ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
21ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 40/2009 tal-20 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 tal-20 ta' Jannar 2009 li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 42/2009 tal-20 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid

6

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/40/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2009 li taħtar membru wieħed Daniż u żewġ membri supplenti Daniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

11

 

 

2009/41/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Jannar 2009 li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 40/2009

tal-20 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fil-21 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

138,6

JO

75,8

MA

43,6

TN

134,4

TR

106,4

ZZ

99,8

0707 00 05

JO

155,5

MA

108,6

TR

127,6

ZZ

130,6

0709 90 70

MA

168,4

TR

106,3

ZZ

137,4

0805 10 20

EG

58,5

IL

56,2

MA

65,3

TN

49,2

TR

66,4

ZZ

59,1

0805 20 10

MA

75,6

ZZ

75,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

64,7

EG

88,6

IL

75,0

JM

93,4

PK

46,6

TR

62,7

ZZ

71,8

0805 50 10

MA

67,1

TR

60,6

ZZ

63,9

0808 10 80

CN

65,6

MK

32,6

TR

67,5

US

101,1

ZZ

66,7

0808 20 50

CN

71,5

KR

148,7

TR

97,0

US

106,3

ZZ

105,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 41/2009

tal-20 ta' Jannar 2009

li jikkonċerna l-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE tat-3 ta’ Mejju 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri marbuta mal-oġġetti tal-ikel intenzjonati għal użu ta’ nutriment partikolari (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 (3) u l-Artikolu 4a tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 89/398/KEE tikkonċerna oġġetti tal-ikel maħsuba għal użu ta’ nutriment partikolari li minħabba l-kompożizzjoni speċjali jew proċess ta’ manifattura tagħhom huma maħsuba biex jilħqu l-ħtiġijiet ta’ nutriment partikolari ta’ kategoriji speċifiċi tal-popolazzjoni. Nies li għandhom il-marda coeliac huma wieħed minn dawn il-grupp speċifiċi tal-popolazzjoni li jbatu minħabba li ma taqbilx magħhom il-glutina b’mod permanenti.

(2)

L-industrija tal-ikel żviluppat għażla ta’ prodotti ppreżentati bħala “ħieles mill-glutina” (“gluten-free”) jew termini ekwivalenti simili. Differenzi bejn dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta’ dawn id-deskrizzjonijiet tal-prodott jistgħu jfixklu l-moviment ħieles tal-prodotti kkonċernati u jistgħu jonqsu milli jassiguraw l-istess livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi. Biex kollox ikun ċar u l-ebda konsumatur ma jiġi konfuż minħabba tipi differenti ta’ deskrizzjonijiet tal-prodott fuq livell nazzjonali, il-kundizzjonijiet għall-użu tat-termini relatati mal-assenza ta’ glutina għandhom jiġu mniżżla f’livell tal-Komunità.

(3)

Il-qamħ (jiġifieri kull speċi ta’ Triticum, bħal qamħ durum, spelt, u kamut), is-segala u x-xgħir, ġew identifikati u rrappurtati xjentifikament bħala tipi ta’ qmuħ li fihom il-glutina. Il-glutina preżenti f’dawn it-tipi ta’ qmuħ tista’ tikkawża effetti negattivi fuq is-saħħa ta’ persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina u għaldaqstant għandhom jevitawhom.

(4)

It-tneħħija tal-glutina minn dawn it-tipi ta’ qmuħ li fihom il-glutina hija problema teknika konsiderevoli u tinvolvi spejjeż kbar, għalhekk il-manifattura ta’ ikel ħieles mill-glutina hija diffiċli. Konsegwentament, ħafna mill-oġġetti tal-ikel għal dan l-użu ta’ nutriment partikolari li qegħdin fis-suq jista’ jkun għad fihom ammont baxx ta’ glutina.

(5)

Ħafna min-nies li ma taqbilx magħhom il-glutina, għalkemm mhux kulħadd, jistgħu jinkludu l-ħafur fid-dieta tagħhom mingħajr ma jkollhom effetti negattivi fuq saħħithom. Dan huwa suġġett li għadu qiegħed jiġi studjat u investigat mill-komunita xjentifika. Madankollu, hemm tħassib serju dwar il-kontaminazzjoni tal-ħafur mal-qamħ, mas-segala u max-xgħir, li tista’ sseħħ waqt il-ħsad, it-trasport, il-ħażna u l-ipproċessar taż-żrieragħ. Għalhekk, ir-riskju ta’ kontaminazzjoni tal-glutina f’dawn il-prodotti li fihom il-ħafur għandha tittieħed inkonsiderazzjoni fir-rigward l-ittikkettjar ta’ dawn il-prodotti.

(6)

Nies differenti li ma taqbilx magħhom il-glutina jistgħu jittolleraw ammonti varji żgħar ta’ glutina f’firxa ristretta ta’ possibbiltajiet. Sabiex individwi jkunu jistgħu jsibu varjetà ta’ oġġetti tal-ikel fis-suq kif xieraq għall-bżonnijiet u l-livell ta’ sensittività tagħhom, għażla ta’ prodotti għandha tkun possibbli f’livelli baxxi differenti ta’ glutina f’din il-firxa ristretta ta’ possibbiltajiet. Madankollu, huwa importanti li l-prodotti differenti għandhom ikunu ttikkettjati kif suppost u jiġu appoġġjati b’kampanji ta’ informazzjoni mill-Istati Membri sabiex jiġi assigurat l-użu kif suppost ta’ dawn il-prodotti min-nies li ma taqbilx magħhom il-glutina.

(7)

Oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li ġew ifformulati, ipproċessati jew ippreparati speċifikament biex jilħqu l-bżonnijiet ta’ dieta ta’ nies li ma taqbilx magħhom il-glutina u li ġew rriklamati b’dan il-mod, għandhom jiġu ttikkettjati jew bħala “glutina vera baxxa” (“very low gluten”) jew “ħieles mill-glutina” (“gluten-free”) skont id-dispożizzjonijiet imniżżla f’dan ir-Regolament. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jintlaħqu bl-użu ta’ oġġetti tal-ikel li ġew ipproċessati b’mod speċjali biex inaqqsu l-kontenut ta’ glutina ta’ wieħed jew aktar mill-ingredjenti li fihom il-glutina u/jew ta’ oġġetti tal-ikel fejn l-ingredjenti li fihom il-glutina ġew mibdula b’ingredjenti oħra li huma naturalment ħielsa mill-glutina.

(8)

L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 89/393/KEE jipprovdi għall-possibbiltà ta’ oġġetti tal-ikel għal konsum normali li huma adattati għal użu ta’ nutriment partikolari biex tiġi indikata din l-adattabilità. Għalhekk, għandu jkun possibbli għal ikel normali li huwa adattat għal dieta ħielsa mill-glutina minħabba li ma jkunx fih ingredjenti li ġejjin minn żrieragħ jew ħafur li jkollu termini mniżżla li jindikaw li l-prodott ma fihx glutina. Id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ oġġetti tal-ikel (2), tirrikjedi li dikjarazzjoni bħal din ma tfixkilx lill-konsumatur billi tissuġġerixxi li l-ikel fih karatteristiċi speċjali meta fil-fatt l-oġġetti tal-ikel kollha simili fihom dawn il-karatteristiċi.

(9)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta’ prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (3), tipprojbixxi l-użu ta’ ingredjenti li fihom il-glutina fil-manifattura ta’ dawn l-oġġetti tal-ikel. Għaldaqstant, l-użu tat-termini “glutina vera baxxa” jew “ħieles mill-glutina” fuq it-tikketti ta’ dawn il-prodotti għandu jkun ipprojbit billi skont ir-Regolament preżenti, dan l-ittikkettjar huwa użat biex jiġi indikat rispettivament kontenut ta’ glutina li ma jaqbiżx il-100 mg/kg u l-20 mg/kg.

(10)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar l-ikel ipproċessat li għandu bażi ta’ ċereali u ikel tat-trabi għal trabi u tfal żgħar (4) tirrikjedi l-indikazzjoni tal-preżenza jew l-assenza tal-glutina meta l-prodott huwa intiż għal trabi taħt is-sitt xhur. In-nuqqas ta’ glutina f’dawn il-prodotti għandu jiġi indikat skont ir-rekwiżiti mniżżla f’dan ir-Regolament.

(11)

L-Istandard tal-Codex għal Ikel maħsub għall-Użu Dietetiku Speċjali għal Persuni li Ma Taqbilx Magħhom il-Glutina ġie adottat mis-sezzjoni 31 tal-Kummissjoni Codex Alimentarius f’Lulju 2008 (5), bl-iskop li dawk il-persuni jkunu jistgħu jsibu varjetà ta’ ikel fis-suq adattat għall-bżonnijiet u l-livell ta’ sensittività tagħhom għal glutina. Dak l-istandard għandu jittieħed inkonsiderazzjoni kif suppost għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(12)

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jadattaw il-proċess tal-produzzjoni tagħhom, id-data tal-applikazzjoni tar-Regolamnet preżenti għandha tippermetti l-perjodu ta’ tranżizzjoni neċessarju. Madankollu, prodotti li fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament diġà jkunu jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament jistgħu jiġu rriklamati fil-Komunità minn dakinhar tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti.

(13)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Ambitu

Dan ir-Regolament għandu japplika fuq oġġetti tal-ikel apparti l-formuli tat-trabi u l-formuli ta’ prosegwiment koperti bid-Direttiva 2006/141/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“oġġetti tal-ikel għal nies li ma taqbilx magħhom il-glutina” tfisser oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li huma prodotti, ippreparati u/jew ipproċessati b’mod speċjali biex jilħqu l-bżonnijiet speċjali ta’ dieta ta’ nies li ma taqbilx magħhom il-glutina;

(b)

“glutina” tfisser frazzjoni ta’ proteini minn qamħ, segala, xgħir, ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom u dawk derivati minnhom, li ċerti persuni ma taqbilx magħhom u li ma tinħallx fl-ilma u f’0.5 M ta’ soluzzjoni tal-klorur tas-sodju;

(c)

“qamħ” tfisser kull speċi ta’ Triticum.

Artikolu 3

Il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina

1.   Oġġetti tal-ikel għal nies li ma taqbilx magħhom il-glutina, li huma magħmula minn jew fihom ingredjent jew aktar magħmul mill-qamħ, segala, xgħir, ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom li ġew ipproċessati b’mod speċjali biex titnaqqas il-glutina, ma għandhomx ikollhom livell ta’ glutina li taqbeż il-100 mg/kg fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur finali.

2.   L-ittikkettjar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni tal-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jinkludi t-terminu “glutina vera baxxa”. Dawn jista’ jkollhom imniżżel “ħieles mill-glutina” diment li l-ammont ta’ glutina fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur finali ma jaqbiżx l-20 mg/kg.

3.   Ħafur li jinsab f’oġġetti tal-ikel għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina għandhom jiġu prodotti, ippreparati u/jew ipproċessati b’mod speċjali b’mod li tiġi evitata l-kontaminazzjoni ma’ qamħ, segala, xgħir, jew il-varjetajiet imħallta tagħhom u l-kontenut ta’ glutina ta’ dan il-ħafur ma għandux jaqbeż l-20 mg/kg.

4.   Oġġetti tal-ikel għal nies li ma taqbilx magħhom il-glutina, li huma magħmula minn jew fihom ingredjent jew aktar li jissostitwixxi l-qamħ, is-segala, ix-xgħir, il-ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom ma għandhomx ikollhom livell ta’ glutina li taqbeż l-20 mg/kg fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur finali. L-ittikkettjar, il-preżentazzjoni u r-reklamar ta’ dawk il-prodotti għandhom ikollhom imniżżel it-terminu “ħieles mill-glutina”.

5.   Fejn oġġetti tal-ikel għal persuni li ma taqbilx magħhom il-glutina jkun fihom kemm ingredjenti li jissostitwixxu l-qamħ, is-segala, ix-xgħir, il-ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom u kemm ingredjenti magħmula minn qamħ, segala, xgħir, ħafur jew il-varjetajiet imħallta tagħhom li ġew ipproċessati b’mod speċjali biex titnaqqas il-glutina, il-paragrafi 1, 2, u 3 għandhom japplikaw u l-paragrafu 4 ma għandux japplika.

6.   It-termini “glutina vera baxxa” jew “ħieles mill-glutina” riferuti f’paragrafi 2 u 4 għandhom jidhru viċin l-isem li bih qed jinbigħ l-ikel.

Artikolu 4

Il-kompożizzjoni u l-ittikkettjar ta’ oġġetti tal-ikel oħra li huma tajbin għal dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 2(1)(a)(iii) tad-Direttiva 2000/13/KE, l-ittikkettjar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni ta’ dawn l-oġġetti tal-ikel li ġejjin jista’ jkollhom it-terminu “ħieles mill-glutina” diment li l-ammont ta’ glutina fl-ikel kif mibjugħ lill-konsumatur finali ma jaqbiżx l-20 mg/kg.

(a)

oġġetti tal-ikel għal konsum normali;

(b)

oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari li huma fformulati, ipproċessati jew ippreparati b’mod speċjali biex jilħqu l-bżonnijiet speċjali ta’ dieta apparti ta’ dawk li ma taqbilx magħhom il-glutina iżda li huma xorta waħda tajbin, minħabba l-kompożizzjoni tagħhom, biex jilħqu l-bżonnijiet speċjali ta’ dieta ta’ nies li ma taqbilx magħhom il-glutina.

2.   L-ittikkettjar, ir-reklamar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jinkludu t-terminu “glutina vera baxxa”.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Madankollu, oġġetti tal-ikel li fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti diġà jkunu jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament jistgħu jidħlu fis-suq tal-Komunità.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 186, 30.6.1989, p. 27.

(2)  ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.

(3)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 314 M, 1.12.2007, p. 739.

(4)  ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16.

(5)  http://www.codexalimentarius.net/download/standards/291/cxs_118e.pdf


21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 42/2009

tal-20 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 555/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward ta’ programmi ta’ appoġġ, kummerċ ma’ pajjiżi terzi, potenzjal tal-produzzjoni u kontrolli fis-settur tal-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta’ April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 22, 84 u 107 tiegħu,

Billi:

(1)

Għall-aħjar użu tal-fondi li potenzjalment jistgħu jkunu disponibbli biex tiżdied il-kompetittività fis-settur tal-inbid, huwa xieraq li kemm jista’ jkun l-Istati Membri jitħallew jagħmlu użu mill-possibbiltajiet kemm taħt il-programmi ta’ appoġġ għall-inbid, speċjalment taħt il-miżura ta’ ristrutturar u konverżjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u investimenti skont l-Artikolu 15 tal-istess Regolament, kif ukoll tal-fondi għall-iżvilupp rurali. Biex tkun żgurata l-esklużjoni tal-finanzjament doppju tal-istess miżura taħt dawn iż-żewġ fondi, kif previst fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, trid tiġi stabbilita linja ċara ta’ dimarkazzjoni fil-livell tal-operazzjonijiet.

(2)

Skont it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008, ma għandha tingħata l-ebda għajnuna għall-volum ta' alkoħol li jinsab f'dawk il-prodotti sekondarji għad-distillazzjoni li jeċċedi 10 % f'relazzjoni mal-volum ta' alkoħol li jinsab fl-inbid prodott. Għandu jiġi ċċarat li Stat Membru jista’ jipprevedi li jirrispetta dan il-limitu permezz ta’ kontrolli fil-livell tal-produtturi individwali jew alternattivament fil-livell nazzjonali.

(3)

Il-punt (vi) tal-Artikolu 41(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (2) jobbliga lill-produtturi li jinkludu tagħrif dwar il-preżenza ta’ varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid miksubin minn tilqimiet interspeċifiċi (ibridi diretti ta’ produtturi jew varjetajiet oħra li m’humiex tal-ispeċi tal-Vitis vinifera) fir-rapport tal-analiżi. Madankollu, għal raġunijiet tekniċi dan it-tagħrif ma għandhux ikun meħtieġ u għaldaqstant għandu jitħassar mid-dispożizzjoni msemmija.

(4)

L-Artikolu 103(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jistipula li t-Tabella 10 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 (3) għandha tissokta tapplika sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’regolament ta’ implimentazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed li għandu jkun adottat abbażi tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008. Madankollu, għandu jkun hemm referenza għat-Tabella 9 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1227/2000.

(5)

L-Artikolu 5(8), it-tielet paragrafu tal-Artikolu 16 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 555/2008 jipprevedu li meta l-Istati Membri jagħtu għajnuniet nazzjonali għandhom jikkomunikawhom fil-parti rilevanti tal-formola stipulata fl-Anness VII għal dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-Anness VII għandu jiġi emendat biex jinkludi dan it-tagħrif.

(6)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 555/2008 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3.   Għall-għanijiet tat-Titolu II, ‘operazzjoni’ għandha tfisser proġett, kuntratt jew arranġament, jew azzjoni oħra inkluża fi programm speċifiku ta’ appoġġ, li tikkorrispondi għal kwalunkwe attività taħt il-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 u implimentata minn benefiċjarju wieħed jew aktar.”

(2)

Wara l-Artikolu 10, jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu II tat-Titolu II:

“Artikolu 10a

Il-kompatibbiltà u l-konsistenza

1.   L-appoġġ għall-ispejjeż ta’ ristrutturar u konverżjoni msemmija fl-Artikolu 11(4)(b) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ma għandux ikopri nefqiet f’xiri ta’ vetturi għal farm.

2.   Ebda operazzjoni ma għandha tkun inkluża għal appoġġ skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 taħt programm nazzjonali ta’ appoġġ skont it-Titolu II ta’ dak ir-Regolament għal Stat Membru jew reġjun speċifiku li huwa inkluż għal appoġġ fil-programm tal-iżvilupp rurali ta’ dak l-Istat Membru jew reġjun skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-operazzjonijiet li jinkludu fil-programmi tagħhom ta’ appoġġ għall-miżura ta' ristrutturar u konverżjoni fil-parti rilevanti tal-Anness I b’tali dettal illi jippermetti l-verifika li dik l-operazzjoni mhiex inkluża għal appoġġ fil-programmi tagħhom tal-iżvilupp rurali.”

(3)

L-Artikolu 20 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 20

Il-kompatibbiltà u l-konsistenza

1.   M’għandu jingħata ebda appoġġ għal operazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni li jkunu rċevew appoġġ skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008.

Fejn Stati Membri jagħtu għajnuna nazzjonali għal investimenti, huma għandhom jikkomunikawha fil-parti rilevanti tal-formoli li jinsabu fl-Annessi I, V u VII għal dan ir-Regolament.

2.   Ebda operazzjoni ma għandha tkun inkluża għal appoġġ skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 taħt programm nazzjonali ta’ appoġġ skont it-Titolu II ta’ dak ir-Regolament għal Stat Membru jew reġjun speċifiku li huwa inkluż għal appoġġ fil-programm tal-iżvilupp rurali ta’ dak l-Istat Membru jew reġjun skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005.

3.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-operazzjonijiet li jinkludu fil-programmi tagħhom ta’ appoġġ għall-miżura ta' investiment fil-parti rilevanti tal-Anness I b’tali dettal illi jippermetti l-verifika li dik l-operazzjoni mhiex inkluża għal appoġġ fil-programmi tagħhom tal-iżvilupp rurali.”

(4)

Wara l-Artikolu 25, jiddaħħal l-Artikolu 25a li ġej fit-Taqsima 7 tal-Kapitolu II tat-Titolu II:

“Artikolu 25a

Il-verifika tal-kundizzjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet u li l-limitu msemmi fl-Artikolu 24(1) ta' dan ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008 ġew imħarsa. L-Istati Membri jistgħu jivverikaw il-ħarsien ta’ dan il-limitu fil-livell ta’ kull produttur jew fil-livell nazzjonali. L-Istati Membri li jagħżlu l-verifika fil-livell nazzjonali ma għandhomx jinkludu fil-bilanċ tal-alkoħol il-kwantitajiet li mhumiex intenzjonati għal distillazzjoni (it-tneħħija taħt sorveljanza) u lanqas dawk li huma intenzjonati għall-iżvilupp ta’ prodotti ħlief l-alkoħol għal użu industrijali.”

(5)

Fl-Artikolu 41(c), il-punt (vi) għandu jitħassar.

(6)

Fl-Artiklu 103(1), il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

It-Tabella 9 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1227/2000 għandha tissokta tapplika sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f’regolament ta’ implimentazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ nbejjed li għandu jkun adottat abbażi tal-Artikolu 63 tar-Regolament (KE) Nru 479/2008;”

(7)

L-Anness VII huwa mibdul bit-test tal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 170, 30.6.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1.


ANNESS

“ANNESS VII

Dejta teknika dwar il-programmi nazzjonali ta’ appoġġ skont l-Artikolu 6(c) tar-Regolament (KE) Nru 479/2008

(ammont finanzjarju f’EUR 1000)

L-Istat Membru (1):

Data tal-komunikazzjoni (2):

Data tal-komunikazzjoni preċedenti:

Numru ta’ din it-tabella emendata:

 

Sena finanzjarja

 

 

 

 

2009

2010

2011

2012

2013

Total

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 479/2008

 

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Previżjoni

Eżekuzzjoni

Eżekuzzjoni

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

(9)

(10)

(11)

(12)

(13)

(14)

1.

L-Iskema ta’ pagament uniku

L-Artikolu 9

Erja koperta

(ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Ammont medju

(EUR/ettaru) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.

Promozzjoni fi swieq ta’ pajjiżi terzi

L-Artikolu 10

Għadd ta’ proġetti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Appoġġ medju komunitarju (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

3a.

Ristrutturar u konverżjoni ta’ dwieli

L-Artikolu 11

Erja koperta

(ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Ammont medju

(EUR/ettaru) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3b.

Pjanijiet li għaddejjin

Ir-Regolament (KE) Nru 1493/1999

Erja koperta

(ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Ammont medju

(EUR/ettaru) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.

Ħsad bikri

L-Artikolu 12

Erja koperta

(ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ammont medju

(EUR/ettaru) (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.

Fondi mutwi

L-Artikolu 13

Għadd ta’ fondi ġodda

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Appoġġ medju komunitarju (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.

Assigurazzjoni fuq il-ħsad

L-Artikolu 14

Għadd ta’ produtturi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Appoġġ medju komunitarju (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.

Investimenti f’intrapriża

L-Artikolu 15

Għadd ta’ benefiċjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

Appoġġ medju komunitarju (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għajnuna mill-Istat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.1.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni ta’ konverġenza

L-Artikolu 15(4)(a)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.2.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni barra dawk ta’ konverġenza

L-Artikolu 15(4)(b)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.3.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni l-aktar imbiegħda

L-Artikolu 15(4)(c)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.4.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni żgħar tal-Gżejjer Eġej

L-Artikolu 15(4)(d)

Spejjeż eliġibbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.5.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni ta’ konverġenza

L-Artikolu 15(4)(a)

Kontribuzzjoni komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.6.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni barra dawk ta’ konverġenza

L-Artikolu 15(4)(b)

Kontribuzzjoni komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.7.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni l-aktar imbiegħda

L-Artikolu 15(4)(c)

Kontribuzzjoni komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

7.8.

Investimenti f’intrapriża f’reġjuni żgħar tal-Gżejjer Eġej

L-Artikolu 15(4)(d)

Kontribuzzjoni komunitarja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(Kumulattiv)

8.

Distillazzjoni ta’ prodotti sekondarji

L-Artikolu 16

Firxa ta’ għajnuna massima

(EUR/%vol/ettolitru) (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miljuni ta’ ettolitri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ medju komunitarju (9)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

9.

Distillazzjoni ta’ alkoħol tajjeb għax-xorb – appoġġ għall-erja

L-Artikolu 17

Firxa ta’ għajnuna

(EUR/ettaru) (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Erja (ettari)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ medju (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.

Distillazzjoni ta’ kriżi

L-Artikolu 18

Firxa ta’ għajnuna

(EUR/%vol/ettolitru) (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prezz minimu tal-produttur

(EUR/%vol/ettolitru) (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miljuni ta’ ettolitri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ medju komunitarju (9)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

11.

Użu ta’ most konċentrat tal-għeneb għal arrikkament

L-Artikolu 19

Firxa ta’ għajnuna

(EUR/%vol/ettolitru) (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Miljuni ta’ ettolitri

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appoġġ medju komunitarju (9)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  Għandhom jintużaw l-akronimi tal-OPOCE.

(2)  Skadenza tal-komunikazzjoni: għall-previżjonijiet tat-30 ta’ Ġunju 2008 għall-ewwel darba u mbagħad kull l-1 ta’ Marzu u t-30 ta’ Ġunju; għall-eżekuzzjoni kull l-1 ta’ Marzu (għall-ewwel darba fl-2010).

(3)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għall-previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bil-medda kkonċernata f'dan l-Anness.

(4)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għall-previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bl-għadd ta’ proġetti kkonċernati f’dan l-Anness.

(5)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għall-previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bl-għadd ta’ fondi kkonċernati f’dan l-Anness.

(6)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għall-previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bl-għadd ta’ produtturi kkonċernati f’dan l-Anness.

(7)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għall-previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bl-għadd ta’ benefiċjarji kkonċernati f’dan l-Anness.

(8)  Id-dettalji jingħataw fl-Annessi I u V.

(9)  Ikkalkulat bid-diviżjoni tal-ammont(i) dikjarat(i) fl-Anness II (għal previżjonijiet) u l-Anness VI (għall-eżekuzzjoni) bl-għadd ta’ ettolitri kkonċernati f’dan l-Anness.”


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Jannar 2009

li taħtar membru wieħed Daniż u żewġ membri supplenti Daniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/40/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal wara r-riżenja tas-Sinjura Eva NEJSTGAARD. Żewġ postijiet ta' membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara r-riżenja tas-Sur Bjørn DAHL u wara li ntemm il-mandat tas-Sinjura Anna Margrethe KAALUND.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Jens Jørgen NYGAARD, 1. Viceborgmester, Egedal Kommune

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Anna Margrethe KAALUND, Byrådsmedlem, Viborg Kommune (bidla fil-mandat)

Is-Sur Jens STENBÆK, Viceborgmester, Holbæk Kommune

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Jannar 2009

li taħtar membru Awstrijak fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2009/41/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2006 sal-25 ta' Jannar 2010 (1).

(2)

Post ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni sar vakanti wara l-mewt tas-Sur Jörg HAIDER,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2010:

Is-Sur Gerhard DÖRFLER, Landeshauptmann, Kärnten.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GANDALOVIČ


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


21.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 16/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.