ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 52
14ta' Jannar 2009


Werrej

 

I   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 18/2009 tat-13 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 19/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 20/2009 tat-13 ta' Jannar 2009 li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ( 1 )

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE

12

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2009/1/KE tas-7 ta’ Jannar 2009 li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom ( 1 )

31

 

 

II   Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2009/20/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1/2008 ta’ Assoċjazzjoni UE-Ġordan tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-istabbiliment ta’ skeda ta’ tneħħija tat-tariffi għall-prodotti mniżżlin fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

33

 

 

2009/21/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1/2008 ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk tas-26 ta’ Novembru 2008 dwar il-ħolqien ta’ kumitat ta’ kooperazzjoni doganali u l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura għall-grupp dwar id-djalogu ekonomiku, u li temenda r-Regoli ta’ Proċedura ta’ ċerti sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

43

 

 

2009/22/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2008 li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

51

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2009/23/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8625)

52

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 18/2009

tat-13 ta’ Jannar 2009

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ta' fl-14 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

IL

147,8

MA

46,6

TN

134,4

TR

114,9

ZZ

110,9

0707 00 05

JO

155,5

MA

110,0

TR

138,7

ZZ

134,7

0709 90 70

MA

110,2

TR

139,4

ZZ

124,8

0805 10 20

EG

53,5

IL

54,9

MA

65,0

TN

47,4

TR

64,9

ZZ

57,1

0805 20 10

MA

74,2

TR

58,0

ZZ

66,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

59,6

EG

91,8

IL

69,9

TR

57,2

ZZ

69,6

0805 50 10

EG

47,1

MA

57,3

TR

65,2

ZZ

56,5

0808 10 80

CA

87,4

CN

64,4

MK

28,8

US

114,9

ZZ

73,9

0808 20 50

CN

54,2

US

114,1

ZZ

84,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 19/2009

tat-13 ta' Jannar 2009

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità, b’rigward tad-definizzjoni ta’ impjieg battal, id-dati ta’ referenza għall-ġbir tad-dejta, l-ispeċifikazzjonijiet għat-trażmissjoni tad-dejta u l-istudji ta’ fattibbiltà

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar il-postijiet tax-xogħol vakanti fil-Komunità (1), u b'mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 2, il-punt 1 u l-Artikoli 3(1), 5(1) u 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 453/2008 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta’ statistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala fil-Komunità.

(2)

Huma meħtieġa miżuri ta’ implimentazzjoni dwar id-definizzjoni tat-tagħrif li għandu jingħata u d-dati ta’ referenza li għalihom se jinġabar it-tagħrif.

(3)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu speċifikati l-format, id-dati ta' skadenza għat-trażmissjoni tad-dejta meħtieġa u d-data tal-ewwel tliet xhur ta' referenza li se jiġu trażmessi.

(4)

Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-qafas xieraq għal sensiela ta’ studji ta’ fattibbiltà li għandhom jitwettqu minn dawk l-Istati Membri li jsibu diffikultà biex jipprovdu dejta għal unitajiet żgħar u għal ċerti attivitajiet.

(5)

Il-Bank Ċentrali Ewropew ġie kkonsultat.

(6)

Il-miżuri stipulati f''dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Definizzjonijiet relatati ma’ “impjieg battal”

Għall-għanijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2, il-punt 1 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008:

(a)

“il-passi attivi sabiex jinstab kandidat xieraq” għandhom jinkludu:

(i)

notifika lis-servizzi ta’ impjieg pubbliku dwar l-impjieg battal;

(ii)

kuntatt ma’ aġenzija ta' impjieg privat/aġenziji li qed ifittxu l-ħaddiema;

(iii)

reklamar tal-impjieg battal fil-mezzi tax-xandir (pereżempju l-Internet, il-gazzetti, rivisti);

(iv)

reklamar tal-impjieg battal fuq bord għall-avviżi pubbliku;

(v)

stediniet għal, intervisti ma’ jew l-għażla ta’ kandidati possibbli/rekluti potenzjali direttament;

(vi)

stediniet għal ħaddiema u/jew kuntatti personali;

(vii)

l-użu ta’ apprendistati.

(b)

“perjodu speċifiku ta’ żmien” għandu jirreferi għaż-żmien massimu li matulu l-impjieg jibqa' battal u huwa maħsub biex jimtela. Dan il-perjodu ma għandux ikun limitat; kull impjieg battal li l-passi attivi għalih jitkomplew fid-data ta’ referenza għandhom jiġu rrappurtati.

Artikolu 2

Dati ta’ referenza

L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar l-għadd ta’ impjiegi battala u l-għadd ta’ impjiegi mimlija kif definit fl-Arikolu 2, il-punti 1 u 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 li jistgħu jitqiesu bħala rappreżentattivi għat-tliet xhur ta' referenza. Il-metodi preferuti biex jinkiseb dan huma l-ġbir tad-dejta fuq bażi kontinwa jew il-kalkolu ta’ medja rappreżentattiva ta’ dejta miġbura għad-dati ta’ referenza speċifiċi.

Artikolu 3

Trażmissjoni tad-dejta

1.   Fi żmien 70 jum mit-tmiem tat-tliet xhur ta' referenza, l-Istati Membri għandhom jibagħtu dejta maqsuma kif speċifikat fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 453/2008, flimkien mal-metadata korrispondenti.

Dawk l-Istati Membri li l-għadd ta’ ħaddiema tagħhom jirrappreżenta aktar minn 3 % tat-total tal-Komunità Ewropea għandhom jittrażmettu l-għadd aggregat ta’ impjiegi battala u impjiegi mimlija u l-metadata korrispondenti fi żmien 45 jum mit-tmiem tat-tliet xhur ta' referenza.

Is-sehem ta’ kull Stat Membru mill-għadd totali ta' ħaddiema fil-KE għandu jiġi kkalkulat kull ħames snin fuq il-bażi tal-medja tal-erba’ kwarti tas-sena kalendarja ta' qabel. Fil-każ tas-sħubija ta’ Stati Membri ġodda, għandhom jitwettqu kalkoli ad hoc. L-ewwel kalkolu għandu jirreferi għas-sena kalendarja qabel is-sena tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-għajn għad-dejta dwar il-ħaddiema għandu jkun l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Unjoni Ewropea stipulat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2). Id-dejta għandha tirreferi għal unitajiet ta’ negozju koperti mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008.

Kull tibdil fid-data ta' skadenza tat-trażmissjoni għal pajjiżi li jaqbżu l-limitu massimu ta’ 3 % għall-ewwel darba għandhom jkunu applikabbli għall-ewwel tliet xhur tas-sena ta' referenza wara l-kalkolu.

2.   Metadejta korrispondenti għandha tirreferi speċifikament għal tagħrif rigward avvenimenti metodoloġiċi jew tekniċi tul it-tliet xhur li huma meħtieġa biex jiġu interpretati r-riżultati, u tagħrif dwar ċelloli ta’ dejta li huma meqjusa bħala mhux affidabbli biżżejjed jew li ma jistgħux jiġu żvelati.

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu d-dejta ta’ kull tliet xhur u l-metadata korrispondenti lill-Kummissjoni (Eurostat) f'format elettroniku. It-trażmissjoni għandha tikkonforma ma' l-istandards ta’ skambju xierqa approvati mill-Kumitat tal-Programm Statistiku. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni dokumentazzjoni dettaljata b'relazzjoni ma' standards approvati u għandha tipprovdi linji ta’ gwida dwar kif jiġu implimentati dawn l-istandards.

4.   L-ewwel trażmissjoni ta’ dejta għandha tirrelata ma’ l-ewwel tliet xhur tas-sena wara t-tliet xhur tas-sena li matulhom jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Is-sensiela ta' dejta għandha tintbagħat fil-forom li ġejjin:

(a)

mhux aġġustati;

(b)

aġġustati skond l-istaġun, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 453/2008 b'rigward il-proċeduri ta’ aġġustament staġjonali u r-rapporti dwar il-kwalità; kif ukoll

(c)

fuq bażi volontarja, fil-forma ta’ sensiela ta’ ċikli ta’ xejriet.

Artikolu 4

Studji ta’ fattibbiltà

Il-qafas għall-istudji ta' fattibbiltà stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 huwa stipulat fl-Anness.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 145, 4.6.2008, p. 234

(2)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3


ANNESS

Studju ta’ fattibbiltà li jevalwa kif tista’ tinkiseb l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala għal NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S

L-istudju ta' fattibbiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:

1.

il-kontribuzzjoni li kull waħda minn dawn l-attivitajiet ekonomiċi tagħmel lill-ekonomija nazzjonali, espressa f’termini ta’ għadd ta’ kumpaniji u s-sehem fl-impjieg jew miżura alternattiva xierqa.

2.

deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi meta mqabbla ma’ l-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi fi ħdan in-NACE Rev. 2 taqsimiet B sa N.

Għażliet

L-għażliet differenti għall-kisba tal-għadd ta' impjiegi battala u l-għadd ta' impjiegi mimlija għal NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S għandhom jiġu evalwati. Għandhom jitqiesu l-għejun ta’ dejta possibbli li ġejjin:

(a)

kollezzjonijiet eżistenti ta' dejta;

(b)

għejun amministrattivi;

(c)

proċeduri ta' stima statistika;

(d)

kollezzjonijiet ġodda ta' dejta.

Għal kull għażla meqjusa, l-evalwazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti, inklużi: iż-żmien tal-implimentazzjoni; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; l-ispejjeż mistennija għat-tnedija u t-tmexxija tal-ġbir tad-dejta espressi f’euro u l-ħaddiema impjegati b’xogħol ekwivalenti għal full-time; l-ispiża għal kull unità waħdanija mistħarrġa; estimi ta’ kull spiża addizzjonali fuq in-negozji; kull riskju jew inċertezza; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. L-ispiża u l-kwalità għandhom jitqabblu ma’ dawk tal-ġabra tad-dejta eżistenti għat-taqsimiet B sa N.

Rakkomandazzjoni

Imsejsa fuq l-evalwazzjoni tal-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-aktar strateġija xierqa.

Implimentazzjoni

Għandhom jingħataw dettalji tal-pjan ta' implimentazzjoni propost, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tlestija tal-istadji speċifiċi.

Stati Membri li jwettqu studji ta' fattibbiltà

L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' fattibbiltà biex jevalwaw kif id-dejta ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 tista’ tinkiseb għan-NACE Rev. 2 taqsimiet O, P, Q, R u/jew S:

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

Spanja

Franza

L-Italja

Malta

L-Awstrija.

Studju ta’ fattibbiltà li jevalwa kif tista’ tinkiseb l-istatistika ta’ kull tliet xhur dwar l-impjiegi battala minn unitajiet ta' negozju b'anqas minn 10 ħaddiema

L-istudju ta' fattibbiltà mwettaq minn Stat Membru għandu jkopri b'mod partikolari:

1.

il-kontribuzzjoni li kull kumpanija tal-klassi tad-daqs tagħmel lill-ekonomija nazzjonali, espressa f’termini ta’ għadd ta’ kumpaniji u s-sehem fl-impjieg jew miżura alternattiva xierqa.

2.

deskrizzjoni tas-similaritajiet u d-differenzi fl-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi għal din il-kumpanija tal-klassi tad-daqs meta mqabbla ma’ l-istrutturi tal-impjiegi battala u l-iżviluppi f’kumpaniji b’10 ħaddiema jew aktar.

Għażliet

L-għażliet differenti biex jinkiseb l-għadd ta’ impjiegi battala u l-għadd ta’ impjiegi mimlija għal kumpaniji b’anqas minn 10 ħaddiema għandhom jiġu evalwati. Għandhom jitqiesu l-għejun ta’ dejta possibbli li ġejjin:

(a)

kollezzjonijiet eżistenti ta' dejta;

(b)

għejun amministrattivi;

(c)

proċeduri ta' stima statistika;

(d)

kollezzjonijiet ġodda ta' dejta.

Għal kull għażla meqjusa, l-evalwazzjoni għandha tinkludi dettalji tal-kwistjonijiet tekniċi u legali involuti, inkluż iż-żmien tal-implimentazzjoni; il-kwalità statistika mistennija tar-riżultati; l-ispejjeż mistennija għat-tnedija u t-tmexxija tal-ġbir tad-dejta espressi f’euro u l-ħaddiema impjegati b’xogħol ekwivalenti għal full-time; l-ispiża għal kull unità waħdanija mistħarrġa; estimi għal kull spiża addizzjonali fuq in-negozji; kull riskju jew inċertezza; u vantaġġi jew żvantaġġi partikolari. L-ispiża u l-kwalità għandhom jitqabblu ma’ dawk tal-ġabra tad-dejta eżistenti għal negozji b’10 ħaddiema jew aktar.

Rakkomandazzjoni

Imsejsa fuq l-evalwazzjoni tal-għażliet differenti, għandha tiġi proposta rakkomandazzjoni dwar l-aktar strateġija xierqa.

Implimentazzjoni

Għandhom jingħataw dettalji tal-pjan ta' implimentazzjoni propost, inklużi d-dati tal-bidu u tat-tlestija tal-istadji speċifiċi.

Stati Membri li jwettqu studji ta' fattibbiltà

L-Istati Membri li ġejjin għandhom iwettqu studji ta' fattibbiltà biex jevalwaw kif id-dejta ta’ kull tliet xhur dwar impjiegi battala definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 453/2008 jistgħu jinkisbu għal unitajiet ta’ negozju b’anqas minn 10 ħaddiema:

Id-Danimarka

Franza

L-Italja

Malta.


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 20/2009

tat-13 ta' Jannar 2009

li jadotta l-ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta’ Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jadotta l-programm ta’ moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ ta’ kampjuni dwar il-forza tax-xogħol stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (2) jinkludi modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/618/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (3), il-Pjan ta’ direzzjoni tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (4), u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (5) jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jippromwovu bilanċ aħjar bejn il-ħajja u x-xogħol għal kulħadd f’termini ta’ ndukrar tat-tfal, faċilitajiet ta’ kura għal dipendenti oħrajn u l-promozzjoni ta’ liv tal-ġenituri kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Konsegwentement, hemm bżonn ta’ sett ta’ dejta komprensiva u komparabbli dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari sabiex isir monitoraġġ tal-progress fir-rigward tal-miri tal-Istrateġija Ewropea għall-Impjiegi u sabiex jitqies l-impatt tal-politiki riċenti f’dan il-qasam.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Programmi Statistiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ddettaljata ta’ informazzjoni li għandha tinġabar fl-2010 mill-modulu ad hoc dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari għandha tkun kif stipulata fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3.

(2)  ĠU L 112, 24.4.2008, p. 22.

(3)  ĠU L 198, 26.7.2008, p. 47.

(4)  COM(2006) 92 finali.

(5)  Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-23-24 ta' Marzu 2006.


ANNESS

STĦARRIĠ DWAR IL-FORZA TAX-XOGĦOL

L-Ispeċifikazzjonijiet tal-modulu ad hoc tal-2010 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja familjari

1.

L-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati: kollha.

2.

Il-varjabbli jridu jkunu kkodifikati kif ġej:

L-ittikkettjar tal-varjabbli tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fil-kolonna ‘Il-Filtru’ jirreferi għall-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 377/2008 tal-25 ta’ April 2008 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ ta’ kampjuni tal-forza tax-xogħol fil-Komunità fir-rigward tal-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trasmissjoni ta’ dejta mill-2009 'il quddiem, l-użu ta’ subkampjun għall-ġbir ta’ dejta dwar il-varjabbli strutturali u d-definizzjoni tal-kwarti ta’ referenza (1).

Isem

Kolonna

Kodiċi

Deskrizzjoni

Il-Filtru

REGCARE

197

 

Il-persuna tieħu ħsieb, b’mod regolari, tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena (apparti minn tiegħu/tagħha stess jew ta’ martu/żewġha li jgħixu fl-istess dar) jew qraba/ħbieb morda, b’diżabilità, jew anzjani, li jkunu qabżu l-15-il sena u li jkollhom bżonn min jindukrahom

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

1

Iva, ta’ tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena

2

Iva, ta’ qraba/ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn min jindukrahom

3

Iva, ta’ tfal oħrajn li ma jaqbżux l-14-il sena u ta’ qraba/ħbieb li għandhom 15-il sena jew aktar u li għandhom bżonn min jindukrahom

4

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

CHILDCAR

198

 

L-użu ta’ servizz għall-indukrar tat-tfal kull ġimgħa għall-iżgħar wild li jgħix mal-familja (inklużi individwi mqabbda jindukraw lit-tfal bi ħlas u pre-school; apparti mill-iskola obbligatorja)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx l-14-il sena u jgħix fl-istess dar

 

Is-servizzi għall-indukrar tat-tfal jintużaw … kull ġimgħa

1

sa 10 sigħat

2

aktar minn 10 sigħat u mhux aktar minn 20 siegħa

3

aktar minn 20 siegħa u mhux aktar minn 30 siegħa

4

aktar minn 30 siegħa u mhux aktar minn 40 siegħa

5

aktar minn 40 siegħa

6

L-ebda użu ta’ servizzi għall-indukrar tat-tfal

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

IMPFACIL

199

 

L-impatt tad-disponibilità u l-affordabilità tas-servizzi ta’ ndukrar fuq min ma jaħdimx u fuq min jaħdem b’impjieg parzjali

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena (FTPTREAS ≠ 3 u SEEKREAS ≠ 3 u (REGCARE = 1-3 jew għandu tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx l-14-il sena u jgħix fl-istess dar)) u FTPT ≠ 1

1

Ma jeżistux servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal, jew mhumiex affordabbli

2

Ma jeżistux servizzi xierqa għall-indukrar tal-morda, nies b’diżabilità, jew anzjani, jew mhumiex affordabbli

3

Ma jeżistux servizzi xierqa kemm għall-indukrar tat-tfal kif ukoll tal-morda, nies b’diżabilità, jew anzjani, jew mhumiex affordabbli

4

Il-faċilitajiet għall-indukrar ma jinfluwenzawx id-deċiżjoni għall-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

NOWRECHI

200

 

Ir-raġuni ewlenija (marbuta mal-indukrar tat-tfal) għaliex persuna ma taħdimx jew għaliex għandha impjieg parzjali

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (NEEDCARE = 1,3 jew IMPFACIL = 1,3)

1

Ma jeżistux servizzi għall-indukrar tat-tfal

2

Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar tat-tfal huma wisq għaljin

3

Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar tat-tfal mhumiex ta’ kwalità tajba biżżejjed

4

Raġunijiet oħrajn marbuta man-nuqqas ta’ servizzi xierqa għall-indukrar tat-tfal

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

NOWRECAR

201

 

Ir-raġuni ewlenija (marbuta mal-indukrar ta’ dipendenti oħrajn) għaliex persuna ma taħdimx jew għaliex għandha impjieg parzjali

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u (NEEDCARE = 2,3 jew IMPFACIL = 2,3)

1

Ma jeżistux servizzi għall-indukrar

2

Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar huma wisq għaljin

3

Is-servizzi li jeżistu għall-indukrar mhumiex ta’ kwalità tajba biżżejjed

4

Raġunijiet oħrajn marbuta man-nuqqas ta’ servizzi xierqa għall-indukrar

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

VARHOURS

202

 

Sigħat ta’ xogħol li jvarjaw

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u STAPRO = 3

1

Bidu u tmiem ta’ ġurnata tax-xogħol fissi jew ħinijiet tax-xogħol li jvarjaw, kif deċiż minn min qed iħaddem

 

Skeda deċiża mill-impjegat fi ħdan waħda minn dawn l-iskemi:

2

Ħin flessibbli / Kuntratt ta’ ġbir ta’ sigħat ta’ xogħol

3

Numru ta’ sigħat fissi kuljum, iżda ftit flessibilità tul il-ġurnata

4

Jiddetermina l-iskeda ta' xogħol tiegħu proprja (assulutament l-ebda limitazzjonijiet formali)

5

Oħrajn

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

POSSTEND

203

 

Il-possibilità li wieħed ivarja l-bidu u/jew it-tmiem tal-ġurnata tax-xogħol minħabba raġunijiet familjari (tal-anqas b’siegħa)

VARHOURS = 1,3,5,vojt

1

Ġeneralment possibbli

2

Rarament possibbli

3

Mhuwiex possibbli

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

POSORGWT

204

 

Il-possibilità li wieħed jorganizza l-ħin tax-xogħol sabiex ma jidħolx għax-xogħol f'xi ġranet għal raġunijiet familjari (mingħajr ma juża l-vaganzi)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena u STAPRO = 3

1

Ġeneralment possibbli

2

Rarament possibbli

3

Mhuwiex possibbli

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

REDWORK

205

 

Sigħat ta’ xogħol imnaqqsa biex wieħed jieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar għal tal-anqas xahar (eskluż il-liv tal-maternità

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar u (WSTATOR = 1,2 jew (EXISTPR = 1 u REFYEAR–YEARPR ≤ l-età tal-iżgħar wild + 1))

1

Iva

2

Le

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

STOPWORK

206

 

Il-persuna waqfet taħdem biex tieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar għal tal-anqas xahar (eskluż il-liv tal-maternità

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar u (WSTATOR = 1,2 jew (EXISTPR = 1 u REFYEAR–YEARPR ≤ l-età tal-iżgħar wild + 1))

1

Le

 

Iva, waqfet taħdem għal perjodu magħluq ta’

2

sa 3 xhur

3

aktar minn 3 xhur u mhux aktar minn 6 xhur

4

aktar minn 6 xhur u mhux aktar minn sena

5

aktar minn sena

6

Il-persuna għadha ma daħlitx lura għax-xogħol

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

PARLEAVE

207

 

Liv tal-ġenituri sħiħ għal tal-anqas xahar biex wieħed jieħu ħsieb l-iżgħar wild fid-dar (eskluż il-liv tal-maternità)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena fejn tal-anqas wieħed mill-ulied naturali, jew minn ulied il-mara/ir-raġel, ma jaqbiżx it-8 snin u jgħix fl-istess dar

1

Le, ma ħaditx liv tal-ġenituri sħiħ għal tal-anqas xahar

 

Le, ma ħaditx liv tal-ġenituri sħiħ għal perjodu magħluq ta’

2

sa 3 xhur

3

aktar minn 3 xhur u mhux aktar minn 6 xhur

4

aktar minn 6 xhur u mhux aktar minn sena

5

aktar minn sena

6

Għadha għaddejja bil-liv

9

Mhux applikabbli (mhux inkluż fil-filtru)

Vojt

Ebda tweġiba

 

210/215

 

Fattur ta’ kejl għall-modulu ad hoc tal-2010 (mhux obbligatorju)

Kull min għandu bejn il-15 u l-64 sena

0000-9999

Il-kolonni 210-213 fihom numri sħaħ

00-99

Il-kolonni 214-215 fihom il-punti deċimali


(1)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 57.


DIRETTIVI

14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/12


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/118/KE

tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 93 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/12/KEE tal-25 ta’ Frar 1992 dwar l-arranġamenti ġenerali għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u dwar iż-żamma, ċaqliq u monitorjar ta’ dan it-tip ta’ prodotti (3) ġiet emendata b’mod sostanzjali diversi drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, għandha tiġi sostitwita fl-interessi tal-kjarezza.

(2)

Il-kondizzjonijiet għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fuq il-prodotti koperti mid-Direttiva 92/12/KEE, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa”, jeħtieġ li jibqgħu armonizzati sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tas-suq intern.

(3)

Huwa xieraq li jiġu speċifikati l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li għalihom tapplika din id-Direttiva u li jsir riferiment għal dan l-iskop għad-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (4), id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti (5), Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (6), d-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (7), id-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat (8) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (9).

(4)

Il-prodotti soġġetti għaddazju tas-sisa jistgħu jkunu soġġetti għal taxxi oħra indiretti għal skopijiet speċifiċi. F’każijiet bħal dawn, madankollu, u sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett utli tar-regoli tal-Komunità relatati mat-taxxi indiretti, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma’ ċerti elementi essenzjali ta’ dawk ir-regoli.

(5)

Sabiex jiġi żgurat il-moviment liberu, it-tassazzjoni tal-prodotti li mhumiex prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa m’għandhiex twassal għal formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.

(6)

Huwa meħtieġ li tiġi żgurata l-applikazzjoni ta’ ċerti formalitajiet meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jgħaddu mit-territorji li huma definiti bħala parti mit-territorju doganali tal-Komunità iżda li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għal territorji li huma wkoll definiti hekk iżda li għalihom din id-Direttiva tapplika.

(7)

Billi l-proċeduri sospensivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (10) jipprovdu għal monitoraġġ xieraq waqt li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ dak ir-Regolament, m’hemmx bżonn applikazzjoni separata ta’ sistema ta’ monitoraġġ tas-sisa għaż-żmien li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu soġġetti għal proċedura jew arranġament tad-dwana sospensiv tal-Komunità.

(8)

Billi jibqa’ meħtieġ għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern li l-kunċett, u l-kondizzjonijiet għall-ħlas, tad-dazju tas-sisa jkunu l-istess fl-Istati Membri kollha, jeħtieġ li jkun iċċarat fil-livell tal-Komunità meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu rilaxxati għall-konsum u liema hija l-persuna li għandha tħallas it-taxxa tas-sisa.

(9)

Billi d-dazju tas-sisa huwa taxxa fuq il-konsum ta’ ċerti prodotti, id-dazju m’għandux jitħallas fir-rigward ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li, taħt xi ċirkostanzi, jkunu ġew meqruda jew mitlufa għal kollox.

(10)

L-arranġamenti għall-ġbir u r-rimborż tad-dazju għandhom impatt fuq it-tħaddim xieraq tas-suq intern u għandhom għalhekk isegwu kriterji mhux diskriminatorji.

(11)

F’każ ta’ irregolarità, id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun twettqet l-irregolarità li tkun wasslet għar-rilaxx għall-konsum jew, jekk ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn tkun twettqet, għandu jkun dovut fl-Istat Membru fejn ġiet skoperta. Jekk il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jaslux fid-destinazzjoni tagħhom u ma tkun ġiet skoperta ebda irregolarità, għandu jiġi kkunsidrat li seħħet irregolarità fl-Istat Membru konsenjatur tal-prodotti.

(12)

Flimkien mal-każijiet ta’ rimborż previsti f’din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi, fejn l-iskop ta’ din id-Direttiva jippermetti hekk, li jirrimborżaw id-dazju tas-sisa mħallas fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa rilaxxati għall-konsum.

(13)

Ir-regoli u l-kondizzjonijiet għall-konsenji li huma eżentati mill-ħlas ta’ dazju tas-sisa għandhom jibqgħu armonizzati. Għall-konsenji eżentati għal organizzazzjonijiet li jinsabu fi Stati Membri oħra, għandu jsir użu minn ċertifikat ta’ eżenzjoni.

(14)

Is-sitwazzjonijiet li fihom huwa permess bejgħ ħieles mit-taxxa lill-vjaġġaturi li jkunu ser iħallu t-territorju tal-Komunità għandhom ikunu ddeterminati b’mod ċar bil-ħsieb li jiġi evitat l-evażjoni u l-abbuż. Peress li l-persuni li jivjaġġaw fuq l-art jistgħu jiċċaqalqu aktar frekwentement u b’aktar libertà meta mqabbel mal-persuni li jivjaġġaw bil-baħar jew bl-ajru, ir-riskju tan-nuqqas ta’ osservanza tal-allowances fuq l-importazzjonijiet ħielsa mid-dażju u mittaxxa min-naħa tal-vjaġġatur u konsegwentement il-piż ta’ kontroll għall-awtoritajiet tad-dwana huwa sustanzjalment ogħla fil-każ tal-ivjaġġar bl-art. Huwa għalhekk xieraq li jiġi previst li l-bejgħ ħieles mid-dazju tas-sisa fuq il-fruntieri tal-art m’għandux jiġi permess, kif diġà huwa l-każ fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Madankollu, għandu jiġi previst perijodu transitorju li matulu l-Istati Membri huma awtorizzati li jkomplu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa l-prodotti fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jinsabu fil-konfini tal-art ma’ pajjiż terz.

(15)

Billi jeħtieġ li jitwettqu kontrolli fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni u ta’ ħażna sabiex jiġi żgurat li d-dejn tat-taxxa jinġabar, huwa meħtieġ li tinżamm sistema ta’ mħażen, soġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jiġu ffaċilitati dawn it-tip ta’ kontrolli.

(16)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati mill-magazzinieri awtorizzati u min-negozjanti mingħajr status ta’ magazzinieri awtorizzati.

(17)

Għandu jkun possibli li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, qabel ir-rilaxx tagħhom għall-konsum, jiċċirkolaw ġewwa l-Komunità taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa. Dan it-tip ta’ moviment għandu jkun permess minn maħżen tat-taxxa għal destinazzjonijiet varji, b’mod partikolari maħżen tat-taxxa ieħor, iżda wkoll għal postijiet ekwivalenti għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva.

(18)

Il-moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju għandu jkun permess ukoll mill-post tal-importazzjoni tagħhom għal dawk id-destinazzjonijiet u għal dan il-għan għandu jsir provvediment fir-rigward tal-istatus tal-persuna permessa li tibgħat, iżda li mhix permessa li żżomm, il-prodotti minn dak il-post ta’ importazzjoni.

(19)

Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ħlas tad-dazju tas-sisa f’każ ta’ nuqqas ta’ rilaxx tal-moviment tas-sisa, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu garanzija, li għandha tiġi ppreżentata mill-magazzinier konsenjatur awtorizzat jew il-konsenjatur reġistrat, jew, jekk l-Istat Membru konsenjatur jippermetti dan, minn persuna oħra involuta fil-moviment, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri.

(20)

Huwa meħtieġ, sabiex jiġi żgurat il-ġbir tat-taxxi bir-rati stabbiliti mill-Istati Membri, li l-awtoritajiet kompetenti jkunu f’pożizzjoni li jsegwu l-movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u għalhekk għandu jsir provvediment għal sistema ta’ monitoraġġ ta’ dawn it-tip ta’ prodotti.

(21)

Għal dak l-għan, huwa xieraq li tintuża s-sistema kompjuterizzata stabbilita mid-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2003 dwar il-kompjuterizzazzjoni tal-moviment u tas-sorveljanza ta’ prodotti soġġetti għas-sisa (11). L-użu ta’ din is-sistema, b’differenza minn sistema bbażata fuq l-użu tal-karti, tħaffef il-formalitajiet meħtieġa u tiffaċilita l-monitoraġġ tal-moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

(22)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-proċedura li biha n-negozjanti jinfurmaw lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri b’konsenji ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mibgħuta jew irċevuti. Għandha tingħata attenzjoni adegwata għas-sitwazzjoni ta’ ċerti konsenjatarji li mhumiex konnessi mas-sistema kompjuterizzata iżda li jistgħu jirċievu prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkolaw taħt sospensjoni tad-dazju.

(23)

Sabiex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq tar-regoli relatati mal-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, il-kondizzjonijiet għall-bidu u t-tmiem tal-moviment, kif ukoll l-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet, għandhom jiġu ċċarati.

(24)

Huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-proċeduri li għandhom jintużaw f’każ li fih is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli.

(25)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jipprovdu arranġament speċjali għall-moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt sospensjoni tad-dazju li jseħħ kompletament fit-territorju tagħhom, jew jikkonkludu strumenti ta’ ftehim bilaterali ma’ Stati Membri oħra f’ġiegħ is-simplifikazzjoni.

(26)

Huwa xieraq li jiġu ċċarati, mingħajr ma tiġi affettwata l-istruttura ġenerali, ir-regoli dwar it-tassazzjoni u r-regoli proċedurali relatati mal-moviment ta’ prodotti li fuqhom id-dazju tas-sisa jkun diġà tħallas fi Stat Membru.

(27)

Meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu akkwistati minn individwi privati għall-użu tagħhom stess u trasportati minn Stat Membru wieħed għal ieħor minnhom, id-dazju tas-sisa għandu jitħallas fl-Istat Membru li fih ġew akkwistati l-prodotti, skont il-prinċipju li jirregola s-suq intern.

(28)

Fil-każijiet fejn, wara r-rilaxx għall-konsum fi Stat Membru, il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jinżammu għal raġunijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk id-dazju tas-sisa huwiex dovut fit-tieni Stat Membru. Għal dawn l-iskopijiet, huwa meħtieġ, b’mod partikolari, li jiġi ddefinit il-kunċett ta’ “skopijiet kummerċjali”.

(29)

Meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu akkwistati minn persuni li mhumiex magazzinieri awtorizzati jew destinatarji reġistrati u li ma jeżerċitawx attività ekonomika indipendenti, u jiġu mibgħuta jew ittrasportati direttament jew indirettament mill-bejjiegħ jew f’ismu, id-dazju tas-sisa għandu jitħallas fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u għandha tiġi prevista proċedura li għandu jsegwi l-bejjiegħ.

(30)

Sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess bejn l-Istati Membri u t-tassazzjoni doppja f’każijiet li fihom il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed jiċċirkolaw ġewwa l-Komunità, għandu jsir provvediment għal sitwazzjonijiet li fihom il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, wara r-rilaxx tagħhom għall-konsum, ikunu soġġetti għal irregolaritajiet.

(31)

L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jipprovdu li l-oġġetti rilaxxati għall-konsum ikollhom marki fiskali jew marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali. L-użu ta’ dawn il-marki m’għandu jostakola bl-ebda mod il-kummerċ intra-Komunitarju.

Peress li l-użu ta’ dawn il-marki m’għandux iwassal għal tassazzjoni doppja, għandu jiġi ċċarat li kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki għandu jiġi rimborżat, maħfur jew rilaxxat mill-Istat Membru li ħareġ dawn il-marki jekk id-dazju tas-sisa jkun sar dovut u nġabar fi Stat Membru ieħor.

Madankollu, sabiex jiġi evitat kull abbuż, l-Istati Membri li ħarġu dawn il-marki għandhom ikunu jistgħu jagħmlu rimborż, maħfra jew rilaxx bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata evidenza li dawn tneħħew jew inqerdu.

(32)

L-applikazzjoni tar-rekwiżiti normali relatati mal-moviment u l-monitoraġġ tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa tista’ tpoġġi piż amministrattiv mhux proporzjonat fuq il-prodotturi żgħar tal-inbid. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeżentaw lil dawk il-produtturi minn ċerti rekwiżiti.

(33)

Għandu jitqies il-fatt li, fir-rigward tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa użati għall-fornimenti ta’ dgħajjes u ajruplani, għadu ma nstab l-ebda approċċ komuni xieraq.

(34)

Fir-rigward tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa użati għall-bini u l-manutenzjoni ta’ pontijiet ta’ qsim tal-fruntiera bejn l-Istati Membri, dawk l-Istati Membri għandhom jiħallew jadottaw miżuri li jidderogaw mir-regoli u l-proċeduri normali li japplikaw għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkolaw minn Stat Membru wieħed għall-ieħor, sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

(35)

Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (12).

(36)

Sabiex jitħalla perijodu ta’ aġġustament għas-sistema ta’ kontroll elettroniku għall-moviment ta’ prodotti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn perijodu transitorju li matulu dan it-tip ta’ moviment ikun jista’ jibqa’ jitwettaq soġġett għall-formalitajiet stabbiliti mid-Direttiva 92/12/KEE.

(37)

Billi l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar ta’ arranġamenti komuni fir-rigward ta’ ċerti aspetti tad-dazju tas-sisa, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jista’ għalhekk, minħabba fl-iskala u fl-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Komunità, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi arranġamenti ġenerali fir-rigward tad-dazju tas-sisa li jaffettwa direttament jew indirettament il-konsum tal-prodotti li ġejjin (minn hawn ‘il quddiem “prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa”):

(a)

prodotti tal-enerġija u l-elettriku koperti mid-Direttiva 2003/96/KE;

(b)

alkoħol u xorb alkoħoliku koperti mid-Direttivi 92/83/KEE u 92/84/KEE;

(ċ)

tabakk manifatturat kopert mid-Direttivi 95/59/KE, 92/79/KEE u 92/80/KEE.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxi indiretti oħrajn fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għal finijiet speċifiċi, bil-kondizzjoni li dawk it-taxxi jikkonformaw mar-regoli tat-taxxa Komunitarja applikabbli għad-dazju tas-sisa jew għat-taxxa fuq il-valur miżjud f’dak li jikkonċerna d-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa, il-kalkolu tat-taxxa, l-impożizzjoni tal-ħlas u l-monitoraġġ tat-taxxa, iżda ma jinkludux id-dispożizzjonijiet dwar l-eżenzjonijiet.

3.   L-Istati Membri jistgħu jimponu taxxi fuq:

(a)

prodotti minbarra prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(b)

il-forniment ta’ servizzi, inklużi dawk relatati ma’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, li ma jistgħux jiġu kkaratterizzati bħala taxxi fuq il-bejgħ jew fatturat.

Madankollu, fil-kummerċ bejn l-Istati Membri, l-impożizzjoni ta’ tali taxxi ma tistax tirriżulta f’formalitajiet konnessi mal-qsim tal-fruntieri.

Artikolu 2

Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fil-ħin ta’:

(a)

il-produzzjoni tagħhom, inkluż, fejn applikabbli, l-estrazzjoni tagħhom, ġewwa t-territorju tal-Komunità;

(b)

l-importazzjoni tagħhom fit-territorju tal-Komunità.

Artikolu 3

1.   Il-formalitajiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Komunità għad-dħul ta’ prodotti fit-territorju doganali tal-Komunità għandhom japplikaw mutatis mutandis għad-dħul tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fil-Komunità minn territorju msemmi fl-Artikolu 5(2).

2.   Il-formalitajiet stabbiliti mid-dispożizzjonijiet doganali tal-Komunità għall-ħruġ ta’ prodotti mit-territorju doganali tal-Komunità għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-ħruġ tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mill-Komunità għal territorju msemmi fl-Artikolu 5(2).

3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-Finlandja għandha tkun awtorizzata, għall-movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa madwar it-territorju tagħha kif definit fl-Artikolu 4(2) u t-territorji msemmija fl-Artikolu 5(2)(c), li tapplika l-istess proċeduri bħal dawk applikati għal tali movimenti fit-territorju tagħha, kif definit fl-Artikolu 4(2).

4.   Il-Kapitoli III u IV m’għandhomx japplikaw għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa koperti minn proċedura jew arranġament doganali sospensiv.

Artikolu 4

Għall-fini ta’ din id-Direttiva kif ukoll tad-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħha, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“magazzinier awtorizzat”, tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru li, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħha, tipproduċi, tipproċessa, iżżomm, tirċievi jew tibgħat prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju f’maħżen tat-taxxa;

(2)

“Stat Membru” u “territorju ta’ Stat Membru” tfisser t-territorju ta’ kull Stat Membru tal-Komunità li għalihom japplika t-Trattat, skont l-Artikolu 299 tiegħu, bl-eċċezzjoni ta’ territorji terzi;

(3)

“Komunità” u “territorju tal-Komunità” tfisser it-territorji tal-Istati Membri kif definit fil-punt (2);

(4)

“territorji terzi” tfisser it-territorji msemmija fl-Artikolu 5(2) u (3);

(5)

“pajjiż terz” tfisser kull Stat jew territorju li għalih mhux applikabbli t-Trattat;

(6)

“proċedura jew arranġament doganali sospensiv” tfisser kwalunkwe waħda mill-proċeduri speċjali kif previsti fir-Regolament (KEE) Nru 2913/92 relatati mas-superviżjoni doganali li għaliha huma soġġetti l-prodotti mhux Komunitarji mad-dħul tagħhom fit-territorju doganali tal-Komunità, il-ħżin temporanju, iż-żoni ħielsa jew l-imħażen ħielsa, kif ukoll kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 84(1)(a) ta’ dak ir-Regolament;

(7)

“arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju” tfisser arranġament tat-taxxa applikat għall-produzzjoni, l-ipproċessar, iż-żamma jew il-moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mhux koperti minn proċedura jew arranġament doganali sospensiv, bid-dazju tas-sisa jkun sospiż;

(8)

“importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa” tfisser id-dħul ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fit-territorju tal-Komunità sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fil-Komunità, ma jkunux soġġetti għal proċedura jew arranġament doganali sospensiv, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom minn proċedura jew arranġament doganali sospensiv;

(9)

“destinatarju reġistrat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħha u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li tirċievi prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu qegħdin jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li joriġinaw minn Stat Membru ieħor;

(10)

“konsenjatur reġistrat” tfisser persuna fiżika jew ġuridika awtorizzata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ importazzjoni, matul in-negozju tagħha u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dawk l-awtoritajiet, li tibgħat biss prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu soġġetti għal sospensjoni tad-dazju wara li jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92;

(11)

“maħżen tat-taxxa” tfisser post fejn prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa huma prodotti, ipproċessati, miżmuma, riċevuti jew mibgħuta taħt arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju minn magazzinier awtorizzat matul in-negozju tiegħu, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa.

Artikolu 5

1.   Din id-Direttiva u d-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw għat-territorju tal-Komunità.

2.   Din id-Direttiva u d-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 m’għandhomx japplikaw għat-territorji li ġejjin li jiffurmaw parti mit-territorju doganali tal-Komunità:

(a)

il-Gżejjer Kanarji;

(b)

id-dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza;

(ċ)

il-Gżejjer Åland;

(d)

iċ-Channel Islands.

3.   Din id-Direttiva u d-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 m’għandhomx japplikaw għat-territorji fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 299(4) tat-Trattat, u lanqas għat-territorji l-oħra li ġejjin li ma jiffurmawx parti mit-territorju doganali tal-Komunità:

(a)

il-Gżira ta’ Heligoland;

(b)

it-territorju ta’ Büsingen;

(ċ)

Ceuta;

(d)

Melilla;

(e)

Livigno;

(f)

Campione d’Italia;

(g)

l-ilmijiet Taljani tal-Lag ta’ Lugano.

4.   Spanja tista’ tagħti avviż, permezz ta’ dikjarazzjoni, li din id-Direttiva u d-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw għall-Gżejjer Kanarji – soġġett għall-miżuri biex jadattaw għad-distanza estrema tagħhom – fir-rigward tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa msemmija fl-Artikolu 1 kollha jew uħud minnhom, mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta’ tali dikjarazzjoni.

5.   Franza tista’ tagħti avviż, permezz ta’ dikjarazzjoni, li din id-Direttiva u d-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1 japplikaw għad-dipartimenti extra-Ewropej ta’ Franza – soġġetti għall-miżuri biex jadattaw għad-distanza estrema tagħhom – fir-rigward tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa msemmija fl-Artikolu 1 kollha jew uħud minnhom, mill-ewwel ġurnata tat-tieni xahar wara d-depożitu ta’ tali dikjarazzjoni.

6.   Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx iċaħħdu lill-Greċja milli żżomm l-istatus speċifiku mogħti lill-Muntanja Athos kif garantit mill-Artikolu 105 tal-Kostituzzjoni Griega.

Artikolu 6

1.   Fid-dawl tal-konvenzjonijiet u t-trattati konklużi ma’ Franza, l-Italja, Ċipru u r-Renju Unit rispettivament, il-Prinċipalità ta’ Monaco, San Marino, iż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia u l-Isle of Man, m’għandhomx jitqiesu, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, bħala pajjiżi terzi.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għal:

(a)

il-Prinċipalità ta’ Monaco jkunu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għal Franza;

(b)

San Marino jkunu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għall-Italja;

(ċ)

iż-Żoni Bażi Sovrani tar-Renju Unit ta’ Akrotiri u Dhekelia jkunu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għal Ċipru;

(d)

l-Isle of Man ikunu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għar-Renju Unit.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-movimenti tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għal Jungholz u Mittelberg (Kleines Walsertal) ikunu trattati bħala movimenti li joriġinaw fi jew li jkunu intenzjonati għall-Ġermanja.

KAPITOLU II

IMPOŻIZZJONI TAL-ĦLAS, RIMBORŻ, EŻENZJONI

TAQSIMA 1

Il-post u l-ħin tal-impożizzjoni tal-ħlas

Artikolu 7

1.   Id-dazju tas-sisa għandu jsir imponibbli fil-ħin, u fl-Istat Membru, tar-rilaxx għall-konsum.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ir-“rilaxx għall-konsum” għandu jfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

it-tluq ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, inkluż it-tluq irregolari, minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju;

(b)

iż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa barra minn arranġamenti ta’ sospensjoni tad-dazju fejn id-dazju tas-sisa ma jkunx inġabar skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt Komunitarju u l-leġislazzjoni nazzjonali;

(ċ)

il-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, inkluża l-produzzjoni irregolari, barra minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju;

(d)

l-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, inkluż l-importazzjoni irregolari, sakemm il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jitqegħdux, immedjatament mal-importazzjoni, taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju.

3.   Il-ħin tar-rilaxx għall-konsum għandu jkun:

(a)

fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1)(a)(ii), il-ħin tar-riċeviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mid-destinatarju reġistrat;

(b)

fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1)(a)(iv), il-ħin tar-riċeviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa mid-destinatarju;

(ċ)

fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(2), il-ħin tar-riċeviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fil-post tal-konsenja diretta.

4.   Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li tqiegħdu taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, b’riżultat tan-natura inerenti ta’ dawk il-prodotti, ta’ ċirkostanzi mhux previdibbli, jew forza maġġuri, jew b’konsegwenza ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru, m’għandhomx jitqiesu bħala rilaxx għall-konsum.

Għall-fini ta’ din id-Direttiva, il-prodotti għandhom ikunu kkunsidrati meqruda totalment jew mitlufa għal kollox meta ma jkunux jistgħu jintużaw bħala prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kkonċernati għandu jiġi ppruvat għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli, jew, meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat fejn seħħ it-telf, fejn ġie żvelat.

5.   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet tiegħu stess li taħthom ikun iddeterminat it-telf imsemmi fil-paragrafu 4.

Artikolu 8

1.   Il-persuna responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar dovut għandha tkun:

(a)

fir-rigward tat-tneħħija ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(a):

(i)

il-magazzinier awtorizzat, id-destinatarju reġistrat jew kwalunkwe persuna oħra li tirrilaxxa jew li f’isimha prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu rilaxxati mill-arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju u, fil-każ ta’ tneħħija irregolari minn maħżen tat-taxxa, kwalunkwe persuna oħra involuta f’dik it-tneħħija;

(ii)

fil-każ ta’ irregolarità matul moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju kif definit fl-Artikolu 10(1), (2) u (4): il-magazzinier awtorizzat, il-konsenjatur reġistrat jew kwalunkwe persuna li ggarantiet il-ħlas tad-dazji tas-sisa skont l-Artikolu 18(1) u (2), jew kull persuna li pparteċipat fit-tneħħija irregolari u li kienet konxja jew li kellha tkun raġonevolment konxja min-natura irregolari tat-tneħħija;

(b)

fir-rigward taż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b): il-persuna li qed iżżomm il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jew kull persuna oħra li pparteċipat fiż-żamma tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(ċ)

fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(c): il-persuna li tipproduċi l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jew, fil-każ ta’ produzzjoni irregolari, kull persuna oħra li pparteċipat fil-produzzjoni tagħhom;

(d)

fir-rigward tal-importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kif imsemmi fl-Artikolu 7(2)(d): il-persuna li tiddikjara l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jew li f’isimha ġew iddikjarati meta ġew importati u, fil-każ ta’ importazzjoni irregolari, kull persuna oħra li pparteċipat fl-importazzjoni.

2.   Fejn diversi persuni jkunu responsabbli għall-ħlas ta’ dejn wieħed tad-dazju tas-sisa, huma għandhom ikunu responsabbli in solidum għal dan id-dejn.

Artikolu 9

Il-kondizzjonijiet tal-impożizzjoni tal-ħlas u r-rata tad-dazju tas-sisa li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data li fiha d-dazju jsir dovut fl-Istat Membru fejn iseħħ ir-rilaxx għall-konsum.

Id-dazju tas-sisa għandu jiġi impost u miġbur u, fejn xieraq, rimborżat jew maħfur skont il-proċedura stabbilita minn kull Stat Membru. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-istess proċeduri għall-prodotti nazzjonali u għal dawk minn Stati Membri oħra.

Artikolu 10

1.   Fejn tkun seħħet irregolarità waqt moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta fir-rilaxx għall-konsum tagħhom skont l-Artikolu 7(2)(a), ir-rilaxx għall-konsum ikun seħħ fl-Istat Membru fejn tkun seħħet l-irregolarità.

2.   Fejn tkun ġiet skoperta irregolarità waqt moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, li tirriżulta fir-rilaxx għall-konsum tagħhom skont l-Artikolu 7(2)(a), u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat fejn seħħet l-irregolarità, din għandha titqies li tkun seħħet fl-Istat Membru fejn l-irregolarità ġiet skoperta u fil-ħin li din ġiet skoperta.

3.   Fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodotti ġew rilaxxati għall-konsum jew huma kkunsidrati li ġew rilaxxati għall-konsum għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur.

4.   Meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju ma jaslux fid-destinazzjoni tagħhom u ma tkun ġiet skoperta ebda irregolarità matul il-moviment li tirriżulta fir-rilaxx għall-konsum skont l-Artikolu 7(2)(a), għandu jitqies li l-irregolarità saret fl-Istat Membru konsenjatur u fil-ħin li beda l-moviment, sakemm, f’perijodu ta’ erba’ xhur mill-bidu taċ-ċaqliq skont l-Artikolu 20(1), tingħata evidenza li tkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur, dwar it-tmiem tal-moviment, skont l-Artikolu 20(2), jew tal-post fejn tkun seħħet l-irregolarità.

Fejn il-persuna li tkun iggarantiet il-ħlas skont l-Artikolu 18 ma kinitx taf jew seta’ ma kinitx taf li l-prodotti ma waslux fid-destinazzjoni taghħom, għandu jingħatalha xahar żmien li jibda jgħodd mill-komunikazzjoni ta’ din l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur sabiex tippermettilha tipprovdi evidenza dwar it-tmiem tal-moviment skont l-Artikolu 20(2), jew dwar il-post fejn seħħet l-irregolarità.

5.   Madankollu, fis-sitwazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4, jekk, qabel ma jiskadi perijodu ta’ tliet snin mid-data li fiha jkun beda l-moviment, skont l-Artikolu 20(1), l-Istat Membru li fih tkun tassew seħħet l-irregolarità jiġi determinat, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih tkun seħħet l-irregolarità għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun impost il-ħlas tad-dazju tas-sisa, li għandu jwettaq rimborż jew maħfra hekk kif tkun ġiet ipprovduta l-evidenza li nġabar id-dazju tas-sisa fl-Istat Membru l-ieħor.

6.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “irregolarità” għandha tfisser sitwazzjoni li sseħħ waqt il-moviment ta’ prodotti bid-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, għajr dik imsemmija fl-Artikolu 7(4), li minħabba fiha l-moviment jew parti ta’ moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jkunx intemm skont l-Artikolu 20(2).

TAQSIMA 2

Rimborż u maħfra

Artikolu 11

Barra mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 33(6), l-Artikolu 36(5), u l-Artikolu 38(3), kif ukoll dawk previsti fid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1, id-dazju tas-sisa fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu ġew rilaxxati għall-konsum jistgħu, fuq talba tal-persuna kkonċernata, jiġu rimborżati jew maħfura mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn dawk il-prodotti ġew rilaxxati għall-konsum fis-sitwazzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri u skont il-kondizzjonijiet li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għall-fini tal-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli.

Tali rimborż jew maħfra ma tistax tirriżulta f’eżenzjonijiet minbarra dawk previsti fl-Artikolu 12 u minn waħda mid-Direttivi msemmija fl-Artikolu 1.

TAQSIMA 3

Eżenzjonijiet

Artikolu 12

1.   Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom ikunu eżentati mid-dazju tas-sisa fejn dawn ikunu maħsuba biex jiġu użati:

(a)

fil-kuntest ta’ relazzjonijiet diplomatiċi jew konsulari;

(b)

minn organizzazzjonijiet internazzjonali rikonoxxuti bħala tali mill-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru ospitanti, u mill-membri ta’ tali organizzazzjonijiet, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu tali organizzazzjonijiet jew minn strumenti ta’ ftehim tal-kwartieri ġenerali;

(ċ)

mill-forzi armati ta’ kwalunkwe Stat li huwa parti għat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana minbarra l-Istat Membru li fih ikun dovut id-dazju tas-sisa, għall-użu ta’ dawk il-forzi, għall-persunal ċivili li jakkumpanjahom jew għall-provvista tal-mess jew il-kantins tagħhom;

(d)

mill-forzi armati tar-Renju Unit stazzjonati f’Ċipru skont it-Trattat tal-Istabbiliment fir-rigward tar-Repubblika ta’ Ċipru datat is-16 ta’ Awwissu 1960, għall-użu ta’ dawk il-forzi, għall-persunal ċivili li jakkumpanjahom jew għall-provvista tal-mess jew il-kantins tagħhom;

(e)

għall-konsum taħt ftehim konkluż ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bil-kondizzjoni li tali ftehim ikun permess jew awtorizzat fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud.

2.   L-eżenzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-kondizzjonijiet u l-limitazzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru ospitanti. L-Istati Membri jistgħu jagħtu l-eżenzjoni permezz ta’ rifużjoni tad-dazju tas-sisa.

Artikolu 13

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 21(1), il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju għal għand destinatarju msemmi fl-Artikolu 12(1) għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat ta’ eżenzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2), tistabbilixxi l-forma u l-kontenut taċ-ċertifikat ta’ eżenzjoni.

3.   Il-proċedura prevista fl-Artikoli 21 sa 27 m’għandhiex tapplika għall-movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju għall-forzi armati msemmija fl-Artikolu 12(1)(c) jekk huma koperti minn proċedura li hija bbażata direttament fuq it-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-proċedura mniżżla fl-Artikoli 21 sa 27 għandha tintuża għal tali movimenti li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, jew, permezz ta’ ftehim bejn l-Istati Membri kkonċernati, bejn it-territorji tagħhom.

Artikolu 14

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-ħlas tad-dazju tas-sisa il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li jiġu ttrasportati fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi għal territorju terz jew għal pajjiż terz li jkunu ser jagħmlu titjira jew vjaġġ bil-baħar.

2.   Il-prodotti fornuti abbord inġenju tal-ajru jew vapur matul it-titjira jew il-vjaġġ bil-baħar lejn territorju terz jew pajjiż terz għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal prodotti fornuti minn ħwienet ħielsa mit-taxxa.

3.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-eżenzjonijiet previsti fil-paragrafi 1 u 2 jiġu applikati b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe evażjoni, ħrib jew abbuż possibbli.

4.   L-Istati Membri li, fl-1 ta’ Lulju 2008, jiddisponu minn ħwienet ħielsa mit-taxxa li ma jinsabux f’ajruport jew port jistgħu, sal-1 ta’ Jannar 2017, ikomplu jeskludu d-dazju tas-sisa fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jinbiegħu minn dawn il-ħwienet u li jinġarru fil-bagalji personali tal-vjaġġaturi li jkunu sejrin f’territorju terz jew f’pajjiż terz.

5.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“ħanut ħieles mit-taxxa” tfisser kwalunkwe stabbiliment li jinsab ġewwa ajruport jew port li jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari skont il-paragrafu 3;

(b)

“vjaġġatur li jkun sejjer f’territorju terz jew f’pajjiż terz” tfisser kwalunkwe passiġġier li jkollu dokument ta’ transport, għall-ivvjaġġar bl-ajru jew bil-baħar, li jiddikjara li d-destinazzjoni finali hija ajruport jew port li jinsab f’territorju terz jew f’pajjiż terz.

KAPITOLU III

PRODUZZJONI, PROĊESSAR U ŻAMMA

Artikolu 15

1.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina r-regoli tiegħu dwar il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, soġġett għal din id-Direttiva.

2.   Il-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, fejn id-dazju tas-sisa ma jkunx tħallas, għandu jseħħ f’maħżen tat-taxxa.

Artikolu 16

1.   Il-ftuħ u t-tħaddim ta’ maħżen tat-taxxa minn magazzinier awtorizzat għandu jkun soġġett għall-awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun jinsab il-maħżen tat-taxxa.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet li l-awtoritajiet huma intitolati li jistabbilixxu għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ kwalunkwe evażjoni jew abbuż possibbli.

2.   Magazzinier awtorizzat għandu jkun meħtieġ li:

(a)

jipprovdi, jekk meħtieġ, garanzija li tkopri r-riskju inerenti fil-produzzjoni, l-ipproċessar u ż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(b)

jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti mill-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab il-maħżen tat-taxxa;

(ċ)

iżomm, għal kull maħżen tat-taxxa, kontijiet tal-istokk u tal-movimenti tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(d)

idaħħal fil-maħżen tat-taxxa tiegħu u jdaħħal fil-kontijiet tiegħu hekk kif jintemm il-moviment, il-prodotti kollha bid-dazju tas-sisa li jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju, ħlief fejn japplika l-Artikolu 17(2);

(e)

jagħti l-kunsens għal kull monitoraġġ u verifika tal-istokk.

Il-kondizzjonijiet għall-garanzija msemmija fil-punt (a) għandhom jiġu stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih il-maħżen tat-taxxa jkun awtorizzat.

KAPITOLU IV

MOVIMENT TA’ PRODOTTI BID-DAZJU TAĦT SOSPENSJONI TAD-DAZJU TAS-SISA

TAQSIMA 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 17

1.   Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jistgħu jiċċirkolaw taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju fit-territorju tal-Komunità, inkluż fejn il-prodotti jittranżitaw permezz ta’ pajjiż terz jew territorju terz:

(a)

minn maħżen tat-taxxa għal:

(i)

maħżen tat-taxxa ieħor;

(ii)

destinatarju reġistrat;

(iii)

post fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jħallu t-territorju tal-Komunità, kif imsemmi fl-Artikolu 25(1);

(iv)

destinatarju msemmi fl-Artikolu 12(1), fejn il-prodotti jintbagħtu minn Stat Membru ieħor;

(b)

mill-post tal-importazzjoni għal kwalunkwe destinazzjoni msemmija fil-punt (a), fejn il-prodotti jintbagħtu minn konsenjatur reġistrat.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “post tal-importazzjoni” tfisser il-post fejn il-prodotti jkunu meta dawn jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1(a)(i) u (ii) u (b) ta’ dan l-Artikolu, u għajr fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 19(3), l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, taħt il-kondizzjonijiet li jistabbilixxi, jippermetti li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju jiċċirkolaw għal post ta’ konsenja diretta li jinsab fit-territorju tiegħu, fejn dak il-post ikun ġie indikat mill-magazzinier awtorizzat fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew mid-destinatarju reġistrat.

Dak il-magazzinier awtorizzat jew dak id-destinatarju reġistrat għandhom jibqgħu responsabbli biex jippreżentaw ir-rapport tar-riċeviment imsemmi fl-Artikolu 24(1).

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-movimenti tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa b’rata ta’ żero li ma jkunux ġew rilaxxati għall-konsum.

Artikolu 18

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, għandhom jeħtieġu li r-riskji inerenti fil-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa jkunu koperti minn garanzija pprovduta minn magazzinier awtorizzat jew destinatarju reġistrat.

2.   B’deroga għall-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur, skont il-kondizzjonijiet li huma jistabbilixxu, jistgħu jippermettu li l-garanzija msemmija fil-paragrafu 1 tiġi pprovduta mit-trasportatur, is-sid tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, id-destinatarju, jew b’mod konġunt minn tnejn jew iżjed minn dawn il-persuni u l-persuni msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-garanzija għandha tkun valida fil-Komunità kollha. Ir-regoli dettaljati tagħha għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

4.   L-Istat Membru konsenjatur jista’ jirrinunzja għall-obbligu li tiġi pprovduta l-garanzija għall-movimenti li ġejjin ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju:

(a)

il-movimenti li jseħħu kompletament fit-territorju tiegħu;

(b)

fejn l-Istati Membri l-oħra kkonċernati jiftiehmu, il-movimenti tal-prodotti tal-enerġija ġewwa l-Komunità bil-baħar jew permezz ta’ pipeline fiss.

Artikolu 19

1.   Destinatarju reġistrat la jista’ jżomm u lanqas jibgħat prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju.

2.   Destinatarju reġistrat għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

qabel ma jintbagħtu l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b)

fl-aħħar taċ-ċirkolazzjoni, idaħħal fil-kontijiet tiegħu l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li ġew riċevuti taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa;

(ċ)

jagħti l-kunsens għal kwalunkwe verifika li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jissodisfaw ruħhom li l-prodotti verament ġew riċevuti.

3.   Għal destinatarju reġistrat li jirċievi prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa okkażjonalment biss, l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(9) għandha tkun limitata għal kwantità speċifikata ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, għal konsenjatur wieħed u għal perijodu ta’ żmien speċifikat. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-awtorizzazzjoni għal moviment wieħed.

Artikolu 20

1.   Il-moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa għandu jibda, fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) ta’ din id-Direttiva, meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jitilqu mill-maħżen tat-taxxa minn fejn jintbagħtu u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(b), meta jitqiegħdu f’ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

2.   Moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa jintemm, fil-każijiet msemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) u (iv) u l-Artikolu 17(1)(b), meta d-destinatarju jkun irċieva l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(iii), meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità.

TAQSIMA 2

Proċedura li għandha tiġi segwita matul il-moviment ta’ prodotti taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa

Artikolu 21

1.   Moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandu jitqies li jkun seħħ taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju biss jekk dan ikun seħħ taħt il-kopertura ta’ dokument amministrattiv elettroniku pproċessat skont il-paragrafi 2 u 3.

2.   Għall-iskopijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-konsenjatur għandu jissottometti abbozz ta’ dokument amministrattiv elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru minn fejn jintbagħtu l-prodotti bl-użu ta’ sistema kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1152/2003/KE (minn hawn ’il quddiem “is-sistema kompjuterizzata”).

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data fl-abboz tad-dokument amministrattiv elettroniku.

Meta din id-data ma tkunx valida, il-konsenjatur għandu jiġi nfurmat mingħajr dewmien.

Meta din id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jassenjaw kodiċi uniku ta’ referenza amministrattiva u jikkomunikawh lill-konsenjatur.

4.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) u (iv), l-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 17(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, li għandhom jgħadduh lid-destinatarju fejn id-destinatarju jkun magazzinier awtorizzat jew destinatarju reġistrat.

Fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu maħsuba għal magazzinier awtorizzat fl-Istat Membru konsenjatur, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku direttament lilu.

5.   Fil-każ imsemmi fl-Artikolu 17(1)(a)(iii) ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jgħaddu d-dokument amministrattiv elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni tkun ippreżentata b’applikazzjoni tal-Artikolu 161(5) tar-Regolament (KE) Nru 2913/92 (minn hawn ‘il quddiem l-“Istat Membru tal-esportazzjoni”), jekk dak l-Istat Membru jkun differenti mill-Istat Membru konsenjatur.

6.   Il-konsenjatur għandu jipprovdi lill-persuna li takkumpanja l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa verżjoni stampata tad-dokument amministrattiv elettroniku jew kwalunkwe dokument kummerċjali ieħor li, b’mod li jista’ jiġi identifikat ċarament, isemmi l-kodiċi uniku ta’ referenza amministrattiva. Għandu jkun possibbli li dan id-dokument jintwera lill-awtoritajiet kompetenti kull darba li jitolbuh matul il-moviment sħiħ taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa.

7.   Il-konsenjatur jista’ jikkanċella d-dokument amministrattiv elettroniku jekk il-moviment ma jkunx beda taħt l-Artikolu 20(1).

8.   Matul il-moviment taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa, il-konsenjatur jista’, permezz tas-sistema kompjuterizzata, jemenda d-destinazzjoni u juri destinazzjoni ġdida li għandha tkun waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) jew (iii) jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 17(2).

Artikolu 22

1.   Fil-każ ta’ movimenti ta’ prodotti ta’ enerġija taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju tas-sisa bil-baħar jew permezz ta’ kanali tal-ilma interni lil destinatarju li ma jkunx magħruf b’mod definit fil-ħin li l-konsenjatur jippreżenta l-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fl-Artikolu 21(2), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur jistgħu jawtorizzaw lill-konsenjatur biex f’dak id-dokument iħalli barra d-data dwar id-destinatarju.

2.   Hekk kif id-data dwar id-destinatarju ssir magħrufa, u mhux iżjed tard mit-tmiem tal-moviment, il-konsenjatur għandu, waqt li juża l-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(8), jibgħatha lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur.

Artikolu 23

L-awtoritàjiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur jistgħu jippermettu lill-kunsenjatur, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minn dak l-Istat Membru, lill-konsenjatur li jaqsam moviment ta’ prodotti ta’ enerġija taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa f’żewġ movimenti jew aktar, bil-kondizzjoni li:

(1)

il-kwantità totali tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma tinbidilx;

(2)

il-qsim isir fit-territorju ta’ Stat Membru li jippermetti tali proċedura;

(3)

l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru jkunu informati dwar il-post fejn isir il-qsim.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk huma jippermettu lil-movimenti jinqasmu fit-territorju tagħhom u skont liema kondizzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 24

1.   Hekk kif jiġu rċevuti l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fi kwalunkwe waħda mid-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) jew (iv) jew fl-Artikolu 17(2), id-destinatarju għandu mingħajr dewmien u mhux iżjed tard minn ħamest ijiem xogħol wara t-tmiem tal-moviment, għajr f’każijiet debitament ġustifikati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, jissottometti rapport tar-riċeviment tagħhom (minn hawn ’il quddiem ir-“rapport tar-riċeviment”), bl-użu tas-sistema kompjuterizzata.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandhom jiddeterminaw il-proċeduri għall-preżentazzjoni tar-rapport tar-riċeviment tal-prodotti mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 12(1).

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data li tidher fir-rapport tar-riċeviment.

Meta din id-data ma tkunx valida, id-destinatarju għandu jiġi infurmat mingħajr dewmien.

Meta din id-data tkun valida, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ destinazzjoni għandhom jikkonfermaw lid-destinatarju r-reġistrazzjoni tar-rapport tar-riċeviment u jgħadduh lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur.

4.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jgħaddu r-rapport tar-riċeviment lill-konsenjatur. Fil-każ li l-post minn fejn jintbagħtu l-prodotti u l-post tad-destinazzjoni jkunu jinsabu fl-istess Stat Membru, l-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru għandhom jgħaddu r-rapport tar-riċeviment direttament lill-konsenjatur.

Artikolu 25

1.   Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(iii), u, jekk applikabbli, l-Artikolu 17(1)(b) ta’ din id-Direttiva, għandu jsir rapport tal-esportazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni fuq il-bażi tal-konferma mħejjija mill-uffiċju doganali tal-ħruġ imsemmi fl-Artikolu 793(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (13) jew mill-uffiċju fejn jitwettqu l-formalitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) ta’ din id-Direttiva, li jiċċertifika li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom iwettqu verifika elettronika tad-data li tirriżulta mill-konferma msemmija fil-paragrafu 1. Ladarba din id-data tkun verifikata, u meta l-Istat Membru konsenjatur ikun differenti mill-Istat Membru tal-esportazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu r-rapport tal-esportazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur.

3.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jibagħtu r-rapport tal-esportazzjoni lill-konsenjatur.

Artikolu 26

1.   B’deroga mill-Artikolu 21(1), fejn is-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru konsenjatur, il-konsenjatur jista’ jagħti bidu għal moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospenzjoni ta’ dazji bil-kondizzjoni li:

(a)

il-prodotti jkunu akkumpanjati minn dokument f’forma ta’ karta li jkun fih l-istess data bħall-abbozz tad-dokument amministrattiv elettroniku msemmi fl-Artikolu 20(2);

(b)

huwa jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur qabel il-bidu tal-moviment.

L-Istat Membru konsenjatur jista’ wkoll jitlob kopja tad-dokument imsemmi fil-punt (a) u, jekk l-indisponibbiltà tkun dovuta għall-konsenjatur, informazzjoni xierqa dwar ir-raġunijiet għal dik l-indisponibbiltà, qabel il-bidu tal-moviment.

2.   Meta s-sistema kompjuterizzata terġa’ ssir disponibbli, il-konsenjatur għandu jippreżenta abbozz ta’ dokument amministrattiv elettroniku, f’konformità mal-Artikolu 21(2).

Hekk kif id-data li tidher fid-dokument amministrattiv elettroniku tkun ġiet validata, skont l-Artikolu 21(3), dan id-dokument għandu jissostitwixxi d-dokument f’forma ta’ karta msemmi fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu. L-Artikolu 21(4) u (5), u l-Artikoli 24 u 25 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

3.   Sal-mument meta d-data li tidher fid-dokument amministrattiv elettroniku kun ġiet validata, il-moviment għandu jitqies li seħħ skont arranġament ta’ sospensjoni tad-dazji taħt kopertura tad-dokument f’forma ta’ karta msemmi fil-paragrafu 1(a).

4.   Kopja tad-dokument f’forma ta’ karta msemmi fil-paragrafu 1(a) għandha tinżamm mill-konsenjatur bħala sostenn tal-kompatibbiltà tar-rekords tiegħu.

5.   Meta s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru konsenjatur, il-konsenjatur għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(8) jew fl-Artikolu 23 bl-użu ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni oħrajn. Għal dak il-għan, huwa għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur qabel ma tkun saret il-bidla fid-destinazzjoni jew it-taqsim tal-moviment. Il-paragrafi 2 sa 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 27

1.   Meta, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) u (iv), fl-Artikolu 17(1)(b) u fl-Artikolu 17(2), ir-rapport tar-riċeviment previst fl-Artikolu 24(1) ma jkunx jista’ jiġi ppreżentat fit-tmiem ta’ moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa fl-iskadenza prevista f’dak l-Artikolu, jew peress li s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew peress li, fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1), il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 26(2) ma jkunux għadhom twettqu, id-destinatarju għandu jippreżenta lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, dokument f’forma ta’ karta li jkun fih l-istess informazzjoni bħar-rapport tar-riċeviment u li jiċċertifika li l-moviment ikun intemm.

Ħlief fejn ir-rapport tar-riċeviment previst fl-Artikolu 24(1) ikun jista’ jiġi ppreżentat lilhom fi żmien qasir mid-destinatarju permezz tas-sistema kompjuterizzata, jew f’każijiet debitament ġustifikati, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jibagħtu kopja tad-dokument f’forma ta’ karta msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur, li għandhom jibagħtuha lill-konsenjatur jew iżommuha disponibbli għalih.

Hekk kif is-sistema kompjuterizzata terġa’ ssir disponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni jew il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 26(2) ikunu twettqu, id-destinatarju għandu jippreżenta rapport tar-riċeviment, skont l-Artikolu 24(1). L-Artikolu 24(3) u (4) għandu japplika mutatis mutandis.

2.   Meta, fil-każ imsemmi fl-Artikolu 17(1)(a)(iii), ir-rapport tal-esportazzjoni previst fl-Artikolu 25(1) ma jkunx jista’ jsir fit-tmiem ta’ moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, jew peress li s-sistema kompjuterizzata ma tkunx disponibbli fl-Istat Membru tal-esportazzjoni, jew peress li, fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(1), il-proċeduri msemmijin fl-Artikolu 26(2) ma jkunux għadhom twettqu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Istat Membru konsenjatur dokument f’forma ta’ karta li jkun fih l-istess informazzjoni bħar-rapport tal-esportazzjoni u li jiċċertifika li l-moviment ikun intemm, ħlief fejn ir-rapport tal-esportazzjoni previst fl-Artikolu 25(1) ikun jista’ jsir fi żmien qasir permezz tas-sistema kompjuterizzata, jew f’każijiet debitament ġustifikati.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur għandhom jibagħtu lill-konsenjatur kopja tad-dokument f’forma ta’ karta msemmi fl-ewwel subparagrafu jew iżommuha disponibbli għalih.

Hekk kif is-sistema kompjuterizzata terġa’ ssir disponibbli fl-Istat Membru tal-esportazzjoni jew il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 26(2) ikunu twettqu, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-esportazzjoni għandhom jibagħtu rapport tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 25(1). L-Artikolu 25(2) u (3) għandu japplika mutatis mutandis.

Artikolu 28

1.   Minkejja l-Artikolu 27, ir-rapport tar-riċeviment previst fl-Artikolu 24(1), jew ir-rapport tal-esportazzjoni previst fl-Artikolu 25(1), għandu jikkostitwixxi prova li moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkun intemm, skont l-Artikolu 20(2).

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, jekk ma jkun hemm l-ebda rapport tal-wasla jew rapport tal-esportazzjoni għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 27, prova alternattiva tat-tmiem tal-moviment taħt sospensjoni tad-dazju tas-sisa tista’ tiġi pprovduta, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 17(1)(a)(i), (ii) u (iv), l-Artikolu 17(1)(b) u l-Artikolu 17(2), permezz ta’ ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, ibbażata fuq prova xierqa, li l-oġġetti tas-sisa mibgħuta jkunu waslu fid-destinazzjoni dikjarata tagħhom jew, fil-każ imsemmi fil-punt (iii) tal-Artikolu 16(1)(a), permezz ta’ ċertifikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-uffiċċju doganali tal-ħruġ, li tiċċertifika li l-prodotti tas-sisa jkunu ħallew it-territorju tal-Komunità.

Dokument ippreżentat mid-destinatarju li jkun fih l-istess data bħar-rapport tar-riċeviment jew ir-rapport tal-esportazzjoni għandu jikkostitwixxi prova adegwata għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.

Meta l-provi adegwati jkunu ġew aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru konsenjatur, dan għandu jtemm il-moviment fis-sistema kompjuterizzata.

Artikolu 29

1.   Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2), tadotta miżuri biex tiddetermina:

(a)

l-istruttura u l-kontenut tal-messaġġi li għandhom jiġu skambjati għall-finijiet tal-Artikoli 21 sa 25, bejn il-persuni u l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati b’moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju;

(b)

ir-regoli u l-proċeduri relatati mal-iskambji tal-messaġġi msemmija fil-punt (a);

(ċ)

l-istruttura tad-dokumenti fil-forma ta’ karta msemmija fl-Artikoli 26 u 27.

2.   Kull Stat Membru għandu jiddetermina s-sitwazzjonijiet fejn is-sistema kompjuterizzata tista’ titqies mhux disponibbli u r-regoli u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’dawn is-sitwazzjonijiet, għall-finijiet ta’ u skont l-Artikoli 26 u 27.

TAQSIMA 3

Proċeduri simplifikati

Artikolu 30

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proċeduri simplifikati fir-rigward ta’ movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li jseħħu kompletament fit-territorju tagħhom, inkluża l-possibbiltà li ssir rinunzja mir-rekwiżit li dawn il-movimenti jkunu s-suġġett ta’ monitoraġġ elettroniku.

Artikolu 31

Bi ftehim u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, jistgħu jiġu stabbiliti proċeduri simplifikati għall-finijiet ta’ movimenti frekwenti u regolari ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li jseħħu bejn it-territorji ta’ żewġ Stati Membri jew iktar.

Din id-dispożizzjoni tinkludi movimenti permezz ta’ pipelines fissi.

KAPITOLU V

MOVIMENTI U TASSAZZJONI TAL-PRODOTTI SOĠĠETTI GĦAD-DAZJU TAS-SISA WARA R-RILAXX GĦALL-KONSUM

TAQSIMA 1

Akkwist minn individwi privati

Artikolu 32

1.   Id-dazju tas-sisa fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa akkwistati minn individwu privat għall-użu proprju, u ttrasportati minnu stess minn Stat Membru wieħed għal ieħor, għandu jintalab biss fl-Istat Membru fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiġu akkwistati.

2.   Biex jiġi ddeterminat jekk il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa msemmija fil-paragrafu 1 ikunux intenzjonati għall-użu proprju ta’ individwu privat, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont b’mod partikolari tal-punti li ġejjin:

(a)

l-istatus kummerċjali tad-detentur tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa u r-raġunijiet tiegħu għall-pussess tagħhom;

(b)

il-post fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu jinsabu jew, jekk ikun il-każ, il-metodu ta’ transport użat;

(ċ)

kwalunkwe dokument relatat mal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(d)

in-natura tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(e)

il-kwantità tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

3.   Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-punt (e) tal-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu livelli ta’ gwida, bħala forma ta’ prova biss. Dawn il-livelli ta’ gwida ma jistgħux ikunu anqas minn:

(a)

għall-prodotti tat-tabakk:

sigaretti: 800 biċċa;

cigarillos (sigarri li ma jiżnux aktar minn 3 g kull wieħed): 400 biċċa;

sigarri: 200 biċċa;

tabakk tat-tipjip: 1,0 kg;

(b)

għax-xorb alkoħoliku:

xorb spirituż: 10 litri;

prodotti intermedji: 20 litru;

inbejjed: 90 litru (inkluż mhux aktar minn 60 litru ta’ nbid frizzanti);

birer: 110 litri.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu wkoll li d-dazju tas-sisa għandu jsir dovut fl-Istat Membru tal-konsum mal-akkwist ta’ żjut minerali li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru ieħor jekk dawk il-prodotti jiġu ttrasportati b’mezzi ta’ trasport atipiċi minn individwu privat jew f’ismu.

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, “mezz ta’ trasport atipiku” għandha tfisser it-trasport ta’ karburant minbarra fit-tankijiet tal-vetturi jew f’kontenituri ta’ riżerva adatti kif ukoll it-trasport ta’ prodotti likwidi għat-tisħin minbarra permezz ta’ trakkijiet ċisterna użati għan-nom ta’ negozjanti professjonali.

TAQSIMA 2

Żamma fi Stat Membru ieħor

Artikolu 33

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 36(1), jekk prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru jinżammu għal finijiet kummerċjali fi Stat Membru ieħor sabiex jiġu kkonsenjati jew użati hemmhekk, huma għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa u d-dazju tas-sisa għandu jintalab f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “iż-żamma għal finijiet kummerċjali” għandha tfisser iż-żamma ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa minn persuna li mhix individwu privat jew minn individwu privat mhux għal raġunijiet għajr l-użu proprju u ttrasportati minnu, skont l-Artikolu 32.

2.   Il-kondizzjonijiet tal-imponibbiltà u r-rati tad-dazju tas-sisa li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data li fiha d-dazju jsir imponibbli f’dak l-Istat Membru l-ieħor.

3.   Il-persuna responsabbli biex tħallas id-dazju tas-sisa li jkun sar imponibbli għandha tkun, skont il-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-persuna li twettaq il-konsenja, jew li żżomm il-prodotti intenzjonati li jiġu kkonsenjati, jew dik li lilha jiġu kkonsenjati l-prodotti fl-Istat Membru l-ieħor.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 38, meta prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jkunu diġà ġew rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed jiċċirkolaw fil-Komunità għal finijiet kummerċjali, huma m’għandhomx jitqiesu bħala miżmuma għal dawn il-finijiet sakemm jaslu fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, bil-kondizzjoni li huma jkunu qegħdin jiċċirkolaw taħt kopertura tal-formalitajiet previsti fl-Artikolu 34.

5.   Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li jinżammu abbord dgħajsa jew inġenju tal-ajru li jagħmel vjaġġi jew titjiriet bejn żewġ Stati Membri iżda li ma jkunux disponibbli għall-bejgħ meta d-dgħajsa jew l-inġenju tal-ajru jkun fit-territorju ta’ wieħed mill-Istati Membri, m’għandhomx jitqiesu li jkunu miżmuma għal finijiet kummerċjali f’dak l-Istat Membru.

6.   Id-dazju tas-sisa għandu, fuq talba, jiġi rrimborżat jew maħfur fl-Istat Membru fejn ikun seħħ ir-rilaxx għall-konsum meta l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor jsibu li dak id-dazju tas-sisa jkun sar imponibbli u jkun inġabar f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 34

1.   Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 31(1), il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa għandhom jiċċirkolaw bejn it-territorji tal-Istati Membri differenti taħt il-kopertura ta’ dokument ta’ akkumpanjament li jelenka l-informazzjoni prinċipali mid-dokument imsemmi fl-Artikolu 21(1).

Il-Kummissjoni għandha, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2), tadotta miżuri li jistabbilixxu l-forma u l-kontenut tad-dokument ta’ akkumpanjament.

2.   Il-persuni msemmija fl-Artikolu 33(3) għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

qabel ma jiġu kkonsenjati l-prodotti, jippreżentaw dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u jiggarantixxu l-ħlas tad-dazju tas-sisa;

(b)

iħallsu d-dazju tas-sisa tal-Istat Membru tad-destinazzjoni skont il-proċedura stabbilita minn dak l-Istat Membru;

(ċ)

jaċċettaw kwalunkwe verifika li tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni li jiżguraw ruħhom li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu verament ġew riċevuti u li d-dazju tas-sisa imponibbli fuqhom ikun tħallas.

L-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’, fis-sitwazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti minnu, jissimplifika jew jikkonċedi deroga mir-rekwiżiti msemmija fil-punt (a). F’dak il-każ, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni, li għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 35

1.   Meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa diġà rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru jitmexxew għal post tad-destinazzjoni f’dak l-Istat Membru minn fuq it-territorju ta’ Stat Membru ieħor, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

dak il-moviment għandu jsir bil-kopertura tad-dokument mehmuż mad-dokument ta’ akkumpanjament imsemmi fl-Artikolu 34(1) u juża itinerarju adatt;

(b)

qabel ma jiġu kkonsenjati l-prodotti, il-konsenjatur għandu jagħmel dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-post tat-tluq;

(ċ)

id-destinatarju għandu jikkonferma li jkun irċieva l-prodotti skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tal-post tad-destinazzjoni;

(d)

il-konsenjatur u d-destinatarju għandhom jaċċettaw kull monitoraġġ li jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom li jiżguraw ruħhom li l-prodotti jkunu ġew riċevuti tabilħaqq.

2.   Meta l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jiċċirkolaw ta’ spiss u regolarment skont il-kondizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu, bi qbil bejniethom, bil-kondizzjonijiet li jiddeterminaw huma, jissimplifikaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1.

TAQSIMA 3

Bejgħ minn distanza

Artikolu 36

1.   Il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa diġà rilaxxati għall-konsum fi Stat Membru wieħed, li jinxtraw minn persuna, li ma tkunx il-magazzinier awtorizzat jew destinatarju reġistrat, stabbilit fi Stat Membru ieħor li ma jwettaqx attività ekonomika indipendenti, u li jiġu kkonsenjati jew ittrasportati lejn Stat Membru ieħor direttament jew indirettament mill-bejjiegħ jew f’ismu għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “Stat Membru tad-destinazzjoni” għandha tfisser l-Istat Membru fejn tasal il-konsenja jew tat-trasport.

2.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, id-dazju tas-sisa għandu jsir imponibbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni fil-mument tal-konsenja tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa. Il-kondizzjonijiet tal-imponibbiltà u r-rata tad-dazju tas-sisa li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk fis-seħħ fid-data meta d-dazju jsir imponibbli.

Id-dazju tas-sisa għandu jitħallas skont il-proċedura stabbilita mill-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.   Il-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tad-destinazzjoni għandha tkun il-bejjiegħ.

Madankollu, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’ jipprovdi li l-persuna responsabbli għandha tkun rappreżentant fiskali, stabbilit fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, jew, f’każijiet fejn il-bejjiegħ ma rrispettax id-dispożizzjoni tal-paragrafu 4(a), id-destinatarju tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

4.   Il-bejjiegħ jew ir-rappreżentant fiskali għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

qabel jikkonsenja l-oġġetti tas-sisa, jirreġistra l-identità tiegħu u jiggarantixxi l-ħlas tad-dazju tas-sisa fl-uffiċċju kompetenti indikat speċifikament u skont il-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istat Membru tad-destinazzjoni;

(b)

iħallas id-dazju tas-sisa fl-uffiċċju msemmi fil-punt (a) wara l-wasla tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa;

(ċ)

iżomm il-kontijiet tal-konsenji tal-prodotti.

L-Istati Membri kkonċernati jistgħu, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, jissimplifikaw dawn ir-rekwiżiti fuq il-bażi ta’ strumenti ta’ ftehim bilaterali.

5.   Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 1, id-dazju tas-sisa impost fl-ewwel Stat Membru għandu jiġi rrimborżat jew maħfur, fuq talba tal-bejjiegħ, meta l-bejjiegħ jew ir-rappreżentant fiskali tiegħu jkun segwa l-proċeduri previsti fil-paragrafu 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 5 għall-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li huma koperti b’arranġamenti nazzjonali partikolari ta’ distribuzzjoni.

TAQSIMA 4

Qerda u telf

Artikolu 37

1.   Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 33(1), u fl-Artikolu 36(1), f’każ ta’ qerda totali jew telf irrimedjabbli tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa matul it-trasport tagħhom fi Stat Membru li mhux dak fejn ġew rilaxxati għall-konsum, bħala riżultat tan-natura stess tal-prodotti, jew ċirkostanzi mhux prevedibbli, forza maġġuri jew bħala konsegwenza ta’ awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, id-dazju tas-sisa m’għandux ikun imponibbli f’dak l-Istat Membru.

Il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa kkonċernati għandhom jiġu ppruvati għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun saret il-qerda totali jew it-telf irrimedjabbli jew, meta ma jkunx possibbli li jiġi determinat fejn seħħ it-telf, fejn ġie misjub.

Il-garanzija ppreżentata skont l-Artikolu 34(2)(a) jew l-Artikolu 36(4)(a) għandha tiġi rilaxxata.

2   Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli u l-kondizzjonijiet tiegħu stess li taħthom ikun iddeterminat it-telf imsemmi fil-paragrafu 1.

TAQSIMA 5

Irregolaritajiet matul il-moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa

Artikolu 38

1.   Meta titwettaq irregolarità waqt moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(1), fi Stat Membru li mhux dak fejn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum, huma għandhom ikunu soġġetti għad-dazju tas-sisa u d-dazju tas-sisa għandu jkun imponibbli fl-Istat Membru fejn tkun twettqet l-irregolarità.

2.   Meta tiġi rivelata irregolarità waqt moviment ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa skont l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(1) fi Stat Membru li mhux dak fejn ikunu ġew rilaxxati għall-konsum u mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit fejn seħħet l-irregolarità, l-irregolarità għandha titqies li seħħet u d-dazju tas-sisa għandu jkun imponibbli fl-Istat Membru fejn tkun ġiet rilevata l-irregolarità.

Madankollu, jekk qabel l-iskadenza ta’ perijodu ta’ tliet snin li jgħodd mid-data tal-akkwist tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, jiġi determinat f’liema Stat Membru tkun fil-fatt seħħet l-irregolarità, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

3.   Id-dazju tas-sisa għandu jkun dovut mill-persuna li tkun tat garanzija li ser tħallsu skont l-Artikolu 34(2)(a) jew l-Artikolu 36(4)(a) u minn kwalunkwe persuna li pparteċipat fl-irregolarità.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkunu ġew rilaxxati għall-konsum għandhom, fuq talba, jagħtu rimborż jew maħfra tad-dazju tas-sisa meta din tkun ġiet imposta fl-Istat Membru fejn twettqet jew ġiet rilevata l-irregolarità. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni għandhom jirrilaxxaw il-garanzija ddepożitata skont l-Artikolu 34(2)(a) jew l-Artikolu 36(4)(a).

4.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “irregolarità” tfisser sitwazzjoni li sseħħ waqt moviment tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt l-Artikolu 33(1) jew l-Artikolu 36(1), mhux koperta mill-Artikolu 37 li minħabba fiha moviment, jew parti minn moviment, ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa ma jkunx intemm b’mod regolari.

KAPITOLU VI

MIXXELLANJI

TAQSIMA 1

Marki

Artikolu 39

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1), l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa jkollhom marki fiskali jew marki nazzjonali ta’ identifikazzjoni użati għal finijiet fiskali fil-mument meta l-prodotti jiġu rilaxxati għall-konsum fit-territorju tagħhom, jew, fil-każijiet previsti fl-Artikolu 33(1), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 36(1), meta dawn jidħlu fit-territorju tagħhom.

2.   Kwalunkwe Stat Membru li jeħtieġ l-użu ta’ marki fiskali jew ta’ marki nazzjonali ta’ identifikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun meħtieġ li jagħmilhom disponibbli għall-magazzinieri awtorizzati tal-Istati Membri l-oħra. Madankollu, kull Stat membru jista’ jeħtieġ li dawn il-marki jew il-marki fiskali jkunu magħmula disponibbli għal rappreżentant fiskali awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

3.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet li jistgħu jistabbilixxu sabiex jiżguraw li dan l-Artikolu jiġi implimentat b’mod korrett u biex jevitaw kull tip ta’ evażjoni, ħrib jew abbuż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-amrki fiskali jew il-marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali kif stabbiliti fil-paragrafu 1 ma joħolqux ostakoli għall-moviment ħieles tal-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa.

Meta dawn il-marki jitpoġġew fuq prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa, kwalunkwe ammont imħallas jew garantit biex jinkisbu dawn il-marki, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż għall-ħruġ tagħhom, għandu jiġi rimborżat, maħfur jew rilaxxat mill-Istat Membru li jkun ħariġhom jekk id-dazju tas-sisa jkun sar imponibbli u nġabar fi Stat Membru ieħor.

L-Istat Membru li ħareġ dawn il-marki jista’ madankollu jirrikjedi li r-rimborż, il-maħfra jew ir-rilaxx tal-ammont imħallas jew garantit ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta’ provi, għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tiegħu, li dawn ġew irtirati jew inqerdu.

4.   Il-marki fiskali jew il-marki ta’ identifikazzjoni nazzjonali kif stabbiliti fil-paragrafu 1 għandom ikunu validi fl-Istat Membru li jkun ħariġhom. Madankollu, jista’ jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta’ dawn il-marki bejn l-Istati Membri.

TAQSIMA 2

Produtturi żgħar tal-inbid

Artikolu 40

1.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-produtturi żgħar tal-inbid mir-rekwiżiti tal-Kapitoli III u IV kif ukoll mill-obbligi l-oħra relatati mal-moviment u l-monitoraġġ. Meta dawn il-produtturi żgħar infushom iwettqu transazzjonijiet intra-Komunitarji, huma għandhom jgħarrfu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati tal-applikazzjoni li jikkonċernaw id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr ta’ prodotti tal-inbid u r-rekords li għandhom ikunu miżmuma fis-settur tal-inbid (14).

2.   Meta produtturi żgħar tal-inbid ikunu eżentati mir-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, id-destinatarju għandu, permezz tad-dokument meħtieġ mir-Regolament (KE) Nru 884/2001 jew b’referenza għalih, jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni bil-konsenji tal-inbid riċevuti.

3.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “produtturi żgħar ta l-inbid” għandha tfisser persuni li jipproduċu medja ta’ anqas minn 1 000 ettolitru ta’ nbid fis-sena.

TAQSIMA 3

Imħażen għad-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru

Artikolu 41

Sakemm il-Kunsill jadotta dispożizzjonijiet Komunitarji dwar imħażen għad-dgħajjes u l-inġenji tal-ajru, l-Istati Membri jistgħu jżommu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar l-eżenzjonijiet għal tali imħażen.

TAQSIMA 4

Arranġamenti speċjali

Artikolu 42

L-Istati Membri li kkonkludew Ftehim dwar ir-responsabbiltà għall-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni ta’ pont transkonfinali jistgħu jadottaw miżuri ta’ derogazzjoni mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sabiex jissimplifikaw il-proċedura għall-ġbir tad-dazju tas-sista fuq il-prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa użati għall-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ dak il-pont.

Għall-finijiet ta’ dawk il-miżuri, il-pont u s-siti ta’ kostruzzjoni msemmija fil-Ftehim għandhom jitqiesu li huma parti mit-territorju tal-Istat Membru responsabbli mill-kostruzzjoni jew il-manutenzjoni tal-pont skont il-Ftehim.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinnotifikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni, li għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

KAPITOLU VII

KUMITAT DWAR ID-DAZJU TAS-SISA

Artikolu 43

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat imsejjaħ “Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa”.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit bħala tliet xhur.

Artikolu 44

Il-Kumitat dwar id-Dazju tas-Sisa għandu, minbarra l-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 43, jeżamina l-kwistjonijiet li tqajmu mill-president tiegħu, jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru, rigward l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet Komunitarji dwar id-dazju tas-sisa.

KAPITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI U FINALI

Artikolu 45

1.   Sal-1 ta’ April 2013, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar l-implimentazzjoni tas-sistema kompjuterizzata u, b’mod partikolari, dwar l-obbligi msemmija fl-Artikolu 21(6) u dwar il-proċeduri applikabbli f’każ ta’ indisponibbiltà tas-sistema.

2.   Sal-1 ta’ April 2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

3.   Ir-rapporti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bbażati b’mod partikolari fuq it-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri.

Artikolu 46

1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri konsenjaturi jistgħu jkomplu jawtorizzaw il-movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa taħt arranġament ta’ sospensjoni tad-dazju li nbdew taħt kopertura tal-formalitajiet stabbiliti fl-Artikoli 15(6) u fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 92/12/KEE.

Dawk il-movimenti, kif ukoll il-proċedura għar-rilaxx tagħhom, għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu kif ukoll għall-Artikolu 15(4) u (5) u l-Artikolu 19 tad-Direttiva 92/12/KEE. L-Artikolu 15(4) ta’ dik id-Direttiva għandu japplika fir-rigward tal-garanti kollha indikati skont l-Artikolu 18(1) u (2) ta’ din id-Direttiva.

L-Artikoli 21 sa 27 ta’ din id-Direttiva m’għandhomx japplikaw għal dawk il-movimenti.

2.   Il-movimenti ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa li nbdew qabel l-1 ta’ April 2010, għandhom jitwettqu u jiġu rilaxxati skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/12/KEE.

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal dawk il-movimenti.

Artikolu 47

1.   Id-Direttiva 92/12/KEE hija mħassra b’effett mill-1 ta’ April 2010.

Madankollu, hija għandha tkompli tapplika fil-limiti u għall-finijiet definiti fl-Artikolu 46.

2.   Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 48

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mill-1 ta’ April 2010. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ tali liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi flimkien ma’ tabella li turi l-korrelazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 49

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 50

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

R. BACHELOT-NARQUIN


(1)  Opinjoni tat-18.11.2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tat-22.10.2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1.

(4)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8.

(5)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10

(6)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 21.

(7)  ĠU L 316, 31.10.1992, p. 29.

(8)  ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40.

(9)  ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51.

(10)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.

(11)  ĠU L 162, 1.7.2003, p. 5.

(12)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(13)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.

(14)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 32.


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/31


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2009/1/KE

tas-7 ta’ Jannar 2009

li temenda, għall-finijiet tal-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-possibbiltajiet tal-użu mill-ġdid, tar-riċiklaġġ u tal-irkupru tagħhom u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE (1), u b′mod partikolari t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/64/KE hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita bid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2).

(2)

Hemm bżonn li jiġu stabbiliti r-regoli dettaljati li jippermettu l-verifika, fil-qafas tal-valutazzjoni preliminari tal-manifattur imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/64/KE, ta' jekk il-materjali użati għall-bini ta' tip ta' vettura jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m'għadhomx jintużaw (3).

(3)

B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu kapaċi jivverifikaw għall-fini ta' użu mill-ġdid, riċiklabilità u possibilità ta' rkupru l-eżistenza ta' arranġamenti kuntrattwali bejn il-manifattur tal-vettura kkonċernat u l-fornituri tiegħu u li r-rekwiżiti għal din il-fini li jinsabu f'dawn l-arranġamenti jkunu kkomunikati sew.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Addattament għall-Progress Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness IV tad-Direttiva 2005/64/KE hija emendata billi jiddaħħal paragrafu 4 ġdid kif ġej:

“4.1.

Għall-finijiet ta' valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/64/KE, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu juri li, permezz ta' arranġamenti kuntrattwali mal-fornituri tiegħu, il-konformità mal-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE hija żgurata.

4.2.

Għall-finijiet ta' valutazzjoni preliminari skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/64/KE, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu jistabbilixxi proċeduri għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex jiġu kkomunikati r-rekwiżiti applikabbli lill-persunal tiegħu u lill-fornituri kollha tiegħu;

(b)

għall-monitoraġġ u l-iżgurar li l-fornituri jaġixxu skont dawk ir-rekwiżiti;

(c)

biex tinġabar id-dejta rilevanti permezz tal-katina sħiħa ta' forniment;

(d)

biex jiġi ċċekkjat u vverifikat it-tagħrif li jasasl mill-fornituri;

(e)

għal reazzjoni adegwata meta d-dejta li tasal mingħand il-fornituri tindika nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti skont l-Artikolu 4(2)(a) tad-Direttiva 2000/53/KE.

4.3.

Għall-finijiet tal-paragrafu 4.1 u 4.2, il-manifattur tal-vettura għandu jkollu juża, bi qbil mal-entità kompetenti, ISO 9000/14000 jew programm ieħor ta' assikurazzjoni ta' kwalità standardizzata.”

Artikolu 2

B'effett mill-1 ta’ Jannar 2012, jekk ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2005/64/KE kif emendata minn din id-Direttiva ma jkunux irrispettati, l-Istati Membri, fuq raġunijiet relatati mal-possibilità ta' użu mill-ġdid, ta' riċiklaġġ u ta' rkupru ta' vetturi bil-mutur, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip tal-KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta' vetturi.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Frar 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu f'konformità ma' din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-4 ta’ Frar 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir referenza bħal din.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Jannar 2009.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 310, 25.11.2005, p. 10.

(2)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

(3)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.


II Atti adottati skont it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2008 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-ĠORDAN

tal-10 ta’ Novembru 2008

dwar l-istabbiliment ta’ skeda ta’ tneħħija tat-tariffi għall-prodotti mniżżlin fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni

(2009/20/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Renju Ħaxemita tal-Ġordan, min-naħa l-oħra (1), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”, iffirmat fi Brussell fl-24 ta’ Novembru 1997 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2002, u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u l-Artikolu 11(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Komunità u l-Ġordan għandhom jistabbilixxu gradwalment żona ta’ kummerċ ħieles matul perjodu ta’ żmien tranżitorju li jilħaq massimu ta’ 12-il sena mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim u f’konformità ma’ dawk tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.

(2)

Skond il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jerġa’ jeżamina l-arranġamenti li għandhom jiġu applikati lill-prodotti mniżżla fl-Anness IV tal-ftehim, li fih lista ta’ prodotti industrijali li joriġinaw mill-Komunità, erba’ snin wara d-dħul tiegħu fis-seħħ, u fil-waqt ta’ dak l-eżami mill-ġdid, jistabbilixxi skeda ta’ tneħħija ta’ tariffi għal dawk il-prodotti.

(3)

L-iskeda tat-tneħħija tat-tariffi għall-prodotti mniżżlin fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ġiet innegozjata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Ġordan,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-importazzjonijiet lejn il-Ġordan tal-prodotti li joriġinaw fil-Komunità mniżżla fl-Anness IV tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni għandhom ikunu soġġetti għall-iskeda ta’ tneħħija tat-tariffi indikata fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċijoni. Din l-iskeda għandha tapplika b’effett mill-1 ta’ Mejju 2008.

Artikolu 2

1.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil-lista 1 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien sentejn, li jibda mill-1 ta’ Mejju 2008. Dawn il-prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b’effett mill-1 ta’ Mejju 2009. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a)

fl-1 ta’ Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas għal 3 %;

(b)

fl-1 ta’ Mejju 2009, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

2.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw mill-Komunità mniżżla fil-lista 2 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jitneħħew fi żmien seba’ snin li jibda mill-1 ta’ Mejju 2008. Dawn il-prodotti għandhom ikunu mingħajr dazju b’effett mill-1 ta’ Mejju 2014. It-tneħħija gradwali tad-dazji doganali għandha sseħħ skond l-iskeda li ġejja:

(a)

fl-1 ta’ Mejju 2008, id-dazju għandu jitnaqqas sa 90 % tad-dazju bażiku;

(b)

fl-1 ta’ Mejju 2009, id-dazju għandu jitnaqqas sa 80 % tad-dazju bażiku;

(ċ)

fl-1 ta’ Mejju 2010, id-dazju għandu jitnaqqas sa 70 % tad-dazju bażiku;

(d)

fl-1 ta’ Mejju 2011, id-dazju għandu jitnaqqas sa 60 % tad-dazju bażiku;

(e)

fl-1 ta’ Mejju 2012, id-dazju għandu jitnaqqas sa 50 % tad-dazju bażiku;

(f)

fl-1 ta’ Mejju 2013, id-dazju għandu jitnaqqas sa 40 % tad-dazju bażiku;

(g)

fl-1 ta’ Mejju 2014, id-dazju li jkun fadal għandu jitneħħa.

3.   Id-dazji doganali applikabbli fuq l-importazzjonijiet lejn il-Ġordan ta’ prodotti li joriġinaw fil-Komunità u li huma mniżżla fil-lista 3 ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni m’għandhomx jitneħħew. L-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom josservaw b’mod konġunt, fis-sotto-kumitat ta’ l-industrija, il-kummerċ u s-servizzi, l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji lejn il-Ġordan tal-birra (HS 2203) u l-vermut (HS 2205) biex jewalwaw kwalunkwe tnaqqis sinifikanti ta’ l-importazzjonijiet Komunitarji kkawżat minn trattament preferenzjali mogħti lil imsieħba kummerċjali oħra. Fil-każ fejn ġie ppruvat tnaqqis sinifikanti ta’ importazzjonijiet Komunitarji, l-awtoritajiet Ġordaniżi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jirrevedu d-dazji doganali applikabbli fuq dawk iż-żewġ prodotti bl-għan li jirrimedjaw l-iżbilanċ identifikat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU L 129, 15.5.2002, p. 3.


ANNESS

Lista 1

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

ex ex 8703 10 000  (*)

– Vetturi magħmula apposta biex jimxu fuq il-borra; Vetturi tal-golf u vetturi simili

ex ex 8703 21 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 21 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 21 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 22 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 22 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 22 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 23 130  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 140  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 23 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 23 310  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 23 320  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 23 390  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 24 100  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 24 200  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 24 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 31 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 31 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 31 900  (*)

– – – Oħrajn

ex ex 8703 32 130  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 32 140  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 32 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 32 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 32 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 32 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 33 110  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 33 120  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 33 190  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 33 210  (*)

– – – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 33 220  (*)

– – – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 33 290  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 90 300  (*)

– – – Vetturi mfassla apposta bħala ambulanzi u karozzi tal-mejtin

ex ex 8703 90 400  (*)

– – – Vetturi fornuti mħejjija għal pikniks (campers)

ex ex 8703 90 590  (*)

– – – – Oħrajn

ex ex 8703 90 600  (*)

– – – – Oħrajn, ta’ kapaċità ċilindrika li taqbeż l-2 000 cc iżda mhux l-2 500 cc.

ex ex 8703 90 700  (*)

– – – – Oħrajn ta’ kapaċità ċilindrika ta’ aktar minn 2 500 cc

ex ex 8703 90 900  (*)

– – – Oħrajn


Lista 2

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

5701 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5701 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 10 000

– Kelem, Schumacks, Karamanie u tapiti simili maħduma bl-idejn

5702 20 000

– Kisi tal-art tal-fibri tal-ġewż tal-Indi (kajjar)

5702 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 41 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 51 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 59 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5702 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5702 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5703 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

5703 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

5704 10 000

– Madum, li għandu erja tal-wiċċ ta’ 0,3 m2

5705 00 000

– Tapiti oħra u kisi tal-art ieħor tat-tessuti, kemm jekk maħduma lesti jew le.

6101 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6101 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6102 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6102 30 000

– Minn fibri magħmula mill-bniedem

6102 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 12 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6103 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 21 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6103 22 000

– – Mill-qoton

6103 23 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6103 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6103 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 12 000

– – Mill-qoton

6104 13 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6104 23 000

– – Minn fibri sintetiċi:

6104 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6104 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 44 000

– – ta’ fibri artifiċjali

6104 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 59 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6104 61 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6104 69 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6106 10 000

– Mill-qoton

6108 11 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6108 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 32 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6108 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6108 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6110 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6111 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6112 20 000

– Ilbies tal-iskijar

6112 31 000

– – Minn fibri sintetiċi

6112 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6112 41 000

– – Minn fibri sintetiċi

6112 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6113 00 000

– – Ħwejjeġ, magħmula minn tessuti maħduma bil-labar jew bil-ganċ taħt l-intestatura 59.03, 59.06 jew 59.07.

6114 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6114 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6115 99 900

– – – Oħrajn

6116 10 000

– Mimlijin b’sustanza oħra, miksijin jew mgħottijin bi plastiks jew gomma

6116 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6116 92 000

– – Mill-qoton

6116 93 000

– – Minn fibri sintetiċi

6116 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6117 10 000

– Xalel, xalpi, mleffi, mantilji, velijiet u oġġetti simili

6117 20 000

– Ingravajjet, cfuf u mkatar tal-għonq

6117 80 000

– Aċċessorji oħrajn

6117 90 900

– – – Oħrajn

6201 13 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6201 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6201 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6202 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6202 91 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6202 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6205 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6206 10 000

– Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

6206 40 000

– Minn fibri magħmula mill-bniedem

6206 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 11 000

– – Mill-qoton

6207 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 22 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6207 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6207 92 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6207 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 11 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 19 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 21 000

– – Mill-qoton

6208 22 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 29 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6208 91 000

– – Mill-qoton

6208 92 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6208 99 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6209 10 000

– Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6209 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6210 10 000

– Minn drappijiet taħt l-intestatura 56.02 jew 56.03

6210 40 000

– ħwejjeġ oħra tal-irġiel jew tas-subien

6210 50 000

– ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet

6211 11 000

– – Ħwejjeġ oħra tal-irġiel jew tas-subien

6211 12 000

– – Ħwejjeġ oħra tan-nisa jew tal-bniet

6211 20 000

– Ilbies tal-iskijar

6211 31 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6211 33 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6211 39 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6211 41 000

– – Minn suf jew minn xagħar tal-annimali fin

6211 43 000

– – Minn fibri magħmula mill-bniedem

6211 49 000

– – Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6212 20 000

– Ċinet u ċinet tal-qliezet ta’ taħt

6212 30 000

– Corselettes

6212 90 000

– Oħrajn

6213 10 000

– Mill-ħarir jew mill-iskart tal-ħarir

6213 20 000

– Mill-qoton

6213 90 000

– Minn materjali tat-tessuti oħrajn

6216 00 000

Ingwanti, mittens u mitts.

6217 10 000

– Aċċessorji

6217 90 900

– – – Oħrajn

6309 00 100

– – – Xedd tas-saqajn

6309 00 900

– – – Oħrajn

6401 10 000

– Ilbies għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall

6401 91 000

– – Li jgħatti l-irkoppa

6401 92 000

– – Li jgħatti l-għaksa iżda mhux l-irkoppa:

6401 99 000

– – Oħrajn

6402 12 000

– – Bwiez għall-iskijar, ilbies tar-riġlejn għal skijar fil-kampanja u bwiez tal-bords tas-silġ

6402 19 000

– – Oħrajn

6402 20 000

– Ilbies għar-riġlejn b’uċuħ ta’ ċineg jew strixxi mwaħħlin mal-qiegħ permezz ta’ tappijiet

6402 30 000

– Ilbies ieħor għar-riġlejn li fih maskaretta protettiva tal-metall

6402 91 000

– – Li jgħatti l-għaksa

6402 99 000

– – Oħrajn

6405 10 000

– B’uċuħ tal-ġilda jew ta’ kompożizzjoni tal-ġilda

6405 20 000

– B’uċuħ ta’ materjali ta’ tessuti:

6405 90 000

– Oħrajn

6406 10 000

– Uċuħ u bċejjeċ tagħhom, għajr oġġetti li jwebbsu

6406 20 000

– Qigħan ta’ barra u tal-għarqbejn, tal-gomma jew tal-plastiks

6406 91 000

– – Tal-injam

6406 99 000

– – Ta’ materjali oħrajn

9401 20 000

– Siġġijiet (seats) ta’ tip użati għal vetturi bil-mutur

9401 30 000

– Siġġijiet (seats) iduru b’aġġustament ta’ għoli varjabbli

9401 40 000

– Siġġijiet minbarra siġġijiet tal-ġnien jew tagħmir għall-camping, li jistgħu jsiru sodod

9401 50 000

– Siġġijiet tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu’ jew materjali simili:

9401 61 000

– – Tapezzati

9401 69 000

– – Oħrajn

9401 71 000

– – Tapezzati

9401 79 000

– – Oħrajn

9401 80 900

– – – Oħrajn

9401 90 000

– Partijiet

9402 10 100

– – – Siġġijiet tal-barbiera

9403 10 000

– Għamara tal-metall ta’ tip użat fl-uffiċċji

9403 20 000

– Għamara oħra tal-metall

9403 30 000

– Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fl-uffiċċji

9403 40 000

– Għamara tal-injam tat-tip li tintuża fil-kċina

9403 50 000

– Għamara tal-għuda ta’ tip użat fil-kamra tas-sodda

9403 60 000

– Għamara oħra tal-injam

9403 70 000

– Għamara tal-plastiks

9403 80 000

– Għamara ta’ materjali oħrajn, inkluż tal-qasab, tal-vireg taż-żafżafa, bambu jew materjali simili

9403 90 000

– Partijiet

9404 10 000

– Irfid għas-saqqijiet

9404 21 000

– – Ta’ gomma jew plastiks ċellulati, sew miksijin kif ukoll le

9404 29 000

– – Ta’ materjali oħrajn

9404 30 000

– Xkora għall-irqad

9404 90 000

– Oħrajn

9405 10 000

– Linef u tagħmir ieħor tad-dawl għas-saqaf jew għall-ħajt, għajr dawk ta’ tip użat biex jiddawwlu postijiet pubbliċi miftuħin jew triqat

9405 20 000

– Lampi tal-elettriku għall-użu fuq mejda, komodina jew fuq stand mal-art

9405 30 000

– Settijiet ta’ dwal tat-tip li jintuża fuq siġra tal-Milied

9405 40 900

– – – oħrajn

9405 50 900

– – – Oħrajn

9405 60 000

– Sinjali mdawwlin, pjanċi tal-isem imdawwlin u bħalhom

9405 91 900

– – – Oħrajn

9405 92 900

– – – Oħrajn

9405 99 900

– – – Oħrajn

9406 00 900

– – – Oħrajn


Lista 3

Kodiċi HS

Deskrizzjoni

2203 00 000

Birra magħmula mix-xgħir.

2205 10 000

– Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk mogħti t-togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi, f’kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

2205 90 000

– Vermut jew inbid ieħor magħmul mill-għeneb frisk u b’togħma ta’ ħxejjex jew sustanzi aromatiċi: oħrajn

2402 10 000

– Sigarri, cheroots u cigarillos, li fihom it-tabakk

2402 20 000

– CSigarretti li fihom it-tabakk

2402 90 100

– – – Sigarri

2402 90 200

– – – Sigaretti

2403 99 900

– – – Oħrajn


(*)  Vetturi użati huma definiti bħala vetturi li għandhom iżjed minn sitt xhur wara r-reġistrazzjoni u li tellgħu mill-inqas 6 000 km.


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2008 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE-MAROKK

tas-26 ta’ Novembru 2008

dwar il-ħolqien ta’ kumitat ta’ kooperazzjoni doganali u l-adozzjoni tar-regoli ta’ proċedura għall-grupp dwar id-djalogu ekonomiku, u li temenda r-Regoli ta’ Proċedura ta’ ċerti sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

(2009/21/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (1), (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”),

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk ta’ l-24 ta’ Frar 2003 dwar il-ħolqien ta’ sottokumitati tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni (2), u b’mod partikolari r-4 inċiż ta’ l-Artikolu waħdieni tagħha,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni Nru 1/2005 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Marokk ta’ l-24 ta’ Ottubru 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk (3),

Billi:

(1)

Ir-relazzjonijiet ta’ l-UE mal-Marokk, wara l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni bejn l-UE u l-Marokk adottati fil-kuntest tal-politika tal-viċinat huma dejjem aktar viċin ta’ xulxin.

(2)

Iż-żewġ partijiet huma determinati li jsaħħu aktar ir-relazzjonijiet ta’ bejniethom u li jiftħu perspettivi ġodda għalihom.

(3)

L-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ sħubija u l-approssimazzjoni tal-liġijiet għandhom jiġu segwiti. Il-kompetenzi ta’ l-Unjoni Ewropea jipprovdu qafas li fih ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi Mediterranji jistgħu jiżviluppaw billi jitqiesu l-koerenza u l-ekwilibriju ġenerali tal-Proċess ta’ Barċellona.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Marokk tat-18 ta’ Novembru 2005 li temenda l-protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ prodotti ta’ oriġini u dwar il-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva (4), eliminat ir-referenza għall-kumitat ta’ kooperazzjoni doganali. Għalhekk huwa xieraq li tinħoloq bażi ġuridika ġdida għall-kumitat ta’ kooperazzjoni doganali.

(5)

L-Artikolu 84 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi t-twaqqif ta’ gruppi ta’ ħidma jew organi meħtieġa għat-twettiq tal-Ftehim.

(6)

L-Artikolu 44(a) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni waqqaf djalogu ekonomiku bejn l-UE u l-Marokk. Għandhom jiġu adottati Regoli ta’ proċedura għall-grupp dwar id-djalogu ekonomiku.

(7)

Inħolqu oqsma ġodda ta’ djalogu u kooperazzjoni miż-żmien tal-ftehim dwar il-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk ’l hawn. Dawn l-oqsma m’humiex kollha koperti mis-sottokumitati maħluqa bid-Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

(8)

Għandhom jittieħdu sabiex jiġi żgurat illi li t-temi kollha msemmija fil- Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk jkunu segwiti mis-sottokumitati kompetenti,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għandu jiġi stabbilit fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali UE-Marokk inkarigat li jeżamina l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk approvat fil-kuntest tal-Politika tal-Viċinat, li jiżgura l-kooperazzjoni amministrativa bil-għan li jiġi applikat il-Protokoll Nru 4 għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u li jiġi eżegwit kull inkarigu ieħor fil-qasam doganali li jista’ jingħata lilu.

Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali huma provduti fl-Anness I.

Il-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali m’għandux il-poter li jieħu deċiżjonijiet. Madankollu, jista’ jifformola rakkomandazzjonijiet bil-għan li jiffaċilita l-implimentazzjoni kif suppost tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u jippreżenta l-proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet u l-proposti huma adottati bi ftehim komuni.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri kollha l-oħra meħtieġa sabiex jiżgura li l-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali jaħdem sew u jinforma b’dan lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 2

Il-Regoli ta’ Proċedura tal-grupp tad-djalogu ekonomiku mwaqqaf mill-Artikolu 44(a) tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni provduti fl-Anness 2 huma b’dan adottati.

Il-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Il-grupp m’għandux il-poter li jieħu deċiżjonijiet. Madankollu, jista’ jippreżenta proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri kollha l-oħra meħtieġa sabiex jiżgura li dan jaħdem sew u jinforma b’dan lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 3

Il-listi ta’ temi koperti mis-sottokumitati Nru 1 “Suq Intern”, Nru 2 “Industrija, kummerċ u servizzi”, Nru 3 “Trasport, ambjent u enerġija”, Nru 4 “Agrikoltura u sajd” u Nru 5 “Ġustizzja u sigurtà” tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, hekk kif indikati fl-Anness II, il-punt 3, tar-Regoli ta’ Proċedura tas-sottokumitati adottati bid-Deċiżjoni Nru 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, huma emendati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Anness III ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tiġi adottata.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

M. NICOLAIDIS


(1)  ĠU L 70, 18.3.2000, p. 2.

(2)  ĠU L 79, 26.3.2003, p. 14.

(3)  ĠU L 285, 28.10.2005, p. 49.

(4)  ĠU L 336, 21.12.2005, p. 1.


ANNESS I

REGOLI TA’ PROĊEDURA IL-KUMITAT TA' KOOPERAZZJONI DOGANALI UE-MAROKK

1.   Kompożizzjoni u presidenza

Il-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali UE/Marokk, minn hawn il quddiem imsejjaħ “il-kumitat” huwa magħmul, minn naħa waħda, minn rappreżentati tal-Kummissjoni Ewropea, megħjuna minn esperti doganali ta’ l-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, minn rappreżentanti doganali (u/jew rappreżentanti oħra tal-gvern) tal-Marokk. Il-presidenza tal-kumitat tinbidel fuq bażi ta' rotazzjoni, bejn rappreżentat tad-dwana tal-Marokk u rappreżentat tal-Komunità Ewropea.

2.   Rwol

Il-kumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. Il-kumitat m'għandux il-poter li jieħu deċiżjonijiet. Madanakollu, huwa għandu l-poter li jagħmel proposti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Il-kumitat għandu jeżamina l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk approvat fil-kuntest tal-politika tal-viċinat, għal kull kwistjoni doganali. B'mod partikolari, huwa għandu jevalwa l-progress f'dak li għandu x'jaqsam mat-tqarrib, it-twettiq u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet. Fejn meħtieġ, għandha tiġi diskussa l-kooperazzjoni fil-qasam ta' l-amministrazzjoni pubblika. Il-kumitat għandu jeżamina kull problema li tista’ tirriżulta fi kwistjonijiet doganali (notevolment regoli ta’ oriġini, proċeduri doganali ġenerali, nomenklatura doganali, valur fid-dwana, rati tat-tariffi, kooperazzjoni doganali) u jissuġġerixxi l-miżuri li jistgħu eventwalment jiġu meħuda. Fuq talba tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, temi oħra, inkluż ta' natura orizzontali, jistgħu jiġu eżaminati mill-kumitat.

Laqgħa tal-kumitat tista' tiddiskuti suġġetti li għandhom x'jaqsmu ma’ wieħed, aktar jew l-oqsma kollha doganali.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tal-Marokk għandhom ikunu segretarji permanenti tas-sottokumitat b'mod konġunt.

Il-komunikazzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tal-kumitat.

5.   Laqgħat

Il-kumitat għandu jiltaqa' kull meta ċ-ċirkostanzi jitolbu dan u mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba minn parti jew minn oħra, li titwassal mis-segretarju ta' dik il-parti, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tal-kumitat, is-segretarju tan-naħa l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata ta' xogħol.

F'każ ta' emerġenza partikolari, il-kumitat jista' jiġi mgħajjat fi żmien iqsar jekk iż-żewġ naħat jaqblu. It-talbiet kollha għal laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tal-kumitat għandha issir fid-data u l-post li fuqhom kien hemm qbil miż-żewġ naħat.

Għal kull parti, il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju inkarigat bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President jiġi infurmat dwar min ikun ippjanat li se jieħu sehem fid-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, il-kumitat jista’ jistieden rappreżentanti oħra minn dipartimenti tekniċi taż-żewġ partijiet li jkunu kkonċernati minn jew involuti fi kwistjonijiet orizzontali, kif ukoll esperti sabiex jagħtu informazzjoni speċifika.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti li għandhom jiddaħħlu fl-aġenda tal-kumitat għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tal-kumitat.

Aġenda provviżorja għandha titfassal mill-president għal kull laqgħa. L-aġenda għandha tingħadda lin-naħa l-oħra mis-segretarju tal-kumitat inkarigat lill-ekwivalenti tiegħu jew tagħha sa mhux aktar tard minn 10 ijiem qabel il-bidu ta' kull laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li għalihom is-segretarji jkunu rċevew talba sabiex dawn ikunu inklużi fl-aġenda provviżorja mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni relatata għandha tiġu rċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji speċjali u/jewurġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-kumitat fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tal-kumitat għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji tal-Kumitat lis-segretarji u lill-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-kumitat m’għandhomx ikunu pubbliċi.


ANNESS II

IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-GRUPP GĦAD-DJALOGU EKONOMIKU UE-MAROKK

1.   Kompożizzjoni u presidenza

Il-grupp għad-djalogu ekonomiku, minn issa ’l quddiem “il-grupp”, għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentanti tal-Gvern tal-Marokk u l-presidenza tiegħu talterna bejn iż-żewġ naħat. L-Istati Membri għandhom jiġu mgħarrfa u mistiedna għal-laqgħat tal-grupp.

2.   Rwol

Il-grupp għandu jkun forum ta’ diskussjoni, ta’ konsultazzjoni u ta’ segwitu. Huwa għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa. M’għandux il-poter li jieħu deċiżjonijiet. Madanakollu huwa għandu l-poter li jagħmel proposti lill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

3.   Suġġetti

Il-grupp għandu jkun forum ta’ diskussjoni ta’ kwistjonijiet makroekonomiċi. Dan għandu jeżamina wkoll l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u tal-Pjan ta’ Azzjoni UE-Marokk approvat fil-kuntest tal-politika tal-viċinat, partikolarment fis-setturi mniżzla hawn taħt, speċjalement għal dak li jirrigwarda l-progress ta’ approssimazzjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi. Fejn meħtieġ, għandha tiġi diskussa l-kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-amministrazzjoni pubblika. Il-Grupp għandu jeżamina kwalunkwe problema li tista’ tinqala’ fis-setturi elenkati hawn taħt u jissuġġerixxi passi possibbli li jistgħu jittieħdu:

(a)

il-Qafas Makroekonomiku

(b)

Ir-Riformi Strutturali

(ċ)

Is-Settur finanzjarju u s-swieq tal-kapital (aspetti makroekonomiċi)

(d)

Iċ-ċirkolazzjoni tal-kapital u pagamenti kurrenti

(e)

Il-Ġestjoni u l-kontroll tal-finanzi pubbliċi

(f)

It-tassazzjoni

(g)

L-istatistika.

Il-lista ta’ hawn fuq mhix waħda eżawrjenti u suġġetti oħrajn, inklużi materji ta’ natura orizzontali, jistgħu jiġu miżjuda mill-Kumitat ta’ Assocjazzjoni.

Il-Grupp jista’ jiddiskuti suġġetti li għandhom x’jaqsmu ma wieħed, aktar jew l-oqsma kollha mniżżla hawn fuq.

4.   Segretarjat

Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Gvern tal-Marokk għandhom ikunu segretarji permanenti tal-grupp b’mod konġunt.

Il-komunikazzjonijiet kollha dwar il-Grupp ta’ Djalogu Ekonomiku jintbagħtu lis-segretarji tal-grupp.

5.   Laqgħat

Il-Grupp għandu jiltaqa’ kull meta ċ-ċirkostanzi jitolbu dan u mill-inqas darba fis-sena. Tista’ tissejjaħ laqgħa fuq bażi ta’ talba minn parti jew minn oħra, li titwassal mis-segretarju ta’ dik il-parti, li jgħaddi t-talba lill-parti l-oħra. Sa minn meta tasal it-talba għal laqgħa tal-grupp, is-segretarju tan-naħa l-oħra għandu jwieġeb fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol.

F’każ ta’ emerġenza partikolari, il-grupp jista’ jiġi mgħajjat fi żmien iqsar jekk iż-żewġ naħat jaqblu. It-talbiet kollha għal laqgħat għandhom isiru bil-miktub.

Kull laqgħa tal-grupp issir alternattivament fi Brussell u f’Rabat fid-data miftiehma miż-żewġ naħat.

Għal kull parti, il-laqgħat għandhom jissejħu mis-segretarju ta’ dik il-parti bi qbil mal-President. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat dwar min ikun ippjanat li se jieħu sehem fid-delegazzjoni ta’ kull parti.

Jekk iż-żewġ partijiet jaqblu, il-grupp jista’ jistieden esperti għal-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni speċifika.

6.   L-aġenda tal-laqgħat

It-talbiet kollha għal punti li għandhom jiddaħħlu fl-aġenda tal-grupp għandhom jiġu mgħoddija lis-segretarji tal-kumitat.

Aġenda provviżorja ssir minn kull ko-President alternattivament fuq bażi ta’ rotazzjoni għal kull laqgħa. L-aġenda għandha tingħadda lin-naħa l-oħra mis-segretarju tal-grupp sa mhux aktar tard minn 10 t’ijiem qabel il-bidu ta’ kull laqgħa.

L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li għalihom is-segretarji jkunu rċevew talba sabiex dawn ikunu inklużi fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa. Dokumentazzjoni relatata għandha tiġi rċevuta miż-żewġ naħat mill-inqas sebat ijiem qabel il-laqgħa. Biex jittieħed kont ta’ materji speċjali u/jew urġenti, dawn il-limiti ta’ żmien jistgħu jitqassru kemm-il darba ż-żewġ naħat jaqblu.

Għandha tiġi adottata mill-grupp l-aġenda fil-bidu ta’ kull laqgħa.

7.   Minuti

Il-minuti għandhom jitħejjew u jiġu approvati miż-żewġ segretarji wara kull laqgħa. Kopja tal-minuti, inklużi l-proposti tal-grupp għandhom jiġu mgħoddija mis-segretarji tal-grupp lis-segretarji u lill-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

8.   Pubbliċità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Grupp ta’ Djalogu Ekonomiku m’għandhomx ikunu pubbliċi.


ANNESS III

A.   IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT UE-MAROKK NRU 1 “SUQ INTERN”

Fl-Anness II, il-punt 3, “Suġġetti”, tad-Deċiżjoni 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, il-lista tas-setturi koperti mis-sottokumitat hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Standardizzazzjoni, ċertifikazzjoni, evalwazzjoni tal-konformità u sorveljanza tas-suq (aspetti mhux marbuta mal-ftehimiet kummerċjali f’dawn l-oqsma)

(b)

Kompetizzjoni u Għajnuna mill-Istat

(ċ)

Id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, industrijali u kummerċjali

(d)

L-akkwist pubbliku

(e)

Il-protezzjoni tal-konsumaturi

(f)

Is-Servizzi (kwistjonijiet regolamentarji) inklużi s-servizzi finanzjarji u postali

(g)

Liġi tal-Kumpaniji u d-dritt ta’ stabbiliment.”

B.   IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT NRU 2 “INDUSTRIJA, KUMMERĊ U SERVIZZI”

Fl-Anness II, il-punt 3, “Suġġetti”, tad-Deċiżjoni 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, il-lista tas-setturi koperti mis-sottokumitat hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

Il-kooperazzjoni industrijali u l-politika ta’ l-impriżi

(b)

Kwistjonijiet kummerċjali

(ċ)

Kummerċ f’servizzi u regoli ta’ stabbiliment

(d)

It-turiżmu u l-artiġjanat

(e)

It-tħejjija tal-ftehimiet kummerċjali dwar ir-regoli tekniċi, ta’ standardizzazzjoni, il-kriterji u l-evalwazzjoni tal-konformità

(f)

Il-Protezzjoni tad-data

(g)

L-Istatistika kummerċjali.”

C.   IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT UE/MAROKK NRU 3 “TRASPORT, AMBJENT U ENERĠIJA”

Fl-Anness II, il-punt 3, “Suġġetti”, tad-Deċiżjoni 1/2003 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, il-lista tas-setturi koperti mis-sottokumitat hija sostitwita b’dan li ġej:

“(a)

It-trasport: notevolment il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi, it-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezz fil-mezzi kollha tat-trasport, il-kontroll u l-ġestjoni tal-porti u l-ajruporti, it-titjib tas-sistema multimodali, bl-integrazzjoni tal-kwistjoni ta’ l-interoperabbiltà.

(b)

L-ambjent: notevolment it-tisħiħ tal-ħiliet fi kwistjonijiet ta’ governanza ambjentali, fil-qasam istituzzjonali u legali, tal-ġlieda kontra d-diversi forom ta’ tniġġis; l-appoġġ għall-integrazzjoni tad-dimensjoni ambjentali fis-setturi prijoritarji tas-sħubija Ewro-Mediterranja f’perspettiva ta’ żvilupp sostenibbli; l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent, notevolment dawk relatati mal-purifikazzjoni tal-likwidi u l-ġestjoni ta’ l-iskart solidu; it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali u internazzjonali, notevolment dwar it-tibdil fil-klima.

(ċ)

L-energija: notevolment il-modernizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-infrastrutturi, is-sigurtà u s-sikurezza ta’ l-infrastrutturi u tat-trasport ta’ l-enerġija, il-ġestjoni tad-domanda, il-promozzjoni ta’ l-enerġija li tiġġedded, ir-riċerka u l-kooperazzjoni fl-iskambji ta’ dejta.”

D.   IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT UE/MAROKK NRU 5 “AGRIKOLTURA U SAJD”

Il-lista tas-setturi koperti mis-sottokumitat li jidhru fil-punt 3 “Temi” hija mibdula kif ġej:

“(a)

il-prodotti agrikolu u s-sajd, inkluż il-kwistjonijiet kummerċjali li jolqtu dawn il-prodotti.

(b)

Il-kooperazzjoni agrikola u l-iżvilupp rurali

(ċ)

Prodotti agrikoli pproċessati

(d)

L-affarijiet veterinarji u fitosanitarji

(e)

l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-iskambju ta’ dawn il-prodotti.”

E.   IR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT UE/MAROKK NRU 6 “ĠUSTIZZJA U SIGURTÀ”

Il-lista tas-setturi koperti mis-sottokumitat li jidhru fil-punt 3 “Temi” hija mibdula kif ġej:

“(a)

il-kooperazzjoni fil-ġustizzja

(b)

il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet ċivili u kriminali

(ċ)

il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, inkluż it-traffikar u l-kutrabandu tal-bnedmin, it-traffikar tad-droga, it-terroriżmu, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus.

(d)

il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta’ Pulizija.”


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/51


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li taħtar il-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea

(2009/22/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,

Waqt li jfakkar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/79/PESK tat-22 ta’ Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (1),

Billi:

(1)

F’konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2001/79/PESK, il-President tal-Kumitat Militari jinħatar mill-Kunsill fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża,

(2)

Fil-laqgħa tiegħu tad-29 ta’ Ottubru 2008, il-Kumitat imlaqqa’ fil-livell tal-Kapijiet tad-Difiża rrakkomanda li l-Ġeneral Håkan SYRÉN għandu jinħatar President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea,

JIDDEĊIEDI:

Artikolu 1

Il-Ġenerali Håkan SYRÉN huwa maħtur bħala President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea għal perijodu ta’ tliet snin mis-6 ta’ Novembru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 27, 30.1.2001, p. 4.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/52


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Diċembru 2008

dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8625)

(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Malti, bil-Portugiż, bl-Ispanjol, bis-Sloven u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2009/23/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 211 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti suġġetti għall-approvazzjoni tal-volum mill-Bank Ċentrali Ewropew.

(2)

B’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat, il-Kunsill adotta miżuri ta’ armonizzazzjoni f’dan il-qasam, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (1).

(3)

Skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-ewro (2), muniti denominati f’ewro u ċenteżmi li huma konformi mad-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijet tekniċi għandhom ikunu meqjusa bħala valuta legali fl-“Istati Membri parteċipanti kollha”, kif definiti f’dak ir-Regolament.

(4)

Skond il-prattika komuni fost l-Istati Membri parteċipanti, il-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi muniti kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, għandhom jiġu ċċirkolati fil-valur proprju tagħhom. Dan ma jeskludix, madankollu, li proporzjon żgħir tal-valur totali tal-muniti maħruġa jinbigħ bi prezz ogħla jekk dawn ġew prodotti bi kwalità speċjali jew ippreżentati f’pakkeġġjar speċjali.

(5)

Il-muniti tal-ewro ma jiċċirkulawx biss fil-pajjiż tal-ħruġ imma fiż-żona kollha tal-ewro u anki lil hinn. F’dan il-kuntest, indikazzjoni ċara tal-pajjiż tal-ħruġ għandha titpoġġa fuq in-naħa nazzjonali tal-munita tal-ewro biex tippermetti l-utenti li huma interessati fil-muniti li jidentifikaw malajr l-Istat Membru ta’ ħruġ.

(6)

Il-muniti tal-ewro għandhom naħa Ewropea u naħa nazzjonali distintiva. In-naħat komuni Ewropej tal-muniti tal-Ewro fihom kemm l-isem tal-munita waħdanija kif ukoll id-denominazzjoni tal-munita. In-naħa nazzjonali m’għandiex tirrepeti l-isem tal-munita waħdanija u lanqas tad-denominazzjoni tal-munita.

(7)

Id-disinji fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro huma deċiżi minn kull Stat Membru li qed jieħu sehem, iżda dan għandu jkun totalment ċirkondat mit-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

(8)

L-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw għandhom isegwu regoli komuni fil-każ ta’ bdil fin-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro. Id-disinji użati fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni m’għandhomx fil-prinċipju jinbidlu, għajr jekk il-Kap ta’ Stat stampat fuq munita jinbidel.

(9)

Muniti kommemorattivi huma muniti speċifiċi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fejn id-disinn regolari nazzjonali jiġi sostitwit minn disinn nazzjonali differenti biex ifakkar suġġett speċifiku. Il-munita taż-żewġ ewro hija l-aktar denominazzjoni adattata għal dan l-għan, prinċipalment minħabba d-dijametru kbir tal-munita u l-karatteristiċi tekniċi tagħha li joffru ħarsien xieraq kontra l-iffalsifikar.

(10)

Ħarġiet ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom biss jikkommemoraw suġġetti ta’ rilevanza ewlenija nazzjonali jew Ewropea, billi muniti bħal dawn huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni madwar iż-żona kollha tal-ewro. Suġġetti anqas importanti għandhom pjuttost jitfakkru permezz ta’ ħarġa ta’ muniti tal-ewro għall-kollezzjoni, li mhumiex maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u li jkunu jistgħu jintgħarfu faċilment mill-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni. Muniti kommemorattivi maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri kollha parteċipanti għandhom ikunu riżervati għal suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea.

(11)

Il-limitu ta’ ħruġ ta’ munita kommemorattiva waħda tal-ewro fis-sena maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għal kull Stat Membru li qed joħroġ il-muniti, ħadem tajjeb u għandu jibqa’ stipulat flimkien mal-possibbiltà addizzjonali ta’ ħarġa kollettiva ta’ munita kommemorattiva tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu joħorġu munita kommemorattiva tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fl-każ ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga proviżorja tal-funzjoni ta’ Kap tal-Istat.

(12)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti limiti ta’ volumi għal muniti kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni biex ikun żgurat li muniti bħal dawn jibgħu perċentwal żgħir mill-għadd totali tal-muniti taż-żewġ ewro fiċ-ċirkolazzjoni. Fl-istess ħin, dawn il-limiti ta’ volumi għandhom jippermettu l-ħarġa ta’ volum ta’ muniti biżżejjed li jiżgura li l-muniti kommemorattivi jistgħu jiċċirkulaw b’mod effettiv.

(13)

Waqt li l-muniti tal-ewro jiċċirkolaw maż-żona tal-ewro, il-karatteristiċi tad-disinn nazzjonali tagħhom huma ta’ interess komuni. L-Istati Membri li joħorġu l-muniti għandhom jgħarrfu lil xulxin dwar in-naħat ġodda nazzjonali ħafna qabel id-data ppjanata tal-ħruġ. Għal dan l-għan, l-Istati Membri li joħorġu l-muniti għandhom iressqu l-abbozz tagħhom tad-disinji tal-muniti tal-ewro lill-Kummissjoni, li mbagħad tivverifika l-konformità ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(14)

L-Istati Membri ġew ikkonsultati dwar il-linji-gwida stabbiliti f’din ir-Rakkomandazzjoni, biex jikkunsidraw il-prattiċi nazzjonali differenti u l-preferenzi tagħhom f’dan il-qasam.

(15)

Il-Komunità kkonkludiet Ftehimiet Monetarji mal-Prinċipalità ta’ Monako, mar-Repubblika ta’ San Marino u mal-Istat tal-Vatikan, li jippermettulhom li joħorġu ċerti kwantitajiet ta’ muniti tal-ewro. Il-linji-gwida komuni għandhom ikunu applikabbli wkoll għall-muniti maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa minn dawk l-Istati.

(16)

Għandha titħejja reviżjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni qabel tmiem l-2015, biex jiġi deċiż jekk il-linji-gwida għandhomx jinbidlu.

(17)

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tieħu post ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar il-prattika komuni għal tibdil fid-disinn fuq in-naħat nazzjonali fis-sewwa tal-muniti ewro għaċ-ċirkolazzjoni (3) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ġunju 2005 dwar linji-gwida komuni għan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkolazzjoni (4),

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

1.   It-tqegħid tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkolazzjoni

Muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu ċċirkolati b’valur nominali. Dan ma jeskludix li proporzjon żgħir ta’ muniti tal-ewro li nħarġu jinbigħu bi prezz ogħla, jekk ġustifikati minn raġunijiet bħal kwalità speċjali jew l-ippakkeġġjar.

2.   L-identifikazzjoni tal-Istat Membru li ħareġ il-munita

In-naħat nazzjonali tad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti tal-ewro għaċ-ċirkulazzjoni għandu jkollhom indikazzjoni tal-Istati Membri li jkun ħariġhom permezz tal-isem tal-Istat Membru sħiħ jew fil-qosor.

3.   Assenza tal-isem tal-munita u tad-denominazzjoni

(1)

In-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni m’għandna tirrepeti l-ebda indikazzjoni fuq id-denominazzjoni, jew partijiet minnha, la tal-munita u lanqas għandha tirrepeti l-isem tal-munita waħda jew tas-sottodiviżjoni tagħha, sakemm it-tali indikazzjoni toħroġ mill-użu ta’ alfabett differenti.

(2)

L-ittri fit-truf tal-munita taż-żewġ ewro jistgħu jipprovdu indikazzjoni tad-denominazzjoni, sakemm juntużaw biss iċ-ċifra “2” jew it-terminu “ewro” jew it-tnejn.

4.   Id-disinn tan-naħat nazzjonali

Id-disinn tan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkollhom 12-il stilla Ewropea li għandhom jiċċirkondaw totalment id-disinn nazzjonali, inkluża l-marka tas-sena u l-indikazzjoni tal-isem tal-Istat Membru li joħroġ il-munita. L-istilel Ewropej għandhom jiġu stampati hekk kif jidhru fuq il-bandiera Ewropea.

5.   Bidliet fin-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

Bla ħsara għall-punt 6, id-disinji użati fuq in-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni f’denominazzjonijiet ta’ ewro jew ta’ ċenteżmi m’għandhomx jinbidlu, għajr f’każijiet jekk il-Kap ta’ Stat stampat fuq munita jinbidel. L-Istat Membru li joħroġ il-munita, madankollu, għandu jingħata l-permess jaġġorna d-disinn tal-muniti tal-ewro li juru l-Kap tal-Istat kull ħmistax-il sena biex titqies xi bidla li tkun saret fid-dehra tal-Kap tal-Istat. L-Istati Membri li joħroġ għandu jkun jista’ jaġġorna n-naħat nazzjonali tal-muniti tal-ewro biex ikunu konformi bis-sħiħ ma’ din ir-Rakkomandazzjoni.

Fil-każ ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga proviżorja tal-funzjoni ta’ Kap ta’ Stat m’għandux jingħata d-dritt li jinbidlu n-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni.

6.   Ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(1)

Il-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li juru disinn nazzjonali differenti minn dak tal-muniti regolari tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom biss jikkommemoraw suġġetti ta’ rilevanza ewlenija nazzjonali jew Ewropea. Muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri parteċipanti kif stabbilit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 974/98 (minn issa “l quddiem ‘l-Istati Membri parteċipanti”) għandu jikkommemoraw biss suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea u l-ħruġ tagħhom għandu jiġi approvat mill-Kunsill.

(2)

Il-ħruġ ta’ muniti kommemorattivi tal-muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun konformi mar-regoli li ġejjin:

(a)

l-għadd ta’ ħarġiet għandu jkun limitat għal munita waħda fis-sena għal kull Stat Membru li joħroġ, għajr f’każijiet fejn:

(i)

muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni jinħarġu b’mod kollettiv mill-Istati Membri parteċipanti kollha;

(ii)

munita kommemorattiva possibbli tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni tinħareġ fl-każ ta’ post temporanju vakanti jew ta’ kariga proviżorja tal-funzjoni ta’ Kap tal-Istat.

(b)

il-munita taż-żewġ ewro għandha tkun l-unika denominazzjoni għall-ħarġiet bħal dawn;

(c)

l-għadd totali ta’ muniti fiċ-ċirkolazzjoni għal kull ħarġa individwali m’għandux jaqbeż l-ogħla mi-żewġ kwoti li ġejjin:

(i)

0,1 % tal-għadd totali tal-muniti taż-żewġ ewro maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni mill-Istati Membri parteċipanti kollha sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva; din il-kwota tista’ togħla għal 2,0 % taċ-ċirkolazzjoni totali tal-muniti taż-żewġ ewro tal-Istati Membri parteċipanti kollha jekk ikun ġie kommemorat suġġett globali u ta’ ċertu simbolu sinifikanti. F’każ bħal dan l-Istat Membru li joħroġ għandu joqgħod lura milli jniedi ħarġa oħra ta’ munita kommemorattiva għaċ-ċirkolazzjoni li tuża l-kwota miżjuda matul l-erba’ snin sussegwenti u għandu jagħti r-raġuni għalfejn għażel il-kwota miżjuda meta jipprovdi tagħrif kif stipulat fil-punt 7;

(ii)

5,0 % tal-għadd totali tal-muniti taż-żewġ ewro maħruġa għaċ-ċirkolazzjoni mill-Istat Membru ta’ ħruġ ikkonċernat sal-bidu tas-sena qabel is-sena ta’ ħruġ tal-munita kommemorattiva;

(d)

l-ittri fit-truf tal-muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk fuq il-muniti tal-ewro regolari maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni.

7.   Il-proċedura tat-tagħrif u l-pubblikazzjoni ta’ bidliet fil-ġejjieni

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-abbozz tad-disinn tan-naħat nazzjonali l-ġodda, inklużi l-ittri tat-truf, u tal-volum ta’ ħruġ qabel ma jkunu approvaw formalment dawn id-disinji. Għal dan l-għan, abbozzi ġodda ta’ disinji ta’ muniti tal-ewro għandhom jitressqu mill-Istat Membri tal-ħruġ quddiem il-Kummissjoni, bħala regola, mill-inqas sitt xhur qabel id-data ppjanata tal-ħruġ. Il-Kummissjoni għandha tivverifika l-konformità mal-linji-gwida ta’ din ir-Rakkomandazzjoni u tinforma lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien permezz tas-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Jekk u meta l-Kummissjoni tqis li l-linji-gwida tar-Rakkomandazzjoni preżenti ma ġewx rispettati, is-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu jiddeċiedi jekk japprovax id-disinn.

Is-sotto-kumitat rilevanti tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju għandu japprova d-disinji tal-muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni maħruġa b’mod kollettiv mill-Istati Membri parteċipanti kollha.

It-tagħrif rilevanti kollu dwar disinji ġodda ta’ muniti nazzjonali għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.   L-Ambitu tal-prassi rakkomandata

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tapplika għan-naħat nazzjonali u għall-ittri tat-truf kemm ta’ muniti tal-ewro regolari kif ukoll ta’ dawk kommemorattivi maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni. M’għandhiex tapplika għan-naħat nazzjonali u għall-ittri tat-truf la tal-muniti normali u lanqas tal-muniti kommemorattivi tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu diġà nħarġu u ġew approvati skond il-proċedura ta’ tagħrif miftiehma qabel l-adozzjoni ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

9.   It-tħassir ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti

Ir-Rakkomandazzjonijiet Nru 2003/734/KE u 2005/491/KE huma b’dan imħassra.

10.   Id-destinatarji

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri parteċipanti kollha.

Magħmula fi Brussell, 19 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 264, 15.10.2003, p. 38.

(4)  ĠU L 186, 18.7.2005, p. 1.


14.1.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 9/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.