ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
5 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1207/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1208/2008 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1209/2008 ta' l-4 ta’ Diċembru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi ( 1 )

7

 

*

Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija

9

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/903/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Svizzera

15

 

 

2008/904/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 li taħtar membru Olandiż u żewġ membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

18

 

 

2008/905/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2008 li temenda l-Anness 13 tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar kif jimtlew stikers tal-viża

19

 

 

2008/906/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2008 li taħtar żewġ membri Daniżi u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

21

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/907/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2008 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6296)  ( 1 )

22

 

 

2008/908/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2008 li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7288)

24

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea

27

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 li ghandha x'taqsam ma' l-ispazju ghall-immuntar tal-pjanca tar-registrazzjoni ta' wara ta' vetturi b'żewg jew tliet roti ( ĠU L 311, 14.12.1993 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 07 Volum 002 p. 119-193)

47

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1207/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 639/2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 37 u 299(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fl-aktar reġjuni periferiċi tal-Komunità (2) jippermetti derogi mill-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (3). Dak l-Artikolu jistabbilixxi skema ġenerali li tamministra d-dħul u l-ħruġ mill-flotta.

(2)

L-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 jiffissa l-perjodu ta’ validità tad-deroga mill-iskema tad-dħul u l-ħruġ għall-bastimenti li jkunu rċevew għajnuna pubblika għat-tiġdid. Dan il-perjodu kien oriġinarjament limitat għall-31 ta’ Diċembru 2007 u mbagħad ġie estiż sal-31 ta’ Diċembru 2008 wara l-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid-19 ta’ Ġunju 2006 rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd.

(3)

L-att tal-Kummissjoni li jippermetti lill-Istati Membri kkonċernati biex jagħtu għajnuna mill-Istat kien adottat aktar tard milli kien mistenni. Minħabba l-fatt li t-tarzni interessati għandhom kapaċità limitata, l-implimentazzjoni sħiħa tal-qbil politiku milħuq fil-Kunsill fid-19 ta’ Ġunju 2006 ma jistax jiġi garantit qabel id-data tal-31 ta’ Diċembru 2008.

(4)

Għalhekk huwa xieraq li l-iskadenza għad-deroga stabbilita fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 639/2004 tiġi estiża sa l-2011.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 639/2004 għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2 m il-paragrafu 5 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“5.

Minkejja l-paragrafu 3 hawn fuq, għall-bastimenti tas-sajd li jkunu rċevew għajnuna pubblika għat-tiġdid, id-deroga fil-paragrafu 1(a) hawn fuq ma tibqax tapplika tliet snin wara li tkun ingħatat l-għajnuna pubblika għat-tiġdid u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.”.

2.

L-Artikolu 6 għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“Artikolu 6

Rappurtaġġ

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  Opinjoni mogħtija fil-21 ta’ Ottubru 2008 (għadha ma ġietx pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 9.

(3)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1208/2008

ta’ l-4 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

67,0

TR

79,7

ZZ

73,4

0707 00 05

JO

167,2

MA

60,3

TR

89,0

ZZ

105,5

0709 90 70

JO

230,6

MA

79,8

TR

87,5

ZZ

132,6

0805 10 20

BR

44,6

MA

68,4

TR

54,6

UY

34,6

ZA

43,6

ZW

43,5

ZZ

48,2

0805 20 10

MA

64,3

TR

65,0

ZZ

64,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

AR

62,9

HR

49,2

IL

85,6

TR

58,9

ZZ

64,2

0805 50 10

MA

64,0

TR

57,7

ZA

79,4

ZZ

67,0

0808 10 80

CA

89,4

CL

67,1

CN

80,0

MK

34,8

US

107,7

ZA

113,0

ZZ

82,0

0808 20 50

AR

73,4

CL

48,4

CN

41,3

TR

110,3

US

122,0

ZZ

79,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1209/2008

ta' l-4 ta’ Diċembru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam ma' l-iskambji mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2008/2009 ġew stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 945/2008 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1149/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha f'idejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 945/2008 għas-sena tas-suq 2008/2009, huma b'dan mmodifikati skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 4 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 258, 26.9.2008, p. 56.

(4)  ĠU L 309, 20.11.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti bil-kodiċi NM 1702 90 95 , applikabbli mill-5 ta’ Diċembru 2008

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,24

4,68

1701 11 90  (1)

23,24

9,91

1701 12 10  (1)

23,24

4,49

1701 12 90  (1)

23,24

9,48

1701 91 00  (2)

25,79

12,35

1701 99 10  (2)

25,79

7,82

1701 99 90  (2)

25,79

7,82

1702 90 95  (3)

0,26

0,39


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt III, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness IV, il-punt II, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sukrożju.


DIRETTIVI

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/7


DIRETTIVA 2008/103/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Novembru 2008

li temenda d-Direttiva 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta' batteriji u akkumulaturi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ batteriji u akkumulaturi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 (1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2006/66/KE (3) għandu jiġi ċċarat sabiex il-batteriji u l-akkumulaturi li tqiegħdu fis-suq legalment fi kwalunkwe parti tal-Komunità qabel is-26 ta’ Settembru 2008 u li mhumiex konformi ma' dik id-Direttiva jistgħu jibqgħu fis-suq fil-Komunità wara din id-data. Din il-kjarifika tagħti ċ-ċertezza legali fir-rigward ta’ batteriji li jkunu tqiegħdu fis-suq fil-Komunità u tiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern. Il-kjarifika hija konsistenti mal-prinċipju tal-minimizzazzjoni ta’ l-iskart u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi.

(2)

Id-Direttiva 2006/66/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emenda għad-Direttiva 2006/66/KE

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2006/66/KE għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li batteriji jew akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva ma jitqiegħdux fis-suq wara s-26 ta’ Settembru 2008.

Batteriji u akkumulaturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u li jitqiegħdu fis-suq wara din id-data għandhom jiġu rtirati mis-suq.”

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-5 ta’ Jannar 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni mogħtija fid-9 ta' Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2008 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2008.

(3)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/9


DIRETTIVA 2008/104/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tikkonforma mal-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea (3). B’mod partikolari, hija mfassla biex tiżgura konformità sħiħa ma’ l-Artikolu 31 tal-Karta, li jipprevedi li kull ħaddiem għandu d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol li jirrispettaw is-saħħa, is-sigurtà u d-dinjità tiegħu, u għal limitazzjoni ta’ sigħat massimi tax-xogħol, għal perijodi ta’ mistrieħ kuljum u fil-ġimgħa u għal perijodu annwali ta’ leave imħallas.

(2)

Il-Karta tal-Komunità dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema tipprevedi fil-punt 7 tagħha, inter alia, li t-tlestija tas-suq intern għandha twassal għal titjib fil-kondizzjonijiet tax-xogħol u ta’ l-għixien tal-ħaddiema fil-Komunità Ewropea; dan il-proċess jintlaħaq billi jkun armonizzat il-progress rigward dawn il-kondizzjonijiet, l-aktar rigward forom ta’ xogħol bħax-xogħol b’kuntratt għal żmien definit, xogħol part-time, xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u xogħol staġunali.

(3)

Fis-27 ta’ Settembru 1995 il-Kummissjoni kkonsultat lil min imexxi u lill-ħaddiema fil-livell Komunitarju skond l-Artikolu 138(2) tat-Trattat dwar l-azzjoni li għandha tiġi adottata fil-livell Ewropew fir-rigward tal-flessibbiltà tas-sigħat tax-xogħol u s-sigurtà ta’ l-impjieg tal-ħaddiema.

(4)

Wara dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni qieset li kienet irrikmandata azzjoni Komunitarja u fid-9 ta’ April 1996 kkonsultat ulterjorment lil min imexxi u lill-ħaddiema skond l-Artikolu 138(3) tat-Trattat dwar il-kontenut tal-proposta prevista.

(5)

Fl-introduzzjoni tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien definit konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, il-firmatarji indikaw l-intenzjoni tagħhom li jqisu l-ħtieġa għal ftehim simili dwar ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u ddeċidew li ma jinkludux il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija fid-Direttiva dwar ix-xogħol għal żmien definit.

(6)

L-organizazzjonijiet trans-settorjali ġenerali, jiġifieri l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ Min Iħaddem fl-Ewropa (UNICE) (4), iċ-Ċentru Ewropew ta’ l-Intrapriżi b’Parteċipazzjoni Pubblika u ta’ Intrapriżi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali (CEEP) u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (ETUC), infurmaw lill-Kummissjoni f’ittra konġunta tad-29 ta’ Mejju 2000, bix-xewqa tagħhom li jagħtu bidu għall-proċess previst fl-Artikolu 139 tat-Trattat. Permezz ta’ ittra konġunta oħra tat-28 ta’ Frar 2001 huma talbu lill-Kummissjoni biex testendi l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 138(4) b’xahar. Il-Kummissjoni laqgħet din it-talba u estendiet l-iskadenza għan-negozjati sal-15 ta’ Marzu 2001.

(7)

Fil-21 ta’ Mejju 2001, l-imsieħba soċjali rrikonoxxew li n-negozjati tagħhom dwar ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija ma waslu għall-ebda ftehim.

(8)

F’Marzu 2005, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra vitali t-tnedija mill-ġdid ta’ l-Istrateġija ta’ Lisbona u l-iffukar mill-ġdid tal-prijoritajiet tagħha dwar it-tkabbir u l-impjiegi. Il-Kunsill approva l-Linji Gwida Integrati għat-Tkabbir u l-Impjiegi 2005-2008, li għandhom l-għan, inter alia, li jippromwovu l-flessibbiltà flimkien mas-sigurtà ta’ l-impjieg u li jnaqqsu s-segmentazzjoni tas-suq tax-xogħol, b’konsiderazzjoni debita tar-rwol ta’ l-imsieħba soċjali.

(9)

F’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Aġenda Soċjali li tkopri l-perijodu sa l-2010, li ntlaqet mill-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2005 bħala kontribut lejn il-kisba ta’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija ta’ Lisbona billi jiġi rrinfurzat il-mudell soċjali Ewropew, il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li forom ġodda ta’ organizzazzjoni tax-xogħol u diversità akbar ta’ l-arranġamenti kuntrattwali għall-ħaddiema u l-impriżi, li jikkombinaw aħjar il-flessibbiltà mas-sigurtà, jikkontribwixxu għall-adattabbiltà. Barra minn hekk, il-Kunsill Ewropew ta’ Diċembru 2007 approva l-prinċipji komuni miftiehma ta’ flessigurtà li jilħqu bilanċ bejn il-flessibbiltà u s-sigurtà fis-suq tax-xogħol u jgħinu kemm lill-ħaddiema kif ukoll lil min iħaddem jaħtfu l-opportunitajiet offruti mill-globalizzazzjoni.

(10)

Hemm differenzi konsiderevoli fl-użu tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija u fis-sitwazzjoni legali, l-istatus u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija fl-Unjoni Ewropea.

(11)

Ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija mhux biss jilħaq il-ħtiġijiet għall-flessibbiltà ta’ l-intrapriżi iżda wkoll il-ħtieġa li l-impjegati jirrikkonċiljaw il-ħajja tax-xogħol u dik privata tagħhom. B’hekk huwa jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u għall-parteċipazzjoni u l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol.

(12)

Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas protettiv għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija li huwa non-diskriminatorju, trasparenti u proporzjonat, filwaqt li tirrispetta d-diversità tas-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/383/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1991 li tissupplementa l-miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-sigurtà u s-saħħa fix-xogħol tal-ħaddiema li għandhom relazzjoni ta’ mpjieg għal perijodu definit jew ta’ mpjieg temporanju (5) tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet tas-sigurtà u s-saħħa applikabbli għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.

(14)

Il-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u ta’ l-impjieg applikabbli għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu ta’ l-inqas dawk li japplikaw għal dawn il-ħaddiema kieku kellhom ikunu rreklutati mill-impriża utenti biex jokkupaw l-istess impjieg.

(15)

Il-kuntratti ta’ impjieg għal żmien indefinit huma l-forma ġenerali ta’ relazzjoni ta’ impjieg. Fil-każ ta’ ħaddiema li għandhom kuntratt permanenti ma’ l-aġenzija ta’ xogħol temporanju tagħhom, u bil-ħsieb tal-protezzjoni speċjali li joffri tali kuntratt, għandu jkun previst li jkunu permessi eżenzjonijiet mir-regoli applikabbli fl-impriża utenti.

(16)

Sabiex ikunu jistgħu jaffrontaw b’mod flessibbli d-diversità tas-swieq tax-xogħol u r-relazzjonijiet industrijali, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-imsieħba soċjali jiddefinixxu kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg, sakemm jiġi rispettat il-livell ġenerali ta’ protezzjoni għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.

(17)

Barra minn hekk, f’ċerti ċirkostanzi limitati, l-Istati Membri għandhom, abbażi ta’ ftehim konkluż mill-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, ikunu jistgħu jidderogaw f’limiti mill-prinċipju ta’ trattament ugwali, sakemm jiġi pprovdut livell adegwat ta’ protezzjoni.

(18)

It-titjib fil-protezzjoni minima għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandu jkun akkumpanjat minn reviżjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni li setgħet ġiet imposta fuq ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija. Dawn jistgħu jkunu ġġustifikati biss għal raġunijiet ta’ interess ġenerali rigward, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħaddiema, ir-rekwiżiti tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol u l-ħtieġa li jkun żgurat li s-suq tax-xogħol jaħdem tajjeb u li jiġu prevenuti l-abbużi.

(19)

Din id-Direttiva la taffettwa l-awtonomija ta’ l-imsieħba soċjali u lanqas m’għandha taffettwa r-relazzjonijiet bejn l-imsieħba soċjali, inkluż id-dritt li jiġu nnegozjati u konklużi strumenti ta’ ftehim kollettivi skond il-liġi u l-prattiki nazzjonali filwaqt li tiġi rispettata l-liġi Komunitarja prevalenti.

(20)

Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet fuq ix-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija huma mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni nazzjonali jew il-prattiki li jipprojbixxu li ħaddiema li joħorġu fuq strajk ikunu sostitwiti b’ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.

(21)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji biex iħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u għandhom jipprovdu pieni effettivi, dissważivi u proporzjonati għall-ksur ta’ l-obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva.

(22)

Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat rigward il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment u mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (6).

(23)

Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas armonizzat fuq livell Komunitarju għall-protezzjoni għal ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk jista’, minħabba fl-iskala jew l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju billi jkunu introdotti rekwiżiti minimi applikabbli mal-Komunità kollha, il-Komunità tista’ tadotta miżuri skond il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema b’kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju li huma assenjati għal impriżi utenti biex jaħdmu b’mod temporanju taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom.

2.   Din id-Direttiva tapplika għal impriżi pubbliċi u privati li huma aġenziji ta’ xogħol temporanju jew impriżi utenti impenjati f’attivitajiet ekonomiċi kemm jekk qed jaħdmu għal qligħ kif ukoll jekk le.

3.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali, jipprovdu li din id-Direttiva ma tapplikax għal kuntratti jew relazzjonijiet ta’ impjieg konklużi taħt programm speċifiku pubbliku jew sostnut b’mezzi pubbliċi ta’ taħriġ vokazzjonali, ta’ integrazzjoni jew ta’ taħriġ mill-ġdid.

Artikolu 2

Għan

Il-fini ta’ din id-Direttiva huwa li tiżgura l-protezzjoni ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija u li ttejjeb il-kwalità tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija billi tiżgura li l-prinċipju ta’ trattament ugwali, kif imniżżel fl-Artikolu 5, ikun applikat għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija. u billi tirrikonoxxi lill-aġenziji ta’ xogħol temporanju bħala entitajiet li jħaddmu, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-użu tax-xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija bil-ħsieb li jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-ħolqien ta’ l-impjiegi u għall-iżvilupp ta’ forom flessibbli ta’ xogħol.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

(a)

“ħaddiem” tfisser kwalunkwe persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala ħaddiem skond il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg;

(b)

“aġenzija ta’ xogħol temporanju” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg jew relazzjonijiet ta’ impjieg ma’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija sabiex tassenjahom lil impriżi utenti biex jaħdmu hemm temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħhom;

(ċ)

“ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija” tfisser ħaddiem b’kuntratt ta’ impjieg jew li għandu relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju bil-ħsieb li jiġi assenjat għal ma’ impriża utenti biex jaħdem temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħha;

(d)

“impriża utenti” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija jaħdem temporanjament għaliha taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħha;

(e)

“assenjazzjoni” tfisser il-perijodu li matulu l-ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija jintbagħat fl-impriża utenti biex jaħdem temporanjament taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni tagħha;

(f)

“kondizzjonijiet bażiċi ta’ xogħol u ta’ impjieg” tfisser kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg stabbiliti mil-leġislazzjoni, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-istrumenti ta’ ftehim kollettivi u/jew dispożizzjonijiet ġenerali vinkolanti oħrajn fis-seħħ fl-impriża utenti relatati ma’:

(i)

it-tul tal-ħin tax-xogħol, is-sahra, il-breaks, il-perijodi ta’ mistrieħ, ix-xogħol bil-lejl, il-vaganzi u l-btajjel pubbliċi;

(ii)

il-paga.

2.   Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali fir-rigward tad-definizzjoni ta’ paga, kuntratt ta’ impjieg, relazzjoni ta’ impjieg, jew ħaddiem.

L-Istati Membri m’għandhomx jeskludu mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ħaddiema, kuntratti ta’ impjieg jew relazzjonijiet ta’ impjieg sempliċiment minħabba li dawn għandhom x’jaqsmu ma’ ħaddiema part-time, ħaddiema b’kuntratt għal żmien definit jew persuni b’kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju.

Artikolu 4

Reviżjoni tar-restrizzjonijiet jew tal-projbizzjonijiet

1.   Il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu ġġustifikati biss għal raġunijiet ta’ interess ġenerali li għandhom x’jaqsmu b’mod partikolari mal-protezzjoni tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jew il-ħtieġa li jkun żgurat li s-suq tax-xogħol jaħdem tajjeb u jiġu prevenuti l-abbużi.

2.   Sal-5 ta’ Diċembru 2011, l-Istati Membri għandhom, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali skond il-leġislazzjoni nazzjonali, l-istrumenti ta’ ftehim kollettivi u l-prattiki, jirrevedu kwalunkwe restrizzjoni jew projbizzjoni fuq l-użu ta’ xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija sabiex jivverifikaw jekk humiex iġġustifikati għar-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Jekk dawn ir-restrizzjonijiet jew il-projbizzjonijiet huma stabbiliti bi strumenti ta’ ftehim kollettivi, ir-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 2 tista’ titwettaq mill-imsieħba soċjali li jkunu nnegozjaw il-ftehim rilevanti.

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti nazzjonali fir-rigward tar-reġistrazzjoni, il-liċenzjar, iċ-ċertifikazzjoni, il-garanziji finanzjarji jew il-monitoraġġ ta’ l-aġenziji ta’ xogħol temporanju.

5.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-riżultati tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 sal-5 ta’ Diċembru 2011.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TA’ IMPJIEG U TA’ XOGĦOL

Artikolu 5

Il-prinċipju ta’ trattament ugwali

1.   Il-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u ta’ l-impjieg tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu, għat-tul ta’ żmien ta’ l-assenjazzjoni tagħhom f’impriża utenti, ta’ l-inqas dawk li jkunu japplikaw kieku kienu rreklutati direttament minn dik l-impriża biex jokkupaw l-istess impjieg.

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu, ir-regoli fis-seħħ fl-impriża utenti dwar:

(a)

il-protezzjoni ta’ nisa tqal u ommijiet li qed ireddgħu u l-protezzjoni ta’ tfal u żgħażagħ; u

(b)

it-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa u kwalunkwe azzjoni biex tiġi miġġielda kwalunkwe diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon, it-twemmin, diżabbiltajiet, l-età jew l-orjentament sesswali;

għandhom jiġu rrispettati kif stabbilit mil-leġislazzjoni, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi, l-istrumenti ta’ ftehim kollettivi u/jew kwalunkwe dispożizzjoni ġenerali oħra.

2.   Fir-rigward tal-paga, l-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali, jipprovdu li ssir eżenzjoni mill-prinċipju stabbilit fil-paragrafu 1 fejn il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija li għandhom kuntratt permanenti ta’ impjieg ma’ aġenzija ta’ xogħol temporanju jibqgħu jitħallsu fiż-żmien ta’ bejn l-assenjazzjonijiet.

3.   L-Istati Membri jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali, jagħtuhom, fil-livell adatt u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri, l-għażla li jżommu jew jikkonkludu strumenti ta’ ftehim kollettivi li, waqt li jirrispettaw il-protezzjoni ġenerali tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, jistgħu jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija li jistgħu jkunu differenti minn dawk imsemmijin fil-paragrafu 1.

4.   Sakemm ikun ipprovdut livell adegwat ta’ protezzjoni għall-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija, l-Istati Membri, li fihom jew m’hemmx sistema fil-liġi biex strumenti ta’ ftehim kollettivi jiġu ddikjarati applikabbli universalment jew li m’hemmx sistema bħal din fil-liġi jew prattika biex id-dispożizzjonijiet tagħhom jiġu estiżi għall-impriżi simili kollha f’ċertu settur jew żona ġeografika, jistgħu, wara li jikkonsultaw lill-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali u abbażi ta’ ftehim konkluż minnhom, jistabbilixxu arranġamenti rigward il-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u l-impjieg li jidderogaw mill-prinċipju stabbilit fil-paragrafu 1. Dispożizzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu perijodu ta’ kwalifika għal trattament ugwali.

Id-dispożizzjonijiet msemmijin f’dan il-paragrafu għandhom ikunu f’konformità mal-leġislazzjoni Komunitarja u għandhom ikunu preċiżi u aċċessibbli biżżejjed biex jippermettu lis-setturi u lill-impriżi kkonċernati jidentifikaw u jikkonformaw ma’ l-obbligi tagħhom. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jispeċifikaw b’applikazzjoni ta’ l-Artikolu 3(2) jekk l-iskemi tas-sigurtà soċjali marbutin max-xogħol, inklużi l-iskemi ta’ pensjoni, ta’ ħlas għall-mard jew ta’ parteċipazzjoni finanzjarja humiex inklużi fil-kondizzjonijiet bażiċi tax-xogħol u l-impjieg imsemmijin fil-paragrafu 1. Dispożizzjonijiet bħal dawn għandhom ukoll ikunu mingħajr preġudizzju għal strumenti ta’ ftehim fil-livell nazzjonali, reġjonali, lokali jew settorjali li m’humiex inqas favorevoli għall-ħaddiema.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti, skond il-liġi nazzjonali u/jew il-prattika, bil-ħsieb li jipprevjenu l-użu ħażin fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu u, b’mod partikolari, jipprevjenu l-assenjazzjonijiet suċċessivi mfassla biex jevitaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b’tali miżuri.

Artikolu 6

Aċċess għall-impjieg, faċilitajiet kollettivi u taħriġ vokazzjonali

1.   Il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom ikunu infurmati bi kwalunkwe post vakant fl-impriża utenti biex jingħataw l-istess opportunità bħall-ħaddiema l-oħra f’dik l-impriża biex isibu impjieg permanenti. Din l-informazzjoni tista’ tingħata b’avviz ġenerali f’post adatt fl-impriża li għaliha u taħt is-superviżjoni tagħha jiġu ingaġġati l-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe klawsola li tipprojbixxi jew li għandha l-effett li tipprevjeni l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża utenti u l-ħaddiem temporanju permezz ta’ aġenzija wara l-assenjazzjoni tiegħu huma nulli u bla effett jew jistgħu jiġu ddikjarati nulli u bla effett.

Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet skond liema l-aġenziji ta’ xogħol temporanju jirċievu livell raġonevoli ta’ rikompensa għas-servizzi mogħtija lill-impriżi utenti għall-assenjazzjoni, ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija.

3.   L-aġenziji ta’ xogħol temporanju m’għandhom jitolbu lill-ħaddiema l-ebda ħlas, bi skambju għal li jkunu rranġawlhom li jiġu rreklutati minn impriża utenti, jew għall-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg ma’ impriża utenti wara li titwettaq assenjazzjoni f’dik l-impriża.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1), il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom jingħataw aċċess għall-komoditajiet jew faċilitajiet kollettivi fl-impriża utenti, b’mod partikolari kwalunkwe kantin, faċilità ta’ kura tat-tfal u servizz ta’ trasport, bl-istess kondizzjonijiet bħall-ħaddiema impjegati direttament mill-impriża, sakemm id-differenza fit-trattament ma tkunx iġġustifikata minn raġunijiet oġġettivi.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri adatti jew għandhom jippromwovu d-djalogu bejn l-imsieħba soċjali, skond it-tradizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali tagħhom, sabiex:

(a)

itejbu l-aċċess tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għat-taħriġ u l-faċilitajiet ta’ kura tat-tfal fl-aġenziji ta’ xogħol temporanju, anki fil-perijodi bejn l-assenjazzjonijiet, sabiex itejbu l-iżvilupp tal-karriera u l-impjegabbiltà tagħhom;

(b)

itejbu l-aċċess tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għat-taħriġ għall-ħaddiema ta’ l-impriżi utenti.

Artikolu 7

Rappreżentanza tal-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija

1.   Il-ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għandhom jgħoddu, skond il-kondizzjonjiet stabbiliti mill-Istati Membri, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu li ‘l fuq minnu l-korpi li jirrappreżentaw lill-ħaddiema previsti skond il-liġi Komunitarja u nazzjonali u l-istrumenti ta’ ftehim kollettivi għandhom jiġu ffurmati fl-aġenzija ta’ xogħol temporanju.

2.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li, skond kondizzjonijiet li huma jiddefinixxu, ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija jgħoddu għall-finijiet tal-kalkolu tal-limitu li ‘l fuq minnu l-korpi li jirrappreżentaw lill-ħaddiema previsti skond il-liġi Komunitarja u nazzjonali u l-istrumenti ta’ ftehim kollettivi għandhom jiġu ffurmati fl-impriza utenti, bl-istess mod daqs li kieku kienu ħaddiema impjegati direttament għall-istess perijodu ta’ żmien mill-impriża utenti.

3.   Dawk l-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla prevista fil-paragrafu 2 m’għandhomx ikunu obbligati jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1.

Artikolu 8

Informazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali u Komunitarji dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li huma aktar stretti u/jew aktar speċifiċi u b’mod partikolari d-Direttiva 2002/14/KE li tistabbilixxi qafas ġenerali dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni ta’ l-impjegati fil-Komunità Ewropea (7), l-impriża utenti għandha tipprovdi informazzjoni adatta dwar l-użu ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija meta tkun qed tipprovdi l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni ta’ impjieg f’dik l-impriża lill-korpi li jirrappreżentaw lill-ħaddiema stabbiliti skond il-leġislazzjoni nazzjonali u Komunitarja.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Rekwiżiti minimi

1.   Din id-Direttiva m’għandhiex tippreġudika d-dritt ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu dispożizzjonijiet leġislattivi, regolatorji jew amministrattivi li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema jew li jippromwovu jew jippermettu strumenti ta’ ftehim kollettivi konklużi bejn l-imsieħba soċjali li huma aktar favorevoli għall-ħaddiema.

2.   L-implimentazzjoni tad-Direttiva taħt l-ebda ċirkustanza m’għandha tikkostitwixxi raġunijiet suffiċjenti biex tiġġustifika tnaqqis fil-livell ġenerali ta’ protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti b’din id-Direttiva. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ Stati Membri u/jew ta’ min iħaddem u l-ħaddiema li jistabbilixxu, fid-dawl ta’ ċirkostanzi li jinbidlu, arranġamenti leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti minn dawk li jipprevalu fiż-żmien ta’ l-addozzjoni ta’ din id-Direttiva, dejjem sakemm jiġu rispettati r-rekwiżiti minimi stabbiliti f’din id-Direttiva.

Artikolu 10

Pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ din id-Direttiva mill-aġenziji tax-xogħol temporanju jew mill-impriżi utenti. B’mod partikolari, huma għandhom jiżguraw li jkun hemm disponibbli proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji adegwati biex l-obbligi li ġejjin minn din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu infurzati.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tagħhom. Il-pieni pprovduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-disposizzjonijiet lill-Kummissjoni sal-5 ta’ Diċembru 2011. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe emenda sussegwenti għal dawk id-dispożizzjonijiet fi żmien xieraq. Huma għandhom, b’mod partikolari, jiżguraw li l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ikollhom mezzi adegwati biex jinfurzaw l-obbligi skond din id-Direttiva.

Artikolu 11

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-5 ta’ Diċembru 2011, jew għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali jintroduċu d-dispożizzjonijiet meħtieġa permezz ta’ ftehim, li bih l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti kollha meħtieġa li jippermettulhom jiggarantixxu f’kull ħin li l-objettivi ta’ din id-Direttiva jintlaħqu. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

2.   Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

Artikolu 12

Reviżjoni mill-Kummissjoni

Sal-5 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha, f’konsultazzjoni ma’ l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell Komunitarju, tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva bil-ħsieb li tipproponi, fejn ikun xieraq, l-emendi meħtieġa.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 61, 14.3.2003, p. 124.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Novembru 2002 (ĠU C 25 E, 29.1.2004, p. 368), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2008 u l-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Ottubru 2008 (għandha mhix ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU C 303, 14.12.2007, p. 1.

(4)  UNICE biddlet isimha għal BUSINESSEUROPE f’Jannar 2007.

(5)  ĠU L 206, 29.7.1991, p. 19.

(6)  ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(7)  ĠU L 80, 23.3.2002, p. 29.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2008

dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Svizzera

(2008/903/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) (1), li ġie ffirmat fis-26 ta’ Ottubru 2004 (2) u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 2008 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(1) tal-Ftehim jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen għandhom japplikaw fil-Konfederazzjoni Svizzera biss skont Deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-għan wara verifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ dak l-acquis ikunu ġew sodisfatti.

(2)

Il-Kunsill, wara li vverifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-parti dwar il-protezzjoni tad-data tal-acquis ta’ Schengen ikkonċernat ġew sodisfatti mill-Konfederazzjoni Svizzera, irrenda, bid-Deċiżjoni 2008/421/KE (4) tiegħu, d-dispożizzjoniiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen applikabbli għall-Konfederazzjoni Svizzera mill-14 ta’ Awwissu 2008.

(3)

Il-Kunsill, f’konformità mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli kif stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti dwar l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 26 def.) (5), ivverifika li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen ġew sodisfatti f’oqsma oħra tal-acquis ta’ Schengen — Fruntieri fuq l-Art, Kooperazzjoni tal-Pulizija, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, u l-Viża — fil-Konfederazzjoni Svizzera.

(4)

Fis-27 ta' Novembru 2008, il-Kunsill ikkonkluda li l-kondizzjonijiet f’kull wieħed minn dawn l-oqsma msemmijin ġew sodisfatti mill-Konfederazzjoni Svizzera.

(5)

Rigward l-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen fil-fruntieri tal-ajru, għandhom jitwettqu aktar żjarat ta’ evalwazzjoni fi stadju suċċessiv.

(6)

Għaldaqstant huwa possibbli li jiġu ffissati dati għall-applikazzjoni sħiħa tal-acquis ta’ Schengen, jiġifieri dati li minnhom għandhom jitneħħew il-kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni mal-Konfederazzjoni Svizzera. Jekk iż-żjajjar ulterjuri fil-fruntieri tal-ajru jisfaw bla suċċess, id-data ffissata għall-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen li tirregola t-tneħħija ta’ kontrolli fuq persuni fil-fruntieri tal-ajru għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

(7)

Sa mill-ewwel mit-tali dati, ir-restrizzjonijiet tal-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, previsti fid-Deċiżjoni 2008/421/KE, għandhom jitneħħew.

(8)

Skont l-Artikolu 15(4) tal-Ftehim u l-Artikolu 14(1) tal-Ftehim bejn il-Komunità u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi għall-istabbiliment tal-Istat li hu responsabbli biex jeżamina talba għall-asil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Isvizzera (6), il-Ftehim tal-aħħar għandu jiġi implimentat mit-12 ta’ Diċembru 2008.

(9)

Il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ħolqien ta’ drittijiet u obbligi bejn id-Danimarka u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jaqgħu taħt it-Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistabbilixxi li huwa għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen fl-istess data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim.

(10)

Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim u b’riżultat tal-applikazzjoni parzjali tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq prevista fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/926/KE tat-22 ta’ Diċembru 2004 dwar it-tqegħid fis-seħħ ta’ partijiet tal-acquis ta’ Schengen mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (7), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1 tiegħu, għandha tapplika biss parti mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen applikabbli għall-Konfederazzjoni Svizzera fir-relazzjonijiet tagħha mal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ fir-relazzjonijiet tal-Konfederazzjoni Svizzera mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

(11)

F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tal-Ftehim u b’riżultat tal-applikazzjoni parzjali tal-acquis ta’ Schengen minn Ċipru min-naħa waħda, u l-Bulgarija u r-Rumanija min-naħa l-oħra, kif previst fl-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u l-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 rispettivament, hija biss il-parti tal-acquis ta’ Schengen applikabbli f’dawn l-Istati Membri li għandha tapplika wkoll għall-Konfederazzjoni Svizzera fir-relazzjonijiet tagħha ma’ dawn l-Istati Membri.

(12)

Il-Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Svizzera, ir-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja li jikkonċerna l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli li jeżamina talba għall-asil ippreżentata fl-Isvizzera, l-Islanda jew in-Norveġja jipprevedi li huwa għandu jidħol fis-seħħ fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen fl-istess data li fiha jidħol fis-seħħ il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Id-dispożizzjonijiet kollha msemmija fl-Annessi A u B għall-Ftehim u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri ta’ waħda jew aktar minn dawn id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Konfederazzjoni Svizzera, fir-relazzjonijiet tagħha mar-Renju tal-Belġju, mar-Repubblika Ċeka, mar-Renju tad-Danimarka, mar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, mar-Repubblika tal-Estonja, mar-Repubblika Ellenika, mar-Renju ta’ Spanja, mar-Repubblika ta’ Franza, mar-Repubblika Taljana, mar-Repubblika tal-Latvja, mar-Repubblika tal-Litwanja, mal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, mar-Repubblika tal-Ungerija, mar-Repubblika ta’ Malta, mar-Renju tal-Olanda, mar-Repubblika tal-Awstrija, mar-Repubblika tal-Polonja, mar-Repubblika Portugiża, mar-Repubblika tas-Slovenja, mar-Repubblika Slovakka, mar-Repubblika tal-Finlandja, u mar-Renju tal-Isvezja, mit-12 ta’ Diċembru 2008.

Sa fejn dawk id-dispożizzjonijiet jirregolaw l-abolizzjoni tal-kontrolli fuq persuni fi fruntieri interni, huma għandhom japplikaw mid-29 ta’ Marzu 2009 għall-fruntieri tal-ajru. Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jiddifferixxi din id-data, b’maġġoranza sempliċi tal-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw lill-gvernijiet tal-Istati Membri li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirregolaw l-abolizzjoni tal-kontrolli fuq persuni fi fruntieri interni. F’dak il-każ, il-Kunsill għandu jistabbilixxi data ġdida, b’unanimità ta’ dawk il-Membri.

Ir-restrizzjonijiet kollha dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen mill-Istati Membri kkonċernati għandhom jitneħħew sa mit-8 ta’ Diċembru 2008.

2.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen imdaħħla fis-seħħ mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq abbażi tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2004/926/KE u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri ta’ waħda jew aktar minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Konfederazzjoni Svizzera, fir-relazzjonijiet tagħha mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mit-12 ta’ Diċembru 2008.

3.   Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen applikabbli għal Ċipru min-naħa waħda, u għall-Bulgarija u r-Rumanija min-naħa l-oħra abbażi tal-Artikolu 3(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 u l-Artikolu 4(1) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 rispettivament u kwalunkwe att li jikkostitwixxi żvilupp ulterjuri ta’ waħda jew aktar minn dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom japplikaw għall-Konfederazzjoni Svizzera, fir-relazzjonijiet tagħha ma’ Ċipru, mal-Bulgarija u mar-Rumanija mit-12 ta’ Diċembru 2008.

Artikolu 2

B’deroga għall-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (8), l-Isvizzera hija awtorizzata li żżomm l-eżenzjoni mill-viża għal Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados u Saint Kitts u Nevis mit-12 ta’ Diċembru 2008 sad-dħul fis-seħħ tal-istrumenti ta’ ftehim għat-tneħħija tal-viża bejn il-Komunità Ewropea u kull wieħed minn dawn il-pajjiżi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(2)  Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/849/KE (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 26) u 2004/860/KE (ĠU L 370, 17.12.2004, p. 78).

(3)  Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1) u 2008/149/ĠAI (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(4)  ĠU L 149, 7.6.2008, p. 74.

(5)  ĠU L 239, 22.9.2000, p. 138.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 5.

(7)  ĠU L 395, 31.12.2004, p. 70.

(8)  ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2008

li taħtar membru Olandiż u żewġ membri supplenti Olandiżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/904/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara r-riżenja tas-Sur Nico SCHOOF tbattal post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Wara r-riżenja tas-Sur Lodewijk ASSCHER tbattal post ta’ membru supplenti. Wara l-ħatra, permezz ta’ din id-deċiżjoni, tas-Sur Bas VERKERK bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattal post ieħor ta’ membru supplenti,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membru:

is-Sur Bas VERKERK, Burgemeester van Delft (tibdil tal-ħatra),

u

(b)

bħala membri supplenti:

is-Sur Job COHEN, Burgemeester van Amsterdam,

is-Sur Hans KOK, Burgemeester van Hof van Twente.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill,

Il-President

L. CHATEL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Novembru 2008

li temenda l-Anness 13 tal-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni dwar kif jimtlew stikers tal-viża

(2008/905/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 789/2001 tal-24 ta’ April 2001 li jirriserva lill-Kunsill il-poteri ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet dettaljati u proċeduri prattiċi sabiex jiġu eżaminati l-applikazzjonijiet għall-viżi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva ta’ Franza,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju li l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni jiġu aġġornati sabiex dawn jirriflettu l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Żvizzera bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2008/903/KE (2).

(2)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhijiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Peress li din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 5 tal-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi f’perijodu ta’ sitt xhur wara li l-Kunsill ikun adotta din id-Deċiżjoni, jekk hijiex ser timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(3)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, li jaqgħu taħt il-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni ta’ dak il-Ftehim (3).

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih ir-Renju Unit ma jiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Ir-Renju Unit għaldaqstant mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda ma tiħux sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (5). Għalhekk l-Irlanda mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (6), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (7).

(7)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll iffirmat bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (8), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/261/KE (9).

(8)

Rigward Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kodiċi li ġej għandu jiżdied mal-lista tal-kodiċijiet tal-pajjiżi stabbilita fl-Anness 13, eżempji 11 u 14, għall-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni:

“Konfederazzjoni Svizzera: CH”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data stabbilita fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/903/KE dwar l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fil-Konfederazzjoni Żvizzera (10).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU L 116, 26.4.2001, p. 2.

(2)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.

(4)  ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

(5)  ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

(6)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(8)  Id-dokument tal-Kunsill 16462/06 huwa aċċessibbli fuq http://register.consilium.europa.eu

(9)  ĠU L 83, 26.3.2008, p. 3.

(10)  Ara paġna 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Novembru 2008

li taħtar żewġ membri Daniżi u żewġ membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/906/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Daniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Il-postijiet ta’ żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sinjura Mona HEIBERG u s-Sinjura Helene LUND. Il-postijiet ta’ żewġ membri supplenti tbattlu wara t-tmiem tal-mandati tas-Sur Jens Christian GJESING u s-Sinjura Tove LARSEN,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

(a)

bħala membri:

 

is-Sinjura Helene LUND, Byrådsmedlem, Furesø Kommune (bidla fil-mandat),

 

is-Sinjura Mona HEIBERG, 1. Næstformand for Borgerrepræsentationen, Københavns Kommune (bidla fil-mandat),

(b)

bħala membri supplenti:

 

is-Sur Jens Christian GJESING, 1. Viceborgmester, Haderslev Kommune (bidla fil-mandat),

 

is-Sinjura Tove LARSEN, Borgmester, Aabenraa Kommune (bidla fil-mandat).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

L. CHATEL


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Kummissjoni

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2008

li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6296)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/907/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE tat-13 ta’ Lulju 1994 li tistabilixxi garanziji ta’ saħħa għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kkodifikata.

(2)

Skond l-Artikolu 9(1)(c) tad-Direttiva 91/496/KEE, garanziji tas-saħħa jridu jkunu stabbiliti għat-trasport ta’ annimali minn pajjiż terz għal ieħor. Ċerti problemi nqalgħu fir-rigward ta’ movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE (4) tistabilixxi il-kondizzjonijiet tas-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja meħtieġa għad-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati. Dawn il-kondizzjonijiet jipprovdu l-garanziji neċessarji kollha fir-rigward ta’ l-istat ta’ saħħa tal-Komunità. Għall-garanziji ta’ saħħa applikabbli għall-movimenti ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor għandha ssir referenza għall-kondizzjonijiet tas-saħħa stabbiliti bid-Deċiżjoni 92/260/KEE. Dik id-Deċiżjoni tirrikjedi fost oħrajn residenza ċerta fil-pajjiż tad-dispaċċ. Ir-residenza fi Stati Membri jew ċerti pajjiżi terzi elenkati jista’ iżda jgħodd għall-kalkolazzjoni tal-perijodu kkunsidrat, dejjem jekk ta’ l-anqas l-istess rekwiżiti tas-saħħa huma sodisfatti.

(4)

Il-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Ekwidi fi triqithom minn pajjiż terz għal ieħor iridu jiġu minn pajjiż terz imsemmi fl-Anness I għad-Deċiżjoni 92/260/KEE.

2.   L-ekwidi msemmija fil-paragrafu 1 iridu jkunu akkumpanjati b’ċertifikat intitolat “Ċertifikat ta’ tranżitu għat-trasport ta’ ekwidi minn pajjiż terz għal ieħor”. Dan iċ-ċertifikat irid ikun fih Sezzjonijiet I, II and III bl-eċċezzjoni tal-paragrafu (e) punt (v) taċ-ċertifikat ta’saħħa, li jikkorrispondi mal-pajjiż terz ta’ provenjenza elenkat fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE. Hu jrid jinkludi wkoll is-sezzjonijiet li ġejjin:

“IV.

Ekwidi provenjenti minn: …

(pajjiż)

sejriin lejn: …

(pajjiż)

V.

Timbru u firma tal-veterinarju uffiċjali: …”

3.   B’deroga mid-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 u fil-każ ta’ ekwidi irreġistrati biss, l-lista ta’ pajjiżi fit-tielet parti tal-paragrafu (d) tas-Sezzjoni III taċ-ċertifikati A, B, Ċ, D u E fl-Anness II għad-Deċiżjoni 92/260/KEE għandha tkun mibdula bil-lista ta’ pajjiżi terzi fi Gruppi A sa E fl-Anness I għal dik id- Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/467/KE hi mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

José Manuel BARROSO

Il-President


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28.

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.


ANNESS I

DEĊIŻJONI MĦASSRA FLIMKIEN MA’ LISTA TAL-EMENDAMENTI SUĊĊESSIVI TAGĦHA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/467/KE

(ĠU L 190, 26.7.1994, p. 28)

 

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/81/KE

(ĠU L 19, 25.1.1996, p. 53).

l-Artikolu 4 biss

Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/662/KE

(ĠU L 232, 30.8.2001, p. 28).

 


ANNESS II

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni 94/467/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Anness I

Anness II


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Novembru 2008

li tawtorizza ċerti Stati Membri jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7288)

(It-testi bil-lingwa Spanjola, Daniża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Franċiża, Taljana, Olandiża, Portugiża, Finlandiża u Svediża biss huma awtentiċi)

(2008/908/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (TSEs) fl-annimali. Dan jistipula li kull Stat Membru għandu jwettaq programm annwali ta’ monitoraġġ għat-TSEs imsejjes fuq is-sorveljanza attiva u passiva, skont l-Anness III għal dak ir-Regolament.

(2)

L-Artikolu 6(1b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-Istati Membri kollha li jistgħu juru t-titjib tal-qagħda epidemjoloġika tal-pajjiż, skont ċerti kriterji li għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura msemmija f’dak l-Artikolu, jistgħu japplikaw biex il-programmi tagħhom ta’ monitoraġġ jiġu riveduti.

(3)

Il-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi tagħrif li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni kif ukoll il-kriterji epidemjoloġiċi li magħhom għandhom jikkonformaw l-Istati Membri li jixtiequ jirrevedu l-programmi annwali tagħhom ta’ monitoraġġ.

(4)

Fis-17 ta’ Lulju 2008, l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel ippubblikat żewġ opinjonijiet xjentifiċi relatati mar-reviżjoni tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-BSE f’xi wħud mill-Istati Membri. Dawk l-opinjonijiet jipprovdu evalwazzjoni dwar il-livell ta’ riskju addizzjonali għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali wara l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ monitoraġġ riveduta tal-BSE fil-15-il Stat Membru tal-Komunità qabel l-1 ta’ Mejju 2004, u jikkonkludu li ta’ kull sena, ikun hemm anqas minn każ wieħed ta’ BSE li jinqabeż f’dawk l-Istati Membri jekk l-età tal-annimal bovin koperta mill-monitoraġġ tal-BSE tkun żdiedet minn 24 xahar għal 48 xahar.

(5)

Fis-17 ta’ Lulju 2008, l-Italja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(6)

Fis-7 ta’ Awwissu 2008, l-Irlanda ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(7)

Fit-13 ta’ Awwissu 2008, l-Awstrija ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(8)

Fit-13 ta’ Awwissu 2008, id-Danimarka ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(9)

Fil-15 ta’ Awwissu 2008, ir-Renju Unit ippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(10)

Fl-20 ta’ Awwissu 2008, il-Lussemburgu ppreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(11)

Fit-28 ta’ Awwissu 2008, il-Ġermanja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(12)

Fit-28 ta’ Awwissu 2008, l-Olanda ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(13)

Fid-29 ta’ Awwissu 2008, il-Finlandja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(14)

Fid-29 ta’ Awwissu 2008, l-Iżvezja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(15)

Fl-4 ta’ Settembru 2008, il-Portugall ippreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(16)

Fit-8 ta’ Settembru 2008, Franza ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(17)

Fid-9 ta’ Settembru 2008, Spanja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(18)

Fil-11 ta’ Settembru 2008, il-Belġju ppreżenta lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tiegħu ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(19)

Fis-17 ta’ Settembru 2008, il-Greċja ppreżentat lill-Kummissjoni applikazzjoni biex jiġi rivedut il-programm annwali tagħha ta’ monitoraġġ tal-BSE.

(20)

Fit-18 ta’ Settembru 2008, l-applikazzjonijiet ippreżentati minn dawk il-15-il Stat Membru ġew evalwati minn grupp ta’ ħidma ad-hoc magħmul minn esperti li kkonkluda li l-analiżijiet tar-riskju pprovduti mill-Istati Membri bħala sostenn għall-applikazzjoni tagħhom kienu xierqa u jiżguraw il-ħarsien tas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali. Ir-rekwiżiti kollha stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1b) u l-kriterji epidemjoloġiċi kollha stipulati fil-punt 7 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001 li magħhom iridu jikkonformaw l-Istati Membri biex juru t-titjib tal-qagħda epidemjoloġika tagħhom ġew iċċekkjati wkoll u nstab li ġew sodisfatti.

(21)

Għaldaqstant huwa xieraq li l-15-il Stat Membru, li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ivvalutati b’mod favorevoli, jiġu awtorizzati jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ u jżommu t-48 xahar bħala l-limitu ġdid ta’ età għall-ittestjar tal-BSE f’dawk l-Istati Membri.

(22)

Xi Stati Membri li ssieħbu fil-Komunità mill-1 ta’ Mejju 2004 iżda bdew jagħmlu l-isforz biex jikkonformaw matul is-snin ta’ qabel l-adeżjoni tagħhom, ippreżentaw ukoll lill-Kummissjoni l-applikazzjonijiet biex jirrevedu l-programmi annwali tagħhom ta’ monitoraġġ tal-BSE. Minbarra l-evalwazzjoni xjentifika u biex tiġi verifikata l-konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi, l-Uffiċċju Veterinarju u tal-Ikel (FVO) hu mistenni li jwettaq spezzjoni f’dawn l-Istati Membri kif ukoll f’dawk li se japplikaw għal reviżjoni tal-programm tagħhom. Il-Kummissjoni rċeviet talbiet għal reviżjoni mis-Slovenja u minn Ċipru.

(23)

Għal raġunijiet prattiċi, huwa xieraq li d-data tal-bidu tal-programmi annwali riveduti ta’ monitoraġġ taħbat mas-sena baġitarja tal-Komunità.

(24)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati Membri mniżżla fl-Anness għal din jistgħu jirrevedu l-programm annwali tagħhom ta’ monitoraġġ kif stipulat fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (‘il-programmi annwali riveduti ta’ monitoraġġ’).

Artikolu 2

Il-programmi annwali riveduti ta’ monitoraġġ għandhom japplikaw biss għall-popolazzjoni nazzjonali ta’ bovini tal-Istat Membru kkonċernat u għandhom ikopru għall-inqas l-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 48 xahar u li jappartjenu għas-subpopolazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-annimali kif imsemmija fil-punt 2.2 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

l-annimali kif imsemmija fil-punt 2.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(ċ)

l-annimali kif imsemmija fil-punt 3.1 tal-Parti I tal-Kapitolu A tal-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Olanda, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.


ANNESS

Lista ta’ Stati Membri

Il-Belġju

Id-Danimarka

Il-Ġermanja

L-Irlanda

Il-Greċja

Spanja

Franza

L-Italja

Il-Lussemburgu

L-Olanda

L-Awstrija

Il-Portugall

Il-Finlandja

L-Iżvezja

Ir-Renju Unit


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/27


DEĊIŻJONI QAFAS TAL-KUNSILL 2008/909/ĠAI

tas-27 ta' Novembru 2008

dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 31(1)(a) u 34 (2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju ta’ l-Isvezja,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Tampere fil-15 u fis-16 ta’ Ottubru 1999 endorsja l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku, li għandu jsir il-pedament ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kemm ċivili kif ukoll kriminali fl-UE.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2000 il-Kunsill, b’mod konformi mal-konklużjonijiet ta’ Tampere, adotta programm ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali (1), li fih talab għal valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ mekkaniżmi moderni għar-rikonoxximent reċiproku ta’ pieni definittivi li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà (Miżura 14) u għall-estensjoni ta’ l-applikazzjoni tal-prinċipju tat-trasferiment ta’ persuni sentenzjati biex ikopri persuni residenti fi Stat Membru (Miżura 16).

(3)

Il-Programm ta’ l-Aja dwar it-tisħiħ tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (2) jeħtieġ li l-Istati Membri jikkompletaw il-programm ta’ miżuri, b’mod partikolari fil-qasam ta’ l-infurzar ta’ pieni ta’ kustodja definittivi.

(4)

L-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa tal-21 ta’ Marzu 1983 dwar it-Trasferiment ta’ Persuni Sentenzjati. Taħt dik il-Konvenzjoni, persuni sentenzjati jistgħu jiġu trasferiti biex jiskontaw il-bqija tal-piena tagħhom lejn l-Istat taċ-ċittadinanza tagħhom biss u bil-kunsens tagħhom u dak ta’ l-Istati involuti biss. Il-Protokoll Addizzjonali għal dik il-Konvenzjoni tat-18 ta’ Diċembru 1997, li jippermetti trasferiment mingħajr il-kunsens tal-persuna, soġġett għal ċerti kondizzjonijiet, ma ġiex ratifikat mill-Istati Membri kollha. L-ebda strument ma jimponi xi dmir bażiku li jiġu aċċettati persuni sentenzjati għall-infurzar ta’ piena jew ordni.

(5)

Drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali huma element kruċjali biex tiġi żgurata kunfidenza reċiproka fost l-Istati Membri f’kooperazzjoni ġudizzjarja. Ir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri, li huma karatterizzati minn fiduċja reċiproka speċjali fis-sistemi legali ta’ Stati Membri oħrajn, jippermettu r-rikonoxximent mill-Istat ta’ esekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta’ l-Istat emittenti. Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat żvilupp ulterjuri tal-kooperazzjoni previst fl-istrumenti tal-Kunsill ta’ l-Ewropa li jikkonċernaw l-infurzar ta’ sentenzi kriminali, b’mod partikolari fejn ċittadini ta’ l-Unjoni kienu s-suġġett ta’ sentenza kriminali u kienu sentenzjati għal piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà fi Stat Membru ieħor. Minkejja l-ħtieġa li l-persuna sentenzjata tkun provduta b’salvagwardji xierqa, l-involviment tagħha fil-proċedimenti m’għandhux jibqa’ dominanti billi jkun jeħtieġ fil-każijiet kollha l-kunsens tagħha biex sentenza tiġi trasmessa lil Stat Membru ieħor bil-għan tar-rikonoxximent tagħha u l-infurzar tal-piena imposta.

(6)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tkun implimentata u applikata b’mod li tippermetti li l-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza, ekwità u raġonevolezza jiġu rrispettati.

(7)

L-Artikolu 4(1)(c) fih dispożizzjoni diskrezzjonali li tippermetti li s-sentenza u ċ-ċertifikat jiġu trasmessi, per eżempju, lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna sentenzjata, f’każijiet barra minn dawk previsti fil-paragrafi 1 a) u b), jew lill-Istat Membru fejn il-persuna sentenzjata tgħix u kienet kontinwament residenti legalment għal mill-anqas ħames snin u ser iżżomm dritt permanenti ta’ residenza hemm.

(8)

Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 4(1)(c) it-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat lill-Istat ta’ esekuzzjoni huwa soġġett għall-konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni, u l-kunsens ta’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont ta’ elementi bħal, per eżempju, id-dewmien tar-residenza jew rabtiet oħra ma’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. F’każijiet fejn il-persuna sentenzjata tista’ tiġi trasferita lejn Stat Membru jew lejn pajjiż terz skond il-liġi nazzjonali jew strumenti internazzjonali, l-awtorità ta’ l-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni għandha, b’konsultazzjoni, tikkonsidra jekk l-infurzar fl-Istat ta’ esekuzzjoni jsaħħaħx l-għan tar-riabilitazzjoni soċjali aħjar milli l-infurzar fil-pajjiż terz.

(9)

L-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jsaħħaħ il-possibbiltà ta’ riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata. Fil-kuntest li jkun sodisfatt li l-infurzar tal-piena mill-Istat ta’ esekuzzjoni jaqdi l-iskop li tiffaċilita r-riabilitazjzoni soċjali tal-persuna sentenzjata, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tieħu kont ta’ elementi bħal, per eżempju, r-rabta tal-persuna ma’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, jekk hi tikkonsidrahx bħala l-post b’rabtiet familjari, lingwistiċi, kulturali, soċjali jew ekonomiċi u rabtiet oħrajn ma’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.

(10)

L-opinjoni tal-persuna sentenzjata msemmija fl-Artikolu 6(3) tista’ tkun utli l-aktar fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4 (4). Il-kliem ‘partikolarment’ huma maħsuba biex jiġu koperti wkoll każijiet fejn l-opinjoni tal-persuna sentenzjata tkun tinkludi informazzjoni li tista’ tkun ta’ rilevanza fir-rigward tar-raġunijet ghal non-rikonoxximent jew non-infurzar. Id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 4(4) u 6(3) ma jikkostitwixxux raġuni għar-rifjut relatat mar-riabilitazzjoni soċjali.

(11)

Il-Kunsill jirrikonoxxi li l-Polonja għandha bżonn iktar żmien mill-Istati Membri l-oħra biex tiffaċċa l-konsegwenzi prattiċi u materjali tat-trasferiment ta’ ċittadini Polakki sentenzjati fi Stati Membri oħra, speċjalment fid-dawl ta’ mobbiltà akbar ta’ ċittadini Polakki fi ħdan l-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, għandha tiġi prevista deroga temporanja b’ kamp ta’ applikazzjoni limitat għal perijodu massimu ta’ ħames snin.

(12)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika wkoll, mutatis mutandis, għall-infurzar ta’ pieni fil-każijiet taħt l-Artikoli 4(6) u 5(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-Mandat ta’ Arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (3). Dan ifisser inter alia illi, mingħajr preġudizzju għal dik id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill, l-Istat Membru ta’ esekuzzjoni jista’ jivverifika l-eżistenza ta’ raġunijiet ghal non-rikonoxximent jew non-infurzar kif previst fl-Artikolu 9 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, inkluż l-iċċekkjar ta’ kriminalità doppja sal-punt li l-Istat ta’ esekuzzjoni jagħmel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 7(4) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, bħala kondizzjoni biex jirrikonoxxi u jinforza s-sentenza bil-ħsieb li jikkonsidra jekk jikkonsenjax il-persuna jew jinfurzax il-piena f’każijiet skond l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI.

(13)

Din id-Deċiżjoni Qafas tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu VI tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni Qafas m’għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprojbixxi rifjut għal esekuzzjoni ta’ deċiżjoni fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi biex wieħed jemmen li l-piena ġiet imposta bil-għan li tikkastiga persuna minħabba s-sess, ir-razza, ir-reliġjon, l-oriġini etnika, in-nazzjonalità, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha, jew li l-pożizzjoni ta’ dik il-persuna tista’ tiġi preġudikata għal kwalunkwe minn dawn ir-raġunijiet.

(14)

Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex twaqqaf lil ebda Stat Membru milli japplika r-regoli kostituzzjonali tiegħu dwar proċess ġust, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, il-libertà ta’ l-istampa u l-libertà ta’ l-espressjoni f’media oħra.

(15)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu applikati konformement mad-dritt taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li jiċċirkolaw u jirresjedu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri mogħti permezz ta’ l-Artikolu 18 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

(16)

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tiġi applikati konformement mal-liġi Komunitarja applikabbli, inkluż b’mod partikolari d-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (4), id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE (5) u id-Direttiva 2004/38/KE (6).

(17)

Meta f’din id-Deċiżjoni Qafas ssir referenza għall-Istat fejn il-persuna sentenzjata ‘tgħix’, dan jindika l-post li miegħu l-persuna hija marbuta abbażi ta’ residenza abitwali u elementi bħal irbit familjari, soċjali u professjonali.

(18)

Fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 5(1), għandu jkun possibbli li sentenza jew kopja ċertifikata tagħha u ċertifikat jiġu trasmessi lill-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni bi kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub, per eżempju posta elettronika u fax, taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità.

(19)

F’każijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1)(k), l-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jikkunsidra l-possibbiltà li l-piena tiġi addattata skond din id-Deċiżjoni Qafas qabel ma jirrifjuta li jirrikonoxxi u jesegwixxi l-piena li tinvolvi miżura oħra minbarra piena ta’ kustodja.

(20)

Ir-raġuni għar-rifjut prevista fl-Artikolu 9(1)(k) tista’ tiġi applikata wkoll f’każijiet fejn il-persuna ma nstabitx ħatja ta’ reat kriminali għalkemm l-awtorità kompetenti applikat il-miżura li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà li mhix sentenza ta’ kustodja bħala konsegwenza ta’ reat kriminali.

(21)

Ir-raġuni għal rifjut fir-rigward tat-territorjalità għandha tiġi applikata biss f’każijiet eċċezzjonali u bil-ħsieb tal-kooperazzjoni sa l-akbar punt possibbli taħt id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, b’kont meħud ta’ l-għan tagħha. Kwalunkwe deċiżjoni sabiex tiġi applikata din ir-raġuni għal rifjut, għandha tkun ibbażata fuq analiżi ta’ każ b’każ u konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati emittenti u ta’ esekuzzjoni.

(22)

Il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 12(2) għandu jiġi implimentat mill-Istati Membri b’mod li bħala regola ġenerali, id-deċiżjoni finali, inkluż proċedura ta’ appell tkun tlestiet fi żmien perijodu ta’ 90 jum.

(23)

L-Artikolu 18(1) jgħid li, soġġett għall-eċċezzjonijiet elenkati fil-paragrafu 2, ir-regola ta’ speċjalità tapplika biss fejn il-persuna ġiet ittrasferita lejn l-Istat ta’ esekuzzjoni. Għalhekk m’għandhiex tkun applikabbli fejn il-persuna ma ġietx ittrasferita lejn l-Istat ta’ esekuzzjoni, per eżempju fejn il-persuna ħarbet lejn l-Istat ta’ esekuzzjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI QAFAS:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas:

(a)

“sentenza” għandha tfisser deċiżjoni finali jew ordni tal-qorti ta’ l-Istat emittenti li timponi piena fuq persuna fiżika;

(b)

“piena” għandha tfisser kwalunkwe piena ta’ kustodja jew kwalunkwe miżura li tinvolvi ċaħda tal-libertà imposta għal perijodu ta’ żmien limitat jew mhux limitat minħabba reat kriminali abbażi ta’ proċedimenti kriminali;

(c)

“Stat emittenti” għandha tfisser l-Istat Membru li fih tkun ingħatat sentenza;

(d)

“Stat ta’ esekuzzjoni” għandha tfisser l-Istat Membru li tiġi trasmessa lilu sentenza għall-fini tar-rikonoxximent u l-infurzar tagħha.

Artikolu 2

Determinazzjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti

1.   Kull Stat Membru għandu jinforma lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill liema awtorità jew awtoritajiet, taħt il-liġi nazzjonali tiegħu, huma kompetenti skond din id-Deċiżjoni Qafas, meta dak l-Istat Membru jkun l-Istat emittenti jew l-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jagħmel l-informazzjoni li jirċievi disponibbli għall-Istati Membri kollha u għall-Kummissjoni.

Artikolu 3

Għan u Ambitu

1.   L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Qafas hija li tistabbilixxi r-regoli li taħthom Stat Membru, bil-ħsieb li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata, għandu jirrikonoxxi sentenza u jinforza l-piena.

2.   Din id-Deċiżjoni Qafas hija applikabbli fejn il-persuna sentenzjata tinsab fl-Istat emittenti jew fl-Istat ta’ esekuzzjoni.

3.   Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika biss għar-rikonoxximent ta’ sentenzi u l-infurzar ta’ pieni fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Deċiżjoni Qafas. Il-fatt li, flimkien mal-piena, tiġi imposta multa u/jew ordni ta’ konfiska, li ma tkunx għadha tħallset, ġiet irkuprata jew infurzata, m’għandux iwaqqaf sentenza milli tiġi trasmessa. Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ tali multi u ordnijiet ta’ konfiska fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu bbażati fuq l-istrumenti applikabbli bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/214/ĠAI ta’ l-24 ta’ Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal penali finanzjarji (7) u d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/ĠAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (8).

4.   Din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex ikollha l-effett li timmodifika l-obbligu ta’ rispett lejn id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif affermati fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

KAPITOLU II

RIKONOXXIMENT TA’ SENTENZI U INFURZAR TA’ PIENI

Artikolu 4

Kriterji għat-trasmissjoni ta’ sentenzau ċertifikat lil Stat Membru ieħor

1.   Dment li l-persuna sentenzjata fl-Istat emittenti jew fl-Istat ta’ esekuzzjoni, u dment li l-persuna tat il-kunsens tagħha fejn meħtieġ taħt l-Artikolu 6, sentenza, flimkien ma’ ċertifikat li tieghu tingħata l-formula standard fl-Anness I, jista’ jintbagħat lil wieħed mill-Istati Membri li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru taċ-ċittadinanza tal-persuna sentenzjata fejn hija j/tgħix; jew

(b)

l-Istat Membru taċ-ċittadinanza, li għalih, filwaqt li m’huwiex l-Istat Membru fejn hi tgħix, il-persuna sentenzjata ser tkun deportata, ladarba hija tkun rilaxxata mill-infurzar tal-piena abbażi ta’ ordni ta’ espulsjoni jew deportazzjoni inkluża fis-sentenza jew f’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew kwalunkwe miżura oħra li tirriżulta mis-sentenza; jew

(c)

kwalunkwe Stat Membru li m’huwiex l-Istat Membru imsemmi f’ a) jew b), li l-awtorità kompetenti tiegħu tagħti kunsens biex is-sentenza u ċ-ċertifikat jiġu trasmessi lil dak l-Istat Membru.

2.   It-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat tista’ ssir meta l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, fejn xieraq, wara konsultazzjonijiet bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ esekuzzjoni, ikunu sodisfatti li l-infurzar tal-piena mill-Istat ta’ esekuzzjoni jkun jaqdi l-għan li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata.

3.   Qabel it-trasmissjoni tas-sentenza u ċ-ċertifikat, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti tista’ tikkonsulta, bi kwalunkwe mezz xieraq, ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Il-konsultazzjoni għandha tkun obbligatorja fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1(c). F’tali każijiet l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma minnufih lill-Istat emittenti bid-deċiżjoni tagħha jekk tagħtix kunsens jew le għat-trasmissjoni tas-sentenza.

4.   Waqt tali konsultazzjoni l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tippreżenta lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti opinjoni raġunata li l-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jaqdix l-għan li jiffaċilita r-riabilitazzjoni soċjali u r-reintegrazzjoni fis-soċjetà b’suċċess tal-persuna sentenzjata.

Fejn ma kienx hemm konsultazzjoni, tali opinjoni tista’ tiġi ppreżentata mingħajr dewmien wara t-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tikkonsidra tali opinjoni u tiddeċiedi jekk tirtirax iċ-ċertifikat jew le.

5.   L-Istat ta’ esekuzzjoni jista’, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jitlob lill-Istat emittenti biex jittrasmetti s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat. Il-persuna sentenzjata tista’ wkoll titlob lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti jew ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni sabiex tinbeda proċedura għat-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat taħt din id-Deċiżjoni Qafas. Talbiet magħmula taħt dan il-paragrafu m’għandhomx joħolqu obbligu ta’ l-Istat emittenti biex jittrasmetti s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat.

6.   Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri li b’mod partikolari jieħdu kont ta’ l-għan li tiġi ffaċilitata r-riabilitazzjoni soċjali tal-persuna sentenzjata u li għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-awtoritajiet kompetenti tagħhom biex jiddeċiedu jekk jagħtux kunsens jew le għat-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat f’każijiet skond il-paragrafu(1)(c).

7.   Kwalunkwe Stat Membru jista’, jew fl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew aktar tard, jinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li, fir-relazzjonijet tiegħu ma’ l-Istati Membri l-oħra li jkunu taw l-istess ġustifikazzjoni, il-kunsens tiegħu minn qabel taħt il-paragrafu 1 (c) mhuwiex meħtieġ għat-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat:

(a)

jekk il-persuna sentenzjata tgħix u kienet kontinwament tirresjedi legalment għal mill-inqas ħames snin fl-Istat ta’ esekuzzjoni u ser iżżomm dritt permanenti ta’ residenza f’dak l-Istat, u/jew

(b)

jekk il-persuna sentenzjata hija ċittadin ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’każijiet barra dawk previsti mill-paragrafu 1 a) u b).

Fil-każijiet imsemmijin f’punt (a), id-dritt permanenti ta’ residenza għandu jfisser li l-persuna kkonċernata:

għandha d-dritt ta’ residenza permanenti fl-Istat Membru rispettiv skond il-liġi nazzjonali li timplimenta l-leġislazzjoni Komunitarja adottata abbażi ta’ l-Artikoli 18, 40, 44 u 52 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jew

tippossjedi permess ta’ residenza validu, bħala resident permanenti jew fit-tul, għall-Istat Membru rispettiv, skond il-liġi nazzjonali li timplimenta l-leġislazzjoni Komunitarja adottata abbażi ta’ l-Artikolu 63 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, fir-rigward ta’ l-Istati Membri li għalihom hija applikabbli tali leġislazzjoni Komunitarja, jew skond il-liġi nazzjonali, fir-rigward ta’ l-Istati Membri li għalihom mhix applikabbli.

Artikolu 5

Trasmissjoni tas-sentenza u ċ-ċertifikat

1.   Is-sentenza jew kopja ċċertifikata tiegħu, flimkien maċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu, mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti direttament lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub taħt kondizzjonijiet li jippermettu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jistabbilixxi l-awtentiċità tiegħu. L-oriġinal tas-sentenza, jew kopja ċċertifikata tiegħu, u l-oriġinal taċ-ċertifikat, għandhom jintbagħtu lill-Istat ta’ esekuzzjoni jekk dan jitlob hekk. Il-komunikazzjonijiet uffiċjali kollha għandhom isiru wkoll direttament bejn l-awtoritajiet kompetenti msemmija.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jiġi ffirmat, u l-kontenut tiegħu ċċertifikat bħala preċiż, mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti.

3.   L-Istat emittenti għandu jibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lil Stat ta’ esekuzzjoni wieħed biss fi kwalunkwe mument determinat.

4.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni m’hijiex magħrufa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, din ta’ l-aħħar għandha tagħmel l-aċċertamenti kollha meħtieġa, inkluż permezz tal-punti ta’ Kuntatt tan-Network Ġudizzjarju Ewropew stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 98/428/ĠAI (9), sabiex tikseb l-informazzjoni mill-Istat ta’ esekuzzjoni.

5.   Meta awtorità ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li tirċievi sentenza flimkien ma’ ċertifikat ma jkollhiex il-kompetenza li tirrikonoxxieha u tieħu l-miżuri meħtieġa għall-infurzar tiegħu, hija għandha, ex officio, tibgħat is-sentenza flimkien maċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni u tinforma lill-awtorità kompetenti fl-Istat emittenti kif meħtieġ.

Artikolu 6

Opinjoni u notifika tal-persuna sentenzjata

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, sentenza flimkien ma’ ċertifikat tista’ tintbagħat biss lill-Istat ta’ esekuzzjoni għall-fini tar-rikonoxximent tagħha u l-infurzar tal-piena bil-kunsens tal-persuna sentenzjata skond il-liġi ta’ l-Istat emittenti.

2.   Il-kunsens tal-persuna sentenzjata m’għandux jenħtieġ meta tiġi trasferita s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat:

(a)

lill-Istat Membru taċ-ċittadinanza fejn tgħix il-persuna sentenzjata;

(b)

lill-Istat Membru fejn il-persuna sentenzjata se tkun deportata ladarba huwa jew hija j/tkun rilaxxata mill-infurzar tal-piena abbażi ta’ ordni ta’ espulsjoni jew deportazzjoni inkluża fis-sentenza jew f’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva jew kwalunkwe miżura oħra li tirriżulta mis-sentenza;

(c)

lill-Istat Membru fejn il-persuna ħarbet jew marret lura b’xi mod ieħor minħabba l-proċedimenti kriminali pendenti kontriha fl-Istat emittenti jew wara kundanna f’dak l-Istat emittenti.

3.   Fil-każijiet kollha fejn il-persuna tkun għadha fl-Istat emittenti, il-persuna għandha tingħata opportunità li tiddikjara l-opinjoni tiegħu jew tagħha oralment jew bil-miktub. Meta l-Istat emittenti jikkunsidra li dan huwa meħtieġ fid-dawl ta’ l-età tal-persuna sentenzjata jew il-kondizzjoni fiżika jew mentali tagħha, dik l-opportunità għandha tingħata lir-rappreżentant legali tagħha.

Għandu jittieħed kont ta’ l-opinjoni tal-persuna sentenzjata meta tkun qed tiġi deċiża l-kwistjoni tat-trasferiment tas-sentenza flimkien maċ-ċertifikat. Fejn il-persuna tkun għamlet użu mill-opportunità provduta f’dan il-paragrafu, l-opinjoni tal-persuna sentenzjata għandha tiġi trasmessa lill-Istat ta’ esekuzzjoni, partikolarment bil-ħsieb ta’ l-Artikolu 4(4). Jekk il-persuna tkun iddikjarat l-opinjoni tagħha orlament, l-Istat emittenti għandu jiżgura li r-rekord bil-miktub ta’ tali dikjarazzjoni hija disponibbli fl-Istat ta’ esekuzzjoni.

4.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma lill-persuna sentenzjata, f’lingwa li hija tifhem, li hi ddeċidiet li s-sentenza flimkien maċ-ċertifikat ikunu trasmessi bl-użu tal-formola standard ta’ notifikazzjoni elenkata fl-Anness II. Meta l-persuna sentenzjata tkun fl-Istat ta’ esekuzzjoni fil-ħin ta’ dik id-deċiżjoni, dik il-formola għandha tiġi trasmessa lill-Istat ta’ esekuzzjoni li għandu jinforma lill-persuna kif meħtieġ.

5.   Il-paragrafu 2(a) m’għandux japplika għall-Polonja bħala Stat emittenti u bħala Stat ta’ esekuzzjoni fejn is-sentenza tkun ħarġet qabel ma jkunu għaddew ħames snin mill-5 ta' Diċembru 2011. Il-Polonja tista’ fi kwalunkwe ħin tinnotifika lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li m’hijiex ser tagħmel użu aktar minn din id-deroga.

Artikolu 7

Kriminalità doppja

1.   Ir-reati li ġejjin, jekk huma punibbli fl-Istat emittenti b’piena ta’ kustodja jew miżura li tinvolvi ċaħda tal-libertà għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin, u skond kif inhuma definiti bil-liġi ta’ l-Istat emittenti, għandhom, taħt it-termini ta’ din id-Deċiżjoni Qafas u mingħajr verifika tal-kriminalità doppja ta’ l-att, iwasslu għal rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena imposta:

parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali,

terroriżmu,

traffikar ta’ bnedmin,

sfruttament sesswali ta’ tfal u l-pornografija bi tfal,

traffikar illeċitu ta’ drogi narkotiċi u ta’ sustanzi psikotropiċi,

traffikar illeċitu ta’ armi, munizzjonijiet u splussivi,

korruzzjoni,

frodi, inkluża dik li tolqot l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej skond it-tifsira tal-Konvenzjoni tas-26 ta’ Lulju 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (10),

laundering tar-rikavati minn kriminalità,

falsifikazzjoni ta’ muniti, inkluż l-ewro,

reati konnessi ma’ l-informatika,

reati ambjentali, inkluż it-traffikar illeċitu ta’ speċi ta’ annimali fil-periklu li jinqerdu u ta’ speċi ta’ pjanti u varjetajiet fil-perikolu li jinqerdu,

faċilitazzjoni ta’ dħul u residenza mhux awtorizzati,

omiċidju, offiża gravi fuq persuna,

kummerċ illeċitu ta’ organi u tessuti umani,

ħtif ta’ persuni, żamma illegali ta’ persuni u t-teħid ta’ ostaġġi,

razziżmu u ksenofobija,

serq organizzat jew bl-użu ta’ armi,

it-traffikar illeċitu f’beni kulturali, inklużi antikitajiet u opri ta’ l-arti,

imbrolji,

racketeering u estorsjoni,

falsifikazzjoni u l-piraterija ta’ prodotti,

falsifikazzjoni ta’ dokumenti amministrattivi u t-traffikar tagħhom,

falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament,

traffikar illeċitu ta’ sustanzi ormonali u promoturi tat-tkabbir (growth promoters) oħrajn,

traffikar illeċitu ta’ materjali nukleari jew radjuattivi,

traffikar ta’ vetturi misruqin,

stupru,

inċendju volontarju,

reati li jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali,

ħtif illegali ta’ inġenji ta’ l-ajru/ta’ bastimenti,

sabotaġġ.

2.   Il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi unanimament wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew taħt il-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiddeċiedi fi kwalunkwe waqt li jżid kategoriji oħrajn ta’ reati mal-lista elenkata fil-paragrafu 1. Il-Kunsill għandu jeżamina, fid-dawl tar-rapport sottomess lilu skond l-Artikolu 29(5) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jekk il-lista għandhiex tiġi estiża jew emendata.

3.   Għal reati oħra barra dawk koperti mill-paragrafu 1, l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’ jagħmel ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena għall-kondizzjoni li huwa jirrelata ma’ atti li wkoll jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, indipendentement mill-elementi kostituttivi tieġhu jew mid-deskrizzjoni tiegħu.

4.   Kull Stat Membru jista’, fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew wara, b’dikjarazzjoni nnotifikata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiddikjara li m’huwiex ser japplika l-paragrafu 1. Tali dikjarazzjoni tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin. Tali dikjarazzjonijiet jew irtirar ta’ dikjarazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 8

Rikonoxximent tas-sentenza u infurzar tal-piena.

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tirrikonoxxi s-sentenza li tkun ġiet trasmessa skond l-Artikolu 3a u waqt li tiġi segwita l-proċedura taħt l-Artikolu 5, u għandha minnufih tieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-infurzar tal-piena, sakemm ma tiddeċidix li tinvoka waħda mir-raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-infurzar previsti fl-Artikolu 9.

2.   Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni fir-rigward tat-tul tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tiddeċiedi li tadatta l-piena biss fejn dik il-piena taqbeż il-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi nazzjonali tiegħu. Il-piena adattata m’għandhiex tkun anqas mill-piena massima prevista għal reati simili taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni.

3.   Fejn il-piena tkun inkompatibbli mal-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’termini tan-natura tagħha, l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tadattaha għall-piena jew għall-miżura prevista taħt il-liġi tagħha stess għal reati simili. Tali piena jew miżura għandha tikkorrispondi kemm jista’ jkun possibbli mal-piena imposta fl-Istat emittenti u għalhekk l-piena m’għandhiex tiġi konvertita f’piena pekunjarja.

4.   Il-piena adattata m’għandhiex taggrava l-piena li ngħatat fl-Istat emittenti fin-natura jew id-dewmien tagħha.

Artikolu 9

Raġunijiet għal non-rikonoxximent jew non-infurzar

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tirrifjuta li tirrikonoxxi s-sentenza u li tinforza l-piena, jekk:

(a)

iċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4 mhux komplet jew b’mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza u ma kienx kompletat jew ikkorreġut f’terminu perentorju raġonevoli stabbilit mill-awtorità ta’ esekuzzjoni;

(b)

il-kriterji li hemm fl-Artikolu 4(1) ma jintlaħqux;

(c)

infurzar tal-piena jkun kuntrarju għall-prinċipju ta’ ne bis in idem;

(d)

f’każ imsemmi fl-Artikolu 7(3) u, fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni jkun għamel dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 7(4), fil-każ imsemmi fl-Artikolu 7(1), is-sentenza hija relatata ma’ atti li ma jkunux jikkostitwixxu reat taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Madankollu, fir-rigward ta’ taxxi jew dazji, dwana u kambju, l-esekuzzjoni ta’ sentenza m’għandhiexs tiġi rifjutataminħabba li l-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni ma timponix l-istess tip ta’ taxxa jew dazju jew ma fihiex l-istess tip ta’ regoli fir-rigward ta’ regolamenti dwar taxxi, dazji u dwana u kambju bħal-liġi ta’ l-Istat emittenti;

(e)

l-infurzar tal-piena jiġi preskritt taħt ir-regoli tal-preskrizzjoni skond il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni

(f)

hemm immunità taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, li tagħmel l-infurzar tal-piena impossibbli;

(g)

il-piena ġiet imposta fuq persuna li, taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, ma setgħetx, minħabba l-età tiegħu jew tagħha, tinżamm kriminalment responsabbli ta’ l-atti li fuqhom inħareġ is-sentenza;

(h)

fil-mument li l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni rċeviet is-sentenza, inqas minn sitt xhur tas-sentenza jkunu għadhom iridu jiġu skontati;

(i)

is-sentenza ngħatat in absentia, sakemm iċ-ċertifikat ma jiddikjarax li l-persuna ġiet imsejħa personalment jew infurmata permezz ta’ rappreżentant kompetenti skond il-liġi nazzjonali ta’ l-Istat emittenti dwar iż-żmien u l-post tal-proċedimenti li rriżultaw fis-sentenza li ngħatat in absentia, jew li l-persuna indikat lil awtorità kompetenti li hi ma tikkontestax il-każ;

(j)

l-Istat ta’ esekuzzjoni, qabel ma tittieħed deċiżjoni skond l-Artikolu 12(1), jagħmel talba, skond l-Artikolu 18(3), u l-Istat emittenti ma jagħtix kunsens, skond l-Artikolu 18(2)(g), lill-persuna konċernata li qed tiġi akkużata, sentenzjata jew b’xi mod ieħor imċaħħda mil-libertà tagħha fl-Istat ta’ esekuzzjoni għal reat li twettaq qabel it-trasferiment minbarra dak li għalih il-persuna ġiet trasferita;

(k)

il-piena imposta tinkludi miżura ta’ kura psikjatrika jew tas-saħħa jew miżura oħra li tinvolvi ċ-ċaħda tal-libertà, li, minkejja l-Artikolu 8(3), ma jistgħux jiġu esegwiti mill-Istat ta’ esekuzzjoni skond is-sistemi legali jew tal-kura tas-saħħa tiegħu;

(l)

is-sentenza tirrelata ma’ reati kriminali li taħt il-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni huma meqjusa bħala li twettqu kollha kemm huma jew f’parti maġġuri jew essenzjali fit-territorju tiegħu, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu.

2.   Kwalunkwe deċiżjoni taħt il-paragrafu 1(l) fir-rigward ta’ reati mwettqin parzjalment fit-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, jew f’post ekwivalenti għat-territorju tiegħu, għandha tittieħed mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni f’każijiet eċċezzjonali u fuq bażi ta’ każ b’każ, b’konsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi speċifiċi tal-każ u partikolarment għal jekk parti ewlenija jew essenzjali ta’ l-imġiba in kwistjoni seħħetx fl-Istat emittenti.

3.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (i) (k) u (l), qabel ma jiġi deċiż li ma tiġix rikonoxxuta s-sentenza u infurzata l-piena, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, bi kwalunkwe mezz xieraq, u għandha, fejn ikun il-każ, titlobha tipprovdi mingħajr dewmien mhux meħtieġ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Artikolu 10

Rikonoxximent u infurzar parzjali

1.   Jekk l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni tista’ tikkonsidra r-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena in parti, hija tista’, qabel tiddeċiedi li tirrifjuta r-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena sħiħa, tikkonsulta lill-aworità kompetenti ta’ l-Istat emittenti bil-ħsieb li jinstab ftehim, kif previst fil-paragrafu 2.

2.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat emittenti u f’dak ta’ esekuzzjoni jistgħu jaqblu, każ b’każ, li jkun hemm rikonoxximent u infurzar parzjali ta’ piena skond il-kondizzjonijiet stabbiliti minnhom, dment li tali rikonoxximent u infurzar ma jirriżultaxf’aggravazzjoni tad-dewmien tal-piena. Fin-nuqqas ta’ tali ftehim, iċ-ċertifikat għandu jiġi rtirat.

Artikolu 11

Posponiment tar-rikonoxximent tas-sentenza

Ir-rikonoxximent tas-sentenza jista’ jkun pospost fl-Istat ta’ esekuzzjoni fejn iċ-ċertifikat imsemmifl-Artikolu 5 hu inkomplet jew b’mod ċar ma jaqbilx mas-sentenza, sakemm tali skadenza raġonevoli stabbilita mill-Istat ta’ esekuzzjoni għaċ-ċertifikat ikun kompletat jew ikkoreġut.

Artikolu 12

Deċiżjoni dwar l-infurzar tal-piena u l-limiti ta’ żmien

1.   L-awtorità kompetenti fl-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tiddeċiedi malajr kemm jista’ jkun jekk tirrikonoxxix is-sentenza u tinforzax il-piena u għandha tinforma lill-Istat emittenti għaldaqstant, inkluż dwar kwalunkwe deċiżjoni li tadatta l-piena skond l-Artikolu 8(2) u (3).

2.   Sakemm ma teżistix raġuni għal posponiment taħt l-Artikolu 11 jew Artikolu 23(3) d-deċiżjoni finali dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena għandha tittieħed f’perijodu ta’ 90 jum mir-riċeviment tas-sentenza u ċ-ċertifikat.

3.   Meta f’każijiet eċċezzjonali ma jkunx prattikabbli għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni li taderixxi mal-perijodu previst fil-paragrafu 2, għandha mingħajr dewmien tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti bi kwalunkwe mezz, u tagħti r-raġunijiet għad-dewmien u stima tal-ħin meħtieġ għat-teħid tad-deċiżjoni finali.

Artikolu 13

Irtirar taċ-ċertifikat

Sakemm l-infurzar tal-piena fl-Istat ta’ esekuzzjoni ma jkunx beda, l-Istat emittenti jista’ jirtira ċ-ċertifikat minn dak l-Istat, billi jagħti r-raġunijiet għal dan. Malli ċ-ċertifikat jiġi rtirat, l-Istat ta’ esekuzzjoni m’għandux jibqa’ jinforza l-piena.

Artikolu 14

Arrest proviżorju

Fejn il-persuna sentenzjata tinsab fl-Istat ta’ esekuzzjoni l-Istat ta’ esekuzzjoni jista’, fuq talba ta’ l-Istat emittenti, qabel il-wasla tas-sentenza u taċ-ċertifikat, jew qabel id-deċiżjoni biex tiġi rikonoxxuta s-sentenza u biex tiġi infurzata l-piena, jarresta lill-persuna sentenzjata, jew jieħu kwalunkwe miżura oħra biex jiżgura li l-persuna sentenzjata tibqa’ fit-territorju tiegħu, sakemm tittieħed deċiżjoni biex is-sentenza tiġi rikonoxxuta u l-piena tiġi infurzata. Id-dewmien tal-piena m’għandiex tkun aggravata bħala riżultat ta’ kwalunkwe perijodu mqatta f’kustodja bħala raġuni ta’ din id-dispożizzjoni.

Artikolu 15

Trasferiment ta’ persuni sentenzjati

1.   Jekk il-persuna sentenzjata tinsab fl-Istat emittenti, huwa jew hija għandha tiġi trasferita għall-Istat ta’ esekuzzjoni fi żmien miftiehem bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u dak ta’ esekuzzjoni, u mhux aktar tard minn 30 jum wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni finali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sentenzau l-infurzar tal-piena.

2.   Jekk it-trasferiment tal-persuna sentenzjata fil-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1 huwa impedit minn ċirkostanzi imprevedibbli, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat emittenti u ta’ dak ta’ esekuzzjoni għandhom jikkuntattjaw lil xulxin minnufih. It-trasferiment għandu jseħħ hekk kif dawn iċ-ċirkostanzi ma jibqgħux jeżistu. L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni u taqbel dwar data ġdida ta’ trasferiment. F’dak il-każ, it-trasferiment għandu jseħħ fi żmien 10 ijiem mid-data ġdida hekk miftiehma.

Artikolu 16

Transitu

1.   Kull Stat Membru għandu, skond il-liġi tiegħu, jippermetti t-transitu mit-territorju tiegħu ta’ persuna sentenzjata li tkun qed tiġi trasferita għall-Istat ta’ esekuzzjoni, dment li kopja taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 4 ingħatatlu mill-Istat emittenti flimkien mat-talba ta’ transitu. It-talba ta’ transitu u ċ-ċertifikat jistgħu jiġu trasmessi bi kwalunkwe mezz kapaċi li jipproduċi rekord bil-miktub. Fuq talba ta’ l-Istat Membru biex jippermetti t-transitu, l-Istat emittenti għandu jipprovdi traduzzjoni taċ-ċertifikat f’waħda mil-lingwi, li għandha tiġi indikata fit-talba, li l-Istat Membru li jkun intalab jippermetti t-transitu jaċċetta.

2.   Meta jirċievi talba biex jippermetti transitu, l-Istat Membru mitlub biex jippermetti t-transitu għandu jinforma lill-Istat emittenti jekk ma jistax jiggarantixxi li mhux ser issir prosekuzzjoni kontra l-persuna sentenzjata, jew, ħlief kif previst fil-paragrafu 1, miżmuma jew soġġetta b’xi mod ieħor għal kwalunkwe restrizzjoni tal-libertà tagħha fit-territorju ta’ tiegħu għal kwalunkwe reat imwettaq jew piena imposta qabel it-tluq tagħha mit-territorju ta’ l-Istat emittenti. F’tali każ l-Istat emittenti jista’ jirtira t-talba tiegħu.

3.   L-Istat Membru mitlub biex jippermetti t-transitu għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu, li għandha tittieħed abbażi ta’ prijorità u mhux aktar tard minn ġimgħa wara li jkun irċieva t-talba, bl-istess proċedura. Tali deċiżjoni tista’ tiġi posposta sakemm tiġi trasmessa t-traduzzjoni lill-Istat Membru mitlub biex jippermetti t-transitu, fejn tali traduzzjoni hi meħtieġa taħt il-paragrafu 1.

4.   L-Istat Membru mitlub jippermetti t-transitu jista’ jżomm lill-persuna sentenzjata f’kustodja biss għaż-żmien meħtieġ għat-transitu mit-territorju tiegħu.

5.   M’għandhiex tkun meħtieġa talba ta’ transitu fil-każ ta’ trasport bl-ajru mingħajr waqfa skedata. Madankollu, fil-każ ta’ nżul mhux skedat, l-Istat emittenti għandu jipprovdi l-informazzjoni prevista fil-paragrafu 1 fi żmien 72 siegħa.

Artikolu 17

Liġi li tirregola l-infurzar

1.   L-infurzar ta’ piena għandu jkun irregolat bil-liġi ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. L-awtoritajiet ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni waħedhom għandhom, soġġett għall-paragrafi 2, u 3, jkunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u biex jiddeterminaw il-miżuri kollha relatati miegħu, inklużi r-raġunijiet għal liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tnaqqas il-perijodu kollu ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontata b’konnessjoni mal-piena li fir-rigward tagħha nħarġet is-sentenza mit-tul ta’ żmien totali taċ-ċaħda tal-libertà li għandu jiġi skontat.

3.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha, fuq talba, tinforma lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti dwar id-dispożizzjonijiet applikabbli għal liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata. L-Istat emittenti jista’ jaqbel ma’ l-applikazzjoni ta’ tali dispożizzjonijiet jew jista’ jirtira ċ-ċertifikat.

4.   L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li kwalunkwe deċiżjoni dwar liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata tista’ tieħu kont ta’ dawk id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali indikati mill-Istat emittenti, li taħthom il-persuna għandha d-dritt għal liberazzjoni bikrija jew kondizzjonata f’mument speċifiku.

Artikolu 18

Speċjalità

1.   Persuna trasferita lejn l-Istat ta’ esekuzzjoni skond din id-Deċiżjoni Qafas m’għandhiex tkun soġġett għall-paragrafu 2, tgħaddi minn prosekuzzjoni, tiġi sentenzjata jew miċħuda mil-libertà tagħha b’xi mod ieħor għal reat li wettqet qabel it-trasferiment tagħha li mhux dak li għalih ġiet trasferita.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-persuna minkejja li kellha l-opportunità tħalli t-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni ma għamlitx dan fi żmien 45 jum mil-liberazzjoni finali tagħha, jew marret lura f’dak it-territorju wara li telqitu;

(b)

meta r-reat m’huwiex punibbli b’piena ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni;

(c)

meta l-proċedimenti kriminali ma jagħtux lok għall-applikazzjoni ta’ miżura ta’ restrizzjoni tal-libertà personali;

(d)

meta l-persuna tista’ tkun suxxettibbli li teħel piena jew miżura li ma tinvolvix ċaħda tal-libertà, b’mod partikolari piena finanzjarja jew miżura minflok din, anki jekk il-piena jew il-miżura in lieu tista’ toħloq restrizzjoni tal-libertà personali tagħha;

(e)

meta l-persuna tat il-kunsens tagħha għat-trasferiment;

(f)

meta l-persuna, wara t-trasferiment tagħha, irrinunzjat espressament għall-benefiċċju tar-regola ta’ speċjalità fir-rigward ta’ reati speċifiċi li seħħew qabel it-trasferiment tagħha. Ir-rinunzja għandha tingħata quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni u għandha tiġi rreġistrata skond il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat. Ir-rinunzja għandha tiġi mfassla b’tali mod li jkun ċar li l-persuna għamlitha volontarjament u b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi. Għal dak il-għan, il-persuna għandha jkollha d-dritt għal parir legali;

(g)

għal każijiet minbarra dawk imsemmija taħt il-punti (a) sa (f), fejn l-Istat emittenti jagħti l-kunsens tiegħu b’konformità mal-paragrafu 3.

3.   It-talba għall-kunsens għandha tiġi sottomessa lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti, akkumpanjata bl-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI u bi traduzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) tagħha. Il-kunsens għandu jingħata fejn hemm obbligu għal ċediment tal-persuna taħt dik id-Deċiżjoni Qafas. Id-deċiżjoni għandha tittieħed mhux aktar tard minn 30 jum wara li tiġi rċevuta t-talba. Għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, l-Istat ta’ esekuzzjoni għandu jagħti l-garanziji previsti fih.

Artikolu 19

Amnestija, maħfra, reviżjoni tas-sentenza

1.   Amnestija jew maħfra jistgħu jingħataw mill-Istat emittenti kif ukoll mill-Istat ta’ esekuzzjoni.

2.   L-Istat emittenti biss jista’ jiddeċiedi dwar applikazzjonijiet għal reviżjoni tas-sentenza li timponi l-piena li trid tiġi infurzata taħt din id-Deċiżjoni Qafas.

Artikolu 20

Informazzjoni mill-Istat emittenti

1.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li bħala riżultat tagħha l-piena tieqaf, milli tibqa’ infurzabbli minnufih jew f’perijodu ta’ żmien determinat.

2.   L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha ttemm l-infurzar tal-piena hekk kif tiġi infurmata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti dwar id-deċiżjoni jew miżura imsemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 21

Informazzjoni li għandha tingħata mill-Istat ta’ esekuzzjoni

L-awtorità kompetenti ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni għandha tinforma mingħajr dewmien lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti permezz ta’ kwalunkwe mezz li jħalli rekord bil-miktub:

(a)

dwar it-trasmissjoni tas-sentenza u ċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti responsabbli mill-esekuzzjoni tiegħu skond l-Artikolu 5(5);

(b)

dwar il-fatt li fil-prattika hu impossibbli li tiġi infurzata l-piena wara t-trasmissjoni tas-sentenza u taċ-ċertifikat lill-Istat ta’ esekuzzjoni, il-persuna sentenzjata ma tistax tinstab fit-territorju ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni, f’liema każ ma għandu jkun hemm l-ebda obbligu ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni biex jinforza l-piena;

(c)

dwar id-deċiżjoni finali biex tiġi rikonoxxuta s-sentenza u tiġi infurzata l-piena inkluża flimkien mad-data tad-deċiżjoni;

(d)

dwar kwalunkwe deċiżjoni li ma tiġix rikonoxxuta s-sentenza u ma tkunx infurzata l-piena skond l-Artikolu 9, flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(e)

dwar kwalunkwe deċiżjoni għall-adattament tal-piena skond l-Artikolu 8(2) jew (3), flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(f)

dwar kwalunkwe deċiżjoni biex ma tiġix infurzata s-sentenza għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 19(1) flimkien mar-raġunijiet għad-deċiżjoni;

(g)

dwar il-bidu u t-tmiem tal-perijodu ta’ liberazzjoni kondizzjonata, meta dan hu indikat fiċ-ċertifikat mill-Istat emittenti;

(h)

dwar il-ħarba tal-persuna sentenzjata mill-kustodja;

(i)

dwar l-infurzar tal-piena hekk kif tiġi kompletata.

Artikolu 22

Konsegwenzi tat-trasferiment tal-persuna sentenzjata

1.   Soġġett għall-paragrafu 2, l-Istat emittenti ma jkompli bl-infurzar tal-piena ladarba l-infurzar tagħha fl-Istat ta’ esekuzzjoni jkun beda.

2.   Id-dritt li tiġi infurzata l-piena għandu jerġa’ jsir ta’ l-Istat emittenti hekk kif jiġi infurmat mill-Istat ta’ esekuzzjoni dwar in-nuqqas ta’ infurzar parzjali tal-piena skond l-Artikolu 21(h).

Artikolu 23

Lingwi

1.   Iċ-ċertifikat għandu jiġi tradott għal-lingwa uffiċjali jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’ fl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew aktar tard, jistqarr permezz ta’ dikjarazzjoni depożitata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill li huwa ser jaċċetta traduzzjoni f’waħda jew iżjed mil-lingwi uffiċjali l-oħrajn ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea.

2.   Soġġett għall-paragrafu 3, m’għandha tkun meħtieġa l-ebda traduzzjoni tas-sentenza.

3.   Kwalunkwe Stat Membru jista’, fl-addozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jew aktar tard, f’dikjarazzjoni depositata mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jiddikjara, li hu, bħala l-Istat ta’ esekuzzjoni, jista’ mingħajr dewmien wara li jirċievi s-sentenza u ċ-ċertifikat, jitlob, fil-każ li jsib il-kontenut taċ-ċertifikat insuffiċjenti jiddeċiedi dwar l-infurzar tal-piena, li s-sentenza jew parti essenzjali minnha tkun akkupanjata minn traduzzjoni għal-lingwa uffiċjali jew għal waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat ta’ esekuzzjoni jew għal waħda jew aktar lingwi uffiċjali oħra ta’ l-Istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni EwropeaE. Tali talba għandha ssir, wara konsultazzjoni, fejn meħtieġ, biex jiġu indikati l-partijiet essenzjali tas-sentenzi li jridu jiġu tradotti, bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat Membru emittenti u dak ta’ esekuzzjoni.

Id-deċiżjoni dwar ir-rikonoxximent tas-sentenza u l-infurzar tal-piena tista’ tiġi posposta sakemm ma tiġi trasmessa t-traduzzjoni mill-Istat emittenti lill-Istat ta’ esekuzzjoni jew, fejn l-Istat ta’ esekuzzjoni jiddeċiedi li jittraduċi s-sentenza spejjeż tiegħu, sakemm ma tinkiseb it-traduzzjoni.

Artikolu 24

Spejjeż

L-ispejjeż li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jitħallsu mill-Istat ta’ esekuzzjoni, ħlief għall-ispejjeż tat-trasferiment tal-persuna sentenzjata lejn l-Istat ta’ esekuzzjoni u dawk li jirriżultaw esklussivament fit-territorju sovran ta’ l-Istat emittenti.

Artikolu 25

Infurzar ta’ sentenzi wara mandat ta’ arrest Ewropew

Mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom japplikaw, mutatis mutandis sal-punt li huma kompatibbli mad-dispożizzjonijiet taħt dik id-Deċiżjoni Qafas, għall-infurzar ta’ pieni f’każijiet fejn Stat Membru jieħu r-responsabbiltà li jinforza s-sentenza f’każijiet skond l-Artikolu 4(6) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, jew fejn, waqt li jaġixxi taħt l-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Deċiżjoni Qafas, ikun impona il-kondizzjoni li l-persuna sentenzjata trid tintbagħat lura biex tiskonta l-piena fl-Istat Membru kkonċernat, sabiex tiġi evitata l-impunità tal-persuna kkonċernata.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 26

Relazzjoni ma’ ftehim u arranġamenti oħrajn

1.   Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tagħhom bejn L-Istati Membri u Stati terzi u l-applikazzjoni transitorja tagħhom skond l-Artikolu 28, din id-Deċiżjoni Qafas għandha, mill-5 ta' Diċembru 2011 tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet li ġejjin korrispondenti tal-konvenzjonijiet applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri:

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar, it-trasferiment ta’ persuni sentenzjati tal-21 ta’ Marzu 1983 u l-Protokoll Addizjonali tagħha tat-18 ta’ Diċembru 1997;

Il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Validità Internazzjonali ta’ Ġudizzji Kriminali tat-28 ta’ Mejju 1970;

It-Titolu III, Kapitolu 5 tal-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Konvenzjoni ta’ Schengen ta’ l-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni;

il-Konvenzjoni bejn l-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej dwar l-Infurzar tas-Sentenzi Kriminali Barranin tat-13 ta’ Novembru 1991.

2.   L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali li jkunu fis-seħħ wara is-27 ta' Novembru 2008, sakemm dawn jippermettu li l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imwessa’ u jgħinu sabiex jiġu simplifikati jew aġevolati iktar il-proċeduri għall-infuzar tal-pieni.

3.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali wara il-5 ta' Diċembru 2008 sakemm tali ftehim jew arranġamenti jippermettu li d-dispożizzjonijet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas jiġu estiżi jew imkabbra u jgħinu biex jissimplifikaw jew jiffaċilitaw aktar il-proċeduri għall-infurzar ta’ pieni.

4.   L-Istati Membri għandhom, sal-5 ta' Marzu 2009 jinnotifikaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bi ftehim u arranġamenti eżistenti msemmija fil-paragrafu 2 li huma jixtiequ jkomplu japplikaw. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ukoll lill-Kunsill u l-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim jew arranġament ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 3, fi żmien tliet xhur minn meta jiġi ffirmat.

Artikolu 27

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tapplika għall-Ġibilta’.

Artikolu 28

Dispożizzjoni transitorja

1.   Talbiet riċevuti qabel il-5 ta' Diċembru 2011 għandhom jibqgħu jiġu rregolati skond l-istrumenti legali eżistenti dwar it-trasferiment ta’ persuni sentenzjati. Talbiet li jaslu wara dik id-data għandhom jiġu rregolati minn regoli adottati mill-Istati Membri skond din id-Deċiżjoni Qafas.

2.   Madankollu, kwalunkwe Stat Membru jista’, fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, jagħmel dikjarazzjoni fejn jindika li, f’każijiet fejn is-sentenza finali tkun ġiet mogħtija qabel id-data li tispeċifika, bħala Stat emittenti u ta’ esekuzzjoni, hu jkompli japplika l-istrumenti legali eżistenti dwar it-trasferiment ta’ persuni sentenzjati applikabbli qabel il-5 ta' Diċembru 2011. Jekk issir tali dikjarazzjoni, dawk l-istrumenti għandhom japplikaw f’tali każijiet fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-oħra kollha irrispettivament minn jekk ikunux għamlu l-istess dikjarazzjoni jew le. Id-data in kwistjoni ma tistax tkun aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2011. Id-dikjarazzjoni msemmija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Tista’ tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin.

Artikolu 29

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas sal-5 ta' Diċembru 2011.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Qafas. Abbażi ta’ rapport imfassal bl-użu ta’ din l-informazzjoni mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, mhux aktar tard mill-5 ta' Diċembru 2012, jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri jkunu konformi mad-dispożizzjonijet ta’ din id-Deċiżjoni Qafas.

3.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jinnotifika lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni bin-notifiki jew bid-dikjarazzjonijiet magħmula skond l-Artikolu 4(7) u l-Artikolu 23(1) jew (3).

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35(7) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Stat Membru li jkun esperjenza diffikultajiet ripetuti fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 25 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas, li ma jkunux ġew solvuti permezz ta’ konsultazzjonijiet bilaterali, għandu jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bid-diffikultajiet tiegħu. Il-Kummissjoni għandha, abbażi ta’ din l-informazzjoni u ta’ kwalunkwe informazzjoni oħra disponibbli għaliha, tistabbilixxi rapport, akkumpanjat minn kwalunkwe inizjattiva li tista’ tqis adatta, bil-ħsieb li jiġu solvuti dawn id-diffikultajiet.

5.   Sal-5 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport abbażi ta’ l-informazzjoni riċevuta, akkumpanjat minn kwalunkwe inizjattivi li tista’ tikkunsidra xierqa. Il-Kunsill għandu abbażi ta’ kwalunkwe rapport mill-Kummissjoni u kwalunkwe inizjattiva, jirrevedi, b’mod partikolari l-Artikolu 25, bil-ħsieb tal-konsiderazzjoni jekk dan għandux jiġi sostitwit b’dispożizzjonijiet aktar speċifiċi.

Artikolu 30

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Qafas għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU C 12, 15.1.2001, p. 10.

(2)  ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 251, 3.10.2003, p. 12.

(5)  ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.

(6)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.

(7)  ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16

(8)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 59

(9)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 4.

(10)  ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49.


ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

NOTIFIKA TAL-PERSUNA SENTENZJATA

Inti b’dan notifikat bid-deċiżjoni ta’ … (awtorità kompetenti ta’ l-Istat emittenti) li tittrasmetti s-sentenza ta’ … (qorti kompetenti ta’ l-Istat emittenti) bid-data … (data tas-sentenza) … (numru ta’ referenza; jekk disponibbli) lil … (Stat ta’ esekuzzjoni) bil-għan tar-rikonoxximent u l-infurzar tiegħu tal-piena imponuta fiha skond il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li dawn jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea,

L-infurzar tas-sentenza ser ikun irregolat mil-liġi ta’ … (Stat ta’ esekuzzjoni). L-awtoritajiet ta’ dak l-Istat ser ikunu kompetenti biex jiddeċiedu dwar il-proċeduri għall-infurzar u biex jiddeterminaw l-miżuri kollha relatati magħhom, inkluż ir-raġunijiet għal rilaxx kmieni jew kondizzjonali.

L-awtorità kompetenti ta’ … (Stat ta’ esekuzzjoni) għandha tnaqqas il-perijodu sħiħ ta’ ċaħda tal-libertà diġà skontat b’konnessjoni mal-piena mit-tul totali taċ-ċaħda tal-libertà li għandu jiġi skontat. Adattament tal-piena mill-awtorità kompetenti ta’ … (Stat ta’ esekuzzjoni) jista’ jseħħ biss jekk dan ikun kompatibbli mal-liġi ta’ dak l-Istat f’termini tat-tul jew in-natura tiegħu. Il-piena adattata m’għandhiex taggrava l-piena mogħtija fi … (Stat emittenti) bin-natura jew it-tul tagħha.


Corrigendum

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/47


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 93/92/KEE tad-29 ta' Ottubru 1993 li ghandha x'taqsam ma' l-ispazju ghall-immuntar tal-pjanca tar-registrazzjoni ta' wara ta' vetturi b'żewg jew tliet roti

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 311, 14 ta' Diċembru 1993 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 07 Volum 002 p. 119-193)

F'paġna 50, Anness V, punt 6.1.10:

minflok:

“6.1.10.

Telltale ta' cirkuwitu magħluq: mhux obbligatorju.”:

aqra:

“6.1.10.

Telltale ta' cirkuwitu magħluq: obbligatorju.”.

F'paġna 52, Anness VI, punt 6.3.10:

minflok:

“6.3.10.

Telltale għat-tħaddim: mhux obbligatorju.”:

aqra:

“6.3.10.

Telltale għat-tħaddim: obbligatorju.”.

F'paġna 63, Anness VI, punt 6.1.10:

minflok:

“6.1.10.

Telltale ta' cirkuwitu maghluq: mhux obbligatorju.”:

aqra:

“6.1.10.

Telltale ta' cirkuwitu maghluq: obbligatorju.”.

F'paġna 65, Anness VI, punt 6.3.10:

minflok:

“6.3.10.

Telltale għat-tħaddim: mhux obbligatorju.”:

aqra:

“6.3.10.

Telltale għat-tħaddim: obbligatorju.”.


5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 327/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.