ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
10 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2008 ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta’ miżuri ta’ ġestjoni adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1223/2008 tad-9 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1224/2008 tad-9 ta’ Diċembru 2008 li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2008 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1225/2008 tad-9 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1226/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2008 tad-9 ta’ Diċembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

13

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/920/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2008 u li temenda d-Deċiżjoni 2007/782/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7572)

15

 

 

2008/921/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2008/798/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8197)  ( 1 )

19

 

 

FTEHIM

 

 

Kummissjoni

 

*

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

21

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/922/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

22

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1222/2008

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta’ miżuri ta’ ġestjoni adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 (2) jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u għal bastimenti Komunitarji f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid.

(2)

Fil-Laqgħat Annwali tagħha fl-2006 u l-2007, il-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) adottat għadd ta’ miżuri ta’ ġestjoni u kontroll fir-rigward tal-limitazzjoni tal-kapaċità tas-sajd ta’ bastimenti li jistadu għat-tonn tropikali, għall-pixxispad u għall-alonga; dawn il-miżuri ġew trasposti fil-liġi Komunitarja permezz tar-Regolament (KE) Nru 40/2008.

(3)

Sabiex jiġi żgurat sfruttament sostenibbli tal-ispeċijiet li jpassu ħafna fl-Oċean Indjan, u sabiex jittieħed kont tal-attivitajiet tradizzjonali tas-sajd u tal-preżenza attiva tal-flotta Komunitarja li tistad għal speċijiet li jpassu ħafna fiż-żona IOTC matul is-snin ta’ referenza 2006 u 2007, għandu jiġi stabbilit l-għadd ta’ bastimenti Komunitarji li għandhom tul totali ta’ 24 metru jew aktar u ta’ inqas minn 24 metru u li joperaw barra miż-Żona Ekonomika Esklussiva, li jistadu għat-tonn tropikali, u l-għadd ta’ bastimenti Komunitarji li jistadu għall-pixxispad u għall-alonga, kif ukoll il-kapaċità korrispondenti f’tunnellaġġ gross, u għandha tiġi ffissata l-allokazzjoni tagħha fost l-Istati Membri kkonċernati.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendament tar-Regolament (KE) Nru 40/2008

L-Artikoli 72 u 73 tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huma b’dan sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 72

Limitazzjoni tal-kapaċità tas-sajd ta’ bastimenti li jistadu għat-tonn tropikali

1.   L-għadd massimu ta’ bastimenti Komunitarji li jistadu għat-tonn tropikali fiż-żona IOTC, u l-kapaċità korrispondenti f’TG, għandhom ikunu hekk:

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità (TG)

Spanja

22

61 400

Franza

21

31 467

L-Italja

1

2 137

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jibdlu l-għadd ta’ bastimenti, abbażi tat-tip ta’ rkaptu, bil-kondizzjoni li jistgħu juru lill-Kummissjoni li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti, abbażi tat-tip ta’ rkaptu, ma twassalx għal żieda fl-isforz tas-sajd fuq l-istokkijiet ta’ ħut involuti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun hemm trasferiment ta’ kapaċità propost għall-flotta tagħhom, il-bastimenti li jkunu se jiġu ttrasferiti jkunu fuq ir-Reġistru ta’ Bastimenti IOTC jew fuq ir-Reġistru ta’ Bastimenti ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali oħra tas-Sajd tat-Tonn. Ma jista’ jiġi ttrasferit l-ebda bastiment li jinsab fuq lista ta’ bastimenti IUU ta’ xi organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd.

4.   Il-bastimenti Komunitarji previsti fil-paragrafu 1 huma wkoll awtorizzati li jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-żona IOTC.

5.   Sabiex jittieħed kont tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp ippreżentati lill-IOTC, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità tas-sajd, kif previsti f’dan l-Artikolu, jistgħu jiżdiedu fil-limiti definiti mill-imsemmija pjanijiet ta’ żvilupp.

Artikolu 73

Limitazzjoni tal-kapaċità tas-sajd ta’ bastimenti li jistadu għall-pixxispad u l-alonga

1.   L-għadd massimu ta’ bastimenti Komunitarji li jistadu għall-pixxispad u l-alonga fiż-żona IOTC, u l-kapaċità korrispondenti espressa f’TG, għandhom ikunu hekk:

Stat Membru

Għadd massimu ta’ bastimenti

Kapaċità (TG)

Spanja

27

11 600

Franza

25

1 940

Il-Portugall

26

10 100

Ir-Renju Unit

4

1 400

2.   Minkejja l-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jibdlu l-għadd tal-bastimenti tagħhom, abbażi tat-tip ta’ rkaptu, bil-kundizzjoni li jistgħu juru lill-Kummissjoni li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti, abbażi tat-tip ta’ rkaptu, ma twassalx għal żieda fl-isforz tas-sajd tal-istokkijiet tal-ħut involuti.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jkun hemm trasferiment ta’ kapaċità propost għall-flotta tagħhom, il-bastimenti li jkunu se jiġu ttrasferiti jkunu fuq ir-Reġistru ta’ Bastimenti IOTC jew fuq ir-Reġistru ta’ Bastimenti ta’ Organizzazzjonijiet Reġjonali oħra tas-Sajd tat-Tonn. Ma jista’ jiġi ttrasferit l-ebda bastiment li jinsab fuq lista ta’ bastimenti IUU ta’ xi organizzazzjoni reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd.

4.   Il-bastimenti Komunitarji previsti fil-paragrafu 1 huma wkoll awtorizzati li jistadu għat-tonn tropikali fiż-żona IOTC.

5.   Sabiex jittieħed kont tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ żvilupp ippreżentati lill-IOTC, il-limitazzjonijiet tal-kapaċità tas-sajd, kif previsti f’dan l-Artikolu, jistgħu jiżdiedu fil-limiti definiti mill-imsemmija pjanijiet ta’ żvilupp.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

H. NOVELLI


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1223/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

80,4

TR

79,9

ZZ

80,2

0707 00 05

JO

167,2

MA

56,2

TR

88,0

ZZ

103,8

0709 90 70

MA

127,5

TR

117,8

ZZ

122,7

0805 10 20

BR

44,6

EG

30,5

MA

76,3

TR

53,5

UY

34,6

ZA

50,1

ZW

43,9

ZZ

47,6

0805 20 10

MA

67,3

TR

73,0

ZZ

70,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

62,9

CN

52,4

HR

19,9

IL

85,9

TR

56,6

ZZ

55,5

0805 50 10

MA

64,0

TR

61,1

ZZ

62,6

0808 10 80

CA

89,2

CL

43,7

CN

94,8

MK

34,8

US

97,9

ZA

123,2

ZZ

80,6

0808 20 50

AR

73,4

CL

48,4

CN

73,6

TR

97,0

US

128,8

ZZ

84,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1224/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jiddetermina safejn jistgħu jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa matul ix-xahar ta' Novembru 2008 għal ċerti prodotti tal-ħalib fil-kuntest ta’ ċerti kwoti tariffarji miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 2535/2001

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal sistema ta’ ċertifikati tal-importazzjoni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2008 għal ċerti kwoti tariffarji msemmija fl-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 tal-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti tal-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (3), jirrigwardaw kwantitajiet ogħla minn dawk disponibbli. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi ddeterminat kemm jistgħu jinħarġu liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġu ffissati l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni applikabbli għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni għall-prodotti tal-kwoti tariffarji msemmija fit-taqsimiet I.A, I.D, I.F, I.H, I.I, u I.J tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2353/2001, imressqa matul il-perjodu bejn bejn l-20 u t-30 ta’ Novembru 2008 jagħtu lok għall-ħruġ ta’ liċenzji tal-importazzjoni għall-kwantitajiet mitluba, bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni ffissati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.

(3)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29.


ANNESS

I.A

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4590

100  %

09.4599

09.4591

100  %

09.4592

09.4593

09.4594

09.4595

2,040816  %

09.4596

100  %

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.D

Prodotti li joriġinaw mit-Turkija

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4101

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.

I.F

Prodotti li joriġinaw mill-Iżvizzera

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4155

99,009900  %

I.H

Prodotti li joriġinaw min-Norveġja

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4179

100  %

I.I

Prodotti li joriġinaw mill-Iżlanda

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4205

100  %

09.4206

100  %

I.J

Prodotti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Moldova

Numru tal-kwota tariffarja

Koeffiċjent tal-allokazzjoni

09.4210

“—”: Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1225/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1186/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1186/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fl-10 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 56.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-10 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

40,45

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

32,93

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

32,93

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

40,45


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

28.11.2008-8.12.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

190,56

105,00

Prezz FOB USA

241,10

231,10

211,10

109,13

Tariffa fuq il-Golf

9,64

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

27,27

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

10,90  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

8,87  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1226/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta’ Frar 2004 dwar ċerti miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/922/CFSP (2) temenda l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/CFSP (3) biż-żieda ta’ 11-il isem u t-tneħħija ta’ wieħed. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, ikun emendat f'dan is-sens.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-miżuri pprovduti għalihom f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa b'dan emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Eneko LANDÁBURU

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1.

(2)  Ara paġna 22 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-persuni naturali li ġejjin għandhom jiżdiedu wara n-numru 168 fil-lista:

ISEM

KARIGA / RAĠUNIJIET GĦAD-DĦUL FIL-LISTA

“173.

Newton Kachepa

Membru Parlamentari elett minn Mudzi ta’ Fuq, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

174.

Maġġur Kairo Mhandu

Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe (ZNA), involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

175.

Brigadier Ġenerali Sibusio Bussie Moyo

Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe (ZNA), involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

176.

Brigadier Ġenerali Richard Ruwodo

Promoss fit-12 ta’ Awwissu 2008 għall-grad ta’ Maġġur Ġenerali (irtirat); eks-Aġent Sotto-Segretarju Permanenti (PUS) għall-Ministeru tad-Difiża, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

177.

Misheck Nyawani

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

178.

Columbus Mudonhi

Assistent Spettur tal-Pulizija tar-Repubblika taż-Żimbabwe (ZRP), involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

179.

Isaac Mumba

Supretendent involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

180.

Martin Kwainona

Assistent Kummissarju, involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

181.

Paul Mudzvova

Surġent (SĠT), involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u wara l-elezzjonijiet

182.

Martin Dinha

Gvernatur Provinċjali għall-Mashonaland Ċentrali

183.

Faber Chidarikire

Gvernatur Provinċjali għall-Mashonaland tal-Punent”

(2)

Il-persuna naturali li ġejja għandha titneħħa mill-lista:

“45.

Makoni, Simbarashe

Deputat Segretarju Ġenerali tal-Polituro ta' ZANU (PF) inkarigat mill-Affarijiet Ekonomiċi (eks-Ministru tal-Finanzi), imwieled fit-22.3.1950 membru tal-Polituro u bħala tali b'rabtiet qawwija mal-Gvern u l-politika tiegħu.”


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1227/2008

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li jipprojbixxi s-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-Komunità u f’dawk li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII u XII min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li għall-2007 u l-2008 jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (3) [traduzzjoni mhux uffiċjali] jistipula kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2008 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għandhom jitqiesu eżawriti mid-data li tidher f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data għandu jkun ipprojbit ukoll li dan l-istokk maqbud minn dawk il-bastimenti jinżamm abbord, jiġi ttrażbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28.


ANNESS

Nru

11/DSS

Stat Membru

ESP

Stokk

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

l-ilmijiet tal-Komunità u dawk mhux taħt is-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta’ V, VI, VII u XII

Data

24.8.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008

li tapprova ċerti programmi emendati għall-qerda u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi għas-sena 2008 u li temenda d-Deċiżjoni 2007/782/KE fir-rigward tar-riallokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità lil ċerti Stati Membri għal programmi approvati minn dik id-Deċiżjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7572)

(2008/920/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) u (6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistipula l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/782/KE tat-30 ta’ Novembru 2007 li tapprova programmi nazzjonali annwali u multiannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċerti mardiet tal-annimali u żoonożi, ippreżentati mill-Istati Membri għall-2008 u s-snin sussegwenti (2) tapprova ċerti programmi nazzjonali u tistabbilixxi r-rata u l-ammont massimu tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal kull programm ippreżentat mill-Istati Membri.

(3)

Il-Kummissjoni evalwat ir-rapporti ppreżentati mill-Istati Membri dwar l-infiq li sar għal dawn il-programmi. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni juru li ċerti Stati Membri mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għall-2008 filwaqt li oħrajn se jonfqu aktar mill-ammont allokat.

(4)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal numru minn dawn il-programmi nazzjonali għandha għalhekk tiġi aġġustata. Huwa xieraq li jiġu riallokati fondi mill-programmi nazzjonali li mhumiex se jużaw l-allokazzjoni sħiħa tagħhom għal dawk li se jaqbżuha. Ir-riallokazzjoni għandha tissejjes fuq l-aktar tagħrif riċenti dwar in-nefqa reali li saret mill-Istati Membri kkonċernati.

(5)

Barra minn hekk, il-Belġju, id-Danimarka u l-Finlandja ppreżentaw programmi emendati għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs), l-Ungerija ppreżentat programm emendat għall-qerda tal-idrofobija u r-Rumanija ppreżentat programm emendat għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer.

(6)

Il-Kummissjoni evalwat dawn il-programmi emendati kemm mil-lat veterinarju kif ukoll mil-lat finanzjarju. Dawn il-programmi nstabu konformi mal-leġiżlazzjoni veterinarja rilevanti tal-Komunità, u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 90/638/KEE (3). Il-programmi emendati għal dawk il-ħames Stati Membri għandhom għalhekk jiġu approvati.

(7)

Id-Deċiżjoni 2007/782/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ippreżentat mill-Belġju fit-23 ta’ Mejju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) ippreżentat mid-Danimarka fit-18 ta’ Ġunju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Il-programm emendat għall-monitoraġġ ta’ TSEs ippreżentat mill-Finlandja fid-9 ta’ April 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 4

Il-programm emendat għall-qerda tal-idrofobija ppreżentat mill-Ungerija fl-4 ta’ Settembru 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 5

Il-programm emendat għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer ippreżentat mir-Rumanija fit-30 ta’ Ġunju 2008 huwa hawnhekk approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni 2007/782/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu (2) qed jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi u x-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

EUR 1 550 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 3 000 000 għal Spanja;

(c)

EUR 4 100 000 għall-Italja;

(d)

EUR 15 000 għal Ċipru;

(e)

EUR 1 460 000 għall-Portugall;

(f)

EUR 4 400 000 għar-Renju Unit”.

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (b), “EUR 6 100 000” qed jinbidel b’“EUR 7 700 000”;

(b)

Fil-punt (d), “EUR 1 100 000” qed jinbidel b’“EUR 1 500 000”.

(3)

Fl-Artikolu 3(2), il-punti (a) u (b) qed jinbidlu b’dan li ġej:

“(a)

EUR 4 400 000 għal Spanja;

(b)

EUR 3 500 000 għall-Italja;”

(4)

Fl-Artikolu 4, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), “EUR 377 000” qed jinbidel b’“EUR 630 000”;

(b)

Fil-punt (c), “EUR 3 100 000” qed jinbidel b’“EUR 1 200 000”;

(c)

Fil-punt (e), “EUR 4 100 000” qed jinbidel b’“EUR 5 800 000”;

(d)

Fil-punt (f), “EUR 351 000” qed jinbidel b’“EUR 3 100 000”;

(e)

Fil-punt (i), “EUR 527 000” qed jinbidel b’“EUR 125 000”;

(f)

Fil-punt (k), “EUR 1 004 000” qed jinbidel b’“EUR 610 000”;

(g)

Fil-punt (l), “EUR 43 000” qed jinbidel b’“EUR 100 000”.

(5)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), “EUR 550 000” qed jinbidel b’“EUR 700 000”;

(b)

Fil-punt (c), “EUR 200 000” qed jinbidel b’“EUR 500 000”;

(c)

Fil-punt (e), “EUR 600 000” qed jinbidel b’“EUR 50 000”;

(d)

Fil-punt (i), “EUR 500 000” qed jinbidel b’“EUR 400 000”;

(e)

Fil-punt (j), “EUR 470 000” qed jinbidel b’“EUR 120 000”;

(f)

Fil-punt (m), “EUR 400 000” qed jinbidel b’“EUR 750 000”;

(g)

Fil-punt (n), “EUR 1 300 000” qed jinbidel b’“EUR 1 000 000”;

(h)

Fil-punt (p), “EUR 2 000 000” qed jinbidel b’“EUR 2 400 000”;

(i)

Fil-punt (r), “EUR 400 000” qed jinbidel b’“EUR 10 000”;

(6)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), “EUR 750 000” qed jinbidel b’“EUR 500 000”;

(b)

Fil-punt (d), “EUR 2 000 000” qed jinbidel b’“EUR 250 000”;

(c)

Fil-punt (g), “EUR 3 500 000” qed jinbidel b’“EUR 2 450 000”;

(d)

Fil-punt (i), “EUR 1 000 000” qed jinbidel b’“EUR 200 000”;

(e)

Fil-punt (k), “EUR 300 000” qed jinbidel b’“EUR 80 000”;

(f)

Fil-punt (m), “EUR 2 000 000” qed jinbidel b’“EUR 3 400 000”;

(g)

Il-punti (o) sa (s) qed jinbidlu b’dan li ġej:

“(o)

EUR 700 000 għall-Awstrija;

(p)

EUR 3 500 000 għall-Polonja;

(q)

EUR 50 000 għall-Portugall;

(r)

EUR 20 000 għar-Rumanija;

(s)

EUR 500 000 għas-Slovakkja;”.

(7)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (f), “EUR 2 500 000” qed jinbidel b’“EUR 2 000 000”;

(b)

Fil-punt (h), “EUR 525 000” qed jinbidel b’“EUR 375 000”.

(8)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu (2), huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (c), “EUR 65 000” qed jinbidel b’“EUR 25 000”;

(b)

Fil-punt (e), “EUR 580 000” qed jinbidel b’“EUR 280 000”;

(c)

Fil-punt (k), “EUR 380 000” qed jinbidel b’“EUR 600 000”;

(d)

Fil-punt (u), “EUR 465 000” qed jinbidel b’“EUR 300 000”.

(9)

Fl-Artikolu 10, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (f), “EUR 250 000” qed jinbidel b’“EUR 280 000”;

(b)

Fil-punt (g), “EUR 5 000 000” qed jinbidel b’“EUR 6 200 000”;

(c)

Fil-punt (i), “EUR 4 700 000” qed jinbidel b’“EUR 5 500 000”;

(d)

Fil-punt (k), “EUR 3 050 000” qed jinbidel b’“EUR 5 800 000”;

(e)

Fil-punt (l), “EUR 250 000” qed jinbidel b’“EUR 450 000”;

(f)

Fil-punt (m), “EUR 300 000” qed jinbidel b’“EUR 350 000”;

(g)

Fil-punt (r), “EUR 3 150 000” qed jinbidel b’“EUR 2 950 000”;

(h)

Fil-punt (s), “EUR 1 250 000” qed jinbidel b’“EUR 1 400 000”;

(i)

Fil-punt (t), “EUR 3 250 000” qed jinbidel b’“EUR 1 350 000”;

(j)

Fil-punt (u), “EUR 1 250 000” qed jinbidel b’“EUR 2 700 000”;

(k)

Fil-punt (v), “EUR 7 500” qed jinbidel b’“EUR 1 000 000”;

(l)

Fil-punt (x), “EUR 750 000” qed jinbidel b’“EUR 550 000”;

(m)

Fil-punt (y), “EUR 650 000” qed jinbidel b’“EUR 550 000”;

(n)

Fil-punt (z), “EUR 1 150 000” qed jinbidel b’“EUR 1 500 000”.

(10)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (g), “EUR 430 000” qed jinbidel b’“EUR 130 000”;

(b)

Fil-punt (i), “EUR 500 000” qed jinbidel b’“EUR 200 000”;

(c)

Fil-punt (o), “EUR 100 000” qed jinbidel b’“EUR 300 000”;

(d)

Fil-punt (p), “EUR 232 000” qed jinbidel b’“EUR 130 000”.

(11)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (d), “EUR 204 000” qed jinbidel b’“EUR 110 000”;

(b)

Fil-punt (e), “EUR 1 000 000” qed jinbidel b’“EUR 100 000”;

(c)

Fil-punt (g), “EUR 550 000” qed jinbidel b’“EUR 250 000”;

(d)

Fil-punt (i), “EUR 3 800 000” qed jinbidel b’“EUR 3 700 000”;

(e)

Fil-punt (j), “EUR 3 000 000” qed jinbidel b’“EUR 2 450 000”;

(f)

Fil-punt (l), “EUR 1 100 000” qed jinbidel b’“EUR 1 200 000”;

(g)

Fil-punt (q), “EUR 258 000” qed jinbidel b’“EUR 150 000”;

(h)

Fil-punt (s), “EUR 35 000” qed jinbidel b’“EUR 100 000”;

(i)

Fil-punt (t), “EUR 881 000” qed jinbidel b’“EUR 100 000”;

(j)

Fil-punt (v), “EUR 302 000” qed jinbidel b’“EUR 100 000”;

(k)

Fil-punt (w), “EUR 201 000” qed jinbidel b’“EUR 50 000”;

(l)

Fil-punt (x), “EUR 4 000 000” qed jinbidel b’“EUR 1 800 000”.

(12)

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu (2) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a), “EUR 700 000” qed jinbidel b’“EUR 0”;

(b)

Il-punti (c) sa (g) qed jinbidlu b’dan li ġej:

“(c)

EUR 1 000 000 għall-Ungerija;

(d)

EUR 330 000 għall-Awstrija;

(e)

EUR 4 200 000 għall-Polonja;

(f)

EUR 0 għar-Rumanija;

(g)

EUR 425 000 għas-Slovakkja;”.

(13)

Fl-Artikolu 14(2), il-punt (c) qed jinbidel b’dan li ġej:

(c)

“EUR 3 000 000 għall-Polonja”.

(14)

Fl-Artikolu 15(2), il-punt (c), qed jinbidel b’dan li ġej:

(c)

“EUR 4 650 000 għall-Polonja”.

(15)

L-Artikolu 16(5), il-punti (b) sa (e) qed jinbidlu b’dan li ġej:

“(b)

EUR 225 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 860 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 700 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 380 000 għas-Slovenja;”.

(16)

Fl-Artikolu 18, il-paragrafu (5) huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt (a) “EUR 400 000” qed jinbidel b’“EUR 650 000”;

(b)

Fil-punt (c), “EUR 300 000” qed jinbidel b’“EUR 350 000”.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

(3)  ĠU L 347, 12.12.1990, p. 27.


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2008/798/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 8197)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/921/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistipula l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza Komunitarji xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

Livelli għoljin ta’ melamina nstabu fil-ħalib tat-trabi u prodotti ta’ ħalib oħra fiċ-Ċina. Il-melamina hija kimika intermedjarja wżata fil-manifattura ta’ reżini amminiċi u plastik u tintuża bħala monomeru u bħala addittiv għall-plastik. Il-livelli għolja ta’ melamina fl-ikel jistgħu jirriżultaw f’effetti serji ħafna fuq is-saħħa.

(3)

Biex tilqa’ għal dan ir-riskju għas-saħħa li jista’ jirriżulta mill-esponiment għall-kontenut tal-melamina fl-għalf u fil-prodotti tal-ikel, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina, u li tirrevoka d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/757/KE, tistipula li għandu jkun hemm projbizzjoni fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew tal-ħalib, intenzjonati għall-użu nuttrittiv partikolari tat-trabi u tat-tfal żgħar, u tirrikjedi li l-Istati Membri jwettqu verifiki sistematiċi waqt l-importazzjoni fuq għalf u ikel ieħor li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib. Din id-Deċiżjoni teħtieġ ukoll li l-Istati Membri jneħħu mis-suq kull prodott ta’ din ix-xorta misjub li fih melamina li tkun aktar minn 2.5 mg/kg tal-prodott.

(4)

Skont informazzjoni disponibbli mill-Istati Membri permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, instab reċentement ukoll livell għoli ta’ melamina fi prodotti li fihom is-soja jew fi prodotti tas-soja importati miċ-Ċina. Instabet ukoll il-melamina fil-bikarbonat tal-ammonju, użat fl-industrija tal-ikel bħala aġent ta’ teħmir. Għalhekk hu xieraq li jiġu estiżi l-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/798/KE anki għal dawn il-prodotti.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/798/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja maħsuba għall-użu nuttrittiv partikolari tat-trabi u t-tfal żgħar skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE dwar l-oġġetti tal-ikel għal użu ta’ nutriment partikolari, li joriġinaw jew jiġu kkunsinnati miċ-Ċina. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kwalunkwe prodott bħal dan li jinstab fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi rtirat u jinqered minnufih.”

(2)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ddokumentati, ta’ identità u fiżiċi, inklużi analiżijiet fil-laboratorji, fuq il-kunsinni kollha li joriġinaw jew li ġew ikkunsinnati miċ-Ċina ta’ bikarbonat tal-ammonju maħsuba għall-ikel jew l-għalf u l-ikel li fih il-ħalib, prodotti tal-ħalib, soja jew prodotti tas-soja.

L-Istati Membri jistgħu jwettqu kontrolli aleatorji qabel l-importazzjoni ta’ prodotti oħra tal-għalf u l-ikel li għandhom kontenut għoli ta’ proteina li joriġinaw miċ-Ċina.

Dawn il-kontrolli għandhom b’mod partikolari jimmiraw li jaċċertaw li l-livell ta’ melamina, jekk hemm, ma jaqbiżx it-2.5 mg/kg tal-prodott. Il-kunsinni għandhom jinżammu sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.”

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“L-operaturi tan-negozju tal-għalf u l-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jagħtu notifika bil-quddiem lill-punt ta’ kontroll imsemmi fl-Artiklu 2(3) tad-data u l-ħin stmat tat-twassil tal-kunsinni kollha li joriġinaw fiċ-Ċina jew li huma kkunsinnati minnha ta’ għalf u ikel li fihom il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, is-soja jew il-prodotti tas-soja.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 9 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


FTEHIM

Kummissjoni

10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/21


Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar in-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) konkluż mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/326/KE (2) (minn hawn 'l quddiem “il-Ftehim”), kull meta jiġu adottati emendi għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (3), id-Danimarka għandha tavża lill-Kummissjoni dwar id-deċiżjoni tagħha jekk hiex ser timplimenta jew le l-kontenut ta' dawn l-emendi.

Ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar in-notifika fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta’ dokumenti), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (4) ġie adottat fit-13 ta' Novembru 2007.

Skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim, id-Danimarka avżat lill-Kummissjoni bl-ittra tal-20 ta' Novembru 2007 dwar id-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007. Skont l-Artikolu 3(6) tal-Ftehim, in-notifika Daniża toħloq obbligi reċiproċi bejn id-Danimarka u l-Komunità. B'hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 jikkostitwixxi emenda għall-Ftehim u hu kkunsidrat bħala anness tiegħu.

Skont l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, il-miżuri amministrattivi meħtieġa ser jidħlu fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007.


(1)  ĠU L 300, 17.11.2005, p. 55.

(2)  ĠU L 120, 5.5.2006, p. 23.

(3)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.

(4)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/22


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/922/PESK

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha, flimkien mal-Artikolu 23(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK, il-Kunsill adotta miżuri biex, b'mod partikolari, jipprojbixxi d-dħul fi, jew it-transitu mit-territorji ta' l-Istati Membri, u jiffriża l-kapital u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-Gvern taż-Żimbabwe u tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew l-organizzazzjonijiet assoċjati magħhom, kif ukoll ta' persuni oħrajn fiżiċi jew ġuridiċi li jinsabu fil-lista fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni msemmija, li l-attivitajiet tagħhom huma theddida serja għad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe.

(2)

Wara l-atti ta’ vjolenza organizzati u mwettqa mill-awtoritajiet taż-Żimbabwe waqt il-kampanja għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2008, il-Kunsill iddeċieda li jżid ċerti persuni u entitajiet oħrajn mal-lista li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/605/PESK (2) fit-22 ta’ Lulju 2008.

(3)

Il-Kunsill iddeċieda wkoll li jsaħħaħ il-miżuri restrittivi dwar ir-rifjut tad-dħul jew tat-transitu fit-territorju tal-Istati Membri tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK, bl-adozzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2008/632/PESK (3) fil-31 ta' Lulju 2008.

(4)

Minħabba l-vjolenzi organizzati u mwettqa mill-awtoritajiet taż-Żimbabwe u ż-żamma persistenti milli jiġi implimentat il-Ftehim politiku ffirmat fil-15 ta' Settembru 2008, jeħtieġ li jiżdiedu xi persuni mal-lista li tidher fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

(5)

Min-naħa l-oħra, hemm persuna fil-lista li tidher fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ż-żamma tagħha f'tali lista m'hemmx iżjed raġuni għaliha.

(6)

Għaldaqstant l-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandu jiġi rivedut kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-persuni li jidhru fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

2.   Il-persuna li tidher fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni għandha titneħħa mil-lista li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66.

(2)  ĠU L 194, 23.7.2008, p.34.

(3)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 53.


ANNESS I

Il-persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)

173.

Newton Kachepa

Membru tal-Parlament għal Mudzi tat-Tramuntana, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

174.

Maġġur Kairo (magħruf ukoll bħala Cairo) Mhandu

ZNA, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

175.

Brigadier Ġenerali Sibusio Bussie Moyo

ZNA, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

176.

Brigadier Ġenerali Richard Ruwodo

Promoss fit-12 ta' Awwissu għall-grad ta' Maġġur Ġenerali (irtirat); li qabel kien is-Sotto-Segretarju ta’ l-Istat għall-Ministeru tad-Difiża, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

177.

Misheck Nyawani

Supretendent (irtirat), direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

178.

Columbus Mudonhi

Assistent Spettur ZRP, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

179.

Isaac Mumba

Supretendent, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

180.

Martin Kwainona

Assistent Kummissarju, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

181.

Paul Mudzvova

SGT, direttament involut fil-kampanja ta' terrur qabel u wara l-elezzjonijiet

182.

Martin Dinha

Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland Ċentrali

183.

Faber Chidarikire

Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland tal-Punent


ANNESS II

Il-persuna msemmija fl-Artikolu 1(2):

45.

Makoni, Simbarashe

Viċi Segretarju Ġenerali tal-Politburo taż-ZANU PF, responsabbli għall-affarijiet ekonomiċi (qabel Ministru tal-Finanzi), data tat-twelid 22.3.1950

Membru tal-Politburo u bħala tali, b'konnessjonjiet mill-qrib mal-Gvern u l-politika tiegħu.


10.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 331/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.