ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
2 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 tas-27 Novembru 2008 li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1188/2008 ta' l-1 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1189/2008 tal-25 ta' Novembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2009 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti baby beef li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1190/2008 tat-28 ta’ Novembru 2008 li jemenda għall-101 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1191/2008 ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

27

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/896/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Novembru 2008 dwar il-linji ta’ gwida għall-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6787)  ( 1 )

30

 

 

2008/897/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Novembru 2008 li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7415)

39

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/898/PESK ta' l-1 ta’ Diċembru 2008 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

50

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1187/2008

tas-27 Novembru 2008

li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li ġie kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Miżuri provviżorji

(1)

Il-Kummissjoni, permezz tar-Regolament (KE) Nru 492/2008 (2) (ir-“Regolament provviżorju”) imponiet dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”).

1.2.   Proċedura sussegwenti

(2)

Sussegwentament għall-iżvelar tal-fatt u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie deċiż li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji (“żvelar provviżorju”), diversi partijiet interessati għamlu sottomissjonijiet bil-miktub biex juru l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet provviżorji. Il-partijiet li għamlu talba ngħataw iċ-ċans li jinstemgħu. Il-Kummissjoni baqgħet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għas-sejbiet definittivi tagħha.

(3)

Il-Kummissjoni baqgħet għaddejja bl-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-aspetti ta’ interess għall-Komunità u wettqet analiżi tal-informazzjoni provduta minn xi utenti u fornituri fil-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping provviżorji.

(4)

Tqiesu l-kummenti orali u bil-miktub ppreżentati mill-partijiet interessati u fejn xieraq, is-sejbiet provviżorji ġew modifikati kif meħtieġ.

(5)

Il-partijiet kollha ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rakkomandata l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-MSG li joriġina fir-RPĊ u l-ġbir definittiv tal-ammonti assigurati permezz tad-dazju provviżorju. Huma ngħataw ukoll perijodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet sussegwenti għal dan l-iżvelar.

(6)

Qed jitfakkar li l-investigazzjoni tad-dumping u d-danni kienet tkopri l-perijodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 (“perjodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tad-danni, il-Kummissjoni analizzat data li tkopri l-perijodu minn April 2004 sal-aħħar tal-PI (“perijodu kkunsidrat”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(7)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-premessi (12) sa (14) tar-Regolament provviżorju qed jiġu b’dan ikkonfermati.

3.   DUMPING

3.1.   Applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku

(8)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għal produttur esportatur wieħed fir-RPĊ, il-premessi (15) sa (18) tar-Regolament provviżorju qed jiġu b’dan ikkonfermati.

3.2.   Trattament fl-ekonomija tas-suq (“TES”)

(9)

Wara l-iżvelar provviżorju, iż-żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi li ma ngħatawx it-TES ikkuntestaw is-sejbiet provviżorji.

(10)

Fil-każ tal-ewwel kumpanija ġie sottomess li, fl-opinjoni tagħha, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) jirrikjedu biss il-preparazzjoni ta’ kontijiet konsolidati u ma jirrikjedux li l-kontijiet konsolidati jkunu verifikati skont l-IAS.

(11)

F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, minkejja diversi rikjesti, din il-kumpanija ma pprovditx id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati rilevanti, inkluż ir-rapport tal-awdituri la fil-formola għat-talba għat-TES u lanqas waqt iż-żjara fuq il-post fir-RPĊ. L-IAS jiddikjaraw u jispjegaw prinċipji tal-kontabilità miftiehma internazzjonalment u jipprovdu direzzjoni ta’ kif għandhom jiġu applikati. It-twettiq ta’ verifika tar-rekords tal-kontabilità skont l-IAS ikun ifisser li l-verifika tassigura li r-rekords tal-kontabilità kienu preparati u ppreżentati skont l-IAS u li jikkonformaw magħhom. F’każ ta’ ksur ta’ dawn il-prinċipji, ir-rapport tal-verifika għandu jsemmi l-impatt tan-nuqqas ta’ konformità u r-raġunijiet għala l-prinċipji IAS ma kinux ġew applikati. L-IAS 27, b’mod partikolari, jispjega b’mod ċar il-kundizzjonijiet li taħthom il-kumpaniji għandhom jippreparaw u jippreżentaw il-kontijiet konsolidati tagħhom. Il-kumpanija ma tikkontendix li dawn il-kondizzjonijiet kienu applikabbli għaliha fil-kuntest tal-investigazzjoni tat-TES.

(12)

L-Artikolu 2(7)(c) it-tieni inċiż tar-Regolament bażiku b’mod ċar jipprevedi li l-kumpaniji li japplikaw għal TES għandu jkollhom rekords tal-kontabilità bażiċi li huma vverifikati b’mod indipendenti skont l-IAS u applikati għall-għanijiet kollha. Għaldaqstant jidher ċar li l-kontijiet mhux biss għandhom jiġu preparati iżda wkoll vverifikati skont l-IAS. In-nuqqas ta’ verifika skont l-IAS ma jħallix lill-Kummissjoni tistabilixxi jekk il-kontijiet kinux preparati skont l-IAS. Fuq din il-bażi biss ma setax jiġi konkluż li t-tieni kriterju kien intlaħaq.

(13)

L-istess produttur esportatur barra minn hekk afferma li fil-fehma tiegħu it-tpaċija tad-dħul mal-ispejjeż ma kinitx ta’ natura materjali u li n-nuqqas ta’ żvelar ma setax jinfluwenza d-deċiżjoni ekonomika tal-utenti meħuda fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant ma kienx hemm ksur tal-IAS.

(14)

Din l-affermazzjoni madankollu tidher li tikkontradixxi l-ewwel waħda li l-kontijiet għandhom jiġu preparati iżda mhux ivverifikati skont l-IAS. Kieku dan kien il-każ, il-kumpaniji nnifishom, u mhux awdituri kompetenti u indipendenti kif meħtieġa skont l-Artikolu 2(7)(c), jagħmlu valutazzjoni ta’ jekk it-tpaċija tista’ jew ma tistax tkun projbita, jekk id-dħul u l-ispejjeż kinux ta’ natura materjali, jekk din it-tpaċija tistax tinfluwenza d-deċiżjoni ekonomika tal-utenti u jekk din it-tpaċija tnaqqasx mill-abbiltà tal-utenti li jifhmu t-transazzjonijiet li jkunu ttieħdu.

(15)

Barra minn dan, filwaqt li għandu jiġi aċċettat li l-kunċett tal-“materjalità” jħalli lok għall-interpretazzjoni, il-paragrafu 30 tal-IAS 1 jipprovdi li oġġetti li m’huwiex materjali b’mod sodisfaċenti li jistħoqqlu preżentazzjoni separata fejn jidħlu d-dikjarazzjonijiet finanzjarji, jistgħu madankollu jitqiesu li huma materjali suffiċjenti li għandhom jiġu preżentati b’mod separat fin-noti. Għaldaqstant, minħabba l-fatt li t-tpaċija ma kinitx imsemmija fir-rapport tal-verifika u lanqas fin-noti tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija, qed jiġi kkonfermat li l-kontijiet tal-kumpanija ma kinux verifikati skont l-IAS.

(16)

Barra minn hekk, it-tpaċija in kwistjoni kienet dik li nstabet mill-investigaturi tal-Kummissjoni. Verifika fil-fond biss setgħet tiżvela jekk kienx hemm każijiet oħra fejn il-kontijiet ma kinux preparati u vverifikati skont l-IAS. Fin-nuqqas ta’ verifika ta’ din ix-xorta, il-Kummissjoni m’għandhiex iż-żmien materjali, u lanqas m’hu l-iskop taż-żjara fuq il-post, li jiġu vverifikati l-kontijiet u l-preżentazzjoni tal-kontijiet tal-kumpaniji. Għaldaqstant, is-sejbiet tal-Kummissjoni li juru li l-kumpaniji, li jitolbu t-TES, jonqsu milli joneraw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti bażiċi li jippreparaw rekords tal-kontabilità u jiżguraw li l-kontijiet huma preparati u vverifikati skont l-IAS iwasslu għall-konklużjoni li t-tieni kriterju ma ġiex onerat.

(17)

Fl-aħħar, l-istess kumpanija ma taqbilx mal-konklużjoni li kapital tan-negozju negattiv flimkien ma’ self mingħajr interessi għandhom jitqiesu bħala tagħwiġ li ġej mis-sistema mhux tal-ekonomija tas-suq li kien hemm qabel iżda minflok sinjal ta’ effiċjenza maniġerjali.

(18)

Għandu l-ewwelnett jiġi nnutat li s-sejbiet relatati mal-kapital tan-negozju negattiv kienu sejbiet sussidjarji u ma kinux dawk ewlenin li wasslu għall-konklużjoni li l-applikant ma kienx jissodisfa l-kriterju tat-TES. It-tieni, kapital tan-negozju negattiv waħdu jista’ jkun sinjal ta’ effiċjenza maniġerjali iżda biss f’negozju b’inventarju baxx u kontijiet riċevibbli mnaqqsa, li bażikament jistgħu jinstabu biss f’intrapriżi li joperaw kważi fuq bażi ta’ flus kontanti biss, bħal stabbilimenti tal-ħwienet u supermarkits. L-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ dan il-prodottur esportatur Ċiniż, madankollu, kienet totalment differenti. Kapital tan-negozju negattiv għandu jitqies aktar bħala sinjal li l-kumpanija tista’ tkun qed taffaċċja l-falliment jew periklu finanzjarju serju. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, li tkun kapaċi tirċievi ammonti kbar ta’ “krediti tal-kummerċ” mingħajr spejjeż finanzjarji tkun xi ħaġa improbabbli ħafna taħt kondizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, is-self mingħajr interessi sinifikanti tal-kumpanija li kien jirrapreżenta porzjon sinifikanti tad-djun totali tagħħa f’perijodu qasir (dan tal-aħħar jirrapreżenta 80 % tad-djun totali) u li kienu jirriżultaw għal livell sinifikanti ta’ kapital negozju negattiv għandu jitqies li mhux konformi mal-imġiba tal-ekonomija tas-suq.

(19)

Fil-każ tat-tieni kumpanija, ma ġewx provduti argumenti oħra li jibdlu s-sejbiet provviżorji dwar it-TES. B’mod partikolari, ġie kkonfermat li l-influwenza tal-azzjonist ikkontrollat mill-Istat fuq il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpanija kien sproporzjonatament għoli u li l-Istat qabel li jnaqqas il-valur stabbilit tad-drittijiet tal-użu tal-art b’50 % mingħajr kumpens. Ġie kkonfermat ukoll li l-kontijiet tal-kumpanija ma ġewx ivverifikati skont l-IAS.

(20)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar it-TES, il-premessi (19) sa (26) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.3.   Trattament individwali (“TI”)

(21)

Parti interessata affermat li l-prattiki anti-kompetittivi u l-interferenza tal-Istat jinkoraġġixxu l-evitar tal-miżuri u għaldaqstant l-ebda mill-prodotturi Ċiniżi m’għandhom jingħataw it-TI.

(22)

Madankollu, din il-parti interessata ma pprovdietx evidenza ta’ kif dawn il-prattiki anti-kompetittivi u l-interferenza allegata mill-Istat jippermettu l-evitar ta’ dawn il-miżuri. Barra dan, l-investigazzjoni żvelat li kwalunkwe interferenza teoretika mill-Istat tkun possibbli biss permezz taċ-China Fermentation Industry Association li tagħha ż-żewġ produtturi esportaturi huma membri. Madankollu, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kollha meħuda minn din l-Assoċjazzjoni kienu ta’ natura mhux vinkolanti. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni kellha tiġi rrifjutata.

(23)

Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra fir-rigward tat-TI, il-premessi (27) sa (29) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.4.   Valur normali

3.4.1.   Pajjiż analogu

(24)

Parti interessata kkontestat l-għażla magħmula mill-Kummissjoni biex tuża t-Tajlandja bħala pajjiż analogu u, b’mod partikolari, il-produttur Ajinomoto Thailand, li għandu x’jaqsam mal-prodottur tal-Komunità. Madankollu, l-argumenti u l-kummenti minn din il-parti ġew ippreżentati wara l-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit għall-preżentazzjoni tal-kummenti (3), iżda b’mod iżjed importanti ġew provduti mingħajr ma ġew sostanzjati. Għaldaqstant, dawn il-kummenti kellhom jiġu miċħuda.

(25)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar il-pajjiż analogu, il-premessi (30) sa (34) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.4.2.   Metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali

(26)

Prodottur esportatur Ċiniż afferma li għandu jsir aġġustament għad-differenzi fl-ispejjeż tal-materja prima. B’mod partikolari dan il-prodottur esportatur allega li l-MSG prodott mill-ġulepp magħqud kif inhu l-każ fil-pajjżi analogu kien jiswa iżjed mill-MSG prodott mil-lamtu tal-qamħirrum jew tar-ross.

(27)

Madankollu, jidher li l-prodottur esportatur Ċiniż esaġera b’mod sinifikanti il-proporzjon bejn id-dħul tal-ġulepp magħqud u l-produzzjoni tal-MSG meta mqabbel ma’ dak li nstab u ġie vverifikat fil-produttur li kkopera fil-pajjiż analogu. Għaldaqstant, l-affermazzjoni li kien jiswa iżjed li jiġi prodott l-MSG fil-pajjiż analogu kellha tiġi miċħuda.

(28)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra li jikkonċernaw il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tal-valur normali, il-premessa (35) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

3.5.   Prezz tal-esportazzjoni

(29)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-prezz tal-esportazzjoni, li kienu jibdlu s-sejbiet fl-istadju provviżorju, il-premessi (36) sa (37) tar-Regolament provviżorju qed huma b’dan ikkonfermati.

3.6.   Tqabbil

(30)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar it-tqabbil, il-premessi (38) sa (39) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

3.7.   Marġini tad-dumping

(31)

Għall-kumpaniji li jingħataw it-TI, il-valur normali medju kwalifikat tqabbel mal-prezz medju kwalifikat tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, kif prevdist fl-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(32)

Fuq din il-bażi, il-marġini tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-fruntiera tal-Komunità CIF, dazju mhux imħallas, huma:

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd: 36,5 %

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd.,

u Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.: 33,8 %

(33)

Il-bażi biex jiġu stabbiliti l-marġini tad-dumping fil-pajjiż ġiet stabbilita fil-paragrafu (42) tar-Regolament provviżorju, li, fin-nuqqas ta’ kummenti, qed tiġi hawnhekk ikkonfermata. Fuq din il-bażi il-livell ta’ dumping fil-pajjiż ġie stabbilit bħala 39,7 % tal-prezz CIF tal-fruntiera Komunitarja, dazju mhux imħallas.

4.   DANNI

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Komunità

(34)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-definizzjoni tal-industrija tal-Komnunità, il-premessi (44) sa (46) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.2.   Konsum fil-Komunità

(35)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum fil-Komunità, il-premessa (47) tar-Regolament provviżorju hija b’dan ikkonfermata.

4.3.   Importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ

(36)

Wara l-iżvelar provviżorju, wieħed mill-importaturi tal-Komunità afferma li s-sejbiet tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tibdil fil-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż fil-perijodu kkunsidrat kienu mgħawġa minħabba li ntużaw snin finanzjarji minflok snin kalendarji. Il-perijodu kkunsidrat beda fl-1 ta’ April 2004 filwaqt li l-użu tas-snin kalendarji kien ifisser li l-perijodu kien jibda fl-1 ta’ Jannar 2004. Skont id-data preżentata mill-kumpanija, din il-bidla fil-punt tal-bidu kienet turi żieda ta’ 12 % fil-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi bejn is-sena kalendarja 2004 u l-PI meta mqabbla mat-tnaqqis żgħir rappurtat fil-premessa (50) tar-Regolament provviżorju. Madankollu, għandu jiġi nnutata li d-data preżentata mill-importatur kienet ibbażata fuq il-prezzijiet tal-xiri totali tiegħu li naturalment kienu jkopru biss parti mill-esportazzjonijiet Ċiniżi fil-Komunità. Wara li ġiet eżaminata d-data fir-rigward tal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet kollha tal-MSG mir-RPĊ, ibbażati fuq l-Eurostat, instab li l-prezzijiet Ċiniżi rilevanti żdiedu biss b’0,5 % minn Jannar 2004 sal-aħħar tal-PI u mhux bi 12 % kif affermat mill-importatur. Id-differenza fit-tendenzi tal-prezzijiet bejn dak li nstab għall-perijodu kkunsidrat (tnaqqis ta’ 2 %) u dak għall-perijodu minn Jannar 2004 sal-aħħar tal-PI (żieda ta’ 0,5 %) m’hijiex tali li tibdel il-konklużjonijiet mislta fir-rigward tal-effett ta’ dawn il-prezzijiet fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità. Għaldaqstant din l-affermazzjoni kellha tiġi miċħuda.

(37)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra fir-rigward tal-importazzjonijiet fil-Komunità mir-RPĊ, il-premessi (48) sa (52) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-Industrija tal-Komunità

(38)

Ċerti partijiet interessati esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-analiżi tat-tendenzi tal-indikaturi tad-danni. Huma affermaw li l-użu tal-perijodu ta’ 12-il xahar li jikkoinċidu mas-sena finanzjarja ta’ min għamel l-ilment minflok snin kalendari effettivament qassru l-perijodu li ġie kkunsidrat għal tliet snin peress li s-sena finanzjarja 2007, fil-biċċa l-kbira tagħha, tisporġi mal-IP. Dawn il-partijiet affermaw li sabiex issir stima adatta tat-tendenzi tal-indikaturi tad-dannu, il-perijodu kkunsidrat għandu jiġi prolongat sabiex ikopri s-sena kalendarja sħiħa 2004. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li r-Regolament bażiku ma jipprovdix għal skeda stretta dwar id-definizzjoni tal-perijodu kkunsidrat. Barra minn dan, ir-Rakkomandazzjoni tad-WTO dwar il-perijodi tal-ġbir tad-data għal investigazzjonijiet anti-dumping tipprevedi li “Bħala regola ġenerali, […] il-perijodu għall-ġbir tad-data għal investigazzjonijiet tad-danni normalment għandu jkun mill-inqas ta’ tliet snin […].” (4) Madankollu, saret analiżi komparattiva tal-indikaturi tad-dannu bażiċi fuq bażi ta’ sena kalendarja, jiġifieri billi ġie kkunsidrat perijodu magħmul mill-2004, l-2005, l-2006 u l-PI, sabiex jiġi vverifikat jekk konklużjonijiet differenti għandhomx isiru fir-rigward tad-danni. L-analiżi wriet li t-tendenzi tal-indikaturi tad-danni ewlenin ma jinbidlux b'mod sinifikanti.

Għalkemm ċerti tendenzi fosthom it-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ ikunu inqas jolqtu l-għajn meta mqabbla mal-konklużjonijiet fir-Regolament provviżorju, sejbiet oħra relatati mal-profittabilità negattiva tal-industrija tal-Komunità, iż-żieda kbira fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-qtugħ qawwi fil-prezzijiet jibqgħu mhux mibdula. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-perijodu kkunsidrat iservi bħala indikatur tal-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-industrija tal-Komunità sabiex jiġi determinat jekk tistax titqies li qed issofri minn dannu materjali waqt il-PI. F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-argument tal-partijiet hu miċħud fuq il-bażi li l-istampa tad-dannu kienet tibqa’ turi dannu materjali anke jekk il-perijodu kkunsidrat kien ġie estiż bl-ewwel trimestru tal-2004.

(39)

Barra dan, min għamel l-iment ikkumenta fuq il-formulazzjoni tal-premessa (60) tar-Regolament provviżorju. Min għamel l-ilment indika li s-sentenza “l-akkwist ta’ Orsan SA minn Ajinomoto Foods Europe” ma kinitx korretta peress li Orsan SA kienet ġiet akkwistata minn Ajinomoto Group u sussegwentament mogħtija l-isem ġdid Ajinomoto Foods Europe.

(40)

Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet, il-konklużjoni li l-industrija tal-Komunità sofriet danni materjali, kif stabbilit fil-premessi (70) sa (72) tar-Regolament provviżorju huwa b’dan ikkonfermat.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(41)

Parti interessata qalet li waqt il-perijodu kkunsidrat ma kienx hemm koinċidenza fiż-żmien bejn it-tendenza negattiva fil-profittabilità osservata għall-industrija tal-Komunità u l-iżvilupp fil-volumi tal-importazzjoni mir-RPĊ. Għaldaqstant, ġie affermat li l-importazzjonijiet mir-RPĊ ma setgħux jikkawżaw dannu għall-industrija tal-Komunità. Għalkemm din il-kwistjoni kienet spjegata fid-dettall fil-premessi (60) u (61) tar-Regolament provviżorju, qed jiġi barra minn hekk innutat, skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, li m’humiex biss il-volumi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li jistgħu jkunu fattur rilevanti fil-valutazzjoni ta’ jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping kinux il-kawża tad-dannu materjali lill-industrija tal-Komunità, iżda wkoll, b’mod alternattiv, il-prezzijiet ta’ dawn l-importazzjonijiet. Fil-premessa (76) tar-Regolament provviżorju ġie konkluż li “[…] l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ li b’mod sinifikattiv waqqa’ l-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità waqt il-PI, u li żied b’mod sinifikattiv il-volum, kellhom rwol determinanti fid-dannu soffert mill-industrija tal-Komunità”. Meta wieħed iqis l-iżvilupp tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping waqt il-perijodu kkunsidrat, għandu jitqies li din l-affermazzjoni għandha tiġi miċħuda.

(42)

Parti interessata oħra qalet li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-MSG mir-RPĊ fil-perijodu kkunsidrat ma affetwatx is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità peress li dawn l-importazzjonijiet kienu qegħdin primarjament jissostitwixxu importazzjonijiet minn sorsi oħra.

(43)

F’dan ir-rigward qed jipi mfakkar li, għalkemm l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-MSG fil-fatt ħadu post l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra sa ċertu punt, kif spjegat fil-ppremessa (57) tar-Regolament provviżorju, importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ b’mod konsistenti rnexxielhom jiggwadanjaw is-sehem fis-suq anke a spejjeż tal-industrija tal-Komunità anke meta l-konsum fil-Komunità kien qed jonqos. Barra minn dan, din l-affermazzjoni mhix appoġġjata mis-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni li wriet li l-mewġa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mir-RPĊ li b’mod sinifikanti waqqa’ l-prezz tal-industrija tal-Komunità wassal għal sitwazzjoni ta’ dannu materjali soffrut mill-industrija tal-Komunità waqt il-perijodu kkunsidrat. Fuq din il-bażi, din l-affermazzjoni għandha tiġi miċħuda.

(44)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar dan, il-premessi (74) sa (76) tar-Regolament provviżorju hmua b’dan ikkonfermati.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħra

(45)

Diversi partijiet interessati tennew l-affermazzjonijiet li nġiebu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji li d-dannu materjali soffrut mill-industrija tal-Komunità kien ikkawżat minn fatturi oħra apparti l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn l-affermazzjonijiet, li jirrigwardaw speċifikament l-ispejjeż tar-ristrutturar u ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima li allegatament taffetwa l-industrija tal-Komunità, kienu diġà ġew debitament indirizzati fil-premessi (60) u (61) tar-Regolament provviżorju.

(46)

Parti interessata tenniet l-affermazzjonijiet magħmula qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji li kwalunkwe dannu materjali soffrut mill-industrija tal-Komunità jista’ wkoll jiġi kkawżat mill-esportazzjonijiet tal-MSG mir-RPĊ magħmula minn kumpaniji relatati mal-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, din il-parti affermat li min għamel l-ilment kien żgwida lill-Kummissjoni billi ma żvelax l-eżistenza ta’ kumpaniji relatati fir-RPĊ u billi ħeba l-fatt li dawn il-kumpaniji relatati fiċ-Ċina kienu jesportaw l-MSG lill-Komunità. Fuq din il-bażi, din il-parti qieset li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku għandu jiġi applikat għal min għamel l-ilment. L-istess parti barra minn hekk qalet li kien hemm ksur tad-drittijiet tagħha tad-difiża peress li l-verżjonijiet tal-ilment u t-tweġiba għall-kwestjonarju ta’ min għamel l-ilment għall-ispezzjoni minn partijiet interessati (“verżjoni miftuħa”) ma żvelax il-fatt li min għamel l-ilment għandu kumpaniji relatati fir-RPĊ li kienu involuti fin-negozju MSG.

(47)

Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (94) tar-Regolament provviżorju, il-kwistjoni tal-esportazzjonijiet tal-MSG lill-Komunità minn prodottur wieħed fir-RPĊ li hu magħruf li hu relatat mal-industrija tal-Komunità ma tqisitx li hi rilevanti minħabba fil-volum insinifikanti tagħhom. Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-ilment ma kienx jipprovdi informazzjoni li tiżgwida lill-Kummissjoni fir-rigward tal-kumpaniji relatati magħha fir-RPĊ. Din l-informazzjoni ġiet rappurtata fil-verżjonijiet kunfidenzjali tal-ilment u fit-tweġiba għall-kwestjonarju minn min għamel l-ilment. Huwa fatt li din l-informazzjoni ma kinitx oriġinarjament inkluża fil-verżjoni miftuħa tal-ilment jew fil-verżjoni miftuħa tat-tweġiba tal-kwestjonarju minn min għamel l-ilment. Madankollu, min għamel l-ilment ipprovda verżonijiet miftuħa inkluża informazzjoni dwar il-kumpaniji relatati fir-RPĊ sussegwentement matul il-proċedura. F’dawn iċ-ċirkostanzi, hu meqjus li ma seħħ l-ebda ksur tad-dritt tad-difiża tal-partijiet. Barra minn dan, ma ġiet preżentata l-ebda evidenza konvinċenti li tista’ tappoġġja l-affermazzjoni li Ajinomoto Group kien konxju tal-allegata attività tal-esportazzjoni indiretta ta’ waħda mill-kumpaniji Ċiniżi relatati. Għaldaqstant, hu meqjus li l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ma japplikax f’din is-sitwazzjoni u l-affermazzjoni hi miċħuda.

(48)

Waħda mill-partijiet interessati tenniet li l-affermazzjonijiet ippreżentati qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji dwar l-impatt tar-rata tal-kambju tad-dollaru Amerikan kontra l-Ewro dwar il-kalkoli li jwaqqgħu l-prezzijiet u l-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Komunità. Madankollu, ma ġiet provduta l-ebda informazzjoni jew evidenza addizzjonali li kienet tibdel il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi (84) sa (90) tar-Regolament provviżorju li huma b’dan ikkonfermati.

(49)

Parti interessata tenniet l-affermazzjoni tagħha qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji dwar l-impatt tal-istrateġija globali ta’ Ajinomoto Group, b’mod partikolari esportazzjonijiet għas-suq tal-UE mill-prodotturi tal-MSG f’pajjiżi terzi li s-sidien tagħhom huma Ajinomoto, u l-impatt ta’ dawn fuq il-profitti u l-livell tal-istokk ta’ min għamel l-ilment. Fil-premessa (92) tar-Regolament provviżorju ġie ddikjarat li l-bejgħ tal-MSG fuq is-suq tal-Komunità li joriġina minn esportaturi relatati mal-industrija tal-Komunità f’pajjiżi barra mill-Komunità kien qiegħed jonqos b’mod kostanti u sinifikattiv matul il-perijodu kkunsidrat. B’konsegwenza, ġie konkluż fil-premessa (95) ta’ dak ir-regolament li l-importazzjonijiet tal-industrija tal-Komunità minn partijiet relatati minn barra mill-Komunità ma kkontribwewx għad-dannu materjali li nstab. Din il-parti ma pprovdietx iżjed informazzjoni jew evidenza li tista’ tibdel din il-konklużjoni li qed tiġi b’dan ikkonfermata.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(50)

Meta wieħed iqis l-analiżi ta’ hawn fuq li b’mod ċar iddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi l-oħra kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, qed jiġi b’dan ikkonfermat li dawn il-fatturi l-oħra fihom infushom ma jinvalidawx il-fatt li d-dannu materjali għandu jkun attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(51)

Wara li jitqies dan ta’ hawn fuq, huwa konluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tal-MSG li joriġina fir-RPĊ ikkawżaw ħsara materjali lill-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku.

(52)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet fil-premessi (99) sa (100) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

6.1.   Interess tal-industrija tal-Komunità

(53)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra f’dan ir-rigward partikolari, is-sejbiet stabbilit fil-premessi (103) sa (106) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

6.2.   Interess tal-importaturi

(54)

Importatur wieħed qal li l-impatt negattiv li l-miżuri ta’ anti-dumping jista’ jkollhom fuq is-sitwazzjoni ekonomika kien sottovalutat fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju. Skont il-kumpanija, minħabba l-profittabilità baxxa tal-bejgħ tagħha tal-MSG u l-possibilità limitata taż-żieda fil-prezz lill-klijenti tagħha, l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tfisser l-għeluq tan-negozju tagħha fl-MSG. Għandu jiġi nnutat li n-negozju tal-MSG ma jirrapreżentax sehem ewlieni mill-attività tal-importatur imsemmi li hi primarjament il-bejgħ tal-MSG tagħha mir-RPĊ. L-importatur in kwistjoni għandu l-għażla li jaqleb għal sorsi oħra ta’ provvista li m’humiex affettwati mill-miżuri ta’ anti-dumping. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju, l-effett mistenni bl-impożizzjoni tal-miżuri jkun li jerġa’ jkun hemm kondizzjonijiet tan-negozju effettivi fis-suq tal-Komunità, li f’dan il-każ jista’ jwasslu għal prezzijiet miżjuda tal-MSG, b’mod partikolari mill-industrija tal-Komunità u mir-RPĊ. Għaldaqstant, huwa mistenni li l-importaturi kollha għandhom ikunu kapaċi li jgħaddu lil ħaddieħor almenu parti miż-żieda fl-ispejjeż tagħhom li jirriżultaw mill-impożizzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping. Fuq din il-bażi, il-konklużjoni milħuqa fil-premessa (108) tar-Regolament provviżorju għalhekk hija kkonfermata.

6.3.   Interess tal-utenti

(55)

Wara l-kummenti li saru minn partijiet interessati dwar l-impatt possibbli tal-miżuri proposti fuq l-industrija tal-utenti, saret iżjed analiżi fuq il-bażi tal-informazzjoni provduta mill-utenti ewlenin tal-MSG fil-Komunità, jiġiferi Nestle u Unilever. L-investigazzjoni wriet li l-MSG tirrapreżenta inqas minn 3 % tal-ispejjeż tal-produzzjoni tal-prodotti li kollha li fihom l-MSG prodotti miż-żewġ kumpaniji. Għaldaqstant, wara li ġew ikkunsidrati l-indikazzjonijiet dwar ir-rati tal-profitt medji li huma relattivament għolja li ż-żewġ kumpaniji laħqu waqt il-PI b’mod partikolari minn dawn il-prodotti, jista’ jiġi kkonfermat li l-impatt possibbli tal-miżura proposta fuq l-attività tagħhom mhux ser ikun sinifikanti.

6.4.   Interess tal-fornituri tal-materja prima

(56)

B’segwitu għall-premessa (115) tar-Regolament povviżorju, l-analiżi fir-rigward tal-interessi tal-fornitur upstream tal-industrija tal-Komunità ġiet estiża biex tinkludi d-data provduta mit-tieni fornitur. Fuq il-bażi tat-tweġibiet fil-kwestjonarju provduti miż-żewġ fornituri, instab li s-sitwazzjoni tal-kumpaniji fornituri kienet iddeterjorat ħafna waqt il-perijodu kkunsidrat skont id-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Komunità. Il-bejgħ totali tal-fornituri investigati naqas bejn 8 % sa 13 % u l-bejgħ tagħhom lill-industrija tal-Komunità għadda minn tnaqqis sinifikanti ta’ kważi d-doppju (bejn 15 % sa 25 %). Iż-żewġ kumpaniji esperjenzaw ukoll tnaqqis fir-rati tal-profittabilità tagħhom.

(57)

Meta wieħed iqis is-sejbiet ta’ hawn fuq, il-kontenut tal-premessa (116) tar-Regolament provviżorji huwa b’dan kkonfermat.

6.5.   Kompetizzjoni u effetti li jgħawġu n-negozju

(58)

Uħud mill-partijiet interessati tennew il-kummenti tagħhom dwar l-allegata pożizzjoni dominanti ta’ Ajinomoto Group madwar id-dinja u l-pożizzjoni allegatament monopolistika tagħha fil-Komunità. Dawn l-osservazzjonijiet kienu diġà ġew indirizzati fil-premessa (117) tar-Regolament provviżorju. Ma ġiet preżentata l-ebda evidenza ġdida dwar dawn l-affermazzjonijiet.

(59)

Bosta partijiet interessati qajmu argumenti oħra marbuta mal-iżviluppi ta’ wara l-PI fuq is-suq tal-MSG. Huma affermaw li l-volumi tal-importazzjoni naqsu u li l-prezzijiet żdiedu wara l-PI, biex b’hekk ġie eliminat kwalunkwe dannu potenzjali lill-industrija tal-Komunità. F’din is-sitwazzjoni, dawn il-partijiet affermaw li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping kienu jagħmlu ħsara biss lill-importaturi u lill-utenti fil-Komunità. Il-partijiet qajmu wkoll punt dwar l-allegat nuqqasijiet globali tal-provvisti tal-MSG billi, skont id-data tagħhom, diversi produtturi importanti madwar id-dinja ma baqgħux jipproduċu jew naqqsu l-kapaċità produttiva tagħhom. Madankollu, id-data tal-Eurostat u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-industrija tal-Komunità ma jappoġġjawx l-affermazzjonijiet ta’ hawn fuq. Għall-kuntrarju, il-prezzijiet tal-importazzjoni baqgħu stabbli fil-perijodu ta’ wara l-PI u f’ċerti xhur naqsu wkoll, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni kemm mill-RPĊ u minn pajjiżi terzi żdiedu. Dan l-iżvilupp aħħari juri li xi kompetituri mhux Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jiżviluppaw l-esportazzjonijiet tagħhom lejn il-Komunità.

6.6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(60)

Minħabba fir-riżultati ta’ din l-investigazzjoni tal-aspetti tal-interess fil-Komunità tal-każ deskritt hawn fuq, is-sejbiet u l-konklużjonijiet msemmija fil-premessa (119) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.   MIŻURI DEFINITTIVI ANTI-DUMPING

7.1.   Livell tal-eliminazzjoni tad-dannu

(61)

Fin-nuqqas ta’ kummenti sostanzjati li jibdlu l-konklużjoni dwar il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, il-premessi (120) sa (122) tar-Regolament provviżorju huma b’dan ikkonfermati.

7.2.   Forma u livell tad-dazji

(62)

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandu jiġi impost dazju anti-dumping definittiv f’livell suffiċjenti biex jelimina d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mingħajr ma jinqabeż il-marġini ta’ dumping misjub.

(63)

Ir-rata tad-dazji definittivi huma stabbiliti definittivament kif ġej:

Kumpanija

Marġini tal-eliminazzjoni tad-dannu

Marġini tad-dumping

Rata tad-dazju anti-dumping

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd., u

Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.

54,8  %

33,8  %

33,8  %

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd.

60,4  %

36,5  %

36,5  %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

63,7  %

39,7  %

39,7  %

(64)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għaldaqstant esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpaniji u għaldaqstant mill-entitajiet legali speċifikament imsemmija. Il-prodotti importati prodotti minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz tagħha, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(65)

Kull talba li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali (eż. wara bidla fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ entitajiet tal-produzzjoni jew tal-bejgħ ġodda) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (5) immedjatament bl-informazzjoni rilevanti kollha, b’mod partikolari kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija konnessa mal-produzzjoni, il-bejgħ domestiku u tal-esportazzjoni assoċjati ma’, per eżempju, dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entità tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun il-każ, ir-Regolament għandu imbagħad jiġu emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpaniji li qed jibbenefikaw mir-rati ta’ dazju individwali.

7.3.   Garanziji

(66)

Produttur esportatur Ċiniż li xtaq jikkoopera offra garanzija fuq il-prezz.

(67)

F’dan ir-rigward qed jiġi nnutat li l-prezzijiet MSG huma negozjati globalment ma’ kumpaniji internazzjonali kbar b’faċilitajiet tal-produzzjoni ġewwa u barra mill-Komunità. Qed jiġi nnutat ukoll li l-maġġoranza tal-bejgħ ta’ dan il-produttur esportatur qed isiru primarjament lil kumpaniji barranin bħal dawn. Minħabba dan, ġie meqjus li r-riskju tal-kumpens trasversali tal-prezzijiet bejn il-ftehim tal-bejgħ magħmul ma’ kumpaniji internazzjonali għall-faċilitajiet tal-produzzjoni tagħhom fil-Komunità u għall-faċilitajiet tagħhom li jinsabu f’pajjiżi oħra barra mill-Komunità hu għoli ħafna. Ġie meqjus ukoll li dan il-kumpens trasversali jkun diffiċli ħafna li jinkixef fil-kwadru tas-sorveljanza tal-garanzija. Għaldaqstant, l-offerta għall-garanzija ta’ dan il-produttur esportatur, fil-forma attwali tagħha, kellha tiġi miċħuda peress li l-aċċettazzjoni tagħha tqieset li m’hijiex prattika minħabba l-fatt li ma setgħetx tiġi ssorveljata sew mill-Kummissjoni.

7.4.   Ġbir definittiv ta’ dazji provviżorji u sorveljanza speċjali

(68)

Minħabba fil-kobor tal-marġini tad-dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Komunità, hu meqjus neċessarju li l-ammonti assigurati permezz tad-dazju anti-dumping provviżorju, imposti mir-Regolament provviżorju, jiġifieri r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2008, għandhom jinġabru b’mod definittiv sal-limitu tal-ammont ta’ dazju definittiv impost.

(69)

huwa mfakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li qed jistennew li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali iżjed baxxi jżidu b’mod sinifikattiv il-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, din iż-żieda għandha titqies li tikkostitwixxi fiha nnifisha bidla fil-mudell tan-negozju minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri skont it-tifsir tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, u bil-kondizzjoni li jiġu onerati l-kondizzjonijiet, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra l-evitar. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-bżonn għat-tneħħija ta’ rati ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju applikabbli mal-pajjiż kollu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (TARIC 2922420010) u li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata ta’ dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles mill-fruntiera tal-Komunità, qabel it-taxxa, tal-prodotti manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata tat-taxxa AD (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Hebei Meihua MSG Group Co., Ltd.,

u Tongliao Meihua Bio-Tech Co., Ltd.

33,8

A883

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co., Ltd.

36,5

A884

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,7

A999

3.   Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali għandhom japplikaw.

Artikolu 2

L-ammonti assigurati permezz ta’ dazji anti-dumping provviżorji skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2008 fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (TARIC 2922420010) u li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandhom jinġabru definittivament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 144, 4.6.2008, p. 14.

(3)  Punt 6 (c) tal-Avviż tal-Bidu (ĠU C 206, 5.9.2007, p. 23).

(4)  G/ADP/6 tas-16 ta’ Mejju 2000.

(5)  Kummissjoni Ewropea, Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ, Direttorat H, Uffiċċju N105 04/092, 1049 Brussell, Belġju.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1188/2008

ta' l-1 ta’ Diċembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

54,1

TR

75,3

ZZ

64,7

0707 00 05

EG

188,1

JO

167,2

MA

58,1

TR

82,6

ZZ

124,0

0709 90 70

MA

64,6

TR

110,3

ZZ

87,5

0805 20 10

MA

63,6

TR

65,0

ZZ

64,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,3

HR

48,8

IL

74,6

TR

58,9

ZZ

59,2

0805 50 10

MA

64,0

TR

64,6

ZA

117,7

ZZ

82,1

0808 10 80

CA

89,4

CL

67,1

CN

67,2

MK

32,9

US

111,0

ZA

111,1

ZZ

79,8

0808 20 50

CN

49,5

TR

103,0

ZZ

76,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1189/2008

tal-25 ta' Novembru 2008

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2009 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) flimkien mal-Artikolu 148(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (2), jipprovdi għal kwota tariffarja annwali preferenzjali ta' 1 500 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina u 9 975 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Montenegro u fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo (3).

(2)

Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (4), il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (5) u l-Ftehim tranżitorju mal-Montenegro, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (6), jistabbilixxu kwoti tariffarji annwali preferanzjali ta' 9 400 tunnellata, 1 650 tunnellata u 800 tunnellata rispettivament għall-“baby beef”.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (7) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (8) jipprovdu li għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konċessjonijiet tal-“baby beef”.

(4)

Għal finijiet ta' kontroll, ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti għall-“baby beef” għall-Bożnja u Ħerżegovina u t-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo jagħmilhom soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti jkunu joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness II għal dak ir-Regolament. Għal finijiet ta’ armonizzazzjoni, l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti ta' “baby beef” li joriġina fil-Kroazja u fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għandhom ukoll ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jkunu jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness III għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja jew mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro, rispettivament. Għandu wkoll jiġi stabbilit mudell għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(5)

Il-kwoti kkonċernati għandhom ikunu amministrati permezz tal-użu ta' liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 328/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (10) għandhom ikunu applikabbli, soġġetti għal dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli amministrati b'sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (11) [titlu mhux uffiċjali], jistipula b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti, il-ħruġ tal-liċenzji u n-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni sewwa tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu suġġetti għal verifika, partikolarment il-kitbiet fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji li ġejjin b'dan huma miftuħa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009:

(a)

9 400 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Kraozja;

(b)

1 500 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina;

(c)

1 650 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(d)

9 175 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo;

(e)

800 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Montenegro.

Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tas-serje 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198 u 09.4199 rispettivament.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni ta' dawk il-kwoti, 100 kilogramma ta' piż ħaj għandhom ikunu ekwivalenti għal 50 kilogramma tal-piż ta' karkassa.

2.   Id-dazju doganali applikabbli skont il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

3.   L-importazzjoni permezz tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għal ċerti annimali ħajjin u ċertu laħam kopert bil-kodiċijiet tan-NM li ġejjin, imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, fl-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro:

ex 0102 90 51, ex 0102 90 59, ex 0102 90 71 u ex 0102 90 79,

ex 0201 10 00 u ex 0201 20 20,

ex 0201 20 30,

ex 0201 20 50.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Is-Sezzjoni 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż jew it-territorju doganali tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż jew mit-territorju doganali indikat.

Is-Sezzjoni 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness I.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità, imħejji f'konformità mal-Artikolu 4, flimkien ma' kopja tiegħu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat tal-awtentiċità.

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta' aktar minn liċenzja waħda tal-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fiċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta' ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tittimbra ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità allokata;

(b)

tiżgura li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' dak iċ-ċertifikat jinħarġu fl-istess jum.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat tal-awtentiċità tkun tikkorrispondi ma' dawk li jaslu ta' kull ġimgħa mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet ikkonċernati. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tal-awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż jew it-territorju doganali tal-esportazzjoni kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, l-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro.

2.   Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jinħarġu f'oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom ikunu stampati u mimlija b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, f'konformità mal-mudell rilevanti fl-Annessi III sa VIII, għall-pajjiżi tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali kkonċernat(i). Jistgħu wkoll jiġu stampati u mimlija bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni tkun ippreżentata jista' jesiġi li tkun ipprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.

3.   L-oriġinal u l-kopji taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jinkitbu bil-linka sewda u b'ittri kbar.

Il-forom taċ-ċertifikati għandu jkollhom qisien ta' 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża ma għandhiex tiżen anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

4.   Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru tas-serje individwali tiegħu, segwit bl-isem tal-pajjiż jew tat-territorju doganali tal-ħruġ.

Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.

5.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss jekk ikunu ttimbrati minn awtorità tal-ħruġ minn fost dawk elenkati fl-Anness II.

6.   Iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala awtentikati jekk ikun hemm fuqhom id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorita' tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmawhom.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness II għandhom:

(a)

ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż tal-esportazzjoni jew mit-territorju doganali kkonċernat;

(b)

jintrabtu li jivverifikaw il-partikolaritajiet li jidhru fuq iċ-ċertifikati;

(c)

jintrabtu li jgħaddu lill-Kummissjoni tal-anqas darba kull ġimgħa kwalunkwe informazzjoni li permezz tagħha l-kitbiet fuq iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jkunu vverifikati, partikolarment f'dak li jirigwardja n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, id-destinatarju, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott (annimali ħajjin/laħam), il-piż nett u d-data tal-firma.

2.   Il-lista fl-Anness II għandha tkun riveduta mill-Kummissjoni meta ma jibqax jinqeda r-rekwiżit referut fil-paragrafu 1(a), meta awtorità tal-ħruġ tonqos milli twettaq wieħed jew aktar mill-obbligi imposti fuqha jew meta tinħatar awtorità ġdida tal-ħruġ.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Il-pajjiż tal-esportazzjoni jew it-territorju doganali kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet tal-ħruġ tiegħu u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Artikolu 8

1.   B′deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2010, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru kif indikat fl-Annessi IX, X u XI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji ta' prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 3825/2008.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(3)  Il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.

(9)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(11)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS I

L-annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)

:

bil-Bulgaru

:

“Baby beef” (Регламент (ЕО) № 1189/2008)

:

bl-Ispanjol

:

“Baby beef” [Reglamento (CE) no 1189/2008]

:

biċ-Ċek

:

“Baby beef” (Nařízení (ES) č. 1189/2008)

:

bid-Daniż

:

“Baby beef” (Forordning (EF) nr. 1189/2008)

:

bil-Ġermaniż

:

“Baby beef” (Verordnung (EG) Nr. 1189/2008)

:

bl-Estonjan

:

“Baby beef” (Määrus (EÜ) nr 1189/2008)

:

bil-Grieg

:

“Baby beef” [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1189/2008]

:

bl-Ingliż

:

“Baby beef” (Regulation (EC) No 1189/2008)

:

bil-Franċiż

:

“Baby beef” [Règlement (CE) no 1189/2008]

:

bit-Taljan

:

“Baby beef” [Regolamento (CE) n. 1189/2008]

:

bil-Latvjan

:

“Baby beef” (Regula (EK) Nr. 1189/2008)

:

bil-Litwan

:

“Baby beef” (Reglamentas (EB) Nr. 1189/2008)

:

bl-Ungeriż

:

“Baby beef” (1189/2008/EK rendelet)

:

bil-Malti

:

“Baby beef” (Regolament (KE) Nru 1189/2008)

:

bl-Olandiż

:

“Baby beef” (Verordening (EG) nr 1189/2008)

:

bil-Pollakk

:

“Baby beef” (Rozporządzenie (WE) nr 1189/2008)

:

bil-Portugiż

:

“Baby beef” [Regulamento (CE) n.o 1189/2008]

:

bir-Rumen

:

“Baby beef” [Regulamentul (CE) nr. 1189/2008]

:

bis-Slovakk

:

“Baby beef” [Nariadenie (ES) č. 1189/2008]

:

bis-Sloven

:

“Baby beef” (Uredba (ES) št. 1189/2008)

:

bil-Finlandiż

:

“Baby beef” (Asetus (EY) N:o 1189/2008)

:

bl-Iżvediż

:

“Baby beef” (Förordning (EG) nr 1189/2008)


ANNESS II

Awtorità tal-ħruġ:

Ir-Repubblika tal-Kroazja Croatian Livestock Center, Zagreb, Croatia.

Il-Bożnja u Ħerżegovina:

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Univerzitet Sv. Kiril I Metodij, Institut za hrana, Fakultet za veterinarna medicina, “Lazar Pop-Trajkov 5-7”, 1000 Skopje

Il-Montenegro Veterinary Directorate, Bulevar Svetog Petra Cetinjskog br.9, 81000 Podgorica, Montenegro

It-territorju doganali tas-Serbja (1): “YU Institute for Meat Hygiene and Technology, Kacanskog 13, Belgrade, Yugoslavia.”

It-territorju doganali tal-Kosovo:


(1)  Ma jinkludix Il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (maħruġa) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni

Minn: … sa …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS X

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet mhux utilizzati) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta' l-importazzjoni ma jkunux ġew utilizzati

Minn: … sa: …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità mhux utilizzata

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS XI

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni).


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1190/2008

tat-28 ta’ Novembru 2008

li jemenda għall-101 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-netwerk ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (1), u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 7(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fit-3 ta’ Settembru 2008 (2) li tannulla r-Regolament (KE) Nru 881/2002 safejn jikkonċerna lil Yassin Abdullah Kadi u l-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat. Fl-istess ħin il-Qorti ordnat li l-effetti tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jinżammu, safejn jikkonċernaw lis-Sur Kadi u lill-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat, għal perjodu mhux itwal minn tliet xhur li jibda mid-data li fiha tingħata s-sentenza. Dan il-perjodu ngħata sabiex titħalla l-possibbiltà li l-ksur misjub jissewwa.

(3)

Sabiex tikkonforma mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni kkomunikat is-sommarji narrattivi tar-raġunijiet mogħtija mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar l-Al Qaida u t-Taliban tan-NU, lis-Sur Kadi u lill-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat u tathom l-opportunità li jikkummentaw dwar dawn ir-raġunijiet sabiex ikunu jistgħu jistqarru l-fehma tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mis-Sur Kadi u mill-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat, u eżaminat dawn il-kummenti.

(5)

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi, imfassla mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet dwar Al Qaida u t-Taliban tan-NU, tinkludi lis-Sur Kadi u lill-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat.

(6)

Wara li eżaminat bir-reqqa l-kummenti li rċeviet mingħand is-Sur Kadi f’ittra tal-10 ta’ Novembru 2008, u meta wieħed iqis in-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tqis li l-elenkar tas-Sur Kadi huwa ġġustifikat minħabba l-assoċjazzjoni tiegħu man-netwerk ta’ Al Qaida.

(7)

Wara li eżaminat bir-reqqa l-kummenti li rċeviet mingħand il-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat f’ittra tad-9 ta’ Novembru 2008, u meta wieħed iqis in-natura preventiva tal-iffriżar tal-fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi, il-Kummissjoni tqis li l-elenkar tal-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat huwa ġġustifikat minħabba l-assoċjazzjoni tagħha man-netwerk ta’ Al Qaida.

(8)

Fid-dwal ta’ dan, is-Sur Kadi u l-Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat għandhom jiżdiedu fl-Anness I.

(9)

Dan ir-Regolament għandu japplika mit-30 ta’ Mejju 2002, meta wieħed iqis in-natura preventiva u l-għanijiet tal-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 881/2002 u l-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi, li kienu qed jistrieħu fuq il-legalità tar-Regolament annullat.

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 hu emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2008. Għandu jkun ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mit-30 ta’ Mejju 2002.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(2)  Sentenza fil-Kawzi Konġunti C-402/05 P u C-415/05 P, Yassin Abdullah Kadi u Fundazzjoni Internazzjonali Al Barakaat v. Il-Kunsill, Rapporti tal-Qorti Ewropea 2008, p. I-… (għadhom mhux ippubblikati).


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni legali, gruppi u entitajiet”:

Fundazzjoni Internazzjonali Barakaat. Indirizz: (a) Box 4036, Spånga, Stokkolma, l-Iżvezja; (b) Rinkebytorget 1, 04, Spånga, l-Iżvezja.

(2)

L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

Yasin Abdullah Ezzedine Qadi (magħruf ukoll bħala (a) Kadi, Shaykh Yassin Abdullah, (b) Kahdi, Yasin; (c) Yasin Al-Qadi). Data tat-twelid: 23.2.1955. Post tat-twelid: Il-Kajr, l-Eġittu. Ċittadinanza: Tal-Għarabja Sawdija. Numru tal-passaport: (a) B 751550, (b) E 976177 (maħruġ fis-6.3.2004, jiskadi fil-11.1.2009). Informazzjoni oħra: Ġedda, l-Għarabja Sawdija.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1191/2008

ta’ l-1 ta’ Diċembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1186/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Diċembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Diċembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1186/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1186/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1186/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1186/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-2 ta’ Diċembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 319, 29.11.2008, p. 56.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-2 ta’ Diċembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

35,10

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

21,34

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

21,34

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

35,10


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

28.11.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

190,56

112,79

Prezz FOB USA

241,10

231,10

211,10

114,32

Tariffa fuq il-Golf

12,34

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

27,27

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

11,39  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

9,04  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Novembru 2008

dwar il-linji ta’ gwida għall-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6787)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/896/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati f’każ ta’ suspett jew tifqigħa ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi. Barra minn hekk, il-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva telenka ċertu mard eżotiku u mhux eżotiku.

(2)

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2006/88/KE jistipula li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi applikata skema ta’ sorveljanza għas-saħħa tal-annimali bbażata fuq ir-riskju fil-farms u fiż-żoni tat-trobbija tal-molluski kollha, skont it-tip ta’ produzzjoni. Dawn l-iskemi għandhom iqisu l-linji ta’ gwida mfassla skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(4) ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Skont id-Direttiva 2006/88/KE, l-għan tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali huwa li tiġi individwata kull żieda fil-mortalità fil-farms u fiż-żoni kollha fejn jitrabbew il-molluski, skont it-tip ta’ produzzjoni, kif ukoll biex jiġi individwat il-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, fil-farms u fiż-żoni kollha fejn jitrabbew il-molluski fejn hemm speċijiet suxxettibbli għal dak il-mard. Barra minn hekk, skont il-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE, l-ispezzjonijiet imwettqa bħala parti minn dawn l-iskemi għandhom ukoll l-għan li jagħtu pariri lill-operaturi tan-negozji tal-produzzjoni tal-akkwakultura dwar kwistjonijiet tas-saħħa tal-annimali akkwatiċi, u fejn ikun hemm bżonn, dwar it-twettiq tal-miżuri veterinarji meħtieġa.

(4)

Minħabba d-diversità tal-industrija tal-akkwakultura fil-Komunità, l-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju jeħtieġ jiġu adattati għall-istruttura ta’ dik l-industrija u għall-istat tas-saħħa tal-annimali f’kull Stat Membru. Għalhekk, il-linji ta’ gwida li jridu jitqiesu mill-Istati Membri għall-iskop ta’ dawn l-iskemi, għandhom jiġu limitati għall-għoti ta’ gwida ġenerali.

(5)

Jixraq għalhekk li f’din id-Deċiżjoni jiġu stabbiliti linji ta’ gwida biex jitqiesu għall-iskop tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji ta’ gwida li għandhom jitqiesu għall-iskop tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju, stipulati fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE, huma stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


ANNESS

LINJI TA’ GWIDA LI GĦANDHOM JITQIESU GĦALL-ISKEMI TA’ SORVELJANZA TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI BBAŻATI FUQ IR-RISKJU STIPULATI FL-ARTIKOLU 10(1) TAD-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2006/88/KE

1.   L-iskop ta’ dawn il-linji ta’ gwida

L-iskop ta’ dawn il-linji ta’ gwida huwa li jipprovdu lill-Istati Membri bi gwida dwar l-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju stipulati fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (“l-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju”).

2.   Il-kontenut tal-ispezzjonijiet

2.1.   KONTROLL TAR-REKORDS U L-EŻAMIJIET KLINIĊI

Kull spezzjoni f’farm jew żona ta’ trobbija tal-molluski għandha tikkonsisti mill-analiżi tar-reġistru stipulata fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2006/88/KE, u għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġistru dwar il-mortalità, sabiex tkun tista’ ssir evalwazzjoni tal-istat tas-saħħa tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski fil-passat.

Għandha tiġi spezzjonata għażla rappreżentattiva tal-unitajiet epidemjoloġiċi kollha.

Jekk tkun disponibbli, għandha tiġi eżaminata klinikament, esternament u internament, għal tibdil patoloġiku maġġuri għażla rappreżentattiva ta’ annimali tal-akkwakultura li għadhom kif mietu jew moribondi. Dak l-eżami għandu jimmira, b’mod partikolari, li jindividwa kull infezzjoni bil-mard elenkat fil-Parti II tal-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE (“marda elenkata”).

Jekk ir-riżultat ta’ dak l-eżami jwassal għal xi suspett ta’ preżenza ta’ dan il-mard, l-annimali tal-akkwakultura fil-farm jew iż-żona ta’ trobbija tal-molluski għandu jsirilhom eżami tal-laboratorju.

Fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE hemm stipulati r-regoli dettaljati tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu f’każijiet ta’ suspett u/jew konferma ta’ marda elenkata.

2.2.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-EŻAMI TAL-LABORATORJU

It-teħid tal-kampjuni għall-eżami tal-laboratorju mhuwiex meħtieġ fil-każijiet kollha. Fid-determinazzjoni ta’ jekk huwiex meħtieġ it-teħid tal-kampjuni, għandha titqies l-informazzjoni miksuba fil-kontrolli tar-reġistri tal-farm jew taż-żona tat-trobbija tal-molluski u waqt l-ispezzjoni tal-annimali tal-akkwakultura, kif ukoll informazzjoni relevanti oħra.

3.   L-għażla bejn l-awtorità kompetenti, veterinarji privati u servizzi oħra kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali akkwatiċi għat-twettiq tal-ispezzjonijiet

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk l-ispezzjonijiet li huma parti mill-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju għandhomx isiru mill-awtorità kompetenti jew jekk veterinarji privati jew servizzi oħra kkwalifikati fis-saħħa tal-annimali għandhomx ukoll ikun permessi jagħmluhom.

4.   Il-frekwenza tal-ispezzjonijiet

Il-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE tistipula l-frekwenzi rakkomandati għall-ispezzjonijiet tal-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski. Dawk il-frekwenzi jiġu determinati minn żewġ fatturi:

(a)

l-istatus tas-saħħa tal-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment ikkonċernati fir-rigward tal-mard mhux eżotiku elenkat fil-Parti II tal-Anness IV ta’ dik id-Direttiva (“mard mhux eżotiku elenkat”);

(b)

il-livell ta’ riskju tal-farm jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski fir-rigward tat-teħid u t-tixrid tal-mard.

5.   L-istatus tas-saħħa tal-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski

Il-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE tiddifferenzja bejn il-kategoriji ta’ status tas-saħħa li ġejjin:

Il-Kategorija I

(a)

Iddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu 49(1)(a) jew (b) jew l-Artikolu 50(1)(a) jew (b) tad-Direttiva 2006/88/KE. Dan l-istatus jiġi ddeterminat mill-fatt li:

(i)

l-ebda waħda mill-ispeċijiet suxxettibbli għall-mard ikkonċernat ma tkun preżenti fl-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, u, fejn rilevanti, fis-sors tal-ilma ta’ dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment; jew

(ii)

il-patoġenu mhux magħruf li jgħix fl-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, u, fejn rilevanti, fis-sors tal-ilma ta’ dak l-Istat Membru, dik iż-żona jew dak il-kompartiment;

(b)

Iddikjarat ħieles mill-mard skont l-Artikolu 49(1)(c) jew l-Artikolu 50(1)(c) tad-Direttiva 2006/88/KE. L-istatus huwa bbażat fuq sorveljanza mmirata konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti II tal-Anness V tad-Direttiva 2006/88/KE.

Il-Kategorija II

Mhux iddikjarat ħieles mill-mard iżda soġġett għal programm ta’ sorveljanza approvat skont l-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/88/KE.

Il-Kategorija III

Mhux magħruf li huwa infettat iżda mhux soġġett għal programm ta’ sorveljanza għall-ksib ta’ status ta’ ħelsien mill-mard.

Il-Kategorija IV

Magħruf li hu infettat iżda soġġett għal programm ta’ eradikazzjoni approvat skont l-Artikolu 44(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

Il-Kategorija V

Magħruf li huwa infettat. Soġġett għal miżuri minimi ta’ kontroll kif stipulat fil-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

Fejn xieraq, spezzjonijiet imwettqa fil-qafas tal-iskemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju jistgħu jsiru flimkien ma’:

(a)

spezzjonijiet imwettqa fil-qafas ta’ programmi ta’ sorveljanza jew eradikazzjoni approvati skont id-Direttiva 2006/88/KE (għaż-żoni jew il-kompartimenti fil-kategoriji II jew IV);

(b)

kull sorveljanza mwettqa biex iżomm l-istatus ta’ ħelsien mill-mard (għal żoni jew kompartimenti fil-kategorija I - iddikjarati ħielsa mill-mard skont l-Artikolu 49(1)(a) jew (b) jew l-Artikolu 50(1)(a) jew (b) tad-Direttiva 2006/88/KE);

(ċ)

Kull sorveljanza mwettqa bħala parti minn miżuri ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE (għaż-żoni jew il-kompartimenti fil-kategorija V).

Fit-tfassil ta’ skemi ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażati fuq ir-riskju, l-Istati Membri għandhom iqisu dan li ġej:

(a)

Għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jinsabu f’żoni li għandhom status tas-saħħa fil-kategoriji II u IV, il-frekwenza tal-ispezzjonijiet rikjesta mill-programmi ta’ sorveljanza jew eradikazzjoni approvati skont id-Direttiva 2006/88/KE hija ogħla mill-frekwenza rakkomandata mill-Parti B tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva; għalhekk, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jistipulaw rekwiżiti speċifiċi għall-frekwenza tal-ispezzjonijiet għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski fiż-żoni koperti minn dawn il-programmi;

(b)

il-ħtieġa għal Stati Membri li jistipulaw rekwiżiti speċifiċi dwar il-frekwenza tal-ispezzjonijiet fi skema ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażata fuq ir-riskju, teżisti primarjament għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li għandhom status tas-saħħa fil-kategoriji I, III u V, skont iċ-ċirkostanzi partikolari u l-miżuri nazzjonali;

(ċ)

għandu jitqies il-fatt li farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski jista’ jkollhom status tas-saħħa differenti fir-rigward ta’ mard differenti; dan jista’ jkun il-każ għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jżommu speċijiet li huma suxxettibbli għal iktar minn waħda mill-mard mhux eżotiku elenkat (1).

6.   Id-determinazzjoni tal-livell tar-riskju tal-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski

6.1.   INTRODUZZJONI

Il-livell tar-riskju tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski jvarja, mhux biss bejn żoni li jkollhom status tas-saħħa differenti, iżda wkoll ġewwa ż-żoni bl-istess status tas-saħħa (2).

It-Taqsima 6.2 tagħti informazzjoni dwar il-fatturi li għandhom jitqiesu meta jiġi ddeterminat il-livell tar-riskju tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski.

It-Taqsima 6.3 tistipula mudell li jista’ jintuża għall-klassifika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski b’livell għoli, medju jew baxx ta’ riskju. L-Istati Membri jistgħu jużaw mudelli oħra li jiddeterminaw il-livell tar-riskju tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski, jekk dawn il-mudelli jitqiesu aħjar f’sitwazzjoni partikolari.

Dawn il-linji ta’ gwida ma jagħtux informazzjoni dwar il-mod kif l-Istati Membri għandhom japplikaw il-mudell stipulat fit-Taqsima 6.3. L-Istati Membri jistgħu:

(a)

japplikaw dak il-mudell lil kull farm jew żona tat-trobbija tal-molluski individwali biex jiddeterminaw il-livell individwali ta’ riskju tiegħu; jew

(b)

jużaw il-mudell biex jikkatalogaw it-tipi differenti ta’ farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski fit-territorju tagħhom u, fuq din il-bażi, jiddefinixxu liema kategoriji ta’ farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski għandhom jitqiesu li għandhom livell għoli, medju jew baxx ta’ riskju.

6.2.   FATTURI TA’ RISKJU

Fid-determinazzjoni tal-livell tar-riskju fil-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski hija relevanti firxa wiesgħa ta’ fatturi. Dawn il-fatturi jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għalihom, dawn li ġejjin:

(a)

it-tixrid dirett tal-mard permezz tal-ilma;

(b)

iċ-ċaqliq tal-annimali akkwatiċi;

(ċ)

it-tip ta’ produzzjoni;

(d)

l-ispeċijiet tal-annimali akkwatiċi miżmuma;

(e)

is-sistema ta’ bijosigurtà, inkluż il-kompetenza u t-taħriġ tal-istaff;

(f)

id-densità tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski u l-istabbilimenti tal-ipproċessar fiż-żona madwar il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernati;

(g)

Il-prossimità tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski li jkollhom status tas-saħħa iktar baxx mill-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernati;

(h)

it-track record tal-istatus tas-saħħa tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernati u tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski oħra li jinsabu fiż-żona;

(i)

il-preżenza ta’ patoġeni tal-mard fl-annimali akkwatiċi selvaġġi fiż-żona madwar il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernati;

(j)

ir-riskju ppreżentat mill-attivitajiet tal-bniedem viċin il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernati (3);

(k)

predaturi jew għasafar b’aċċess għall-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata.

L-użu ta’ sistema kumplessa għall-evalwazzjoni tal-livelli tar-riskju tal-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata, filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha relevanti tar-riskju, jista’ jipprovdi klassifika preċiża tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski skont il-livell tar-riskju tagħhom. Madankollu, sistema bħal din tieħu ħafna ħin u tqum wisq. Barra minn hekk, id-differenzjazzjoni tal-fatturi differenti sabiex jiġi evalwat ir-riskju globali hija operazzjoni kkumplikata.

Fid-dawl tad-diffikultajiet tal-użu ta’ sistema kumplessa għall-klassifika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski skont il-livell tar-riskju tagħhom, f’ħafna każijiet jixraq li wieħed jiffoka fuq il-fatturi differenti tar-riskju:

(a)

it-tixrid tal-marda direttament mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski;

(b)

iċ-ċaqliq tal-annimali akkwatiċi.

Dawn iż-żewġ fatturi tar-riskju huma relevanti irrispettivament mit-tip ta’ produzzjoni, tal-ispeċijiet tal-annimali tal-akkwakultura miżmuma fuq il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski u tal-mard ikkonċernati.

6.3.   MUDELL GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-LIVELL TAR-RISKJU TAL-FARMS U Ż-ŻONI TAT-TROBBIJA TAL-MOLLUSKI

Dan il-mudell għad-determinazzjoni tal-livell tar-riskju (għoli/medju/baxx) tal-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski għandu tliet stadji:

L-Istadju I

:

Approssimazzjoni tal-probabbiltà tat-teħid tal-mard fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski

L-Istadju II

:

Approssimazzjoni tal-probabbiltà tat-tixrid tal-mard mill-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski

L-Istadju III

:

L-estimi tal-livelli tar-riskju li jirriżultaw mill-istadji I u II magħqudin flimkien

L-Istadju I

Approssimazzjoni tal-probabbiltà tat-teħid tal-mard fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski

Probabbiltà li l-marda tittieħed mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski

Probabbiltà li l-marda tittieħed miċ-ċaqliq tal-annimali tal-akkwakultura

Livell tar-riskju

Għolja

Għolja

Għoli

Għolja

Baxxa

Medju

Baxxa

Għolja

Medju

Baxxa

Baxxa

Baxx


L-Istadju II

Approssimazzjoni tal-probabbiltà tat-tixrid tal-mard mill-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski

Probabbiltà li l-marda tinxtered mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski

Probabbiltà li l-marda tinxtered miċ-ċaqliq tal-annimali tal-akkwakultura

Livell tar-riskju

Għolja

Għolja

Għoli

Għolja

Baxxa

Medju

Baxxa

Għolja

Medju

Baxxa

Baxxa

Baxx


L-Istadju III

L-estimi tal-livelli tar-riskju li jirriżultaw mill-istadji I u II magħqudin flimkien

Stadju I. Probabbiltà li tittieħed il-marda

Għolja

M

Medja

B

M

Baxxa

B

B

M

 

 

Baxxa

Medja

Għolja

 

 

Stadju II. Probabbiltà li tittieħed il-marda

6.4.   IL-LIVELL TAR-RISKJU GĦAL ĊERTI FARMS JEW ŻONI TAT-TROBBIJA TAL-MOLLUSKI FIL-KATEGORIJIA I TAL-ISTATUS TAS-SAĦĦA

Il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski li ma jżommux speċijiet suxxettibbli għal ebda waħda mill-mard mhux eżotiku elenkat, jew fejn il-patoġenu kkonċernat mhux magħruf li jista’ jgħix fl-Istat Membru, iż-żona jew il-kompartiment, u fejn relevanti, fis-sors tal-ilma, skont il-Parti B tal-Anness III tad-Direttiva 2006/88/KE, jistgħu jitqiesu kollha li għandhom livell ta’ riskju baxx. Għalhekk, fil-prinċipju, għall-iskema ta’ sorveljanza tas-saħħa tal-annimali bbażata fuq ir-riskju, m’hemmx bżonn jiġu inklużi frekwenzi differenti ta’ spezzjonijiet.

Madankollu, dawk il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski jistgħu jkollhom livelli differenti ta’ riskju fir-rigward tat-teħid u t-tixrid tal-mard mhux eżotiku jew il-mard emerġenti elenkati. Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jikklassifikaw dawn il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski skont il-livell tar-riskju tagħhom u, b’hekk, jiddifferenzjaw bejn il-livell ta’ sorveljanza u spezzjoni tagħhom. Huma u jagħmlu hekk, l-Istati Membri jistgħu jqisu wkoll il-ħtieġa għall-aħjar użu tar-riżorsi.

6.5.   APPROSSIMAZZJONI TAL-PROBABBILTÀ LI L-MARDA TINXTERED MILL-ILMA U MINĦABBA L-PROSSIMITÀ ĠEOGRAFIKA TAL-FARMS JEW IŻ-ŻONI TAT-TROBBIJA TAL-MOLLUSKI

6.5.1.   Introduzzjoni

Il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski jkollhom riskju baxx ta’ teħid u tixrid tal-marda jekk is-sorsi u l-iżbokk tal-ilma jew l-ambjent akkwatiku fejn ikun jinsab il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski jistgħu jitqiesu li jagħtu ċertu livell ta’ protezzjoni mill-introduzzjoni u t-tixrid tal-patoġeni tal-mard. Ir-riskju tat-teħid u t-tixrid ta’ marda fuq jew minn farm jew żona tat-trobbija tal-molluski mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms u ż-żoni tat-trobbija tal-molluski ivarja ħafna (4).

Il-mudell stipulat fit-Taqsima 6.3 jiddistingwi biss bejn probabbiltajiet għoljin u baxxi li l-marda tinxtered mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski.

Din it-Taqsima tagħti eżempji ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jitqiesu li jippreżentaw probabbiltà baxxa li l-marda tinxtered mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski.

Il-lista ta’ eżempji mogħtija f’din it-Taqsima mhijiex eżawrjenti. Għalhekk, ma għandux jiġi konkluż li l-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski koperti minn kwalunkwe wieħed minn dawn l-eżempji jippreżenta probabbiltà kbira għat-teħid u t-tixrid tal-mard.

6.5.2.   Eżempji ta’ riskju baxx li l-marda tittieħed mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski

(a)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li l-ilma tagħhom jinġieb minn spiera jew fawwara;

(b)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski fejn l-ilma tagħhom jiġi diżinfettat jew ipproċessat sabiex ma jiġux introdotti l-patoġeni;

(ċ)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li l-ilma tagħhom jinġieb minn kwalunkwe sors ieħor tal-ilma li

(i)

mhuwiex konness ma’ farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski, jew stabbilimenti tal-ipproċessar, li jżommu jew jipproċessaw speċijiet suxxettibbli għall-istess mard bħall-ispeċijiet miżmuma fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata;

(ii)

ma fihx annimali akkwatiċi selvaġġi ta’ speċijiet suxxettibbli;

(d)

baċiri tal-ilma interni, inklużi għadajjar u lagi, li jkunu iżolati minn sorsi oħra tal-ilma; fid-determinazzjoni ta’ jekk il-baċir tal-ilma għandux jitqies bħala iżolat, għandu jiġi kkunsidrat it-tibdil staġjonali bħall-possibbiltà li jkun hemm kuntatt ma’ sorsi oħra tal-ilma mill-għargħar;

(e)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski kostali li huma protetti b’distanza sikura minn farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski oħra u minn stabbilimenti tal-ipproċessar li jżommu jew jipproċessaw speċijiet suxxettibbli għall-istess mard bħall-ispeċijiet miżmuma fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata; xi tfisser distanza sikura jeħtieġ jiġi determinat mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-kapaċità tal-patoġeni relevanti li jgħixu f’ilmijiet miftuħa, il-kurrenti tal-ilma u l-effetti tal-marea.

6.5.3.   Eżempji ta’ riskju baxx li l-marda tinxtered mill-ilma u minħabba l-prossimità ġeografika tal-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski:

(a)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski kkonċernata l-iżbokk ma jarmux f’mogħdijiet tal-ilma naturali (5);

(b)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski fejn l-ilma tal-iżbokk jiġi diżinfettat jew ipproċessat mod ieħor sabiex ma jiġux mxerrda l-patoġeni;

(ċ)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li l-iżbokk tagħhom jarmi fis-sistemi pubbliċi tad-drenaġġ sakemm is-sistemi pubbliċi tad-drenaġġ jkollhom xi għamla ta’ trattament tal-ilma tad-drenaġġ; madankollu, jekk l-ilma tad-drenaġġ jintrema fil-mogħdijiet naturali tal-ilma mingħajr trattament, dawn il-farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski ma għandhomx jitqiesu li għandhom probabbiltà baxxa;

(d)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li ma jarmux f’ilmijiet b’annimali tal-akkwakultura jew annimali akkwatiċi selvaġġi li huma suxxettibbli għal-mard relevanti elenkat;

(e)

baċiri tal-ilma interni, inklużi għadajjar u lagi, li jkunu iżolati minn sorsi oħra tal-ilma; fid-determinazzjoni ta’ jekk il-baċir tal-ilma għandux jitqies bħala iżolat, għandu jiġi kkunsidrat it-tibdil staġjonali bħall-possibbiltà li jkun hemm kuntatt ma’ sorsi oħra tal-ilma mill-għargħar;

(f)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski kostali li huma protetti b’distanza sikura minn farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jżommu speċijiet suxxettibbli għall-istess mard bħall-ispeċijiet miżmuma fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata; xi tfisser distanza sikura jeħtieġ jiġi determinat mill-awtorità kompetenti, filwaqt li jitqiesu fatturi bħall-kapaċità tal-patoġeni relevanti li jgħixu f’ilmijiet miftuħa, il-kurrenti tal-ilma u l-effetti tal-marea.

6.6.   APPROSSIMAZZJONI TAL-PROBABBILTÀ LI L-MARDA TITTIEĦED U TINXTERED MIĊ-ĊAQLIQ TAL-ANNIMALI TAL-AKKWAKULTURA

6.6.1.   Introduzzjoni

Iċ-ċaqliq tal-annimali ħajjin tal-akkwakultrura lejn jew ‘il barra minn farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski huwa mod importanti ħafna ta’ kif jinxtered il-mard.

Fl-evalwazzjoni ta’ dak il-fattur, għandu jiġi evalwat dan li ġej:

(a)

il-post tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura;

(b)

l-għadd ta’ annimali tal-akkwakultura fornuti lill-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski;

(ċ)

l-għadd ta’ fornituri differenti tal-annimali tal-akkwakultura;

(d)

il-frekwenza taċ-ċaqliq tal-annimali tal-akkwakultura lejn u ‘l barra minn farm jew żona tat-trobbija tal-molluski kkonċernata.

Il-mudell stabbilit fit-Taqsima 6.3 jirrakkomanda biss li l-farms jinġabru flimkien skont ir-riskju għoli jew baxx tat-teħid jew it-tixrid tal-mard minn ċaqliq tal-annimali tal-akkwakultura. Għall-iskopijiet ta’ dak il-mudell, huwa għalhekk biżżejjed li jitqies jekk il-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski huwiex fornut jew ifornixxix annimali tal-akkwakultura ħajjin (inkluż il-bajd), u l-post tal-oriġini ta’ dawk l-annimali.

Din it-Taqsima tagħti eżempji ta’ sitwazzjonijiet li jistgħu jitqiesu li jippreżentaw riskju baxx li l-marda tittieħed u tinxtered miċ-ċaqliq tal-annimali tal-akkwakultura.

Il-lista ta’ eżempji mogħtija f’din it-Taqsima mhijiex eżawrjenti. Għalhekk, ma għandux jiġi konkluż li l-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski koperti minn kwalunkwe wieħed minn dawn l-eżempji jippreżenta riskju għoli għat-teħid u t-tixrid tal-mard.

6.6.2.   Eżempji tal-probabbiltà baxxa tat-teħid tal-mard mill-forniment tal-annimali tal-akkwakultura lil farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski

(a)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li jużaw biss il-bajd u l-frieħ tagħhom stess (6);

(b)

każijiet fejn l-annimali tal-akkwakultura jiġu fornuti biss minn żoni jew kompartimenti ħelsin mill-mard. Għal farms fil-kategoriji III u V tal-istatus tas-saħħa m’hemmx rekwiżit skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Komunità li l-annimali tal-akkwakultura għandhom jiġu fornuti minn żoni jew kompartimenti ħelsin mill-mard, u l-fatt li l-farm jagħżel li jikseb l-annimali tiegħu minn żona jew kompartiment ħieles mill-mard jiddistingwi lill-farm minn farms oħra fl-istess kategorija tal-istatus tas-saħħa. Farms fil-kategorija I tal-istatus tas-saħħa għandhom jirċievu biss annimali minn post tal-oriġini li huwa ħieles mill-mard. Għalhekk, għal dawn il-farms, għandu jkun hemm rekwiżit li l-annimali jiġu fornuti mill-istess żona ħielsa mill-mard jew li l-farm ikollu biss numru limitat ta’ fornituri ta’ annimali tal-akkwakultura;

(ċ)

każijiet fejn jiġu fornuti annimali akkwatiċi selvaġġi, meħlusa mill-kwarantina u maħsuba għal iktar trobbija;

(d)

każijiet fejn jiġi fornut bajd diżinfettat; dan huwa relevanti biss meta l-evidenza xjentifika jew l-esperjenza prattika tkun uriet li d-diżinfezzjoni tnaqqas effettivament ir-riskju tat-tixrid tal-mard għal livell aċċettabbli fir-rigward tal-mard elenkat li huma suxxettibbli għalih l-ispeċijiet fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski.

6.6.3.   Eżempji tal-probabbiltà baxxa tat-tixrid tal-mard mill-forniment tal-annimali tal-akkwakultura lil farms jew iż-żoni tat-trobbija tal-molluski:

(a)

farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski li ma jfornux annimali għal iktar trobbija, produzzjoni tal-bajd jew stokkjar mill-ġdid;

(b)

farms tal-ħut jfornu biss bajd diżinfettat; dan huwa relevanti biss meta l-evidenza xjentifika jew l-esperjenza prattika tkun uriet li d-diżinfezzjoni tnaqqas effettivament ir-riskju tat-tixrid tal-mard għal livell aċċettabbli fir-rigward tal-mard eżotiku jew mhux eżotiku elenkat li huma suxxettibbli għalih l-ispeċijiet fil-farm jew iż-żona tat-trobbija tal-molluski.


(1)  Pereżempju, farm tat-troti qawsalla jista’ jkun ħieles mill-anemija infettuża tas-salamun (kategorija I), ikun fil-kategorija II (fi programm ta’ sorveljanza approvat) għas-settiċimja emorraġika virali u jkollu status mhux magħruf fir-rigward tan-nekrożi ematopojetika infettuża (il-kategorija III).

(2)  Pereżempju, farm li jiġi ddikjarat ħieles minn marda mhux eżotika elenkata, ġeneralment għandu riskju iktar baxx ta’ tixrid ta’ din il-marda. Madankollu, farm li jipproduċi l-frieħ għalih stess għandu riskju ħafna iktar baxx milli farm li jixtri l-frieħ kollha tiegħu mingħand fornitur wieħed jew mingħand diversi fornituri.

(3)  Bħal rotot tat-trasport, portijiet (l-ilma tas-saborra), sajd.

(4)  Pereżempju, minn sistema mgħottija ta’ riċirkolazzjoni fejn l-ilma jiġi minn spiera u fejn l-ilma tal-iżbokk ikun diżinfettat (riskju baxx ħafna), għal farm ta’ gaġeġ fil-baħar b’għadd kbir ta’ farms viċin tiegħu (riskju għoli ħafna).

(5)  Pereżempju: farms interni li l-iżbokk tagħhom jarmi fl-art jew fuq l-għelieqi.

(6)  Dan jista’ jkun il-każ għal farms tal-ħut li jżommu stokk riproduttiv tagħhom u għal farms jew żoni tat-trobbija tal-molluski fejn il-produzzjoni hija bbażata fuq akkwist naturali tal-frieħ tal-molluski.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ Novembru 2008

li tapprova programmi annwali u pluriannwali u l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonosi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2009 u s-snin ta’ wara

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 7415)

(2008/897/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 24(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonosi.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja Komunitarja biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonosi elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/965/KE tad-19 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni 90/424/KEE dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) ssostitwiet l-Artikolu 24 ta’ din id-Deċiżjoni b’dispożizzjoni ġdida. Permezz ta’ miżuri transizzjonali, id-Deċiżjoni 2006/965/KE stipulat li l-programmi għal-lewkożi bovina enżootika u għall-marda ta’ Aujeszky jistgħu jkomplu jiġu ffinanzjati sal-31 ta’ Diċembru 2010.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (3) tipprevedi li sabiex ikunu approvati taħt il-miżuri previsti fl-Artikolu 24(1) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerta enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (4), jipprovdi għal programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trassmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(6)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (5) tipprovdi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu rigward ta’ tjur u għasafar selvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid impost għall-għasafar selvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ jeħtieġu jiġu approvati wkoll.

(7)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati għall-prevenzjoni ta’ żoonosijiet, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità.

(8)

Fl-2008, ċerti programmi pluriannwali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali kienu approvati taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/782/KE (6). L-impenn tan-nefqa għal dawn il-programmi pluriannwali kien adottat skond l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7). L-ewwel impenn tal-baġit għal dawn il-programmi sar wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn annwali sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fil-funzjoni tat-twettiq tal-programm għas-sena preċedenti, abbażi ta’ deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 24(5) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(9)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-(tieni) sena sussegwenti tal-programmi pluriannwali approvati fl-2008, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi nstabu li jikkonformaw mal-leġislazzjoni veterinarja Komunitarja rilevanti u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(10)

Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Komunità fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u l-pubbliku, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tat-TSE u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata addatta ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għar-rimborż tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li hemm referenza għalihom f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (8) tipprevedi li l-Istati Membri magħrufin li huma infettati b’marda waħda jew aktar minn dawk elenkati fil-Parti II tal-Anness IV ta’ din id-Direttiva għandhom ifasslu programmi ta’ eradikazzjoni għal dan il-mard.

(12)

L-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (9) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom ifasslu programmi operattivi biex jimplimentaw il-politiki u l-prijoritajiet li għandhom ikunu ko-finanzjati mill-Fond Ewropew għas-Sajd. L-Artikolu 32 ta’ dan ir-Regolament jipprevedi li l-Komunità tista’ tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard fl-akkwakultura taħt it-termini tad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Skond id-Deċiżjoni 90/424/KEE, l-Istati Membri jistgħu jallokaw fondi f’dawn il-programmi operattivi għall-eradikazzjoni tal-mard fl-annimali tal-akkwakultura li hemm referenza għalih fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(13)

Ċerti Stati Membri fasslu programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi, elenkat kemm fil-Parti II tal-Anness IV għad-Direttiva 2006/88/KE kif ukoll fl-Anness għad-Deċiżjoni 90/424/KEE. Dawn il-programmi kienu vvalutati teknikament mill-Kummissjoni u għalhekk għandhom jiġu approvati.

(14)

Sabiex ikun hemm tmexxija aħjar, użu aktar effiċjenti tal-fondi Komunitarji u trasparenza mtejba, hu wkoll meħtieġ li għal kull programm tiġi stabbilita (ħlief għal programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni ta’ ċertu mard fl-annimali akkwatiċi li għalihom se tkun stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja wara l-approvazzjoni teknika tagħhom), fejn adatt, spiża medja li għandha tiġi rimborżata lill-Istati Membri għal ċerti spejjeż, bħat-testijiet użati fl-Istati Membri u l-kumpens lis-sidien għat-telf tagħhom dovut għall-qtil jew għall-qtil sanitarju ta’ annimali.

(15)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (10), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom ikunu ffinanzjati taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(16)

Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tingħata soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b’mod effiċjenti u li l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(17)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandu jkun espress f’euros. Skond ir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, ir-rata tal-kambju għall-infiq f’munita barra l-euro għandha tkun l-aktar rata tal-kambju reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tkun ippreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(18)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma b’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, Malta, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju, il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi u x-xiri ta’ dożijiet ta’ vaċċini, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 100 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 3 000 000 għal Spanja;

(c)

EUR 5 000 000 għall-Italja;

(d)

EUR 77 000 għal Ċipru;

(e)

EUR 20 000 għal Malta;

(f)

EUR 1 400 000 għall-Portugall;

(g)

EUR 2 000 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1, bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għar-rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għal test SAT

EUR 0,2 għal kull test;

(c)

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

EUR 0,4 għal kull test;

(d)

għal test ELISA

EUR 1 għal kull test;

(e)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 2

Tuberkolożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkolożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Polonja u l-Portugall huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispejjeż tat-twettiq ta’ testijiet għat-tuberculin u l-gamma-interferon u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 2 000 000 għall-Irlanda;

(b)

EUR 5 000 000 għal Spanja;

(c)

EUR 2 700 000 għall-Italja;

(d)

EUR 1 100 000 għall-Polonja;

(e)

EUR 1 000 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għat-tuberculin

EUR 1 għal kull test;

(b)

għal test gamma-interferon

EUR 5 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għax-xiri ta’ vaċċini, l-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u l-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 250 000 għall-Greċja;

(b)

EUR 4 500 000 għal Spanja;

(c)

EUR 4 000 000 għall-Italja;

(d)

EUR 75 000 għal Ċipru;

(e)

EUR 1 100 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test għar-rose bengal

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

għal test ta’ fissazzjoni kumplemetari

EUR 0,4 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 50 għal kull annimal.

Artikolu 4

Il-bluetongue f’żoni endemiċi jew ta’ riskju għoli

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju għal sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika u x-xiri ta’ nases u vaċċini, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 200 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 5 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 790 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 840 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 4 100 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 1 000 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 16 100 000 għal Spanja;

(j)

EUR 19 100 000 għal Franza;

(k)

EUR 9 000 000 għall-Italja;

(l)

EUR 70 000 għal-Latvja;

(m)

EUR 50 000 għal-Litwanja;

(n)

EUR 220 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 500 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 5 000 għal Malta;

(q)

EUR 2 100 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 1 500 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 500 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 3 200 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 250 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(w)

EUR 50 000 għall-Finlandja;

(x)

EUR 370 000 għall-Isvezja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA EUR 2,5 għal kull test;

(b)

għal test PCR EUR 10 għal kull test;

(c)

Għal xiri ta’ vaċċini EUR 0,3 kull doża.

Artikolu 5

Salmonellożi (zoonotic salmonella) f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f’qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakja, is-Slovenja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u tas-serjotipar fil-qafas tat-teħid ta’ kampjuni uffiċjali, il-kumpens lis-sidien għall-valur tat-tjur maqtula u għall-bajd meqrud, ix-xiri ta’ dożijiet ta’ vaċċini u t-testijiet f’laboratorju biex tkun ivverifikata l-effikaċja tad-diżinfettazzjoni u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 850 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 30 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 1 400 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 75 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 25 000 għall-Estonja;

(f)

EUR 600 000 għall-Ġermanja;

(g)

EUR 40 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 550 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 4 750 000 għal Spanja;

(j)

EUR 3 250 000 għal Franza;

(k)

EUR 1 100 000 għall-Italja;

(l)

EUR 76 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 270 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 16 000 għal-Lussemburgu;

(o)

EUR 1 450 000 għall-Ungerija;

(p)

EUR 110 000 għal Malta;

(q)

EUR 1 700 000 għall-Olanda;

(r)

EUR 525 000 għall-Awstrija;

(s)

EUR 1 550 000 għall-Polonja;

(t)

EUR 500 000 għall-Portugall;

(u)

EUR 450 000 għar-Rumanija;

(v)

EUR 625 000 għas-Slovakja;

(w)

EUR 25 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 20 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni)

EUR 5,0 għal kull test;

(b)

għax-xiri ta’ doża waħda ta’ vaċċin

EUR 0,05 għal kull doża;

(c)

għas-serotipar ta’ iżolati rilevanti ta’ Salmonella spp.

EUR 20 għal kull test;

(d)

għall-analiżi biex tkun ivverifikata l-effiċjenza tal-użu ta’ diżinfettanti

EUR 5,0 għal kull test;

(e)

għall-qtil sanitarju ta’ tajra għat-trobbija tat-tip Gallus gallus,

EUR 3,5 għal kull tajra;

(f)

għall-qtil sanitarju ta’ tajra għall-bajd tat-tip Gallus gallus,

EUR 1,5 għal kull tajra.

Artikolu 6

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:

(a)

Deni klassiku tal-majjali ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

(b)

Deni Afrikan tal-majjali ppreżentat mill-Italja huwa b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet viroloġiċi u seroloġiċi ta’ majjali domestiċi u ħnieżer selvaġġi u għal programmi ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, ir-Rumanija u s-Slovakja wkoll bir-rata ta’ 50 % għall-ispejjeż li ser isiru għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċini flimkien ma’ lixka għall-vaċċinazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi u, għar-Rumanija, għal-vaċċinazzjoni tal-majjali domestiċi wkoll, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 200 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 800 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 550 000 għal Franza;

(d)

EUR 100 000 għall-Italja;

(e)

EUR 350 000 għall-Ungerija;

(f)

EUR 5 000 għal-Lussemburgu;

(g)

EUR 2 500 000 għar-Rumanija;

(h)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(i)

EUR 550 000 għas-Slovakja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu l-EUR 2,5 għal kull test.

Artikolu 7

Marda vażikolari tal-majjali

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vażikolari tal-majjali ppreżentat mill-Italja hu b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża tat-testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 500 000.

Artikolu 8

Influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar salvaġġi

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru għall-ispejjeż biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u somma f’ammont wieħed għat-teħid ta’ kampjuni tal-għasafar selvaġġi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 90 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 70 000 għall-Bulgaria;

(c)

EUR 60 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 200 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 500 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 7 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 60 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 70 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 350 000 għal Spanja;

(j)

EUR 200 000 għal Franza;

(k)

EUR 550 000 għall-Italja;

(l)

EUR 15 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 30 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 40 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 180 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 7 000 għal Malta;

(r)

EUR 500 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 50 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 80 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 200 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 400 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 55 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 50 000 għas-Slovakja;

(y)

EUR 35 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 280 000 għall-Isvezja;

(za)

EUR 380 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

test ELISA:

EUR 1 għal kull test;

(b)

test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 1,2 għal kull test;

(c)

test HI għal H5/H7:

EUR 12 għal kull test;

(d)

test għall-iżolament ta’ vajrus:

EUR 30 għal kull test;

(e)

test PCR:

EUR 15 għal kull test;

(f)

teħid ta’ kampjuni ta’ għasafar fis-selvaġġ:

EUR 20 kull kampjun.

Artikolu 9

Enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trasmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għat-twettiq ta’ testijiet rapidi u testijiet diskriminatorji molekulari primarji u bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li ser issir minn kull Stat Membru għall-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula u meqruda skond il-programmi għall-eradikazzjoni tagħhom tal-iscrapie u bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża tal-analiżi ta’ kampjuni għall-ġenotipar, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 1 850 000 għall-Belġju;

(b)

EUR 750 000 għall-Bulgarija;

(c)

EUR 920 000 għar-Repubblika Ċeka;

(d)

EUR 1 850 000 għad-Danimarka;

(e)

EUR 8 900 000 għall-Ġermanja;

(f)

EUR 220 000 għall-Estonja;

(g)

EUR 5 400 000 għall-Irlanda;

(h)

EUR 2 000 000 għall-Greċja;

(i)

EUR 7 400 000 għal Spanja;

(j)

EUR 12 600 000 għal Franza;

(k)

EUR 4 100 000 għall-Italja;

(l)

EUR 1 800 000 għal Ċipru;

(m)

EUR 230 000 għal-Latvja;

(n)

EUR 530 000 għal-Litwanja;

(o)

EUR 105 000 għal-Lussemburgu;

(p)

EUR 990 000 għall-Ungerija;

(q)

EUR 24 000 għal Malta;

(r)

EUR 2 900 000 għall-Olanda;

(s)

EUR 1 150 000 għall-Awstrija;

(t)

EUR 3 340 000 għall-Polonja;

(u)

EUR 1 300 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 1 300 000 għar-Rumanija;

(w)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(x)

EUR 860 000 għas-Slovakja;

(y)

EUR 750 000 għall-Finlandja;

(z)

EUR 900 000 għall-Isvezja;

(za)

EUR 5 900 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun għat-testijiet imwettqa u għall-annimali maqtula u l-ammont massimu bħala medja ma għandux jaqbeż:

(a)

EUR 5 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali bovini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(b)

EUR 30 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali ovini u kaprini msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

EUR 50 għal kull test, għal testijiet imwettqa fuq annimali ċervidi msemmija fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(d)

EUR 175 għal kull test, għal testijiet diskriminatorji molekulari primarji mewttqa kif imsemmi fil-punt 3.2(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(e)

EUR 10 għal kull test ta’ ġenotipar;

(f)

EUR 500 għal kull annimal bovin;

(g)

EUR 70 għal kull nagħġa jew mogħża maqtula.

Artikolu 10

Idrofobija

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, il-Litwanja, l-Ungerija, l-Awstrija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u għax-xiri u d-distribuzzjoni tal-vaċċin flimkien ma’ nases għall-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 790 000 għall-Bulgarija;

(b)

EUR 1 100 000 għal-Litwanja;

(c)

EUR 780 000 għall-Ungerija;

(d)

EUR 270 000 għall-Awstrija;

(e)

EUR 4 450 000 għall-Polonja;

(f)

EUR 500 000 għar-Rumanija;

(g)

EUR 470 000 għas-Slovakja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tal-kxif tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

Artikolu 11

Lewkożi bovina enżootika

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-lewkożi bovina enżootika ppreżentati mill-Estonja, il-Litwanja, Malta u l-Polonja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 15 000 għall-Estonja;

(b)

EUR 20 000 għal-Litwanja;

(c)

EUR 500 000 għal Malta;

(d)

EUR 800 000 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

għal test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għal annimal maqtul

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 12

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentati minn Spanja, l-Ungerija u l-Polonja huma b’dan il-mezz approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istat Membru kkonċernat għall-ispiża ta’ testijiet f’laboratorju, u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 800 000 għal Spanja;

(b)

EUR 80 000 għall-Ungerija;

(c)

EUR 2 500 000 għall-Polonja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu EUR 1 għal kull test ELISA.

KAPITOLU II

PROGRAMMI PLURIANNWALI

Artikolu 13

Idrofobija

1.   It-tieni sena tal-programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, is-Slovenja u l-Finlandja hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru mill-Istat Membru kif imsemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’ testijiet f’laboratorju u għax-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċin u nases għall-programmi u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 600 000 għar-Repubblika Ċeka;

(b)

EUR 325 000 għall-Ġermanja;

(c)

EUR 1 000 000 għall-Estonja;

(d)

EUR 1 100 000 għal-Latvja;

(e)

EUR 370 000 għas-Slovenja;

(f)

EUR 100 000 għall-Finlandja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istat Membru kkonċernat għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 8 għal kull test;

(b)

għal test tal-kxif tat-tetraċiklina fl-għadam

EUR 8 għal kull test.

4.   L-ammonti li għandhom ikunu impenjati għas-snin ta’ wara għandhom ikunu deċiżi matul it-twettiq tal-programm fl-2009. Hawn taħt qiegħda tingħata indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f’euro):

Stat Membru

2010

2011

2012

Ir-Repubblika Ċeka

 

 

 

Il-Ġermanja

 

 

 

Il-Latvja

1 250 000

 

 

Il-Finlandja

100 000

 

 

L-Estonja

1 250 000

1 250 000

 

Is-Slovenja

350 000

350 000

350 000

Artikolu 14

Il-Marda ta’ Aujeszky

1.   It-tieni sena tal-programm pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-marda ta’ Aujeszky ppreżentat mill-Belġju hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispiża li se ssir mill-Belġju biex iwettaq testijiet f’laboratorju u ma għandhiex taqbeż l-EUR 175 000.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Belġju għall-programm imsemmi fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu EUR 1 għal kull test ELISA.

Artikolu 15

Lewċożi bovina enżootika

1.   It-tieni sena tal-programmi pluriannwali għall-eradikazzjoni tal-lewċożi bovina enżootika ppreżentati mill-Italja, il-Latvja u l-Portugall hija b’dan il-mezz approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż li ser isiru minn kull Stat Membru msemmija fil-paragrafu 1 għall-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet f’laboratorju u kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġett għal dawn il-programmi u ma għandhiex taqbeż:

(a)

EUR 800 000 għall-Italja;

(b)

EUR 55 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 350 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

għal test ELISA

EUR 0,5 għal kull test;

(b)

għal test għal diffużjoni immuni ta’ agar gel

EUR 0,5 għal kull test;

(c)

għal annimali maqtula

EUR 375 għal kull annimal.

4.   L-ammonti li ser ikunu impenjati għall-2010 għandhom ikunu deċiżi matul it-twettiq tal-programm fl-2009. Hawn taħt qiegħda tingħata indikazzjoni ta’ dawn l-ammonti (f’euro):

(a)

EUR 800 000 għall-Italja;

(b)

EUR 55 000 għal-Latvja;

(c)

EUR 350 000 għall-Portugall.

Artikolu 16

Mard f’annimali akkwatiċi

Il-programm pluriannwali għall-eradikazzjoni tas-septiċemija emorroġika virali (VHS) ippreżentat mid-Danimarka u l-programm għall-eradikazzjoni tal-marda tal-vajrus koi herpes (KHV) ippreżentat mill-Ġermanja huma b’dan il-mezz approvati għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċmebru 2013.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 17

Il-kumpens lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula minħabba raġunijiet sanitarji jew maqtula u l-prodotti meqrudin għandu jingħata fi żmien 90 jum wara l-qtil jew qtil sanitarju tal-annimal jew il-qerda tal-prodotti jew wara l-preżentazzjoni tat-talba kompluta mis-sid.

L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 883/2006 (11) għandu japplika għal pagamenti ta’ kumpens magħmula barra d-90 jum.

Artikolu 18

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għandha tkun espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f’valuta li ma tkunx l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f’euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentral Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 19

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16 għandha tingħata diment li l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi Komunitarja, inklużi regoli tal-kompetizzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2009, idaħħlu fis-seħħ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16;

(c)

jgħaddu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2009, ir-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, skond l-Artikolu 24(7) (a) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet mikxufa waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar selvaġġi permezz tas-sistema on-line tal-Kummissjoni, kull tliet xhur, billi jgħaddu dawn ir-riżultati f’perijodu ta’ erba’ ġimgħat wara tmiem ix-xahar kopert mir-rapport;

(e)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jgħaddu rapport finali lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 24(7)(b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, mhux aktar tard mit-30 ta’ April 2010 dwar it-twettiq tekniku tal-programm akkumpanjati minn xhieda ġustifikattiva rigward l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati milħuqa waqt il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2009;

(f)

għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, jimplimentaw il-programm b’mod effiċjenti;

(g)

ma jippreżentawx, għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, aktar talbiet għal kontribuzzjonijiet Komunitarji oħra għal dawk il-miżuri, u preċedentement ma ppreżentawx talbiet bħal dawn.

2.   Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju għall-Komunità.

Artikolu 20

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 21

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 397, 30.12.2006, p. 22.

(3)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(4)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(5)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(6)  ĠU L 314, 1.12.2007, p. 29.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(9)  ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

(10)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(11)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/50


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/898/PESK

ta' l-1 ta’ Diċembru 2008

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Unjoni Afrikana

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-6 ta' Diċembru 2007, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2007/805/PESK (1) li taħtar lis-Sur Koen VERVAEKE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Unjoni Afrikana.

(2)

Abbażi ta' reviżjoni tal-Azzjoni Konġunta 2007/805/PESK, il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ta' erbatax-il xahar,

(3)

Ir-RSUE għandu jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Koen VERVAEKE bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Unjoni Afrikana huwa b'dan estiż sat-28 ta' Frar 2010.

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika komprensivi tal-UE b'appoġġ għall-isforzi Afrikani għall-bini ta' futur paċifiku, demokratiku u prosperuż kif stabbilit fl-Istrateġija ta' l-UE fir-rigward tal-Afrika. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

it-tisħiħ tad-djalogu politiku tal-UE u relazzjoni usa' mal-UA;

(b)

it-tisħiħ tas-sħubija UE-UA fl-oqsma kollha deskritti fl-Istrateġija tal-UE fir-rigward ta-Afrika, b'kontribut għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija UE Afrika fi sħubija mal-UA, b'rispett għall-prinċipju ta' appartenenza Afrikana u b'ħidma aktar mill-qrib mar-rappreżentanti Afrikani f'fora multilaterali f'koordinazzjoni ma' msieħba multilaterali;

(c)

il-ħidma ma', u l-provvediment ta' appoġġ lill-UA permezz tal-appoġġ għall-iżvilupp istituzzjonali u t-tisħiħ tar-relazzjoni bejn l-Istituzzjonijiet tal-UE u tal-UA, anke permezz ta' assistenza għall-iżvilupp, għall-promozzjoni ta':

il-paċi u s-sigurtà: il-previżjoni, il-prevenzjoni, il-ġestjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti, l-appoġġ għal sforzi għall-promozzjoni tal-paċi u l-istabbiltà, l-appoġġ għar-rikostruzzjoni post-konflittwali;

id-drittijiet tal-bniedem u t-tmexxija governattiva: il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; il-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-istat tad-dritt; l-appoġġ, permezz ta' djalogu politiku u assistenza finanzjarja u teknika, sforzi Afrikani għall-monitoraġġ u t-titjib tat-tmexxija governattiva; l-appoġġ għat-tkabbir tad-demokrazija parteċipattiva u r-responsabbiltà; l-appoġġ għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata u l-promozzjoni ulterjuri tal-isforzi sabiex tiġi indirizzata l-problema tat-tfal u l-konflitt armat fl-aspetti kollha tagħha;

it-tkabbir sostenibbli, l-integrazzjoni reġjonali u l-kummerċ: l-appoġġ għall-isforzi lejn l-interkonnettività u l-iffaċilitar tal-aċċess tan-nies għall-ilma u s-sanità, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni; il-promozzjoni ta' qafas tan-negozju legali stabbli, effiċjenti u armonizzat; l-assistenza sabiex l-Afrika tkun integrata fis-sistema dinjija tal-kummerċ, l-assistenza lill-pajjiżi Afrikani sabiex jikkonformaw mar-regoli u l-istandards tal-UE; l-appoġġ lill-Afrika fil-ġlieda kontra l-effetti tal-bidla fil-klima;

investiment fir-riżorsi umani: l-appoġġ tal-isforzi fl-oqsma tal-ugwaljanza bejn is-sessi, is-saħħa, is-sigurtà tal-ikel u l-edukazzjoni, il-promozzjoni ta' programmi ta' skambju, networks ta' universitajiet u ċentri ta' eċċellenza, l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni. il-promozzjoni ta' programmi ta' skambju, networks ta' universitajiet u ċentri ta' eċċellenza, -indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

Barra minn hekk, l-UE għandha tkun l-attur prinċipali fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Konġunta tal-UE-Afrika li timmira biex tiżviluppa u tikkonsolida s-sħubija strateġika bejn l-Afrika u l-UE.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-aspetti tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK u tal-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD) tal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 2, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

isaħħaħ l-influwenza ġenerali tal-UE fi, u l-koordinazzjoni ta', id-djalogu mal-UA u l-Kummissjoni tagħha f'Addis Ababa, dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet tal-PESK/PESD koperti mir-relazzjoni UE-UA;

(b)

jiżgura livell adatt ta' rappreżentanza politika, li tirrifletti l-importanza tal-UE bħala sieħba politika, finanzjarja u istituzzjonali tal-UA, u l-avvanz f'dik is-sħubija li jkun sar neċessarju minħabba l-profil politiku li qed jikber tal-UA fix-xena dinjija;

(c)

jirrappreżenta, jekk il-Kunsill jiddeċiedi hekk, il-pożizzjonijiet u l-linji politiċi tal-UE, meta l-UA jkollha rwol prinċipali f'sitwazzjoni ta' kriżi li għaliha ma jkun inħatar l-ebda RSUE;

(d)

jgħin fil-kisba ta' koerenza, konsistenza u koordinazzjoni aħjar tal-linji politiċi u l-azzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-UA, u jikkontribwixxi sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-grupp usa' ta' msieħba u r-relazzjoni tiegħu mal-UA;

(e)

isegwi mill-qrib, u jirrapporta dwar, l-iżviluppi relevanti kollha fil-livell tal-UA;

(f)

iżomm kuntatt mill-qrib mal-Kummissjoni tal-UA, ma' organi oħra tal-UA, ma' missjonijiet ta' organizzazzjonijiet Sub-reġjonali Afrikani għall-UA u l-missjonijiet tal-Istati Membri tal-UA għall-UA;

(g)

jiffaċilita r-relazzjonijiet u l-koperazzjoni bejn l-UA u l-organizzazzjonijiet Sub-reġjonali Afrikani speċjalment f'dawk l-oqsma fejn l-UE qed tipprovdi appoġġ;

(h)

joffri pariri u jipprovdi appoġġ lill-UA fuq talba fl-oqsma deskritti fl-Istrateġija UE Afrika;

(i)

joffri pariri u jipprovdi appoġġ għall-bini tal-kapaċitajiet ta' maniġġar ta' kriżijiet tal-UA;

(j)

abbażi ta' diviżjoni ċara tal-kompiti, jikkoordina ma', u jappoġġa, l-azzjonijiet tar-RSUE li għandhom mandati fl-Istati Membri tal-UA/fir-Reġjuni tal-UA; u

(k)

u jżomm kuntatti mill-qrib u jippromwovi l-koordinazzjoni ma' msieħba internazzjonali prinċipali tal-UA preżenti f'Addis Ababa, speċjalment in-Nazzjonijiet Uniti, iżda wkoll ma' atturi mhux statali dwar il-firxa sħiħa ta' kwistjonijiet tal-PESK/PESD koperti mir-relazzjoni UE-UA.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-implimentazzjoni tal-mandat filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta’ kuntatt primarju mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE bi gwida strateġika u b'direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Jannar 2009 sat-28 ta' Frar 2010 għandu jkun ta' EUR 1 850 000.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont stipulat fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-1 ta' Jannar 2009. In-nefqa għandha tkun amministrata skont ir-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont tan-nefqa kollha lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli sabiex jifforma t-tim tiegħu f'konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f'assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tat-tim tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' persunal issekondat minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE lir-RSUE għandu jkun kopert mill-Istat Membru jew mill-istituzzjoni tal-UE kkonċernati rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew tal-istituzzjoni tal-UE li jibgħatuh u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-tlestija u l-ħidma bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu miftehmin mal-parti/partijiet ospitanti skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ kollu meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji ta' sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta' Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b'mod partikolari fil-ġestjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u sostenn loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, skont ma jkun il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-UE f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u mas-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, inklużi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn iż-żona tal-missjoni u ġo fiha, il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra l-UE jkun kopert b'assigurazzjoni għal riskju għoli kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tiegħu li jkunu ser jiġu skjerati barra l-UE, inkluż persunal mogħti kuntratt lokalment, ikunu rċevew taħriġ ta' sigurtà adatt qabel ma' jaslu jew malli jaslu fiż-żona tal-missjoni, abbażi ta' klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li r-rakkomandazzjonijiet kollha miftehmin magħmulin wara valutazzjonijiet tas-sigurtà regolari jiġu implimentati u jipprovdi lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħrajn ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' nofs it-term u tal-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lis-SĠ/RGħ u lill-KPS b'rapporti verbali u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta ukoll kif meħtieġ lill-gruppi ta’ ħidma. Rapporti regolari bil-miktub għandhom jiġu ċċirkolati permezz tan-network Coreu. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ jew tal-KPS, ir-RSUE jista’ jipprovdi lill-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni b'rapporti.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE fil-post jintużaw b'mod koerenti sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom ikunu koordinati ma' dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk ta' RSUE oħrajn attivi fir-reġjun skont ma' jkun il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni b'aġġornamenti regolari.

Fuq il-post, għandha tinżamm koperazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri li għandhom jagħmlu mill-aħjar sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE għandu jikkopera mill-qrib ukoll ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implementazzjoni ta' din l-Azzjoni Konġunta u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-UE għar-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar is-sitwazzjoni qabel l-aħħar ta' Ġunju 2009 u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu sa nofs Novembru 2009. Dawn ir-rapporti għandhom iservu ta' bażi għall-evalwazzjoni ta' din l-azzjoni konġunta fil-gruppi ta’ ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid jew l-emenda jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Stabbiliment u żvilupp ulterjuri

F’ Novembru 2009 jew qabel jekk ikun hemm bżonn, il-Presidenza, f'koperazzjoni mill-qrib mas-SĠ/RGħ, ir-RSUE u l-Kummissjoni, għandha tipprovdi rapport komprensiv dwar il-ġejjieni tal-uffiċċju u l-organizzazzjoni tiegħu lill-Kunsill.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 16

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

H. NOVELLI


(1)  ĠU L 323, 8.12.2007, p. 45.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.