ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/960/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/961/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 dwar l-użu, min-naħa ta’ emittenti ta’ titoli ta’ pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8218) ( 1 ) |
|
|
|
2008/962/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjonijiet Nru 2001/405/KE, 2002/255/KE, 2002/371/KE, 2002/740/KE, 2002/741//KE, 2005/341/KE u 2005/343/KE sabiex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja lil ċerti prodotti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8442) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1286/2008
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ polyethtlene terephthalate, li joriġina mill-Indja u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 192/2007 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina, inter alia, fl-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’ mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
I. INVESTIGAZZJONIJIET PREĊEDENTI U MIŻURI EŻISTENTI
(1) |
Fit-30 ta’ Novembru 2000, permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2603/2000 (2), il-Kunsill impona dazji komensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate (PET) li joriġina, inter alia, fl-Indja (il-pajjiż ikkonċernat) (l-investigazzjoni oriġinali). |
(2) |
Wara reviżjoni ta’ skadenza, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 (3), impona dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina fl-Indja (ir-“Regolament ta’ kontra s-sussidji”) għal perijodu ulterjuri ta’ ħames snin. Il-prodott ikkonċernat jaqa’ taħt il-kodiċi NM 3907 60 20. Ir-rata tad-dazju fiss tvarja bejn 0 u 106,5 EUR/tunnellata għal esportaturi msemmija individwalment b’rata ta’ dazju residwu ta’ 41,3 EWR/tunnellata imposta fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn. |
(3) |
Barra minn hekk, permezz tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 (4), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv fuq l-istess prodott li joriġina fl-Indja (ir-“Regolament anti-dumping”). Taħt dan ir-Regolament ir-rata tad-dazju fiss tvarja bejn 88,9 u 200,9 EUR/tunnellata għal esportaturi msemmija individwalment b’rata ta’ dazju residwu ta’ 181,7 EUR/tunnellata impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi oħrajn. |
(4) |
B’konformità mal-prinċipju li l-ebda prodott m’għandu jkun soġġett kemm għad-dazju anti-dumping u kemm għad-dazju kompensatorju għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni waħda li ġejja minn dumping jew sussidju fuq l-esportazzjoni, il-livell tad-dazji anti-dumping fir-regolament anti-dumping iqis l-ammont ta’ dazju kompensatorju impost mir-Regolament ta’ kontra s-sussidji, b’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku. |
II. BIDU TA’ REVIŻJONI INTERIM PARZJALI
(5) |
Wara l-impożizzjoni tad-dazju kompensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja (“GTI”) iddikjara li ċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ żewġ skemi ta’ sussidju: is-sistema ta’ kreditu ta’ dazji fuq l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme) u s-sistema ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul (Income Tax Exemption) taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Act) inbidlu u li dawn il-bidliet huma ta’ natura dejjiema. Għaldaqstant, kien affermat li l-livell ta’ ssussidju x’aktarx li kien naqas u għalhekk miżuri li ġew stabbiliti parzjalment fuq dawn l-iskemi għandhom jiġu riveduti. |
(6) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza ppreżentata mill-GTI u dehrilha li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, limitat għal-livell ta’ sussidju tal-importazzjonijiet ta’ ċertu polyethtlene terephthalate, li joriġina fl-Indja. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni bdiet, permezz ta’ avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (l-“Avviż ta’ Bidu”), reviżjoni interim parzjali ex officio tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007. |
(7) |
Il-fini tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali hija li jiġi vvalutat il-ħtieġa għat-tkomplija, it-tneħħija jew l-emenda tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn waħda jew miż-żewġ skemi ta’ sussidju, fejn ġiet ipprovduta biżżejjed evidenza b’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-avviż ta’ bidu. L-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali tivvaluta wkoll il-ħtieġa, skond is-sejbiet tar-reviżjoni, biex ikunu riveduti l-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkooperaw fl-investigazzjoni li stabbilew il-livell tal-miżuri eżistenti u/jew il-miżura residwa applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha. |
III. PERJODU TA’ INVESTIGAZZJONI
(8) |
L-investigazzjoni kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perijodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”). |
IV. PARTIJIET IKKONĊERNATI MILL-INVESTIGAZZJONI
(9) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-GTI u lil dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkooperaw fl-investigazzjoni preċedenti, li ssemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 bħala li jibbenefikaw minn kwalunkwe miż-żewġ skemi ta’ sussidju li allegatament inbidlu u li kienu elenkati fl-anness tal-Avviż ta’ Bidu, kif ukoll lill-produtturi Komunitarji, tal-bidu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu fehmiethom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ittieħdu f’konsiderazzjoni. |
(10) |
Fid-dawl tal-għadd ta’ partijiet involuti f’din ir-reviżjoni, kien previst l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni tas-sussidju b’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(11) |
Żewġ produtturi esportaturi ppreżentaw ruħhom u pprovdew l-informazzjoni mitluba għat-teħid tal-kampjuni. Għalhekk, l-użu ta’ tekniki ta’ teħid ta’ kampjuni ma tqiesx li kien meħtieġ. Wieħed miż-żewġ produtturi esportaturi li kien bagħat formola għat-teħid ta’ kampjuni madankollu wara għarraf lill-Kummissjoni li ma kienx beħsiebu jimla kwestjonarju sħiħ u jipprovdi d-data meħtieġa għall-fini tal-investigazzjoni. |
(12) |
Il-Kummissjoni għalhekk bagħtet kwestjonarju u rċeviet risposta mingħand produttur wieħed biss li kien eliġibbli għal din ir-reviżjoni, jiġifieri Engineering Polymers Ltd (il-“kumpanija”). Kien hemm kwestjonarju indirizzat lill-GTI wkoll. It-tweġibiet waslu kemm mill-kumpanija u kemm mill-GTI. |
(13) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Saru żjahar ta’ verifika fil-proprjetà tal-partijiet ikkonċernati li ġejjin:
|
V. ŻVELAR U KUMMENTI DWAR IL-PROĊEDURA
(14) |
Il-GTI u l-partijiet interessati l-oħra kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom kien hemm il-ħsieb li tkun proposta emenda għar-rata tad-dazju applikabbli għall-uniku produttur Indjan li kkoopera u għall-produttur esportatur li ma kkooperax imsemmi wkoll fl-anness għall-Avviż ta’ Bidu kif ukoll l-intenzjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti għall-kumpaniji l-oħra kollha li ma kkooperawx ma’ din ir-reviżjoni interim parzjali. Huma ngħataw ukoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Tqiesu s-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha kif stabbilit hawn taħt. |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT
(15) |
Il-prodott kopert minn din ir-reviżjoni huwa l-istess prodott bħal dak ikkonċernat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, jiġifieri PET b’numru ta’ viskożità ta’ 78 ml/g jew iktar, skond l-Istandard ISO 1628-5, li joriġina fil-pajjiż ikkonċernat. Bħalissa, il-prodott huwa kklassifikat fi ħdan il-kodiċi NM 3907 60 20. |
C. SUSSIDJI
I. INTRODUZZJONI
(16) |
Abbażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-GTI u mill-uniku produttur esportatur li kkoopera u t-tweġibiet tal-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:
|
(17) |
L-iskemi (a), (b), (c), (e) u (f) speċifikati hawn fuq huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (No 22 of 1992) (l-Att tal-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni - Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ esportazzjoni u importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed dwar il-Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR f’dan il-każ, jiġifieri, il-pjan ta’ ħames snin li għandu x’jaqsam mal-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009 (“politika EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GTI jistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-politika EXIM 04-09 f’ “Manwal ta’ Proċeduri - mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, Volum I” (“HOP I 04-09”). Il-Manwal ta’ Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari. |
(18) |
L-Iskemi tat-Taxxa fuq id-Dħul speċifikati hawn fuq taħt (d) huma bbażati fuq l-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att dwar il-Finanzi. |
(19) |
Skond l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal konsultazzjonijiet addizzjonali fir-rigward kemm ta’ skemi mibdula u kemm ta’ skemi li baqgħu l-istess bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fattwali fir-rigward tal-iskemi allegati u li jaslu għal soluzzjoni maqbula reċiprokament. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fin-nuqqas ta’ soluzzjoni maqbula reċiprokament fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiet dawn l-iskemi kollha fl-investigazzjoni tas-sussidju. |
(20) |
Parti interessata li tirrappreżenta l-industrija Komunitarja allegat li għadd ta’ skemi u sussidji oħrajn komplew ikunu disponibbli għall-esportaturi Indjani. Madankollu, ma ħarġet l-ebda evidenza mill-informazzjoni li turi li dawn l-iskemi ntużaw mill-produttur esportatur li kkoopera. Għalhekk dawn il-kwistjonijiet ma komplewx jiġu segwiti għall-fini ta’ dan il-proċediment speċifiku. |
II. SKEMI SPEĊIFIĊI
1. Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (“AAS”)
(a) Bażi ġuridika
(21) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet tissejjaħ Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem matul l-investigazzjoni ta’ reviżjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 tad-dazju kompensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa. |
(b) Eliġibilità
(22) |
L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’iktar dettall fil-premessa (23). Dawk is-sottoskemi jvarjaw inter alia fl-ambitu tal-eliġibilità. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-AAS għall-ħtieġa annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” msemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-AAS għall-meqjusa bħala esportati. Eventwalment, il-fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sottoskemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order “ARO”) u ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra(Back to back inland letter of credit). |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
(23) |
Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:
|
(24) |
Kien stabbilit li waqt il-PIR, l-esportatur li kkoopera kiseb biss konċessjonijiet taħt żewġ sottoskemi marbuta mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u (iv) AAS għall-meqjusa bħala esportati. Għalhekk m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit il-kumpens għas-sottoskemi mhux użati li jifdal. |
(25) |
Wara l-impożizzjoni mir-Regolament (KE) Nru 193/2007 tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-AAS. F’termini konkreti, għall-finijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti bla dazju/miksuba lokalment” f’format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum effettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun ivverifikat minn kontabilist estern imqabbad/kontabilist tal-ispejjeż u x-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li jgħid li r-reġistri preskritti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u l-informazzjoni fornuta skond l-Appendiċi 23 hija minnha u korretta f’kull rigward. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija qabel japplikaw biss għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa nhar it-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem kollha jew għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta’ verifika applikabbli preċedentement, jiġifieri li jinżamm rendikont veru u proprju tal-konsum tal-liċenzji u użu ta’ oġġetti importati fil-format speċifikat tal-Appendiċi 18 (il-kapitolu 4.30 u l-Appendiċi 18 HOP I 02-07). |
(26) |
Fir-rigward tas-sottoskemi użati matul il-PIR mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, jiġifieri esportazzjonijiet fiżiċi u meqjusa bħala esportazzjonijiet, kemm il-kwota permessa għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu tal-esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma dokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-waqt tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti jridu jkunu dokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u huma ppublikati fil-HOP II 04-09. |
(27) |
F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li s-SIONs ikunu riveduti regolarment. Billi l-esportatur li kkoopera uża liċenzji maħruġa fi żminijiet differenti, dan ifisser ukoll li kienu applikati SIONs differenti minn din il-kumpanija matul il-PIR. |
(28) |
Il-materjali importati biex jidħlu fil-prodott mhumiex transferibbli u jridu jintużaw biex jinħadem il-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu tal-esportazzjoni jrid ikun sodisfatt fi żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24 xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda). |
(29) |
L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet li filwaqt li l-produttur esportatur li kkoopera jista’ jistabbilixxi l-konsum totali ta’ materja prima ma kien hemm l-ebda konsum proprju rreġistrat għall-prodott ikkonċernat. Il-konsum kien preżunt biss li kien konformi mas-SIONs. Għalhekk ma kienx possibbli li jiġi stabbilit jekk ir-rekwiżiti tas-SION, stipulati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji speċifiċi, fir-rigward ta’ materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott li jeċċedu l-materjal meħtieġ biex tiġi prodotta l-kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. |
(30) |
Barra minn hekk, l-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet li l-materja prima kienet importata skond tliet awtorizzazzjonijiet/liċenzji differenti u normi SION differenti u mbagħad tħalltu u ġew inkorporati fiżikament fil-proċess ta’ produzzjoni tal-istess oġġett esportat. Il-fatt li hemm tliet SIONs differenti b’normi ta’ konsum differenti għal kull wieħed mill-materji primi jkompli jenfasizza l-problema biex jiġi stabbilit il-konsum proprju tal-esportatur li kkoopera. F’dan ir-rigward, huwa ċar li reġistru tal-konsum proprju huwa rekwiżit bażiku sabiex tkun tista’ ssir verifika dwar jekk il-materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott jeċċedux il-materjal meħtieġ għall-produzzjoni tal-kwantità ta’ referenza tal-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. |
(31) |
L-investigazzjoni tar-reviżjoni stabbiliet ukoll li r-rekwiżiti tal-verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani jew ma kinux onorati jew ma ġewx ittestjati fil-prattika. Għal-Liċenzji bil-Quddiem maħruġa qabel it-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju meħtieġa (jiġifieri l-Appendiċi 18) ma ntbagħtux lill-awtoritajiet rilevanti u għalhekk mhumiex ikkontrollati mill-GTI. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa wara t-13 ta’ Mejju 2005 r-reġistri tal-ħażna u l-konsum proprju neċessarji huma meħtieġa imma l-GTI kien għadu ma vverifikax il-konformità ta’ dawn ir-reġistri mar-rekwiżiti tal-politika EXIM. B’mod partikolari, ir-reġistri kienu vverifikati minn kontabilisti esterni mqabbda kif mitlub mil-leġislazzjoni Indjana rilevanti msemmija fil-premessa 25 iżda ma kien hemm l-ebda reġistri miżmuma la mill-kumpanija u lanqas mill-kontabilist imqabbad dwar kif seħħ dan il-proċess ta’ ċertifikazzjoni. Ma kien hemm l-ebda pjan ta’ verifika jew kwalunkwe materjal ta’ sostenn ieħor tal-verifika li saret, l-ebda informazzjoni rreġistrata dwar il-metodoloġija użata u r-rekwiżiti speċifiċi meħtieġa għal xogħol skrupluż ta’ dan it-tip li jirrikjedi għarfien tekniku dettaljat dwar il-proċessi tal-produzzjoni, ir-rekwiżiti tal-politika EXIM u l-proċeduri tal-kontabilità. Wara li tqieset din is-sitwazzjoni, huwa kkunsidrat li l-esportatur investigat ma kienx kapaċi juri li d-dispożizzjonijiet EXIM rilevanti kienu sodisfatti. |
(d) Kummenti dwar l-iżvelar
(32) |
L-esportatur li kkoopera kkontesta s-sejbiet ta’ hawn fuq, b’mod partikolari fir-rigward tal-konklużjonijiet li jikkonċernaw lill-kontabilist imqabbad kif dettaljat fil-premessa 31. Għal dan l-għan ġie affermat li m’hemm l-ebda dispożizzjoni ġuridika nazzjonali jew internazzjonali li tirrikjedi kumpanija awditjata biex iżżomm reġistru ta’ kif twettqet il-verifika. Kuntrarjament, il-liġi Indjana tistipula li l-karti użati għax-xogħol huma l-proprjetà tal-awditur. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi u meta tqis li ma saret l-ebda talba preċedenti biex issir laqgħa mal-kontabilist imqabbad qabel iż-żjara ta’ verifika, il-fatt li l-kumpanija awditjata ma kinitx fil-pussess ta’ dawn id-dokumenti ta’ appoġġ fil-mument tal-verifika m’għandux ikun ta’ żvantaġġ għaliha. Barra minn hekk, kien affermat ukoll li r-Regolament Bażiku fi kwalunkwe każ ma jawtorizzax lis-servizzi tal-Kummissjoni biex jivverifikaw dokumenti li jinżammu barra mill-kumpanija investigata bħal ma jkun fil-każ ta’ kontabilist indipendenti. Kien argumentat ukoll li l-konsum proprju tal-uniku produttur li kkoopera kien ogħla min-normi SION għal kull materjal li jidħol fil-prodott u li ma kien hemm l-ebda remissjoni eċċessiva ta’ dazji. |
(33) |
F’dan ir-rigward ta’ min ifakkar li l-proċess ta’ verifika li sar mill-kontabilist imqabbad u l-ħruġ taċ-ċertifikat rilevanti jagħmlu parti mis-sistema ta’ verifika introdotta mill-GTI fil-politika EXIM tagħha. Għal dan l-għan, il-politika EXIM introduċiet il-kontabilist imqabbad bħala attur fl-implimentazzjoni tas-sistema u l-Kummissjoni kellha teżamina jekk is-sistema ta’ verifika msemmija kinitx applikata b’mod effettiv. Il-fatt li l-kumpanija ma setgħetx turi li la hi u lanqas il-kontabilist imqabbad assenjat ma żammu l-ebda reġistru dwar il-kontrolli li saru sabiex jinħareġ iċ-ċertifikat stipulat mill-politika EXIM juri li l-kumpanija ma kinitx f’pożizzjoni li tagħti prova li d-dispożizzjonijiet ta’ politika EXIM kienu sodisfatti. Fir-rigward tal-affermazzjoni tal-kumpanija li fi kwalunkwe każ ma kien hemm l-ebda remissjoni ta’ dazji ta’ min ifakkar li s-sitwazzjoni proprja li nstabet fuq il-post (jiġifieri taħlita ta’ materjali li jidħlu fil-prodott u prodotti ffabbrikati, l-użu ta’ normi SION differenti, nuqqas tar-reġistri ta’ konsum proprji stipulati mill-politika EXIM) u sakemm isiru l-passi ta’ verifika finali neċessarji mill-GTI, turi li kwalunkwe kalkolu fir-rigward tal-konsum proprju u remissjoni eċċessiva konsegwenti ta’ dazji għal kull awtorizzazzjoni/liċenzja u norma SION ma kinux fattibbli. |
(e) Konklużjoni
(34) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribut finanzjarju tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat. |
(35) |
Barra minn hekk, l-AAS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u l-AAS għall-meqjusa bħala esportati huma b’mod ċar assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u jistgħu jiġu kkumpensati taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn għall-esportazzjoni kumpanija ma tkunx tista’ tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. |
(36) |
L-ebda waħda miż-żewġ sottoskemi użati fil-każ preżenti ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs innifishom ma jistgħux jitqiesu sistema ta’ verifika tal-konsum proprju, peress li materjali bla dazju li jidħlu fil-prodott importati taħt awtorizzazzjonijiet/liċenzji bi trendija tas-SIONs differenti jitħalltu fl-istess proċess ta’ produzzjoni għal oġġett ta’ esportazzjoni. Dan it-tip ta’ proċess ma jippermettix lill-GTI biex jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materjali li jidħlu fil-prodott kienu kkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni u ma’ liema punt ta’ riferiment SION għandhom jitqabblu. Barra minn hekk, kontroll effettiv li jsir mill-GTI bbażat fuq ir-reġistru tal-konsum proprju miżmum b’mod korrett jew ma sarx jew għadu ma tlestiex. Iktar minn hekk, il-GTI m’għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq il-materjali li jidħlu fil-prodott effettivament involuti, għalkemm dan normalment ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Barra minn hekk, ta’ min ifakkar li l-kumpanija meqjusa ma kellhiex reġistru tal-konsum li kien jippermetti verifika tal-konsum reali ta’ materja prima għal kull tip ta’ prodott. Għalhekk, jekk sistema ta’ kontroll effiċjenti tkun iddaħħlet fis-seħħ ma kienx ikun possibbli għall-GTI biex jaċċerta kemm materjali ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Fl-aħħar nett, l-involviment ta’ kontabilisti mqabbda fil-proċess ta’ verifika ma wassalx għal titjib fis-sistema ta’ verifika peress li ma jeżistu l-ebda regoli dettaljati dwar kif il-kontabilisti mqabbda għandhom iwettqu l-ħidmiet fdati lilhom u t-tagħrif ippreżentat matul l-investigazzjoni mhuwiex biżżejjed biex jissodisfa r-regoli msemmija hawn fuq stipulati fir-Regolament bażiku. |
(37) |
Dawn iż-żewġ sottoskemi għalhekk jistgħu jiġu kkumpensati. |
(f) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(38) |
Fin-nuqqas ta’ sistemi ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi ta’ sostituzzoni ta’ ħlas lura permessi, il-benefiċċju li jista’ jiġi kkumpensat huwa r-remissjoni ta’ dazji ta’ importazzjoni totali normalment dovuti mal-importazzjoni tal-materjali li jidħlu fil-prodott. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-kupmens ta’ remissjoni “tal-eċċess” tad-dazji. Skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku remissjoni tal-eċċess tad-dazji tista’ tkun kumpensata, sakemm il-kondizzjonijiet tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku jkunu sodisfatti. Madankollu, dawn il-kondizzjonijiet ma kinux sodisfatti fil-każ preżenti. Għalhekk, jekk ikun stabbilit nuqqas ta’ proċess ta’ monitoraġġ adegwat, l-eċċezzjoni ta’ hawn fuq għal skemi ta’ ħlas lura mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ dazji mhux imħallsa (dħul maħfur), iktar milli kwalunkwe remissjoni ta’ eċċess li sar. Kif stabbilit fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku, il-piż tal-kalkolu tar-remissjoni ta’ eċċess bħal dan ma jaqax fuq l-awtorità investigattiva. Kuntrarjament, skond l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku hija jkollha biss tistabbilixxi biżżejjed evidenza biex tirrifjuta l-adegwatezza ta’ sistema ta’ verifika allegata. |
(39) |
L-ammont ta’ sussidju għall-esportatur li uża l-AAS kien ikkalkulat abbażi ta’ dazji ta’ importazzjoni maħfura (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi użati għall-prodott ikkonċernat matul il-PIR (nominatur). Skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ġġenerat mill-prodott ikkonċernat matul il-PIR bħala denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(40) |
Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur li kkoopera jammonta għal 12,8 %. |
2. Sistema ta’ kreditu ta’ dazji fuq l-importazzjoni (Duty Entitlement Passbook Scheme “DEPS”)
(a) Bażi ġuridika
(41) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tad-DEPS tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09. |
(42) |
Instab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji ta’ kumpens taħt id-DEPS. Għalhekk ma nstabx li kien hemm bżonn li tiġi analizzata iktar din l-iskema fl-ambitu tal-investigazzjoni. |
3. Skema ta’ promozzjoni tal-esportazzjoni ta’ oġġetti kapitali (Export Promotion Capital Goods scheme, (“EPCGS”)
(a) Bażi ġuridika
(43) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09. |
(b) Eliġibilità
(44) |
Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibli għal din l-iskema. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
(45) |
Bil-kondizzjoni ta’ obbligu ta’ esportazzjoni, kumpanija titħalla timporta oġġetti kapitali (ġodda u -minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati li għandhom inqas minn 10 snin) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Għal dan il-għan il-GTI joħroġ liċenzja EPCGS mal-applikazzjoni u l-ħlas ta’ dritt. Minn April 2000, l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas ta’ soprataxxa ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjonijiet ta’ valur għoli, kienet tapplika rata ta’ dazju ta’ żero. Sabiex ikun sodisfatt l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perijodu. |
(46) |
Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCGS jista’ wkoll iġib l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess. F’każ bħal dan, il-manifattur indiġenu ta’ oġġetti kapitali jista’ jieħu vantaġġ mill-benefiċċju għal importazzjoni ħielsa mid-dazju ta’ komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jiddikjara l-benefiċċju ta’ meqjusa bħala esportati fir-rigward ta’ provvista ta’ oġġetti kapitali għal detentur tal-liċenzja EPCGS. |
(d) Kummenti dwar l-iżvelar
(47) |
Ma ntbagħtu l-ebda kummenti fir-rigward tal-EPCG mal-iżvelar. |
(e) Konklużjoni dwar l-Iskema tal-EPCG
(48) |
L-EPCGS tipprovdi s-sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis fid-dazju jikkostitwixxi kontribut finanzjarju mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI, li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, it-tnaqqis fid-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati mal-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu. |
(49) |
Iktar minn hekk, l-EPCGS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, titqies bħala speċifika u li tista’ tiġi kkumpensata skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(50) |
Fl-aħħar nett, din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali mhumiex koperti mill-ambitu ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif stabbilit fl-Anness I, (i), tar-Regolament bażiku, għaliex mhumiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. |
(f) Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju
(51) |
L-esportatur li kkoopera ma kien xtara l-ebda oġġetti kapitali fl-PI. Madankollu l-kumpanija kompliet tibbenefika minn eżenzjonijiet tad-dazju għall-oġġetti kapitali mixtrija qabel il-PI fl-ammont stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Kif sabbilit fl-investigazzjoni oriġinali l-ammont ta’ sussidju miksub matul il-PIR kien ikkalkulat, b’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati mifruxa fuq perijodu li jirrefletti l-perijodu ta’ deprezzament reali ta’ dawn l-oġġetti kapitali tal-produttur esportatur. Skond il-prassi stabbilita, l-ammont ikkalkulat hekk li huwa attribwibbli għall-PIR kien aġġustat billi ngħaddu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perijodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju tul iż-żmien. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-perijodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għax is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward tal-benefiċċju miksub mill-kumpanija matul il-PIR kien ta’ 0,3 % |
4. Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (Income Tax Exemption Scheme, “ITES”)
(a) Bażi ġuridika
It-Taqsima 80HHC tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961 (“ITA”)
(52) |
Taħt din l-iskema l-esportaturi jistgħu jieħdu vantaġġ mill-benefiċċju ta’ eżenzjoni parzjali mit-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti li ġejjin mill-bejgħ b’esportazzjoni. Il-bażi ġuridika għal din l-eżenzjoni kienet stabbilita fit-Taqsima 80 HHC tal-ITA. |
(53) |
Din id-dispożizzjoni kienet tħassret għas-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ‘il quddiem u għalhekk 80HHC tal-ITA ma jgħaddi l-ebda benefiċċji wara l-31 ta’ Marzu 2004. L-uniku produttur esportatur li kkoopera ma ħa vantaġġ mill-ebda benefiċċji taħt din l-iskema matul il-PIR. Għaldaqstant, billi l-iskema kienet irtirata, hija m’għandhiex għalhekk tiġi kkumpensata, skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku. |
5. Skema tas-suq iffukat (Focus Market Scheme, “FMS”)
(a) Bażi ġuridika
(54) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-FMS tinsab fil-kapitolu 3.9 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 3.20 tal-HOP I 04-09. Filwaqt li l-kumpanija rrappurtat din l-iskema, l-investigazzjoni żvelat li ma kienet gawdiet minn ebda benefiċċju fil-PIR. Peress li nstab li l-produttur esportatur li kkoopera ma kiseb l-ebda benefiċċji ta’ kontrobilanċ taħt din l-iskema, ma nstabx li kien hemm bżonn li tiġi analizzata ulterjorment fl-ambitu ta’ din l-investigazzjoni. |
6. Skema mira plus (Target Plus Scheme, “TPS”)
(a) Bażi ġuridika
(55) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-TPS tinsab fil-kapitolu 3.7 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 3.2 tal-HOP I 04-09. |
(b) Eliġibilità
(56) |
Kwalunkwe esportatur li jimmanifattura huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
(57) |
Din l-iskema għandha l-mira li tagħti premju lill-kumpaniji li jżidu t-tkabbir tal-fatturat għall-esportazzjoni tagħhom. Għal dan l-għan, l-iskema tippermetti lill-kumpaniji eliġibbli biex jieħdu vantaġġ minn firxa ta’ kreditu dovut bejn 5 % u 15 % ta’ ammont ibbażat fuq id-differenza bejn il-valuri FOB tal-esportazzjonijiet magħmula f’sentejn finanzjarji konsekuttivi. |
(58) |
Kumpaniji li jixtiequ jibbenefikaw mill-iskema jridu jressqu applikazzjoni lill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija. Ladarba jiġu awtorizzati, tinħareġ liċenzja li tindika l-ammont tal-kreditu ta’ dazju mill-awtoritajiet rilevanti. |
(59) |
Din l-iskema waqfet f’Marzu 2006 u nbidlet maż-żmien minn żewġ skemi ġodda, l-Iskema tas-Suq Iffukat u l-Iskema ta’ Prodott Iffukat. Id-dritt li tapplika għal liċenzja TPS madankollu baqa’ sa Marzu 2007 u l-kumpaniji li ħadu vantaġġ minn din l-iskema jistgħu jagħmlu użu mill-intitolament ta’ kreditu ta’ dazji dovuti rilevanti sa Marzu 2009. |
(d) Kummenti dwar l-iżvelar
(60) |
Il-produttur li kkoopera qies li ma kien hemm l-ebda benefiċċju gwadanjat mill-kumpanija matul il-PIR ta’ din l-iskema u meta tqis li l-iskema ġiet irtirata fl-2006 m’għandhiex tkun kkumpensata. Madankollu, kif imniżżel fid-dettall hawn fuq, l-investigazzjoni żvelat li kien hemm benefiċċju gwadanjat mill-kumpanija fil-PIR u barra minn hekk, filwaqt li l-iskema ġiet fil-fatt abbandunata, il-kumpaniji setgħu jkomplu jibbenefikaw minnha sal-2009. |
(e) Konklużjoni dwar l-Iskema Mira Plus
(61) |
It-TPS jipprovdi s-sussidji fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tat-TPS huwa kontribut finanzjarju mill-GTI, billi l-kreditu ser jintuża eventwalment biex ipaċi d-dazji ta’ importazzjoni, u b’hekk jitnaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li inkella kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-dazju tat-TPS jagħti benefiċċju lill-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu. |
(62) |
Iktar minn hekk, it-TPS huwa assoċjat fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huwa meqjus bħala speċifiku u jista’ jiġi kkumpensat skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(63) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fit-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti stipulati fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur m’għandu l-ebda obbligu li fil-fatt jikkonsma fil-proċess tal-produzzjoni l-oġġetti importati bla dazju u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. M’hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema materjali kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fit-tifsira tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur ikun eliġibbli għall-benefiċċji tat-TPS mingħajr ma jingħata każ jekk fil-fatt jimportax oġġetti biex jidħlu fil-prodott jew le. Sabiex jikseb il-benefiċċju, ikun biżżejjed għal esportatur li sempliċement iżid il-fatturat ta’ esportazzjoni mingħajr ma juri li kien importat materjal biex jidħol fil-prodott. B’hekk, anke esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jidħol fil-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-prodott jibqgħu intitolati li jibbenifikaw mit-TPS. |
(f) Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(64) |
L-ammont ta’ sussidji li jistgħu jiġu kkumpensati kien ikkalkulat f’termini tal-benefiċċju li jingħata min jirċevih, li jinstab li jeżisti matul il-PIR kif prenotat mill-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ta’ żieda bħala dħul fl-istadju ta’ transazzjoni tal-esportazzjoni. Skont l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju (nominatur) kien allokat fuq il-fatturat għall-esportazzjoni matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, peress li s-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(65) |
Ir-rata stabbilita tas-sussidju fir-rigward ta’ din l-iskema matul il-PIR għall-uniku produttur esportatur li kkoopera jammonta għal 0,7 %. |
III. AMMONT TA’ SUSSIDJI LI JISTGĦU JIĠU KKUMPENSATI
(66) |
Ta’ min ifakkar li l-marġini ta’ sussidju, stabbilit mill-investigazzjoni oriġinali kien instab li kien 5,8 % għall-uniku produttur esportatur li kkoopera mar-reviżjoni interim parzjali preżenti. |
(67) |
Matul ir-reviżjoni interim parzjali preżenti l-ammont ta’ sussidji kompensatorji, espressi ad valorem, instab li kien ta’ 13,8 %, kif imniżżel hawn taħt:
|
(68) |
Wara li tqies dan ta’ hawn fuq il-konklużjoni kienet li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-uniku produttur esportatur li kkoopera żdied. |
D. MIŻURI KOMPENSATORJI U MIŻURI ANTIDUMPING
I. MIŻURI KOMPENSATORJI
(69) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-bażijiet ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali mniżżla fil-punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-marġini ta’ sussidju fir-rigward tal-uniku produttur li kkoopera żdied minn 5,8 % għal 13,8 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kompensatorju, impost fuq dan il-produttur esportatur mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 jrid jiġi emendat kif meħtieġ. |
(70) |
It-tieni kumpanija li kienet ikkonċernata bir-reviżjoni interim parzjali preżenti, Reliance Industries Ltd, kellha l-ogħla marġini ta’ sussidju fl-investigazzjoni oriġinali iżda ma kkooperatx f’din ir-reviżjoni. Peress li din il-kkumpanija ma kkooperatx, kellha ssir stima bbażata fuq l-aqwa fatti disponibbli skond l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward u fid-dawl tas-sejbiet li jikkonċernaw l-esportatur li kkoopera, huwa probabbli wkoll li dan il-produttur esportatur li ma kkooperax ser ikompli jgawdi l-benefiċċji mill-iskemi ta’ sussidju investigati tal-anqas bl-istess rata stabbilita għall-kooperatur. Għalhekk il-konlużjoni trid tkun li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-produttur esportatur li ma kkooperax ikkonċernat mir-reviżjoni żdied ukoll għal 13,8 % u, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kompensatorju, imposta fuq dan il-produttur esportatur mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007, trid tiġi emendata kif meħtieġ. |
(71) |
Fir-rigward tal-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali iżda li ma kinux identifikati kif ikkonċernat mill-investigazzjoni fl-anness mal-Avviż ta’ bidu, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li r-rati ta’ dazju kompensatorju jew tad-dumping applikabbli għal dawn il-kumpaniji għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid. Għaldaqstant, ir-rati individwali tad-dazju applikabbli għall-partijiet l-oħrajn kollha ħlief Pearl Engineering and Reliance Industries imsemmija taħt l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 193/2007 baqgħu ma nbidlux. |
(72) |
Kuntrarjament, fir-rigward tal-kumpaniji li la kkooperaw f’din ir-reviżjoni u lanqas fl-investigazzjoni oriġinali, dawn iridu jitqiesu li baqgħu jgawdu minn benefiċċji taħt l-iskemi ta’ sussidju investigati tal-anqas bl-istess rata bħal dik stabbilita għall-uniku kooperatur. Sabiex jiġi evitat li jingħata bonus għal nuqqas ta’ kooperazzjoni jitqies xieraq li jiġi stabbilit livell ta’ sussidju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha” bħala l-ogħla rata stabbilita għal kwalunkwe kumpanija li kkooperat fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri 13,8 % |
(73) |
Ir-rati tad-dazju kompensatorju emendati għandhom jiġu stabbiliti fil-livell tar-rati l-ġodda ta’ sussidju misbjuba matul ir-reviżjoni preżenti, peress li l-marġni ta’ ħsara kkalkulati fl-investigazzjoni kontra s-sussidji oriġinali baqgħu ogħla. |
(74) |
Ir-rati tad-dazju kompensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba waqt ir-reviżjoni interim parzjali. B’hekk, huma applikabbli biss għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat prodott minn dawn il-kumpaniji. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikatament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet konnessi ma’ dawk imsemmija speċifikatament, ma jistgħux jibbenifikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu suġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(75) |
Sabiex jiġi evitat li ċ-ċaqliq fil-prezz tal-PET ikkawżat mill-varjazzjonijiet fil-prezzijiet taż-żejt mhux maħdum jirriżulta fil-ġbir ta’ dazji ogħla, ta’ min ifakkar li l-miżuri fis-seħħ ġew stabbiliti fil-forma ta’ dazju speċifiku għal kull tunnellata. L-ammonti stabbilit jirriżulta mill-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju kompensatorju għall-prezzijiet ta’ esportazzjoni CIF li ntużaw għall-kalkolu tal-livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara waqt l-investigazzjoni oriġinali. L-istess metodu ntuża għall-fini li jiġu stabbiliti l-livelli ta’ dazju speċifiċi emendati fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni. |
(76) |
Il-marġini u r-rati ta’ dazju applikabbli għandhom għalhekk ikunu kkalkulati kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
(77) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju kompensatorju individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet ġodda għall-produzzjoni jew għall-bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (6) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunkwe modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, bejgħ domestiku jew għall-esportazzjoni, assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet għall-produzzjoni jew għall-bejgħ. Jekk ikun xieraq, u wara li jkun ikkunsultat il-Kumitat Konsultattiv, ir-Regolament ikun emendat għal dik ir-raġuni billi tkun aġġornata l-lista tal-kumpaniji li jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali. |
II. MIŻURI ANTIDUMPING
(78) |
L-emenda tar-rata ta’ dazju kompensatorju ser ikollha impatt fuq id-dazju anti-dumping definittiv impost fuq il-produtturi fl-Indja, skond ir-Regolament (KE) Nru 192/2007. |
(79) |
Fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali, id-dazju anti-dumping kien aġġustat sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju tal-effetti tal-benefiċċji mis-sussidji għall-esportazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (7), u l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji jipprevedu li l-ebda prodott m’għandu jkun suġġett għal miżuri anti-dumping jew kompensatorji għall-fini li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni unika li tinħoloq minn dumping jew minn sussidju fuq l-esportazzjoni. Fl-investigazzjoni orġinali ta’ kontra s-sussidji kif ukoll fir-reviżjoni interim parzjali nstab li xi wħud mill-iskemi ta’ sussidju investigati, li setgħu jiġu kkumpensati, kienu jikkostitwixxu sussidji fuq l-esportazzjoni fit-tifsira tal-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku kontra s-sussidji. Fihom infushom, dawn is-sussidji affettwaw biss il-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi Indjani, li b’hekk wassal għal marġinu ogħla ta’ dumping. Fi kliem ieħor, marġini ta’ dumping definittiv stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping oriġinali kienet parzjalment dovuta għall-eżistenza ta’ sussidji fuq l-esportazzjoni. |
(80) |
Għaldaqstant, ir-rati ta’ dazju anti-dumping definittiv għall-produtturi esportaturi issa jridu jkunu aġġustati biex iqisu l-livell rivedut ta’ benefiċċju meħud mis-sussidji fuq l-esportazzjoni fil-PIR fir-reviżjoni interim parzjali preżenti biex jirriflettu l-marġini ta’ dumping propjru li jibqa’ wara l-impożizzjoni tad-dazju kompensatorju definittiv aġġustat li jpaċi l-effetti tas-sussidji tal-esportazzjoni. |
(81) |
Fi kliem ieħor, il-livelli ġodda ta’ sussidju jkollhom jitqiesu għall-fini ta’ aġġustament tal-marġini ta’ dumping, stabbiliti preċedentement. |
(82) |
Il-marġini u r-rati ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji kkonċernati għandhom għalhekk ikunu kkalkulati kif indikat fit-tabella ta’ hawn taħt.
|
(83) |
Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji kompensatorji u tal-anti-dumping, il-livell tad-dazju residwu m’għandux japplika biss għall-esportaturi li ma kkooperawx iżda għandu japplika wkoll għal dawk il-kumpaniji li ma kellhom l-ebda esportazzjonijiet matul il-PIR. Madankollu, dawn il-kumpaniji tal-aħħar huma mistiedna, jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artiklu 20 tar-Regolament bażiku, biex jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tkun eżaminata individwalment, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 193/2007 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għajr għal kif ipprovdut fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju kompensatorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għall-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju ta’ kontrobilanċ (EUR/tunnellata) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
L-Indja |
Reliance Industries Ltd |
69,4 |
A181 |
L-Indja |
Pearl Engineering Polymers Ltd |
74,6 |
A182 |
L-Indja |
Senpet Ltd |
22,0 |
A183 |
L-Indja |
Futura Polyesters Ltd |
0,0 |
A184 |
L-Indja |
South Asian Petrochem Ltd |
106,5 |
A585 |
L-Indja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
69,4 |
A999 ” |
Artikolu 2
Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 192/2007 għandu jinbidel b’dan li ġej:
“2. Għajr kif ipprovdut fl-Artikolu 2, ir-rata tad-dazju anti-dumping applikabbli għall-prezz nett, liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju għall-prodotti mmanifaturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping (EUR/tunnellata) |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
L-Indja |
Reliance Industries Ltd |
153,6 |
A181 |
L-Indja |
Pearl Engineering Polymers Ltd |
87,5 |
A182 |
L-Indja |
Senpet Ltd |
200,9 |
A183 |
L-Indja |
Futura Polyesters Ltd |
161,2 |
A184 |
L-Indja |
South Asian Petrochem Ltd |
88,9 |
A585 |
L-Indja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
153,6 |
A999 |
L-Indoneżja |
P.T. Mitsubishi Chemical Indonesia |
187,7 |
A191 |
L-Indoneżja |
P.T. Indorama Synthetics Tbk |
92,1 |
A192 |
L-Indoneżja |
P.T. Polypet Karyapersada |
178,9 |
A193 |
L-Indoneżja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
187,7 |
A999 |
Il-Malasja |
Hualon Corp. (M) Sdn. Bhd. |
36,0 |
A186 |
L-Malasja |
MpI Polyester Industries Sdn. Bhd. |
160,1 |
A185 |
L-Malasja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
160,1 |
A999 |
Ir-Repubblika tal-Korea |
SK Chemicals Group: |
|
A196 |
SK Chemicals Co. Ltd |
0 |
A196 |
|
Huvis Corp. |
0 |
|
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
KP Chemical Group: |
|
A195 |
Honam Petrochemicals Corp. |
0 |
A195 |
|
KP Chemical Corp. |
0 |
|
|
Ir-Repubblika tal-Korea |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
148,3 |
A999 |
It-Tajwan |
Far Eastern Textile Ltd |
36,3 |
A808 |
It-Tajwan |
Shinkong Synthetic Fibers Corp. |
67,0 |
A809 |
It-Tajwan |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
143,4 |
A999 |
It-Tajlandja |
Thai Shingkong Industry Corp. Ltd |
83,2 |
A190 |
It-Tajlandja |
Indo Pet (Thailand) Ltd |
83,2 |
A468 |
It-Tajlandja |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
83,2 |
A999 ” |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
R. BACHELOT-NARQUIN
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.
(2) ĠU L 301, 30.11.2000, p. 1.
(5) ĠU C 227, 27.9.2007, p. 16.
(6) Kummissjoni Ewropea – Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ- Direttorat H – N-105 B-1049 Brussell.
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1287/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
CR |
110,3 |
MA |
82,5 |
|
TR |
72,9 |
|
ZZ |
88,6 |
|
0707 00 05 |
JO |
167,2 |
MA |
66,0 |
|
TR |
124,5 |
|
ZZ |
119,2 |
|
0709 90 70 |
MA |
111,8 |
TR |
82,6 |
|
ZZ |
97,2 |
|
0805 10 20 |
AR |
17,0 |
BR |
44,6 |
|
CL |
52,1 |
|
EG |
51,1 |
|
MA |
76,3 |
|
TR |
68,4 |
|
UY |
30,6 |
|
ZA |
42,4 |
|
ZW |
25,4 |
|
ZZ |
45,3 |
|
0805 20 10 |
MA |
76,3 |
TR |
64,0 |
|
ZZ |
70,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
CN |
50,3 |
IL |
74,7 |
|
TR |
52,1 |
|
ZZ |
59,0 |
|
0805 50 10 |
MA |
64,0 |
TR |
57,5 |
|
ZZ |
60,8 |
|
0808 10 80 |
CA |
82,7 |
CN |
83,1 |
|
MK |
37,6 |
|
US |
101,1 |
|
ZA |
118,0 |
|
ZZ |
84,5 |
|
0808 20 50 |
CN |
82,8 |
TR |
42,4 |
|
US |
117,7 |
|
ZZ |
81,0 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1288/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1212/2008 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Diċembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.
(3) ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.
(4) ĠU L 328, 6.12.2008, p. 7.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mid-19 ta’ Diċembru 2008
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
21,68 |
5,46 |
1701 11 90 (1) |
21,68 |
10,77 |
1701 12 10 (1) |
21,68 |
5,27 |
1701 12 90 (1) |
21,68 |
10,26 |
1701 91 00 (2) |
23,03 |
14,29 |
1701 99 10 (2) |
23,03 |
9,20 |
1701 99 90 (2) |
23,03 |
9,20 |
1702 90 95 (3) |
0,23 |
0,41 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/17 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1289/2008
tat-12 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/71/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2002/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabbiltà (2) jesiġi li l-kumpaniji rregolati mil-liġi ta’ Stat Membru u li t-titoli tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe Stat Membru, jippreparaw il-kontijiet konsolidati tagħhom skond l-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati, illum komunement imsejħa Standards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju, adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 (minn hawn ′il quddiem “l-IFRS adottati”), għal kull sena finanzjarja b’bidu mill-1 ta’ Jannar 2005 jew wara dik id-data. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (3) jesiġi li emittenti ta’ pajjiżi terzi jippreparaw l-informazzjoni finanzjarja storika fi prospetti għall-offerti ta’ titoli lill-pubbliku jew fl-ammissjoni ta’ titoli għall-kummerċ f’suq regolat f’konformità mal-IFRS adottati, jew mal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta’ pajjiż terz li jkunu ekwivalenti għal dawn l-istandards internazzjonali. |
(3) |
Għall-valutazzjoni tal-ekwivalenza bejn il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta’ titoli skond id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 jesiġi ukoll li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tippermetti lill-emittenti Komunitarji jużaw l-IFRS adottat skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 fil-pajjiż terz konċernat. |
(4) |
Rapporti finanzjarji mfassla skond l-IFRS kif maħruġa mill-Bord Internazzjonali dwar l-Istandards tal-Kontabbiltà (IASB) lill-utenti ta' dawn ir-rapporti jagħtuhom livell suffiċjenti ta' informazzjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu valutazzjoni informata dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-pożizzjoni finanzjarja, il-profitti u t-telf u l-prospetti ta' emittent. Għaldaqstant, huwa f'loku li emittenti ta' pajjiżi terzi jitħallew jużaw fil-Komunità l-IFRS kif maħruġa mill-IASB. |
(5) |
F′Diċembru 2007, il-Kummmissjoni kkonsultat lill-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (CESR) rigward il-valutazzjoni teknika tal-ekwivalenza tal-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment (GAAP) tal-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Ġappun. F'Marzu 2008, il-Kummissjoni estendiet il-konsultazzjoni fir-rigward tal-GAAP tal-Korea t'Isfel, il-Kanada u l-Indja. |
(6) |
Fil-pariri tiegħu maħruġa f'Marzu, f'Mejju u f’Ottubru 2008 rispettivament, is-CESR irrakkomanda li l-GAAP tal-Istati Uniti u tal-Ġappun jitqiesu bħala ekwivalenti għall-IFRS għall-użu fil-Komunità. Barra minn hekk, is-CESR irrakkomanda l-aċċettazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jużaw il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, l-Korea t'Isfel u l-Indja fil-Komunità fuq bażi temporanja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. |
(7) |
Fl-2006, il-Bord tal-Istandards tal-Kontabbiltà Finanzjarja tal-Istati Uniti u l-IASB kkonkludew Memorandum ta' Qbil li afferma mill-ġdid lil-mira tagħhom li jkun hemm konverġenza bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS, u fassal programm ta' ħidma għall-ilħiq ta' din il-mira. B'riżultat ta' dan il-programm ta' ħidma, ġew solvuti bosta differenzi kbar bejn il-GAAP tal-Istati Uniti u l-IFRS. Barra minn hekk, wara d-djalogu bejn il-Kummissjoni u s-Securities and Exchange Commission (il-Kummissjoni dwar it-Titoli u l-Kambju) tal-Istati Uniti, l-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom f'konformità mal-IFRS kif maħruġa mill-IASB ma għadx għandhom l-obbligu jagħmlu rikonċiljazzjoni. Għaldaqstant huwa f’loku li l-GAAP tal-Istati Uniti jitqies bħala ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009. |
(8) |
F′Awwissu 2007, il-Bord dwar l-Istandards tal-Kontabbiltà tal-Ġappun u l-IASB ħabbru li kienu qablu li jaċċelleraw il-konverġenza billi sal-2008 jeliminaw id-differenzi maġġuri bejn il-GAAP tal-Ġappun u l-IFRS, u sa tmiem l-2011 id-differenzi li jkun għad fadal. L-awtoritajiet Ġappuniżi ma jesiġu l-ebda rikonċiljazzjoni għall-emittenti tal-Komunità li jippreparaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom skond l-IFRS. Għaldaqstant huwa f'loku li l-GAAP tal-Ġappun jitqies ekwivalenti għall-IFRS adottati mill-1 ta' Jannar 2009. |
(9) |
skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1569/2007, l-emittenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jużaw GAAP ta' pajjiżi terzi li qed jikkonverġu jew li huma impenjati li jadottaw l-IFRS jew li laħqu qbil dwar ir-rikonoxximent reċiproku mal-Komunità qabel il-31 ta' Diċembru 2008 għal perjodu tranżizzjonali li jintemm mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2011. |
(10) |
Fiċ-Ċina, l-Istandards ta' Kontabbiltà għall-Impriżi Kummerċjali huma sostanzjalment konverġuti mal-IFRS u jkopru kważi l-materji kollha fl-IFRS kurrenti. Madankollu, minħabba li l-Istandards ta' Kontabbiltà għall-Impriżi Kummerċjali japplikaw biss mill-2007, jeħtieġ li jkun hemm aktar evidenza tal-applikazzjoni korretta tagħhom. |
(11) |
Il-Bord dwar l-Istandards tal-Kontabbiltà tal-Kanada ħa impenn pubbliku f'Jannar 2006 li se jadotta l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħu miżuri effikaċi biex jiżgura t-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data. |
(12) |
Il-Kummissjoni Koreana dwar is-Superviżjoni Finanzjarja u l-Istitut Korean tal-Kontabbiltà ħadu impenn pubbliku f'Marzu 2007 li se jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni għall-IFRS, f'waqtha u sħiħa, sa dik id-data. |
(13) |
Il-Gvern Indian u l-Indian Institute of Chartered Accountants impenjaw ruħhom pubblikament f'Lulju 2007 li jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 u qed jieħdu miżuri effikaċi biex jiżguraw it-tranżizzjoni f'waqtha u sħiħa għall-IFRS sa dakinhar. |
(14) |
Filwaqt li ma għandha tittieħed l-ebda deċiżjoni finali dwar l-ekwivalenza tal-istandards tal-kontabbiltà li qed jikkonverġu mal-IFRS sakemm ma tkunx saret valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta' dawk l-istandards tal-kontabbiltà min-naħa tal-kumpaniji u l-awdituri, huwa importanti li jingħata appoġġ għall-isforzi ta' dawn il-pajjiżi li ħadu l-impenn li jikkonverġu l-istandards tal-kontabbiltà tagħhom mal-IFRS, kif ukoll għal dawk il-pajjiżi li ħadu l-impenn li jadottaw l-IFRS. Għaldaqstant huwa f'loku li l-emittenti ta' pajjiżi terzi jitħallew jippreparaw ir-rapporti annwali u ta' kull sitt xhur tagħhom skond il-GAAP taċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel jew l-Indja fil-Komunità għall-perjodu tranżizzjonali ta' mhux aktar minn 3 snin. Konsegwentement, ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għandu jkun emendat skond dan biex jirrifletti t-tibdiliet rigward l-użu tal-GAAP tal-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, il-Kanada, il-Korea t'Isfel u l-Indja għall-preparazzjoni ta' informazzjoni finanzjarja storika min-naħa ta' emittenti ta' pajjiżi terzi, u biex jitħassru xi dispożizzjonijiet skaduti tagħha. |
(15) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna teknika tas-CESR, għandha tkompli tissorvelja l-iżvilupp ta' dawk il-GAAP ta' pajjiżi terzi f'relazzjoni mal-IFRS adottati. |
(16) |
Il-pajjiżi għandhom jitħeġġu jadottaw l-IFRS. L-UE tista’ tiddeċiedi li standards nazzjonali li jkunu ġew determinati bħala ekwivalenti ma jkunux jistgħu jintużaw aktar fit-tħejjija tal-informazzjoni rikjesta skond id-Direttiva 2004/109/KE jew ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE meta dawk il-pajjiżi rispettivi jkunu adottaw l-IFRS bħala l-uniku standard ta’ kontabbiltà tagħhom. |
(17) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Rgolament huma skond l-opinoni tal-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-paragrafi 5 u 5a għandhom jinbidlu b'dan li ġej: “5. Mill-1 ta' Jannar 2009, l-emittenti ta' pajjiżi terzi għandhom jippreżentaw l-informazzjoni finanzjarja storika tagħhom skond wieħed jew l-ieħor minn dawn l-istandards tal-kontabbiltà li ġejjin:
5a. L-emittenti ta’ pajjiżi terzi mhumiex suġġetti għal obbligu, skond l-Anness I, punt 20.1; l-Anness IV, punt 13,1; l-Anness VII, punt 8,2; l-Anness X, punt 20.1 jew l-Anness XI, punt 11.1, li jerġgħu jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja inkluża fi prospett u rilevanti għas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2012 jew wara dik id-data, jew għal obbligu skond l-Anness VII, punt 8.2.bis; l-Anness IX, punt 11.1; jew l-Anness X, punt 20.1.bis, li jipprovdu deskrizzjoni narrattiva tad-differenzi bejn l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju adottati skond ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 u l-prinċipji tal-kontabbiltà li permezz tagħhom tkun tfasslet it-tali informazzjoni, b'rabta mas-snin finanzjarji qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara, sakemm l-informazzjoni finanzjarja storika tkun tħejjiet skond il-Prinċipji tal-Kontabbiltà Aċċettati Ġeneralment tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, il-Kanada, ir-Repubblika tal-Korea jew ir-Repubblika tal-Indja.”; |
(2) |
il-paragrafi minn 5b sa 5e għandhom jitħassru. |
Artikolu 1 a
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna teknika tas-CESR, għandha tkompli tissorvelja l-isforzi magħmula minn pajjiżi terzi fit-tqarrib lejn il-qlib għall-IFRS u żżomm għaddej djalogu attiv mal-awtoritajiet matul il-proċess ta' konverġenza. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ewropew dwar it-Titoli (ESC) matul l-2009. Il-Kummissjoni għandha wkoll tirraporta bla dewmien lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew jekk iqumu sitwazzjonijiet fejn emittenti tal-UE fil-ġejjieni jkollhom l-obbligu jirrikonċiljaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom mal-GAAP tal-ġuriżdizzjoni barranija kkonċernata.
Artikolu 1 b
Id-dati mħabbra pubblikament minn pajjiżi terzi dwar qlib għall-IFRS għandhom iservu ta' dati ta' referenza għat-tħassir tar-rikonoxximent ta’ ekwivalenza għal dawk il-pajjiżi terzi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66.
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1290/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna awtorizzazzjoni ġdida ta’ preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore), bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes, li għandhom jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (‘l-Awtorità) tal-15 ta’ Lulju 2008 (2) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-manifattur, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus (CNCM-I-3698) u Lactobacillus farciminis (CNCM-I-3699) (Sorbiflore) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u hija effikaċi fit-titjib taż-żieda fil-piż. Barra minn hekk l-Awtorità kkonkludiet li din il-preparazzjoni tista’ tkun sensibilizzatur respiratorju potenzjali. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodott Sorbiflore, preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus u Lactobacillus farciminis, bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes Il-Ġurnal EFSA (2008) 771, 1-13.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
FU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: addittivi żootekniċi oħra (li jtejbu ż-żieda fil-piż) |
|||||||||||||||
“4d2 |
Sorbial SAS |
Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699 (Sorbiflore) |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta’ Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699 b’konċentrazzjoni minima ta’ 1 × 108 FU (1)/g (proporzjon 1:1) Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Bijomassa mikrobika u l-mezz tal-fermentazzjoni tal-ħalib ta’ Lactobacillus rhamnosus CNCM-I-3698 u Lactobacillus farciminis CNCM-I-3699 Metodu analitiku (2) Teknika ta’ filtrazzjoni diretta u epiflorexxenti (DEFT) li tuża żebgħa xierqa biex ittebba’ iċ-ċelloli metabolikament attivi bħala unitajiet fluworexxenti (FU) |
Ħnienes |
— |
5 × 108 |
9 × 108 |
|
8.1.2019 |
(1) FU: unitajiet fluworexxenti.
(2) Dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1291/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ kontroll tas-salmonella f’ċerti pajjiżi terzi skond ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-elenkar ta’ programmi ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur f’ċerti pajjiżi terzi u li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/539/KEE tal-15 ta’ Ottubru 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tjue u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), b’mod partikolari l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(3) l-Artikolu 23, l-Artikolu 24(2) u l-Artikoli 26 u 27a tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta’ Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), b’mod partikolari l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 9(2)(b) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (3), b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir transitu ta’ tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni veterinarja (4) jipprovdi li l-komoditajiet koperti b’dak ir-Regolament għandhom ikunu importati biss fi jew fi transitu mill-Komunità mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti elenkati fit-tabella tal-Parti 1 fl-Anness I tiegħu. Dan jistipula wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għal dawn il-komoditajiet, filwaqt li l-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji li jakkumpanjawhom huma stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness. Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 japplika mill-1 ta’ Jannar 2009. |
(2) |
L-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 jipprovdi li, fejn fiċ-ċertifikat hemm ħtieġa għal programm ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur, il-komoditajiet għandhom ikunu importati biss fil-Komunità minn dawk il-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti li għal perjodu ta’ mill-anqas sitt xhur kellhom fis-seħħ tali programm u sakemm dan il-programm jissodisfa r-rekwiżiti stipulati f’dak l-Artikolu u huwa indikat fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Brażil, il-Kanada, iċ-Ċili, il-Kroazja, l-Afrika t’Isfel, l-Isvizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika ssottomettew il-programmi tagħhom ta’ sorveljanza għall-influwenza tat-tjur lill-Kummissjoni biex tevalwawhom. Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-programmi u dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 798/2008. Għaldaqstant, dawk il-programmi għandhom jiġu indikati fil-kolonna 7 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 jistipula r-regoli għall-kontroll tas-Salmonella u ta’ aġenti żootiċi oħra f’popolazzjonijiet differenti ta’ tjur fil-Komunità. Dan jipprovdi għall-miri Komunitarji biex il-prevalenza tas-serotipi kollha tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika titnaqqas minn popolazzjonijiet differenti ta’ tjur. Mid-dati msemmija fl-Anness I, il-kolonna 5 ta’ dak ir-Regolament, l-aċċettazzjoni jew iż-żamma fil-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-liġi Komunitarja, għall-ispeċi jew il-kategoriji rilevanti, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati biex jimportaw dawk l-annimali jew il-bajd tat-tfaqqis koperti b’dan ir-Regolament, għandhom ikunu soġġetti għal programm ta’ kontroll li l-pajjiż terz ikkonċernat jissottometti lill-Kummissjoni. Tali programm għandu jkun ekwivalenti għal dawk sottomessi mill-Istati Membri u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni. |
(5) |
Il-Kroazja ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll fis-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom u fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir u biex ibidu. Dawn il-programmi jfornu garanziji ekwivalenti għall-garanziji previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dawn għandhom ikunu approvati. |
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/843/KE (5) approvat il-programmi ta’ kontroll li ssottomettew l-Istati Uniti tal-Amerika, l-Iżrael, il-Kanada u t-Tuneżija fir-rigward tas-Salmonella f’qatgħat ta’ tiġieġ tat-tgħammir. L-Istati Uniti tal-Amerika issa ssottomettiet lill-Kummissjoni l-programm addizzjonali tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fil-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għall-bajd jew għas-simna. Dan il-programm iforni garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għalhekk, dan għandu jkun approvat. L-Iżrael iċċara li l-programm tiegħu għall-kontroll tas-Salmonella japplika biss għall-katina tal-produzzjoni tal-laħam tal-brojler. |
(7) |
Fil-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli (6), l-Isvizzera ssottimettiet lill-Kummissjoni l-programmi tagħha għall-kontroll tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tat-tfaqqis tagħhom, f’tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, fil-bajd tal-ikel tagħhom, fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers. Dawk il-programmi jfornu garanziji simili għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, dan għandu għaldaqstant ikun rifless fil-kolonna 9 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għal dak ir-Regolament (KE) Nru 798/2008. |
(8) |
Ċerti pajjiżi terzi oħra li bħalissa huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għadhom ma ressqu l-ebda programm ta’ kontroll tas-Salmonella lill-Kummissjoni, jew il-programmi mressqa diġà ma jipprovdux garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003. Peress li r-rekwiżiti li jikkonċernaw it-tjur tat-tgħammir u tjur produttiv tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tagħhom u l-flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, għandhom japplikaw fil-Komunità mill-1 ta’ Jannar 2009, l-importazzjonijiet ta’ dawn it-tjur jew il-bajd għandhom, għalhekk, ma jkunux aktar awtorizzati minn dawk il-pajjiżi terzi wara dik id-data. Għalhekk, il-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti stabbilita fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tkun emendata kif jixraq. |
(9) |
Sabiex ikunu pprovduti garanziji ekwivalenti għal dawk previsti fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003, il-pajjiżi terzi, li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, għandhom jiċċertifikaw li l-programm ta’ kontroll tas-Salmonella ġie applikat għall-qatgħa tal-oriġini u li l-qatgħa ġiet ittestjata għall-preżenza tas-serotipi tas-Salmonella ta’ importanza għas-saħħa pubblika. |
(10) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2006 tal-1 ta’ Awwissu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti għall-użu ta’ metodi speċifiċi ta’ kontroll fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll għall-kontroll tas-salmonella fit-tjur (7) jistabbilixxi ċerti regoli għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini fil-qafas tal-programmi nazzjonali ta’ kontroll. |
(11) |
Il-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati li jimportaw it-tjur għall-qatla tal-ispeċi ta’ Gallus gallus għandhom jiċċertifikaw li r-rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta’ antimikrobiċi u vaċċini previsti fir-Regolament (KE) Nru 1177/2006 ikunu ġew applikati. Jekk intużaw l-antimikrobiċi għal finijiet oħra minflok għall-kontroll tas-Salmonella, billi dan l-użu jista’ jinfluwenza l-ittestjar għas-Salmonella fl-importazzjoni, dan għandu jkun indikat fiċ-ċertifikat veterinarju. Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjoni tat-tjur għall-qatla u tjur għall-istokkjar mill-ġdid tat-tjur tal-kaċċa minbarra għasafar li ma jtirux kif stipulat fil-Parti 2 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-programmi ta’ kontroll sottomessi mill-Kroazja lill-Kummissjoni fil-11 ta’ Marzu 2008 skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qed ikunu approvati fir-rigward tas-Salmonella fit-tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tat-tfaqqis tagħhom, tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tal-ikel tagħhom u flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd.
Artikolu 2
Il-programm ta’ kontroll sottomess mill-Istati Uniti tal-Amerika lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ġunju 2006 skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 qed ikun approvat fir-rigward tas-Salmonella fi flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għall-bajd jew għas-simna.
Artikolu 3
Il-programmi ta’ kontroll sottomessi mill-Isvizzera lill-Kummissjoni fis-6 ta’ Ottubru 2008 jfornu garanziji simili għal dawk previsti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 fir-rigward tas-Salmonella fi tjur tat-tgħammir tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tat-tfaqqis tagħhom, tiġieġ tal-bajd tal-ispeċi ta’ Gallus gallus, il-bajd tal-ikel tagħhom, u flieles ta’ ġurnata tal-ispeċi ta’ Gallus gallus intiżi għat-tgħammir jew għall-bajd u għall-brojlers.
Artikolu 4
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 5
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 303, 31.10.1990, p. 6.
(2) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(3) ĠU L 325, 12.12.2003, p. 1.
(4) ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1.
(5) ĠU L 332, 18.12.2007, p. 81.
(6) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 798/2008 qed ikun emendat kif ġej:
(1) |
Il-Parti 1 tinbidel b’dan li ġej: “PARTI 1 Lista ta’ pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti
|
(2) |
Parti 2 qed tkun emendata kif ġej:
|
(1) Komoditajiet, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità matul perjodu ta’ 90 ġurnata minn din id-data.
(2) Komoditajiet biss li jiġu manifatturati wara din id-data jistgħu jiġu importati fil-Komunità.
(3) Skont il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
(4) L-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja; il-kodiċi provviżorju li ma jippreġudika bl-ebda mod in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li għandu jsir qbil dwarha wara l-konklużjoni tan-negozjati li qed isiru bħalissa dwar dan is-suġġġett fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti.
(5) Ma jinkludux il-Kosovo, kif definit bir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti Nru 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999.”
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/36 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1292/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni tal-Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus), bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
Mill-Opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza tal-Ikel (“l-Awtorità”) tas-16 ta’ Lulju 2008 (2) jirriżulta li, fuq il-bażi tad-dejta mogħtija mill-manifattur, l-addittiv Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u huwa effikaċi biex jistabbilizza l-flora fil-musrana. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) ma jippreżenta l-ebda riskju ieħor li, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, jeskludi l-awtorizzazzjoni. Skont din l-opinjoni, l-użu tal-preparazzjoni ma għandux effett negattiv fuq it-tiġieġ għat-tismin. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skont dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-flora fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sikurezza u l-effikaċja ta’ Ecobiol® (Bacillus amyloliquefaciens) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Il-Ġurnal EFSA (2008) 773, 1-13.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-flora fil-musrana. |
|||||||||||||||
“4b1822 |
NOREL SA |
Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 (Ecobiol u Ecobiol plus) |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Ecobiol: Preparazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 li fiha konċentrazzjoni minima ta’ 1×109 CFU/g Ecobiol plus: Preparazzjoni ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 li fiha konċentrazzjoni minima ta’ 1×1010 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Spori ta’ Bacillus amyloliquefaciens CECT 5940 Metodu analitiku (1) Enumerazzjoni: bil-metodu tal-ispread plate billi jiġi użat it-tryptone soya agar bi pre-trattament ta’ sħana Identifikazzjoni pulsed field gel electrophoresis (PFGE). |
Tiġieġ għat-tismin |
— |
1×109 |
1×109 |
|
8.1.2019 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/38 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1293/2008
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20 u Levucell SC10 ME) bħala addittiv fl-għalf
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutriment tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
Skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kif stipulat fl-Anness. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa mill-Artikolu 7(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid tal-preparazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME), bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija ta’ addittivi “addittivi Żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta’ Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien għall-baqar li jagħtu l-ħalib u merħliet għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (2) u, sat-22 ta’ Marzu 2017, għall-mogħoż u n-nagħaġ li jagħtu l-ħalib mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 226/2007 (3). |
(5) |
Dejta ġdida tressqet bħala sostenn tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-ħrief. L-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tas-16 ta’ Lulju 2008 (4) li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20/Levucell SC10 ME) ma jħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bnedmin jew fuq l-ambjent. Ikkonkludiet ukoll li s-Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20/Levucell SC10 ME) ma jippreżenta ebda riskju ieħor li, skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ma jippermettix l-awtorizzazzjoni. Skond din l-opinjoni, l-użu ta’ din il-preparazzjoni mhix ta’ periklu għall-ħrief. Din l-opinjoni issostni wkoll li l-preparazzjoni tista’ tipproduċi effett benefiċjali fuq il-piż finali u l-ksib medju ta’ kuljum. L-Awtorità ma tqisx li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mill-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Skond dan, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(4) Opinjoni Xjentifika tal-Bord dwar l-Addittivi u l-Prodotti jew Sustanzi użati fl-Għalf tal-Annimali (FEEDAP) fuq talba mill-Kummissjoni Ewropea dwar is-sigurtà u l-effikaċja tal-Levucell SC20/Levucell SC10ME, preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae, bħala addittiv fl-għalf għall-ħrief għat-tismin. Il-Ġurnal tal-EFSA (2008) 772, 1-11.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv (Isem kummerċjali) |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku. |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
CFU/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||||||||||||||||||
“4b1711 |
LALLEMAND SAS |
Saccharomyces cerevisiae CNCM I-1077 (Levucell SC20, Levucell SC10 ME) |
|
Ħrief |
— |
3,0 × 109 |
7,3 × 109 |
|
8.1.2019 |
(1) Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives”
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/41 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1294/2008
tat-18 ta' Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kondizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) ta' dan,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoniji ta' ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta' kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni. |
(2) |
L-Anness V ma' dak ir-Regolament jistabbilixxi lista ta' faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għal importazzjoni ta' ċerti għasafar għajr għal tjur tar-razzett. |
(3) |
Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit irrevedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina tagħhom li huma approvati u bagħtu lista aġġornata ta' dawn il-faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta' faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati stipulati fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
ANNESS
“ANNEX V
Lista ta' faċilitajiet u ċentri approvati kif hemm imsemmi fl-Artikolu 6(1)
Kodiċi ISO tal-pajjiż |
Isem tal-pajjiż |
Nurmu tal-approvazzjoni tal-faċilità jew ċentru tal-kwarantina |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT OP Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-KO-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-3-KO-Q2 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-3-ME-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-3-HO-Q-1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT3-KR-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-4-KI-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT-4-VB-Q1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT 6 10 Q 1 |
AT |
L-AWSTRIJA |
AT 6 04 Q 1 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1003 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1010 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1011 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1012 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1013 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1016 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 1017 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3001 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3008 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3014 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 3015 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 4009 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 4017 |
BE |
IL-BELĠJU |
BE VQ 7015 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750016 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750027 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
21750050 |
CZ |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA |
61750009 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BB-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BW-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
BY-4 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
HE-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NI-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-3 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-4 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-5 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-6 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-7 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-8 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
NW-9 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
RP-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
SN-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
SN-2 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
TH-1 |
DE |
IL-ĠERMANJA |
TH-2 |
ES |
SPANJA |
ES/01/02/05 |
ES |
SPANJA |
ES/05/02/12 |
ES |
SPANJA |
ES/05/03/13 |
ES |
SPANJA |
ES/09/02/10 |
ES |
SPANJA |
ES/17/02/07 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/11 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/14 |
ES |
SPANJA |
ES/09/03/15 |
ES |
SPANJA |
ES/09/06/18 |
ES |
SPANJA |
ES/10/07/20 |
FR |
FRANZA |
38.193.01 |
FR |
FRANZA |
32.162.004 |
GR |
IL-GREĊJA |
GR.1 |
GR |
IL-GREĊJA |
GR.2 |
IE |
L-IRLANDA |
IRL-HBQ-1-2003 Unit A |
IT |
L-ITALJA |
003AL707 |
IT |
L-ITALJA |
305/B/743 |
IT |
L-ITALJA |
132BG603 |
IT |
L-ITALJA |
170BG601 |
IT |
L-ITALJA |
068CR003 |
IT |
L-ITALJA |
006FR601 |
IT |
L-ITALJA |
054LCO22 |
IT |
L-ITALJA |
I – 19/ME/01 |
IT |
L-ITALJA |
119RM013 |
IT |
L-ITALJA |
006TS139 |
IT |
L-ITALJA |
133VA023 |
IT |
L-ITALJA |
015RM168 |
MT |
MALTA |
BQ 001 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13000 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13001 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13002 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13003 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13004 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13005 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13006 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13007 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13008 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13009 |
NL |
L-OLANDA |
NL-13010 |
PL |
IL-POLONJA |
14084501 |
PT |
IL-PORTUGALL |
05 01 CQA |
PT |
IL-PORTUGALL |
01 02 CQA |
PT |
IL-PORTUGALL |
03 01 CQAR |
PT |
IL-PORTUGALL |
05 07 CQAA |
UK |
IR-RENJU UNIT |
21/07/01 |
UK |
IR-RENJU UNIT |
21/07/02 |
UK |
IR-RENJU UNIT |
01/08/01 |
UK |
IR-RENJU UNIT |
21/08/01 |
UK |
IR-RENJU UNIT |
24/08/01” |
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/45 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1295/2008
ta’ 18 ta’ Diċembru 2008
dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi terzi
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1234/2007 tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottobru 2007 li jistabilixxi l-organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 192(2) u 195(2) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-importazzjoni tal-ħops mill-pajjiżi li mhumiex membri (2) u ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3076/78 tal-21 ta’ Diċembru 1978 dwar l-ekwivalenza maċ-ċertifikati ta’ attestazzjoni tal-Komunità li jakkumpanjaw il-ħops impurtat minn pajjiżi li mhumiex membri (3) ġew emendati kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Regolamenti għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f'kitba waħdanija. |
(2) |
L-Artikolu 158(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi biex il-ħops u l-prodotti tal-ħops minn pajjiżi terzi jkunu jistgħu jiġu impurtati biss jekk l-istandards tal-kwalità tagħhom huma ta’ mill-inqas ekwivalenti għall-dawk i adottati għall-ħops u l-prodotti tal-ħops maħsuda fil-Komunità jew id-derivattivi tagħhom. Il-paragarafu 2 ta’ dan l-Artikolu jipprovdi b’dana kollu, li dawn il-prodotti jitqiesu li laħqu l-istandards imsemmija hawn fuq jekk ikollhom magħhom ċertifikat maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż ta’ l-oriġini u meqjus bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikat meħtieġ għall-bejgħ tal-ħops u l-prodotti tal-ħops li ġejjin mill-Komunità. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1850/2006 tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-attestazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops (5) jistabbilixxi ħtiġiet ta’ bejgħ stretti ħafna għall-prodotti tal-ħops, u taħlitiet b’mod partikulari. Bħalissa m’hemm l-ebda metodu effettiv ta’ kif ikunu ikkontrollati fuq il-fruntieri li dawn il-ħtiġiet jintlaħqu. L-unika sostituzzjoni possibbli biex dak il-kontroll iseħħ hija ħidma min-naħa tal-pajjiżi esportaturi biex ikunu konformi mal-ħtiġiet ta’ bejgħ tal-Komunità għal dawn il-prodotti. Huwa għalhekk meħtieġ li dawk il-prodotti jkollhom magħhom ċertifikat kif speċifikat fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 12342/2007. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati r-regoli Komunitarji dwar ċertifikazzjoni ta’ ħops, l-Istati Membri għandhom jwettqu spezzjonijiet biex jivverifikaw jekk ħops humiex konformi malħtiġiet minimi għat-tqegħid fis-suq stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1850/2006. |
(5) |
Ċerti pajjiżi terzi aċċettaw li jkunu konformi mal-ħtiġiet preskritti għall-marketing tal-ħops u l-prodotti tal-ħops u awtorizzaw ċerti aġenziji biex joħorġu ċertifikati ta’ l-ekwivalenza. Dawn iċ-ċertifikati għandhom għalhekk ikunu meqjusa bħala ekwivalenti għaċ-ċertifikati tal-Komunità u l-prodotti koperti minnhom mdaħħla għal ċirkolazzjoni ħielsa. |
(6) |
Hija r-responsabbilità ta’ l-organizazzjoni interessata f’dawk il-pajjiżi li mhumiex membri li żżomm l-informażżjoni li tinsab fl-Anness I aġġornata u li żżomm kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni billi tikkomunika lill-Kummisssjoni l-informazzjoni meħtieġa. |
(7) |
Sabiex il-kontroll mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jkun aktar faċli, jeħtieġ li tkun preskritta l-forma u, fejn hemm bżonn, il-kontenut taċ–ċertifikat u r-regoli għall-użu tiegħu. |
(8) |
Sabiex ikunu meqjusa l-prattiċi tal-kummerċ, l-awtoritajiet kompetenti trid tingħatalhom is-setgħa, jekk xi kunsinna tinqasam, biex ikun ippreparaw taħt il-ħarsien tagħhom silta miċ-ċertifikat għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mill-qsim. |
(9) |
B’paragun mas-sistema taċ-ċertifikazzjoni tal-Komunità, ċerti prodotti jridu jkunu eżentati minħabba l-użu tagħhom mit-turija taċ-ċertifikati maħsuba għalihom f’dan ir-Regolament. |
(10) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-Organizzazzjoni Komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dħul ħieles fiċ-ċirkolazzjoni tal-Komunità tal-prodotti mill-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiddependi milli jingħataw provi li l-ħtiġiet speċifikati fl-Artikolu 158(1) ta’ dak ir-Regolament ikunu ntlaħqu.
2. Il-prova msemmija fl-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament għandha tingħata bil-produzzjoni taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 158(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ċertifikat ta’ ekwivalenza”.
Artikolu 2
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, “kunsinna” tfisser ammont ta’ prodott li jkollu l-istess karatteristiċi u jkun mibgħut mill-istess konsenjatur fl-istess żmien lill-istess xerrej.
Artikolu 3
Iċ-ċertifikati li jakkumpanjaw il-ħops u l-prodotti tal-ħops impurtati minn pajjiżi li m’humiex membri maħruġa minn aġenzija uffiċjali awtorizzata mil-pajjiż ta’ l-oriġini u li tidher fl-Anness għandha titqies bħala ċertifikat ta’ ekwivalenza.
L-Anness I għandu jiġi rivedut fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni kkomunikata mill-pajjiżi li mhumiex membri kkonċernati.
Artikolu 4
1. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza għandu jkun imħejji għal kull kunsinna u għandu jikkonsisti minn oriġinal u żewġ kopji li jridu jsiru fuq il-formola li taqbel mal-mudell muri fl-Anness I t’hawnhekk skond l-istruzzjonijiet mogħtija fl-Anness IV t’hawnhekk.
2. Iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jkun validu biss jekk jimtela fil-ħin u jkun awtentikat minn waħda mill-awtoritajiet disposti fl-Anness I.
3. Iċ-ċertifikat li jkun awtentikat fil-ħin huwa wieħed li juri d-data u l-post tal-ħruġ u li jkun ġie ffirmat u għandu t-timbru ta’ l-awtorità li ħarġitu.
Artikolu 5
1. Kull unità tal-ippakkjar koperta minn ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jrid ikollha fuqha dawn id-dettalji li ġejjin b’waħda mil-lingwi uffiċċjali tal-Komunità:
(a) |
id-deskrizzjoni tal-prodott; |
(b) |
il-varjetà jew il-varjetajiet; |
(ċ) |
il-pajjiż ta’ l-oriġni,; |
(d) |
il-marki u n-numri li jidhru fis-sezzjoni 9 taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt minnu. |
2. Id-dettalji previsti fl-ewwel paragrafu jridu jidhru b’mod li jinqara, b’tipi li ma jitħassrux ta’ daqs egwali fuq in-naħa ta’ barra tal-pakkett.
Artikolu 6
1. F’każ li kunsinna koperta miċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza hi maqsuma u mibgħuta mill-ġdid qabel ma ssir iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tagħha, parti miċ-ċertifikat irid jissawwar għal kull kunsinna ġdida li tirriżulta mil-qsim.
Iċ-ċertifikat għandu jkun mibdul bin-numru meħtieġ ta’ estratti miċ-ċertifikat.
Kull estratt għandu jissawwar mill-parti konċernata f’oriġinal wieħed u żewġ kopji fuq formola li taqbel mal-mudell mogħti fl-Anness III ta’ dan u skond id-disposizzjonijiet disposti fl-Anness IV.
2. L-awtoritajiet doganali għandhom jiffirmaw kif meħtieġ l-oriġinal u ż-żewġ kopji taċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, u jerġgħu jiffirmaw l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt.
Huma għandhom iżommu l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza, jibagħtu ż-żewġ kopji lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006 u jibgħat lura l-oriġinal u ż-żewġ kopji ta’ kull estratt lill-persuna kkonċernata.
Artikolu 7
Meta jintemmu l-formalitajiet doganali meħtieġa għad-dħul f’ċirkolazzjoni fil-Komunità tal-prodott li għalih iċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza, l-estratt l-oriġinal u żewġ kopji jridu jingħataw lill-awtoritajiet doganali li jerġgħu jiffirmawhom, u jżommu l-oriġinal. L-awtoritajiet doganali jridu jgħaddu kopja waħda lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006, tal-Istat Membru li fih il-prodott ikun jista jidħol f’ċirkolazzjoni ħielsa. It-tieni kopja trid tasal lura għand l-importatur, li jrid iżommha għall-inqas għal tliet snin.
Artikolu 8
Jekk il-kunsinna terġa tinbiegħ jew tinqasam wara li tkun tpoġġiet fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa, il-prodott irid ikun akkumpanjat b’fattura jew b’dokumenti kummerċjali oħra miġbuda mill-venditur, li jagħtu in-numru ta’ riferenza ta’ l-attestazzjoni ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, flimkien ma’ l-isem ta’ l-awtorità li ħarġithom.
L-informazzjoni li ġejja, li tidher, skond il-każ, fiċ-ċertifikat ta’ l-ekwivalenza jew l-estratt, għandhom jidhru wkoll fid-dokoument kummerċjali jew il-kont:
(a) |
għall-ħops:
|
(b) |
għall-prodotti magħmula mill-ħops, flimkien mad-dettalji msemmija taħt punt (a): il-post u d-data ta’ l-ipproċessar; |
Artikolu 9
1. L-Istati Membri għandhom regolarment iwettqu spezzjonijiet saltwarjament sabiex jivverifikaw jekk ħops li huma importati skond l-Artikolu 158 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 humiex konformi mal-ħtiġiet minimi ta’ tqegħid fis-suq stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1850/2006.
2. Huma għandhom jirraportaw lill-Kummissjoni, kull sena sat-30 ta’ Ġunju, dwar il-frekwenza, it-tip u r-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet li jkunu saru matul is-sena qabel dik id-data. L-ispezzjonijiet għandhom ikopru ta’ l-inqas 5 % tan-numru ta’ konsenji ta’ ħops li huma mistennija li jkunu importati minn pajjiż terz fl-Istat Membru in kwistjoni matul din is-sena.
3. Jekk l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jsibu li l-kampjuni eżaminati ma jissodisfawx il-ħtiġiet minimi tat-tpoġġija fis-suq imsemmija fil-paragrafu 1, il-konsennji korrispondenti ma jistgħux jiġu mpoġġija fuq is-suq tal-Komunità.
4. Jekk xi Stat Membru jiskopri li l-karatteristiċi ta’ xi prodott m’humiex konformi mad-dettalji mniżżla fl-attestazzjoni ta’ ekwivalenza li tkun mal-prodott għandu javża lill-Kummissjoni dwar dan.
Skond il-proċedura msemmija fl- Artikolu 195(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007, tista’ tittieħed deċiżjoni biex tiġi rtirata l-aġenzija li tkun ħarget l-attestazzjoni ta’ ekwivalenza għal dawn il-prodotti mil-lista disposta fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 10
Bħala deroga minn dan ir-Regolament, la t-turija ta’ l-attestazzjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) lanqas il-konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5, m’huma meħtieġa għad-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-ħops u l-prodotti tal-ħops segwenti meta l-piż għal kull pakkett individwali ma jeċċedix il-1 kilogramm fil-każ tal-koni tal-ħops u t-trab tal-ħops u 300 gramm fil-każ ta’ l-estratti tal-ħops:
(a) |
pakketti żgħar għall-bejgħ lill-individwi privati għall-użu personali tagħhom; |
(b) |
għal esperimenti xjentifiċi u tekniċi; |
(ċ) |
għall-fieri koperti mill-ftehim doganali speċjali għall-fieri. |
Id-deskrizzjoni, l-piż u l-użu aħħari tal-prodott irid jidher fuq il-pakkett.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 u (KEE) Nru 3077/78 huma mħassarin.
Referenzi għar-Regolamenti li ġew imħassara għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 367, 28.12.1978, p. 17.
(3) ĠU L 367, 28.12.1978, p. 28.
(4) Ara l-Anness V.
(5) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 72.
ANNESS I
AĠENZIJI AWTORIZZATI BIEX JOĦORĠU ATTESTAZZJONIJIET
Korni tal-ħops kodiċi tan-NM:ex 1210
Trabijiet tal-ħops kodiċi tan-NM: ex 1210
Limfi u estratti tal-ħops kodiċi tan-NM: 1302 13 00
Pajjiż ta’ oriġini |
Aġenziji awtorizzati |
Indirizz |
Kodiċi |
Telefown |
Fax |
Indirizz elettroniku (volontarju) |
||||
L-Awstralja |
Quarantine Services Department of Primary Industries & Water |
|
(61-3) |
6233 3352 |
6234 6785 |
|
||||
Il-Kanada |
Plant Protection Division, Animal and Plant Health Directorate, Food Production and Inspection Branch, Agriculture and Agri-food Canada |
|
(1-613) |
952 8000 |
991 5612 |
|
||||
Ċina |
Tianjin Airport Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-22) |
2813 4078 |
28 13 40 78 |
ciqtj2002@163.com |
||||
Tianjin Economic and Technical Development Zone Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-22) |
662 98343 |
662 98245 |
zhujw@tjciq.gov.cn |
|||||
Inner Mongolia Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-471) |
434 1943 |
434 2163 |
zhaoxb@nmciq.gov.cn |
|||||
Xinjiang Entry-Exit Inspection and Quarantine Bureau of the People's Republic of China |
|
(86-991) |
464 0057 |
464 0050 |
xjciq_jw@xjciq.gov.cn |
|||||
New Zealand |
Ministry of Agriculture and Fisheries |
|
(64-4) |
472 0367 |
474 424 472-9071 |
|
||||
Gawthorn Institute |
Private Bag Nelson |
(64-3) |
548 2319 |
546 9464 |
|
|||||
Serbja |
Naucni Institute za Ratarstvo/Zavod za Hmelj sirak I lekovito bilje |
21470 Backi Petrovac |
(38-21) |
780 365 |
621 212 |
berenji@eunet.yu |
||||
L’Afrika t’Isfel |
CSIR Food Science and Technology |
|
(27-12) |
841 3172 |
841 3594 |
|
||||
L-Iżvizzera |
Labor Veritas |
|
(41-44) |
283 2930 |
201 4249 |
admin@laborveritas.ch |
||||
L-Ukranja |
Productional-Technical Centre (PTZ) Ukrhmel |
|
(380) |
37 2111 |
36 7331 |
|
||||
L-Istati Uniti |
Washington Department of Agriculture State Chemical and Hop Lab |
|
(1-509) |
225 7626 |
454 7699 |
|
||||
Idaho Department of Agriculture Division of Plant Industries Hop Inspection Lab |
|
(1-208) |
332 8620 |
334 2283 |
|
|||||
Oregon Department of Agriculture Commodity Inspection Division |
|
(1-503) |
986 4620 |
986 4737 |
|
|||||
California Department of Food and Agriculture (CDFA-CAC) Division of Inspection Services Analytical Chemistry Laboratory |
|
(1-916) |
445 0029 jew 262 1434 |
262 1572 |
|
|||||
USDA, GIPSA, FGIS |
|
(1-503) |
326 7887 |
326 7896 |
|
|||||
USDA, GIPSA, TSD, Tech Service Division, Technical Testing Laboratory |
|
(1-816) |
891 0401 |
891 0478 |
|
|||||
Iż-Żimbabwe |
Standards Association of Zimbabwe (SAZ) |
|
(263-4) |
88 2017, 88 2021, 88 5511 |
88 2020 |
info@saz.org.zw saz.org.zw |
ANNESS IV
REGOLI LI JIRREGOLAW IL-FORMOLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 u 6
I. IL-KARTA
Il-karta li trid tintuża’ hi karta bajda li tiżen mill-inqas 40 g/m2.
II. DAQS
Id-daqs huwa ta’ 210 × 297mm.
III. LINGWI
A. |
Iċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità; dan jista’ jkun stampata ukoll bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-ħruġ. |
B. |
L-estratt miċ-ċertifikat tal-ekwivalenza għandu jkun stampat f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità nnominata mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru li joħroġhom. |
IV. MILI TAL-FORMOLI
A. |
Il-formoli għandhom jimtlew bit-typing jew bl-idejn; fil-każ tal-aħħar, iridu jimtlew bil-linka b’mod li jinqara u bl-ittri ċari kbar. |
B. |
Kull formola hi individwalizzata b’numru mogħti mill-awtorità li toħroġhom, dan in-numru jkun l-istess għall-oriġinal u ż-żewġ kopji tiegħu. |
Ċ. |
Fil-każ taċ-ċertifikat ta’ ekwivalenza u partijiet minnu:
|
ANNESS V
Regolamenti mħassra flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tagħhom
Ir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1465/79 tal-Kummissjoni |
l-Artikolu 2 biss u li tikkonċerna r-referenzi magħmula fl-Artikolu 3 fir-Regolament (KEE) Nru 3076/78 |
Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni |
l-Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2264/91 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2940/92 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 717/93 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2918/93 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3077/78 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 673/79 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1105/79 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 1466/79 tal Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3042/79 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3093/81 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 541/85 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3261/85 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3589/85 tal-Kummissjoni |
l-Artikolu 1(2) biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 1835/87 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 3975/88 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 4060/88 tal-Kummissjoni |
l-Artikolu 2 biss |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2835/90 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2238/91 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KEE) Nru 2915/93 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 812/94 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 1757/94 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 201/95 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 972/95 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 2132/95 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 539/98 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 81/2005 tal-Kummissjoni |
|
Ir-Regolament (KE) Nru 495/2007 tal-Kummissjoni |
|
ANNESS VI
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 3076/78 |
Regolament (KEE) Nru 3077/78 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
|
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(3) |
|
Artikolu 2 |
|
Artikolu 1, l-ewwel frażi |
Artikolu 3, l-ewwel subparagrafu |
|
Artikolu 1, it-tieni frażi |
Artikolu 3, it-tieni subparagrafu |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 3(1), frażi tal-bidu |
|
Artikolu 5(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 3(1), l-ewwel sar-raba' inċiż |
|
Artikolu 5(1)(a) sa (d) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 5(2) |
Artikolu 4 |
|
— |
Artikolu 5(1), l-ewwel frażi |
|
Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(1), it-tieni frażi |
|
Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 5(1), it-tielet frażi |
|
Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(2), l-ewwel frażi |
|
Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 5(2), it-tieni frażi |
|
Artikolu 6(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 6 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 7, l-ewwel subparagrafu, it-tieni frażi u punt 1 |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 7, punt 1(a), kliem introduttorju |
|
Artikolu 8, it-tieni paragrafu punt (a), kliem introduttorju |
Artikolu 7, punt 1(a), l-ewwel inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(i) |
Artikolu 7, punt 1(a), it-tieni inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(ii) |
Artikolu 7, punt 1(a), it-tielet inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iii) |
Artikolu 7, punt 1(a), ir-raba’ inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(iv) |
Artikolu 7, punt 1(a), il-ħames inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) |
Artikolu 7, punt 1(a), is-sitt inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (a)(vi) |
Artikolu 7, punt 1(a), is-seba’ inċiż |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagarfu, punt (a)(vii) |
Artikolu 7, punt 1(b) |
|
Artikolu 8, it-tieni subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 7, punt (2) |
|
— |
Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, l-ewwel frażi |
|
Artikolu 9(1) |
Artikolu 7a, l-ewwel subparagrafu, it-tieni u t-tielet frażi |
|
Artikolu 9(2) |
Artikolu 7a, it-tieni subparagrafu |
|
Artikolu 9(3) |
Artikolu 7a, it-tielet subparagrafu. l-ewwel frażi |
|
Artikolu 9(4), l-ewwel subpargrafu |
Artiokolu 7a, it-tielet subparagrafu, it-tieni frażi |
|
Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 9 |
|
— |
Artikolu 10 |
|
— |
— |
— |
Artikolu 11 |
— |
— |
Artikolu 12 |
|
Anness |
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
Anness II |
|
Anness III |
Anness III |
|
— |
Anness IV |
|
Anness IV |
— |
— |
Anness V |
— |
— |
Anness VI |
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/57 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1296/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 t’Ottubru 2007 dwar l-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Bl-arranġamenti magħmulin fl-Uruguay Round dwar negozjati fuq negozju multi-laterali, il-Komunità aċċettat, mis-sena tal-marketing 1995/96, illi tapplika kwoti ta’ tariffi mnaqqsin għall-importazzjoni fil-Portugal ta’ 500 000 tunnellata ta’ qamħirrum u għall-Spanja ta’ zewġ miljun tunnellata ta’ qamħirrum u 300 000 tunnellata ta’ sorgu rispettivament. Fil-każ ta’ kwota ta’ prodotti importati fi Spanja, l-kwantitajiet ta’ ċerti sostituti tal-qamħa importati fi Spanja jridu jiġu mnaqqsa proporzjonalment għat-total ta’ kwantitajiet importati. Fil-każ ta’ kwota miftuħa għall-importazzjoni ta’ qamħirrum fil-Portugall, id-dazju ta’ importazzjoni mħallas m’għandux jaqbeż EUR 50 kull tunnellata. |
(3) |
Sabiex tiġi assigurata ġestjoni tajba tal-kwoti “abatimento”, jeħtieġ li jiġu pprovduti metodi simili ta’ kif jitqiesu l-importazzjonijiet tal-qamħirrum u s-sorgu li jsiru fi Spanja u l-Portugall. |
(4) |
Sabiex jintlaħaq dan il-għan u jiġi ggarantit segwitu effettiv tar-reġim u ta’ l-obbligi internazzjonali tal-Komunità mill-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni l-importazzjonijiet li għandhom jiġu kkalkulati bħala kwoti “abatimento” u li jiġi pprovdut li Spanja u l-Portugall jikkomunikaw lill-Kummissjoni, kull xahar, l-importazzjonijiet li tassew ikunu saru għall-prodotti kkonċernati, filwaqt li jiġi ppreċiżat il-metodu ta’ kalkolu użat. |
(5) |
Il-perjodu stabbilit għall-importazzjoni tal-qamħirrum fil-Portugall u tal-qamħirrum u s-sorgu ġewwa l-Ispanja, kif ukoll jittieħed kont ta’ l-importazzjonijiet eventwali ta’ prodotti sostituti differenti huma bbażati fuq is-sena kalendarja. |
(6) |
Il-kwantità tal-qamħirrum importat fil-Portugall u tal-qamħirrum u sorgu li għandha tiġi importata ġewwa l-Ispanja f’sena partikolari, mnaqqsa bil-kwantitajiet ta’ ċerti sostituti tal-qamħ importati ġewwa l-Ispanja matul l-istess sena, fit-tmiem tas-sena ma jippermettix li wieħed jistabbilixxi l-bilanċ ta’ qamħirrum u sorgu li jkun fadallu jiġi importat fis-sena partikolari. Għaldaqstant, il-perjodu li matulu l-importazzjonijiet jistgħu jiġu riżervati kontra xi sena għandu jkun jista’ jiġi estiż, f’każ ta’ bżonn, għax-xhur ta’ Jannar u Frar tas-sena ta’ wara. |
(7) |
Huwa fl-interess tal-operaturi Komunitarji li jiżguraw kunsinna xierqa bi prezzijiet stabbli ta’ prodotti konċernati fis-suq Komunitarju u fl-istess waqt għandhom jevitaw riskji bla bżonn u eċċessivi kif ukoll taqlib tas-suq fil-forma ta’ tlugħ u nżul estremi fil-prezzijiet. Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkonsidra s-swieq internazzjonali kif qed jevolvu, il-kundizzjonijiet tal-kunsinna fi Spanja u l-Portugall, u r-rabtiet internazzjonali tal-Komunita’, għandha tiddeċiedi jekk hux meħtieġ tnaqqis fid-dazji ta’ importazzjoni applikabbli li huma ffissati skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta’ Ġunju 1996 dwar ir-regoli ta’ applikazzjoni (dazji ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) 1766/92 (4) sabiex tiżgura li l-kwoti ta’ importazzjoni għall-prodotti konċernati jiġu kompletament milħuqin. |
(8) |
Sabiex tiżgura illi dawn il-kwoti jiġu applikati, trid issir dispożizzjoni għax-xiri dirett mis-suq globali jew applikazzjoni ta’ sistema ta’ riduzzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni stabbilita skond ir-Regolament (KE) Nru 1249/96. |
(9) |
L-assjem ta’ vantaġġi mogħtija fl-arranġamenti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 (5), li japplika għall-prodotti mportati fil-Komunità ta’ sorgu u qamħirrum li joriġinaw f’ċerti Stati li huma parti mill-grupp ta’ l-Istati Afrikani, l-Karibew u l-Paċifiku (ACP) u skond dan ir-Regolament huwa soġġett illi joħloq disturbi fis-suq ta’ ċereali Spanjol jew Portugiż. Dik id-diffikultà tista’ tingħeleb billi jiġi stabbilit tnaqqis speċjali tat-taxxa fuq il-qamħirrum u sorgu importati skond dan ir-Regolament. |
(10) |
F’każ ta’ xiri dirett fis-suq globali, u bl-iskop illi tgħin sabiex l-attività titwettaq skond l-aħjar kundizzjonijiet u b’mod partikolari bl-inqas spejjez ta’ xiri u trasport, trid tiġi organizzata sejħa għall-offerti għall-provediment u trasport għal-imħażen nominati mill-aġenzija li tħallas jew mill-aġenzija li tintervjeni konċernata. Trid issir disposizzjoniji għall-offerti illi jsiru għall-lottijiet individwali skond il-possibilitajiet ta’ ħażna disponibbli f’ċerti lokalitajiet fl-Istati Membri konċernati u ppubblikati fin-notifika tas-sejħa tal-offerta. |
(11) |
Jridu jiġu adottati regoli dettaljati dwar l-organizazzjoni tas-sejħiet biex isiru l-offerti għar-riduzzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni u għax-xiri dirett mis-suq globali, u l-kundizzjonijiet tal-għoti ta’ offerti u t-tpoġġija u r-rilaxx ta’ garanziji illi jiżguraw konformità ma’ l-obbligazzjonijiet tal-persuna li ħadet l-offerta jridu jiġu ċċarati. |
(12) |
Bl-iskop ta’ ekonomija soda u maniġjar finanzjarju ta’ l-attivitajiet ta’ xiri in-kwistjoni u b’mod partikolari biex ma’ jkunx hemm riskji sproporzjonati u eċċessivi għall min jopera in vista ta’ prezzijiet prevedibbli fis-swieq Spanjoli u Portugiżi, trid issir dispożizzjoni sabiex jiġu impurtati fis-suq, b’rata ta’ dazju mnaqqsa, ċereali illi ma’ jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ kwalità msemmijin fis-sejħa ta’ offerti. F’dak il-każ, madanakollu, it-tnaqqis fid-dazju ma’ jistax ikun akbar mill-ammont l-aħħar stabbilit għar-riduzzjoni in-kwistjoni. |
(13) |
Trid issir disposizzjoniji biex tkopri l-attivitajiet li jinħolqu permezz ta’ dan ir-Regolament skond mekkaniżmi msemmijin fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju dwar iffinanzjar tal-politika komuni agrikola (6). |
(14) |
Il-miżuri msemmijin f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni ta’ l-organizazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
ĠENERALI
Artikolu 1
1. Kwoti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għal ċirkulazzjoni libera ġewwa l-Ispanja, ta’ kwantità massima kull sena ta’ 2 miljun tunnellati qamħirrum u 300 000 tunnellati sorgu għandhom jinfetħu fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. L-importazzjonijiet taħt dawk il-kwoti għandhom jiġu effettwati kif stabbilit f’dan ir-Regolament.
2. Għandha tinfetaħ kwota ta’ importazzjoni fl-1 ta’ Jannar ta’ kull xahar għal kwantità massima ta’ 0,5 miljun tunnellata qamħirrun biex jinħarġu għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fil-Portugall. L-importazzjonijiet fi ħdan din il-kwota jsiru fuq bażi annwali skond il-kundizzjonijiet definiti minn dan ir-Regolament.
3. F’każ ta’ diffikultajiet tekniċi illi tinduna bihom il-Kummissjoni jista’ jiġi iffissat perijodu ta’ importazzjoni li jaqbeż dak il-limitu ta’ żmien stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2), tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
4. It-tnaqqis fid-dazju ta’ l-importazzjoni fuq il-qamħirrum iebes stabbilit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ma japplikax taħt il-kwoti previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 2
1. Il-kwantitajiet għall-importazzjoni ġewwa l-Ispanja li għalihom issir referenza fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu mnaqqsa kull sena b’mod proporzjonat mal-kwantitajiet ta’ fdalijiet ta’ lamtu manifatturat mill-qamħirrum li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 2303 10 19 u 2309 90 20, fond u skart tal-proċess tal-produzzjoni tal-birra jew tad-distillazzjoni li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2303 30 00 u fdalijiet tal-polpa taċ-ċitru li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2308 00 40 impurtati ġewwa l-Ispanja minn pajjiżi terzi matul is-sena partikolari.
2. Il-Kummissjoni għandha tirriżerva għall-kwoti msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2):
(a) |
il-kwantitajiet ta’ qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00) u ta’ sorgu (kodiċi NM 1007 00 90) importati fi Spanja kull sena kalendarja u l-kwantitajiet ta’ qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00) importati fil-Portugall u, jekk meħtieġ, sa l aħħar tax-xahar ta’ Mejju tas-sena ta’ wara; |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ residwi tal-manifattura tal-lamtu mill-qamħirrun, il-fdalijiet tal birrerija u d-distillazzjoni u l-iskart u r-residwi mil-lbieba taċ-ċitru msemmija fil paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu importat fi Spanja waqt is-sena kalendarja; |
Meta kwantitajiet irriżervati għax-xhur wara s-sena kalendarja ta’ referenza skond l-ewwel subparagrafu, dawn il-kwantitajiet ma jistgħux jiġu rriżervati aktar għas-sena kalendarja ta’ wara.
3. Għall-finijiet tar-riżervazzjoni previst fil-paragrafu 2, mhumiex qed jitqiesu l-importazzjoniiet tal-qamħirrum fi Spanja u l-Portugall li saru b’applikazzjoni ta’ l-atti li ġejjin.
(a) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 (7); |
(b) |
Id-Deċiżjoni 2005/40/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (8); |
(ċ) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/580/KE (9); |
(d) |
Ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 969/2006 (10). |
Artikolu 3
L-awtoritajiet kompetenti ta’ Spanja u l-Portugall għandhom jikkomunikaw elettronikament lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ kull xahar, il-kwantitajiet tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 2(2), li jkunu ġew importati tul it-tieni xahar ta’ qabel, fuq il-bażi tal-mudell fl-Anness I.
Artikolu 4
1. Il-kwantitajiet ta’ qamħirrum u sorgu msemmijin fl-Artikolu 1(1) għandhom jingħataw għall-ipproċessar jew użu fi Spanja.
2. Il-kwantitajiet ta’ qamħirrum msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandhom jingħataw għall-ipproċessar jew użu fil-Portugall.
Artikolu 5
L-importazzjonijiet għandhom ikunu effetwati lill-Spanja u l-Portugall, bħala parti minn dawn il-kwoti u fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 1, billi jiġi applikata sistema ta’ tnaqqis ta’ dazju ta’ importazzjoni kif prevista fl-Artikolu 6, jew permezz ta’ xiri dirett fis-suq dinji.
IL-KAPITOLU II
IMPORTAZZJONI BIR-RIDUZZJONI TA’ DAZJU TA’ IMPORTAZZJONI
Artikolu 6
1. Bla ħsara għall-Artikolu 15, għall-importazzjoni ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u l-Portugall u importazzjonita’ qamħirrum fil-Portugall, fil-limiti kwantitattivi stabbiliti fl-Artikolu 1 (1) u (2), tista’ applikata riduzzjoni għad-dazju ta’ importazzjoni ffissat skond ir-Regolament (KE) Nru 1249/96.
2. Il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra il-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti, għandha tiddeċiedi jekk it-tnaqqis previst fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat, sbaiex jiġi żgurat li l kwoti ta’ importazzjoni jiġu milħuqa.
3. Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tapplika tali tnaqqis, l-ammont tat-tnaqqis għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta’ rata fissa jew bi proċedura ta’ sejħa għall-offerti, f’ livell li fl-ewwel lok jevita distorsjoni fis-swieq Spanjoli u Portugiżi bħala riżultat ta’ importazzjoni f’dawk il pajjiżi, u fit-tieni lok, li jħalli l-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, (1) u (2) jiġu attwalment importati.
4. L-ammont tar-rata fissa ta’ riduzzjoni u, jekk ir-riduzzjoni hi ffissata skond il-proċedura ta’ sejħiet għall-offerti msemmija fl-Artikolu 8(1), l-ammont ta’ l-aħħar riduzzjoni, għandu jiġi stabbilit skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.
F’każ ta’ importazzjoni fil-Portugall, l-ammont ta’ riduzzjoni msemmi fil-paragrafu 3 għandu jiġi ffissat b’tali mod illi d-dazju mħallas ma’ jaqbiżx EUR 50 kull tunnellata.
Jista’ jkun hemm differenza fit-tnaqqis ta’ importazzjoni ta’ qamħirrum u/jew sorgu skond ir Regolament (KE) Nru 1528/2007.
5. It-tnaqqis tad-dazju ta’ importazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi applikat għall-importazzjoni fi Spanja ta’ qamħirrum li huma skond il- Kodiċi NM 1005 90 00 u sorgu li jhuwa skond Kodiċi NM 1007 00 90 u importazzjoni fil-Portugal ta’ qamħirrum li huwa skond il-Kodiċi NM 1005 90 00, li huma koperti b’liċenzi maħruġin mill-awtoritajiet Spanjoli u Portugizi kif preskritti f’dan ir-Regolament u bil-kunsens tal-Kummissjoni. Dawn il-liċenzi għandhom ikunu validi fl-Istati Membri fejn ġew maħruġin biss.
Artikolu 7
1. Tista’ tiġi organizzata proċedura ta’ sejħa għall-offerti għat-tnaqqis fid-dazju fuq l-importazzjoni. F’kazijiet bħal dawn, il-partijiet interessati għandhom jirrispondu għas-sejħa għall-offerti jew billi jippreżentaw offerta bil-miktub lill-korp kompetenti speċifikat fis-sejħa għall-offerti, li għandu joħorġilhom irċevuta, jew billi jibagħtu dik l-offerta lil dan ta’ l-aħħar permezz ta’ ittra reġistrata, telex, fax jew telegramma.
2. L-offerti jridu jagħtu:
(a) |
ir-riferenza tas-sejħa għall-offerti; |
(b) |
l-isem u l-indirizz eżatt tal-persuna illi ser titfa’ l-offerta, kif ukoll in-numru tat-telex jew telefax; |
(ċ) |
in-natura u l-kwantità tal-prodott li ser jiġi importat; |
(d) |
l-ammont għall kull tunellata tar-riduzzjoni fid-dazju ta’ importazzjoni f’euros; |
(e) |
il-post ta’ l-oriġini taċ-ċereali li ser jiġu importati. |
3. Is-sejħiet għall-offerti jrid ikollhom magħhom:
(a) |
xiehda illi l-persuna li aċċettat is-sejħa għall-offerta poġġiet garanzija ta’ EUR 20 għall kull tunnellata; u |
(b) |
il-persuna li aċċettat is-sejħa tidħol fl-obbligu bil-miktub illi, fiż-żmien jumejn min notifika illi ntrebaħ il-kuntratt, hi ser tagħti lill-korp kompetenti konċernat applikazzjoni għall-liċenza ta’importazzjoni għall-kwantità li ntrebaħ, u li ser timporta mill-pajjiż ta’ oriġini speċifikat fis-sejħa għall offerti. |
4. Offerti jridu jsemmu pajjiż ta’ oriġini wieħed biss; ma jistgħux jaqbżu il-kwantità massima disponibbli għall kull limitu ta’ zmien ta’ sejħiet għall-offerti.
5. Offerti li m’humiex preżentati skond il-paragrafi 1 sa 4 jew li għandhom kundizzjonijiet oħrajn barra dawk li huma stipulati fl-offerta mhux ser jiġu kunsidrati.
6. Offerti ma’ jistgħux jiġu rtirati.
7. Offerti jridu jintbagħtu lil-Kummissjoni mill-korp kompetenti mhux aktar tard minn sagħtejn wara l-egħluq taż-żmien għat-tpoġġija ta’ offerti kif speċifikat fis-sejħa għall-offerti. Iridu jingħataw fil-formula murija fl-Anness II.
Meta ma jingħataw l-ebda offerti, l-Istati Membri konċernati jridu jinfurmaw lill-Kummisjoni fl-istess limitu ta’ żmien.
Artikolu 8
1. A bażi ta’ offerti mgħotija u mibgħuta skond proċedura ta’ offerti għar-ta’ dazju ta’ importazzjoni l-Kummissjoni trid tiddeċiedi, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar- Regolament (KE) Nru 1234/2007:
(a) |
illi tiffissa r-rata ta’ riduzzjoni ta’ dazju ta’ importazzjoni, jew ma’ tkomplix il proċedura ta’ offerti; |
(b) |
meta jiġi deċiż illi tiġi iffissata riduzzjoni massima ta’ dazju ta’ importazzjoni, kull offerta jew offerti. |
Għall-ammont ekwivalenti (jew anqas) mir-riduzzjoni massima, għandhom jiġu aċċettati. Madankollu, fejn ir-riduzzjoni massima fissata skond il-proċedura ta’ offerta għal ġimgħa mogħtija twassal għall-aċċettazzjoni ta’ kwantitajiet li jaqbżu il-kwantitajiet li jibqgħu għall importazzjoni, l-persuna li tefgħet l-offerta illi taqbel mar-riduzzjoni massima aċċettata għandha tingħata kwantità ekwivalenti għad-differenza bejn is-somma tal-kwantitajiet li applikat għalihom fl-offerti l-oħrajn li ġew aċċettati u l-kwantità disponibbli. Meta t-tnaqqis massimu fissat jaqbel ma’ diversi offerti, l-kwantità li trid tingħata għandha tkun maqsuma bejn il-persuni li għamlu l-offerta skond il-kwantitajiet rispettivi li għalihom huma għamlu l offerta.
2. L-awtoritajiet kompetenti fi Spanja jew il-Portugall iridu javżaw lil dawk li jitfgħu l-offerti kollha bil-miktub x’ġara mill-offerti tagħhom malli l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.
Artikolu 9
1. Applikazzjonijiet għal-liċenza għandhom jingħataw f’formoli stampat u/jew magħmulin skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (11). Meta rata fissa ta’ riduzzjoni tiġi adottata mill-Kummissjoni, l-applikazzjonijiet iridu jintbagħtu fl-ewwel jumejn ta’ xogħol ta’ kull ġimgħa. Meta r-riduzzjoni fid-dazju tingħata skond proċedura ta’ offerti, l-applikazzjonijiet iridu jintbgħatu, għal kwantità li intrebħet, fi żmien jumejn minn meta irċevew notifika illi rebħu, li juru ir-riduzjoni kif proposta fl-offerta.
2. Section 24 of licence applications and licences shall contain one of the entries listed in Annex III.
3. Meta tapplika rata fissa ta’ tnaqqis, l-applikazzjonijiet għall-liċenzja għandhom jiġu kkunsidrati meta tingħata prova li ngħatat garanzija ta’ EUR 20 kull tunnellata favur l awtorità kompetenti konċernata biss.
Artikolu 10
1. Applikazzjonijiet għall-liċenza jrid ikollhom impenn bil-miktub mill-applikant, li jagħti, sa mhux aktar tard mid-data tal-ħruġ tal-liċenza, garanzija illi jagħti ammont għall kull tunnellata ekwivalenti għar-rata fissa ta’ tnaqqis ta’ dazju li ingħatat jew dik ir-riduzzjoni proposta fl-offerta.
2. Il-livell ta’ garanzija msemmi fl-Artikolu 12(a) tar-Regolament tal-Kummissijoni (KE) Nru 1342/2003 (12) għandu japplika għall liċenzi ta’ importazzjoni maħruġin skond dan ir Regolament.
3. Meta rata fissa ta’ tnaqqis ġiet addottata mill-Kummissjoni, r-rata ta’ tnaqqis u r-rata ta’ dazju ta’ importazzjoni applikata għandha tkun dik li tapplika fil-ġurnata meta ċ-ċertifikat ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ġie aċċetat mill-uffiċċju tad-dwana.
4. Meta t-tnaqqis ġie iffissat skond proċedura ta’ sejħiet għall-offerti, r-rata ta’ dazju applikata għandha tkun dik li tapplika fil-ġurnata meta iċ-ċertifikat ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ġie aċċettat mill-uffiċju tad-dwana. Barra minn hekk, l-ammont ta’ tnaqqis mgħoti jrid jidher fis-sezzjoni 24 tal-liċenza.
Madanakollu, fil-każ ta’ importazzjonijiet effetwati wara l-aħħar tax-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza ta’ importazzjoni, jekk ix-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza jkun bejn Ottubru u Mejju inklużi l-ammont tat-tnaqqis mogħti għandu jiżdied b’ammont li jkun daqs id-differenza bejn il-prezz ta’ intervent fis-seħħ fix-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenza miżjud b’ 55 % u l-prezz fis-seħħ fix-xahar li fih iċ-ċertifikat ta’ rilaxx għal ċirkolazzjoni libera jkun aċċettat miżjud bl-istess perċentwali. Fil-każ ta’ liċenzi maħruġa qabel l-1 ta’ Ottubru u wżati minn dik id-data, l-ammont ta’ tnaqqis mogħti għandu jitnaqqas b’ammont li jiġi kalkolat bl-istess mod.
5. Applikazzjonijiet ikunu validi biss jekk:
(a) |
ma jaqbżux il-kwantità massima disponibbli għall kull limitu ta’ żmien li fih jingħataw l-applikazjonijiet, u |
(b) |
jkollhom prova illi in-negozju ta’ l-applikant jinkludi kummerċ internazzjonali fiċ-ċereali fl-Istati Membri li qedgħin jimportaw. Għall iskop ta’ dan l-Artikolu din il-prova trid tikkonsisti fil-prezentazzjoni lill-awtorità kompetenti jew kopja ta’ ċertifikat ta’ ħlas tat-taxxa għal valur miżjud fl-Istat Membru konċernat jew ta’ kopja ta’ jew ċertifikat ta’ permess tad-dwana maħrug mill-Istat Membru konċernat għal-licenza ta’ importazzjoni jew esportazzjoni jew riċevuta li għandha x’taqsam ma’ negozju fil-Komunità fl-isem ta’ l-applikant għall-attività magħmula f’xi sena matul it-tlett snin ta’ qabel. |
6. L-awtoritajiet doganali ta l-Istat Membru li jimporta għandhom jieħdu kampjuni rappreżentativi minn kull kunsinna mportata skond l-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 76/371/KEE (13), sabiex jiġi stabbilit il-kontenut ta’ qamħ żġieġi, u dana billi jintużaw il-metodu u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96.
Artikolu 11
1. Meta rata fissa ta’ riduzzjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni, liċenzi għandhom jinħarġu, fil-limiti tal-kwantitajiet disponibbli, mhux aktar tard minn jum il-Ġimgħa li jiġi wara l-aħħar ġurnata għall-preżentazzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 9(1). Meta l-Ġimgħa ma tkunx ġurnata ta’ xogħol, għandhom jinħarġu fl-ewwel jum ta’ xogħol li jkun imiss.
Jekk l-applikazzjonijiet li jkunu saru għal ġimgħa jkunu għall kwantitajiet li jaqbżu dawk il-kwantitajiet li għadhom disponibbli ta’ qamħirrum u sorgu fi Spanja u tal-qamħirrum fil-Portugall, l-kwantitajiet li għalihom jinħarġu liċenzi għandhom ikunu dawk il-kwantitajiet indikati fl-applikazzjonijiet, mnaqqsin b’perċentwali uniformi.
2. Meta tnaqqis fid-dazju hu fiss skond proċedura ta’ offerti, għandhom jinħarġu liċenzi, bil-kundizzjoni illi l-appaltatur ikun tefa’ l-applikazzjoni għall liċenza ta’ importazzjoni kif msemmi fl-Artikolu 7(3)(b) qabel il-limitu ta’ żmien speċifikat, għall kwantitajiet mgħotija mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol wara l-aħħar ġurnata biex jingħataw applikazzjonijiet għal-liċenzi kif stipulat fl- l-Artikolu 9(1).
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet li għalihom inħarġu liċenzi kull ġimgħa mhux aktar tard mit-tielet jum ta’ xogħol tal-ġimgħa ta’ wara.
4. Minkejja l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 liċenzi ta’ importazzjoni għandhom, bl-iskop li jiġi determinat il-perijodu ta’ validità tagħhom, jitqiesu li nħarġu fil-ġurnata tal-eħluq tal-limitu taż-żmien biex jingħataw offerti jew applikazzjonijiet.
Artikolu 12
1. Il-perjodu ta’ validità tal-liċenzi għandu jkun:
(a) |
il-perjodu msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003 f’każijiet fejn rata fissa ta’ |
(b) |
riduzzjoni ġiet addottata mill-Kummissjoni, — il-perijodu msemmi fir-Regolament illi jibda s-sejħa għall-offerti, fil-każ ta’ liċenzi maħruġin skond il-proċedura ta’ offerti għat-tnaqqis fid-dazju. |
2. Fit-8 kaxxa tal-liċenza ta’ importazzjoni, jrid isir salib fejn il-kelma “iva”. Minkejja l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, il-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera “ma’ tistax taqbeż il-kwantità msemmija fis-sezzjonijiet 17 u 18 tal-liċenza ta’ importazzjoni, iżda tista’ tkun inqas mill-kwantità msemmija fis-sezzjonijiet 17 u 18 sa massimu ta’ 5 %”. Trid tinkiteb il-figura “0” fis-sezzjoni 19 tal-liċenzja.
3. Minkejja l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li jirriżultaw mill-liċenzi ta’ importazzjoni skond dan ir-Regolament ma’ jistgħux jiġu trasferiti.
Artikolu 13
1. Mingħajr preġudizzju għal miżuri ta’sorveljanza adottati skond l-Artikolu 14, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) għandha tiġi rilaxxata:
(a) |
minnufih, meta l-offerta ma’ gietx aċċettata; |
(b) |
meta l-offerta li ingħatat għall proċedura tal-offerti ġiet aċċettata, mal-ħruġ tal-liċenzja ta’ importazzjoni. Madankollu, fejn l-obbligazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(3)(b) ma ġietx imwettqa, l-garanzija tintilef. |
2. Mingħajr preġudizzju għal miżuri ta’sorveljanza adottati skond l-Artikolu 14, il-garanzija msemmija fl-Artikolu 9(3) għandha tiġi rilaxxata:
(a) |
minnufih, fir-rigward ta’ dawk il-kwantitajiet li għalihom ma’ nħargitx liċenza; u |
(b) |
mal-ħruġ tal-liċenzja ta’ importazzjoni, rigward dawk il-kwantitajiet li għalihom inħarġet liċenza. |
3. Mingħajr preġudizzju għall-miżuri ta’ sorvelljanza adottati skond l-Artikolu 14, il-garanzija li għaliha ssir referenza fl-Artikolu 10(1) għandha tiġi meħlusa meta l-proponent jġib prova li:
(a) |
għar-rigward ta’ qamħirrum li l-analiżi tiegħu mwettqa skond id-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 10(6) turi kontenut ta qamħ żġieġi ta’ aktar minn 60 %, li l-prodott importat ġie pproċessat fl-Istat Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera f’xi prodott minbarra dawk li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1904 10 10, 1103 13 jew 1104 23. Dik il-prova għandha tingħata fil-forma ta’ kopja ta’ kontroll T5 mfassla mill-uffiċċju doganali, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (14), qabel it-tluq tal-merkanzija għall-ipproċessar, |
(b) |
għar-rigward ta’ qamħirrum li l-analiżi tiegħu li tkun saret skond msemmija fl-Artikolu 10(6) turi kontenut ta’ qamħ żġieġi ta’ 60 % jew inqas u għar-rigward tas-sorgu, li l-prodott importat ikun ġie pproċċessat jew użat fl-Istat Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera.Dik il-prova tista’ tingħata fil-forma ta’ fattura ta’ bejgħ lil proċessur jew konsumatur li għandhom il-kwartieri ġenerali fil-Pajjiż Membru tar-rilaxx għal ċirkulazzjoni libera, jew |
(ċ) |
li l-prodott ma setax jiġi mpurtat, ipproċessat jew użat minħabba force majeure, jew |
(d) |
li l-prodott importat ma jkunx għadu tajjeb għal ebda tip ta’ użu. |
Għall-kwantitajiet li għalihom il-prova hawn fuq msemmija ma’ tingħatax fi żmien ta’ 18 il-xahar mid-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera il-garanzija tinżamm bħala dazju.
Għall iskopijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ipproċessar jew l-użu tal-prodott importat jitqies illi sar jekk 95 % tal-kwantità rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera ġiet ipproċessata jew utiliżata.
4. Garanziji għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, bl-eċċessjoni ta’ dik id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu ta’ żmien ta’ xaharejn riferiti fil-paragrafu 4 tal-imsemmi l-Artikolu.
Artikolu 14
1. Qamħirrum u sorgu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera b’dazju imnaqqas għandhom jibqgħu fis-sorveljanza tad-dwana jew taħt kontroll amministrattiv b’effett ekkwivalenti sa’ dak iż-żmien li jiġu wżati jew proċessati.
2. L-Istat Membru konċernat għandu, jekk ikun hemm bżonn, jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura illi s-sorveljanza msemmija fil-paragrafu 1 isseħħ. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu illi importaturi jissotomettu għal kull kontroll illi l-awtoritajiet kompetenti jqisu neċessarju u li jżommu reġistri speċifiċi li jippermetu lill-awtoritajiet li jagħmlu dawn il-kontrolli.
3. L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skond it-2 paragrafu.
IL-KAPITOLU III
XIRI DIRETT FIS-SUQ GLOBALI
Artikolu 15
1. Bl-iskop illi jiġu effetwati l-prodotti importati msemmijin fl-Artikolu 1, jista’ jiġi deċiż, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, illi l-aġenzija li tħallas jew l-aġenzija ta’ intervent Spanjola jew Portugiża, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-aġenziji ta' intervent”, għandha tixtri fis-suq globali kwantitajiet ta’ qamħirrum u/jew sorgu li jrid jiġi stabbilit, u għandha tpoġġi fl-Istat Membru kkonċernat skond proċeduri ta’ dazju ta’ ħażna skond l-Artikoli 98 sa 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (15) u d-dispożizjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet ta’l-applikazzjoni ta’din is-sistema.
2. Il-kwantitajiet mixtrijin skond il-paragrafu1 għandhom jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq domestiku ta’ l-Istat Membru kkonċernat, skond il-procedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fuq termini illi jippermettu li disturbi fis-suq jiġu evitati u skond l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament.
Meta l-oġġetti jitpoġġew għall-bejgħ fis-suq domestiku, x-xerrej irid ipoġġi ma’ l-aġenzija li tintervjeni ta’ l-Istat Membru kkonċernat mal-ħlas għall-prodotti garanzija ta’ EUR 15 kull tunnellata. Il-garanzija trid tiġi rilaxxata meta tingħata l-prova msemmija fl-Artikolu 13(3). Għal finijiet tar-rilaxx tal-garanzija, d-dispożizzjonijiet tat-tieni u tielet subparagrafi ta' l-Artikolu 13(3) u dawk ta’ l-Artikolu 13(4) għandhom japplikaw.
3. Meta l-oġġetti jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera, dazju ta’ importazzjoni għandu jkun dovut, ekwivalenti għal medja ta’ dazji fissati skond ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 għal ċereali konċernati matul ix-xahar li jiġi qabel id-data ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, u jrid jitnaqqas ammont ekwivalenti għal 55 % tal-prezz ta’ intervet ta’ l-istess xahar.
Id-daħla fiċ-ċirkolazzjoni libera għandha tiġi effetwata mill-aġenzija li tintervjeni ta’ l-Istat Membru konċernat.
Meta x-xerrejja tal-oġġetti jagħmlu ħlas lil-aġenzija li tintervjeni, l-prezz ta’ bejgħ, wara li jitnaqqas id-dazju msemmi fl-ewwel subparagrafu, għandu jkun jaqbel ma' somma maħduma skond l-Artikolu 5(2) (f) tar-Regolament (KE) Nru 884/2006 tal-Kummissjoni (16).
4. l-operazzjoni ta’ xiri msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies bħala intervent bl-iskop li jissaħħaħ is-suq agrikolu skond id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.
5. Ħlas mill-aġenzija li tintervjeni għax-xiri kif provdut fil-paragrafu 1 għandu jiġi merfugħ mill-Komunità meta jkun dovut u għandu jiġi meqjus bħala interventi skond l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KE) 1290/2005. L-aġenzija li tintervjeni ta’ l-Istat Membru konċernat għandha tirreġistra l-valur ta’ l-oġġetti mixtrija bi prezz “zero” fil-kalkolu msemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 884/2006.
Artikolu 16
1. L-agenziji Spanjoli jew Portugiżi li jintervjenu għandhom jirranġaw biex il-prodott jinxtara fis-suq globali billi jintrebaħ kuntratt ta’ provvista skond il-proċedura ta’ sejħa għall-offerti. Il-konsenja għandha tikkonsisti fix-xiri tal-prodott mis-suq globali u t-trasport, mgħobbi, sa’ l-imħażen nominati mill-imsemmija aġenziji li jintervjenu sabiex jitpoġġew fil-proċedura ta’ tpoġġija fl-imħażen preskritti fl-Artikoli 98 sa 113tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Id-deċiżjoni illi jsir xiri fuq is-suq globali msemmija fl-Artikolu 15(1) għandha tispeċifika b’mod partikolari l-kwantità u l-kwalità ta’ ċereali li ser jiġu mportati, id-dati tal-ftuħ u ta’ l-egħluq tal-proċedura ta’ l-offerti u d-data finali għat-trasport ta’ l-oġġetti.
2. Notifika tas-sejħa ta’ l-offerti magħmula skond ir-IV l-Anness trid ukoll tkun pubblikata fis-serje “Ċ”tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-sejħa għandha tittratta konsenja waħda jew aktar minn konsinja waħda. “konsinja” għandu jinftiehem illi jfisser il-kwantitajiet li jridu jiġu kkunsinjati kif speċifikati fl-offerta.
3. L-aġenzija li tintervjeni ta’ l-Istat Membru koncernat għandha tadotta, kif meħtieġ, miżuri addizzjonali għall-implementazzjoni tal-attivitajiet ta’ xiri fis-suq globali in-kwistjoni.
L-aġenzija trid tinnotifika lill-Kummissjoni immedjatament b’dawn il-miżuri u trid tinforma bihom lill-operaturi.
Artikolu 17
1. Persuni interessati għandhom jirrispondu għas-sejħa ta’ offerti jew bili jagħtu offerta bil-miktub u jieħdu rċevuta ta’ rikkonoxximent u l-aġenzija li tintervjeni trid tkun indikata fin-notifika tas-sejħa għal offerti, jew billi jagħtu l-istess lill-din ta’ l-aħħar permezz ta’ ittra reġistrata, telex, telefax jew telegramma.
Offerti jridu jaslu għand l-aġenzija li tintevjeni qabel nofsinhar (ħin ta’ Brussell) fil-ġurnata meta l-limitu ta’ żmien sabiex jingħataw l-offerti indikata fin-notifika tas-sejħa ta’ l-offerti jagħlaq.
2. Offerti jistgħu jingħataw biss għall-konsenji sħaħ. Huma jridu jagħtu:
(a) |
ir-riferenza tas-sejħa biex isir l-appalt; |
(b) |
l-isem u l-indirizz eżatt tal-appaltatur, kif ukoll in-numru tat-telex jew telefax; |
(ċ) |
dettalji tal-konsenja konċernata; |
(d) |
il-prezz tal-offerta propost, għall kull tunellata tal-prodott f’euros; |
(e) |
il-post tal-oriġini taċ-ċereali li ser jiġu importati; |
(f) |
separatament, il-prezz cif, għall kull tunnelata tal-prodott f’euros, illi jaqbel ma l-appalt. |
3. L-Offerti jrid ikollhom magħhom prova illi l-garanzija msemmija fl-Artikolu 18(1) ingħatat qabel ma għalaq il-limitu ta’ żmien biex jingħataw l-offerti.
4. L-offerti li ma jingħatawx skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu jew li jkollhom kundizzjonijiet oħrajn li mhumiex stipulati fis-sejħa għall-offerti ma gaħandhomx jiġu kkunsidrati.
5. L-offerti ma’ jistgħux jiġu rtirati.
Artikolu 18
1. L-offerti mogħtija għandhom jiġu kunsidrati biss meta hemm prova illi ngħatat garanzija ta’ EUR 20 għall kull tunnelata.
2. Il-garanziji għandhom jingħataw skond il-kriterji preskritti fis-sejħa għall-offerti msemmija fl-Artikolu 16(2) mill-Istat Membru konċernat, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (17).
3. Garanziji għandhom jiġu rilaxxati immedjatament fil-każijiet li ġejjin:
(a) |
meta l-appalt ma’ ġiex aċċettat; |
(b) |
meta l-persuna li għamlet l-offerta tagħti prova illi l-kuntratt ta’ provvista twettaq skond il-kundizzjonijiet msemmijin fl-Artikolu 16 għall-offerta aċettat; |
(ċ) |
meta l-appaltatur jipprova li l-oġġetti ma’ setgħux jiġu importati għal raġunijiet maġġuri ta’ forza. |
Artikolu 19
L-offerti għandhom jinfetħu u jinqraw pubblikament. Dan għandu jsir mill-aġenzija li tintervjeni immedjatament wara l-egħluq taż-żmien għall-għoti ta’ offerti.
Artikolu 20
1. Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3, id-deċiżjoni li jingħata l-kuntratt lil appaltatur li hu l-aktar favorevoli trid tiġi notifikata lil-appaltaturi kollha bil-miktub mhux aktar tard mit-tieni jum ta’ xogħol wara il-jum li fih l-offerti nfetħu u nqraw.
2. Meta l-offerta li ġiet ġudikata bħala l-iktar waħda favorevoli tingħata simultanjament minn aktar minn appaltatur wieħed, l-aġenzija li tintervjeni għandha tuża l-polza biex tiddeċiedi liema appaltatur għandu jingħażel.
3. Jekk l-offerti li ngħataw ma jidhrux illi jiriflettu il-kundizzjonijiet li normalment japplikaw fis-swieq, l-aġenzija li tintervjeni tista’ tiddeciedi li ma tagħtix il-kuntratt. Sejħiet għall-offerti jridu jiġu mġedda fi żmien ġimgħa sakemm il-kuntratti kollha ntrebħu.
Artikolu 21
1. L-aġenzija li tintervjeni għandha tiċċekja l-kwantità u l-kwalità ta’ l-oġġetti fil-mument tal-provvista.
Bla ħsara għall-applikazzjoni ta’ tnaqqis fil-preżż msemmi fin-notifika tas-sejħa ta’ l-offerti l-oġġetti jiġu rrifjutati jekk il kwalità hija inqas mill-kwalità minima stabilita. Madanakollu l-oġġetti jistgħu jiġu mportati b’ dazju mnaqqas, li jingħata billi tiġi applikata rata fissa ta’ riduzzjoni skond il-Kapitolu II.
2. Meta, skond il-paragrafu 1, ma ssirx il-konsenja, l-garanzija msemmija fl-Artikolu 18 tintilef mingħajr preġudizzju għal konsegwenzi finanzjarji oħrajn għal ksur tal-kuntratt ta’ konsenja.
IL-KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 22
Ir-Regolament (KE) Nru 1839/95 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.
Artikolu 23
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara il-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 177, 28.7.1995, p. 4.
(3) Ara l-Anness V.
(4) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(5) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(6) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(7) ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.
(10) ĠU L 176, 30.6.2006, p. 44.
(11) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.
(12) ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12.
(13) ĠU L 102, 15.4.1976, p. 1.
(14) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.
(15) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(16) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35.
(17) ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.
ANNESS I
Importazzjonijiet ta’ qamħirrum (kodiċi NM 1005 90 00 ), ta’ sorgu (kodiċi NM 1007 00 90 ) u ta’ prodotti ta’ sostituzzjoni (kodiċijiet NM 2303 10 19 , 2303 20 00 , 2309 90 20 u ex 2308 00 40 )
(formula li trid tintbagħat lil: agri-c1@ec.europa.eu)
|
Rilaxxi għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa waqt [xahar/sena] |
|
Stat Membru: [PAJJIŻ/L-awtorità nazzjonali kompetenti] |
Proċedura doganali |
Kodiċi NM |
Pajjiż ta’ l-oriġini |
Kwantità (tunnellati) |
Taxxa tad-dwana applikabbli |
|
|
|
|
|
ANNESS II
Proċedura ta’ kull ġimgħa ta’ offerti għat-tnaqqis fid-dazju ta’..................... importati minn pajjiżi terzi
(Regolament (KE) Nru 1296/2008)
Data ta' skadenza għas-sottomissjoni ta' l-offerti (data/ħin)
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
Numru ta’ Riferenza ta’ min jitfa l-offerta |
Kwantità (f’tunnellata) |
Kwantità (f’tunnellati) |
Ammont ta’ tnaqqis ta’ dazju ta’ importazzjoni |
Oriġini taċ-ċereali |
1 |
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
4 |
|
|
|
|
etc. |
|
|
|
|
ANNESS III
Titli msemmija fl-Artikolu 9(2)
— |
: |
Bulgaru |
: |
Намаляване ставката на митото: лицензия, валидна единствено в Испания (Регламент (ЕО) № 1296/2008) Намаляване ставката на митото: лицензия, валидна единствено в Португалия (Регламент (ЕО) № 1296/2008) |
— |
: |
Spanjol |
: |
Reducción del derecho: certificado válido únicamente en España [Reglamento (CE) no 1296/2008] Reducción del derecho: certificado válido únicamente en Portugal [Reglamento (CE) no 1296/2008] |
— |
: |
Ċek |
: |
Snížení cla: licence platná pouze ve Španělsku (nařízení (ES) č. 1296/2008) Snížení cla: licence platná pouze v Portugalsku (nařízení (ES) č. 1296/2008) |
— |
: |
Daniż |
: |
Nedsættelse af tolden: licensen er kun gyldig i Spanien (Forordning (EF) nr. 1296/2008) Nedsættelse af tolden: licensen er kun gyldig i Portugal (Forordning (EF) nr. 1296/2008) |
— |
: |
Ġermaniż |
: |
Ermäßigter Zoll: Lizenz nur in Spanien gültig (Verordnung (EG) Nr. 1296/2008) Ermäßigter Zoll: Lizenz nur in Portugal gültig (Verordnung (EG) Nr. 1296/2008) |
— |
: |
Estonian |
: |
Tollimaksu vähendamine: litsents kehtib ainult Hispaanias (määrus (EÜ) nr 1296/2008) Tollimaksu vähendamine: litsents kehtib ainult Portugalis (määrus (EÜ) nr 1296/2008) |
— |
: |
Grieg |
: |
Μείωση τoυ δασμoύ: πιστoπoιητικό πoυ ισχύει μόνo στην Iσπανία [κανoνισμός (ΕΚ) αριθ. 1296/2008] Μείωση τoυ δασμoύ: πιστoπoιητικό πoυ ισχύει μόνo στην Πoρτoγαλία [κανoνισμός (ΕΚ) αριθ. 1296/2008] |
— |
: |
Ingliż |
: |
Duty reduction: licence valid only in Spain (Regulation (EC) No 1296/2008) Duty reduction: licence valid only in Portugal (Regulation (EC) No 1296/2008) |
— |
: |
in French |
: |
Abattement du droit: certificat valable uniquement en Espagne [règlement (CE) no 1296/2008] Abattement du droit: certificat valable uniquement au Portugal [règlement (CE) no 1296/2008] |
— |
: |
in Italian |
: |
Riduzione del dazio: titolo valido unicamente in Spagna [regolamento (CE) n. 1296/2008] Riduzione del dazio: titolo valido unicamente in Portogallo [regolamento (CE) n. 1296/2008] |
— |
: |
in Latvian |
: |
Muitas samazinājums: licence ir derīga tikai Spānijā (Regula (EK) Nr. 1296/2008) Muitas samazinājums: licence ir derīga tikai Portugālē (Regula (EK) Nr. 1296/2008) |
— |
: |
in Lithuanian |
: |
Muito sumažinimas: licencija galioja tik Ispanijoje (Reglamentas (EB) Nr. 1296/2008) Muito sumažinimas: licencija galioja tik Portugalijoje (Reglamentas (EB) Nr. 1296/2008) |
— |
: |
Ungeriż |
: |
Vámcsökkentés: az engedély kizárólag Spanyolországban érvényes (1296/2008/EK rendelet) Vámcsökkentés: az engedély kizárólag Portugáliában érvényes (1296/2008/EK rendelet) |
— |
: |
Malti |
: |
Tnaqqis tad-dazju: liċenzja valida biss fi Spanja (Regolament (KE) Nru 1296/2008) Tnaqqis tad-dazju: liċenzja valida biss fil-Portugall (Regolament (KE) Nru 1296/2008) |
— |
: |
Olandiż |
: |
Korting op het invoerrecht: certificaat uitsluitend geldig in Spanje (Verordening (EG) nr. 1296/2008) Korting op het invoerrecht: certificaat uitsluitend geldig in Portugal (Verordening (EG) nr. 1296/2008) |
— |
: |
Pollakk |
: |
Obniżenie stawki celnej: pozwolenie ważne wyłącznie w Hiszpanii (rozporządzenie (WE) nr 1296/2008) Obniżenie stawki celnej: pozwolenie ważne wyłącznie w Portugalii (rozporządzenie (WE) nr 1296/2008) |
— |
: |
Portugiż |
: |
Redução do direito: certificado válido apenas em Espanha [Regulamento (CE) n.o 1296/2008] Redução do direito: certificado válido apenas em Portugal [Regulamento (CE) n.o 1296/2008] |
— |
: |
Rumen |
: |
Reducere de taxă vamală: licență valabilă doar în Spania [Regulamentul (CE) nr. 1296/2008] Reducere de taxă vamală: licență valabilă doar în Portugalia [Regulamentul (CE) nr. 1296/2008] |
— |
: |
Slovakk |
: |
Zníženie cla: licencia platná iba v Španielsku [Nariadenie (ES) č. 1296/2008] Zníženie cla: licencia platná iba v Portugalsku [Nariadenie (ES) č. 1296/2008] |
— |
: |
Sloven |
: |
Znižanje dajatve: dovoljenje veljavno samo v Španiji (Uredba (ES) št. 1296/2008) Znižanje dajatve: dovoljenje veljavno samo v Portugalski (Uredba (ES) št. 1296/2008) |
— |
: |
Finlandiż |
: |
Tullinalennus: todistus voimassa ainoastaan Espanjassa (Asetus (EY) N:o 1296/2008) Tullinalennus: todistus voimassa ainoastaan Portugalissa (Asetus (EY) N:o 1296/2008) |
— |
: |
Svediż |
: |
Nedsättning av tull: intyg endast gällande i Spanien (Förordning (EG) nr 1296/2008) Nedsättning av tull: intyg endast gällande i Portugal (Förordning (EG) nr 1296/2008) |
ANNESS IV
MUDELL TA’ NOTIFIKA GĦAS-SEJĦA GĦALL-OFFERTI
Sejħa għall-offerti għax xiri ta’ … tunnellata ta’ … fis-suq globali mill … aġenzija li tintervjeni
(Artikolu 16(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1296/2008)
1. |
Prodott li ser jiġi mobilizzat: … |
2. |
Kwantità totali: … |
3. |
Lista ta’ mħażen għall-polza: … |
4. |
Karatteristiċi ta’ l-oġġetti (kwalità meħtieġa, kwalità minima, tnaqqis fil-prezz): … |
5. |
It-tqegħid f’pakketti (imboll): … |
6. |
Perjodu għall-konsenja: … |
7. |
Għeluq ta’ żmien għall-ogħti ta’ offerti: … |
ANNESS V
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1839/95 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1963/95 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2235/2000 |
l-Artikolu 1 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 777/2004 |
l-Artikolu 4 biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1558/2005 |
|
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1996/2006 |
l-Artikolu 6 u l-Anness V biss |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 583/2007 |
|
ANNESS VI
Tabella ta’ korrelazzjoni
Regolament (KE) Nru 1839/95 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1,(1)(2) |
Artikolu 1,(1)(2) |
Artikolu 1,(2a) |
— |
Artikolu 1,(3)(4) |
Artikolu 1,(3)(4) |
Artikolu 2,(1) |
Artikolu 2,(1) |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, sentenza ta’ dħul u punt (a), sentenza ta’ dħul |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, sentenza ta’ dħul |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, punt (a)(i) |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, punt (a) |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, punt (a)(ii) |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, punt (b) |
Artikolu 2,(2), l-ewwel paragrafu, punt (b) |
— |
Artikolu 2,(2), it-tieni paragrafu |
Artikolu 2,(2), it-tieni paragrafu |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 2a |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5(1) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 5(1a) |
Artikolu 6(2) |
Artikolu 5(2) |
Artikolu 6(3) |
Artikolu 5(3), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 6(4), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 5(3), ir-raba’ subparagrafu |
— |
Artikolu 5(4) |
Artikolu 6(5) |
Artikolu 6(1) |
Artikolu 7(1) |
Artikolu 6(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 7(2), kliem tal-bidu |
Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż |
Artikolu 7(2), punt (a) |
Artikolu 6(2), it-tieni inċiż |
Artikolu 7(2), punt (b) |
Artikolu 6(2), it-tielet inċiż |
Artikolu 7(2), punt (ċ) |
Artikolu 6(2), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 7(2), punt (d) |
Artikolu 6(2), il-ħames inċiż |
Artikolu 7(2), punt (e) |
Artikolu 6(3), (4), (5), (6) u (7) |
Artikolu 7(3), (4), (5), (6) u (7) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 7(1), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9(1), (2), (3) u (4) |
Artikolu 10(1), (2), (3) u (4) |
Artikolu 9(5), frażi tal-bidu |
Artikolu 10(5), frażi tal-bidu |
Artikolu 9(5), l-ewwel inċiż |
Artikolu 10(5), punt (a) |
Artikolu 9(5), it-tieni inċiż |
Artikolu 10(5), punt (b) |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 10(6) |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 12(1), frażi tal-bidu |
Artikolu 11(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 12(1), punt (a) |
Artikolu 11(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 12(1), punt (b) |
Artikolu 11(2) u (3) |
Artikolu 12(2) u (3) |
Artikolu 12(1) u (2) |
Artikolu 13(1) u (2) |
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, frażi tal-bidu |
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a) |
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (b) |
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, it-tielet inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (ċ) |
Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu, ir-raba’ inċiż |
Artikolu 13(3), l-ewwel subparagrafu, punt (d) |
Artikolu 12(3), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 13(3), it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 12(4) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16(1) |
Artikolu 17(1) |
Artikolu 16(2), frażi tal-bidu |
Artikolu 17(2), frażi tal-bidu |
Artikolu 16(2), l-ewwel inċiż |
Artikolu 17(2), punt (a) |
Artikolu 16(2), it-tieni inċiż |
Artikolu 17(2), punt (b) |
Artikolu 16(2), it-tielet inċiż |
Artikolu 17(2), punt (ċ) |
Artikolu 16(2), ir-raba’ inċiż |
Artikolu 17(2), punt (d) |
Artikolu 16(2), il-ħames inċiż |
Artikolu 17(2), punt (e) |
Artikolu 16(2), is-sitt inċiż |
Artikolu 17(2), punt (f) |
Artikolu 16(3), (4) u (5) |
Artikolu 17(3), (4) u (5) |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
Artikolu 20 |
Artikolu 21 |
Artikolu 21 |
— |
— |
Artikolu 22 |
Artikolu 22 |
Artikolu 23 |
Anness I |
Anness II |
Anness Ia |
Anness III |
Anness II |
Anness IV |
Anness III |
Anness I |
— |
Anness V |
— |
Anness VI |
DIRETTIVI
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/71 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/123/KE
tat-18 ta' Diċembru 2008
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-għan li taddatta l-Annessi II u VII tagħha skond il-progress tekniku
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti tal-Konsumatur (The Scientific Committee on Consumer Products, l-SCCP), fl-opinjoni tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2006 wasal għall-konklużjoni li “Għalkemm il-4-aminobenzoic acid (PABA) fil-preżent huwa awtorizzat u jintuża bħala dlik għall-protezzjoni mir-raġġi tax-xemx, waqt il-proċess tal-evalwazzjoni tad-dossier ħareġ ċar li l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni ma kinitx tikkonforma mal-istandards u l-linji gwida attwali”. Sabiex iwettaq analiżi tajba tar-riskju tal-4-aminobenzoic acid, l-SCCP kien jeħtieġ dossier ġdid b’dejta addizzjonali dwar is-sikurezza li tikkonforma ma’ standards moderni u l-linji gwida tal-SCCP, li jitressaq mill-industrija tal-kosmetiċi qabel l-1 ta’ Lulju 2007. |
(2) |
L-industrija tal-kosmetiċi ma ressqet l-ebda dejta addizzjonali dwar is-sikurezza kif mitlub mill-SCCP fl-opinjoni tagħhom tal-20 ta’ Ġunju 2006. |
(3) |
Mingħajr analiżi tar-riskju tajba, il-4-aminobenzoic acid ma jistax jitqies sikur għall-użu bħala filter tal-UV fil-kosmetiċi u għaldaqstant għandu jitħassar mill-Anness VII u jitniżżel fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE. |
(4) |
Fir-rigward tad-Diethylamino Hydroxybenzoyl Hexyl Benzoate (INCI), fl-opinjoni tiegħu tal-15 ta’ April 2008, l-SCCP wasal għall-konklużjoni li l-użu ta’ din is-sustanza f’konċentrazzjoni massima ta’ 10 % fi prodotti kosmetiċi, inkluż il-prodotti ta’ protezzjoni mix-xemx, ma joħloq ebda riskju lill-konsumatur. Sabiex jiġi estiż l-ambitu tal-użu awtorizzat ta’ din is-sustanza, il-kolonna “c” tal-entrata 28 għandha tkun emendata fl-Anness VII tad-Direttiva 76/768/KEE. |
(5) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II u VII għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skond l-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-8 ta' Lulju 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt 3 tal-Anness ta’ din id-Direttiva mit-8 ta' Lulju 2009.
Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punti 1 u 2 tal-Anness ta’ din id-Direttiva mit-8 ta' Ottubru 2009.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
ANNESS
Id-Direttiva 76/768/KEE għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Anness II, l-entrata 167 “Esters ta’ 4-aminobenzoic acid, bil-grupp ta’ ammini ħieles, għajr dak mogħti fl-Anness VII, Parti 2” tiġi sostitwita b’“4- aminobenzoic acid u l-esters tiegħu, bil-grupp ta’ ammini ħieles”. |
(2) |
Fl-Anness VII, l-entrata 1 tiġi mħassra. |
(3) |
Fl-Anness VII, fl-entrata 28, il-kliem “fil-prodotti ta’ protezzjoni mix-xemx” jiġi mħassar minn kolonna “c”. |
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/73 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/124/KE
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikata bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”
(Verżjoni kodifikata)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il- Komunità Ewropea,
Wara li kunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE ta’ l-14 ta’ Ġunju 1966 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ magħlef (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-bejgħ taż-żerriegħa ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 86/109/KEE tas-27 ta’ Frar 1986 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ ċertu speċi ta’ magħlef u taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċċjalment iċċertifikati bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata” (3) ġiet emendata kemm-il darba (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata flimkien mad-Direttiva tal-Kummissjoni 75/502/KEE tal-25 ta’ Lulju 1975 li tillimita l-bejgħ taż-żerriegħa ta’ smooth-stalk meadowgrass (mellieġ taz-zokk lixx) (Poa Pratensis L.) għal żerriegħa li ġiet ċertifikata uffiċjalment “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata” (5), bit-tnejn li huma ikunu miġbura f’test wieħed. |
(2) |
Id-Direttiva 66/401/KEE tippermetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċerti speċi ta’ magħlef. |
(3) |
Id-Direttiva 2002/57/KE tippermetti l-bejgħ taż-żerriegħa bażika, taż-żerriegħa ċċertifikata ta’ kull tip u taż-żerriegħa kummerċjali ta’ ċertu speċi ta’ pjanti taż-żejt u tal-fibra. |
(4) |
Iż-żewġ Direttivi jawtorizzaw lill-Kummissjoni biex tipprojbixxi l-bejgħ taż-żerriegħa kemm-il darba ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”. |
(5) |
L-Istati Membri huma f’pożizzjoni li jipproduċu suffiċjentament żerriegħa bażika u żerriegħa ċertifikata biex jissodisfaw id-domanda tal-Komunità għaż-żerriegħa ta’ xi wħud mill-ispeċi msemmija fuq b’żerriegħa ta’ dawk il-kategoriji. |
(6) |
Il-miżuri li hemm ipprovduti f’din id-Diretttiva huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar Żrieragħ u Materjal ta’ Tkattir għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l- Masġarija. |
(7) |
Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jaraw li ma jkunx permess li titqiegћed fis-suq iż-żerriegħa ta’:
|
smooth-stalk meadowgrass (mellieġ taz-zokk lixx) |
||
|
field bean (ful/favetta) |
||
|
opium poppy (xaħxieħa vjola/peprin) |
||
|
redtop |
||
|
creeping bent grass |
||
|
timothy |
||
|
swamp meadowgrass (mellieġ) |
||
|
rough-stalked meadowgrass (mellieġ) |
||
|
white lupin (lupina bajda) |
||
|
brown mustard (mustarda kannella) |
||
|
brown top |
||
|
birdsfoot trefoil (gћantux) |
||
|
black medick (nefel) |
||
|
alsike clover |
||
|
denb il-ġurdien |
||
|
tall oatgrass |
||
|
rescue grass (bunixxief/bunexxief) |
||
|
alaska brome-grass (bunixxief/bunexxief) |
||
|
yellow lupin (lupina safra) |
||
|
blue lupin (lupina blu) |
||
|
wood meadowgrass (mellieġ) |
||
|
golden oatgrass |
||
|
california bluebell |
||
|
white mustard (mustarda bajda) |
||
|
velvet bent |
||
|
sheep’s fescue (żwien) |
||
|
egyptian clover (xnien/xnejn) |
||
|
crimson clover (silla kremżija) |
||
|
persian clover |
||
|
common vetch (ġulbiena komuni) |
||
|
hairy vetch (ġulbiena) |
kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata”.
2. L-Istati Membri għandhom jaraw li ma jkunx permess li titqiegћed fis-suq iż-żerriegħa ta’:
|
soya bean (sojja) |
||
|
linseed (kittien) |
kemm-il darba din ma tkunx ġiet iċċertifikata uffiċċjalment bħala “żerriegħa bażika” jew “żerriegħa ċertifikata, l-ewwel ġenerazzjoni” jew “żerriegħa ċertifikata, it-tieni ġenerazzjoni”.
Artikolu 2
Id-Direttiva 75/502/KEE u id-Direttiva 86/109/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A huma mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.
Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66.
(2) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74.
(4) Ara l-Anness I, Parti A.
(5) ĠU L 228, 29.8.1975, p. 26.
ANNESS I
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmi fl-Artikolu 2)
Direttiva tal-Kummissjoni Nru 75/502/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni Nru 86/109/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni Nru 89/424/KEE |
|
Direttiva tal-Kummissjoni Nru 91/376/KEE |
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali
(imsemmija fl-Artikolu 2)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
75/502/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1976. |
86/109/KEE |
1 ta’ Lulju 1987 (Artikolu 1) 1 ta’ Lulju 1989 (Artikolu 2) 1 ta’ Lulju 1990 (Artikolu 2a) 1 ta’ Lulju 1991 (Artikoli 3 u 3a) |
89/424/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1990. |
91/376/KEE |
fl-1 ta’ Lulju 1991. |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni
Direttiva 75/502/KEE |
Direttiva 86/109/KEE |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 2a |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 3a(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 3a(2) sa (6) |
— |
Artikolu 2 |
Artikolu 4 |
— |
— |
— |
Artikolu 2 |
— |
— |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 5 |
Artikolu 4 |
— |
— |
Anness I |
— |
— |
Anness II |
DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL
19.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 340/76 |
DEĊIŻJONI Nru 1297/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Diċembru 2008
dwar Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea ta’ l-Intrapriża u l-Kummerċ (MEETS)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 285 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni ħadet impenn fil-Komunikazzjonijiet tagħha tas-16 ta' Marzu 2005 dwar Regolamentazzjoni Aħjar għat-Tkabbir Ekonomiku u l-Impjiegi fl-Unjoni Ewropea u ta' l-24 ta' Jannar 2007 dwar Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea biex tiżgura politika mtejba dwar ir-regolamentazzjoni u tnaqqas il-burokrazija u r-regolamentazzjoni żejda. |
(2) |
Fl-14 ta' Novembru 2006, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar it-tnaqqis tal-piż tar-rispons, is-simplifikazzjoni u l-iffissar tal-prijoritajiet fil-qasam ta’ l-istatistika tal-Komunità, li tisabbilixxi approċċ strateġiku għall-issuktar tat-tnaqqis tal-piż fuq l-intrapriżi minħabba l-istatistika. |
(3) |
Matul dawn l-aħħar 15-il sena, għadd kbir ta' regolamenti statistiċi intenzjonati biex jiddeskrivu l-attivitajiet ta' l-intrapriżi u li jinkludu obbligi dwar il-provvista ta' data lill-intrapriżi tfasslu biex jilħqu l-ħtiġijiet tal-Komunità għal informazzjoni statistika. Tinħtieġ reviżjoni ġenerali sabiex ikun assigurat illi, inter alia, l-ambitu, il-kunċetti u d-definizzjonijiet f'dawk ir-regolament statistiċi jkunu konsistenti. Sa fejn ikun possibbli, is-simplifikazzjoni u l-iffissar tal-prijoritajiet għandhom ikunu elementi importanti ta' dawk ir-regolamenti kollha. |
(4) |
L-istatistika ta' l-intrapriżi u l-kummerċ se taffaċċja sfidi ewlenin fis-snin li ġejjin: Biex l-inizjattivi tal-Komunità jiġu msaħħa, dawn għandhom ikunu kapaċi jirriflettu l-fenomeni fl-ekonomija dejjem tinbidel tal-Komunità, bħall-globalizzazzjoni, xejriet emerġenti fl-intraprenditorija, is-soċjetà ta' l-informazzjoni, il-kummerċ fis-servizzi, l-innovazzjoni, xejriet kummerċjali differenti u l-kompetittività fid-dawl ta' l-istrateġija mġedda ta' Liżbona. |
(5) |
Element ewlieni li jimbotta l-bżonn għal statistika ta' l-intrapriżi u l-kummerċ hija l-istrateġija mġedda ta' Liżbona, l-għanijiet ta' liema huma li titkabbar il-kompetittività ta' l-ekonomija Ewropea u jinkiseb tkabbir għoli u sostenibbli. |
(6) |
L-approfondiment ta’ l-integrazzjoni Ewropea f’għadd ta’ oqsma ekonomiċi, inklużi l-Unjoni Monetarja Ewropea u s-Sistema Doganali Ewropea, joħloq ħtiġijiet ġodda ta’ statistika marbuta mar-rwol ta’ l-ewro fit-tranżazzjonijiet internazzjonali u jwassal għall-ħtieġa li tiġi aġġustata s-sistema ta’ l-istatistika. L-istatistika ta’ l-intrapriżi u l-kummerċ għandha tilħaq dawn il-bżonnijiet b'mod xieraq u tipprovdi statistika f’waqtha u ta’ kwalità għolja dwar il-bidliet strutturali fl-ekonomija Ewropea u s-settur tan-negozji tagħha. |
(7) |
L-istatistika dwar l-intrapriżi u l-kummerċ tinkludi diversi oqsma fejn għandu jsir titjb bħal, l-istatistika strutturali dwar in-negozju, l-istatistika fuq perjodu ta' żmien qasir, l-istatistika Prodcom, l-istatistika dwar it-Teknoloġija ta' l-informatika u l-komunikazzjoni, u l-istatistika dwar il-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (Intrastat). |
(8) |
L-awtoritajiet responsabbli għall-istatistika ta' l-intrapriżi u tal-kummerċ għandhom ifasslu mill-ġdid il-metodi għall-produzzjoni ta' l-istatistika sabiex ikun jista’ jitnaqqas il-piż fuq l-intrapriżi u l-għejuni u t-teknoloġiji ġodda kollha disponibbli jkunu jistgħu jintużaw b’mod kompletament effettiv. |
(9) |
Il-ħtieġa għal tipi ġodda ta’ indikaturi tista’ tinħoloq bħala riżultat ta' l-isforzi biex tiġi mmodernizzata s-sistema tal-produzzjoni ta’ l-istatistika. Tipi ġodda ta' indikaturi li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa jistgħu jinkisbu billi jingħaqdu tipi eżistenti ta’ statistika tan-negozju mingħajr il-ħtieġa li jiżdied il-piż ta’ rappurtar fuq l-intrapriżi. Għejun ġodda u aċċess b’mezzi elettroniċi jistgħu jagħmlu l-ġbir tad-data inqas ta’ piż u fl-istess ħin jipprovdu iktar informazzjoni. Il-potenzjal ta’ l-istatistika tan-negozju għandu jiġi sfruttat f’mod iktar effiċjenti u l-kwalità ta’ l-informazzjoni ta’ l-istatistika għandha titjieb. |
(10) |
L-Istituti Nazzjonali għall-Istatistika għandhom ikunu involuti mill-qrib fl-immodernizzar tas-sistema ta' produzzjoni statistika sabiex jiġu evitati d-duplikazzjoni ta' l-ispejjeż u l-burokrazija żejda. |
(11) |
Is-simplifikazzjoni tas-sistema Intrasat hi parti mill-isforzi biex jitnaqqsu r-rekwiżiti statistiċi u jiġi mminimizzat il-piż fuq l-intrapriżi. Id-deċiżjoni ta' dan l-aħħar biex jitnaqqas il-proporzjon ta' kopertura se tikkontribwixxi għal dan il-għan fuq perjodu ta' żmien qasir. Fuq perjodu ta' żmien itwal għandhom jiġu investigati possibilitajiet oħra ta' simplifikazzjoni, inkluża s-sistema ta' fluss uniku. L-implimentazzjoni possibbli ta' dawn l-għażliet ta' simplifikazzjoni fuq perjodu ta' żmien twil tiddependi fuq studji ta' fattibilità u azzjonijiet oħra li għandhom jitwettqu skond din id-Deċiżjoni. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-konsiderazzjonijiet dwar il-kwalità ta' l-istatistika u anke l-ispejjeż sinifikanti involuti fi kwalunkwe tranżizzjoni. |
(12) |
Saret evalwazzjoni ex-ante skond il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, sabiex il-programm stabbilit minn din id-deċiżjoni jiġi ffukat fuq il-ħtieġa għall-effettività fil-ksib ta’ l-għanijiet u sabiex jiġu inkorporati limiti baġitarji mill-fażi tad-disinn tal-programm ’il quddiem. |
(13) |
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi pakkett finanzjarju, għat-tul kollu tal-Programm, li jikkostitwixxi ir-referenza prinċipali fit-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u t-tmexxija finanzjarja soda (2), għall-awtorita' baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali. |
(14) |
Peress li l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jiġi stabbilit programm għall-modernizzazzjoni ta’ l-istatistika Ewropea ta’ l-intrapriża u l-kummerċ, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri minħabba li modernizzazzjoni mhux ikkoordinata tista’ twassal għal duplikazzjoni ta’ l-isforzi, repetizzjoni ta' l-iżbalji u spejjeż ogħla, u jista' għalhekk, għar-raġunijiet ta' l-iskala ta’ l-istatistika involuta, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak il-għan. |
(15) |
Il-Kumitat tal-Programm ta’ l-Istatistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (3) ġie kkonsultat skond l-Artikolu 3 ta' dik id-Deċiżjoni. |
(16) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (4) jikkostitwixxi l-qafas ta’ referenza għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni. |
(17) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5), |
IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Stabbiliment tal-Programm
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Programm għall-Modernizzazzjoni ta’ l-Istatistika Ewropea dwar l-Intrapriża u l-Kummerċ, (minn hawn 'il quddiem “il-Programm MEETS”).
2. Il-Programm MEETS għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2009 u għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2013.
Artikolu 2
Ambitu u għanijiet ġenerali
1. Il-miżuri pprovduti fil-Programm MEETS marbuta mal-produzzjoni u t-tqassim ta’ l-istatistika dwar l-intrapriża u l-kummerċ fi ħdan il-Komunità Ewropea.
2. L-għanijiet ġenerali tal-Programm MEETS huma kif ġej:
(a) |
ir-reviżjoni tal-prijoritajiet u l-iżvilupp ta' ġabriet ta' indikaturi fil-mira għal oqsma ġodda; (għan 1) |
(b) |
il-ksib ta' qafas issimplifikat għal statistika marbuta man-negozji; (għan 2) |
(c) |
l-appoġġ ta' l-implimentazzjoni iktar effiċjenti għall-produzzjoni ta' statistika dwar l-intrapriżi u kummerċ; (għan 3) u |
(d) |
l-immodernizzar tas-sistema għall-ġbir tad-data dwar il-kummerċ fil-prodotti bejn l-Istati Membri (minn hawn ’il quddiem, Intrastat) (għan 4). |
Artikolu 3
Azzjonijiet
Biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 2, għandhom iiġi implimentati numru ta’ azzjonijiet, kif ġej:
(a) |
jiġu riveduti l-prijoritajiet u jiġu żviluppati ġabriet ta’ indikaturi fil-mira għal oqsma ġodda (għan 1): Azzjoni 1.1: identifikazzjoni ta’ oqsma ta’ inqas importanza; Azzjoni 1.2: żvilupp ta’ oqsma ġodda; |
(b) |
jinkiseb qafas simplifikat ta’ l-istatistika marbuta man-negozju (għan 2): Azzjoni 2.1: integrazzjoni tal-kunċetti u l-metodi fi ħdan il-qafas ġuridiku; Azzjoni 2.2: żvilupp ta’ statistika dwar il-gruppi ta' intrapriżi; Azzjoni 2.3: twettieq ta' stħarriġiet Ewropej biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-piż fuq in-negozju; |
(c) |
tiġi appoġġata implimentazzjoni iktar effiċjenti għall-produzzjoni ta' statistika dwar intrapriżi u kummerċ (għan 3): Azzjoni 3.1: isir użu aħjar mid-data li teżisti diġà fis-sistema ta’ l-istatistika inkluż il-possibilità ta' l-estimi; Azzjoni 3.2: isir użu aħjar mid-data li teżisti diġà fl-ekonomija; Azzjoni 3.3: żvilupp ta’ għodod għal estrazzjoni, trażmissjoni u trattament iktar effiċjenti tad-data; |
(d) |
tiġi modernizzata l-Intrastat (għan 4): Azzjoni 4.1: armonizzazzjoni ta’ metodi għat-titjib tal-kwalità taħt sistema ssimplifikata Intrastat; Azzjoni 4.2: isir użu aħjar mid-data amministrattiva; Azzjoni 4.3: jitjieb u jiġi ffaċilitat l-iskambju tad-data fi ħdan l-Intrastat. |
L-azzjonijiet msemmija f' dan l-Artikolu huma speċifikati fl-Anness u għandhom jiġu ddettaljati fil-programmi annwali ta’ ħidma previsti fl-Artikolu 4.
Artikolu 4
Programmi annwali ta’ ħidma
Il-programmi annwali ta’ ħidma, bil-prijoritajiet għall-azzjonijiet taħt kull għan msemmija fl-Artikolu 2(2) u l-allokazzjonijiet baġitarji taħt din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(2).
Artikolu 5
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat tal-Programm ta' l-Istatistika.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jittieħed kont tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun iffissat għal tliet xhur.
Artikolu 6
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha, f’kooperazzjoni ma’ l-Istati Membri, tevalwa regolarment l-attivitajiet li jsiru fil-Programm MEETS, sabiex tiżgura jekk intlaħqux l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 2(2) u biex jiġu pprovduti linji ta’ gwida għat-titjib ta’ l-effettività għal azzjonijiet fil-ġejjieni.
2. Sal-31 ta’ Diċembru 2010, u mbagħad kull sena sal-2013, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Programm MEETS.
Sa mhux iktar tard mil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, rapport finali dwar l-implimentazzjoni tal-Programm MEETS. Dak ir-rapport għandu jevalwa, fid-dawl tan-nefqa mġarrba mill-Komunità, il-benefiċċji ta' l-azzjonijiet li jirriżultaw għall-Komunità, l-Istati Membri u l-fornituri u l-utenti ta' l-informazzjoni statistika, biex jiġu identifikati oqsma għal titjib potenzjali.
Artikolu 7
Finanzjament
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta l-Programm MEETS għall-perjodu 2009-2013 huwa stabbilit għal EUR 42 500 000.
2. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-pakkett finanzjarju.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2008.
(2) GU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(3) ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
ANNESS
ANALIŻI DETTALJATA TA’ L-AZZJONIJIET ELENKATI FL-ARTIKOLU 3
Għan 1 |
: |
Ir-reviżjoni tal-prijoritajiet u l-iżvilupp ta' ġabriet ta' indikaturi fil-mira għal oqsma ġodda Azzjoni 1.1: L-identifikazzjoni ta’ oqsma ta' inqas importanza
Azzjoni 1.2: L-Iżvilupp ta' oqsma ġodda
|