ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
17ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 28/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta (servizzi data-link) ( 1 )

20

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 31/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 32/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-12 sat-13 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Jannar 2009

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 34/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 35/2009 tas-16 ta’ Jannar 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Jannar 2009

29

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/38/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8995)  ( 1 )

32

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 28/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fis-17 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

147,8

JO

75,8

MA

43,7

TN

134,4

TR

99,0

ZZ

100,1

0707 00 05

JO

155,5

MA

110,5

TR

153,1

ZZ

139,7

0709 90 70

MA

147,0

TR

129,2

ZZ

138,1

0805 10 20

EG

44,4

IL

56,2

MA

61,8

TN

49,5

TR

69,8

ZZ

56,3

0805 20 10

MA

86,2

TR

58,0

ZZ

72,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

63,2

EG

96,8

IL

55,0

JM

94,4

TR

67,7

ZZ

75,4

0805 50 10

MA

67,1

TR

65,6

ZZ

66,4

0808 10 80

CA

87,4

CN

72,5

MK

34,7

TR

67,5

US

110,1

ZZ

74,4

0808 20 50

CN

62,1

KR

148,7

TR

97,0

US

110,9

ZZ

104,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 29/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku ta’ l-Ajru (Ir-Regolament ta’ interoperabilità) (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Iż-żidiet osservati u mistennija fil-livelli tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa jitolbu żidiet paralleli fil-kapaċità tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Dan iwassal għal ħtieġa ta’ titjib operattiv b’mod notevoli biex tittejjeb l-effiċjenza tal-komunikazzjonijiet bejn il-kontrolluri u l-bdoti. Il-frekwenzi ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi qegħdin kull ma jmur jimtlew iżżejjed u jaqbel li jiġu supplimentati b’komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn l-ajru u l-art.

(2)

Għadd ta’ studji u provi mwettqa ġewwa l-Komunità Ewropea u l-Eurocontrol ikkonfermaw il-kapaċità tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta biex jagħmlu possibbli il-forniment ta’ kapaċità addizzjonali fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru. Dawn is-servizzi għandhom jiġu introdotti b’manjiera kkoordinata biex isir l-aħjar użu tal-benefiċċji potenzjali.

(3)

L-Eurocontrol ingħatat mandat skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 biex tiżviluppa rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport ta’ mandat li ngħata b’riżultat t’hekk fid-19 ta’ Ottubru 2007.

(4)

Mhuwiex l-għan ta’ dan ir-Regolament li jkopri operazzjonijiet u taħriġ militari kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

(5)

L-introduzzjoni bikrija ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta biex jikkumplimentaw il-komunikazzjonijiet bil-vuċi bejn il-bdoti u l-kontrolluri fil-fażi ta’ waqt ir-rotta hija prevista mill-Pjan Komprensiv għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (l-ATM) (il-pjan komprensiv għall-ATM) li jirriżulta mill-fażi ta’ definizzjoni tal-proġett SESAR ibbażat fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru (SESAR) (3).

(6)

Is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta għandhom jiġu introdotti f’partijiet kontinwi u omoġenji tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew, u dan għandu jsir l-ewwel għall-ispazju tal-ajru ta’ fuq b’densità għolja. Meta titqies l-importanza tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta għall-iżvilupp ulterjuri tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-EATMN), jaqbel li l-użu tagħhom jiġi estiż progressivament għall-ikbar parti tal-ispazju tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-arja fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament ta’ l-ispazju ta’ l-arja) (4).

(7)

Għadd sinifikanti ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta ġew iddefiniti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-ICAO) u mill-Organizzazzjoni Ewropea għat-Tagħmir tal-Avjazzjoni Ċivili (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Eurocae). Dawk is-servizzi li ġew ivvalidati f’livell tal-Eurocontrol b’mod suffiċjenti biss jistgħu ikunu s-suġġett ta’ introduzzjoni mandatorja, ibbażati fuq l-istandards iddefiniti minn dawn l-organizzazzjonijiet.

(8)

Iż-żieda fil-kapaċità tat-traffiku li hi possibbli bis-servizzi ta’ kollegament tad-dejta tiddependi fuq il-perċentwali ta’ titjiriet li jsiru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta. Perċentwali sinifikanti ta’ titjiriet, ta’ mhux inqas minn 75 %, jistgħu jkunu mgħammra b’mod li jippermetti żieda suffiċjenti fil-kapaċità.

(9)

L-operaturi jeħieġu żmien suffiċjenti ta’ notifika biex jgħammru l-inġenji tal-ajru tagħhom b’kapaċitajiet ġodda, kemm għall-inġenji tal-ajru l-ġodda kif ukoll għall-flotta eżistenti. Dan għandu jitqies meta jiġu stipulati d-dati għat-tagħmir mandatorju.

(10)

Għadd ta’ inġenji tal-ajru, l-aktar dawk għal titjiriet oċeaniċi fit-tul, diġà tgħammru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta bl-użu ta’ standards magħrufin bħala Sistemi tal-Futur għan-Navigazzjoni tal-Ajru (FANS) 1/A. Mhuwiex ekonomikament ġustifikabbli li l-operaturi jintalbu jinstallaw tagħmir ulterjuri għall-kollegament tad-dejta fuq it-tali inġenji tal-ajru biex jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Madankollu, fit-tul tista’ tintlaħaq konverġenza bejn is-soluzzjonijiet tekniċi użati għat-titjiriet oċeaniċi u dawk iddefiniti minn dan ir-Regolament. Għaldaqstant jaqbel li tiġi stabbilita data xierqa f’dan ir-rigward.

(11)

Il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ xi inġenji tal-ajru li jkollhom kostitwenti tal-kollegament tad-dejta li, b’mod temporanju, ma jkunux operattivi, jistgħu jiġu speċifikati fil-lista applikabbli dwar it-tagħmir minimu meħtieġa mill-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (5) u mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (6), u mir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

(12)

Għandhom jiġu identifikati kriterji għal eżenzjoni possibbli, ibbażati b’mod partikulari fuq kunsiderazzjonijiet ekonomiċi jew ta’ ħtieġa teknika partikulari, biex jippermettu lill-operaturi jagħmlu eċċezzjonijiet u ma jgħammrux tipi speċifiċi ta’ inġenji tal-ajru bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta.

(13)

Inġenji tal-ajru Statali li huma tat-trasport jirrappreżentaw l-ikbar kategorija tal-inġenji tal-ajru Statali li jtiru bħala traffiku tal-ajru ġenerali fl-ispazju tal-ajru li fih japplika dan ir-Regolament. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jgħammru t-tali tip ta’ inġenji tal-ajru ġodda b’kapaċitajiet ta’ kollegament tad-dejta abbażi ta’ standards li mhumiex speċifiċi għar-rekwiżiti operattivi militari, huma jistgħu jintalbu jimplimentaw soluzzjonijiet tekniċi li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

(14)

L-applikazzjoni uniformi ta’ proċeduri speċifiċi fi ħdan l-ispazju tal-ajru uniku Ewropew relatati mal-użu ta’ ħolqa ta’ dejta hija kruċjali għall-kisba tal-interoperabbiltà u ta’ operazzjonijiet mingħajr problemi.

(15)

L-ICAO iddefiniet il-ġestjoni tal-kuntest (minn hawn ’il quddiem imsejħa s-CM) ta’ applikazzjonijiet standardizzati mill-ajru għall-art u ddefiniet il-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (minn hawn ’il quddiem imsejħin is-CPDLC) għall-introduzzjoni tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta. Il-fornituri tas-servizzi u l-operaturi tat-traffiku tal-ajru għandhom jappoġġjaw dawn l applikazzjonijiet u jużaw sett standardizzat u komuni ta’ messaġġi biex jiżguraw implimentazzjonijiet interoperabbli minn tarf għall-ieħor (“end-to-end”) tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta.

(16)

Diversi protokolli ta’ komunikazzjoni jistgħu jintużaw għall-iskambju tad-dejta bejn applikazzjonijiet mill-ajru għall-art. Madankollu, bħala minimu, għandu jintuża sett komuni fuq in-naħa tal-art biex tkun żgurata l-interoperabbiltà ġenerali fi ħdan l-ispazju tal-ajru li fih japplika dan ir-Regolament. Il-protokolli ddefiniti mill-ICAO ibbażati fuq in-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-ATN) u fuq il-ħolqa diġitali ta’ frekwenza għolja ħafna tal-Mod 2 (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-VDL 2) bħalissa huma meqjusa bħala l-unika soluzzjoni vvalidata li tista’ tinżamm għal użu armonizzat. Għaldaqstant l-Istati Membri jistgħu jintalbu jiżguraw id-disponibbiltà ta’ din is-soluzzjoni.

(17)

Proċeduri reġjonali u supplimentari tal-ICAO li huma applikabbli fl-Ewropa qed jiġu mmodifikati sabiex jippermettu l-ġarr mandatorju tal-kostitwenti tal-kollegament tad-dejta fl-ispazju tal-ajru ta’ xi Stati Membri.

(18)

L-operaturi u l-organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambju tad-dejta bejn l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandha titħallielhom il-possibbiltà li jużaw protokolli differenti minn barra l-ATN jew il-VDL 2. Madankollu dawn il-protokolli jistgħu jikkonformaw ma’ rekwiżiti adegwati li jiżguraw li tinżamm l-interoperabbiltà minn tarf għall-ieħor bejn l-unitajiet tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-inġenji tal-ajru.

(19)

Il-fornituri tas-servizz tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-ATS) jistgħu jagħżlu li jiddependu fuq organizzazzjonijiet oħrajn għall-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art. F’dan il-każ, sabiex jiġu żgurati s-sikurezza, s-sigurtà u l-effiċjenza ta’ dawn is-servizzi, ftehimiet dwar il-livell tas-servizz jistgħu jiġu stabbiliti bejn il-partijiet ikkonċernati.

(20)

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabbiltà minn tarf għall-ieħor tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta, l-inġenji tal-ajru u l-unitajiet tal-ATS b’kapaċità ta’ kollegament tad-dejta jistgħu ikunu kapaċi jitsabbilixxu komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta irrispettivament mill-arranġamenti magħmula mill-operaturi u mill-fornituri tal-ATS biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art. Għalhekk għandhom jittieħdu miżuri adegwati għal dan il-għan.

(21)

L-informazzjoni dwar il-kapaċità tat-titjiriet għal kollegament tad-dejta tista’ tkun inkluża fil-pjan tat-titjira, ipproċessata u trażmessa bejn l-unitajiet tal-ATS. L-informazzjoni t’identifikazzjoni, li tippermetti l-użu ta’ applikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art u tagħti l-possibbiltà lill-unità tal-ATS li jkun imissha biex tibda l-iskambju tad-dejta mal-inġenji tal-ajru, tista’ wkoll tiġi pproċessata u trażmessa bejn l-unitajiet tal-ATS.

(22)

Jistgħu jittieħdu miżuri mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u mill-entitajiet l-oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art biex tiġi żgurata s-sigurtà adegwata għall-iskambji ta’ informazzjoni.

(23)

Il-kwalità tas-servizz tal-komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art tista’ tiġi mmonitorjata regolarment mill-fornituri tal-ATS.

(24)

Jaqbel li tiġi użata skema komuni t’indirizzar sabiex ikunu identifikati mingħajr ambigwità dawk l-istazzjonijiet kollha tal-ajru u tal-art milqutin mill-iskambji tal-kollegamenti tad-dejta.

(25)

Bil-għan li jżommu jew isaħħu l-livelli eżistenti ta’ sikurezza tal-operazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jintalbu jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati jwettqu valutazzjoni tas-sikurezza li tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-proċessi ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

(26)

B’konformità mal-Artikolu 3(3)(d) tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, regoli ta’ implimentazzjoni għall-interoperabbiltà jistgħu jiddeskrivu l-proċeduri speċifiċi tal-valutazzjoni tal-konformità li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-konformità jew tal-addattament għall-użu tal-kostitwenti, kif ukoll għall-verifika tas-sistemi.

(27)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata tas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta bbażati fuq komunikazzjonijiet tad-dejta mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor (“point-to-point”) kif iddefiniti fl-Artikolu 2, punt 5.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

sistemi li jipproċessaw id-dejta tat-titjiriet, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom, u sistemi ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom li jaqdu l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru li jipprovdu servizz lit-traffiku tal-ajru ġenerali;

(b)

kostitwenti tas-sistemi ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magni li jinġarru fl-ajru u l-proceduri assoċjati magħhom;

(ċ)

sistemi ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art, il-kostitwenti tagħhom u l-proċeduri assoċjati magħhom.

3.   Dan ir-Regolament għandu japplika għat-titjiriet kollha li joperaw bħala traffiku tal-ajru ġenerali b’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fi ħdan l-ispazju tal-ajru ’l fuq minn FL 285 kif iddefinit fil-Parti A tal-Anness I.

Kif ukoll għandu japplika mill-5 ta’ Frar 2015 għal kull titjira operata bħala traffiku tal-ajru ġenerali b’konformità mar-regoli tat-titjir bl-istrumenti fi ħdan l-ispazju tal-ajru ’l fuq minn FL 285 kif iddefinit fil-Parti B tal-Anness I.

4.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru (minn hawn ’il quddiem imsejħa “fornituri ATS”) li jipprovdu servizzi lit-traffiku tal-ajru ġenerali fi ħdan l-ispazju tal-ajru msemmi fil-paragrafu 3 u b’konformità mad-dati ta’ applikazzjoni rilevanti.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

Għandhom japplikaw ukoll it-tifsiriet li ġejjin:

(1)

“servizz ta’ kollegament tad-dejta” tfisser sett ta’ tranżazzjonijiet dwar il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru li huma relatati, li huma appoġġjati minn komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art, u li għandhom għan operattiv imfisser b’mod ċar u li jibdew u jintemmu ma’ avveniment operattiv;

(2)

“operatur” tfisser persuna, organizzazzjoni jew impriża involuta f’operazzjoni tal-inġenji tal-ajru jew li toffri li tkun involuta fiha;

(3)

“unità tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru” (minn hawn ’il quddiem imsejħa unità tal-“ATS”) tfisser unità ċivili jew militari responsabbli għall-forniment tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(4)

“ftehim dwar il-livell tas-servizz” tfisser dik il-parti ta’ kuntratt tas-servizz bejn organizzazzjonijiet fejn jintlaħaq ftehim dwar ċertu livell ta’ servizz, b’mod partikulari b’rabta mal-kwalità u mal-prestazzjoni tas-servizz tal-komunikazzjoni tad-dejta;

(5)

“komunikazzjoni mill-ajru għall-art minn punt għall-ieħor” tfisser komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn inġenju tal-ajru u entità ta’ komunikazzjoni fuq l-art li sserraħ fuq sett ta’ funzjonijiet imqassma biex tikseb:

(a)

it-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ “bit frames” axxendentali (“uplink”) u dixxendentali (“downlink”) permezz ta’ kollegament mobbli tad-dejta bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru;

(b)

it-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ unitajiet tad-dejta bejn sistemi fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru li jkollhom fihom l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art:

(i)

bit-trażmissjoni ta’ unitajiet tad-dejta mar-rotot kollha ta’ komunikazzjoni fuq l-art u mal-kollegamenti kollha mobbli tad-dejta;

(ii)

bil-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni taż-żewġt itruf għat-trasport tal-unitajiet tad-dejta.

(6)

“inġenji tal-ajru Statali” tfisser kwalunkwe inġenju tal-ajru użat mill-militar, mid-dwana u mill-pulizija;

(7)

“inġenji tal-ajru Statali tat-trasport” tfisser inġenji tal-ajru Statali bil-ġwienaħ fissi li huma ddisinjati għall-ġarr ta’ persuni u/jew ta’ merkanzija;

(8)

“applikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser sett ta’ funzjonijiet ta’ kooperazzjoni mill-ajru għall-art li jappoġġjaw lis-servizzi tat-traffiku tal-ajru;

(9)

“komunikazzjoni minn tarf għall-ieħor” tfisser it-trasferiment ta’ informazzjoni bejn applikazzjonijiet mill-ajru għall-art korrispondenti;

(10)

“komunikazzjoni mill-ajru għall-art” tfisser komunikazzjoni fiż-żewġ direzzjonijiet bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni tal-inġenji tal-ajru u dawk fuq l-art;

(11)

“politika ta’ sigurtà” tfisser sett ta’ objettivi, regoli dwar l-imġiba għall-utenti u l-amministraturi, u rekwiżiti għall-konfigurazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi li b’mod kollettiv huma maħsuba biex jissalvagwardjaw sistemi u riżorsi ta’ komunikazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-forniment ta’ servizzi ta’ kollegament tad-dejta minn atti ta’ interferenza illegali;

(12)

“informazzjoni tal-indirizzar” tfisser informazzjoni relatata mas-sistema jew mal-indirizz tan-netwerk ta’ xi entità li tkun qed tipparteċipa f’komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mill-ajru għall-art, u li tippermetti ukoll li jiġi ddeterminat mingħajr ambigwità fejn tinsab l-entità;

(13)

“sistema integrata għall-ipproċessar tal-pjan iniżjali tat-titjira” (minn hawn ’il quddiem imsejħa “IFPS”) tfisser sistema fi ħdan in-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru li permezz tagħha jiġi pprovdut servizz iċċentralizzat ta’ pproċessar u tqassim tal-ippjanar tat-titjiriet, li jittratta r-riċeviment, il-validazzjoni u t-tqassim tal-pjanijiet tat-titjiriet, fi ħdan l-ispazju tal-ajru kopert minn dan ir-Regolament;

(14)

“mhux operattiv” għal kostitwent li jinġarr fl-ajru tfisser li l-kostitwent ma jwettaqx il-funzjoni li għaliha jkun maħsub jew li b’mod konsistenti ma jkunx qed jaħdem fi ħdan il-limiti operattivi jew il-kriterji tat-tolleranza tiegħu.

Artikolu 3

Is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta

1.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li l-unitajiet tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru fi ħdan l-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) ikollhom il-kapaċità li jipprovdu u jħaddmu s-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, operaturi għandhom jiżguraw li l-inġenji tal-ajru li jkunu qed joperaw titjiriet imsemmija fl-Artikolu 1(3) b’ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà (“airworthiness”) maħruġ għall-ewwel darba fl-1 ta’ Jannar 2011 jew wara, ikollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-operaturi għandhom jiżguraw li inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet imsemmija fl-Artikolu 1(3) b’ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2011, ikollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, b’effett mill-5 ta’ Frar 2015.

4.   Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għal li ġej:

(a)

inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Jannar 2014 u mgħammrin b’tagħmir għall-kollegament tad-dejta ċċertifikat skont ir-rekwiżiti ta’ wieħed mid-dokumenti tal-Eurocae speċifikati fil-punt (10) tal-Anness III;

(b)

għal inġenji tal-ajru li għandhom ċertifikat individwali dwar in-navigabbiltà maħruġ għall-ewwel darba mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 1998 u li se jtemmu l-operat fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017;

(ċ)

għal inġenji tal-ajru Statali;

(d)

għal inġenji tal-ajru li jittajru fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3) għall-finijiet ta’ ttestjar, ta’ kunsinna jew ta’ manutenzjoni jew li għandhom kostitwenti tal-kollegament tad-dejta li, b’mod temporanju, ma jkunux operattivi, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-lista applikabbli dwar it-tagħmir minimu meħtieġa mill-punt (1) tal-Anness III u mir-Regolament (KE) Nru 216/2008 u mir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

5.   L-Istati Membri li jiddeċiedu li jgħammru inġenji tal-ajru Statali tat-trasport ġodda li jkunu se jidħlu fis-servizz mill-1 ta’ Jannar 2014 bil-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta li tiddependi fuq standards li mhumiex speċifiċi għar-rekwiżiti operattivi militari, għandhom jiżguraw li dawn l-inġenji tal-ajru jkollhom il-kapaċità li joperaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

Artikolu 4

Il-proċeduri assoċjati

Il-fornituri tal-ATS li jipprovdu servizzi tat-traffiku tal-ajru u l-operaturi li jużaw servizzi tat-traffiku tal-ajru appoġġjati mis-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II għandhom japplikaw proċeduri komuni standardizzati li jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Civili (ICAO) għal:

(a)

it-twaqqif ta’ komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot (minn hawn ’il quddiem imsejħin is-CPDLC);

(b)

l-iskambju ta’ messaġġi operattivi tas-CPDLC;

(ċ)

it-trasferiment tas-CPDLC;

(d)

il-waqfien temporanju mill-użu ta’ talbiet tas-CPDLC mill-bdot;

(e)

il-falliment u l-għeluq tas-CPDLC;

(f)

l-iffajljar ta’ pjanijiet tat-titjira li jirrigwardaw informazzjoni dwar il-kapaċità tal-kollegament tad-dejta.

Artikolu 5

L-obbligi tal-fornituri tal-ATS f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta

1.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2) u l-kostitwenti tagħhom jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

2.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-iehor f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

3.   Il-fornituri tal-ATS li jiddependu fuq organizzazzjonijiet oħrajn għall-forniment tas-servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambji tad-dejta mal-inġenji tal-ajru li huma meħtieġa għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom jiżguraw li dawn is-servizzi jiġu pprovduti skont it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ ftehim dwar il-livell tas-servizz li jinkludi b’mod partikulari:

(a)

id-deskrizzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni skont ir-rekwiżiti tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II;

(b)

id-deskrizzjoni tal-polza tas-sigurtà implimentata biex tiżgura skambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art li huma ddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III;

(ċ)

il-materjal rilevanti li għandu jiġi pprovdut għall-monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz u tal-prestazzjoni tas-servizzi ta’ komunikazzjoni.

4.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jagħmlu arranġamenti adattati biex jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu stabbiliti skambji tad-dejta mal-ingenji tal-ajru kollha li jittajru fl-ispazju tal-ajru li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom u li jkollhom il-kapaċità tal-kollegament tad-dejta f’konformita mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti ghat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.

5.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jimplimentaw, fis-sistemi għall-ipproċessar tad-dejta dwar it-titjira tagħhom, il-proċessi ta’ identifikazzjoni bil-quddiem (“log on forward”) u tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jkun imiss (“next authority notification”) bejn l-unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 (7) f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti għas-sistemi awtomatiċi għall-iskambju tad-dejta dwar it-titjir li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegament tad-dejta.

6.   Il-fornituri tal-ATS għandhom iwettqu monitoraġġ tal-kwalità tas-servizz ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni u jivverifikaw il-konformità tagħhom mal-livell ta’ prestazzjoni meħtieġ għall-ambjent operattiv taħt ir-responsabbiltà tagħhom.

Artikolu 6

L-obbligi tal-operaturi f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta

1.   L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

2.   L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-iehor f’konformità mar-rekwiżiti tal-parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

3.   L-operaturi għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 3(2) u (3) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti B jew tal-Parti Ċ tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO specifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

4.   L-operaturi msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jagħmlu l-arranġamenti adattati biex jiżguraw li l-iskambji tad-dejta jkunu jistgħu jiġu stabbiliti bejn l-inġenji tal-ajru tagħhom li għandhom il-kapaċità ta’ kollegament tad-dejta u l-unitajiet kollha tal-ATS li jistgħu jikkontrollaw it-titjiriet li huma joperaw fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3), waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.

Artikolu 7

L-obbligi ġenerali tal-Istati Membri f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta

1.   L-Istati Membri li jkunu ħatru fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru ddefinit fl-Artikolu 1(3) għandhom jiżguraw li servizzi ta’ komunikazzjoni mill-ajru għall-art li japplikaw ir-rekwiżiti tal-Parti B tal-Anness IV jkunu disponibbli għall-operaturi għal inġenji tal-ajru li jittajru ġewwa dan l-ispazju tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom għal skambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III, waqt li jitqiesu b’mod xieraq il-limitazzjonijiet ta’ kopertura possibbli li jkunu inerenti għat-teknoloġija tal-komunikazzjoni użata.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u entitajiet oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni jimplimentaw polza tas-sigurtà adegwata għall-iskambji tad-dejta tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, b’mod partikulari billi japplikaw regoli komuni tas-sigurtà biex jipproteġu r-riżorsi fiżiċi mqassmin li jappoġġjaw dawn l-iskambji tad-dejta.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu japplikaw proċeduri armonizzati għall-ġestjoni tal-indirizzar tal-informazzjoni sabiex jiġu identifikati mingħajr ambigwità s-sistemi ta’ komunikazzjoni fl-ajru u fuq l-art li jappoġġjaw l-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

Artikolu 8

Il-komunikazzjoni tal-kollegament tad-dejta għall-inġenji tal-ajru Statali tat-trasport

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) ikunu jappoġġjaw l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(ċ) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) japplikaw komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti A tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sistemi li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(c) u l-kostitwenti tagħhom installati abbord inġenji tal-ajru Statali tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 3(5) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti speċifikati fil-Parti B jew fil-Parti Ċ tal-Anness IV għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III.

Artikolu 9

L-obbligi tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u ta’ entitajiet oħrajn f’dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta

Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u entitajiet oħra li jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni għall-iskambji tad-dejta tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ fuq l-art imsemmija fl-Artikolu 1(2)(c) japplikaw komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art f’konformità mar-rekwiżiti tal-Parti B jew tal-Parti Ċ tal-Anness IV.

Artikolu 10

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe tibdiliet fis-sistemi eżistenti msemmija fl-Artikolu 1(2) jew l-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda jsiru wara li l-partijiet ikkonċernati jkunu wettqu valutazzjoni tas-sikurezza, li tkun tinkludi l-identifikazzjoni tal-perikli, il-valutazzjoni tar-riskju u l-mitigazzjoni tar-riskju.

Artikolu 11

Il-konformità jew l-adattament għall-użu tal-kostitwenti

Qabel ma joħorġu dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew dwar l-adattament għall-użu tal-kostitwenti, imsemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004, il-manifatturi tal-kostitwenti tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dan ir-Regolament, jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom stabbiliti fil-Komunità, għandhom jivvalutaw il-konformità jew l-adattament għall-użu ta’ dawn il-kostitwenti f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V.

Il-proċessi taċ-ċertifikazzjoni tan-navigabbiltà li jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, meta jkunu applikati għall-kostitwenti li jinġarru fl-ajru msemmija fl-Artikolu 1(2)(b) u (c) ta’ dan ir-Regolament, għandhom jitqiesu bħala proċeduri aċċettabbli għall-valutazzjoni tal-konformità ta’ dawn il-kostitwenti jekk dawn ikunu jinkludu t-turija ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà, tal-prestazzjoni u tas-sikurezza ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-verifika tas-sistemi

1.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li juru jew li wrew li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom iwettqu l-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (c) f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness VII.

2.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru li ma jistgħux juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI għandhom jagħtu b’sottokuntratt il-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) u (c) lil korp innotifikat. Din il-verifika għandha titwettaq skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness VII.

Artikolu 13

Rekwiżiti addizzjonali

1.   Il-fornituri tal-ATS għandhom jiżguraw li l-iskambji tad-dejta mill-ajru għall-art tal-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III jkunu rreġistrati f’konformità mal-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (6), (7) u (8) tal-Anness III sakemm huma relatati mal-funzjoni ta’ reġistrazzjoni tal-komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta bbażata fuq l-art.

2.   Id-dokument tal-Eurocae speċifikat fil-punt 9 tal-Anness III għandu jitqies bħala mezz suffiċjenti ta’ konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni tal-iskambji tad-dejta mill-ajru għall-art imsemmija fl-ewwel subparagrafu u identfikati fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (6), (7) u (8) tal-Anness III.

3.   Il-fornituri tal-ATS għandhom:

(a)

jiżviluppaw u jżommu manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-persunal ikkonċernat kollu japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżguraw li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni tagħhom ikunu suġġetti għal ġestjoni adegwata tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(ċ)

jiżguraw li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-servizz iċċentralizzat ta’ pproċessar u tqassim tal-ippjanar tat-titjiriet:

(a)

jiżviluppa u jżomm manwali tal-operazzjonijiet li jkun fihom l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa biex jippermettu lill-persunal ikkonċernat kollu japplika dan ir-Regolament;

(b)

jiżgura li l-manwali msemmija fil-punt (a) jkunu aċċessibbli u miżmuma aġġornati u li l-aġġornament u d-distribuzzjoni jkunu suġġetti għal ġestjoni adegwata tal-kwalità u tal-konfigurazzjoni tad-dokumentazzjoni;

(ċ)

jiżgura li l-metodi ta’ ħidma u l-proċeduri operattivi jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

5.   Il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jiżguraw li l-persunal ikkonċernat kollu jiġi mgħarraf dwar id-dispożizzjonijiet rilevanti f’dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.

6.   L-operaturi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal li jħaddem it-tagħmir tal-kollegament tad-dejta jiġi mgħarraf dwar dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu, u li fejn ikun vijabbli jkunu disponibbli fil-kabina tal-bdot struzzjonijiet dwar kif għandu jintuża t-tagħmir tal-kollegament tad-dejta.

7.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-persunal involut fl-ippjanar tat-titjira li jopera l-IFPS jiġi mgħarraf dwar ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament fi żmien xieraq u li jitħarreġ b’mod adegwat għall-funzjonijiet tal-impjieg tiegħu.

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti dwar l-użu tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta tiġi ppubblikata fil-pubblikazzjonijiet nazzjonali ta’ informazzjoni dwar l-ajrunawtika.

Artikolu 14

Eżenzjonijiet

1.   Meta ċirkustanzi partikulari, ibbażati fuq il-kriterji ddefiniti fil-paragrafu 3, iżommu inġenji tal-ajru ta’ tipi speċifiċi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Dicembru 2012, informazzjoni ddettaljata li tiġġustifika l-ħtieġa għall-għoti ta’ eżenzjonijiet lil dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru.

2.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rikjesti għall-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u għandha wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tadotta deċiżjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

3.   Il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

tipi ta’ inġenji tal-ajru li qed joqorbu lejn tmiem il-ħajja ta’ produzzjoni tagħhom u li qed jiġu prodotti f’numri limitati; u

(b)

tipi ta’ inġenji tal-ajru li għalihom l-ispejjeż tal-inġinerija mill-ġdid ma jkunux proporzjonati minħabba d-disinn qadim tagħhom.

Artikolu 15

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mis-7 ta’ Frar 2013.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1. ĠU L 4 M, 8.1.2008, p. 162.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(5)  ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4.

(6)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(7)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27. ĠU L 322 M, 2.12.2008, p. 228.


ANNESS I

L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)

IL-PARTI A

L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)(a) għandu jinkludi l-ispazju tal-ajru ‘l fuq minn FL 285 fir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir (l-FIR) u fir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir ta’ aktar ‘il fuq (l-UIR) li ġejjin:

Amsterdam FIR,

Wien FIR,

Barcelona UIR,

Brindisi UIR,

Brussels UIR,

Canarias UIR,

France UIR,

Hannover UIR,

Lisboa UIR,

London UIR,

Madrid UIR,

Milano UIR,

Rhein UIR,

Roma UIR,

Scottish UIR,

Shannon UIR.

IL-PARTI B

L-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3)(b) għandu jinkludi l-ispazju tal-ajru ‘l fuq minn FL 285 iddefinit fil-parti A kif ukoll ir-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir (l-FIR) u r-Reġjuni ta’ Informazzjoni dwar it-Titjir ta’ aktar ‘il fuq (l-UIR) li ġejjin:

Bratislava FIR,

Bucuresti FIR,

Budapest FIR,

Kobenhavn FIR,

Ljubljana FIR,

Nicosia FIR,

Praha FIR,

Sofia FIR,

Warszawa FIR,

Finland UIR fin-nofsinhar ta’ 61°30′,

Hellas UIR,

Malta UIR,

Riga UIR,

Sweden UIR fin-nofsinhar ta’ 61°30′,

Tallinn UIR,

Vilnius UIR.


ANNESS II

Definizzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta msemmija fl-Artikoli 3, 4, 5 u 7 u fl-Anness IV

1.   Definizzjoni tal-Kapaċità li jinbdew komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta (id-DLIC)

Is-servizz tad-DLIC għandu jippermetti l-iskambju tal-informazzjoni neċessarja għat-twaqqif ta’ komunikazzjonijiet tal-kollegament tad-dejta bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru.

Is-servizz tad-DLIC għandu jkun disponibbli biex jappoġġja:

l-assoċjazzjoni mingħajr ambigwità tad-dejta dwar it-titjira mill-inġenju tal-ajru mad-dejta dwar il-pjan tat-titjira użata minn unità tal-ATS;

l-iskambju tal-informazzjoni dwar it-tip u l-verżjoni tal-applikazzjoni mill-ajru għall-art li tkun appoġġjata;

u l-l-kunsinna tal-informazzjoni tal-indirizzar tal-entità li jkollha fiha l-applikazzjoni.

L-iskambji bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tad-DLIC għandhom jikkonformaw:

mal-metodi operattivi, mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin u mal-messaġġi għall-bidu tad-DLIC u għall-funzjonijiet ta’ kuntatt tad-DLIC speċifikati fis-sezzjoni 4.1 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 4.2.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fis-sezzjoni 4.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III.

2.   Definizzjoni tas-servizz tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjonijiet tal-ATC (l-ACM)

Is-servizz tal-ACM għandu jipprovdi assistenza awtomatizzata lill-ekwipaġġ tat-titjira u lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru biex iwettqu t-trasferiment tal-komunikazzjonijiet tal-ATC (bil-vuċi u tad-dejta) li jinkludu:

it-twaqqif fil-bidu tas-CPDLC ma’ unità tal-ATS;

it-trasferiment tas-CPDLC u tal-vuċi għal xi titjira minn unità waħda tal-ATS għall-unità tal-ATS li jkun imiss, jew l-istruzzjoni biex issir bidla fil-frekwenza tal-komunikazzjoni bil-vuċi fi ħdan unità jew settur tal-ATS;

it-tmiem normali tas-CPDLC ma’ unità tal-ATS.

L-iskambji bejn is-sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-ACM għandhom jikkonformaw:

mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.1.1.1.1 sa 5.1.1.1.7 u 5.1.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.1.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III, ħlief għar-rekwiżiti relatati mal-awtorizzazzjoni dixxendentali;

mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-fażi ta’ waqt ir-rotta speċifikati fis-sezzjoni 5.1.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III.

3.   Definizzjoni tas-servizz ta’ awtorizzazzjoni u ta’ informazzjoni tal-ATC (l-ACL)

Is-servizz tal-ACL għandu jipprovdi lill-ekwipaġġi u lill-kontrolluri tat-titjira l-ħila li jwettqu skambji operattivi li jinkludu:

t-talbiet u r-rapporti mill-ekwipaġġi tat-titjiriet lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru;

l-awtorizzazzjonijiet, l-istruzzjonijiet u n-notifiki maħruġin mill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru lill-ekwipaġġi tat-titjiriet.

L-iskambji bejn sistemi ta’ kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-ACL għandhom jikkonformaw:

mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.2.1.1.1 sa 5.2.1.1.4 u 5.2.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

ma’ subsett komuni tal-elementi tal-messaġġ speċifikati fis-sezzjoni 5.2.1.1.5 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III kif adegwat għall-ambjent operattiv ta’ waqt ir-rotta;

mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.2.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni għall-fażi ta’ waqt ir-rotta speċifikati fis-sezzjoni 5.2.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III.

4.   Definizzjoni tas-servizz ta’ ċċekkjar tal-mikrofonu tal-ATC (l-AMC)

Is-servizz tal-AMC għandu jipprovdi lill-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru l-kapaċità li jibagħtu, fl-istess waqt, istruzzjoni lil diversi inġenji tal-ajru mgħammra b’tagħmir għall-kollegament tad-dejta, sabiex jordnaw lill-ekwipaġġi tat-titjiriet jivverifikaw li t-tagħmir ta’ komunikazzjoni bil-vuċi tagħhom ma jkunx qed jimblokka xi frekwenza ta’ komunikazzjoni bil-vuċi partikulari.

Din l-istruzzjoni għandha tinħareġ biss lil dawk l-inġenji tal-ajru ntunati fuq il-frekwenza li tkun imblukkata.

L-iskambji bejn sistemi tal-kollegament tad-dejta li jinġarru fl-ajru u dawk ta’ fuq l-art għat-twettiq tas-servizz tal-AMC għandhom jikkonformaw:

mal-metodi operattivi u mal-figuri tas-sekwenza skont il-ħin speċifikati fis-sezzjonijiet 5.3.1.1.1 sa 5.3.1.1.2 u 5.3.1.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tas-sikurezza speċifikati fis-sezzjoni 5.3.2.3 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III;

mar-rekwiżiti tal-prestazzjoni speċifikati fis-sezzjoni 5.3.3.2 tad-dokument tal-Eurocae identifikat fil-punt (11) tal-Anness III.


ANNESS III

Dispożizzjonijiet tal-ICAO msemmija fl-Artikoli 3, 5, 6, 7, 8, 9 u 13 u fl-Anness IV

Dokumenti tal-Eurocae msemmija fl-Artikoli 3 u 13 u fl-Anness II

1.

Is-Sottoparti B, l-OPS 1 030 tal-Anness III għar-Regolament (KEE) Nru 3922/91.

2.

Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.1.1 il-punti ta' applikazzjoni a) u b) tal-“Context Management” (il-Ġestjoni tal-kuntest) (CM) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)).

3.

Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.2.2 il-punti ta' applikazzjoni a) u b) tal-“Controller-Pilot Data Link Communications” (il-Komunikazzjonijiet ta' kollegament tad-dejta bejn il-kontrollur u l-bdot) (CPDLC) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) - il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)).

4.

Il-Kapitolu 3 – “Aeronautical Telecommunication Network” (In-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika), is-sezzjonijiet 3.3, 3.4 u 3.6 tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)).

5.

Il-Kapitolu 6 – “VHF air–ground digital link (VDL)” (Il-Kollegament diġitali ta' frekwenza għolja ħafna (VHF) mill-ajru għall-art (il-VDL)) tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Parti I tal-Volum III (“Digital Data Communication Systems” (Sistemi ta' Komunikazzjoni tad-Dejta Diġitali)) (L-ewwel edizzjoni ta' Lulju 1995 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)).

6.

Il-Kapitolu 3 – “General procedures for the international aeronautical telecommunication service” (Il-proċeduri ġenerali għas-servizz internazzjonali tat-telekomunikazzjoni ajrunawtika), is-sezzjoni 3.5.1.5 tal-Anness 10 tal-ICAO – “Aeronautical Telecommunications” (It-Telekomunikazzjonijiet Ajrunawtiċi) – il-Volum II (“Communication Procedures” (Il-Proċeduri ta' Komunikazzjoni)) (Is-sitt edizzjoni ta' Ottubru 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 81 (23/11/2006)).

7.

Il-Kapitolu 2 – “General” (Ġenerali), - is-sezzjonijiet 2.25.3 tal-Anness 11 tal-ICAO – “Air Traffic Services” (Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru) (It-tlettax-il edizzjoni ta' Lulju 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 45 (16/7/2007)).

8.

Il-Kapitolu 6 – “Air traffic services requirements for communications” (Ir-rekwiżiti tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru għall-komunikazzjonijiet), is-sezzjoni 6.1.1.2 tal-Anness 11 tal-ICAO – “Air Traffic Services” (Is-servizzi tat-traffiku tal-ajru) (It-tlettax-il edizzjoni ta' Lulju 2001 li tinkorpora l-Emenda nru 45 (16/7/2007)).

9.

L-Eurocae ED-111, “Functional specifications for CNS/ATM ground recording” (L-ispeċifikazzjonijiet dwar il-funzjoni għar-reġistrazzjoni fuq l-art tas-CNS/ATM), Lulju 2002 inkluż l-Emenda nru 1 (30/7/2003).

10.

L-Eurocae ED-100 (Settembru 2000) u ED-100 A (April 2005), “Interoperability requirements for ATS applications using ARINC 622 Data Communications” (Ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà għall-applikazzjonijiet tal-ATS li jużaw il-Komunikazzjonijiet tad-Dejta ARINC 622).

11.

L-Eurocae ED-120 “Safety and Performance Requirements Standard for Air Traffic Data Link Services in Continental Airspace” (L-istandard tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni għas-servizzi tal-kollegament tad-dejta tat-traffiku tal-ajru fl-ispazju tal-ajru Kontinentali), ippubblikat f'Mejju 2004, inkluż il-Bidla nru 1, ippubblikata f'April 2007, u l-Bidla nru 2, ippubblikata f'Ottubru 2007.


ANNESS IV

Ir-rekwiżiti msemmijin fl-Artikoli 5, 6, 7, 8 u 9

Il-Parti A:   Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor

1.

Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.

Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jappoġġaw l-iskambju ta’ messaġġi b’appoġġ għas-servizzi ta’ kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II, f’konformità ma’ sett komuni ta’ messaġġi standardizzati.

3.

Il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor għandhom jappoġġaw mekkaniżmu komuni u standardizzat ta’ protezzjoni minn tarf għall-ieħor biex jiżguraw l-integrità tal-messaġġi riċevuti b’konsistenza mar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

Il-Parti B:   Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art ibbażati fuq l-ATN u l-VDL Mode 2

1.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu ddisinjati biex jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u biex jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

3.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu bbażati fuq skema komuni ta’ indirizzar.

4.

It-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ unitajiet tad-dejta bejn is-sistemi ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru li jkollhom fihom l-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III għandhom ikunu bbażati fuq protokolli tal-komunikazzjoni li jkunu konformi mal-istandards tal-ICAO li jiddefinixxu n-Netwerk għat-Telekomunikazzjoni Ajrunawtika li hemm referenza għalih fil-punt (4) tal-Anness III.

5.

Il-karatteristiċi tas-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru u t-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ “bit frames” bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru għandhom ikunu konformi mal-istandards tal-ICAO li jiddefinixxu l-kollegament diġitali ta’ frekwenza għolja ħafna, il-VDL Mode 2, li hemm referenza għalih fil-punt (5) tal-Anness III.

Il-Parti Ċ:   Ir-rekwiżiti tal-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art ibbażati fuq protokolli oħrajn tal-komunikazzjoni

1.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu ddisinjati biex jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u biex jiżguraw il-forniment u l-użu ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mingħajr problemi għall-applikazzjonijiet mill-ajru għall-art iddefiniti fl-istandards tal-ICAO speċifikati fil-punti (2) u (3) tal-Anness III fl-ispazju tal-ajru msemmi fl-Artikolu 1(3).

2.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

3.

Il-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art għandhom ikunu bbażati fuq skema komuni ta’ indirizzar.

4.

It-trażmissjoni u r-riċeviment ta’ “bit frames” bejn is-sistemi ta’ komunikazzjoni ta’ fuq l-art u dawk fl-inġenji tal-ajru għandhom ikunu bbażati fuq protokolli tal-komunikazzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-parti D.

Il-Parti D:   Il-kundizzjonijiet imsemmija fil-Parti Ċ

1.

Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor.

2.

Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jkunu suġġetti għal każ tas-sikurezza biex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni tas-servizzi tal-kollegament tad-dejta ddefiniti fl-Anness II.

3.

Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jappoġġaw il-komunikazzjonijiet minn punt għall-ieħor u fiż-żewġ direzzjonijiet bl-użu ta’ dawk il-partijiet tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju identifikati mill-ICAO bħala adegwati għall-komunikazzjonijiet tad-dejta mill-ajru għall-art b’appoġġ għas-servizzi tat-traffiku tal-ajru.

4.

Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jinkludu mekkaniżmu biex il-konnettività mobbli bejn l-istazzjonijiet ta’ fuq l-art u dawk li jinġarru fl-ajru tkun amministrata b’mod trasparenti.

5.

Il-protokolli tal-komunikazzjoni jridu jkunu speċifikati u vvalidati fir-rigward tar-regolamenti dwar in-navigabbiltà u r-regolamenti dwar l-approvazzjoni tal-operat li huma applikabbli għat-tagħmir tal-komunikazzjoni tal-inġenji tal-ajru.

6.

Is-sistemi tal-komunikazzjoni li jappoġġaw dawn il-protokolli ma jridux joħolqu effetti negattivi fuq l-istallazzjonijiet li jinġarru fl-ajru jew dawk ta’ fuq l-art li jappoġġaw il-VDL 2.


ANNESS V

Ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni mseemmija fl-Artikolu 11 tal-konformità jew tal-addattament għall-użu tal-kostitwenti

1.

L-attivitajiet ta’ verifika għandhom juru l-konformità jew l-addattament għall-użu tal-kostitwenti li jimplimentaw is-servizzi tal-kollegament tad-dejta, il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament waqt li dawn il-kostitwenti jkunu qed jitħaddmu fl-ambjent ta’ ttestjar.

2.

Il-manifattur għandu jamministra l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità u b’mod partikulari għandu:

jiddetermina l-ambjent ta’ ttestjar adattat;

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jiddeskrivi l-kostitwenti fl-ambjent ta’ ttestjar;

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti applikabbli;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan ta’ ttestjar;

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, tal-persunal, tal-istallazzjoni u tal-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-testijiet;

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan ta’ ttestjar;

jikteb ir-rapport bir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

3.

Il-manifattur għandu jiżgura li l-kostitwenti li jimplimentaw is-servizzi tal-kollegament tad-dejta, il-komunikazzjonijiet minn tarf għall-ieħor u l-komunikazzjonijiet mill-ajru għall-art li jkunu integrati fl-ambjent ta’ ttestjar jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

4.

Wara li jkun issodisfa t-tlestija tal-verifika tal-konformità jew tal-addattament għall-użu, il-manifattur għandu, taħt ir-responsabbiltà tiegħu, jimla d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-konformità jew l-addattament għall-użu, li tispeċifika b’mod partikulari r-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament li jkunu ġew issodisfati mill-kostitwent u l-kundizzjonijiet tal-użu assoċjati miegħu f’konformità mal-punt (3) tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


ANNESS VI

Il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 12

1.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jkollu implimentati metodi ta’ rrappurtar fi ħdan l-organizzazzjoni li jiżguraw u juru l-imparzjalità u l-indipendenza tal-ġudizzju fir-rigward tal-attivitajiet ta’ verifika.

2.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jwettaq il-kontrolli bl-ikbar inetgrità professjonali possibbli u bl-iktar kompetenza teknika possibbli u li dan ikun ħieles minn kwalunkwe pressjoni jew inċentiv, b’mod partikulari ta’ tip finanzjarju, li jista’ jaffettwa l-ġudizzju tiegħu jew ir-riżultati tal-kontrolli tiegħu, b’mod partikulari minn persuni jew minn gruppi ta’ persuni milquta mir-riżultati tal-kontrolli.

3.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu aċċess għat-tagħmir li jippermettilu li jwettaq sew il-kontrolli meħtieġa.

4.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkollu taħriġ tekniku u vokazzjonali tajjeb, għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-verifiki li jrid iwettaq, esperjenza adegwata tat-tali ħidmiet, u l-ħila meħtieġa biex iħejji d-dikjarazzjonijiet, ir-reġistri u r-rapporti biex juri li l-verifiki jkunu twettqu.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru jrid jiżgura li l-persunal involut fil-proċessi ta’ verifika jkun kapaċi jwettaq il-kontrolli tiegħu b’imparzjalità. Il-ħlas tiegħu m’għandux jiddependi fuq l-għadd ta’ kontrolli mwettqa, jew fuq ir-riżultati tat-tali kontrolli.


ANNESS VII

Il-Parti A:   Ir-rekwiżiti tal-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 12(1)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq f’konformità ma’ prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-għodod ta’ ttestjar użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-punt (3) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet magħmula qabel id-dħul tas-sistema fis-servizz.

5.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jamministra l-attivitajiet tal-verifika u b’mod partikulari għandu:

jiddetermina l-ambjent adattat operattiv u tekniku tal-valutazzjoni li jirrifletti l-ambjent operattiv;

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) f’ambjent operattiv u tekniku ta’ valutazzjoni;

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u tal-prestazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan ta’ ttestjar;

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, tal-persunal, tal-istallazzjoni u tal-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-testijiet;

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan ta’ ttestjar;

jikteb ir-rapport bir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

6.

Il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) li jitħaddmu f’ambjent operattiv ta’ valutazzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

7.

Wara li lesta b’suċċess il-verifika tal-konformità, il-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandhom jimlew id-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jibagħtuha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif mitlub mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.

Il-Parti B:   Ir-rekwiżiti tal-verifika tas-sistemi msemmija fl-Artikolu 12(2)

1.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha turi l-konformità ta’ dawn is-sistemi mar-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament f’ambjent ta’ valutazzjoni li jirrifletti l-kuntest operattiv ta’ dawn is-sistemi.

2.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha titwettaq f’konformità ma’ prattiki ta’ ttestjar adattati u rrikonoxxuti.

3.

L-għodod ta’ ttestjar użati għall-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandu jkollhom funzjonalitajiet adattati.

4.

Il-verifika tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) għandha tipproduċi l-elementi tal-fajl tekniku mitlub mill-punt (3) tal-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 552/2004, inklużi l-elementi li ġejjin:

deskrizzjoni tal-implimentazzjoni;

ir-rapport tal-ispezzjonijiet u t-testijiet li jkunu saru qabel id-dħul tas-sistema fis-servizz.

5.

Il-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jiddetermina l-ambjent adattat operattiv u tekniku ta’ valutazzjoni li jkun jirrifletti l-ambjent operattiv ta’ dawn is-sistemi u għandu jkollu l-attivitajiet ta’ verifika mwettqa minn korp innotifikat.

6.

Il-korp innotifikat għandu jamministra l-attivitajiet ta’ verifika u b’mod partikulari għandu:

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jiddeskrivi l-integrazzjoni tas-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) f’ambjent operattiv u tekniku ta’ valutazzjoni;

jivverifika li l-pjan ta’ ttestjar jipprovdi kopertura sħiħa tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;

jiżgura l-konsistenza u l-kwalità tad-dokumentazzjoni teknika u tal-pjan ta’ ttestjar;

jippjana l-organizzazzjoni tat-test, tal-persunal, tal-istallazzjoni u tal-konfigurazzjoni tal-pjattaforma tat-testijiet;

iwettaq l-ispezzjonijiet u t-testijiet kif speċifikat fil-pjan ta’ ttestjar;

jikteb ir-rapport bir-riżultati tal-ispezzjonijiet u tat-testijiet.

7.

Il-korp innotifikat għandu jiżgura li s-sistemi identifikati fl-Artikolu 1(2) li jitħaddmu f’ambjent operattiv ta’ valutazzjoni jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli ta’ dan ir-Regolament.

8.

Wara li jkun lesta b’suċċess il-ħidmiet tal-verifika, il-korp innotifikat għandu jħejji ċertifikat ta’ konformità fir-rigward tal-kompiti li jkun wettaq.

9.

Imbagħad, il-fornitur ta’ servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru għandu jimla d-dikjarazzjoni tal-KE dwar il-verifika tas-sistema u jibgħatha lill-awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza flimkien mal-fajl tekniku kif mitlub mill-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 30/2009

tas-16 ta' Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1032/2006 f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi ta' skambju tad-dejta tat-titjira li jappoġġjaw is-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta (servizzi data-link)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka (Netwerk) Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru (ir-Regolament dwar l-interoperabilità) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex l-użu ta' applikazzjonijiet ta’ kollegamenti tad-dejta bejn l-ajru u l-art ikun possibbli, iċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona li jipprovdu servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 29/2009 tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għas-servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew (3) għandu jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni adattata tat-titjira.

(2)

Sabiex l-unità ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru li jmiss tkun tista’ tibda tagħmel l-iskambju ta’ dejta mal-ajruplan, meta ċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona kkonċernati ma jkollhomx servizz komuni ta’ konnettività ta’ kollegamenti tad-dejta, għandhom jiġu implimentati proċessi awtomatizzati li jkunu relatati mal-informazzjoni u komunikazzjoni tal-log-on mal-awtorità li jmiss.

(3)

L-Eurocontrol ingħata s-setgħa, skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004, li jiżviluppa r-rekwiżiti għall-introduzzjoni kkoordinata ta’ servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta. Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq ir-rapport tal-mandat riżultanti tad-19 ta’ Ottubru 2007.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1032/2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta’ dejta tat-titjira għall-fini ta’ notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta’ titjiriet bejn unitajiet tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (4) għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1032/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, għandu jiżdied dan il-paragrafu 4:

“4.   Il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni tal-ajru li jipprovdu servizzi ta’ kollegamenti tad-dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 29/2009 għandhom jiżguraw li s-sistemi msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a) u ċ-ċentri ta’ kontroll taż-żona li joffru s-servizzi, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' interoperabilità u prestazzjoni speċifikati fl-Anness I, Partijiet A u D.”;

(2)

L-Annessi I u III huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Viċi-President


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p.1.

(3)  Ara paġna 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 186, 7.7.2006, p. 27.


ANNESS

L-Annessi I u III tar-Regolament (KE) Nru 1032/2006 huma emendati kif ġejjin:

(1)

Fl-Anness I, tiżdied din il-Parti D:

“PARTI D:   REKWIŻITI GĦALL-PROĊESSI LI JAPPOĠĠAW IS-SERVIZZI TA’ KOLLEGAMENTI TAD-DEJTA

1.   LOGON FORWARD

1.1.   Informazzjoni tat-titjira konċernata

1.1.1.   L-informazzjoni suġġetta għall-proċess tal-logon forward għandha tinkludi, tal-anqas:

l-identifikazzjoni tal-ajruplan,

it-tluq mill-ajruport,

l-ajruport tad-destinazzjoni,

it-tip tal-logon,

il-parametri tal-logon.

1.2.   Regoli tal-applikazzjoni

1.2.1.   Għandu jitwettaq proċess wieħed tal-logon forward għal kull titjira data-link logged-on ippjanata li se taqsam il-fruntiera tal-pajjiż.

1.2.2.   Il-proċess tal-logon forward għandu jinbeda fl-aktar ħin kmieni mill-ħinijiet determinati minn dan li ġej, jew malajr kemm jista’ jkun wara dan il-ħin:

numru parametru ta’ minuti qabel il-ħin stmat fil-punt ta’ koordinazzjoni,

il-ħin li fih it-titjira tkun f'distanza mill-punt ta’ koordinazzjoni, liema distanza tkun miftiehma bilateralment,

skont l-ittri tal-ftehim.

1.2.3.   Il-kriterji ta’ eliġibilità għall-proċess tal-logon forward għandhom ikunu konformi mal-ittri tal-ftehim.

1.2.4.   L-informazzjoni tal-logon forward għandha tkun inkluża mal-informazzjoni korrispondenti tat-titjira tal-unità li tirċeviha.

1.2.5.   L-istatus logged-on tat-titjira jista’ jintwera fil-pożizzjoni tax-xogħol adattata fl-unità li tirċeviha.

1.2.6.   It-tlestija tal-proċess tal-logon forward, inkluż il-konferma mill-unità li tirċeviha, għandha tiġi pprovduta lill-unità li titrasferixxi.

1.2.7.   F’każ li l-proċess tal-logon forward ma jikkonfermax li jkun lest, fil-limiti applikabbli tar-rekwiżiti ta’ kwalità tas-servizz, dan għandu jwassal għal talba biex jinbeda kuntatt ta’ kollegament tad-dejta bejn l-ajru u l-art għall-ajruplan.

2.   NOTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ LI JMISS

2.1.   Informazzjoni tat-titjira konċernata

2.1.1.   L-informazzjoni suġġetta għall-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għandha tinkludi, tal-anqas:

l-identifikazzjoni tal-ajruplan,

it-tluq mill-ajruport,

l-ajruport tad-destinazzjoni.

2.2.   Regoli tal-applikazzjoni

2.2.1.   Għandu jitwettaq proċess wieħed tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għal kull titjira eliġibbli li taqsam il-fruntiera tal-pajjiż.

2.2.2.   Il-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss għandu jinbeda wara li t-talba tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss mal-ajruplan tiġi rikonoxxuta mis-sistema fl-ajru.

2.2.3.   Wara li l-proċess tal-informazzjoni tan-notifikazzjoni lill-awtorità li jmiss isir b’mod xieraq, l-unità li tirċeviha għandha tagħti bidu għal talba għal komunikazzjoni ta’ kollegament tad-dejta mal-pilota fil-kontroll (CPDLC- controller pilot data link communication) mal-ajruplan.

2.2.4.   Jekk l-informazzjoni tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss ma tiġix riċevuta fil-ħin parametru miftiehem bilateralment, l-unità li suppost tirċeviha għandha tapplika l-proċeduri lokali biex jingħata bidu għal komunikazzjonijiet ta’ kollegament tad-dejta mal-ajruplan.

2.2.5.   It-tlestija tal-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss, inkluż il-konferma mill-unità li tirċeviha, għandha tiġi pprovduta lill-unità li titrasferixxi.

2.2.6.   F’każ li l-proċess tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss ma jikkonfermax li jkun lest, fil-limiti applikabbli tar-rekwiżiti ta’ kwalità tas-servizz, dan għandu jwassal biex jinbdew il-proċeduri lokali fl-unità li tittrasferixxi.”

(2)

Fl-Anness III, il-punti 2 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

“(2)

Ir-rekwiżiti ta’ interoperabilità u prestazzjoni speċifikati fil-paragrafi 3.2.4, 3.2.5, 4.2.3, 4.2.4, 5.2.3, 5.2.4, 6.2.3 u 6.2.4 tal-Anness I, Parti B u 1.2.6, 1.2.7, 2.2.5 u 2.2.6 tal-Anness I, Parti D għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza.

(3)

Għar-reviżjoni tal-koordinazzjoni, l-abrogazzjoni tal-koordinazzjoni, id-dejta bażika tat-titjira, il-proċessi tal-logon foreward u tan-notifikazzjoni tal-awtorità li jmiss, ir-rekwiżiti ta’ kwalità tas-servizz speċifikati fl-Anness II għandhom jitqiesu wkoll bħala rekwiżiti tas-sikurezza.”


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 31/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni ta' ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Jannar 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti għall-importazzjoni tar-ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM, kif ukoll mill-pajjiżi u territorji extra-Ewropej (OCT) (2) (titlu mhux uffiċjali), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sena 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 250 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4220), kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u mill-Aruba (numru tas-serje 09.4189) u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressi fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej (OCTs) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190).

(2)

Is-subperjodu tax-xahar ta’ Jannar huwa l-ewwel subperjodu għal dawn il-kwoti, provduti bl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007.

(3)

Mill-komunikazzjoni magħmula skond l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Jannar 2009, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament imsemmi, jirrappreżentaw kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar li hija anqas minn dik disponibbli [jew daqsha].

(4)

Għaldaqstant jeħtieġ li, għall-kwoti tariffarji bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190 jiġu ffissati l-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' wara, skond l-Artikolu 4(1), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220 – 09.4189 – 09.4190 imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007, għas-subperjodu ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu assenjati għas-subperjodu tax-xahar ta' Jannar 2009 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

Oriġini/Prodott

Nru tas-serje

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Jannar 2009

Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta' Mejju 2009

(f'kg)

Stati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu (1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

09.4220

 (2)

112 436 747

kodiċijiet NM 1006 , għajr il-kodiċi NM 1006 10 10

 

 

 

OCT (l-Artikolu 1(2)(a) u (b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

 

 

 

kodiċi NM 1006

 

 

 

(a)

L-Antilli Olandiżi u Aruba:

09.4189

 (2)

15 167 000

(b)

l-OCTs l-anqas żviluppati:

09.4190

 (1)

6 667 000


(1)  l-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  l-applikazzjonijiet huma għal kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 32/2009

tas-16 ta' Jannar 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għaz-zokkor u t-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/822/KE tas-27 ta' Novembru 2001 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji lil hinn mill-baħar mal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(4), il-ħames subparagrafu, tal-Anness III tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1498/2007 tat-18 ta' Diċembru 2007 dwar il-modalitajiet speċifiċi għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għaz-zokkor u tat-taħlitiet taz-zokkor u l-kawkaw ta' oriġini akkumulat AKP/OCT jew KE/OCT (2) fetaħ kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur taz-zokkor. Dan ir-Regolament stabbilixxa, fl-Artikolu 1 tiegħu, li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni ta' kwoti tal-importazzjoni amministrati permezz ta' sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (3) għandu japplika għall-importazzjonijiet tal-prodotti koperti bil-Kapitolu 17 tan-NM u bil-kodiċijiet tan-NM 1806 10 30 u 1806 10 90 ta' oriġini mill-OCT, permezz tal-kumulu maz-zokkor ta' oriġini mill-AKP u/jew tal-KE.

(2)

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 jipprovdi li meta l-kwantitajiet li għalihom ikunu saru applikazzjonijiet għal-liċenzji jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli għall-perjodu jew għas-subperjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li l-Istati Membri għandhom japplikawh għall-kwantitajiet mitluba f'kull applikazzjoni.

(3)

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Jannar 2009 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sat-31 ta' Marzu 2009 jaqbżu l-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat sa fejn jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba, u li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal-liċenzji għas-sena 2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni koperti bil-kwota bin-numru tas-serje 09.4652, u mressqa skond ir-Regolament (KE) Nru 1498/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2009, għall-kwantitajiet mitluba għandhom jinħarġu liċenzji bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent ta’ allokazzjoni ta’ 68,292682 %.

It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għas-sena 2008 huwa sospiż.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 314, 30.11.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 333, 19.12.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 33/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

li jiffissa l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li għandha tapplika għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mressqa mit-12 sat-13 ta’ Jannar 2009 fil-kuntest tal-kwota tariffarja tat-Tuneżija u li jissospendi l-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' Jannar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tal-Protokoll Nru 1 (3) tal-ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi l-assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Tuneżina min-naħa l-oħra (4), jistabbilixxi kwota tariffarja b'dazju doganali ta' żero għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mhux raffinat li jaqa' taħt il-kodiċijiet tan-NM 1509 10 10 u 1509 10 90, prodott kollu kemm hu fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż lejn il-Komunità, fil-limiti stipulati għal kull sena.

(2)

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti tariffarji f'dak li jirrigwarda ż-żejt taż-żebbuġa li joriġina fit-Tuneżija (5) jipprovdi għal limiti kwantitattivi ta' kull xahar għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, tressqu applikazzjonijiet għand l-awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni għal kwantità totali li taqbeż il-limitu pprovdut għax-xahar ta' Jannar 2009 fl-Artikolu 2(2) tar-Regolamernt imsemmi.

(4)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni li jippermetti l-ħruġ tal-liċenzji tal-importazzjoni pro rata għall-kwantità disponibbli.

(5)

Ġaladarba ntlaħaq il-limitu għax-xahar ta' Jannar, għax-xahar imsemmi ma tista' tinħareġ l-ebda liċenzja tal-importazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa fit-12 u 13 ta’ Jannar 2009 skond l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006, għandhom jinħarġu skond koeffiċjent ta' allokazzjoni ta' 99,276933 %.

Il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba md-19 ta’ Jannar 2009 huwa sospiż għal Jannar 2009.

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 57.

(4)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(5)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 34/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

dwar il-ħruġ ta’ liċenzji għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2009 fil-qafas tal-kwoti tariffarji stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 ta’ l-4 ta’ Ġunju 2007 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur.

(2)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti natul l-ewwel sebat ijien tax-xahar ta’ Jannar 2009 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2009 huma, għal ċerti kwoti, ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ allokazzjoni li għandu jkun applikat għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni introdotti skond ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta’ April 2009 sal-30 ta’ Ġunju 2009 huma assenjati skond il-koeffiċjenti ta’ l-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.


ANNESS

Nru tal-grupp

Numru tas-serje

Koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni għas-subperjodu mill-1.4.2009-30.6.2009

(f'%)

1

09.4211

0,552846

2

09.4212

 (1)

4

09.4214

54,279973

5

09.4215

63,441000

6

09.4216

 (2)

7

09.4217

50,711918

8

09.4218

 (2)


(1)  Ma japplikax: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

(2)  Ma japplikax: l-applikazzjonijiet huma anqas mill-kwantitajiet disponibbli.


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 35/2009

tas-16 ta’ Jannar 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Jannar 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Jannar 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 27/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 27/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 27/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mis-17 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 11, 16.1.2009, p. 3.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mis-17 ta’ Jannar 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

14,73

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

19,25

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

19,25

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

14,73


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.1.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

192,81

116,44

Prezz FOB USA

230,68

220,68

200,68

134,51

Tariffa fuq il-Golf

57,28

13,93

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

9,94  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

7,07  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Jannar 2009

li temenda d-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8995)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/38/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intraKomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi, u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-frażi introduttorja u punt (b) tal-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-verifiki li jridu jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni (4), tistipula lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal kontrolli veterinarji fuq annimali ħajjin u prodotti tal-annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni (‘il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera’).

(2)

Il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera tinkludi n-numru tal-unità tat-Traces għal kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera. Traces hija sistema kompjuterizzata introdotta bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (5). Hija tieħu post is-sistema ta’ qabel, Animo, ibbażata fuq in-netwerk introdott bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/398/KEE tad-19 ta’ Lulju 1991 dwar netwerk kompjuterizzat li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet veterinarji (Animo) (6), għall-intraċċar tal-movimenti ta’ annimali u ċerti prodotti fil-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni.

(3)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (7) (il-“Ftehim”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-Anness Nru 11 ta’ dak il-Ftehim jittratta miżuri għall-kontroll u n-notifika ta’ ċertu mard tal-annimali u l-kummerċ u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ annimali ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom.

(4)

Il-Ftehim jipprovdi għat-twaqqif ta’ Kumitat Konġunt Veterinarju, magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet involuti. Dan il-Kumitat għandu jikkunsidra kull aspett konness mal-Anness 11 tal-Ftehim u bl-implimentazzjoni tiegħu. Dan jista’ jiddeċiedi li jemenda l-appendiċi ta’ dawn, b’mod partikolari rigward l-adattament u l-aġġornar tagħhom.

(5)

L-Anness 11 tal-Ftehim kien emendat bi Ftehim ġdid. Dak il-Ftehim ġdid ġie iffirmat u huwa applikat proviżorjament mill-Komunità skont il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/979/KE dwar l-iffirmar għan-nom tal-Komunità u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li temenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-suq tal-prodotti agrikoli (8).

(6)

Barra minn hekk, il-Kunsill emenda l-appendiċi relevanti għall-Anness 11 tal-Ftehim bid-Deċiżjoni Nru 2009/13/KE (9) tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-Komunità dwar id-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Konġunt Veterinarju mwaqqaf permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-suq tal-prodotti agrikoli rigward l-emenda tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim. B’konsegwenza ta’ dawn l-emendi, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fil-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Awstrija se jkollhom iwaqqfu l-kontrolli veterinarji fuq konsenji relevanti ġejjin mill-Iżvizzera.

(7)

Għalhekk huwa xieraq li l-annotazzjonijiet għal postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri għall-Iżvizzera fil-Ġermanja: Konstanz Straße u Weil/Rhein; fi Franza: Ferney-Voltaire (Genève), Saint-Louis Bâle (ajruport u triq) u Saint-Julien Bardonnex; fl-Italja: Campocologno, Chiasso (triq u ferrovija) u Gran San Bernardo-Pollein; u fl-Awstrija: Feldkirch-Buchs, Feldkirch-Tisis u Höchst, jiġu mneħħija mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri kif stabbilit fl-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE.

(8)

Il-lista ta’ unitajiet fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/459/KE tal-4 ta’ Ġunju 2002 li tinkludi l-unitajiet fin-netwerk tal-kompjuter tal-Animo u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2000/287/KE (10), tinkludi n-numru tal-unità tat-Traces għal kull post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-Komunità. Fl-interess tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, dik il-lista għandha tkun aġġornata biex jitqiesu l-emendi li għandhom isiru fl-Anness għad-Deċiżjoni 2001/881/KE biex l-informazzjoni li tinsab f’dawn iż-żewġ Annessi tkun identika.

(9)

Id-Deċiżjonijiet 2001/881/KE u 2002/459/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I mad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat skont l-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2002/459/KE huwa emendat skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.

(5)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63.

(6)  ĠU L 221, 9.8.1991, p. 30.

(7)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(8)  ĠU L 352, 31.12.2008, p. 23.

(9)  ĠU L 6, 10.1.2009, p. 89.

(10)  ĠU L 159, 17.6.2002, p. 27.


ANNESS I

L-Anness tad-Deċiżjoni 2001/881/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fil-Ġermanja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Konstanz Straße

DE 53199

R

 

HC, NHC

U, E, O

Weil/Rhein

DE 49199

R

 

HC, NHC

U, E, O

(2)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fi Franza, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Ferney–Voltaire (Genève)

FR 20199

A

 

HC-T(1)(2), HC-NT, NHC

O

Saint Louis Bâle

FR 26899

A

 

HC-T(1), HC-NT, NHC

O

Saint Louis Bâle

FR 16899

R

 

HC-T(1), HC-NT, NHC

 

Saint-Julien Bardonnex

FR 17499

R

 

HC-T(1), HC-NT, NHC

U, O

(3)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Italja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Campocologno

IT 03199

F

 

 

U

Chiasso

IT 10599

F

 

HC, NHC

U, O

Chiasso

IT 00599

R

 

HC, NHC

U, O

Gran San Bernardo–Pollein

IT 02099

R

 

HC, NHC

 

(4)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Awstrija, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

Feldkirch–Buchs

AT 01399

F

 

HC-NT(2), NHC-NT

 

Feldkirch–Tisis

AT 01399

R

 

HC(2), NHC-NT

E

Höchst

AT 00699

R

 

HC, NHC-NT

U, E, O


ANNESS II

L-Anness tad-Deċiżjoni 2002/459/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fil-Ġermanja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“0149199

R

WEIL AM RHEIN

0153199

R

KONSTANZ STRASSE”;

(2)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fi Franza, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“0216899

A, R

SAINT-LOUIS BÂLE

0217499

R

SAINT-JULIEN BARDONNEX

0220199

A

FERNEY – VOLTAIRE (GENEVE)”;

(3)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Italja, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“0300599

F, R

CHIASSO

0302099

R

GRAN SAN BERNARDO–POLLEIN

0303199

F

CAMPOCOLOGNO”;

(4)

Fis-sezzjoni dwar postijiet għall-ispezzjoni fuq il-fruntiera fl-Awstrija, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

“1300699

R

HÖCHST

1301399

R, T

FELDKIRCH TISIS”


17.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 13/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.