ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 321

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
1 ta' Diċembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE  ( 1 )

1

 

*

Regolament (KE) Nru 1166/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ ta' strutturi ta' l-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88  ( 1 )

14

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

1.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 321/1


REGOLAMENT (KE) Nru 1165/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Novembru 2008

li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta' l-1 ta  Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta' statistika li trid tkun imwettqa dwar il-produzzjoni tal-majjal (2), id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta' statistika li għandhom isiru fuq il-produzzjoni ta' annimali bovini (3) u d-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar stħarriġ ta' statistika li għandhom isiru fuq merħliet ta' nagħaġ u mogħoż (4), ġew emendati diversi drabi. Billi issa huma meħtieġa aktar emendi u simplifikazzjonijiet, dawn l-atti għandhom, għall-finijiet ta' ċarezza, jiġu sostitwiti, b'att wieħed.

(2)

Sabiex jiġi żgurat li l-politika agrikola komuni tiġi amministrata sew, partikolarment fejn huma kkonċernati s-swieq taċ-ċanga, tal-vitella, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ, tal-laħam tal-mogħoż u tal-laħam tat-tjur, il-Kummissjoni teħtieġ data regolari dwar ix-xejriet fil-bhejjem u fil-produzzjoni tal-laħam.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli (5) jipprevedi programm ta' stħarriġ tal-Komunità biex jiġu prodotti statistiċi dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli sa l-2007.

(4)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (6), l-istatistika kollha mill-Istati Membri mibgħuta lill-Kummissjoni li hija mqassma skond l-unitajiet territorjali għandha tuża l-klassifikazzjoni NUTS. Konsegwentement, biex tiġi stabbilita statistika reġjonali komparabbli, l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti skond il-klassifikazzjoni NUTS.

(5)

Biex jiġi limitat il-piż fuq l-Istati Membri, il-ħtiġiet tad-data reġjonali m'għandhomx jeċċedu l-ħtiġiet stabbiliti bil-leġislazzjoni preċedenti (dment li sadanittant ikunu dehru livelli reġjonali ġodda) u d-data reġjonali għandha tkun fakultattiva meta n-numri tal-bhejjem reġjonali jkunu taħt ċerti limiti.

(6)

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din tista' tintlaħaq partikolarment bl-assistenza tal-Kumitat Permanenti dwar l-Istatistika Agrikola stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (7).

(7)

Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel mir-reġim applikabbli skond id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE, dan ir-Regolament għandu jippermetti l-għoti ta' deroga għal perijodu sa sena u fil-każ tan-nagħaġ u tal-mogħoż, sa sentejn, li għandu jingħata lill-Istati Membri fejn l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistemi statistiċi nazzjonali tagħhom tkun teħtieġ adattamenti maġġuri u jkun hemm il-possibbiltà li tikkawżaproblemi prattiċi sinifikanti.

(8)

Il-miżuri għall-produzzjoni ta' l-istatistika previsti f'dan ir-Regolament huma meħtieġa għat-twettiq ta' l-attivitajiet tal-Komunità. Billi l-objettiv ta' l-azzjoni proposta, jiġifieri l-istabbiliment ta' qafas legali komuni għall-produzzjoni sistematika ta' statistika Komunitarja dwar il-bhejjem u l-laħam fl-Istati Membri, ma jistax jinkiseb suffiċjentament mill-Istati Membri u jista' għalhekk jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(9)

Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar statistika Komunitarja (8) li jipprevedi qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-ġbir ta' l-istatistika jikkonforma mal-prinċipju ta' imparzjalità, jiġifieri b'mod partikolari oġġettività u indipendenza xjentifika, kif ukoll trasparenza, affidabilita’, rilevanza, kost-effettività u konfidenzjalità ta' l-statistika.

(10)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi konferiti lill-Kummissjoni (9).

(11)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex temenda l-Annessi I, II, IV u V. Billi tali miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia billi jissupplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju skond l-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(12)

Id-Direttivi 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE għandhom għalhekk jiġu mħassra.

(13)

Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola ġie kkonsultat.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi qafas legali komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika tal-Komunità dwar il-bhejjem u l-produzzjoni ta' laħam, b'mod partikolari

(a)

Statistika dwar annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż;

(b)

Statistika dwar il-qtil ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ, mogħoż u tjur; u

(ċ)

Tbassir ta' produzzjoni taċ-ċanga, tal-vitella, tal-laħam tal-majjal„ tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Impriża agrikola” tfisser impriża agrikola kif definita fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008 ta’... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar stħarriġ dwar strutturi tal-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola (10);

2.

“Stħarriġ fuq kampjun” tfisser stħarriġ fuq kampjun kif definit fl-Artikolu 2(c) tar-Regolament (KE) Nru 1166/2008;

3.

It-terminu “annimal bovin” ifisser annimali domestiċi ta' l-ispeċi Bos TaurusBubalus bubalis, inklużi ibridi bħall-Beefalo;

4.

It-terminu “majjal” ifisser annimali domestiċi ta' l-ispeċi Sus scrofa domestica;

5.

It-terminu“nagħġa” jfisser annimali domestiċi ta' l-ispeċi Ovis aries;

6.

It-terminu “mogħża” jfisser annimali domestiċi tas-subspeċi Capra aegagrus hircus;

7.

It-terminu “tjur” ifisser għasafar domestiċi ta' l-ispeċi Gallus gallus (tiġieġ), Meleagris spp. (dundjani), Anas spp. u Cairina moschata (papri) u Anser anser dom. (wiżż). Għasafar domestiċi ta' l-ispeċi Coturnix spp. (summien), Phasianus spp. (faġani), Numida meleagris dom. (fargħun), Columbinae spp. (ħamiem), u Struthio camelus (nagħam) huma inklużi. Madankollu jeskludi għasafar imrobbijin ikkonfinati għal skopijiet ta' kaċċa u mhux għall-produzzjoni tal-laħam;

8.

It-terminu “biċċerija” jfisser stabbiliment reġistrat u approvat uffiċjalment użat għall-qtil u t-tlestija ta' l-annimali li l-laħam tagħhom huwa intenzjonat għall-konsum mill-bniedem.

Definizzjonijiet oħrajn għall-għan tar-Regolament preżenti huma mniżżlin fl-Anness I.

TAQSIMA I

STATISTIKA DWAR IL-BHEJJEM

Artikolu 3

Kopertura

1.   Kull Stat Membru għandu jipproduċi statistika dwar in-numru ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż miżmumin fl-impriżi agrikoli fit-territorju tiegħu.

2.   L-Istati Membri li jwettqu stħarriġ fuq kampjun għandhom ikopru biżżejjed impriżi agrikoli biex jagħmlu tajjeb għal mill-inqas 95 % tal-popolazzjoni kollha, kif stabbilit mill-aħħar stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli.

Artikolu 4

Frekwenza u perijodu ta' referenza

1.   L-istatistika dwar il-bhejjem bovini għandha ssir darbtejn fis-sena, b'referenza għal jum stabbilit f'Mejju/Ġunju u jum stabbilit f'Novembru/Diċembru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom tal-bovini hija inqas minn 1 500 000 ras jistgħu jipproduċu din l-istatistika darba fis-sena biss, b'referenza għal jum stabbilit f'Novembru/Diċembru.

2.   L-istatistika dwar il-majjali għandha ssir darbtejn fis-sena, b'referenza għal jum stabbilit f' Mejju/Ġunju u jum stabbilit f'Novembru/Diċembru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-majjali tagħhom hija anqas minn 3 000 000 ras jistgħu jipproduċu din l-istatistika darba fis-sena biss, b'referenza għal jum stabbilit f'Novembru/Diċembru.

3.   L-istatistika dwar in-nagħaġ għandha ssir darba fis-sena, b'referenza għal jum stabbilit f'Novembru/f'Diċembru, minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tagħhom ta' nagħaġ hija ta' 500 000 ras jew aktar.

4.   L-istatistika dwar il-mogħoż għandha ssir darba fis-sena, b'referenza għal jum stabbilit f'Novembru/Diċembru, minn dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni ta' mogħoż hija ta' 500 000 ras jew aktar.

Artikolu 5

Kategoriji

L-istatistika dwar il-bhejjem għandha tiġi prodotta għall-kategoriji mniżżlin fl-Anness II.

Artikolu 6

Preċiżjoni

1.   L-Istati Membri li jwettqu l-istħarriġ għandhom jieħdu l-passi neċessarji sabiex ir-riżultati ta' l-istħarriġ nazzjonali li jiġu estrapolati jikkonformaw mal-kondizzjonijiet ta' preċiżjoni stipolati fl-Anness III.

2.   Stat Membru li jiddeċiedi li juża sors amministrattiv, għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel u għandu jipprovdi d-dettalji dwar il-metodu li ser jintuża u l-kwalità tad-data minn dak is-sors amministrattiv.

3.   Stat Membru li jiddeċiedi li juża sorsi li mhumiex stħarriġ, għandu jiżgura li l-informazzjoni miksuba minn tali sorsi hi ta' l-anqas ta' l-istess kwalità bħall-informazzjoni miksuba mill-istħarriġ ta' l-istatisitika.

Artikolu 7

Skadenzi għat-trasmissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-istatistika proviżorja dwar il-bhejjem qabel:

(a)

il-15 ta' Settembru ta' l-istess sena għall-istatistika ta' Mejju/Ġunju;

(b)

il-15 ta' Frar tas-sena ta' wara għall-istatistika ta' Novembru/Diċembru.

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-istatistika definittiva dwar il-bhejjem qabel:

(a)

il-15 ta' Ottubru ta' l-istess sena għall-istatistika ta' Mejju/Ġunju;

(b)

il-15 ta' Mejju tas-sena ta' wara għall-istatistika ta' Novembru/Diċembru.

Artikolu 8

Statistika reġjonali

L-istatistika ta' Novembru/Diċembru għandha titqassam skond l-unitajiet territorjali NUTS 1 u NUTS 2 definiti fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003. B'eċċezzjoni dawn jistgħu jiġu pprovduti biss mill-unitajiet territorjali NUTS 1 għall-Ġermanja u r-Renju Unit. Huma fakultattivi għall-unitajiet territorjali li għandhom anqas minn 75 000 annimal bovin, 150 000 majjal, 100 000 nagħġa u 25 000 mogħża jekk dawn l-unitajiet territorjali flimkien jikkostitwixxu 5 % jew anqas tal-popolazzjoni nazzjonali ta' l-annimali rilevanti.

TAQSIMA II

STATISTIKA DWAR IL-QTIL TAL-BHEJJEM

Artikolu 9

Kopertura

Kull Stat Membru għandu jipproduċi statistika relatata man-numru u l-piż tal-karkassi ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ, mogħoż u tjur maqtulin fil-biċċeriji fit-territorju tiegħu, li l-laħam tagħhom hu meqjus bħala tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Għandu wkoll jipprovdi stimi dwar kemm hu wiesa’ l-qtil li ma jsirx fil-biċċeriji, sabiex l-istatistika tinkludi, l-annimali bovini, l-majjali, in-nagħaġ u l-mogħoż kollha maqtulin fit-territorju tiegħu.

Artikolu 10

Frekwenza u perijodu ta' referenza

1.   L-istatistika dwar qtil fil-biċċeriji għandha tiġi prodotta kull xahar minn kull Stat Membru. Il-perijodu ta' referenza għandu jkun ix-xahar kalendarju.

2.   L-istatistika dwar qtil li ma jsirx fil-biċċeriji għandha tiġi prodotta kull sena minn kull Stat Membru. Il-perijodu ta' referenza għandu jkun is-sena kalendarja.

Artikolu 11

Kategoriji

L-istatistika dwar il-qtil għandha tiġi pprovduta għall-kategoriji mniżżlin fl-Anness IV.

Artikolu 12

Skadenzi għat-trasmissjoni

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-istatistika:

(a)

dwar il-qtil fil-biċċeriji fi żmien 60 jum wara l-perijodu ta' referenza;

(b)

dwar il-qtil li ma jsirx fil-biċċeriji qabel it-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

TAQSIMA III

TBASSIR DWAR IL-PRODUZZJONI TAL-LAĦAM

Artikolu 13

Kopertura

L-Istati Membri għandhom jużaw l-istatistika msemmija fit-Taqsimiet I u II, u informazzjoni oħra disponibbli, biex jipproduċu tbassir dwar il-provvista tagħhom ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż. Din il-provvista għandha tkunespressa bħala l-produzzjoni indiġena grossa, li tikkorrispondi għan-numru ta' annimali bovini, majjali, nagħaġ u mogħoż maqtulin, miżjud mal-bilanċ tal-kummerċ intra-Komunitarju u estern ta' l-annimali ħajjin ta' dawn l-ispeċi.

Artikolu 14

Frekwenza u perijodu ta' referenza

1.   It-tbassir għall-annimali bovini għandu jiġi pprovdut darbtejn fis-sena minn kull Stat Membru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni bovina tagħhom hija anqas minn 1 500 000 ras jistgħu jipproduċu dan it-tbassir darba fis-sena biss.

2.   It-tbassir għall-majjali għandu jiġi pprovdut darbtejn fis-sena minn kull Stat Membru. Dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-majjali tagħhom hija inqas minn 3 000 000 ras jistgħu jipproduċu dawn il-previżjonijiet darba fis-sena biss.

3.   It-tbassir għan-nagħaġ għandu jiġi pprovdut darba fis-sena mill-Istati Membri li l-popolazzjoni tan-nagħaġ tagħhom hija ta' 500 000 ras jew aktar.

4.   It-tbassir għall-mogħoż għandu jiġi pprovdut darba fis-sena mill-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-mogħoż tagħhom hija ta' 500 000 ras jew aktar.

5.   It-tbassir għandu jkopri:

(a)

tliet semestri għall-annimali bovini u erba' trimestri għall-majjali għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darbtejn fis-sena;

(b)

erba' semestri għall-annimali bovini u sitt trimestri għall-majjali għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darba fis-sena;

(ċ)

żewġ semestri għan-nagħaġ u l-mogħoż.

Artikolu 15

Kategoriji

It-tbassir għandu jiġi pprovdut għall-kategoriji mniżżlin fl-Anness V.

Artikolu 16

Skadenzi għat-trasmissjoni

L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni it-tbassir tal-produzzjoni tal-laħam:

(a)

qabel il-15 ta' Frar għat-tbassir għall-annimali bovini mill-bidu ta' l-ewwel semestru tas-sena attwali sat-tmiem ta' l-ewwel semestru tas-sena ta' wara u qabel il-15 ta' Settembru għat-tbassir mill-bidu tat-tieni semestru tas-sena attwali sat-tmiem tat-tieni semestru tas-sena ta' wara għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darbtejn fis-sena;

(b)

qabel il-15 ta' Frar għat-tbassir għall-annimali bovini mill-bidu ta' l-ewwel semestru tas-sena attwali sat-tmiem tat-tieni semestru tas-sena ta' wara għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darba fis-sena;

(ċ)

qabel il-15 ta' Frar għat-tbassir għall-majjali mill-bidu ta' l-ewwel trimestru sat-tmiem ta' l-aħħar trimestru tas-sena attwali u qabel il-15 ta' Settembru għat-tbassir mill-bidu tat-tielet trimestru tas-sena attwali sa tmiem it-tieni trimestru tas-sena ta' wara għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darbtejn fis-sena;

(d)

qabel il-15 ta' Frar għat-tbassir għall-majjali mill-bidu ta' l-ewwel trimestru tas-sena attwali sat-tmiem tat-tieni trimestru tas-sena ta' wara għall-Istati Membri li jipprovdu tbassir darba fis-sena;

(e)

qabel il-15 ta' Frar għat-tbassir għan-nagħaġ u l-mogħoż mill-bidu ta' l-ewwel semestru tas-sena attwali sat-tmiem tat-tieni semestru tas-sena attwali għan-nagħaġ u l-mogħoż.

TAQSIMA IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Valutazzjoni tal-kwalità u rapporti

1.   Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-dimensjonijiet li ġejjin ta' valutazzjoni tal-kwalità għall-istatistika li għandha tiġi mgħoddija:

(a)

“ir-rilevanza” tirreferi għall-grad ta' kemm l-istatistika tilħaq il-ħtiġijiet attwali u potenzjali ta' l-utenti;

(b)

“il-preċizjoni” tirreferi għal kemm l-estimi jqarrbu lejn il-valuri vera mhux magħrufa;

(ċ)

“il-wasla fil-ħin” tirreferi għad-dewmien ta' żmien bejn id-disponibilità tat-tagħrif u l-avveniment jew il-fenomenu li dan jiddeskrivi;

(d)

“il-puntwalità” tirreferi għad-dewmien ta' żmien bejn id-data ta' rilaxx tad-data u d-data mmirata meta suppost kellha tintbagħat;

(e)

“l-aċċessibbiltà” u “ċ-ċarezza” jirreferu għall-kundizzjonijiet u l-modalitajiet li bihom l-utenti jistgħu jiksbu, jużaw u jinterpretaw id-data;

(f)

“il-komparabilità” tirreferi għall-kejl ta' l-impatt tad-differenzi fil-kunċetti statistiċi u għodod u proċeduri applikati meta l-istatistika titqabbel bejn iż-żoni ġeografiċi, dominji settorjali jew fuqq medda ta' żmien; u

(g)

“il-koerenza” tirreferi għall-adegwatezza tad-data li tkun marbuta b'mod affidabbli b'modi differenti u għal użu varju.

2.   Kull tliet snin, u għall-ewwel darba sa l-1 ta' Lulju 2011, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) b'rapport dwar il-kwalità tad-data mibgħuta.

3.   Ir-rapporti tal-kwalità għandhom jiddeskrivu:

(a)

l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ kopert b'dan ir-Regolament u l-metodoloġija applikata;

(b)

il-livelli ta' preċiżjoni miksuba għall-kampjuni ta' l-istħarriġ msemmija f'dan ir-Regolament;

(ċ)

il-kwalità tas-sorsi utilizzati minbarra l-istħarriġ, u

(d)

il-kwalità tat-tbassir imsemmija f'dan ir-Regolament.

4.   L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla metodoloġika jew bidla oħra li għandha effett konsiderevolifuq l-istatistika. Dan għandu jsir mhux aktar tard minn tliet xhur wara li din il-bidla tidħol fis-seħħ.

5.   Il-prinċipju li l-ispejjeż addizzjonali u l-piżijiet jinżammu f'limiti raġonevoli għandu jittieħed f'konsiderazzjoni.

Artikolu 18

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.   Il-miżuri mfassla biex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, inter alia, billi jissupplimentawh, u li għandhom x'jaqsmu ma' modifiki għall-Annessi I, II, IV u V għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 19(2).

2.   Il-prinċipju li l-benefiċċji ta' modifiki għandhom ikunu akbar mill-ispejjeż, u lill-prinċipju li l-ispejjeż u l-piżijiet addizzjonali jibqgħu f'limiti raġonevoli għandu jittieħed f'konsiderazzjoni.

Artikolu 19

Proċedura ta' Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b'kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 20

Deroga

1.   Fejn l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-sistema statistika nazzjonali ta' Stat Membru teħtieġ adattamenti maġġuri u x'aktarx tikkawża problemi prattiċi sinifikanti, il-Kummissjoni tista' tagħti deroga mill-applikazzjoni tiegħu sa l-1 ta' Jannar 2010 u fil-każ ta' statistiċi dwar in-nagħaġ u l-mogħoż, sa l-1 ta' Jannar 2011.

2.   Tali Stati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan mhux aktar tard mill-21 ta' Marzu 2009.

Artikolu 21

Revoka

1.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE għandhom jiġu mħassra.

2.   Ir-referenzi magħmula għal Direttivi mħassra għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

3.   B'deroga mill-Artikolu 22(2), Stat Membru li jkun ingħata deroga skond l-Artikolu 20 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (KEE) għat-tul taż-żmien tal-perijodu tad-deroga.

Artikolu 22

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 19 ta' Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Mejju 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5.

(4)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10.

(5)  ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1.

(6)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(7)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.

(8)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(9)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(10)  Ara paġna 14 ta' dan Il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS I

DEFINIZZJONIJIET

Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet:

1.   il-kategoriji ta' annimali bovini

 

Anness II

Annessi IV u V

Għoġġiela

 

Annimali bovini li għandhom 8 xhur jew inqas

Bhejjem ta' l-ifrat żgħar

 

Annimali bovini li għandhom aktar minn 8 xhur imma mhux aktar minn 12-il xahar

Għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar

Għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar ta' mhux aktar minn 12-il xahar għall-qatla

 

Barrin

 

Annimali bovini maskili mhux kastrati li mhux inklużi taħt għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar

Barrin kastrati

 

Annimali bovini maskili kastrati li mhux inklużi taħt għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar

Erħiet

Annimali bovini femminili li għad ma welldux għoġġiela u li mhumiex inklużi taħt għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat.

Annimali bovini femminili li għad ma welldux għoġġiela u li mhumiex inklużi taħt għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat

Erħiet għall-qatla

Erħiet imrawma għall-produzzjoni tal-laħam

 

Erħiet oħrajn

Erħiet imrawma għar-riproduzzjoni u maħsuba biex jissostitwixxu l-baqar tal-ħalib u baqar oħrajn

 

Baqar

Annimali bovini femminili li kellhom għoġġiela (inklużi dawk li huma ta' età inqas minn sentejn)

Bovini femminili li kellhom għoġġiela

Baqar tal-ħalib:

Baqar imrawma esklussivament jew prinċipalment għall-produzzjoni ta' ħalib għall-konsum mill-bniedem u/jew għall-ipproċessar ta' prodotti tal-ħalib, inklużi l-baqar għall-qatla (irispettivament minn jekk ġewx imsemmna jew le bejn l-aħħar darba li ġew maħluba u l-qatla tagħhom)

 

Baqar oħrajn

Baqar li mhumiex baqar tal-ħalib, possibilment li jinkludu kull xorta ta' baqar tal-ġarr

 

2.   kategoriji ta' nagħaġ

Nagħaġ femminili u ħrief femminili mqegħdin mal-muntun: membri femminili ta' l-ispeċi ovina li diġà welldu ħrief ta' l-inqas darba kif ukoll dawk li tqiegħdu mal-muntun għall-ewwel darba.

Nagħaġ tal-ħalib: nagħaġ miżmumin esklużivament jew prinċipalment għall-produzzjoni tal-ħalib għall-konsum mill-bniedem u/jew għall-ipproċessar ta' prodotti tal-ħalib, inklużi nagħaġ imħarfa tal-ħalib (kemm jekk huma imħaxxna kemm jekk mhumiex bejn l-aħħar ħalba u l-qatla).

Nagħaġ femminili oħrajn: nagħaġ femminili oħrajn minbarra nagħaġ tal-ħalib.

Ħrief: nagħaġ maskili jew femminili ta' inqas minn 12-il xahar.

3.   it-terminu “karkassa”

(a)

għall-annimali bovini ifisser il-ġisem sħiħ ta' l-annimal maqtul kif preżentat wara li jiġi żvinat, jitneħħewlu l-imsaren u jiġi mqaxxar, ippreżentat mingħajr ir-ras (separata mill-karkassa fil-ġog atloido-okkipitali); mingħajr is-saqajn (li għandhom jinqatgħu mill-ġog karpametakarpal jew tarsometatarsali); mingħajr l-organi li jinsabu fil-kavita torċika u abdominali, bil-kliewi jew mingħajrhom, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku; u mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli ta' magħhom u mingħajr il-bżieżel jew ix-xaħam tal-glandola mammarja.

(b)

għall-majjali ifisser il-ġisem ta' majjal maqtul, żvinat u li tneħħewlu l-imsaren, sħiħ jew maqsum matul il-linja tan-nofs, mingħajr ilsien, lanżit, dwiefer, organi sesswali, xaħam “flare”, kliewi u dijaframma.

(ċ)

għan-nagħaġ u l-mogħoż ifisser il-ġisem kollu ta' l-annimal maqtul kif ippreżentat wara li jiġi żvinat, jitneħħewlu l-imsaren u jiġi mqaxxar, ippreżentat mingħajr ir-ras (separata mill-ġog atloido-okkipitali); mingħajr is-saqajn (maqtugħin mill-ġogi karpametakarpali jew tersometatarsali); mingħajr id-denb (maqtugħ bejn is-sitt u s-seba’ verterbrae kaudali); mingħajr l-organi li jinstabu fil-vojt toraċiku u abdominali (ħlief għall-kliewi u x-xaħam tal-kliewi); u mingħajr il-bżieżel u l-organi sesswali; il-kliewi u x-xaħam tal-kliewi huma parti mill-karkassa;

(d)

għat-tjur tfisser imnittfa u mnaddfa, mingħajr ras u riġljen u mingħajr l-għonq, il-qalb, il-fwied u l-qnieżaħ, magħrufa bħala “65 % tiġieġ”, jew ippreżentati mod ieħor.

4.

It-terminu “piż tal-karkassa” ifisser il-piż tal-karkassa kiesħa, li għall-majjali, notevolment, jinkiseb billi jitnaqqas 2 % mill-piż rreġistrat sħun ta' l-anqas 45 minuta wara li l-majjal jiġi svinat, u li għall-bhejjem ta' l-ifrat jinkiseb billi jitnaqqas 2 % mill-piż rreġistrat sħun sa mhux aktar tard minn 60 minuta wara li l-annimal ikun ġie żvinat.


ANNESS II

KATEGORIJI TA' STATISTIKA DWAR IL-BHEJJEM

Annimali bovini:

annimali bovini ta' mhux aktar minn sena:

għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar għall-qatla

oħrajn:

maskili

femminili

annimali bovini ta' aktar minn sena imma ta' anqas minn sentejn (ħlief in-nisa li jkunu welldu):

maskili

femminili (erħiet; annimali li għadhom ma welldux):

annimali għall-qatla

oħrajn

annimali bovini ta' sentejn jew aktar:

maskili

femminili:

erħiet:

erħiet għall-qatla

oħrajn

baqar (annimali bovini li jkunu welldu, inklużi dawk li għandhom inqas minn sentejn):

baqar tal-ħalib

oħrajn

bufli:

bufli femminili għat-trobbija

bufli oħrajn

Ħnieżer:

ħnienes b'piż ta' anqas minn 20 kg ħajjin

majjali b'piż ta' 20 kg jew aktar iżda anqas minn 50 kg ħajjin

majjali tas-simna, li jinkludu majjali maskili u femminili għall-qatla b'piż ħajjin:

ta' 50 kg jew aktar iżda anqas minn 80 kg

ta' 80 kg jew aktar iżda anqas minn 110 kg

ta' 110 kg jew aktar

majjali għat-tnissil b'piż ta' 50 kg jew aktar ħajjin:

majjali maskili

majjali femminili, li minnhom:

majjali femminili mgħammrin għall-ewwel darba

majjali femminili oħra, li minnhom:

majjali femminili żgħar li għad mhux mgħammrin

Nagħaġ:

nagħaġ femminili u ħrief femminili mqegħdin mal-muntun:

nagħaġ femminili tal-ħalib u ħrief femminili tal-ħalib mqegħdin mal-muntun

nagħaġ femminili u ħrief femminili oħrajn imqegħdin mal-muntun

nagħaġ oħra

Mogħoż

mogħoż li diġà welldu gidien u mogħoż li ġew mgħammra:

mogħoż li diġà welldu gidien

mogħoż mgħammrin għall-ewwel darba

mogħoż oħrajn.


ANNESS III

ĦTIĠIET DWAR PREĊIŻJONI

Fil-każ ta' stħarriġ dwar il-bhejjem, l-iżbalji tat-teħid tal-kampjuni għal kull Stat Membru m'għandhomx ikunu ogħla minn (b'intervall ta' konfidenza ta' 68 %):

(a)

1 % tan-numru totali ta' annimali bovini (5 % fejn il-popolazzjoni tal-annimali bovini hija inqas minn 1 000 000 ras);

(b)

1,5 % tan-numru totali ta' baqar (5 % fejn il-popolazzjoni tal-baqar hija inqas minn 500 000 ras);

(ċ)

2 % tan-numru totali ta' majjali (5 % fejn il-popolazzjoni tal-majjali hija inqas minn 1 000 000 ras);

(d)

2 % tan-numru totali ta' nagħaġ u ta' mogħoż (5 % fejn il-popolazzjoni tal-mogħoż u tan-nagħaġ hija inqas minn 1 000 000 ras).


ANNESS IV

KATEGORIJI TA' STATISTIKA DWAR IL-QTIL

Annimali bovini

għoġġiela

bhejjem ta' l-ifrat żgħar

erħiet

baqar

barrin

barrin kastrati

Ħnieżer

l-ebda tqassim

Nagħaġ

ħrief

oħrajn

Mogħoż

l-ebda tqassim

Tajr

tiġieġ

dundjani

papri

oħrajn


ANNESS V

KATEGORIJI TA' TBASSIR TAL-PRODUZZJONI TAL-LAĦAM

Annimali bovini:

Għoġġiela u bhejjem ta' l-ifrat żgħar

erħiet

baqar

barrin u barrin kastrati

Hnieżer:

l-ebda tqassim

Nagħaġ:

l-ebda tqassim

Mogħoż:

l-ebda tqassim.


1.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 321/14


REGOLAMENT (KE) Nru 1166/2008 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Novembru 2008

dwar stħarriġ ta' strutturi ta' l-impriżi agrikoli u stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 285(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Filwaqt li jaġixxu bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 571/88 tad-29 ta' Frar 1988 dwar l-organizzazzjoni ta' l-istħarriġ Komunitarju dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli (2) jipprevedi programm ta' stħarriġ Komunitarju li jipprovdi statistika dwar l-istruttura ta' impriżi agrikoli sa l-2007.

(2)

Il-programm ta' stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli, li ilu jsir fuq bażi Komunitarja mill-1966/67, għandu jitkompla sabiex jiġu eżaminati t-tendenzi fuq livell Komunitarju. Fl-interessi taċ-ċarezza r-Regolament (KEE) Nru 571/88 għandu jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament.

(3)

Għall-finijiet ta' l-aġġornar tar-reġistri bażi ta' l-impriżi agrikoli u l-informazzjoni l-oħra li hija meħtieġa għall-istratifikazzjoni tal-kampjuni ta' l-istħarriġ, huwa meħtieġ ċensiment ta' l-impriżi agrikoli fil-Komunità għall-inqas kull għaxar snin. L-aħħar ċensiment qabel l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament sar fl-1999/2000.

(4)

Teżisti l-ħtieġa li tinġabar data dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri assoċjati ma' l-iżvilupp rurali kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta' l-20 ta' Settembru 2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) (3).

(5)

Fil-konklużjoniiet tiegħu tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar l-indikaturi agro-ambjentali, il-Kunsill għaraf il-ħtieġa ta' data komparabbli dwar l-attivitajiet agrikoli, fuq livell ġeografiku xieraq, u li tkopri l-Komunità kollha. Il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex tieħu l-miżuri stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 2006 (4) li jinkludu l-produzzjoni ta' data statistika, partikolarment fir-rigward tal-prattiki ta' ġestjoni ta' l-impriżi agrikoli u l-użu tal-prodotti ta' l-impriżi agrikoli.

(6)

Hemm nuqqas ta' informazzjoni statistika fuq il-metodi differenti ta' produzzjoni agrikola fuq livell ta' impriżi individwali. Għalhekk, huwa meħtieġ titjib fil-proċedura għall-ġbir ta' informazzjoni dwar metodi ta' produzzjoni agrikola marbuta ma' informazzjoni strutturali dwar l-impriżi agrikoli, biex tingħata aktar statistika għall-iżvilupp tal-politika agro-ambjentali u biex titjieb il-kwalità ta' l-indikaturi agro-ambjentali.

(7)

Statistika komparabbli mill-Istati Membri kollha dwar struttura ta' l-impriżi agrikoli hija importanti sabiex jiġi stabbilit l-iżvilupp tal-politika agrikola fil-Komunità. Għalhekk, il-klassifikazzjoni standard u d-definizzjonijiet komuni għandhom jintużaw sakemm dan ikun għall-karatterisitiċi ta' stħarriġ.

(8)

L-implimentazzjoni ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli fl-2010 u ċ-ċensiment ta' kull għaxar snin tal-popolazzjoni fl-2011 jitfa' piż kbir fuq ir-riżorsi ta' statistika ta' l-Istati Membri jekk il-perjodi tal-ħidma fil-post għal dawn iż-żewġ stħarriġiet kbar jaħbtu flimkien. Għandha għalhekk tkun prevista deroga li tippermetti lill-Istati Membri jimplimentaw l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli fl-2009.

(9)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (5) jikkostitwixxi l-qafas ta' referenza għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament b'mod partikulari fir-rigward tal-konformità ma' l-istandards ta' l-imparzjalità, l-affidabilità, ir-relevanza, l-effettività tan-nefqa, l-kunfidenzjalità ta' l-istatistika u t-trasparenza. Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KEE) Nru 1588/90 tal-11 ta' Ġunju 1990 dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (6) jikkostitwixxi qafas ta' referenza għat-trażmissjoni u l-protezzjoni ta' data statistika kunfidenzjali previsti f'dan ir-Regolament, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm żvelar illegali u użu mhux statistiku meta l-istatistika Komunitarja tinġabar u tinxtered.

(10)

L-użu tal-lok ta' l-impriża agrikola mill-Kummissjoni għandu jkun limitat għal analiżijiet ta' statistika u għandu jeskludi t-teħid ta' kampjuni u t-twettiq ta' stħarriġ. Il-protezzjoni meħtieġa tal-kunfidenzjalità tad-data għandha tiġi żgurata, fost mezzi oħra, billi tiġi limitata l-preċiżjoni tal-parametri dwar il-post u permezz ta' aggregazzjoni xierqa meta tiġi ppubblikata l-istatistika.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 (7) stabilixxa l-klassifikazzjoni statistika ta' l-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità.

(12)

Bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħolqien ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (8), l-unitajiet territorjali għandhom jiġu definiti f'konformità, mal-klassifikazzjoni NUTS.

(13)

Sabiex jitnaqqas il-piż tal-ġbir tad-data minn fuq ir-rispondenti u l-Istati Membri sakemm ikun possibbli, għandha tiġi provduta l-possibbiltà ta' użu ta' kampjuni ta' stħarriġ u ta' sorsi amministrattivi.

(14)

Sabiex jitwettaq dan l-istħarriġ, ser jkun meħtieġ finanzjar konsiderevoli mill-Istati Membri kif ukoll mill-Kummissjoni fuq numru ta' snin, li proporzjon kbir minnu se jkun użat biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-Komunità.

(15)

Huwa rikonoxxut li l-ħtiġiet marbuta ma' l-għarfien u l-identifikazzjoni bis-satellita ta' impriżi agrikoli jikkawżaw problemi serji ta' metodoloġija u teknika lil bosta Stati Membri.

(16)

Għandu għalhekk isir provvediment għal sussidju Komunitarju biex jiġi assistit danil-programm ta' stħarriġ permezz tal-fond tal-Garanziji Agrikoli Ewropej taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni (9).

(17)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għaż-żmien kollu tal-programm li jikkostitwixxi r-referenza ewlenija għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja ta' kull sena, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba (10).

(18)

Minħabba li l-għan ta' dan ir-Regolament, l-iktar il-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli u l-metodi ta' produzzjoni agrikola, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċenti mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta' dan ir-Regolament, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stipolat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal- proporzjonalità, kif stipulat f'dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jikseb dak l-għan.

(19)

Il-miżuri meħtieġa biex jiġi implimentat dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għat-tħaddim tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (11).

(20)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tiddefinixxi il-koeffiċjenti għall-unitajiet ta' bhejjem, sabiex tiddefinixxi l-karatteristiċi u tadatta l-Annessi ta' dan ir-Regolament. Minħabba li dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, billi jissuplimentawh b'elementi mhux essenzjali ġodda, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bl-iskrutinju provduta fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(21)

Il-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 72/279/KEE (12) ġie kkonsultat,

ADDOTTAW DAN IR–REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja komparabbli dwar struttura ta' impriżi agrikoli u stħarriġ għall-metodi ta' produzzjoni agrikola.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

“impriża agrikola” jew “impriża” tfisser unità waħdanija, kemm teknikament u ekonomikament, immexxija minn ġestjoni waħdanija u li twettaq attivitajiet agrikoli elenkati fl-Anness I fit-territorju ekonomiku ta' l-Unjoni Ewropea, bħala l-attività kemm primarja jew sekondarja tagħha;

(b)

“unita’ ta' bhejjem” tfisser unità ta' kejl standard li tippermetti l-aggregazzjoni tad-diversi kategoriji ta' bhejjem sabiex ikunu jistgħu jiġu pparagunati. L-unitajiet ta' bhejjem huma ddefiniti abbażi tal-ħtiġiet ta' għalf tal-kategoriji ta' annimali individwali, li l-koeffiċjenti għalihom għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15 (2);

(ċ)

“kampjuni ta' stħarriġ” tfisser stħarriġ statistiku bbażat fuq il-kisba ta' kampjuni stratifikati każwali li jkunu mfassla biex jipprovdu statistika rappreżentattiva fir-rigward ta' impriżi agrikoli fuq livelli reġjonali u nazzjonali. L-istratifikazzjoni għandha tinkludi id-daqs u t-tip ta' l-impriżi agrikoli sabiex jiġi aċċertat li l-impriżi agrikoli ta' daqs u tipi differenti jkunu rappreżentati b'mod xieraq;

(d)

“reġjun” tfisser l-unità territorjali NUTS 2 definita fir-Regolament (KE) Nru 1059/200; 3

(e)

“lok ta' l-azjenda” tfisser il-koordinati tal-latitudni u l-lonġitudni f'ark ta' 5 minuti li jevitaw l-identifikazzjoni diretta ta' azjenda individwali. Jekk il-lok ta' latitudni u ta' lonġitudni jkun fih biss ażjenda agrikola waħda, allura din l-azjenda għandha tiġi attribwita lil lok fil-viċinanzi, li fih minn ta' l-inqas azjenda agrikola waħda oħra.

Artikolu 3

Kopertura

1.   L-istħarriġ speċifikat f'dan ir-Regolament għandu jkopri:

(a)

impriżi agrikoli fejn iż-żona agrikola użata għall-biedja tkun ta' ettaru wieħed jew aktar;

(b)

impriżi agrikoli fejn iż-żona agrikola utilizzata għall-biedja tkun ta' inqas minn ettaru wieħed, jekk dawk l-impriżi jipproduċu ċertu proporzjon għall-bejgħ jew jekk l-unità ta' produzzjoni tagħhom taqbeż ċerti limiti fiżiċi minimi.

2.   Madanakollu, l-Istati Membri li jużaw limitu massimu fl-istħarriġ ta' “l fuq minn ettaru għandhom jiffissaw dan il-limitu massimuf'livell li jeskludi biss l-iżgħar impriżi agrikoli li flimkien jikkontribwixxu 2 % jew inqas għat-total taż-żona agrikola utilizzata b'esklużjoni ta' l-art komuni u 2 % jew inqas tan-numru totali ta' unitajiet ta' bhejjem imrobbija fl-impriżi agrikoli.

3.   Fi kwalunkwe każ, l-impriżi agrikoli li jilħqu wieħed mil-limiti fiżiċi minimi speċifikati fl-Anness II għandhom jiġu koperti.

Artikolu 4

Għejun tad-data

1.   L-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni mis-Sistema Integrata ta' Amministrazzjoni u Kontroll provduta fir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (13), is-Sistema ta' Identifikazzjoni u Reġistrazzjoni ta' Annimali Bovini provduta fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1760/2000 (14) u r-reġistru tal-biedja organika stabbilit skond ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 (15) bil-kondizzjoni li din l-informazzjoni tkun ta' l-inqas ekwivalenti fil-kwalità għall-informazzjoni miksuba minn stħarriġ statistiku. L-Istati Membri jistgħu ukoll jużaw sorsi amministrattivi li huma assoċjati mal-kultivazzjoni tal-ħxejjex li huma mmodifikati ġenetikament u miżuri speċifiċi ta' miżuri ta' żvilupp li jissemmew fl-Anness III.

2.   Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sors amministrattiv apparti dawk speċifikati fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel u għandu jipprovdi d-dettalji dwar il-metodu li ser jintuża u l-kwalità tad-data minn dan is-sors amministrattiv.

Artikolu 5

Rekwiżiti ta' preċiżjoni

1.   L-Istati Membri li jiġbru kampjuni ta' l-istħarriġ għandhom jiżguraw li r-riżultati kkalkolati bil-koeffiċenti ta' l-istħarriġ ikunu rappreżentattivi għall-impriżi agrikoli f'kull reġjun u huma mfassla sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' preċiżjoni stipolati fl-Anness IV.

2.   F'każijiet debitament ġustifikati l-Kummissjoni għandha tippermetti lill-Istati Membri xi eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti ta' preċiżjoni li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1 għal reġjuni speċifiċi.

KAPITOLU II

STATISTIKA DWAR L-ISTRUTTURA TA' IMPRIŻI AGRIKOLI

Artikolu 6

Stħarriġ dwar l-istruttura ta' impriża agrikola

1.   Fl-2010, fl-2013 u fl-2016, l-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli, minn hawn ‘il quddiem imsejħa “stħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli”.

2.   L-istħarriġ ta' l-istruttura ta'l-impriżi agrikoli fl-2010 għandu jsir bħala ċensiment. Madanakollu, il-kampjuni ta' stħarriġ jistgħu jintużaw għall-karatteristiċi li jikkonċernaw attivitajiet oħrajn bi qligħ imwettqa mill-ħaddiema, elenkati fl-Anness III Taqsima V(ii).

3.   L-istħarriġ ta' l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli fl-2013 u fl-2016 jista' jsir bħala kampjuni ta' stħarriġ.

Artikolu 7

Il-karatteristiċi ta' l-istħarriġ

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi elenkati fl-Anness III.

2.   Il-Kummissjoni tista’, skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2), temenda l-lista ta' karatteristiċi mniżżla fl-Anness III għall-istħarriġ ta' l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli għall-2013 u l-2016.

3.   Jekk Stat Membru jiddetermina li xi karatteristika jkollha prevalenza baxxa jew ma tkunx teżisti, il-karatteristika tista' tiġi eskluża mill-ġbir tad-data. Dak l-Istat Membru għandu jgħarraf il-Kummissjoni fis-sena kalendarja li tippreċedi immedjatament is-sena ta' l-istħarriġ dwar kwalunkwe karatteristika eskluża mill-ġbir tad-data.

4.   Id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 8

Perjodi ta' referenza

Il-perijodi ta' referenza ta' l-istħarriġ dwar strutturi ta' l-impriżi agrikoli fis-snin ta'stħarriġ 2010, 2013 u l-2016 għandhom jiġu definiti kif ġej:

(a)

għall-karatteristiċi ta' l-art kif speċifikati fl-Anness III, perijodu ta' 12-il xahar li jispiċċa f'ġurnata ta' referenza bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Ottubru tas-sena ta' l-istħarriġ;

(b)

għall-karatteristiċi tal-bhejjem kif speċifikati fl-Anness III, ġurnata ta' referenza bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' l-istħarriġ;

(ċ)

għall-karatteristiċi tal-ħaddiema kif speċifikati fl-Anness III, perijodu ta' 12-il xahar li jispiċċa f'ġurnata ta' referenza bejn l-1 ta' Marzu u l-31 ta' Ottubru tas-sena ta' l-istħarriġ;

(d)

għall-miżuri fl-iżvilupp rurali speċifikati fl-Anness III, perijodu ta' tliet snin li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta' l-istħarriġ.

Artikolu 9

Trażmissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni data validata li tkun tirriżulta minn stħarriġ sabiex tintuża fl-istħarriġ ta' l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli għall-2010 sal-31 ta' Marzu 2012.

2.   Għall-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriża agrikola fis-snin ta' l-istħarriġ ta' l-2013 u l-2016, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni data validata li tirriżulta mill-istħarriġ fi żmien 12-il xahar mit-tmiem tas-sena ta' stħarriġ.

3.   Data dwar il-miżuri ta' żvilupp rurali li jissemmew fl-Anness III, u li tkun ibbażata fuq arkivji amministrattivi, tista' tintbagħat lill-Kummissjoni separatament fi żmien 18-il xahar minn tmiem is-sena ta' l-istħarriġ.

4.   Id-data dwar l-istrutturi ta' l-impriżi agrikoli li tirriżulta mill-istħarriġ mibgħut lill-Kummissjoni għandha ssir f'forma elettronika u fil-livell ta' l-impriżi agrikoli individwali.

5.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-format ta' l-għoti tad-data ta' l-istħarriġ.

6.   Id-data ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli m'għandhiex tintuża biex jittieħdu kampjuni jew biex jitwettaq stħarriġ mill-Kummissjoni.

Artikolu 10

Qafas għat-teħid tal-kampjuni

Għar-raġunijiet ta' aġġornament tal-qafas tal-ksib tal-kampjuni dwar l-istħarriġ ta' l-istrutturi ta' l-impriżi agrikoli fl-2013 u fl-2016, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-istħarriġ dwar strutturi ta' l-impriżi agrikoli b'aċċess għall-informazzjoni dwar l-impriżi agrikoli li tinsab fil-fajls amministrattivi fit-territorju nazzjonali tagħhom.

KAPITOLU III

STATISTIKA DWAR METODI TA' PRODUZZJONI AGRIKOLA

Artikolu 11

Stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġ dwar il-metodi ta' produzzjoni agrikola użati fl-impriżi agrikoli. Dan l-istħarriġ jista' jitwettaq bħala stħarriġ fuq kampjun.

2.   Fil-każijiet li jkunu debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tippermetti lil Stat Membru li jwettaq l-istħarriġ b'kampjuni permezz ta' l-użu ta' sottokampjuni separati.

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-metodi ta' produzzjoni agrikola elenkati fl-Anness V.

4.   Għal kull impriża mistħarrġa, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll stima tal-volum ta' ilma użat għat-tisqija fl-impriża (f'metri kubi). L-istima tista' ssir permezz ta' mudell.

5.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Istati Membri b'sostenn metodoliġiku u b'sostenn ieħor sabiex jinbena l-mudell imsemmi fil-paragrafu 4. Barra minn dan, il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' l-esperjenzi bejn l-Istati Membri meħtieġa biex jinkisbu riżultati paragunabbli.

6.   Jekk Stat Membru jiddetermina li xi karatteristika jkollha prevalenza baxxa jew ma jkollha l-ebda prevalenza, il-karatteristika tista' tkun eskluża mill-ġbir tad-data. Dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni fis-sena kalendarja li tiġi immedjatament qabel is-sena ta' l-istħarriġ dwar kwalunkwe karatteristika eskluża mill-ġbir tad-data.

7.   Id-definizzjonijiet tal-karatteristiċi għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura regolatorja bl-iskrutinju msemmija fl-Artikolu 15(2).

8.   Il-perijodu ta' referenza għandu jaqbel mal-perijodi ta' referenza użati għall-karatterisitiċi ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli fl-2010.

9.   Ir-riżultati ta' dan l-istħarriġ għandhom jiġu konnessi mad-data miksuba mill-istruttura ta' l-impriżi agrikoli fl-2010 fil-livell ta' l-impriżi agrikoli individwali. Id-data validata kkombinata għandha tiġi trażmessa lill-Kummissjoni fil-forma elettronika sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012.

10.   Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-format ta' l-għoti tad-data ta' l-istħarriġ.

11.   Id-data dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli m'għandhiex tintuża biex jittieħdu kampjuni jew biex jitwettaq stħarriġ mill-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

RAPPORTI, MIŻURI TA' FINANZJAMENT U IMPLIMENTAZZJONI

Artikolu 12

Rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu rapporti metodoloġiċi nazzjonali għall-istħarriġ koperti b'dan ir-Regolament, li jiddeskrivu:

(a)

l-organizzazzjoni u l-metodoloġija applikati;

(b)

il-livelli ta' preċiżjoni miksuba għall-kampjuni ta' l-istħarriġ li jissemmew f'dan ir-Regolament;

(ċ)

l-informazzjoni dwar il-kwalità tas-sorsi ta' kwalunkwe data amministrattiva użati; kif ukoll

(d)

il-kriterji ta' inklużjoni u ta' esklużjoni applikati biex jintlaħqu r-rekwiżiti ta' kopertura speċifikati fl-Artikolu 3.

2.   Ir-rapporti metodoloġiċi nazzjonali għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni bir-riżultati vvalidati ta' l-istħarriġ, f'konformità ma' l-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 9 (1) u (2).

3.   Minbarra r-rapporti metodoloġiċi nazzjonali meħtieġa fi tmiem kull stħarriġ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni kull informazzjoni addizzjonali li tista' tkun meħtieġa dwar l-organizzazzjoni u l-metodoloġija ta' l-istħarriġ.

Artikolu 13

Il-kontribuzzjoni Komunitarja

1.   L-Istati Membri għandhom jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja massima ta' 75 % mill-Komunità għall-ispejjeż tat-twettiq ta' l-istħarriġ definiti f'dan ir-Regolament, soġġett għall-ammonti massimi definiti fil-paragrafi 3 u 4.

2.   Mad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-assistenza teknika u konsultattiva meħtieġa fir-rigward ta' l-identifikazzjoni bis-satellita ta' impriżi agrikoli, lil dawk l-Istati Membri li jippreżentaw applikazzjonijiet.

3.   Għall-ispejjeż ikkombinati ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli ta' l-2010 u l-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, il-kontribuzzjoni Komunitarja ser tkun limitata għall-ammonti massimi speċifikati hawn taħt:

EUR 50 000 miljuni kull wieħed għal-Lussemburgu u Malta;

EUR 1 000 000 kull wieħed għall-Awstrija, l-Irlanda u l-Litwanja;

EUR 2 000 000kull wieħed għall-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit;

EUR 3 000 000 kull wieħed għall-Greċja, Spanja u Franza;

EUR 4 000 000 kull wieħed għall-Italja, il-Polonja u r-Rumanija; u

EUR 300 000 kull wieħed għall-Istati Membri l-oħrajn.

4.   Għal-istħarriġ dwar l-istrutturi ta' l-impriżi agrikoli fl-2013 u fl-2016, l-ammonti massimi speċifikati fil-paragrafu 3 għandhom jitnaqqsu b”50 %.

5.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja hija ffinanzjata mill-Fond tal-Garanziji Agrikoli Ewropej skond l-Artikolu 3(2), punt (e) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

Artikolu 14

Qafas Finanzjarju

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm ta' stħarriġ, inklużi l-approprijazzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tas-sistemi ta' bażijiet tad-data użati fil-Kummissjoni biex jipproċessaw id-data pprovduta mill-Istati Membri skond id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, għandu jkun ta' EUR 58 850 000 għall-perijodu 2008-2013.

2.   L-ammont għall-perijodu 2014-2018 għandu jiġi ffissat mill-awtorità baġitarja u leġiżlattiva fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-qafas finanzjarju ġdid għall-perijodu li jibda fl-2014.

3.   L-approprijazzjonijiet ta' kull sena għandhom ikunu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.

Artikolu 15

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tigi assistita mill-Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola, stabbilit mid-Deciżjoni 72/279/KEE.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikolu 5a (1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, wara li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 16

Derogi

1.   B'deroga mill-Artikoli 6(1) u (2), 8, 9(1), 11(8) u (9), 13(3), l-Anness III u l-Anness IV, ir-referenzi għas-sena 2010 għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għas-sena 2009 għall-Greċja, Spanja u l-Portugall.

2.   B'deroga mill-Artikolu 9(1), ir-referenza għall-31 ta' Marzu 2012 għandha tiġi sostitwita bi:

(a)

31 ta' Marzu 2011 għall-Greċja u l-Portugall;

(b)

30 ta' Ġunju 2011 għal Spanja;

(ċ)

30 ta' Ġunju 2012 għall-Italja u r-Rumanija.

3.   Permezz tad-deroga mill-Artikolu 11(9), ir-referenza sal-31 ta' Diċembru 2012 għandha tiġi sostitwita bil-31 ta' Diċembru 2011 għall-Greċja, Spanja u l-Portugall.

Artikolu 17

Ir-Revoka

1.   Ir-Regolament (KEE) Nru 571/88 għandu jiġi revokat.

2.   Referenzi għar-Regolament irrevokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament

Artikolu 18

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2009.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, 19 ta' Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il–President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il–President

J.-P. JOUYET


(1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 56, 2.3.1988, p. 1.

(3)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(4)  Intitolata “Żvilupp ta' indikaturi agro-ambjentali għall-monitoraġġ ta' l-integrazzjoni ta' tħassib ambjentali fil-politika agrikola komuni”.

(5)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1.

(6)  ĠU L 151, 15.6.1990, p. 1.

(7)  ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1.

(8)  ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(9)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(10)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(11)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(12)  ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1.

(13)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).

(14)  Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(15)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.)


ANNESS I

Lista ta' attivitajiet agrikoli li jissemmew fid-definizzjoni ta' impriża agrikola

L-attivitajiet li ġejjin (li jistgħu jkunu attivitajiet primarji jew sekondarji) huma bbażati fuq Klassifikazzjoni Statistika Ewropea ta' l-Attivitajiet Ekonomiċi (NACE Rev. 2) għall-produzzjoni tal-ħxejjex u ta' l-annimali, attivitajiet ta' kaċċa u ta' servizzi relatati u li jintużaw sabiex jiddefinixxu impriża agrikola:

Deskrizzjoni ta' l-attività

Kodiċi tan-NACE Rev. 2

Noti addizzjonali dwar attivitajiet inklużi jew esklużi meta jiġu definiti l-attivitajiet agrikoli

Tkabbir ta' għelejjel mhux perenni

01.1

 

Kultivazzjoni ta' ħxejjex perenni

01.2

Impriżi agrikoli li jipproduċu inbid jew żejt taż-żebbuġa minn għeneb jew żebbuġ li jipproduċu huma stess huma inklużi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Propagazzjoni ta' pjanti

01.3

 

Produzzjoni ta' annimali

01.4

L-attivitajiet kollha kklassifikati taħt 01.49 tan-NACE Rev. 2 (Trobbija ta' l-annimali kollha) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament, ħlief:

(i)

it-trobbija u riproduzzjoni tan-nagħam, l-emus u l-fniek;

(ii)

trobbija ta' naħal u l-produzzjoni ta' għasel u x-xemgħa tan-naħal.

Biedja mħallta

01.5

 

Attivitajiet ta' sostenn għall-agrikoltura u attivitajiet ta' wara l-ħsad

01.6

B'mod ġenerali, l-impriżi kollha li jwettqu l-attivitajiet skond in-NACE Rev.2 huma esklużi mill-ambitu ta' dan ir-Regolament jekk dawn jitwettqu b'mod esklussiv.

Madanakollu, l-impriżi li għandhom fil-pussess tagħhom art agrikola f'kundizzjoni ambjentali u agrikola tajba(taħt 01.61 ta' NACE Rev.2) huma inklużi fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.


ANNESS II

Limiti massimi dwar stħarriġ ta’ l-istrutturi ta’ l-impriżi agrikoli u l-istħarriġ dwar metodi ta’ produzzjoni agrikola

Karatteristiċi

Limitu massimu

Żona ta’ raba użata

Uċuħ tar-raba’, art għall-koltivazzjoni domestika, mergħa permanenti, ħxejjex permanenti

5 ha

Ħxejjex ta’ barra permanenti

Frott, berry, mixtla ta’ ċitru u ta’ żebbuġ, dwieli u mixtla ta’ pjanti li għadhom żgħar

1 ha

Produzzjoni intensiva oħra

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli, li jinsabu barra jew li għandhom kopertura protettiva (mhux aċċessibbli) baxxa

0,5 ha

Tabakk

0,5 ha

Ħops

0,5 ha

Qoton

0,5 ha

Ħxejjex taħt il-ħġieġ jew taħt kopertura ta’ protezzjoni oħra (aċċessibbli)

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli

0,1 ha

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtla fejn ikunu għadhom żgħar)

0,1 ha

L-annimali bovini

Kollha

10 Irjus

Ħnieżer

Kollha

50 Ras

Majjali femminili għat-tgħammir

10 Irjus

Naghag

Kollha

20 Ras

Moghoz

Kollha

20 Ras

Tjur

Kollha

1 000 Ras


ANNESS III

Lista tal-karatteristiċi ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli

KARATTERISTIĊI

UNITAJIET/KATEGORIJI

I.   

General characteristics

Lok ta' l-impriża

 

– –

Latitudni (sa ark ta' 5 minuti jew anqas)

Gradi: Minuti

– –

Lonġitudni (sa ark ta' 5 minuti jew anqas)

Gradi: Minuti

Personalità ġuridika ta' l-impriża

 

– –

Ir-responsabbiltà legali u ekonomika hija ta':

 

– – –

persuna naturali li hija detentur uniku, meta l-impriża hija indipendenti?

Iva/Le

– – – –

Jekk ir-risposta għall-mistoqsija preċedenti hija “iva”, din il-persuna (id-detentur) hija wkoll il-maniġer?

Iva/Le

– – – – –

Jekk din il-persuna mhix il-maniġer, il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur?

Iva/Le

– – – – –

Jekk il-maniġer huwa membru tal-familja tad-detentur, il-maniġer huwa l-konjugu tad-detentur? (1)

Iva/Le

– – –

jew persuna naturali waħda jew iktar li hija/huma konjugi, meta l-impriża tkun impriża magħmula minn grupp magħqud flimkien?

Iva/Le

– – –

persuna legali?

Iva/Le

Tip ta' tenuta (fir-rigward tad-detentur) u sistema ta' biedja

 

– –

Żona ta' raba' utilizzata:

 

– – –

Biedja għall-proprjetarju

ettaru

– – –

Biedja għall-gabillott

ettaru

– – –

Għal tip ta' biedja fejn il-bidwi jkollu r-raba' mqabbel għandu u jirċievi sehem mill-profitti minn sid ir-raba' jew modi oħra

ettaru

– –

Biedja organika

 

– – –

Iż-żona totali agrikola użata ta' l-impriża li fiha l-metodi tal-produzzjoni ta' biedja organika jiġu applikati u ċċertifikati skond ir-regoli nazzjonali jew tal-Komunità Ewropea

ettaru

– – –

Iż-żona totali agrikola użata ta' l-impriża li qed tinbidel lejn il-metodi tal-produzzjoni ta' biedja organika li jridu jiġuċċertifikati skond ir-regoli nazzjonali jew tal-Komunità Ewropea

ettaru

– – –

Iż-żona ta' l-impriża li fiha l-metodi ta' produzzjoni ta' biedja organika bi qbil mar-regoli nazzjonali jew tal-Komunità Ewropa huma jew applikati u ċċertifikati jew qed jinbidlu sabiex jiġu ċċertifikati:

 

– – – –

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inklużi ż-żrieragħ)

ettaru

– – – –

Pulses imnixxfin u ħxejjex tal-proteini għall-produzzjoni tal- qamħ (inkluża ż-żerriegħa u taħlitiet ta' ċereali u pulses)

ettaru

– – – –

Patata (inkluża patata bikrija u patata taż-żerriegħa)

ettaru

– – – –

Pitravi (minbarra ż-żerriegħa)

ettaru

– – – –

Ħxejjex taż-żerriegħa taż-żjut

ettaru

– – – –

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli

ettaru

– – – –

Mergħat u egħlieqi tal-ħaxix, għajr għal mergħat ħorox

ettaru

– – – –

Kultivazzjonijiet ta' frott u berry

ettaru

– – – –

Kultivazzjonijiet taċ-ċitru

ettaru

– – – –

Kultivazzjonijiet ta' żebbuġ

ettaru

– – – –

Vinjiet

ettaru

– – – –

Ħxejjex oħrajn (ħxejjex għall-fibra eċċ.)

ettaru

– – –

Metodi ta' produzzjoni organika applikati għall-produzzjoni ta' l-annimali u ċċertifikati skond ir-regoli nazzjonali jew tal-Komunità Ewropea:

 

– – – –

Annimali bovini

Irjus

– – – –

Ħnieżer

Irjus

– – – –

Nagħaġ u mogħoż

Irjus

– – – –

Tjur

Irjus

– – – –

Annimali oħrajn

Iva/Le

– –

Destinazzjoni tal-produzzjoni ta' l-impriża:

 

– – –

Konsum domestiku iktar minn 50 % tal-valur tal-produzzjoni finali ta' l-impriża

Iva/Le

– – –

Bejgħ dirett lill-konsumatur aħħari jirrappreżenta iktar minn 50 % tal-bejgħ finali ta' l-impriża (1)

Iva/Le

II.   

Art

Raba' Li Jinħarat

 

– –

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluż żrieragħ):

 

– – –

Qamħ komuni u spelt

ettaru

– – –

Qamħ iebes

ettaru

– – –

Segala

ettaru

– – –

Xgħir

ettaru

– – –

Ħafur

ettaru

– – –

Żrieragħ tal-Qamħirrum

ettaru

– – –

Ross

ettaru

– – –

Ċereali oħrajn għall-produzzjoni tal-qamħ

ettaru

– –

Pulses imnixxfin u ħxejjex li huma sors tal-proteini għall-produzzjoni taż-żrieragħ (inklużi żerriegħa u taħlitiet ta' pulses u ċereali)

ettaru

– – –

fosthom piżelli, il-fażola ta' l-għelieqi u l-lupin ħelu

ettaru

– –

Patata (inkluża patata bikrija u patata żerriegħa)

ettaru

– –

Pitravi taz-zokkor (minbarra ż-żerriegħa)

ettaru

– –

Għeruq tal-għalf u l-brassika (minbarra ż-żerriegħa)

ettaru

– –

Uċuħ tar-raba' industrijali:

 

– – –

Tabakk

ettaru

– – –

Ħops

ettaru

– – –

Qoton

ettaru

– – –

Rapa u rapa tan-nevew

ettaru

– – –

Ġirasol

ettaru

– – –

Soja

ettaru

– – –

Żrieragħ taż-żejt tal-kittien

ettaru

– – –

Ħxejjex oħrajn tal-lift

ettaru

– – –

Kittien

ettaru

– – –

Qanneb

ettaru

– – –

Uċuħ tar-raba' fibrużi oħrajn

ettaru

– – –

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinari.

ettaru

– – –

Uċuħ tar-raba' oħrajn industrijali li mhux imsemmija band’oħra

ettaru

– –

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli li minnhom:

 

– – –

Ta' barra jew taħt kopertura baxxa ta' protezzjoni (mhux aċċessibbli)

ettaru

– – – –

Għalqa fil-miftuħ

ettaru

– – – –

Xogħol ta' tkabbir ta' ħxejjex u frott għall-bejgħ

ettaru

– – –

Taħt il-ħġieġ jew taħt kopertura ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli)

ettaru

– –

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr għall-mixtla fejn ikunu għadhom żgħar):

 

– – –

Ta' barra jew taħt kopertura baxxa ta' protezzjoni (mhux aċċessibbli)

ettaru

– – –

Taħt il-ħġieġ jew taħt kopertura ta' protezzjoni oħra (aċċessibbli)

ettaru

– –

Pjanti tal-ħsad bikri:

 

– – –

Ħaxix temporanju

ettaru

– – –

Pjanti oħrajn tal-ħsad bikri:

 

– – – –

Qamħirrumaħdar

ettaru

– – – –

Pjanti leguminiżi

ettaru

– – – –

Pjanti oħrajn tal-ħsad bikri li m'humiex imsemmija band'oħra

ettaru

– –

Żerriegħa ta' l-art maħruta u żerriegħa

ettaru

– –

Ħxejjex oħra ta' l-uċuħ oħra tar-raba'

ettaru

– –

Art mistrieħa mingħajr ebda sussidji

ettaru

– –

Art mistrieħa soġġetta għal pagamenti ta' sussidji, b'ebda użu ekonomiku

ettaru

Art għall-kultivazzjoni domestika

ettaru

Mergħa permanenti

ettaru

– –

Mergħat u għelieqi tal-ħaxix, għajr għal mergħat ħorox

ettaru

– –

Mergħat ħorox

ettaru

– –

Mergħa permanenti li ma tintużax iktar għal raġunijiet ta' produzzjoni u li hija eliġibbli għall-pagamenti tas-sussidji

ettaru

Uċuħ tar-raba' permanenti

 

– –

Kultivazzjonijiet ta' frott u berry

ettaru

– – –

Speċi ta' frott frisk, fosthom:

ettaru

– – – –

Frott ta' żoni klimatiċi moderati

ettaru

– – – –

Frott ta' żoni klimatiċi sottotropikali

ettaru

– – –

Speċi ta' berry

ettaru

– – –

Ġewż

ettaru

– –

Kultivazzjonijiet taċ-ċitru

ettaru

– –

Kultivazzjonijiet ta' żebbuġ

ettaru

– – –

Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-ikel

ettaru

– – –

Li normalment jipproduċu żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

ettaru

– –

Dwieli li minnhom normalment jipproduċu:

ettaru

– – –

Inbid ta' kwalità

ettaru

– – –

Inbejjed oħra

ettaru

– – –

Għeneb ta' l-ikel

ettaru

– – –

Żbib

ettaru

– –

Mixtliet

ettaru

– –

Uċuħ tar-raba permanenti oħrajn

ettaru

– – –

li minnhom siġar tal-Milied (1)

ettaru

– –

Uċuħ tar-raba permanenti taħt il-ħġieġ

ettaru

Raba' ieħor

 

– –

Art agrikola mhux utilizzata

ettaru

– –

Żona ta' boskijiet

ettaru

– – –

fosthom tibdil qasir ta' l-uċuħ

ettaru

– –

Art oħra (art okkupata minn bini, qrejten, passaġġi, għadajjar, barrieri, art ħawlijja, blat, eċċ.)

ettaru

Faqqiegħ, żona irrigata, uċuħ tar-raba' għall-enerġija u prodotti tar-raba' genetikament modifikati

 

– –

Faqqiegħ:

ettaru

– –

Żona li hija irrigata

 

– – –

Żona totali irrigabbli

ettaru

– – –

Żona totali kkoltivata li hija irrigata ta' l-anqas darba fl-aħħar 12-il xahar

ettaru

– –

Uċuħ tar-raba' għall-enerġija (għall-produzzjoni ta' bijokarburanti jew enerġija rinnovabbli oħra)

ettaru

– – –

li minnhom żona mistrieħa

ettaru

– –

Prodotti tar-raba' genetikament modifikati

ettaru

III.   

Bhejjem

Equidae

Irjus

Annimali Bovini:

 

– –

Annimali bovini taħt sena, maskili u femminili

Irjus

– –

Annimali bovini, ta' sena iżda iżgħar minn sentejn, maskili

Irjus

– –

Annimali bovini, ta' sena iżda iżgħar minn sentejn, femminili

Irjus

– –

Annimali bovini maskili, ta' sentejn u iktar

Irjus

– –

Erħiet, ta' sentejn u iktar

Irjus

– –

Baqar tal-ħalib:

Irjus

– –

Baqar oħrajn

Irjus

Nagħaġ u Mogħoż:

 

– –

Nagħaġ (l-etajiet kollha)

Irjus

– – –

Mogħoż li jnisslu

Irjus

– – –

Ngħaġ oħrajn

Irjus

– –

Mogħoż (l-etajiet kollha)

Irjus

– – –

Mogħoż li jnisslu

Irjus

– – –

Mogħoż oħrajn

Irjus

Majjali:

 

– –

Ħnienes b'piż ħaj ta' taħt-il 20 kilogramm

Irjus

– –

Majjali femminili li jnisslu li jiżnu 50 kilogramma jew iktar

Irjus

– –

Majjali oħra

Irjus

Tjur:

 

– –

Broilers

Irjus

– –

Tiġieġ li jbidu

Irjus

– –

Tjur oħrajn:

Irjus

– – –

Dundjani (1)

Irjus

– – –

Papri (1)

Irjus

– – –

Wiżż (1)

Irjus

– – –

Nagħam (1)

Irjus

– – –

Tjur oħra, li m'humiex imsemmija band’oħra (1)

Irjus

Fniek, femminili li jnisslu

Irjus

Naħal

Bejtiet

Bhejjem li mhux imsemmija

Iva/Le

IV.   

Makkinarju u tagħmir

IV. (i)

Makkinarju  (1)

Li huwa esklussivament għall-impriża

 

– –

Gafef b'erba' roti, gafef li jagħmlu l-passaġġi u ġarrejja ta' l-għodda

Numru

– –

Kultivaturi, makkinarji ta' l-għażiq, mgħażqiet li jduru u mowers bil-mutur

Numru

– –

Ħassada li jikkumbinaw

Numru

– –

Ħassada oħrajn mekkanizzati kompletament

Numru

Makkinarju użat minn diversi impriżi

– –

Gafef b'erba' roti, gafef li jagħmlu l-passaġġi u ġarrejja ta' l-għodda

Iva/Le

– –

Kultivaturi, makkinarji ta' l-għażiq, mgħażqiet li jduru u mowers bil-mutur

Iva/Le

– –

Ħassada li jikkumbinaw

Iva/Le

– –

Ħassada oħrajn mekkanizzati kompletament

Iva/Le

IV. (ii)   

Tagħmir

Tagħmir użat għall-produzzjoni rinnovabbli ta' l-enerġija skond it-tip ta' sors ta' l-enerġija:

 

– –

Ir-riħ

Iva/Le

– –

Il-Bijomassa

Iva/Le

– – –

fosthom bio-methane

Iva/Le

– –

Tax-Xemx

Iva/Le

– –

Idroenerġija

Iva/Le

– –

Tipi oħrajn ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli

Iva/Le

V.   

IL-Ħaddiema

V.(i)   

Xogħol tal-biedja fl-impriża

Id-detentur

 

– –

Sess

Raġel/Mara

– –

Età

Livelli ta' età (2)

– –

Ix-xogħol tal-biedja fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 1 (3)

Maniġer

 

– –

Sess

Raġel/Mara

– –

Età

Firxa ta' età

– –

Ix-xogħol tal-farm fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 2 (4)

Taħriġ tal-maniġer

 

– –

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Training codes (5)

– –

Taħriġ vokazzjonali li sar mill-maniġer matul l-aħħar 12 –il xahar (6)

Iva/Le

Membri tal-familja tad-detentur waħdu li jagħmlu xogħol fil-farm għall-impriża: maskili

 

– –

Ix-xogħol tal-farm fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 2

Membri tal-familja tad-detentur waħdu li jagħmlu xogħol fil-farm għall-impriża: femminili

 

– –

Ix-xogħol tal-farm fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 2

Ħaddiem li mhux tal-familja impjegat regolarment: maskili

 

– –

Ix-xogħol tal-farm fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 2

Ħaddiem li mhux tal-familja impjegat regolarment: femminili

 

– –

Ix-xogħol tal-farm fl-impriżi (minbarra x-xogħol tad-dar)

AWU % livell 2

Ħaddiem li mhux familja impjegat fuq bażi regolari: raġel u mara

Ġranet ta' ħidma full-time

Numru totali ta' ġranet ta' xogħol full-time ekwivalenti għal xogħol fl-impriżi agrikoli matul it-12-il xahar ta' qabel il-ġurnata meta jsir l-istħarriġ, li mhux inklużi taħt kategoriji preċedenti, li jsir fl-impriża minn persuni li mhumiex impjegati direttament mill-impriża (eż impjegati ta' kuntratturi)

Ġranet ta' ħidma full-time

V.(ii)   

Attivitajiet oħrajn ta' qligħ (xogħol li mhux ta' l-impriżi agrikoli fl-impriża u xogħol barra l-impriża)

Attivitajiet oħrajn ta' qligħ mid-detentur li huwa wkoll il-manager:

 

– –

Bħala x-xogħol ewlieni tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Bħala x-xogħol sussidjarju tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Jekk jiġu mwettqa attivitajiet oħrajn ta' qligħ

 

– – –

Attivitajiet relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

– – –

Attivitajiet mhux relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

Attivitajiet oħra ta' qligħ mill-konjugu tad-detentur ewlieni

 

– –

Bħala x-xogħol ewlieni tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Bħala x-xogħol sussidjarju tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Jekk jiġu mwettqa attivitajiet oħrajn ta' qligħ

 

– – –

Attivitajiet relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

– – –

Attivitajiet mhux relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

Attivitajiet oħra ta' qligħ tal-membri l-oħra tal-familja tad-detentur ewlieni

 

– –

Bħala x-xogħol ewlieni tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Bħala x-xogħol sussidjarju tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Jekk jiġu mwettqa attivitajiet oħrajn ta' qligħ

 

– – –

Attivitajiet relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

– – –

Attivitajiet mhux relatati direttament ma' l-impriża

Iva/Le

Ħaddiema li mhumiex membri tal-familja, impjegati direttament fuq bażi regolari u involuti f'attivitajiet oħra ta' qligh li huma direttament relatati ma' l-impriża

 

– –

Bħala x-xogħol ewlieni tiegħu/tagħha

Iva/Le

– –

Bħala x-xogħol sussidjarju tiegħu/tagħha

Iva/Le

VI.   

Attivitajiet ta' qligħ oħra li mhumiex fl-impriża (direttament relatati ma' l-impriża)

VI.(i)   

Lista ta' attivitajiet ta' qligħ oħra

Turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet rekrejattivi oħra

Iva/Le

Artiġjanat

Iva/Le

L-ipproċessar tal-prodotti ta' l-impriżi agrikoli

Iva/Le

Il-Produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli

Iva/Le

L-ipproċessar ta' l-injam (eż qtugħ ta' injam)

Iva/Le

Akwakultura

Iva/Le

Xogħol kuntrattwali (permezz ta' mezzi ta' produzzjoni fl-impriża)

 

– –

Agrikoltura (għal impriżi oħrajn)

Iva/Le

– –

Mhux agrikoli

Iva/Le

Forestery

Iva/Le

Oħrajn

Iva/Le

VI.(ii)   

L-importanza ta' l-attivitajiet ta'qligħ oħra relatati direttament ma' l-impriża

Perċentwal tal-produzzjoni finali ta' l-impriża

Livelli ta' Perċentwali (7)

VII.   

Appoġġ għall-iżvilupp rurali

L-impriżi li bbenefikaw minn waħda mill-miżuri ta' żvilupp rurali li ġejjin matul l-aħħar 3 snin

Iva/Le

– –

L-użu ta' servizzi ta' konsulenza

Iva/Le

– –

Modernizzazzjoni ta' l-impriżi agrikoli

Iva/Le

– –

Tkabbir tal-valur tal-prodotti agrikoli u tal-foresterija

Iva/Le

– –

Konformità ma' l-istandards ibbażati fuq leġiżlazzjoni Komunitarja

Iva/Le

– –

Parteċipazzjoni tal-bdiewa fi skemi ta' kwalità ta' l-ikel

Iva/Le

– –

Pagamenti min-Natura 2000 għal żoni agrikoli

Iva/Le

– –

Pagamenti konnessi mad-Direttiva ta' Qafas għall-Ilma (8)

Iva/Le

– –

Pagamenti Agro-ambjentali

Iva/Le

– – –

fosthom fil-qafas tal-biedja organiku

Iva/Le

– –

Pagamenti għall-benesseri ta' l-annimali

Iva/Le

– –

Diversifikazzjoni f'attivitajiet mhux agrikoli

Iva/Le

– –

L-inkuraġġament ta' l-attivitajiet turistiċi

Iva/Le


(1)  M'għandux jiġi pprovdut fl-2010.

(2)  Livelli ta' età: (Minn età ta' tluq mill-iskola-24 sena), (25-34), (35-44), (45-54), (55-64), (65 u iktar).

(3)  Livell 1 tal-Perċentwal ta' l-Unità tax-Xogħol Annwali (AWU):: (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(4)  Livell 2 ta' Perċentwal ta' l-Unità tax-Xogħol Annwali (AWU): (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75-< 100), (100).

(5)  Kodiċi ta' taħriġ: (esperjenza agrikola prattika biss), (taħriġ agrikolu biss), (taħriġ agrikolu komplut).

(6)  M'għandux jiġi pprovdut fl-2013.

(7)  Livelli ta' perċentwal: (≥ 0-≤ 10).(> 10-≤ 50).(> 50-< 100).

(8)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).


ANNESS IV

KONDIZZJONIJIET DWAR IL-PREĊIŻJONI

Il-kampjuni ta' l-istħarriġ speċifikati f'dan ir-Regolament għandhom ikunu rappreżentattivi statistikament fil-livell tar-reġjuni NUTS 2 u għall-aggregazzjonijiet nazzjonali għal żoni inqas iffavuriti (1) fit-termini tat-tip u d-daqs ta' l-impriżi agrikoli, b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 85/377/KEE, 7.6.1985 li tistabbilixxi tipoloġija Komunitarja għall-impriżi agrikoli (2). Barra minn hekk, livelli speċifikati ta' preċiżjoni huma meħtieġa għal karatteristiċi ta' uċuħ tar-raba' u bhejjem ta' l-impriżi agrikoli.

Dawn il-livelli ta' preċiżjoni huma mogħtija fit-tabelli ta' preċiżjoni hawn taħt u japplikaw għar-reġjuni NUTS 2 kollha li għandhom mill-inqas 10 000 impriża. Għal reġjun NUTS 2 li għandu inqas minn 10 000 impriża, dawn il-livelli ta' preċiżjoni japplikaw minflok għar-reġjun assoċjat NUTS 1, sakemm dan ir-reġjun NUTS 1 ikun fih mill-inqas 1 000 impriża. Għall-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola, il-karatteristiċi rilevanti ta' uċuħ tar-raba' u bhejjem ser ikunu disponibbli mir-riżultati ta' l-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli 2010.

Kategoriji ta' preċiżjoni għall-istħarriġ dwar l-istruttura ta' l-impriżi agrikoli 2013 u 2016

Karatteristiċi tal-ħxejjex:

Ċereali għall-produzzjoni ta' qamħ (inklużi żrieragħ), li jinkludu qamħ komuni u spelt, qamħ durum, segala, xgħir, ħafur, qamħirrum, ross u ċereali oħrajn għall-produzzjoni ta' żrieragħ;

Pulses imnixxfin u ħxejjex tal-proteinmini għall-produzzjoni ta' qamħ (inklużi ż-żrieragħ u taħlitiet ta' ċereali u pulses):

Patata (inkluża patata bikrija u patata żerriegħa)

Pitravi taz-zokkor (minbarra ż-żerriegħa);

Ħxejjex tal-lift inkluż ir-rapa, rapa tan-nevew, ġirasol, sojja, kittien u ħxejjex oħrajn tal-lift;

Ħxejjex friski, bettiegħ u frawli;

Fjuri u pjanti ornamentali (minbarra l-imxietel);

Pjanti tal-ħsad bikri;

Mergħat u għelieqi tal-ħaxix, minbarra mergħat ħorox;

Kultivazzjonijiet ta' frott u berry;

Kultivazzjonijiet taċ-ċitru;

Plantazzjonijeit ta' żebbuġ

Vinjiet

Karatteristiċi ta' bhejjem:

Baqar tal-ħalib;

Baqar oħrajn;

Annimali bovini oħra;

Majjalifemminili għat-tgħammir;

Majjali oħra;

Nagħaġ

Mogħoż

Tjur

Kategoriji ta' preċiżjoni għall-kampjuni ta' l-istħarriġ li jsiru bħala parti mill-istħarriġ dwar l-Istrutturi ta' l-impriżi agrikoli fl-2010 u L-Istħarriġ fuq metodi ta' produzzjoni agrikola

Karatteristiċi tal-ħxejjex:

Ċereali għall-produzzjoni ta' qamħ (inklużi żrieragħ), li jinkludu qamħ komuni u spelt, qamħ durum, segala, xgħir, ħafur, qamħirrum, ross u ċereali oħrajn għall-produzzjoni ta' żrieragħ;

Patata (inkluża l-patata bikrija u żrieragħ) u pitravi taz-zokkor (ħlief iż-żerriegħa);

Ħxejjex tal-lift inkluż ir-rapa, rapa tan-nevew, ġirasol, sojja, kittien u ħxejjex oħrajn tal-lift;

Ħxejjex ta' barra permanenti inkluż frott, berry, mixtla taċ-ċitru u taż-żebbuġ, dwieli, mixtla ta' pjanti żgħar u ħxejjex ta' barra oħrajn permanenti;

Ħaxix frisk, bettiegħ, frawli, fjuri u pjanti ornamentali (esklużi mixtla ta' pjanti żgħar);

Ħaxix temporanju u mergħa permanenti

Karatteristiċi ta' bhejjem:

Annimali bovini (kull età);

Nagħaġ u mogħoż (kull età);

Majjali

Tjur

Tabella ta' preċiżjoni għal reġjuni NUTS 2 li għandhom mill-inqas 10 000 impriżi agrikoli

Kategoriji ta' preċiżjoni

Stħarriġ dwar l-istrutturi ta' l-impriżi agrikoli fl-2013 u fl-2016

Stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola

Prevalenza tal-karatteristika fir-reġjun NUTS 2

Standard ta' żballrelattiv

Prevalenza tal-karatteristika fir-reġjun NUTS 2

Standard ta' żballrelattiv

Karatteristiċi tal-ħxejjex fl-impriżi agrikoli

7,5  % jew iktar ta' żona agrikola utilizzata

< 5 %

10 % jew iktar taż- żona agrikola utilizzata

< 10 %

Karatteristiċi tal-bhejjem fl-impriżi agrikoli

7,5  % jew iktar ta' l-unitajiet ta' bhejjem u aktar minn 5 % ta' sehem nazzjonali ta' kull kategorija

< 5 %

10 % jew iktar ta' l-unitajiet ta' bhejjem u aktar minn 5 % ta' sehem nazzjonali ta' kull kategorija

< 10 %

Tabella ta' preċiżjoni għal reġjuni NUTS 2 b'inqas minn 10 000 impriża agrikola

Kategoriji ta' preċiżjoni

Stħarriġ dwar l-istrutturi ta' l-impriżi agrikoli fl-2013 u fl-2016

Stħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola

Prevalenza tal-karatteristika fir-Reġjun assoċjat NUTS 1 li għandu mill-inqas 1 000 impriża

Standard ta' żballrelattiv

Prevalenza tal-karatteristika fir-Reġjun assoċjat NUTS 1 li għandu mill-inqas 1 000 impriża

Standard ta' żballrelattiv

Karatteristiċi tal-ħxejjex fl-impriżi agrikoli

7,5  % jew iktar taż- żona agrikola utilizzata

< 5 %

10 % jew iktar taż- żona agrikola utilizzata

< 10 %

Karatteristiċi tal-bhejjem fl-impriżi agrikoli

7,5  % jew iktar ta' l-unitajiet ta' bhejjem u aktar minn 5 % ta' sehem nazzjonali ta' kull kategorija

< 5 %

10 % jew iktar ta' l-unitajiet ta' bhejjem u aktar minn 5 % ta' sehem nazzjonali ta' kull kategorija

< 10 %


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (EAGGF) (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80).

(2)  ĠU L 220, 17.8.1985, p. 1.


ANNESS V

Lista ta' karatteristiċi għall-istħarriġ dwar metodi ta' produzzjoni agrikola

Karatteristika

Unitajiet/kategoriji

Metodu ta' tkabbir ta' l-uċuħ

Tkabbir ta' l-uċuħ konvenzjonali (moħriet mouldboard jew moħriet forma ta' diska)

ettaru

Tkabbir ta' l-uċuħ b'konservazzjoni (tkabbir baxx)

ettaru

L-ebda tkabbir ta' l-uċuħ (koltivazzjoni diretta)

ettaru

Konservazzjoni tal-ħamrija

Kopertura ta' ħamrija fix-xitwa:

Ħxejjex normali tax-xitwa

ettaru

Ħxejjex ta' kopertura jew ħxejjex intermedjarji

ettaru

Residwi ta' pjanti

ettaru

Ħamrija waħedha

ettaru

Tibdil ta' l-uċuħ

Sehem ta' żona ta' art maħduma li hija barra mit-tibdil ta' l-uċuh ippjanat.

Tranche % TA (1)

Karatteristiċi tal-pajsaġġ

Elementi lineari miżmuma mill-bdiewa matul l-aħħar tliet snin fosthom:

Sisien ta' ħaxix

Iva/Le

Fillieri ta' siġar

Iva/Le

Ħitan tal-ġebel

Iva/Le

Elementi lineari stabbiliti matul l-aħħar 3 snin, fosthom:

Sisien ta' ħaxix

Iva/Le

Fillieri ta' siġar

Iva/Le

Ħitan tal-ġebel

Iva/Le

Regħi ta' l-annimali

Regħi fl-impriża

Żona fejn sar ir-regħi matul l-aħħar sena

ettaru

Ammont ta' żmien meta l-annimali jinsabu barra fil-mergħat

Xhur fis-sena

Regħi fuq art komuni:

Numru totali ta' l-annimali li jirgħu fuq art komuni

Irjus

Ammont ta' żmien meta l-annimali jinsabu jirgħu fuq art komuni

Xhur fis-sena

Akkomodazzjoni ta' l-annimali

Bhejjem ta' l-ifrat:

Stalla marbuta ma' puntal – b'demel solidu u demel likwidu

Postijiet

Stalla (marbuta ma' puntal) – b'demel maħlul

Postijiet

Stalla konvenzjonali – b'demel solidu u demel likwidu

Postijiet

Stalla konvenzjonali – b'demel maħlul

Postijiet

Oħrajn

Postijiet

Majjali:

Fuq art parzjalment bil-paletti

Postijiet

Fuq art kompletament bil-paletti

Postijiet

Fuq sodod tat-tiben (deep litter-loose housing)

Postijiet

Oħrajn

Postijiet

Tiġieġ li jbidu:

Fuq sodod tat-tiben (deep litter-loose housing)

Postijiet

Batteriji ta' gaġeġ (it-tipi kollha)

Postijiet

 

Batteriji ta' gaġeġ biċ-ċineg li jneħħu il-ħmieġ

Postijiet

 

Batteriji ta' gaġeġ bil-fossa fonda

Postijiet

 

Batterija ta' gaġeġ bl-istilt house

Postijiet

Oħrajn

Postijiet

Applikazzjoni tad-demel

Żona agrikola utilizzata li fuqha jiġi applikat demel solidu/ta' l-irziezet

Total

UAA % band (2)

B'inkorporazzjoni immedjata

Livell ta' % UAA

Żona agrikola utilizzata li fuqha huwa applikat demel maħlul

Total

Livell ta' % UAA

B'inkorporazzjoni jew injezzjoni immedjata

Livell ta' % UAA

Perċentwal ta' demel prodott li huwa esportat mill-impriża

Livell ta' Perċentwali (3)

Faċilitajiet ta' ħażna u trattament tad-demel

Faċilitajiet ta' ħażna għal:

Demel solidu

Iva/Le

Demel likwidu

Iva/Le

Demel maħlul

Tankijiet ta' demel maħlul

Iva/Le

Laguna

Iva/Le

Il-faċilitajiet ta' ħażna huma koperti?

Demel solidu

Iva/Le

Demel likwidu

Iva/Le

Demel maħlul

Iva/Le

Tisqija

Żona msaqqija

Żona medja msaqqija dawn l-aħħar tliet snin

ettaru

Żona totali kkoltivata li hija msaqqija ta' l-anqas darba fl-aħħar 12-il xahar

Total

ettaru

Ċereali għall-produzzjoni tal-qamħ (inkluża ż-żerriegħa) (ħlief il-qamħirrum u r-ross)

ettaru

Qamħirrum (żrieragħ u aħdar)

ettaru

Ross

ettaru

Pulses imnixxfa u ħxejjex tal-proteini għall-produzzjoni ta' qamħ (inlkluża ż-żerriegħa u taħlitiet ta' ċereali u pulses)

ettaru

Patata (inluża patata bikrija u patata taż-żerriegħa)

ettaru

Pitravi (minbarra ż-żerriegħa)

ettaru

Rapa u rapa tan-nevew

ettaru

Ġirasol

ettaru

Ħxejjex tal-fibra (kittien, qanneb, ħxejjex tal-fibra)

ettaru

Ħaxix frisk, bettiegħ u frawli- f'għelieqi fil-ftuħ

ettaru

Ħaxix temporanju u mergħat permanenti,

ettaru

Ħxejjex oħrajn fuq l-uċuħ

ettaru

Kultivazzjonijiet ta' frott u berry

ettaru

Kultivazzjonijiet taċ-ċitru

ettaru

Kultivazzjonijiet ta' żebbuġ

ettaru

Vinjiet

ettaru

Metodi ta' tisiqija użati:

Tisqija tal-wiċċ (għargħar, raddiet)

Iva/Le

Tisqija bit-tixrix

Iva/Le

Tisqija bit-taqtir

Iva/Le

Għajn ta' ilma għat-tisqija użat fl-impriża

Fl-ilma tal-pjan fl-impriża agrikola

Iva/Le

Ilma tal-wiċċ fl-impriża agrikola(għadajjar jew ilqugħ)

Iva/Le

Ilma tal-wiċċ barra l-impriża agrikola minn għadajjar, xmajjar jew passaġġi ta' l-ilma

Iva/Le

Ilma min-netwerk ta' forniment ta' ilma komuni li jiġi minn barra l-impriża agrikola

Iva/Le

Għejun oħrajn

Iva/Le


(1)  Livell ta' perċentwal (AA) ta' żona ta' l-uċuħ tar-raba’: (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75)

(2)  Livell ta' perċentwal taż-żona agrikola utilizzata (UAA): (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75).

(3)  Livell ta' perċentwal: (0), (> 0-< 25), (≥ 25-< 50), (≥ 50-< 75), (≥ 75)


1.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 321/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.