ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
9 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 sabiex iżid ir-Repubblika taż-Żambja mal-lista tar-reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1218/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1219/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom ( 1 )

4

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1220/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/113/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi ( 1 )

6

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Parlament Ewropew u Kunsill

 

 

2008/916/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

16

 

 

Kunsill

 

 

2008/917/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008 li taħtar membru Daniż wieħed u membru supplenti wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni

18

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

19

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/919/ĠAI tat-28 Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

21

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1217/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 sabiex iżid ir-Repubblika taż-Żambja mal-lista tar-reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Novembru 2007, il-Komunità kkonkludiet negozjati dwar ftehim interim li jistabbilixxi qafas għal Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “FPE interim”) mas-Seychelles, iż-Żambja u ż-Żimbabwe.

(2)

Billi l-Komunità u ż-Żambja, meta n-negozjati dwar l-FPE interim kienu konklużi fit-28 ta’ Novembru 2007, ma qablux dwar offerta miż-Żambja għal aċċess tas-suq, l-inklużjoni taż-Żambja fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika (1) ma kinetx possibbli.

(3)

Il-Komunità u ż-Żambja kkonkludew negozjati dwar offerta ta’ aċċess għas-suq miż-Żambja fit-30 ta’ Settembru 2008.

(4)

Għaldaqstant, fid-dawl tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, l-Anness I għandu jiġi emendat biex jinkludi ż-Żambja.

(5)

Sabiex tkun akkomodata ż-żieda taż-Żambja għall-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ applikazzjoni dettaljati għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti tariffarji u arranġamenti preferenzjali (2), għandu jiġi emendat, fiż-żmien debitu, mill-Kummissjoni u b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007, it-terminu “ir-Repubblika taż-Żambja” għandu jiddaħħal bejn l-entrati “ir-Repubblika tal-Uganda” u “r-Repubblika taż-Żimbabwe”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1218/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-9 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

70,8

TR

72,8

ZZ

71,8

0707 00 05

JO

167,2

MA

57,7

TR

83,7

ZZ

102,9

0709 90 70

JO

230,6

MA

105,4

TR

69,5

ZZ

135,2

0805 10 20

BR

44,6

EG

30,5

MA

76,3

TR

66,5

UY

34,6

ZA

44,9

ZW

43,9

ZZ

48,8

0805 20 10

MA

66,1

TR

73,0

ZZ

69,6

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

62,9

CN

52,4

HR

19,9

IL

73,2

TR

58,3

ZZ

53,3

0805 50 10

MA

64,0

TR

56,9

ZA

79,4

ZZ

66,8

0808 10 80

CA

89,2

CL

43,7

CN

71,1

MK

34,8

US

102,9

ZA

123,2

ZZ

77,5

0808 20 50

AR

73,4

CL

48,4

CN

56,8

TR

104,0

US

141,2

ZZ

84,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/4


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1219/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta' kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar is-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż tal-Artikolu 18(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni ta' ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta' kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ta' dan ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett.

(3)

L-Italja rrevediet il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta' kwarantina tagħha li huma approvati u bagħtet lista aġġornata ta' dawn il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta' kwarantina approvati stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007, l-annotazzjoni li ġejja titneħħa mill-annotazzjonijiet għall-Italja:

“IT

L-Italja

233BG601”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

(3)  ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1220/2008

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 950/2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti taz-zokkor skont ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Sussegwentement għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 sabiex ir-Repubblika taż-Żambja tiżdied mal-lista ta’ reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati (2), ir-Repubblika taż-Żambja ssir wieħed mill-pajjiżi benefiċjarji għall-kwota tar-rata tariffarja taz-zokkor addizzjonali tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (EPA) imsemmija fil-Kapitolu VIIIa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 (3).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1217/2008 jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu. Sabiex l-operaturi jitolbu l-liċenzji tal-importazzjoni taz-zokkor li joriġina mir-Repubblika taż-Żambja skont il-kwota tariffarja taz-zokkor addizzjonali tal-EPA minn dik id-data, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 950/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-ewwel inċiż fl-Artikolu 31a għandu jinbidel b'dan li ġej:

“—

Il-Komoros, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

75 000 tunnellata”,

(2)

Fl-Anness I, fil-parti “Numri tas-serje għal zokkor addizzjonali tal-EPA”, il-linja li tirrigwarda n-numru tas-serje 09.4431 għandha tinbidel b’dan li ġej:

Pajjiżi terzi

Nru tas-serje

“Il-Komoros, il-Madagaskar, il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żambja, iż-Żimbabwe

09.4431”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.


DIRETTIVI

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/113/KE

tat-8 ta’ Diċembru 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta mikroorganiżmi bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2002 (2) u (KE) Nru 2229/2004 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati, bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva.

(2)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1095/2004 (4) iddaħħal Artikolu 24b ġdid fir-Regolament (KE) Nru 2229/2004 biex jippermetti sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li jista' jkun mistenni li ma għandhomx effetti ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew l-annimali jew fuq l-ilma ta' taħt l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, biex jiġu inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma ntalab parir xjentifiku dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza tal-Ikel (EFSA).

(3)

Għas-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness ta' din id-Direttiva l-Kummissjoni eżaminat skond l-Artikolu 24a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali, l-ilma ta' taħt l-art u l-ambjent għal użi varji proposti min-notifikanti, bil-konklużjoni li dawk is-sustanzi attivi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 24b tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004.

(4)

Skond l-Artikolu 25 (1) tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta' rapporti ta' reviżjoni għal sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva lill-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, għal eżaminar. Dawn ir-rapporti saritilhom reviżjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali u ġew finalizzati fil-11 ta' Lulju 2008 fil-format tar-rapporti tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004 il-Kummissjoni se titlob lill-EFSA biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta' reviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2010.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward tal-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(6)

Għandu jitħalla jiskadi perjodu raġjonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta' sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta' sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta' awtorizzazjonijiet eżistenti ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti mid-Direttiva 91/414/KEE, u b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, ibiddlu jew jirtiraw, kif ikun xieraq, l-awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. Permezz ta' deroga mill-iskadenza stabbilita hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta' kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu maħsub skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE ta' sustanzi attivi evalwati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (5) uriet li jistgħu jinqalgħu xi diffikultajiet fl-interpretazzjoni tad-dmirijiet ta' detenturi ta' awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-dejta. Għalhekk biex jiġu evitati aktar diffikultajiet jidher li huwa meħtieġ li d-dmirijiet tal-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta' awtorizzazzjoni juri li għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta' din id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE skond dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Novembru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sal-31 ta’ Ottubru 2009.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet ikollhom, jew ikollhom aċċess għal, fajls li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13 ta' dik id-Direttiva.

2.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala wieħed mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mit-30 ta' April 2009, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jivvalutaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta' fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tad-daħla fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, huma għandhom jistabbilixxu jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta' xi prodott li jkun fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala l-unika sustanza attiva, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2014; jew

(b)

fil-każ ta' xi prodott li jkun fih is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala waħda minn ħafna sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sat-30 ta' April 2014 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik tal-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 168, 27.6.2002, p. 14.

(3)  ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13.

(4)  ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19.

(5)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10.


ANNESS

Id-daħla li ġejja għandha tiġi inkluża fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni

Isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza tal-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“199

Bacillus thuringiensis subsp. aizawai

RAZZA: ABTS-1857

Kollezzjoni tal-kultura: Nru SD-1372,

RAZZA: GC-91

Kollezzjoni tal-kultura: Nru NCTC 11821

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, se jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Bacillus thuringiensis subsp. Aizawai ABTS-1857 (SANCO/1539/2008) u GC-91 (SANCO/1538/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

200

Bacillus thuringiensis subsp. israeliensis (serotip H-14)

RAZZA: AM65-52

Kollezzjoni tal-kultura: Nru ATCC-1276

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Bacillus thuringiensis subsp israeliensis (serotip H-14) AM65-52 (SANCO/1540/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

201

Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki

RAZZA: ABTS 351

Kollezzjoni tal-kultura: Nru ATCC SD-1275

RAZZA: PB 54

Kollezzjoni tal-kultura: Nru CECT 7209

RAZZA: SA 11

Kollezzjoni tal-kultura: Nru NRRL B-30790

RAZZA: SA 12

Kollezzjoni tal-kultura: Nru NRRL B-30791

RAZZA: EG 2348

Kollezzjoni tal-kultura: Nru NRRL B-18208

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Bacillus thuringiensis subsp subsp kurstaki ABTS 351 (SANCO/1541/2008), PB 54 (SANCO/1542/2008), SA 11, SA 12 u EG 2348 (SANCO/1543/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

202

Bacillus thuringiensis subsp. Tenebrionis

RAZZA: NB 176 (TM 14 1)

Kollezzjoni tal-kultura: Nru SD-5428

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Bacillus thuringiensis subsp tenebrionis NB 176 (SANCO/1545/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

203

Beauveria bassiana

RAZZA: ATCC 74040

Kollezzjoni tal-kultura: Nru ATCC 74040

RAZZA: GHA

Kollezzjoni tal-kultura: Nru ATCC 74250

Mhux applikabbli

Livell massimu ta' beauvericin: 5 mg/Kg

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Beauveria bassiana ATCC 74040 (SANCO/1546/2008) u GHA (SANCO/1547/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

204

Cydia pomonella Granulovirus (CpGV)

Mhux applikabbli

Mikroorganiżmi li jikkontaminaw (Bacillus cereus) < 1 × 106 CFU/g

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-Cydia pomonella Granulovirus (CpGV) (SANCO/1548/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

205

Lecanicillium muscarium

(qabel kienet Verticilium lecanii)

RAZZA: Ve 6

Kollezzjoni tal-kultura: Nru CABI (=IMI) 268317, CBS 102071, ARSEF 5128

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Lecanicillium muscarium (li qabel kienet Verticilium lecanii) Ve 6 (SANCO/1861/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

206

Metarhizium anisopliae var. anisopliae

(qabel kienet Metarhizium anisopliae)

RAZZA: BIPESCO 5/F52

Kollezzjoni tal-kultura: Nru M.a. 43; Nru 275-86 (akronimi V275 jew KVL 275); Nru KVL 99-112 (Ma 275 jew V 275); Nru DSM 3884; Nru ATCC 90448; Nru ARSEF 1095

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala insettiċidi u akariċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Metarhizium anisopliae var. anisopliae (qabel kien l-Metarhizium anisopliae) BIPESCO 5 u F52 (SANCO/1862/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

207

Phlebiopsis gigantea

RAZZA: VRA 1835

Kollezzjoni tal-kultura: Nru ATCC 90304

RAZZA: VRA 1984

Kollezzjoni tal-kultura: Nru DSM16201

RAZZA: VRA 1985

Kollezzjoni tal-kultura: Nru DSM 16202

RAZZA: VRA 1986

Kollezzjoni tal-kultura: Nru DSM 16203

RAZZA: FOC PG B20/5

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390096

RAZZA: FOC PG SP log 6

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390097

RAZZA: FOC PG SP log 5

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI390098

RAZZA: FOC PG BU 3

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390099

RAZZA: FOC PG BU 4

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390100

RAZZA: FOC PG 410.3

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390101

RAZZA: FOC PG97/1062/116/1.1

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390102

RAZZA: FOC PG B22/SP1287/3.1

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390103

RAZZA: FOC PG SH 1

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390104

RAZZA: FOC PG B22/SP1190/3.2

Kollezzjoni tal-kultura: Nru IMI 390105

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Phlebiopsis gigantea (SANCO/1863/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

208

Pythium oligandrum

RAZZAS: M1

Kollezzjoni tal-kultura Nru ATCC 38472

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Pythium oligandrum M1 (SANCO/1864/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

209

Streptomyces K61 (qabel kienet S. griseoviridis)

RAZZA: K61

Kollezzjoni tal-kultura: Nru DSM 7206

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Streptomyces (qabel kienet Streptomyces griseoviridis) K61 (SANCO/1865/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

210

Trichoderma atroviride

(qabel kienet T. harzianum)

RAZZA: IMI 206040

Kollezzjoni tal-kultura Nru IMI 206040, ATCC 20476;

RAZZA: T11

Kollezzjoni tal-kultura: Nru

Kollezzjoni tal-kultura tat-tip Spanjol 20498, l-istess bħal IMI 352941

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-Trichoderma atroviride (qabel kienet T. harzianum) IMI 206040 (SANCO/1866/2008) u t-T-11 (SANCO/1841/2008) rispettivament, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

211

Trichoderma polysporum

RAZZA: Trichoderma polysporum IMI 206039

Kollezzjoni tal-kultura Nru IMI 206039, ATCC 20475

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-Trichoderma polysporum IMI 206039 (SANCO/1867/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

212

Trichoderma harzianum Rifai

RAZZA:

Trichoderma harzianum T-22;

Kollezzjoni tal-kultura Nru ATCC 20847

RAZZA: Trichoderma harzianum PARTITA 908;

Kollezzjoni tal-kultura Nru CBS 118749

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-Trichoderma harzianum T-22 (SANCO/1839/2008) u l-PARTITA 908 (SANCO/1840/208) rispettivament, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

213

Trichoderma asperellum

(qabel kienet T. harzianum)

RAZZA: ICC012

Kollezzjoni tal-kultura Nru CABI CC IMI 392716

RAZZA: Trichoderma asperellum

(qabel kienet T. viride T25) T11

Kollezzjoni tal-kultura Nru CECT 20178

RAZZA: Trichoderma asperellum

(qabel kienet T. viride TV1) TV1

Kollezzjoni tal-kultura Nru MUCL 43093

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-Trichoderma asperellum (qabel kienet t-T. harzianum) ICC012 (SANCO/1842/2008) u t-Trichoderma asperellum (qabel kienet t-T. viride T25 u TV1) T11 u TV1(SANCO/1868/2008) rispettivament, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

214

Trichoderma gamsii (qabel kienet t-T. viride)

RAZZA:

ICC080

Kollezzjoni tal-kultura Nru IMI CC Numru 392151 CABI

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar it-Trichoderma viride (SANCO/1868/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.

215

Verticillium albo-atrum

(qabel kienet Verticillium dahliae)

RAZZA: Verticillium albo-atrum isolate WCS850

Kollezzjoni tal-kultura Nru CBS 276.92

Mhux applikabbli

Ebda impuritajiet relevanti

1 ta’ Mejju 2009

30 ta’ April 2019

IL-PARTI A

L-użu bħala funġiċida biss jista’ jiġi awtorizzat.

IL-PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-Verticillium albo-atrum (qabel kien l-Verticillium dahliae) WCS850 (SANCO/1870/2008), u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri għat-tnaqqis tar-riskju, fejn xieraq.”


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi jingħataw fir-rapport ta’ reviżjoni.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Parlament Ewropew u Kunsill

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/16


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba

(2008/916/KE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b’mod partikolari l-punt 28 tagħha,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ aġġustament għall-globalizzazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (“il-Fond”) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li jitilfu l-impjieg minħabba nuqqas ta’ xogħol għalihom u li jsofru l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)

Il-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 tippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(3)

L-Italja ippreżentat erba’ applikazzjonijiet għall-użu tal-Fond fir-rigward ta’ redundanxcies fis-settur tat-tessuti: fid-9 ta’ Awwissu 2007 għal Sardinja, fl-10 ta’ Awwissu 2007 għall-Piemonte, fis-17 ta’ Awwissu 2007 għal-Lombardia u fit-12 ta’ Frar 2008 għat-Toscana. Dawn l-applikazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti sabiex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

(4)

Il-Fond, għalhekk, għandu jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjonijiet,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 35 158 075 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.


Kunsill

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008

li taħtar membru Daniż wieħed u membru supplenti wieħed tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/917/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara r-riżenja tas-Sur Bo ANDERSEN tbattal il-post ta’ membru wieħed fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara l-ħatra tas-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, tbattal post ta’ membru supplenti wieħed,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Jens Arne HEDEGAARD JENSEN, Viceborgmester, Brønderslev Kommune (bidla fil-mandat).

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Bo ANDERSEN, Borgmester, Faaborg-Midtfyn Kommune (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

H. NOVELLI


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/918/PESK

tat-8 ta’ Diċembru 2008

dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1) (operazzjoni insejħa “Atalanta”), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,

Billi:

(1)

Fir-Riżoluzzjoni 1814 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) talab lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet reġjonali, billi jikkoordinaw mill-qrib l-azzjoni tagħhom bejniethom, biex jieħdu miżuri sabiex jipproteġu lill-bastimenti li qed jieħdu sehem fit-trasport u l-ispedizzjoni tal-għajnuna umanitarja għas-Somalja u fl-attivitajiet awtorizzati min-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-KSNU ddikjara li jinsab imħasseb dwar il-periklu li l-atti ta’ piraterija u serq bl-użu tal-armi mwettqin fuq bastimenti qed joħolqu għat-trasport tal-għajnuna umanitarja fis-Somalja, għas-sigurtà tar-rotot marittimi kummerċjali u għat-tbaħħir internazzjonali. Il-KSNU impenja b’mod partikolari lill-Istati li jixtiequ jużaw ir-rotot marittimi kummerċjali li jinsabu ‘l barra mix-xtut Somali biex jirrinfurzaw u jikkoordinaw, f’kooperazzjoni mal-Gvern federali proviżorju (GFP), l-azzjoni meħuda biex tiskoraġġixxi l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi mwettqin fuq il-baħar.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni 1838 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fis-7 ta’ Ottubru 2008, il-KSNU laqa’ l-ippjanar li għaddej ta’ operazzjoni navali militari eventwali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll ta’ inizjattivi internazzjonali u nazzjonali oħrajn meħudin għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) u talab minnufih lill-Istati kollha li għandhom il-mezzi biex jikkooperaw mal-GFT fil-ġlieda kontra l-piraterija u s-serq bl-użu tal-armi mwettqin fuq il-baħar, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tiegħu. Huwa talab ukoll minnufih lill-Istati kollha u lill-organizzazzjonijiet reġjonali kollha biex ikomplu jaġixxu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1814 (2008) tiegħu, biex jipproteġu l-konvojs marittimi tal-Programm Dinji tal-Ikel (PDI), li huma vitali għat-twassil tal-għajnuna umanitarja għall-popolazzjoni Somala.

(4)

Permezz ta’ ittra datata l-14 ta’ Novembru 2008 il-GFT ikkomunika lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti l-offerta li kienet saret lilu, f’konformità mal-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1816(2008).

(5)

L-Unjoni Ewropea tista’ tiġi mġiegħla toqgħod fuq riżoluzzjonijiet ulterjuri tal-KSNU li jirrigwardaw is-sitwazzjoni fis-Somalja.

(6)

F’konformità mal-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet fir-rigward tad-difiża u b’hekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament tal-operazzjoni,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Il-Pjan operazzjonali u r-regoli ta’ ingaġġ rigward l-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, minn issa msejħa “operazzjoni Atalanta”, huma approvati.

Artikolu 2

L-operazzjoni Atalanta għandha tiġi mnedija fit-8 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 3

Il-kmandant tal-operazzjoni Atalanta huwa awtorizzat, b’effett immedjat, biex jagħti l-ordni ta’ attivazzjoni (ACTORD) sabiex jitwettaq l-iskjerament tal-forzi u jibda t-twettiq tal-missjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 301 tat-12.11.2008, p. 33.


ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/21


DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2008/919/ĠAI

tat-28 Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 31(1)(e) u l-Artikolu 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

It-terroriżmu huwa wieħed mill-aktar vjolazzjonijiet serji tal-valuri universali tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea. Jirrappreżenta wkoll wieħed mill-aktar attakki serji kontra d-demokrazija u l-istat tad-dritt, il-prinċipji li huma komuni għall-Istati Membri u li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea.

(2)

Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/745/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (2) hija l-bażi tal-politika kontra t-terroriżmu ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-kisba ta’ qafas legali komuni għall-Istati Membri kollha, u b’mod partikolari, ta’ definizzjoni armonizzata ta’ reati terroristiċi, ippermettiet li l-politika ta’ kontra t-terroriżmu ta’ l-Unjoni Ewropea tiżviluppa u tespandi, suġġetta għar-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt.

(3)

It-theddida terroristika kibret u evolviet b’mod mgħaġġel f’dawn l-aħħar snin, b’bidliet fil-modus operandi ta’ attivisti u partitarji terroristiċi inkluż il-bdil ta’ gruppi strutturati u ġerarkiċi minn ċelloli semi-awtonomi marbuta ma’ xulxin b’mod relattivament laxk. Dawn iċ-ċelloli jorbtu flimkien netwerks internazzjonali u kull ma jmorru jistrieħu aktar fuq l-użu ta’ teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari l-Internet.

(4)

L-Internet jintuża biex jispira u jimmobilizza netwerks u individwi terroristiċi lokali fl-Ewropa u jservi wkoll bħala sors ta’ informazzjoni dwar mezzi u metodi terroristiċi, u b’hekk jiffunzjona bħala “kamp tat-taħriġ virtwali”. Attivitajiet ta’ provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu mmultiplikaw bi spiża u riskju baxxi ħafna.

(5)

Il-Programm ta’ l-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-5 ta’ Novembru 2004, jisħaq li l-prevenzjoni u l-ġlieda effikaċi kontra t-terroriżmu b’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali jitolbu li l-Istati Membri ma jillimitawx l-attivitajiet tagħhom għaż-żamma tas-sigurtà tagħhom iżda jiffokaw ukoll fuq is-sigurtà ta’ l-Unjoni kollha kemm hi.

(6)

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni li jimplimenta l-Programm ta’ l-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (3) jfakkar li hu meħtieġ rispons globali biex jiġi indirizzat it-terroriżmu u li l-aspettattivi li għandhom iċ-ċittadini mill-Unjoni ma jistgħux jiġu injorati, u l-Unjoni lanqas ma tista’ ma tweġibx għalihom. Jiddikjara wkoll li l-attenzjoni għandha tiġi ffukata fuq aspetti differenti tal-prevenzjoni, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons sabiex jissaħħu aktar, u fejn ikun meħtieġ jiġu kkomplementati, il-kapaċitajiet ta’ l-Istati Membri biex jiġġieldu kontra t-terroriżmu, b’konċentrazzjoni partikolari fuq ir-reklutaġġ, l-iffinanzjar, l-analiżi tar-riskju, il-protezzjoni ta’ l-infrastrutturi kritiċi u l-ġestjoni tal-konsegwenzi.

(7)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tipprevedi l-kriminalizzazzjoni ta’ reati marbuta mat-terroriżmu sabiex tikkontribbwixxi għall-għan ta’ politika aktar ġenerali tal-prevenzjoni tat-terroriżmu permezz tat-tnaqqis fit-tixrid ta’ dawk il-materjali li jistgħu jinċitaw lil persuni sabiex iwettqu attakki terrroristiċi.

(8)

Ir-Riżoluzzjoni 1624 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ssejjaħ lill-Istati biex jieħdu miżuri li huma neċessarji u xierqa, u skond l-obbligi tagħhom taħt il-liġi internazzjonali, jipprojbixxu skond il-liġi inċitazzjoni li jitwettaq att jew jitwettqu atti terroristiċi u li tittieħed prevenzjoni kontra mġiba bħal din. Ir-rapport tas-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti “Ningħaqdu kontra t-terroriżmu: rakkomandazzjonijiet għal strateġija globali kontra t-terroriżmu” tas-27 ta’ April 2006, jinterpreta r-riżoluzzjoni msemmija hawn fuq bħala waħda li tipprovdi bażi għall-kriminalizzazzjoni ta’ l-inċitazzjoni għal atti terroristiċi u r-reklutaġġ, inkluż meta dan isir permezz ta’ l-Internet. L-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Terroriżmu (8 ta’ Settembru 2006) issemmi r-riżoluzzjoni ta’ l-Istati Membri tan-NU li jesploraw modi u mezzi biex jikkoordinaw sforzi fuq livell internazzjonali u reġjonali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fil-forom u l-manifestazzjonijiet kollha tiegħu fuq l-Internet.

(9)

Il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu tistabbilixxi l-obbligi ta’ l-Istati Kontraenti li jikkriminalizzaw l-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku u r-reklutaġġ u t-taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu, meta jitwettqu b’mod illegali u intenzjonalment.

(10)

Id-definizzjoni ta’ reati terroristiċi, inklużi reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi, għandha tiġi approssimata aktar fl-Istati Membri kollha, sabiex tkopri l-provokazzjoni pubblika biex jitwettaq reat terroristiku, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu u taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu, meta jitwettqu intenzjonalment.

(11)

Għandhom jingħataw pieni lill-persuni fiżiċi li jkunu wettqu intenzjonalment jew lill-persuni ġuridiċi li jiġu kkunsidrati responsabbli għall-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu. Dawn il-forom ta’ aġir għandhom ikunu ugwalment kastigabbli fl-Istati Membri kollha indipendentement minn jekk jitwettqux permezz ta’ l-Internet jew le.

(12)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċizjoni Kwadru ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri unilateralment, u jistgħu, għalhekk, minħabba l-ħtieġa ta’ regoli armonizzati madwar l-Ewropa, jinkisbu aħjar fuq livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE u msemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat UE. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat KE, din id-Deċizjoni Kwadru ma tmurx lilhinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(13)

L-Unjoni tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fl-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li jidhru fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitoli II u VI tiegħu. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jkun interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħal-libertà ta’ l-espressjoni, ta’ assemblea, jew ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għar-rispett tal-privatezza u l-ħajja familjari, inkluż id-dritt għar-rispett tal-konfidenzjalità tal-korrispondenza.

(14)

Il-provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi, ir-reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu u t-taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu huma reati intenzjonali. Għaldaqstant, xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma jista’ jiġi interpretat li hu maħsub li jnaqqas jew jirrestrinġi t-tixrid ta’ informazzjoni għal finijiet xjentifiċi, akkademiċi jew ta’ rappurtar. L-espressjoni ta’ fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, inkluż it-terroriżmu, ma tidħolx fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru u, b’mod partikolari, tad-definizzjoni ta’ provokazzjoni pubblika sabiex jitwettqu reati terroristiċi.

(15)

L-implimentazzjoni tal-kriminalizzazzjoni taħt din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tkun proporzjonata għan-natura u ċ-ċirkostanzi tar-reat, b’rispett għall-miri leġittimi segwiti u għall-ħtieġa tagħhom f’soċjetà demokratika, u għandha teskludi kull forma ta’ arbitrarjetà jew diskriminazzjoni,

ADOTTA DIN DEĊIŻJONI KWADRU:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċiżjoni Kwadru 2002/475/ĠAI hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

l-Artikolu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Reati marbuta ma’ attivitajiet terroristiċi

1.   Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru:

(a)

‘provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku’ tfisser id-distribuzzjoni, jew inkella t-tqegħid għad-dispożizzjoni, ta’ messaġġ lill-pubbliku, bl-intenzjoni ta’ l-inċitazzjoni tat-twettiq ta’ wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h), fejn imġiba bħal din, kemm jekk tippromwovi direttament reati terroristiċi kif ukoll jekk le, tikkaġuna periklu li jista’ jitwettaq reat wieħed jew aktar.

(b)

‘reklutaġġ bl-iskop ta’ terroriżmu’ tfisser li wieħed ifittex persuna oħra sabiex twettaq wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) sa (h), jew fl-Artikolu 2(2);

(ċ)

‘taħriġ bl-iskop ta’ terroriżmu’ tfisser li tingħata istruzzjoni dwar kif isiru jew jintużaw l-isplussivi, l-armi tan-nar jew armi oħra jew is-sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi u tekniki oħra speċifiċi, bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) sa (h), u bil-konoxxenza li l-ħiliet ipprovduti jkunu maħsuba biex jintużaw għal dan l-iskop.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżgura li r-reati konnessi ma’ attivitajiet terroristiċi jinkludu l-atti intenzjonali li ġejjin:

(a)

provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku;

(b)

reklutaġġ għal skopijiet ta’ terroriżmu;

(ċ)

taħriġ għal skopijiet ta’ terroriżmu;

(d)

serq aggravat bl-iskop li jitwettaq wieħed jew aktar mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);

(e)

estorsjoni bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1);

(f)

it-tħejjija ta’ dokumenti amministrattivi foloz bl-iskop li jitwettaq xi wieħed mir-reati elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) sa (h) u l-Artikolu 2(2)(b).

3.   Sabiex ikun punibbli att kif previst fil-paragrafu 2, m’għandux ikun meħtieġ li fil-fatt jitwettaq reat terroristiku.”

(2)

l-Artikolu 4 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

L-għoti ta’ għajnuna jew il-kompliċità, l-inċitazzjoni u t-tentattiv

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-għajnuna jew il-kompliċità sabiex jitwettaq xi wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2 jew 3 tkun kastigabbli.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li l-inċitazzjoni għal wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2 jew l-Artikolu 3(2) (d) sa (f) tkun kastigabbli.

3.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li t-tentattiv li jitwettaq xi reat elenkat fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 3(2) (d) sa (f), bl-eċċezzjoni tal-pussess kif previst fl-Artikolu 1(1)(f) u r-reat imsemmi fl-Artikolu 1(1)(i), ikun kastigabbli.

4.   Kull Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li tentattiv biex jitwettaq wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(2) (b) u (c) ikun kastigabbli.”.

Artikolu 2

Prinċipji fundamentali relatati mal-libertà ta’ l-espressjoni

Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li teħtieġ lill-Istati Membri jieħdu miżuri li huma f’kontradizzjoni mal-prinċipji fundamentali tagħhom relatati mal-libertà ta’ l-espressjoni, b’mod partikolari l-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ l-espressjoni f’mezzi ta’ xandir oħrajn kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali jew regoli li jirregolaw id-drittijiet u r-responsabbiltajiet ta’, u l-garanziji proċedurali għal, l-istampa jew mezzi tax-xandir oħrajn fejn dawn ir-regoli jirrelataw mad-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà.

Artikolu 3

Implimentazzjoni u rapport

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru sad-9 ta’ Diċembru 2010. Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriminalizzazzjoni għandha tkun proporzjonali għall-miri leġittimi segwiti u meħtieġa f’soċjetà demokratika u għandha teskludi kull forma ta’ arbitrarjetà jew diskriminazzjoni.

2.   Mid-9 ta’ Diċembru 2010, l-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru. Abbażi ta’ rapport imħejji skond dik l-informazzjoni u rapport mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu jivvaluta, sad-9 ta’ Diċembru 2011, jekk l-Istati Membri ħadux il-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  ĠU L 164, 22.6.2002, p. 3.

(3)  ĠU C 198, 12.8.2005, p. 1.


9.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 330/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.