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna għandu jkollha d-dritt għal avukat;

(g)

fejn l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni li kkonsenjat il-persuna tagħti l-kunsens tagħha skond il-paragrafu 4.

4.   Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata lill-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u traduzzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 8(2). Il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu stess hu soġġett għall-konsenja skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru. Il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista’ jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4. Id-deċiżjoni għandha tiġi meħuda mhux aktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba.

Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 l-Istat Membru emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

Artikolu 28

Konsenja jew estradizzjoni sussegwenti

1.   Kull Stat Membru jista’ jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijiet tiegħu ma’ Stati Membri oħra li taw l-istess notifika, il-kunsens għall-konsenja ta’ persuna lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' esekuzzjoni skond mandat ta’ arrest Ewropew li nħareġ għal reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha hu kkunsidrat li ngħata, ħlief jekk f’każ partikolari l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tiddikjara mod ieħor fid-deċiżjoni tagħha dwar il-konsenja.

2.   Fi kwalunkwe każ, persuna li ġiet konsenjata lill-Istat Membru emittenti skond mandat ta’ arrest Ewropew tista’, mingħajr il-kunsens ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, tiġi konsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' esekuzzjoni skond mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal kwalunkwe reat imwettaq qabel il-konsenja tagħha fil-każijiet li ġejjin:

(a)

fejn il-persuna rikjesta, li kellha opportunità biex titlaq mit-territorju ta’ l-Istat Membru li lilu ġiet konsenjata, m'għamlitx hekk fi żmien 45 jum mill-ħelsien finali tagħha, jew irritornat lejn dak it-territorju wara li telqet minnu;

(b)

fejn il-persuna rikjesta tagħti l-kunsens biex tiġi konsenjata lil Stat Membru minbarra l-Istat Membru ta' esekuzzjoni skond mandat ta’ arrest Ewropew. Il-kunsens għandu jingħata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti u għandu jkun reġistrat skond il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat. Huwa għandu jkun imwassal b’tali mod li jkun ċar li l-persuna kkonċernata tatu volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna rikjesta għandu jkollha d-dritt għal avukat;

(c)

fejn il-persuna rikjesta mhijiex soġġetta għar-regola ta’ l-ispeċjalità, skond l-Artikolu 27(3)(a), (e), (f) u (g).

3.   L-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni tagħti l-kunsens għall-konsenja lil Stat Membru ieħor skond ir-regoli li ġejjin:

(a)

it-talba għall-kunsens għandha tiġi ppresentata skond l-Artikolu 9, flimkien ma’ l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) u t-traduzzjoni kif iddikjarat fl-Artikolu 8(2);

(b)

il-kunsens għandu jingħata meta r-reat li għalih hu mitlub hu fih innifsu soġġett għal konsenja skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru;

(c)

id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux iktar tard minn 30 jum wara l-wasla tat-talba;

(d)

il-kunsens għandu jiġi rrifjutat għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u barra minn hekk jista’ jiġi rrifjutat biss għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 4.

Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, l-Istat Membru emittenti għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

4.   Minkejja l-paragrafu 1, persuna li ġiet konsenjata skond mandat ta’ arrest Ewropew m’għandhiex tiġi estradita lejn Stat terz mingħajr il-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li kkonsenja l-persuna. Dan il-kunsens għandu jingħata skond il-Konvenzjonijiet li bihom dak l-Istat Membru hu marbut, kif ukoll il-liġi domestika tiegħu.

Artikolu 29

Konsenja ta’ proprjetà

1.   Fuq it-talba ta’ l-awtorità ġudizzjarja emittenti jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, l-awtorità ġudizzjarja ta' esekuzzjoni għandha, skond il-liġi nazzjonali tagħha, taqbad u tikkonsenja l-proprjetà li:

(a)

tista’ tkun meħtieġa bħala evidenza, jew

(b)

ġiet akkwistata mill-persuna rikjesta bħala riżultat tar-reat.

2.   Il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi konsenjata anki jekk il-mandat ta’ arrest Ewropew ma jistax jitwettaq minħabba fil-mewt jew il-ħarba tal-persuna rikjesta.

3.   Jekk il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi maqbuda jew konfiskata fit-territorju ta’ l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, dan ta’ l-aħħar jista’, jekk il-proprjetà hi meħtieġa b'konnessjoni ma’ proċedimenti kriminali pendenti, iżommha temporanjament jew jikkonsenjaha lill-Istat Membru emittenti, bil-kondizzjoni li tiġi ritornata.

4.   Kwalunkwe drittijiet li l-Istat Membru ta' esekuzzjoni jew li partijiet terzi jistgħu jkunu akkwistaw fil-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu ppreservati. Fejn jeżistu dawn id-drittijiet, l-Istat Membru emittenti għandu jirritorna l-proprjetà mingħajr ħlas lill-Istat Membru ta' esekuzzjoni malli jintemmu l-proċedimenti kriminali.

Artikolu 30

Spejjeż

1.   L-ispejjeż li saru fit-territorju ta’ Stat Membru ta' esekuzzjoni għall-esekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandhom jitħallsu minn dak l-Istat Membru.

2.   L-ispejjeż oħra kollha għandhom jitħallsu mill-Istat Membru emittenti.

KAPITOLU 4

DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 31

Relazzjoni ma’ strumenti legali oħra

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u Stati terzi, din id-Deċiżjoni Kwadru għandha, mill-1 ta’ Jannar 2004, tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-konvenzjonijiet li ġejjin applikabbli fil-qasam ta’ l-estradizzjoni f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri:

(a)

il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Estradizzjoni tat-13 ta’ Diċembru 1957, il-protokoll addizzjonali tagħha tal-15 ta’ Ottubru 1975, it-tieni protokoll addizzjonali tagħha tas-17 ta’ Marzu 1978, u l-Konvenzjoni Ewropea dwar it-trażżin tat-terroriżmu tas-27 ta’ Jannar 1977 safejn hi kkonċernata l-estradizzjoni;

(b)

il-Ftehim bejn it-12-il Stat Membru tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-simplifikazzjoni u l-modernizazzjoni ta’ metodi tat-trasmissjoni ta’ talbiet ta’ estradizzjoni tas-26 ta’ Mejju 1989;

(c)

il-Konvenzjoni ta’ l-10 ta’ Marzu 1995 dwar proċedura simplifikata ta’ estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea;

(d)

il-Konvenzjoni tas-27 ta’ Settembru 1996 dwar l-estradizzjoni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea;

(e)

it-Titolu III, Kapitolu 4 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar it-tneħħija gradwali ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni.

2.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw strumenti ta' ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali fis-seħħ meta din id-Deċiżjoni Kwadru hi adottata safejn dawn l-istrumenti ta' ftehim jew arranġamenti jippermettu li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru jiġu estiżi jew imwessa' u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-konsenja ta’ persuni li huma s-suġġett ta' mandati ta’ arrest Ewropej.

L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu strumenti ta' ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara li din id-Deċiżjoni Kwadru tkun daħlet fis-seħħ safejn dawn l-istrumenti ta' ftehim jew arranġamenti jippermettu li l-provvedimenti ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru jkunu estiżi jew imwessgħa u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-konsenja ta’ persuni li huma s-suġġett ta’ mandati ta’ arrest Ewropej, b'mod partikolari billi jistabbilixxu limiti ta' żmien iżjed qosra minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 17, billi jestendu l-lista ta’ reati stabbiliti fl-Artikolu 2(2), billi jillimitaw aktar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, jew billi jnaqqsu l-limitu previst fl-Artikolu 2(1) jew (2).

L-istrumenti ta' ftehim u l-arranġamenti msemmija fit-tieni subparagrafu fl-ebda każ ma jistgħu jaffetwaw ir-relazzjonijiet ma’ Stati Membri li mhumiex partijiet għalihom.

L-Istati Membri għandhom, fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bl-istrumenti ta' ftehim u l-arranġamenti eżistenti msemmija fl-ewwel subparagrafu li jixtiequ jkomplu japplikaw.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid imsemmi fit-tieni subparagrafu, fi żmien tliet xhur mill-iffirmar tiegħu.

3.   Fejn il-konvenzjonijiet jew l-istrumenti ta' ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għat-territorji ta’ Stati Membri jew għat-territorji li għalihom Stat Membru jassumi l-kompetenza għar-relazzjonijiet esterni li għalihom din id-Deċiżjoni Kwadru ma tapplikax, dawn l-istrumenti għandhom ikomplu jirregolaw ir-relazzjonijiet eżistenti bejn dawk it-territorji u l-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 32

Dispożizzjoni transitorja

1.   It-talbiet għall-estradizzjoni riċevuti qabel l-1 ta’ Jannar 2004 jkomplu jkunu rregolati minn istrumenti eżistenti dwar l-estradizzjoni. It-talbiet riċevuti wara dik id-data jkunu rregolati mir-regoli adottati mill-Istati Membri skond din id-Deċiżjoni Kwadru. Madankollu, kwalunkwe Stat Membru jista’, fil-ħin ta’ l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Kunsill, jagħmel dikjarazzjoni li tindika li bħala Stat Membru ta' esekuzzjoni hu ser ikompli jittratta talbiet dwar atti mwettqin qabel data li jispeċifika skond is-sistema ta’ estradizzjoni applikabbli qabel l-1 ta’ Jannar 2004. Id-data in kwistjoni ma tistax tkun aktar tard mis-7 ta’ Awissu 2002. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet dwar l-Awstrija u Ġibiltà

1.   Sakemm l-Awstrija ma tkunx modifikat l-Artikolu 12(1) ta’ l-“Auslieferungs-und Rechtshilfegesetz” u, l-aktar tard, sal-31 ta’ Diċembru 2008, tista’ tippermetti lill-awtoritajiet ġudizzjarji ta' esekuzzjoni tagħha jirrifjutaw l-infurzar ta’ mandat ta’ arrest Ewropew jekk il-persuna rikjesta hija ċittadina Awstrijaka u jekk l-att li għalih inħareġ il-mandat ta’ arrest Ewropew mhuwiex punibbli taħt il-liġi Awstrijaka.

2.   Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 34

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex iħarsu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru sal-31 ta’ Diċembru 2003.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru. Meta qed jagħmel dan, kull Stat Membru jista’ jindika li ser japplika immedjatament din id-Deċiżjoni Kwadru fir-relazzjoniiet tiegħu ma’ dawk l-Istati Membri li taw l-istess notifika.

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jikkomunika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni l-informazzjoni riċevuta skond l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 25(2). Huwa għandu wkoll jippubblika l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Abbażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2004, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, akkumpanjat, fejn meħtieġ, minn proposti leġislattivi.

4.   Il-Kunsill għandu fit-tieni nofs ta’ l-2003 jmexxi reviżjoni, b'mod partikolari ta’ l-applikazzjoni prattika, tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru mill-Istati Membri kif ukoll il-funzjonament tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen.

Artikolu 35

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ġunju 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAJOY BREY

ANNESS

MANDAT TA’ ARREST EWROPEW (10)

Dan il-mandat inħareġ minn awtorità ġudizzjarja kompetenti. Nitlob li l-persuna msemmija hawn taħt tiġi arrestata u konsenjata għall-finijiet tat-tmexxija ta’ azzjoni kriminali jew l-esekuzzjoni ta’ piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  ĠU C 332 E, 27.11.2001, p. 305.

(2)  Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Jannar 2002, (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 12 E, 15.1.2001, p. 10.

(4)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.

(5)  ĠU C 78, 30.3.1995, p. 2.

(6)  ĠU C 313, 13.10.1996, p. 12.

(7)  ĠU C 364, 18.12.2000, p. 1.

(8)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI tad-29 ta' Ġunju 1998 rigward il-ħolqien ta' Network Ġudizzjarju Ewropew (ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja (ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1).

(10)  Dan il-mandat għandu jinkiteb, jew jiġi tradott f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Istat Membru ta' esekuzzjoni, fejn dak l-Istat Membru jkun magħruf, jew fi kwalunkwe lingwa oħra aċċettata minn dak l-Istat.


22.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 17/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.