ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
22 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1161/2008 tal-21 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi ( 1 )

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/878/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06)) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178)  ( 1 )

31

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1161/2008

tal-21 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-22 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 21 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

64,6

TR

71,8

ZZ

54,0

0707 00 05

JO

167,2

MA

51,9

TR

88,1

ZZ

102,4

0709 90 70

MA

64,5

TR

93,7

ZZ

79,1

0805 20 10

MA

60,7

ZZ

60,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

56,9

HR

50,0

IL

66,1

TR

61,6

ZZ

58,7

0805 50 10

MA

65,5

TR

68,1

ZA

71,5

ZZ

68,4

0808 10 80

CA

87,1

CL

67,1

CN

55,8

MK

33,4

US

103,2

ZA

118,8

ZZ

77,6

0808 20 50

CN

41,1

KR

112,1

TR

106,0

ZZ

86,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/3


DIRETTIVA 2008/98/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tad-19 ta’ Novembru 2008

dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (4) tistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-immaniġġar ta’ l-iskart fil-Komunità. Hija tiddefinixxi kunċetti ewlenin bħall-iskart, l-irkupru u r-rimi u tistabbilixxi r-rekwiżiti essenzjali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, b’mod partikolari obbligu li stabbiliment jew impriża li twettaq operazzjonijiet ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart ikollha permess jew tkun irreġistrata, u obbligu li Stati Membri jfasslu pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart. Hija wkoll tistabbilixxi prinċipji ewlenin bħall-obbligu li l-iskart ikun ittrattat b’mod li ma jkollux impatt negattiv fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, bħall-inkoraġġiment li tkun applikata l-ġerarkija ta’ l-iskart, u, skond il-prinċipju li min iniġġes iħallas, ir-rekwiżit li l-ispiża tar-rimi ta’ l-iskart għandha tinġarr mid-detentur ta’ l-iskart, minn detenturi preċedenti jew mill-produtturi tal-prodott li minnu ġie l-iskart.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi s-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Ambjent (5) issejjaħ għall-iżvilupp jew ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni fuq l-iskart, inkluża kjarifika tad-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart, u għall-iżvilupp ta’ miżuri rigward il-prevenzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluż l-iffissar ta’ objettivi.

(3)

Il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2003 lejn Strateġija Tematika dwar il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ ta’ l-iskart innotat il-ħtieġa li jkunu vvalutati d-definizzjonijiet eżistenti ta’ rkupru u rimi, il-ħtieġa għal definizzjoni applikabbli b’mod ġenerali ta’ riċiklaġġ u dibattitu dwar id-definizzjoni ta’ skart.

(4)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ April 2004 dwar il-komunikazzjoni msemmija hawn fuq (6), il-Parlament Ewropew sejjaħ lill-Kummissjoni biex tikkunsidra li testendi d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 1996 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis (7) għas-settur ta’ l-iskart kollu kemm hu. Huwa talab ukoll lill-Kummissjoni biex tiddistingwi b’mod ċar bejn rkupru u rimi u biex tiċċara d-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart.

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ l-1 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill sejjaħ lill-Kummissjoni biex tressaq proposta għar-reviżjoni ta’ ċerti aspetti tad-Direttiva 75/442/KEE, imħassra u sostitwita mid-Direttiva 2006/12/KE, sabiex tiċċara d-distinzjoni bejn skart u dak li mhux skart u dak bejnrkupru u rimi.

(6)

L-ewwel objettiv ta’ kwalunkwe politika dwar l-iskart għandu jkun li jiġu mminimizzati l-effetti negattivi li għandhom il-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. Il-politika ta’ l-iskart għandha timmira wkoll li tnaqqas l-użu ta’ riżorsi, u li tiffavorixxi l-applikazzjoni prattika tal-ġerarkija ta’ l-iskart.

(7)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-24 ta’ Frar 1997 dwar strateġija tal-Komunità għall-immaniġġar ta’ l-iskart1 (8), il-Kunsill ikkonferma li l-prevenzjoni ta’ l-iskart għandha tkun l-ewwel prijorità fl-immaniġġar ta’ l-iskart, u li l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjal għandhom jieħdu preċedenza fuq l-irkupru ta’ l-enerġija mill-iskart, meta u safejn dawn ikunu l-aħjar għażliet ekoloġiċi.

(8)

Huwa għalhekk meħtieġ li d-Direttiva 2006/12/KE tiġi riveduta sabiex ikunu ċċarati kunċetti ewlenin bħad-definizzjonijiet ta’ skart,rkupru u rimi, biex jissaħħu l-miżuri li għandhom jittieħdu dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart, biex ikun introdott approċċ li jikkunsidra ċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali u mhux biss il-fażi ta’ l-iskart, u biex jiffoka fuq it-tnaqqis ta’ l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart u l-immaniġġar ta’ l-iskart, u b’hekk jissaħħaħ il-valur ekonomiku ta’ l-iskart. Barra minn hekk, jeħtieġ li wieħed jinkoraġixxi l-irkupru ta’ l-iskart u l-użu ta’ materjal irkuprat sabiex jiġu ppreservati r-riżorsi naturali. Fl-interessi taċ-ċarezza u l-leġibbiltà, id-Direttiva 2006/12/KE għandha titħassar u tkun sostitwita b’direttiva ġdida.

(9)

Ladarba l-biċċa l-kbira ta’ l-operazzjonijiet sinifikanti ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart issa huma koperti bil-leġiżlazzjoni tal-Komunità fil-qasam ta’ l-ambjent, huwa importanti li din id-Direttiva tkun adattata għal dak l-approċċ. Enfasi fuq l-objettivi ambjentali stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat tkun tippermetti konċentrazzjoni aktar preċiża fuq l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart u l-immaniġġar ta’ l-iskart matul iċ-ċiklu tal-ħajja tar-riżorsi. Għaldaqstant, il-bażi legali għal din id-Direttiva għandha tkun l-Artikolu 175.

(10)

Għandhom jiġu applikati regoli effettivi u konsistenti dwar it-trattament ta’ l-iskart, suġġetti għal ċerti eċċezzjonijiet, għall-proprjetà mobbli li d-detentur jarmi jew li bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi.

(11)

L-istatus ta’ skart ta’ ħamrija skavata mhux kontaminata u ta’ materjal ieħor li jirriżulta b’mod naturali, li jintużaw f’siti differenti minn dak li minnu jkunu ġew skavati,għandhom jitqiesu skond id-definizzjoni ta’ l-iskart u d-dispożizzjonijiet dwar prodotti sekondarji jew dwar l-istatus ta’ tmiem ta’ l-iskart taħt din id-Direttiva.

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji ta’ l-annimali mhux maħsuba għall-konsum uman (9) jipprovdi, inter alia, kontrolli proporzjonati fir-rigward tal-ġbir, it-trasport, l-ipproċessar, l-użu u r-rimi tal-prodotti sekondarji kollha mill-annimali inkluż l-iskart li joriġina mill-annimali, sabiex jiġi evitat li dan jippreżenta riskju għas-saħħa ta’ l-annimali u dik pubblika. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi ċċarata r-rabta ma’ dak ir-Regolament, biex jiġu evitati regoli dduplikati billi l-prodotti sekondarji mill-annimali fejn dawn huma maħsuba għall-użi li m’humiex ikkunsidrati bħala operazzjonijiet ta’ skart jkunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(13)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1774/2002, huwa xieraq li jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-iskart u tad-dispożizzjonijiet tagħha dwar skart perikoluż fir-rigward tal-prodotti sekondarji mill-annimali regolati bir-Regolament (KE) Nru 1774/2002. Fejn prodotti sekondarji mill-annimali joħolqu riskji potenzjali għas-saħħa, l-istrument legali xieraq biex jindirizza dawn ir-riskji huwa r-Regolament (KE) Nru 1774/2002 u għandu jiġi evitat li jirdoppja inutilment il-leġiżlazzjoni ta’ l-iskart.

(14)

Il-klassifikazzjoni ta’ l-iskart bħala skart perikoluż għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq il-leġiżlazzjoni Komunitarja dwar is-sustanzi kimiċi, partikolarment fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ preparati bħala perikolużi, inklużi l-valuri tal-limitu ta’ konċentrazzjoni wżati għal dak l-iskop. L-iskart perikoluż jeħtieġ li jiġi regolat skond speċifikazzjonijiet stretti sabiex, kemm jista’ jkun, jinżammu milli jseħħu jew ikunu limitati effetti negattivi potenzjali fuq l-ambjent u fuq is-saħħa tal-bniedem ikkawżati minn mmaniġġar skorrett. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tinżamm is-sistema li biha kienu ġew ikklassifikati l-iskart u l-iskart perikoluż skond il-lista tat-tipi ta’ skart kif stabbilita l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (10), sabiex tkun imħeġġa klassifikazzjoni armonizzata ta’ l-iskart u tkun żgurata d-determinazzjoni armonizzata ta’ skart perikoluż fi ħdan il-Komunità.

(15)

Jeħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-ħażna preliminari ta’ l-iskart sakemm jinġabar, il-ġbir ta’ l-iskart u l-ħażna ta’ l-iskart sakemm jiġi ttrattat. Stabbilimenti jew impriżi li jipproduċu l-iskart matul l-attivitajiet tagħhom m’għandhomx jitqiesu bħala involuti fl-immaniġġar ta’ l-iskart u suġġetti għall-awtorizzazzjoni biex jaħżnu l-iskart tagħhom sakemm dan jinġabar.

(16)

Il-ħażna preliminari ta’ l-iskart fid-definizzjoni ta’ ġbir hija mifhuma bħala attività ta’ ħażna sakemm jinġabar ġewwa faċilitajiet fejn jitbattal l-iskart sabiex tkun tista’ ssir il-preparazzjoni tiegħu għal trasport ulterjuri għall-irkupru jew ir-rimi x’imkien ieħor. Id-distinzjoni bejn il-ħażna preliminari ta’ skart sakemm jinġabar u l-ħażna ta’ skart sakemm jiġi ttrattat għandha ssir, b’kont meħud ta’ l-objettiv ta’ din id-Direttiva, skond it-tip ta’ skart, id-daqs u l-perijodu ta’ żmien tal-ħażna u l-objettiv tal-ġbir. Din id-distinzjoni għandha ssir mill-Istati Membri. Il-ħażna ta’ skart qabel l-irkurpru għal perijodu ta’ tliet snin jew aktar u l-ħażna ta’ skart qabel ir-rimi għal perijodu ta’ sena jew aktar huwa suġġett għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma (11).

(17)

Skemi ta’ ġbir ta’ skart li ma jitwettqux fuq bażi professjonali m’għandhomx ikunu suġġetti għar-reġistrazzjoni billi dawn jippreżentaw riskju aktar baxx u jikkontribwixxu għall-ġbir separat ta’ l-iskart. Eżempji ta’ tali skemi huma l-mediċini mormija miġbura mill-ispiżeriji, skemi ta’ teħid lura fi ħwienet għal prodotti tal-konsumatur u skemi komunitarji fl-iskejjel.

(18)

Jinħtieġ li f’din id-Direttiva jiġu inklużi definizzjonijiet ta’ prevenzjoni, użu mill-ġdid, preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, trattament u riċiklaġġ biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-kunċetti.

(19)

Id-definizzjonijiet ta’ rkupru u rimi jeħtieġ li jkunu mmodifikati sabiex jiżguraw distinzjoni ċara bejn iż-żewġ kunċetti, ibbażati fuq differenza ġenwina fl-impatt ambjentali permezz tas-sostituzzjoni tar-riżorsi naturali fl-ekonomija u bl-għarfien tal-benefiċċji potenzjali ta’ l-użu ta’ l-iskart bħala riżors fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem. Barra minn dan, jistgħu jiġu żviluppati linji gwida sabiex jiġu ċċarati l-każijiet fejn fil-prattika huwa diffiċli li tkun applikata din id-distinzjoni jew fejn il-klassifikazzjoni ta’ l-attività bħala rkupru ma taqbilx ma’ l-impatt ambjentali reali ta’ l-operazzjoni.

(20)

Din id-Direttiva għandha tiċċara wkoll meta l-inċinerazzjoni ta’ l-iskart solidu muniċipali hija effiċjenti fl-enerġija u tista’ tiġi kkunsidrata operazzjoni ta’ rkupru.

(21)

L-operazzjonijiet ta’ rimi li jikkonsistu f’rilaxx f’ibħra u oċeani inkluża l-inserzjoni f’qiegħ il-baħar huma wkoll regolati minn konvenzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni tat-Tniġġis Marittimu mit-Tfigħ ta’ Skart u Materja Oħra, magħmula f’Londra fit-13 ta’ Novembru 1972, u l-Protokoll tagħha ta’ l-1996 kif emendat fl-2006.

(22)

M’għandux ikun hemm konfużjoni bejn l-aspetti varji tad-definizzjoni ta’ skart, u għandhom jiġu applikati l-proċeduri xierqa, fejn meħtieġ, għall-prodotti sekondarji li mhumiex skart, minn naħa waħda, jew għal skart li ma jibqax skart, min-naħa l-oħra. Sabiex jiġu speċifikati ċerti aspetti tad-definizzjoni ta’ l-iskart, din id-Direttiva għandha tikkjarifika:

meta sustanzi jew oġġetti li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni li mhux primarjament immirat lejn il-produzzjoni ta’ tali sustanzi jew oġġetti huma prodotti sekondarji u mhux skart. Id-deċiżjoni li sustanza mhix skart tista’ tittieħed biss abbażi ta’ approċċ koordinat, li jrid jiġi aġġornat regolarment, u fejn dan ikun konsistenti mal-protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. Jekk l-użu ta’ prodott sekondarju huwa permess taħt liċenzja ambjentali jew regoli ambjentali ġenerali, dan jista’ jintuża mill-Istati Membri bħala għodda sabiex jiġi deċiż li mhux mistenni li jseħħ xi impatt ġenerali negattiv fuq l-ambjent jew fuq is-saħħa tal-bniedem; oġġett jew sustanza għandhom jitqiesu li huma prodott sekondarju biss meta jkunu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet. Ladarba l-prodotti sekondarji jaqgħu fil-kategorija tal-prodotti, l-esportazzjonijiet ta’ prodotti sekondarji għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni Komunitarja relevanti; u

meta ċertu skart ma jibqax skart, l-istabbiliment ta’ kriterji dwar it-tmiem ta’ l-iskart li jipprovdu livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u benefiċċju ambjentali u ekonomiku; kategoriji possibbli ta’ skart li għalihom speċifikazzjonijiet u kriterji dwar “it-tmiem ta’ l-iskart” għandhom jiġu żviluppati huma, fost oħrajn, skart mill-bini u d-demolizzjoni, xi rmied u fdalijiet, metalli skreppjati, aggregati, tyres, tessuti, kompost, skart ta’ karti u ħġieġ. Għall-finijiet li jintlaħaq status ta’ tmiem ta’ l-iskart, operazzjoni ta’ rkupru tista’ tkun sempliċi daqs l-ikkontrollar ta’ l-iskart biex ikun verifikat li jissodisfa l-kriterji tat-tmiem ta’ l-iskart.

(23)

Sabiex jiġi verifikat jew kalkulat jekk intlaħqux il-miri ta’ riċiklaġġ u rkupru stabbiliti fid-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament u tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (12), fid-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Settembru 2000 dwar vetturi li m’ għadhomx jintużaw (13), fid-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (14) u fid-Direttiva 2006/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi (15) kif ukoll f’leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, l-ammonti ta’ l-iskart li ma jibqax skart għandhom jitqiesu bħala skart riċiklat u rkuprat meta jkunu ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta’ riċiklaġġ jew irkupru ta’ dik il-leġiżlazzjoni.

(24)

Abbażi tad-definizzjoni ta’ skart, sabiex wieħed jinkoraġixxi ċ-ċertezza u l-konsistenza, il-Kummissjoni tista’ tadotta linji gwida biex tispeċifika f’ċerti każijiet meta sustanzi jew oġġetti jsiru skart. Tali linji gwida jistgħu jiġu żviluppati, inter alia, għal tagħmir elettriku u elettroniku u vetturi.

(25)

Huwa xieraq li l-ispejjeż ikunu allokati b’tali mod li jirriflettu l-ispejjeż reali għall-ambjent tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ dak l-iskart.

(26)

Il-prinċipju li min iniġġes iħallas huwa prinċipju ta’ gwida fil-livell Ewropew u dak internazzjonali. Il-produttur ta’ l-iskart u d-detentur ta’ l-iskart għandu jimmaniġġa l-iskart b’mod li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

(27)

L-introduzzjoni tar-responsabbiltà estiża tal-produttur f’din id-Direttiva hija waħda mill-mezzi ta’ appoġġ għal tfassil u produzzjoni ta’ merkanzija li jieħdu kont sħiħ u jiffaċilitaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi matul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tagħhom inkluż it-tiswija, l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u r-riċiklaġġ tagħhom mingħajr ma tkun kompromessa ċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija fis-suq intern.

(28)

Din id-Direttiva għandha tgħin biex tressaq lill-UE eqreb lejn “soċjetà riċiklanti”, billi tfittex li tevita l-ġenerazzjoni ta’ l-iskart u li tuża l-iskart bħala riżors. B’mod partikolari, is-Sitt Programm Komunitarju ta’ Azzjoni għall-Ambjent isejjaħ għal miżuri mmirati biex jiżguraw is-separazzjoni fis-sors, il-ġbir u r-riċiklaġġ ta’ flussi prijoritarji ta’ skart. Konformement ma’ dak l-objettiv u bħala mezz biex ikun faċilitat jew imtejjeb il-potenzjal ta’ l-irkupru tiegħu, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun prattikabbli teknikament, ambjentalment u ekonomikament, qabel ma jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rkupru li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu s-separazzjoni ta’ kompożizzjonijiet perikolużi mill-flussi ta’ skart jekk ikun meħtieġ biex jintlaħaq il-livell ta’ mmaniġġar li jkun ambjentalment korrett.

(29)

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-użu tal-materjali riċiklabbli, bħall-karta rkuprata, skond il-ġerarkija ta’ l-iskart u bil-għan li tinħoloq soċjetà riċiklatriċi, u meta jkun possibbli m’għandhomx jappoġġaw ir-rimi f’radam jew l-inċinerazzjoni ta’ materjali riċiklabbli bħal dawnti.

(30)

Sabiex jiġu implimentati l-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju ta’ azzjoni preventiva li jinsabu fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat, jeħtieġ li jiġu ffissati objettivi ambjentali ġenerali għall-immaniġġar ta’ l-iskart fil-Komunità. Bis-saħħa ta’ dawk il-prinċipji, huwa f’idejn il-Komunità u l-Istati Membri li jistabbilixxu qafas biex jipprevjenu, inaqqsu u, kemm jista’ jkun, jeliminaw mill-bidu s-sorsi tat-tniġġiż jew fastidju billi jadottaw miżuri ta’ natura tali li jeliminaw riskji li jkunu magħrufin.

(31)

Il-ġerarkija ta’ l-iskart ġeneralment tistabbilixxi ordni ta’ prijorità ta’ x’inhi li tikkostitwixxi l-aqwa għażla ambjentali ġenerali fil-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-iskart, filwaqt li jista’ jkun meħtieġ li ma tiġix segwita l-ġerarkija għal flussi ta’ skart speċifiċi meta dan ikun ġustifikat għal raġunijiet ta’, inter alia, fattibbiltà teknika, vijabbiltà ekonomika u protezzjoni ambjentali.

(32)

Sabiex il-Komunità kollha ssir awtosuffiċjenti fir-rimi ta’ l-iskart u fl-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati u sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jersqu lejn dik il-mira individwalment, huwa meħtieġ li jsir provvediment għal netwerk ta’ koperazzjoni fir-rigward ta’ impjanti tar-rimi u impjanti għall-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur mid-djar privati, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi u l-ħtieġa għal impjanti speċjalizzati għal ċerti tipi ta’ skart.

(33)

Għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (16), skart muniċipali mħallat kif imsemmi fl-Artikolu 3(5) ta’ dak ir-Regolament jibqa’ skart muniċipali mħallat anki meta dan ikun suġġett għal operazzjoni ta’ trattament ta’ skart li ma bidlitx il-proprjetajiet tiegħu b’mod sostanzjali.

(34)

Huwa importanti li l-iskart perikoluż jiġi ttikkettat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji. Madankollu, fejn dan l-iskart jinġabar separatament mid-djar, dan m’għandux jirriżulta f’li s-sidien tad-djar ikunu obbligati li jikkompletaw id-dokumentazzjoni meħtieġa.

(35)

Huwa importanti, skond il-ġerarkija ta’ l-iskart, u għall-fini tat-tnaqqis ta’ emissjoni ta’ gassijiet b’effett serra li oriġina minn rimi ta’ skart f’radam, li jkunu faċilitati l-ġbir separat u t-trattament xieraq tal-bijoskart sabiex ikunu prodotti kompost sigur ambjentalment u materjali oħrajn ibbażati fuq il-bijoskart. Wara valutazzjoni dwar l-immaniġġar tal-bijoskart, il-Kummissjoni ser tippreżenta proposti għal miżuri leġiżlattivi, jekk dan ikun kunsiljabbli.

(36)

Jistgħu jiġu adottati standards minimi tekniċi rigward l-attivitajiet tat-trattament ta’ l-iskart li mhumiex koperti bid-Direttiva 96/61/KE fejn ikun hemm evidenza li jinkiseb benefiċċju fir-rigward tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u fejn approċċ koordinat għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva jkun jiżgura l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

(37)

Jeħtieġ li jkunu speċifikati aktar il-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut ta’ l-obbligu ta’ l-ippjanar ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart, u li jiġi integrat fil-proċess ta’ l-iżvilupp jew ir-reviżjoni ta’ pjanijiet ta’ immaniġġar ta’ l-iskart il-bżonn li jittieħed kont ta’ l-impatti ambjentali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart. Fejn xieraq, għandu jittieħed kont ukoll tar-rekwiżiti ta’ l-ippjanar ta’ l-iskart stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE u ta’ l-istrateġija għat-tnaqqis ta’ l-iskart bijodegradabbli li jmur fir-radam, imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1991/31/KE.

(38)

L-Istati Membri jistgħu japplikaw awtorizzazzjonijiet ambjentali jew regoli ambjentali ġenerali għal ċerti produtturi ta’ l-iskart mingħajr ma’ jikkompromettu l-funzjonament xieraq tas-suq intern.

(39)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-vjeġġi ta’ skart li mhumiex skond il-pjanijiet tagħhom ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart. B’deroga minn dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu permessi li jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun dieħel għal inċineraturi klassifikati bħala rkupru, fejn ikun ġie stabbilit li l-iskart nazzjonali ser ikollu jintrema jew li l-iskart ser ikollu jiġi trattat b’mod li mhux koerenti mal-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-immaniġġar ta’ l-iskart. Huwa rikonoxxut li ċerti Stati Membri jistgħu ma jkunux kapaċi jipprovdu netwerk li jinkludi l-firxa sħiħa tal-faċilitajiet għall-irkupru finali fit-territorju tagħhom.

(40)

Sabiex jittejjeb il-mod kif azzjonijiet għall-prevenzjoni ta’ l-iskart fl-Istati Membri jitmexxew ’il quddiem u għall-faċilitazzjoni taċ-ċirkolazzjoni ta’ l-aħjar prattika f’dan il-qasam, huwa meħtieġ li jissaħħu d-dispożizzjonijiet rigward il-prevenzjoni ta’ l-iskart u li jiddaħħal rekwiżit għall-Istati Membri biex jiżviluppaw programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart li jikkonċentraw fuq l-impatti ambjentali ewlenin u li jieħdu kont taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-prodotti u l-materjali. Tali miżuri għandhom jimmiraw li jaqgħtu r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart. Il-partijiet interessati, kif ukoll il-pubbliku ġenerali, għandhom ikollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-programmi, u għandhom ikollhom aċċess għalihom ladarba jkunu mfasslin, konformement mad-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta’ ċerti pjani u programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ l-ambjent (17). Għandhom jiġu żviluppati objettivi ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart u ta’ diżassoċjazzjoni li jkopru adegwatament it-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi ta’ l-iskart u ta’ l-ammonti ta’ skart ġenerat.

(41)

Sabiex isir progress lejn soċjetà Ewropea riċiklatriċi li jkollha livell għoli ta’ effiċjenza ta’ riżorsi, għandhom jiġu stabbiliti miri biex issir it-tħejjija għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ. L-Istati Membri isostnu approċċi differenti għall-ġbir ta’ l-iskart domestiku u ta’ skart li hu ta’ natura u kompożizzjoni simili. Għalhekk huwa xieraq li miri bħal dawn iqisu s-sistemi differenti ta’ ġbir fi Stati Membri differenti. Il-flussi ta’ skart minn oriġini oħra li jixbhu l-iskart domestiku jinkludu skart imsemmi fl-entrata 20 tal-lista stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE.

(42)

L-istrumenti ekonomiċi jista’ jkollhom rwol kruċjali fil-kisba ta’ objettivi għall-prevenzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart. Ħafna drabi l-iskart għandu valur bħala riżors u applikazzjoni ulterjuri ta’ strumenti ekonomiċi tista’ timmassimizza l-benefiċċji ambjentali. L-użu ta’ tali strumenti fil-livell xieraq għandu għalhekk ikun imħeġġeġ filwaqt li jiġi enfasizzat li Stati Membri individwali jistgħu jiddeċiedu dwar l-użu tagħhom.

(43)

Ċerti dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġar ta’ l-iskart, stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (18), għandhom jiġu emendati sabiex jitneħħew id-dispożizzjonijiet li m’għadhomx fl-użu u biex it-test ikun dejjem aktar ċar. Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huma għandhom jiġu integrati fid-Direttiva preżenti. Sabiex tkun iċċarata l-operazzjoni tal-projbizzjoni tat-taħlit stabbilita fid-Direttiva 91/689/KEE, u għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, l-eżenzjonijiet għall-projbizzjoni tat-taħlit għandhom jikkonformaw ukoll ma’ l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fid-Direttiva 96/61/KE. Għalhekk id-Direttiva 91/689/KEE għandha tiġi mħassra.

(44)

Fl-interessi tas-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja u r-riflessjoni tal-benefiċċji ambjentali, id-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva tal-Kunsill 75/439/KEE tas-16 ta’ Ġunju 1975 dwar ir-rimi ta’ żejt użat (19) għandhom jiġu integrati f’din id-Direttiva, u d-Direttiva 75/439/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra. L-immaniġġar ta’ żjut użati għandu jitmexxa skond l-ordni ta’ prijorità tal-ġerarkija ta’ l-iskart u għandha tingħata preferenza għall-possibilitajiet li jagħtu l-aħjar eżitu ambjentali globali. Il-ġbir separat ta’ żjut użati jibqa’ kruċjali għall-immaniġġar tagħhom kif suppost u l-prevenzjoni ta’ ħsara lill-ambjent mir-rimi tagħhom li jsir mhux kif suppost.

(45)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi li għandhom jiġu imposti fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi responsabbli għall-immaniġġar ta’ l-iskart, bħall-produtturi ta’ l-iskart, id-detenturi, is-sensara, in-negozjanti, it-trasportaturi u dawk li jiġbruh, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart u skemi ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart, f’każijiet fejn huma jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu azzjoni biex jirkupraw l-ispejjeż ta’ miżuri ta’ non-konformità u rimedjali, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar ir-responsabbiltà ambjentali fir-rigward tal-prevenzjoni u r-rimedjar tal-ħsara ambjentali (20).

(46)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (21).

(47)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tistabbilixxi kriterji rigward numru ta’ kwistjonijiet bħall-kondizzjonijiet li taħthom oġġett għandu jiġi kkunsidrat bħala prodott sekondarju, l-istatus tat-tmiem ta’ l-skart u d-determinazzjoni ta’ skart li huwa kkunsidrat perikoluż, kif ukoll biex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-metodi ta’ applikazzjoni u kalkolu għall-verifika tal-konformità mal-miri ta’ riċiklaġġ stabbiliti f’din id-Direttiva. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadatta l-annessi għall-progress tekniku u xjentifiku u li tispeċifika l-applikazzjoni tal-formula għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni msemmija fl-Anness II, R1. Billi dawk il-miżuri għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfasslin sabiex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(48)

Konformement mal-paragrafu 34 tal-ftehim interistituzzjonali dwar tfassil aħjar ta’ liġijiet (22), l-Istati Membri huma mħeġġa li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom, li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni u li jagħmluhom pubbliċi.

(49)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tad-Direttiva, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri għall-protezzjoni ta’ l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem permezz tal-prevenzjoni jew it-tnaqqis ta’ l-impatti negattivi tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ l-iskart, u permezz tat-tnaqqis ta’ l-impatti ġenerali ta’ l-użu ta’ riżorsi u t-titjib ta’ l-effiċjenza ta’ tali użu.

Artikolu 2

Esklużjonijiet mill-kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a)

skariki ta’ gassijiet mitfugħa fl-atmosfera;

(b)

art (in situ) inkluża ħamrija kontaminata mhux skavata u bini konness ma’ l-art b’mod permanenti ma’ l-art;

(ċ)

ħamrija mhux kontaminata u materjal ieħor li jirriżulta b’mod naturali skavat waqt attivitajiet ta’ kostruzzjoni fejn huwa ċert li l-materjal ser jintuża għal finijiet ta’ kostruzzjoni fl-istat naturali tiegħu fuq is-sit li minnu kien skavat;

(d)

skart radjuattiv;

(e)

splussivi li m’għadhomx attivi;

(f)

demel, jekk mhux kopert mill-paragrafu 2(b), tiben u materjal naturali ieħor agrikolu jew tal-forestrija li mhux perikoluż użat fil-produzzjoni agrikola, fil-forestrija jew għall-produzzjoni ta’ enerġija mill-bijomassa permezz ta’ proċessi jew metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew li ma jipperikolawx is-saħħa tal-bniedem.

2.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu eskluzi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva sal-punt li huma koperti minn leġiżlazzjoni Komunitarja oħra:

(a)

ilmijiet mormija;

(b)

prodotti sekondarji mill-annimali inkluż prodotti pproċessati koperti mir-Regolament (KE) Nru 1774/2002, ħlief dawk li huma destinati għall-inċinerazzjoni, għar-radam jew għall-użu f’impjant ta’ bijogass jew ta’ kompostaġġ;

(ċ)

karkassi ta’ annimali li mietu mhux għax inqatlu għall-ikel, inkluż annimali maqtula għall-qerda ta’ mard epiżootiku, u li jintremew skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002;

(d)

skart li jirriżulta mit-tiftix, l-estrazzjoni, it-trattament u l-ħżin ta’ riżorsi minerali u x-xogħol tal-barrieri kopert mid-Direttiva 2006/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-immaniġġar ta’ skart mill-industriji ta’ estrazzjoni (23).

3.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra, is-sedimenti li jerġgħu jitpoġġew taħt wiċċ l-ilma bil-għan li jiġu mmaniġġati l-ilmijiet u l-passaġġi ta’ l-ilma jew li jevitaw l-għargħar jew inaqqsu l-effetti ta’ l-għargħar jew tan-nixfiet jew riklamazzjoni ta’ l-art għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk jiġi ppruvat li s-sedimenti mhumiex perikolużi.

4.   Jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ Direttivi individwali regoli speċifiċi għal sitwazzjonijiet partikolari, jew li jissupplimentaw dawk ta’ din id-Direttiva, dwar l-immaniġġar ta’ kategoriji partikolari ta’ skart.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“skart” tfisser kwalunkwe sustanza jew oġġett li d-detentur jarmi jew bi ħsiebu jew huwa meħtieġ li jarmi;

(2)

“skart perikoluż” tfisser skart li jkollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi perikolużi elenkati fl-Anness III;

(3)

“żjut għar-rimi” tfisser kull lubrikazzjoni minerali jew sintetika jew żjut industrijali li m’għadhomx tajbin għall-użu li għalih kienu maħsuba oriġinarjament, bħal żjut użati tal-magna tal-kombustjoni u żjut tal-gearbox, żjut ta’ lubrikazzjoni, żjut għat-turbini u żjut idrawliċi;

(4)

“bijo-skart” tfisser skart bijodegredabbli tal-ġnien u l-ġonna, skart ta’ l-ikel u l-kċina mid-djar, ristoranti, fornituri ta’ l-ikel u postijiet tal-bejgħ u skart komparabbli minn impjanti ta’ l-ipproċessar ta’ l-ikel;

(5)

“produttur ta’ l-iskart” tfisser kull min l-attivitajiet tiegħu jipproduċu skart (il-produttur oriġinali ta’ l-iskart) jew kull min jagħmel pre-proċessar, taħlit jew operazzjonijiet oħra li jirriżultaw f’bidla fin-natura jew il-kompożizzjoni ta’ dan l-iskart;

(6)

“detentur ta’ l-iskart” tfisser il-produttur ta’ l-iskart jew il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun fil-pussess ta’ l-iskart;

(7)

“negozjant” tfisser kwalunkwe intrapriża li taġixxi fir-rwol ta’ prinċipal biex tixtri jew sussegwentement tbigħ l-iskart, inkluż tali negozjanti li ma jeħdux pussess fiżiku ta’ l-iskart;

(8)

“sensar” tfisser kwalunkwe intrapriża li tirranġa l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart f’isem oħrajn, inkluż tali sensara li ma jeħdux il-pussess fiżiku ta’ l-iskart;

(9)

“maniġġar ta’ l-iskart” tfisser il-ġbir, it-trasport, l-irkupru u r-rimi ta’ skart, inklużi s-superviżjoni ta’ tali operazzjonijiet u l-kura ta’ wara tas-siti tar-rimi, u inklużi l-azzjonijiet li jittieħdu bħala negozjant jew sensar;

(10)

“ġbir” tfisser il-ġbir ta’ l-iskart, inkluż l-għażla preliminari u l-ħżin preliminari ta’ l-iskart għall-finijiet tat-trasport lejn impjant tat-trattament ta’ l-iskart;

(11)

“ġbir separat” tfisser il-ġbir fejn il-fluss ta’ skart jinżamm separat skond it-tip u l-karatteristika sabiex ikun faċilitat trattament speċifiku;

(12)

“prevenzjoni” tfisser miżuri meħuda qabel sustanza, materjal jew prodott ikunu saru skart, li jnaqqsu:

(a)

il-kwantità ta’ l-iskart, inkluż permezz ta’ l-użu mill-ġdid ta’ prodotti jew l-estensjoni tat-tul ta’ ħajja tal-prodotti;

(b)

l-impatti negattivi ta’ l-iskart ġenerat fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, jew

(ċ)

il-kontenut ta’ sustanzi ta’ ħsara f’materjali u prodotti;

(13)

“użu mill-ġdid” tfisser kull operazzjoni li biha l-prodotti jew il-komponenti li mhumiex skart jerġgħu jintużaw għall-istess skop li għalih kienu maħsubin;

(14)

“trattament” tfisser operazzjonijiet ta’ rkupru jew rimi, inkluż il-preparazzjoni qabel l-irkupru jew ir-rimi;

(15)

“irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha jkun skart li jservi skop utli permezz tas-sostituzzjoni ta’ materjali oħra li inkella kienu jintużaw biex jissodisfaw funzjoni partikolari, jew skart li qed jiġi ppreparat b’mod li jissodisfa dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’. L-Anness II fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru;

(16)

“preparazzjoni għal użu mill-ġdid” tfisser il-verifika, it-tindif jew it-tiswija ta’ operazzjonijiet ta’ rkupru li biha prodotti jew komponenti ta’ prodotti li saru skart jiġu ppreparati sabiex jintużaw mill-ġdid mingħajr ebda proċessar bil-quddiem ieħor;

(17)

“riċiklaġġ” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali ta’ l-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi għall-użu oriġinali jew għal skopijiet oħra. Dan jinkludi il-proċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda ma jinkludix irkupru ta’ enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala karburanti jew għal operazzjonijiet ta’ radam mill-ġdid;

(18)

“riġenerazzjoni ta’ żjut għar-rimi” tfisser kwalunkwe operazzjoni ta’ riċiklaġġ li biha jistgħu jiġu prodotti żjut bażiċi bir-raffinar ta’ żjut għar-rimi, partikolarment bit-tneħħija tal-kontaminanti, il-prodotti ta’ ossidazzjoni u l-additivi li jinsabu f’dawn iż-żjut;

(19)

“rimi” tfisser kull operazzjoni li mhijiex irkupru anki meta l-operazzjoni għandha bħala konsegwenza sekondarja r-reklamazzjoni ta’ sustanzi jew enerġija. L-Anness I fih lista mhux eżawrjenti ta’ operazzjonijiet ta’ rimi;

(20)

“l-aħjar teknika disponibbli” tfisser l-aħjar teknika disponibbli kif hemm definit fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 96/61/KE.

Artikolu 4

Ġerarkija ta’ l-iskart

1   Il-ġerarkija ta’ l-iskart, kif inhi hawn taħt, għandha tapplika bħala prinċipju ta’ gwida fil-prevenzjoni ta’ l-iskart u fil-leġiżlazzjoni u l-politika ta’ l-immaniġġar:

(a)

prevenzjoni;

(b)

preparazzjoni għal użu mill-ġdid;

(ċ)

riċiklaġġ;

(d)

irkupru ieħor, eż. irkupru ta’ enerġija; u

(e)

rimi.

2.   Fl-applikazzjoni tal-ġerarkija ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jinkoraġġixxu l-għażliet li jagħtu l-aqwa riżultat ambjentali ġenerali. Dan jista’ jeħtieġ li xi tipi speċifiċi ta’ skart ma jsegwux il-ġerarkija fejn dan ikun ġustifikat mill-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja fuq l-impatti ġenerali tal-ġenerazzjoni u l-immaniġġar ta’ tali skart.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iżvilupp ta’ leġiżlazzjoni u tal-politika ta’ l-iskart ikun proċess trasparenti għalkollox, li jkun jirrispetta r-regoli nazzjonali eżistenti li jikkonċernaw il-konsultazzjoni u s-sehem taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati.

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-prinċipji ġenerali, fir-rigward ta’ protezzjoni ambjentali, ta’ prekawzjoni u sostenibbiltà, fattibbiltà teknika u vijabbiltà ekonomika, protezzjoni tar-riżorsi kif ukoll jieħdu kont ta’ l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem, u l-impatti ekonomiċi u soċjali ġenerali, skond l-Artikoli 1 u 13.

Artikolu 5

Prodotti sekondarji

1.   Sustanza jew oġġett, li jirriżultaw minn proċess ta’ produzzjoni, li l-għan primarju tagħhom mhuwiex il-produzzjoni ta’ dak l-artikolu, jista’ jitqies li mhuwiex skart kif imsemmi fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 3 iżda bħala prodott sekondarju biss jekk jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-użu ulterjuri tas-sustanza jew l-oġġett ikun ċert;

(b)

is-sustanza jew l-oġġett jistgħu jiġu wżati direttament mingħajr kwalunkwe proċessar ulterjuri ħlief prattika industrijali normali;

(ċ)

is-sustanza jew l-oġġett huma prodotti bħala parti integrali ta’ proċess ta’ produzzjoni; u

(d)

l-użu ulterjuri jkun skond il-liġi, i.e. is-sustanza jew l-oġġett jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti kollha tal-prodott, dawk ambjentali u ta’ protezzjoni tas-saħħa għall-użu speċifiku, u mhuwiex ser jirriżulta f’impatti ġenerali li jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew is-saħħa tal-bniedem.

2.   Abbażi tal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, jistgħu jiġu adottati miżuri biex jiġu determinati l-kriterji li għandhom jiġu sodisfatti għal sustanzi jew oġġetti speċifiċi li għandhom jitqiesu bħala prodotti sekondarji u mhux bħala skart kif imsemmi fil-punt (1) ta’ l-Artikolu 3. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 6

Tmiem ta’ l-istatus ta’ skart

1.   Ċertu skart speċifikat m’għandux jibqa’ kunsidrat skart fis-sens tal-punt (1) ta’ l-Artikolu 3 meta dan ikun għadda minn operazzjoni ta’ rkupru, inkluż ir-riċiklaġġ, u jkun jikkonforma ma’ kriterji speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-sustanza jew l-oġġett ikun użat komunement għal skopijiet speċifiċi;

(b)

ikun jeżisti suq jew tkun teżisti domanda għal tali sustanza jew oġġett;

(ċ)

is-sustanza jew l-oġġett jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għall-iskopijiet speċifiċi msemmija fil-punt (a) u jissodisfa l-leġiżlazzjoni u l-istandards eżistenti applikabbli għall-prodotti; u

(d)

l-użu tas-sustanza jew l-oġġett ma jwasslux għal impatti ġenerali li jagħmel ħsara lill-ambjenta jew lis-saħħa tal-bniedem.

Fejn ikun meħtieġ, il-kriterji għandhom jinkludu valuri ta’ limiti għal sustanzi li jniġġsu u għandhom jieħdu kont ta’ l-effetti avversi kollha possibbli li s-sustanza jew l-oġġett jista’ jkollhom fuq l-ambjent.

2.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, relatati ma’ l-adozzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1, u li jispeċifikaw it-tip ta’ skart li għalih għandhom japplikaw dawn il-kriterji, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2). Għandhom jiġu kkunsidrati kriterji li jkunu speċifiċi għat-tmiem ta’ l-iskart, fost oħrajn, għall-inqas għall-aggregati, għall-karta, għall-ħġieġ, għall-metall, għat-tyres u għat-tessuti.

3.   Skart li ma jibqax skart skond il-kondizzjonijiet u l-kriterji speċifiċi imsemmija fil-paragrafu 1 m’għandux jibqa’ kunsidrat skart għall-finijiet tal-miri ta’ l-irkupru u r-riċiklaġġ stabbiliti fid-Direttivi 94/62/KE, 2000/53/KE, 2002/96/KE u 2006/66/KE u f’leġiżlazzjoni Komunitarja rilevanti oħra meta r-rekwiżiti ta’ riċiklaġġ u rkupru ta’ dik il-leġiżlazzjoni jkunu ġew sodisfatti.

4.   Fejn il-kriterji ma ġewx stabbiliti fil-livell Komunitarju taħt il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu każ b’każ jekk ċertu skart ma baqax ikun skart b’kont meħud tal-każistika applikabbli. Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tali deċiżjonijiet skond id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi l-proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta’ l-Informatika (24) fejn dan ikun meħtieġ minn dik id-Direttiva.

Artikolu 7

Lista ta’ skart

1.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati ma’ l-aġġornar tal-lista ta’ skart stabbilita bid-Deċiżjoni 2000/532/KE għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2). Il-lista ta’ skart għandha tinkludi skart perikoluż u għandha tieħu kont ta’ l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn jeħtieġ, tal-valuri tal-limiti ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi perikolużi. Il-lista ta’ skart għandha tkun vinkolanti fir-rigward tad-determinazzjoni ta’ l-iskart li għandu jkun ikkunsidrat bħala skart perikoluż. L-inklużjoni ta’ sustanza jew oġġett fil-lista ma għandhiex tfisser li huma skart fiċ-ċirkustanzi kollha. Sustanza jew oġġett għandu jkun ikkunsidrat skart biss meta tiġi sodisfatta d-definizzjoni tal-punt (a) ta’ l-Artikolu 3.

2.   Stat Membru jista’ jqis skart bħala skart perikoluż fejn, anki jekk ma jkunx imniżżel hekk fil-lista ta’ skart, ikollu waħda jew aktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Huwa għandu jiddokumentahom fir-rapport previst fl-Artikolu 37(1), u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni rilevanti kollha. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

3.   Fejn Stat Membru jkollu provi li juru li skart speċifiku li jidher fil-lista bħala skart perikoluż ma juri l-ebda waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III, jista’ jqis dak l-iskart bħala skart mhux perikoluż. L-Istat Membru għandu jinnotifika tali każijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bil-provi meħtieġa. Fid-dawl tan-notifikazzjonijiet rċevuti, il-lista għandha tiġi riveduta sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-adattament tagħha.

4.   Ir-riklassifikazzjoni ta’ skart perikoluż bħala skart mhux perikoluż m’għandhiex issir permezz ta’ dilwizzjoni jew taħlit ta’ l-iskart bil-għan li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet inizjali tas-sustanzi perikolużi għal livell taħt il-livelli minimi li jiddefinixxu skart bħala wieħed perikoluż.

5.   Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva relatati mar-reviżjoni tal-lista biex jiġi deċiż l-adattament tagħha skond il-paragrafi 2 u 3 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

6.   L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw l-iskart bħala skart mhux perikoluż skond il-lista ta’ l-iskart imsemmija fil-paragrafu 1.

7.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista ta’ tipi ta’ skart u kwalunkwe reviżjoni ta’ din il-lista jkunu jissodisfaw kif jixraq il-prinċipji ta’ ċarezza, komprensibbiltà u aċċessibbiltà għall-utenti, b’mod partikulari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs).

KAPITOLU II

REKWIŻITI ĠENERALI

Artikolu 8

Responsabbiltà estiża tal-produttur

1.   Sabiex jissaħħu l-użu mill-ġdid u l-prevenzjoni, ir-riċiklaġġ u rkupru ieħor ta’ l-iskart, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri leġiżlattivi jew mhux leġiżlattivi biex jiżguraw li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li professjonalment tiżviluppa, timmanifattura, tipproċessa, tittratta, tbigħ jew timporta prodotti (produttur tal-prodott) ikollha responsabbiltà estiża tal-produttur.

Tali miżuri jistgħu jinkludu aċċettazzjoni ta’ prodotti meħudin lura u ta’ l-iskart li jibqa’ wara li dawk il-prodotti jkunu ntużaw, kif ukoll l-immaniġġar sussegwenti ta’ l-iskart u r-responsabbiltà finanzjarja għal tali attivitajiet. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-obbligu li tingħata informazzjoni li tkun disponibbli għall-pubbliku dwar il-punt sa fejn il-prodott jista’ jiġi wżat mill-ġdid jew riċiklat.

2.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri xierqa biex jinkoraġġixxu d-disinn ta’ prodotti b’mod li jitnaqqsu l-impatti ambjentali tagħhom u l-ġenerazzjoni ta’ skart matul il-produzzjoni u l-użu sussegwenti tal-prodotti, u sabiex jiżguraw li l-irkupru u r-rimi ta’ prodotti li jkunu saru skart iseħħu skond l-Artikoli 4 u 13.

Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, inter alia, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti adatti għal użu multiplu, li teknikament idumu u li huma, wara li jsiru skart, adatti għal irkupru korrett usikur u rimi li huwa ambjentalment kompatibbli.

3.   Meta tiġi applikata r-responsabbiltà estiża tal-produttur, l-Istati Membri għandhom jieħdu kont tal-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika u l-impatti fuq l-ambjent, fuq is-saħħa tal-bniedem u soċjali in ġenerali, filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jiżguraw il-funzjonament kif suppost tas-suq intern.

4.   Ir-responsabbiltà estiża tal-produttur għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għar-respnsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart kif previst fl-Artikolu 15(1) u mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni eżistenti dwar flussi ta’ skart u prodotti speċifiċi.

Artikolu 9

Prevenzjoni ta’ l-iskart

Wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti li ġejjin akkumpanjati, fejn ikun xieraq, bi proposti għal miżuri meħtieġa bħala appoġġ għall-attivitajiet ta’ prevenzjoni u għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart imsemmija fl-Artikolu 26 li jkunu jkopru:

(a)

sa l-aħħar ta’ l-2011 rapport interim dwar l-evoluzzjoni tal-produzzjoni ta’ l-iskart u l-ambitu tal-prevenzjoni ta’ l-iskart; sa l-aħħar ta’ l-2011, il-formulazzjoni ta’ politika ta’ disinn ekoloġiku tal-prodott li tindirizza kemm il-ġenerazzjoni ta’ l-iskart kif ukoll il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart, bil-għan li tippromwovi t-teknoloġiji li jiffukaw fuq prodotti li jdumu jservu, u li jistgħu jerġgħu jintużaw jew jiġu rriċiklati;

(b)

sa l-aħħar ta’ l-2011, il-formulazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni għal aktar miżuri ta’ appoġġ fil-livell Ewropew li jkollhom l-għan b’mod partikolari li jbiddlu x-xejriet attwali tal-konsum;

(ċ)

sa l-aħħar ta’ l-2014, l-istabbiliment ta’ objettivi ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart u ta’ diżassoċjazzjoni għall-2020, ibbażati fuq l-aħjar prattika disponibbli, inkluża, jekk ikun meħtieġ, reviżjoni ta’ l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 29(4);

Artikolu 10

Rkupru

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-skart jgħaddi minn operazzjonijiet ta’ rkupru, skond l-Artikoli 4 u 13.

2.   Fejn ikun meħtieġ għall-konformità mal-paragrafu 1 u biex ikun faċilitat jew imtejjeb l-irkupru, l-iskart għandu jinġabar separatament jekk dan ikun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli u m’għandux jitħallat ma’ skart ieħor jew materjal ieħor bi proprjetajiet differenti.

Artikolu 11

Użu mill-ġdid u riċiklaġġ

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, skond kif ikun xieraq, biex jippromwovu l-użu mill-ġdid tal-prodotti u miżuri ta’ preparazzjoni għal attivitajiet ta’ użu mill-ġdid, partikolarment billi jinkoraġġixxu l-istabbiliment u l-appoġġ ta’ networks ta’ użu mill-ġdid u ta’ tiswija, l-użu ta’ strumenti ekonomiċi, kriterji ta’ akkwist, objettivi kwantitattivi jew miżuri oħra.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu riċiklaġġ ta’ kwalità għolja, u għal dan il-għan għandhom jistabbilixxu ġbir separat ta’ skart kull fejn ikun teknikament, ambjentalment u ekonomikament prattikabbli u xieraq, biex jiġu sodisfatti l-istandards ta’ kwalità meħtieġa għas-setturi ta’ riċiklaġġ relevanti.

Suġġett għall-Artikolu 10(2), sa l-2015 il-ġbir separat għandu jiġi stabbilit mill-inqas għal dawn li ġejjin: karti, metall, plastik u ħġieġ.

2.   Sabiex ikun hemm konformità ma’ l-objettivi ta’ din id-Direttiva, u biex isir progress lejn soċjetà Ewropea riċiklatriċi b’livell għoli ta’ effiċjenza fir-riżorsi, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li jinkisbu l-miri li ġejjin:

(a)

sa l-2020 il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ ta’ materjali ta’ skart bħal, ta’ l-inqas, il-karti, il-metall, il-plastik u l-ħġieġ mid-djar u possibilment minn oriġini oħra safejn dawn il-flussi ta’ skart ikunu simili għall-iskart li ġej mid-djar, għandhom jiżdiedu sa minimu, b’mod ġenerali, ta’ 50 % skond il-piż;

(b)

sa l-2020, il-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għal irkupru materjali ieħor, inklużi operazzjonijiet ta’ radam li jużaw l-iskart biex jissostitwixxu materjali oħra, ta’ skart mhux perikoluż ta’ kostruzzjoni u ta’ twaqqigħ, minbarra l-materjal li jokkorri naturalment li hu definit fil-kategorija 17 05 04 fil-lista ta’ skart għandha tiżdied sa minimu ta’ 70 % skond il-piż.

3   Il-Kummissjoni għandha tiffissa regoli ddettaljati dwar l-applikazzjoni u l-metodi ta’ kalkolu biex tiġi vverifikata l-konformità mal-miri stabbiliti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2002 dwar l-istatistiki dwar l-iskart (25). Dawn jistgħu jinkludu perjodi ta’ tranżizzjoni għal Stati Membri li fl-2008 irriċiklaw inqas minn 5 % ta’ kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta’ skart imsemmija fil-paragrafu 2. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2) ta’ din id-Direttiva.

4   L-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha teżamina l-miżuri u l-miri msemmija fil-paragrafu 2 bil-għan li, jekk ikun meħtieġ, jiġu rrinfurzati l-miri, u tikkunsidra li tistabbilixxi miri għal flussi oħra ta’ skart. Ir-rapport tal-Kummissjoni, akkumpanjat bi proposta jekk ikun xieraq, għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fir-rapport tagħha l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali relevanti ta’ l-istabbiliment tal-miri.

5   Kull tliet snin, konformement ma’ l-Artikolu 37, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar ir-rekord tagħhom rigward il-kisba tal-miri. Jekk il-miri ma jinkisbux, dan ir-rapport għandu jinkludi r-raġunijiet għalfejn ma kienx hemm suċċess u l-azzjonijiet li l-Istat Membru ikollu l-intenzjoni li jieħu biex jikseb dawk il-miri.

Artikolu 12

Rimi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-irkupru skond l-Artikolu 10(1) ma jsirx, l-iskart jgħaddi mill-operazzjonijiet ta’ rimi li jissodisfaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 dwar il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni ta’ l-ambjent.

Artikolu 13

Protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-immaniġġar ta’ l-iskart jitwettaq mingħajr ma tiġi pperikolata s-saħħa tal-bniedem, u mingħajr ma ssir ħsara lill-ambjent, u b’mod partikolari:

(a)

mingħajr riskju għall-ilma, l-arja, il-ħamrija, pjanti jew l-annimali;

(b)

mingħajr ma jinħoloq fastidju permezz ta’ ħsejjes jew irwejjaħ; u

(ċ)

mingħajr effetti negattivi fuq il-kampanja jew postijiet ta’ interess speċjali.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Skond il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, l-ispejjeż ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinġarru mill-produttur oriġinali ta’ l-iskart jew mid-detentur attwali jew ta’ qabel ta’ l-iskart.

2.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ispiża ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jikkondividu dawn l-ispejjeż.

KAPITOLU III

MANIĠĠAR TA’ L-ISKART

Artikolu 15

Responsabbiltà għall-immaniġġar ta’ l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kwalunkwe produttur oriġinali ta’ l-iskart jew detentur ieħor iwettaq it-trattament ta’ l-iskart huwa stess jew jara li t-trattament isir minn negozjant jew stabbiliment jew intrapriża li twettaq operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart jew jiġi organizzat minn entità tal-ġbir ta’ l-iskart privata jew pubblika skond l-Artikoli 4 u 13.

2.   Fejn l-iskart jiġi trasferit mill-produttur jew id-detentur oriġinali lil waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fil-paragrafu 1 għal trattament preliminari, ir-responsabbiltà għat-twettiq ta’ rkupru komplut jew operazzjoni ta’ rimi ma għandhiex titwarrab.

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw il-kondizzjonijiet ta’ responsabbiltà u jiddeċiedu f’liema każijiet il-produttur oriġinali għandu jżomm ir-responsabbiltà għall-katina kollha tat-trattament jew f’liema każijiet ir-responsabbiltà tal-produttur u d-detentur tista’ tiġi kondiviża jew delegata fost l-atturi tal-katina tat-trattament.

3.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, skond l-Artikolu 8, li r-responsabbiltà għall-organizzazzjoni tat-trattament ta’ l-iskart għandha tinġarr parzjalment jew b’mod sħiħ mill-produttur tal-prodott li minnu jkun ġie l-iskart u li d-distributuri ta’ tali prodott jistgħu jaqsmu din ir-responsabbiltà.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fit-territorju tagħhom, l-istabbilimenti jew l-impriżi li jiġbru jew tittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali jwasslu l-iskart miġbur u ttrasportat sa impjanti ta’ trattament adatti filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13.

Artikolu 16

Prinċipji ta’ awto-suffiċjenza u viċinanza

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, b’koperazzjoni ma’ Stati Membri oħra fejn dan huwa meħtieġ jew rakkomandabbli, biex jistabbilixxu netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għar-rimi ta’ l-iskart u ta’ impjanti għall-irkupru ta’ skart muniċipali mħallat miġbur minn djar privati, inkluż fejn tali ġbir ikopri wkoll skart muniċipali mħallat minn produtturi oħra, b’kont meħud ta’ l-aħjar teknika disponibbli.

B’deroga mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006, l-Istati Membri jistgħu, sabiex jipproteġu n-network tagħhom, jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun dieħel iddestinat għall-inċineraturi li huwa kklassifikat bħala rkupru, fejn ġie stabbilit li tali vjeġġi jkollhom il-konsegwenza li l-iskart nazzjonali jkollu jintrema jew li l-iskart ikun irid trattat b’mod li mhuwiex koerenti mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’tali deċiżjoni. L-Istati Membri jistgħu wkoll jillimitaw il-vjeġġi ta’ skart li jkun ħiereġ għal raġunijiet ambjentali kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

2.   In-netwerk għandu jkun imfassal b’mod li jippermetti li l-Komunità, bħala entità waħda, tkun awtosuffiċjenti fir-rimi ta’ l-iskart kif ukoll fl-irkupru ta’ skart imsemmi fil-paragrafu 1, u li jippermetti li l-Istati Membri jersqu lejn dak il-għan fuq bażi individwali, b’kont meħud taċ-ċirkostanzi ġeografiċi jew tal-ħtieġa ta’ impjanti speċjalizzati għal ċertu tip ta’ skart.

3.   In-netwerk għandu jippermetti li l-iskart jintrema jew li l-iskart imsemmi fil-paragrafu 1 jiġi rkuprat f’waħda mill-eqreb impjanti approprjati, permezz ta’ l-aktar metodi u teknoloġiji approprjati, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni ta’ l-ambjent u tas-saħħa pubblika.

4.   Il-prinċipji tal-viċinanza u ta’ l-awto-suffiċjenza ma jfissrux li kull Stat Membru għandu jkollu l-firxa kollha ta’ faċilitajiet ta’ rkupru finali f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 17

Il-kontroll ta’ skart perikoluż

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiżguraw li l-produzzjoni, il-ġbir u t-trasportazzjoni ta’ skart perikoluż, kif ukoll il-ħżin u t-trattament tiegħu, jitwettqu f’kondizzjonijiet li jipprovdu protezzjoni għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem sabiex jiġu sodisfatti d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13, inkluża azzjoni biex jiġu żgurati t-traċċabbiltà mill-produzzjoni sa l-aħħar destinazzjoni u l-kontroll ta’ skart perikoluż sabiex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 35 u 36.

Artikolu 18

Projbizzjoni ta’ taħlit ta’ skart perikoluż

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-iskart perikoluż ma jitħallatx ma’ kategoriji oħra ta’ skart perikoluż jew ma’ skart, sustanzi jew materjali oħrajn. It-taħlit għandu jinkludi d-dilwizzjoni ta’ sustanzi perikolużi.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu t-taħlit bil-kondizzjoni li:

(a)

l-operazzjoni ta’ taħlit titwettaq minn stabbiliment jew intrapriża li tkun kisbet permess skond l-Artikolu 23;

(b)

id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 jiġu osservati u l-impatt negattiv ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ma jiżdiedx; u

(ċ)

l-operazzjoni ta’ taħlit tkun konformi ma’ l-aħjar teknika disponibbli.

3.   Suġġett għal kriterji tekniċi u ta’ fattibbiltà, fejn skart perikoluż ikun ġie imħallat b’mod li jmur kontra l-paragrafu 1, is-separazzjoni għandha ssir fejn ikun possibbli u meħtieġ sabiex ikun konformi ma’ l-Artikolu 13.

Artikolu 19

Tikkettar ta’ skart perikoluż

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li, waqt il-ġbir, it-trasport u l-ħżin temporanju, l-iskart perikoluż ikun ippakkjat u ttikkettat skond l-istandards internazzjonali u Komunitarji fis-seħħ.

2.   Kull meta skart perikoluż jiġi trasportat fi ħdan Stat Membru, għandu jkun akkumpanjat b’dokument ta’ identifikazzjoni, li jista’ jkun f’format elettroniku, li jkun fih id-data xierqa speċifikata fl-Anness IB għar-Regolament (KE) Nru 1013/2006.

Artikolu 20

Skart perikoluż prodott mid-djar

L-Artikoli 17, 18, 19, u 35 m’għandhomx japplikaw għal skart imħallat prodott mid-djar.

L-Artikoli 19 u 35 m’għandhomx japplikaw għal frazzjonijiet separati ta’ skart perikoluż prodott mid-djar qabel ma dawn jiġu aċċettati għall-ġbir, ir-rimi jew l-irkupru minn stabbiliment jew intrapriża li tkun kisbet permess jew li tkun ġiet irreġistrata skond l-Artikoli 23 jew 26.

Artikolu 21

Żjut għar-rimi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart perikoluż stabbiliti fl-Artikoli 18 u 19, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li:

(a)

iż-żjut għar-rimi jinġabru separatament, fejn dan huwa teknikament fattibbli;

(b)

iż-żjut għar-rimi jiġu ttrattati skond l-Artikoli 4 u 13;

(ċ)

fejn dan hu teknikament fattibbli u ekonomikament vijabbli, żjut għar-rimi b’karatteristiċi differenti ma jitħalltux u żjut għar-rimi ma jitħalltux ma żjut ta’ tipi oħrajn ta’ skart jew sustanzi, jekk tali taħlit ma jħallix li jiġu ttrattati.

2.   Għall-finijiet tal-ġbir separat ta’ żjut għar-rimi u t-trattament tagħhom kif suppost, l-Istati Membri jistgħu, skond il-kondizzjonijiet nazzjonali tagħhom, japplikaw miżuri addizzjonali bħal rekwiżiti tekniċi, responsabbiltà tal-produttur, strumenti ekonomiċi jew ftehim volontarju.

3.   Jekk żjut għar-rimi, skond il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikunu suġġetti għal rekwiżiti ta’ riġenerazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jippreskrivu li dawn iż-żjut għar-rimi għandhom jiġu rriġenerati jekk dan huwa teknikament fattibbli u, fejn l-Artikoli 11 jew 12 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 japplika, jirrestrinġu l-vjeġġ transkonfini taż-żjut għar-rimi mit-territorju tagħhom għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni jew ko-inċinerazzjoni sabiex jagħtu prijorità lir-riġenerazzjoni taż-żjut għar-rimi.

Artikolu 22

Bijoskart

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, kif ikun xieraq, u skond l-Artikoli 4 u 13, biex jinkoraġġixxu:

(a)

il-ġbir separat tal-bijoskart bil-għan li jsiru l-ikkompostjar u d-diġestjoni tal-bijoskart;

(b)

it-trattament tal-bijoskart b’mod li jilħaq livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali;

(ċ)

l-użu ta’ materjali ambjentalment siguri prodotti mill-bijoskart.

Il-Kumissjoni għandha twettaq valutazzjoni ta’ l-immaniġġar tal-bijoskart bil-ħsieb li tippreżenta proposta jekk ikun hekk xieraq. Il-valutazzjoni għandha teżamina l-opportunità li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-immaniġġar tal-bijoskart u kriterji ta’ kwalità għall-kompost u għad-diġestat mill-bijoskart, sabiex jiġi garantit livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u protezzjoni ta’ l-ambjent.

KAPITOLU IV

PERMESSI U REĠISTRAZZJONIJIET

Artikolu 23

Ħruġ ta’ permessi

1.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li kwalunkwe stabbiliment jew intrapriża li jkollhom l-intenzjoni li jwettqu trattament ta’ l-iskart jiksbu permess mill-awtorità kompetenti.

Tali permessi għandhom jispeċifikaw ta’ l-inqas dan li ġej:

(a)

it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart li jista’ jiġi ttrattat;

(b)

għal kull tip ta’ operazzjoni permessa, ir-rekwiżiti tekniċi u kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti għas-sit ikkonċernat;

(ċ)

il-miżuri ta’ prekawzjoni u sigurtà li jridu jittieħdu;

(d)

il-metodu li għandu jintuża għal kull tip ta’ operazzjoni;

(e)

dawk l-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll skond il-ħtieġa;

(f)

dawk id-dispożizzjonijiet ta’ għeluq u ta’ kura ta’ wara skond il-ħtieġa.

2.   Il-permessi jistgħu jinħarġu għal perijodu speċifiku u jistgħu jkunu tat-tip li jiġġeddu.

3.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-metodu ta’ trattament maħsub mhuwiex aċċettabbli mill-aspett tal-protezzjoni ta’ l-ambjent, b’mod partikolari meta l-metodu mhux skond l-Artikolu 13, hija għandha tirrifjuta li toħroġ il-permess.

4.   Għandha tkun kondizzjoni ta’ kwalunkwe permess li jkopri l-inċinerazzjoni jew il-ko-inċinerazzjoni ma’ l-irkurpru ta’ l-enerġija, li l-irkupru ta’ l-enerġija għandu jitwettaq b’livell għoli ta’ effiċjenza enerġetika.

5.   Sakemm ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu ikunu sodisfatti, kwalunkwe permess maħruġ skond leġiżlazzjoni nazzjonali jew Komunitarja oħra jista’ jingħaqad mal-permess meħtieġ taħt il-paragrafu 1 biex jifforma permess wieħed, fejn tali format jevita d-duplikazzjoni mhux meħtieġa ta’ informazzjoni u r-ripetizzjoni ta’ xogħol mill-operatur jew l-awtorità kompetenti.

Artikolu 24

Eżenzjonijiet minn rekwiżiti ta’ permessi

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23(1) stabbilimenti jew intrapriżi għall-operazzjonijiet li ġejjin:

(a)

rimi ta’ l-iskart mhux perikoluż tagħhom stess fil-post tal-produzzjoni; jew

(b)

irkupru ta’ l-iskart.

Artikolu 25

Kondizzjonijiet għall-eżenzjoni

1.   Fejn Stat Membru jkun jixtieq jippermetti eżenzjonijiet, kif previst mill-Artikolu 24, huwa għandu jistabbilixxi, fir-rigward ta’ kull tip ta’ attività, regoli ġenerali li jispeċifikaw it-tipi u l-kwantitajiet ta’ skart li jista’ jkun kopert b’eżenzjoni, u l-metodu ta’ trattament li għandu jintuża.

Dawk ir-regoli għandhom ikunu mfassla biex jiżguraw li l-iskart huwa ttrattat skond l-Artikolu 13. Fil-każ ta’ l-operazzjonijiet ta’ rimi msemmija fil-punt (a) ta’ l-Artikolu 24 dawk ir-regoli għandhom iqisu l-aħjar teknika disponibbli.

2.   Addizzjonalment għar-regoli ġenerali previsti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kondizzjonijiet speċifiċi għal eżenzjonijiet relatati ma’ skart perikoluż, inklużi tipi ta’ attività, kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ieħor meħtieġ sabiex jitwettqu tipi ta’ rkupru differenti u, fejn hu rilevanti, il-valuri ta’ limitu fir-rigward tal-kontenut ta’ sustanzi perikolużi fl-iskart kif ukoll il-valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli ġenerali stabbiliti skond il-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 26

Reġistrazzjoni

Fejn dawn li ġejjin ma jkunux suġġetti għar-rekwiżiti ta’ permess, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti żżomm reġistru ta’:

(a)

stabbilimenti jew intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali;

(b)

negozjanti jew sensara; u

(ċ)

stabbilimenti jew intrapriżi li huma suġġetti għal eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ permess skond l-Artikolu 24.

Fejn ikun possibbli, ir-rekords eżistenti miżmuma mill-awtorità kompetenti għandhom jintużaw biex tinkiseb l-informazzjoni relevanti għal dan il-proċess ta’ reġistrazzjoni biex jitnaqqas il-piż burokratiku.

Artikolu 27

Standards minimi

1.   Jistgħu jiġu adottati standards tekniċi minimi għal attivitajiet ta’ trattament li jeħtieġu permess skond l-Artikolu 23 fejn ikun hemm evidenza li jkun hemm gwadann f’termini ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent minn tali standards minimi. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

2.   Dawn l-istandards minimi għandhom ikopru biss dawk l-attivitajiet tat-trattament ta’ l-iskart li mhumiex koperti mid-Direttiva 96/61/KE jew li mhumiex adattati għall-kopertura minnha.

3.   Dawn l-istandards minimi għandhom:

(a)

ikunu diretti lejn l-impatti ambjentali prinċipali ta’ l-attività ta’ trattament ta’ l-iskart;

(b)

jiżguraw li l-iskart jiġi ttrattat skond l-Artikolu 13;

(ċ)

jieħdu kont ta’ l-aħjar teknika disponibbli; u

(d)

skond il-każ, jinkludu elementi rigward il-kwalità tat-trattament u r-rekwiżiti tal-proċess.

4.   Għandhom jiġu adottati standards minimi għal attivitajiet li jirrikjedu reġistrazzjoni skond il-punti (a) u (b) ta’ l-Artikolu 26 fejn ikun hemm evidenza li jsir gwadann minn dawn l-istandards minimi f’termini ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-ambjent jew biex is-suq intern ma jkunx imfixkel, inklużi elementi rigward il-kwalifika teknika ta’ min jiġbor, tat-trasportaturi, tan-negozjanti jew tas-sensara.

Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

KAPITOLU V

PJANIJIET U PROGRAMMI

Artikolu 28

Pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jistabbilixxu, skond l-Artikoli 1, 4, 13 u 16, pjan wieħed jew iżjed għall-immaniġġar ta’ l-iskart.

Dawk il-pjanijiet, weħidhom jew flimkien, għandhom ikopru t-territorju kollu ta’ l-Istat Membru kkonċernat.

2.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu analiżi tal-qagħda kurrenti ta’ l-immaniġġar ta’ l-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, kif ukoll il-miżuri li għandhom jittieħdu għat-titjib fil-preparazzjoni li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent għall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, l-irkupru u r-rimi ta’ l-iskart u evalwazzjoni ta’ kif il-pjan ser jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-għanijiet u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.

3.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom jinkludu, skond kif ikun xieraq u b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ippjanar, mill-inqas dan li ġej:

(a)

it-tip, il-kwantità u s-sors ta’ l-iskart ġenerat fit-territorju, l-iskart li x’aktarx jiġi ttrasportat minn jew lejn it-territorju nazzjonali, u evalwazzjoni ta’ l-iżvilupp ta’ flussi ta’ skart fil-ġejjieni;

(b)

skemi eżistenti għall-ġbir ta’ l-iskart u impjanti ewlenin għar-rimi u l-irkupru, inkluż kwalunkwe arranġament speċjali għal żjut għar-rimi, skart perikoluż jew flussi ta’ skart indirizzati minn leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja;

(ċ)

valutazzjoni tal-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir, l-għeluq ta’ impjanti eżistenti ta’ l-iskart, infrastruttura ta’ impjanti addizzjonali għall-iskart skond l-Artikolu 16, u, skond il-ħtieġa, l-investimenti relatati magħhom;

(d)

informazzjoni suffiċjenti dwar il-kriterji ta’ lokazzjoni għal identifikazzjoni ta’ siti u dwar il-kapaċità ta’ installazzjonijiet futuri għal rimi jew impjanti prinċipali għal irkupru, skond il-ħtieġa;

(e)

linji politiċi ġenerali għall-immaniġġar ta’ l-iskart, inklużi teknoloġiji u metodi ppjanati għall-immaniġġar ta’ l-iskart, jew linji politiċi oħra fir-rigward ta’ l-iskart li jġib miegħu problemi speċifiċi ta’ maniġġar.

4.   Il-pjan għall-immaniġġar ta’ l-iskart jista’ jkun fih, b’kont meħud tal-livell ġeografiku u l-kopertura taż-żona ta’ ppjanar, dan li ġej:

(a)

aspetti organizzattivi relatati ma’ l-immaniġġar ta’ l-iskart, inkluża deskrizzjoni ta’ l-allokazzjoni ta’ responsabbiltajiet bejn l-atturi pubbliċi u privati li qed iwettqu l-immaniġġar ta’ l-iskart;

(b)

evalwazzjoni ta’ l-utilità u l-idoneità ta’ l-użu ta’ strumenti ekonomiċi u oħrajn fit-trattament ta’ diversi problemi konnessi ma’ l-iskart, b’kont meħud tal-ħtieġa li s-suq intern jibqa’ jopera bla xkiel;

(ċ)

l-użu ta’ kampanji biex titqajjem il-kuxjenza u l-għoti ta’ tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta’ konsumaturi;

(d)

siti għar-rimi ta’ l-iskart li huma storikament kontaminati u miżuri għar-rijabilitazzjoni tagħhom.

5.   Il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart għandhom ikunu skond ir-rekwiżiti tal-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 94/62/KE u l-istrateġija għall-implimentazzjoni tat-tnaqqis ta’ l-iskart bijodegradabbli li jintefa’ f’radam, imsemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/31/KE.

Artikolu 29

Programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart

1.   L-Istati Membri għandhom, skond l-Artikolu 1 u 4, jistabbilixxu programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart mhux aktar tard mit-12 ta’ Diċembru 2013.

Programmi bħal dawn għandhom jew jiġu integrati fil-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart previsti fl-Artikolu 28, jew fi programmi oħra ta’ politika ambjentali, kif xieraq, jew għandhom jiffunzjonaw bħala programmi separati. Jekk tali programm ikun integrat fil-pjan għall-immaniġġar ta’ l-iskart jew fi programmi oħra, il-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart għandhom ikunu identifikati b’mod ċar.

2.   Il-programmi previsti fil-paragrafu 1 għandhom jistipulaw l-objettivi ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart. L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu miżuri ta’ prevenzjoni eżistenti u jevalwaw l-utilità ta’ l-eżempji tal-miżuri indikati fl-Anness IV jew miżuri xierqa oħra.

Il-mira ta’ dawn l-objettivi u miżuri għandha tkun li tinqata’ r-rabta bejn it-tkabbir ekonomiku u l-impatti ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart.

3.   L-Istati Membri għandom jiddeterminaw il-punti ta’ referenza kwalitattivi jew kwantitattivi xierqa għall-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart li jkunu adottati biex jimmonitorjaw u jivvalutaw il-progress tal-miżuri u jistgħu jiddeterminaw miri kwalitattivi jew kwantitattivi speċifiċi u indikaturi, minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 4, għall-istess għan.

4.   L-indikaturi għall-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 39(3).

5.   Il-Kummissjoni għandha toħloq sistema għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-aħjar prattika fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ l-iskart u għandha tiżviluppa linji gwida sabiex tassisti lill-Istati Membri fil-tħejjija tal-Programmi.

Artikolu 30

Evalwazzjoni u reviżjoni ta’ pjanijiet u programmi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jiġu evalwati mill-inqas kull sitt snin, u riveduti kif ikun xieraq. u, fil-każijiet fejn ikun relevanti, konformement ma’ l-Artikoli 9 u 11.

2.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent hija mistiedna tinkludi, fir-rapport annwali tagħha, reviżjoni tal-progress fit-tlestija u fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ prevenzjoni ta’ skart.

Artikolu 31

Parteċipazzjoni tal-pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet interessati u l-awtoritajiet rilevanti u l-pubbliku ġenerali jkollhom l-opportunità li jipparteċipaw fit-tfassil tal-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart, u jkollhom aċċess għalihom meta jkunu mfassla, skond id-Direttiva 2003/35/KE jew, jekk rilevanti, id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima ta’ ċerti effetti ta’ pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (26). Huma għandhom iqiegħdu l-pjanijiet u l-programmi fuq sit ta’ l-internet li jkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 32

Koperazzjoni

L-Istati Membri għandhom jikkoperaw kif jixraq ma’ l-Istati Membri l-oħrajn ikkonċernati u mal-Kummissjoni sabiex ifasslu l-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart skond l-Artikoli 28 u 29.

Artikolu 33

Informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-pjanijiet għall-immaniġġar ta’ l-iskart u l-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart imsemmija fl-Artikoli 28 u 29, ladarba jiġu adottati, u dwar kull reviżjoni sostanzjali tal-pjanijiet u l-programmi.

2.   Il-format għan-notifikazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar l-adozzjoni u r-reviżjonijiet sostanzjali ta’ dawk il-pjanijiet u programmi għandu jiġi adottat skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 39(3).

KAPITOLU VI

ISPEZZJONIJIET U REĠISTRI

Artikolu 34

Ispezzjonijiet

1.   L-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jwettqu operazzjonijiet ta’ trattament ta’ l-iskart, l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart fuq bażi professjonali, is-sensara u n-negozjanti, u l-istabbilimenti jew l-intrapriżi li jipproduċu skart perikoluż għandhom ikunu suġġetti għal ispezzjonijiet perjodiċi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-ispezzjonijiet fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ ġbir u trasport għandhom ikopru l-oriġini, in-natura, il-kwantità u d-destinazzjoni ta’ l-iskart miġbur u trasportat.

3.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kont tar-reġistrazzjonijiet miksuba taħt l-iskema tal-Komunità għall-Immaniġġar u l-Awditjar ta’ l-Ambjent (EMAS) b’mod partikolari rigward il-frekwenza u l-intensità ta’ l-ispezzjonijiet.

Artikolu 35

Żamma ta’ reġistri

1.   L-istabbilimenti jew l-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 23(1), il-produtturi ta’ l-iskart perikoluż u l-istabbilimenti u l-intrapriżi li jiġbru jew jittrasportaw l-iskart perikoluż fuq bażi professjonali, jew jaġixxu bħala negozjanti jew sensara ta’ skart perikoluż, għandhom iżommu reġistru kronoloġiku tal-kwantità, in-natura u l-oriġini ta’ l-iskart, u, meta jkun rilevanti, id-destinazzjoni, il-frekwenza tal-ġbir, il-mod tat-trasport u l-metodu tat-trattament mistenni fir-rigward ta’ l-iskart, u jagħmlu dan it-tagħrif disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet kompetenti.

2.   Fil-każ ta’ skart perikoluż, ir-reġistri għandhom jinżammu għal mill-anqas tliet snin, tali reġistri għal mill-anqas 12-il xahar.

Għandha tiġi provduta, fuq talba ta’ l-awtoritajiet kompetenti jew ta’ detentur preċedenti, prova dokumentata li l-operazzjonijiet ta’ mmaniġġar ikunu twettqu.

3.   L-Istati Membri jistgħu jitolbu wkoll lill-produtturi ta’ skart mhux perikoluż biex jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2.

Artikolu 36

Infurzar u pieni

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprojbixxu l-abbandun, ir-rimi jew l-immaniġġar mhux ikkontrollat ta’ l-iskart.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet dwar pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 37

Rappurtar u reviżjoni

1.   Kull tliet snin, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, billi jippreżentaw rapport settorali f’forma elettronika. Dan ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-immaniġġar ta’ żjut għar-rimi u dwar il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-programmi għall-prevenzjoni ta’ l-iskart u, skond kif ikun xieraq, informazzjoni dwar miżuri, kif previsti mill-Artikolu 8, dwar ir-responsabbiltà estiża tal-produttur.

Ir-rapport għandu jkun ibbażat fuq kwestjonarju jew qafas stabbilit mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991 biex tistandardizza u tirrazzjonalizza rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti Direttivi fuq l-ambjent (27). Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien disa’ xhur mit-tmiem tal-perijodu ta’ tliet snin li jkopri.

2.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-kwestjonarju jew qafas lill-Istati Membri sitt xhur qabel jibda l-perijodu kopert mir-rapport settorali.

3.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mhux aktar tard minn disa’ xhur minn meta tirċievi r-rapporti settorali mill-Istati Membri skond il-paragrafu 1.

4.   Fl-ewwel rapport li jsir sat-12 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-effiċjenza ta’ l-enerġija, u, jekk ikun xieraq, għandha tippreżenta proposta għal reviżjoni. Ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-programmi, għanijiet u indikaturi eżistenti ta’ prevenzjoni ta’ l-iskart ta’ l-Istati Membri u għandu jirrivedi l-opportunità għal programmi fil-livell Komunitarju, inklużi skemi ta’ responsabbiltà tal-produttur għal flussi speċifiċi ta’ skart, miri, indikaturi u miżuri relatati mar-riċiklaġġ, kif ukoll l-operazzjonijiet ta’ rkupru ta’ materjal u enerġija li jistgħu jikkontribwixxu sabiex jiġu sodisfatti b’mod iktar effettiv l-għanijiet stipulati fl-Artikoli 1 u 4.

Artikolu 38

Interpretazzjoni u adattament għall-progress tekniku

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa linji gwida għall-interpretazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ rkupru u rimi.

Jekk ikun meħtieġ, l-applikazzjoni tal-formola għall-faċilitajiet ta’ inċinerazzjoni msemmija fl-Anness II R1, għandha tkun speċifikata. Kondizzjonijiet klimatiċi lokali jistgħu jitqiesu bħas-severità tal-kesħa u l-ħtieġa għat-tisħin safejn dawn jinfluwenzaw l-ammonti ta’ enerġija li jistagħu jintużaw jew jiġu prodotti teknikament fil-forma ta’ elettriku, tisħin, tkessiħ jew fwar matul l-ipproċessar. Kondizzjonijiet lokali tar-reġjuni l-aktar imbiegħda kif rikonoxxuti fir-raba subparagrafu ta’ l-Artikolu 299(2) tat-Trattat u tat-territorji msemmija fl-Artikolu 25 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-1985 jistgħu wkoll jittieħdu f’konsiderazzjoni. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

2.   L-Annessi jistgħu jiġu emendati, fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku. Dawn il-miżuri, imfassla biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 39(2).

Artikolu 39

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ tliet xhur.

Artikolu 40

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-12 ta’ Diċembru 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 41

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżitorji

Id-Direttivi 75/439/KEE u 91/689/KEE u 2006/12/KE huma b’dan imħassra b’effett mit-12 ta’ Diċembru 2010.

Madankollu, mit-12 ta’ Diċembru 2008, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 75/439/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-metodu ta’ referenza ta’ kejl biex jiġi ddeterminat il-kontenut PCB/PCT taż-żejt għar-rimi għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni. Dik il-miżura, imfassla biex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi tissuplimentaha, għandha tiġi adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (*).

(*)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.”"

(b)

id-Direttiva 91/689/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i)

fl-Artikolu 1(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘skart perikoluż’ tfisser:

skart klassifikat bħala skart perikoluż li jinstab fil-lista stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (**) fuq il-bażi ta’ l-Annessi I u II ta’ din id-Direttiva. Dan l-iskart għandu jkollu wieħed jew iktar mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Il-lista għandha tikkunsidra l-oriġini u l-kompożizzjoni ta’ l-iskart u, fejn ikun meħtieġ, valuri ta’ limitu tal-konċentrazzjoni. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar l-iskart (***);

kwalunkwe skart ieħor li jkun meqjus minn Stat Membru bħala skart li juri xi waħda mill-karatteristiċi elenkati fl-Anness III. Każijiet bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u jiġu riveduti bil-għan li tiġi adattata l-lista. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.

(**)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3."

(***)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.”"

(ii)

l-Artikolu 9 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 9

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi ta’ din id-Direttiva għall-progress xjentifiku u tekniku, u biex tiġi riveduta l-lista ta’ skart imsemmija fl-Artikolu 1(4), imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, inter alia billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.”

(ċ)

id-Direttiva 2006/12/KE hija b’dan emendata kif ġej:

(i)

fl-Artikolu 1(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt (a), għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (****) li fiha l-lista ta’ tipi ta’ skart li jagħmlu parti mill-kategoriji elenkati fl-Anness I ma’ din id-Direttiva. Din il-lista għandha tiġi riveduta perjodikament u jekk ikun meħtieġ tiġi emendata. Dawk il-miżuri, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva billi jissuplimentawha, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4) tad-Direttiva 2006/12/KE.

(****)  ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3.”"

(ii)

l-Artikolu 17 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 17

Il-miżuri meħtieġa biex jiġu adattati l-Annessi għall-progress xjentifiku u tekniku, imfasslin biex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(4).”

(iii)

fl-Artikolu 18(4) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.”

Ir-referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 43

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Strasburgu, 19 ta’ Novembru 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

J.-P. JOUYET


(1)  ĠU C 309, 16.12.2006, p. 55.

(2)  ĠU C 229, 22.9.2006, p. 1.

(3)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Frar 2007 (ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 135), il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 71 E, 18.3.2008, p. 16) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008

(4)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(5)  ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU C 104 E, 30.4.2004, p. 401.

(7)  ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26. Direttiva sostitwita mid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8).

(8)  ĠU C 76, 11.3.1997, p. 1.

(9)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(10)  Deċiżjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skond l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skond l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(11)  ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1.

(12)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(13)  ĠU L 269, 21.10.2000, p. 34.

(14)  ĠU L 37, 13.2.2003, p. 24.

(15)  ĠU L 266, 26.9.2006, p. 1.

(16)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(17)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 17.

(18)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20.

(19)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 23.

(20)  ĠU L 143, 30.4.2004, p. 56.

(21)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(22)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

(23)  ĠU L 102, 11.4.2006, p. 15.

(24)  ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37.

(25)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1.

(26)  ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.

(27)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48.


ANNESS I

OPERAZZJONIJIET TA' RIMI

D 1

Depożitu ġewwa jew fuq l-art (eż. radam, eċċ.)

D 2

Trattament fuq l-art (eż. bijodegradazzjoni ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn fil-ħamrija, eċċ.)

D 3

Injezzjoni fil-fond (eż. injezzjoni ta' rifjut li jista' jiġi ppumpjat fi bjar, munzelli tal-melħ jew repożitorji naturali, eċċ.)

D 4

Lagunaġġ (eż. tqegħid ta' rifjuti likwidi jew ta' tajn f'fosos, għadajjar jew laguni, eċċ.)

D 5

Radam speċjalment ippreparat (eż. tqegħid f'ċelluli separati miksija minn ġewwa li jkunu mgħottija u iżolati minn ma' xulxin u mill-ambjent, eċċ.)

D 6

Rilaxx f'ilmijiet li mhumiex ibħra/oċeani

D 7

Rilaxx f'ibħra/oċeani inkluża l-inserzjoni f'qiegħ il-baħar

D 8

Trattament bijoloġiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12

D 9

Trattament fiżiko-kimiku mhux speċifikat imkien ieħor f'dan l-Anness li jirriżulta f'komposti jew taħlitiet aħħarija li jintremew permezz ta' kull wieħed mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12 (eż. evaporazzjoni, tnixxif, kalċinazzjoni, eċċ.)

D 10

Inċinerazzjoni fuq l-art

D 11

Inċinerazzjoni fuq il-baħar (*)

D 12

Ħżin permanenti (eż. tqegħid ta' kontenituri f'minjiera, eċċ.)

D 13

Taqbil jew taħlit qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 12 (**)

D 14

Ippakkjar mill-ġdid qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 13

D 15

Ħżin preliminari qabel ma sseħħ waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn D 1 sa D 14 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) (***)


(*)  Din l-operazzjoni hija pprojbita mil-leġiżlazzjoni ta' l-UE u mill-konvenzjonijiet internazzjonali.

(**)  Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi D xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel ir-rimi inkluż il-pre-proċessar bħal, inter alia, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, jew is-separazzjoni qabel is-sottomissjoni għal kwalunkwe mill-operazzjonijiet enumerati D1 sa D12.

(***)  “Ħżin temporanju” tfisser ħżin preliminari skond il-punt (10) ta' l-Artikolu 3.


ANNESS II

OPERAZZJONIJIET TA' RKUPRU

R 1

Użu ewlieni bħala karburant jew mezz ieħor għall-ġenerazzjoni ta' l-enerġija (*)

R 2

Riklamazzjoni/riġenerazzjoni ta' solventi

R 3

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' sustanzi organiċi li mhumiex użati bħala solventi (inkluż il-bdil f'kompost u proċessi oħra ta' trasformazzjoni bijoloġika) (**)

R 4

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' metalli u komposti tal-metalli

R 5

Riċiklaġġ/riklamazzjoni ta' materjali inorganiċi oħra (***)

R 6

Riġenerazzjoni ta' aċidi jew bażijiet

R 7

Irkupru ta' komponenti użati għat-tnaqqis tat-tniġġis

R 8

Irkupru ta' komponenti minn katalizzaturi

R 9

Raffinar mill-ġdid taż-żejt jew użu ieħor mill-ġdid taż-żejt

R 10

Trattament ta' l-art li jirriżulta f'benefiċċju għall-agrikoltura jew f'titjib ekoloġiku

R 11

Użu ta' skart miksub minn waħda mill-operazzjonijiet numerati minn R 1 sa R 10

R 12

Skambju ta' skart biex jittieħed għal waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R 1 sa R 11 (****)

R 13

Ħżin ta' skart sa meta ssir waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R 1 sa R 12 (ħlief il-ħżin temporanju, sakemm isir il-ġbir, fuq is-sit fejn jiġi prodott l-iskart) (*****)


(*)  Dan jinkludi faċilitajiet ta' inċinerazzjoni mfassla għall-ipproċessar ta' skart solidu muniċipali biss fejn l-effiċjenza ta' l-enerġija tagħhom hija daqs jew ogħla minn:

0,60 għal installazzjonijiet li kienu qed jaħdmu u permessi skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja applikabbli qabel l-1 ta' Jannar 2009,

0,65 għal installazzjonijiet permessi wara l-31 ta' Diċembru 2008,

bl-użu tal-formula li ġejja:

Effiċjenza ta' l-enerġija = (Ep –( Ef + Ei)) / (0.97 × (Ew + Ef))

Fejn:

 

“Ep” tfisser l-enerġija annwali prodotta bħala sħana jew elettriċità. Hija kkalkulata b'enerġija fis-sura ta' elettriċità mmultiplikata bi 2.6 u sħana prodotta għal użi kummerċjali mmultiplikata b'1.1 (GJ/sena)

 

“Ef” tfisser l-input ta' l-enerġija annwali fis-sistema minn karburanti li jikkontribwixxu għall-produzzjoni tal-fwar (GJ/sena)

 

“Ew” tfisser l-enerġija annwali li tinsab fl-iskart ittrattat ikkalkulata bl-użu tal-valur nett kalorifiku ta' l-iskart (GJ/sena)

 

“Ei” tfisser l-enerġija importata annwali esklużi Ew u Ef (FJ/sena)

 

0,97 huwa fattur responsabbli għat-telf ta' enerġija minħabba ċapep ta' l-irmied u radjazzjoni

Din il-formula għandha tkun applikata skond id-dokument ta' referenza dwar l-Aħjar Teknika Disponibbli għall-inċinerazzjoni ta' l-iskart.

(**)  Dan jinkludi l-gassifikazzjoni u l-piroliżi bl-użu tal-komponenti bħala kimiki.

(***)  Dan jinkludi t-tindif tal-ħamrija li jirriżulta fl-irkupru tal-ħamrija u r-riċiklaġġ ta' materjali inorganiċi tal-bini.

(****)  Jekk ma jkun hemm l-ebda kodiċi R ieħor xieraq, dan jista' jinkludi operazzjonijiet preliminari qabel l-irkupru inkluż pre-proċessar bħal, inter alia, iż-żarmar, l-għażla, it-tifrik, l-ikkumpattar, it-tgerbib, it-tnixxif, it-tqattigħ, il-kondizzjonament, l-ippakkjar mill-ġdid, is-separazzjoni, it-taqbil jew it-taħlit qabel ma jintbagħat lil waħda mill-operazzjonijiet enumerati minn R1 sa R11.

(*****)  “Ħżin temporanju” tfisser ħżin preliminari skond il-punt (j) ta' l-Artikolu 3.


ANNESS III

KARATTERISTIĊI TA' L-ISKART LI JIRRENDUH PERIKOLUŻ

H1

“Splussiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisplodu taħt l-effett ta' fjamma jew li huma aktar sensittivi għal xokkijiet jew frizzjoni mid-dinitrobenzine.

H2

“Ossidizzanti”: sustanzi u preparazzjonijiet li juru reazzjonijiet exotermiċi għoljin meta jidħlu fil-kuntatt ma' sustanzi oħra, b'mod partikolari sustanzi li jieħdu n-nar.

H3-A

“Jieħu n-nar malajr ħafna”:

sustanzi u preparazzjonijiet likwidi li għandhom punt ta' flaxx taħt il-21 °C (inklużi likwidi li jiedu n-nar malajr ħafna), jew

sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jisħnu u fl-aħħar jieħdu n-nar meta jkunu f'kuntatt ma' l-arja f'temperatura ambjentali mingħajr l-applikazzjoni ta' enerġija, jew

sustanzi u preparazzjonijiet solidi li jistgħu faċilment jieħdu n-nar wara kuntatt qasir ma' sors ta' tqabbid ta' nar u li jkompli jaqbad jew jiġi kkunsmat wara t-tneħħija tas-sors ta' tqabbid, jew

sustanzi u preparazzjonijiet gassużi li jieħdu n-nar fl-arja taħt pressjoni normali, jew

sustanzi u preparazzjonijiet li, f'kuntatt ma' l-ilma jew l-arja umda, jiżviluppaw gassijiet li jieħdu n-nar malajr ħafna fi kwantitajiet perikolużi.

H3-B

“Jieħu n-nar”: sustanzi u preparazzjonijiet likwidi li għandhom punt ta' flaxx ugwali għal jew ogħla minn 21 °C u anqas minn jew ugwali għal 55 °C.

H4

“Irritanti”: sustanzi u preparazzjonijiet mhux korrożivi li, permezz ta' kuntatt immedjat, fit-tul jew ripetut, mal-ġilda jew il-membrana bil-mukus, jistgħu jikkawżaw infjammazzjoni.

H5

“Noċiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal riskji limitati għas-saħħa.

H6

“Tossiku”: sustanzi u preparazzjonijiet (inklużi sustanzi u preparazzjonijiet tossiċi ħafna) li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jikkaġunaw riskji serji, akuti jew kroniċi għas-saħħa u wkoll mewt.

H7

“Karċinoġeniku”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal kanċer jew iżidu l-inċidenza tiegħu.

H8

“Korrożiv”: sustanzi u preparazzjonijiet li jistgħu jeqirdu t-tessut ħaj meta jmissu miegħu.

H9

“Infettuż”: sustanzi u preparazzjonijiet li jkun fihom mikro-organiżmi vijabbli jew it-tossini tagħhom li huma magħrufa jew meqjusa b'mod affidabbli li jikkaġunaw mard fil-bniedem jew f'organiżmi oħra ħajjin.

H10

“Tossiku għar-riproduzzjoni”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal malformazzjonijiet konġenitali mhux ereditarji jew iżidu l-inċidenza tagħhom.

H11

“Mutaġeniku”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jinbelgħu jew jekk jinfdu l-ġilda, jistgħu jwasslu għal difetti genetiċi ereditarji jew iżidu l-inċidenza tiegħhom.

H12

Skart li jerħi gassijiet tossiċi jew tossiċi ħafna meta jiġi f'kuntatt ma' l-ilma, l-arja jew xi aċidu.

H13 (*)

“Sensitizzanti”: sustanzi u preparazzjonijiet li, jekk jinġibdu man-nifs jew jekk jippenetraw fil-ġilda, jistgħu jikkawżaw reazzjoni ta' ipersensittività tali li ma' esponiment ulterjuri għas-sustanza jew il-preparazzjoni, ikunu prodotti effetti karatteristiċi negattivi.

H14

“Ekotossiku”: skart li jippreżenta jew jista' jippreżenta riskji immedjati jew li jieħdu ż-żmien għal settur wieħed jew aktar ta' l-ambjent.

H15

Skart kapaċi bi kwalunkwe mezz, wara li jintrema, li jipproduċi xi sustanza oħra, eż. xi ċarċir, li jkun fih xi waħda mill-karatteristiċi elenkati hawn fuq.

Noti

1.

L-attribuzzjoni tal-karatteristiċi perikolużi “tossiku” (u “tossiku ħafna”), “noċiv”, “korrożiv”, “irritanti”, “karċinoġeniku”, “tossiku għar-riproduzzjoni”, “mutaġeniku”, u “eko-tossiku” issir fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti bl-Anness VI, tad-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta' Ġunju 1967 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' sustanzi perikolużi (1).

2.

Fejn ikun rilevanti għandhom japplikaw il-valuri tal-limitu elenkati fl-Anness II u III tad-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Mejju 1999 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta' preparazzjonjijiet perikolużi (2).

Metodi ta' ttestjar

Il-metodi li għandhom jintużaw huma deskritti fl-Anness V mad-Direttiva 67/548/KEE u f'noti rilevanti oħrajn tas-CEN.


(*)  Safejn huma disponibbli metodi ta' ttestjar.

(1)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

(2)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.


ANNESS IV

EŻEMPJI TA' MIŻURI TA' PREVENZJONI TA' L-ISKART IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 29

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-kondizzjonijiet ta' qafas relatati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart

1.

L-użu ta’ miżuri ta’ ppjanar, jew strumenti ekonomiċi oħrajn li jippromwovu l-użu effiċenti tar-riżorsi.

2.

Il-promozzjoni tar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-kisba ta’ prodotti u teknoloġiji aktar nodfa u li jaħlu inqas u t-tixrid u l-użu tar-riżultati ta’ tali riċerka u żvilupp.

3.

L-iżvilupp ta’ indikaturi effettivi u sinifikanti tal-pressjonijiet ambjentali assoċjati mal-ġenerazzjoni ta’ l-iskart immirati li jikkontribwixxu fil-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta' l-iskart fil-livelli kollha, mit-tqabbil tal-prodotti fil-livell Komunitarju permezz ta' azzjoni meħuda mill-awtoritajiet lokali sa miżuri nazzjonali.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta’ tfassil u produzzjoni u distribuzzjoni

4.

Il-promozzjoni ta’ tfassil ekoloġiku (l-integrazzjoni sistematika ta’ l-aspetti ambjentali fid-disinn tal-prodott bil-għan li jittejjeb ir-rendiment ambjentali tal-prodott matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kollu).

5.

L-għoti ta’ tagħrif dwar teknika għall-prevenzjoni ta’ l-iskart bil-għan li tkun faċilitata l-implimentazzjoni ta’ l-aħjar teknika disponibbli mill-industrija.

6.

L-organizzazzjoni ta’ taħriġ ta’ l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ l-inklużjoni ta’ ħtiġiet dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart fil-permessi skond din id-Direttiva u d-Direttiva 96/61/KE.

7.

L-inklużjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni tal-produzzjoni ta’ l-iskart f’impjanti mhux koperti mid-Direttiva 96/61/KE. Fejn ikun xieraq, tali miżuri jistgħu jinkludu valutazzjonijiet jew pjanijiet dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart.

8.

L-użu ta’ kampanji ta’ għarfien jew l-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, fit-teħid tad-deċiżjonijiet jew appoġġ ieħor lin-negozji. Tali miżuri x'aktarx ikunu partikolarment effettivi meta jkunu mmirati lejn, u adattati għal, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u joperaw permezz ta’ networks stabbiliti ta' negozji.

9.

L-użu ta’ ftehim volontarju, għaqdiet ta’ produtturi/konsumaturi jew negozjati settorali sabiex in-negozji jew is-setturi industrijali rilevanti jistabbilixxu huma stess il-pjanijiet jew l-objettivi tagħhom għall-prevenzjoni ta’ l-iskart jew jikkoreġu prodotti jew ippakkjar li jaħlu.

10.

Il-promozzjoni ta’ sistemi rakkomandabbli għall-immaniġġar ambjentali, inklużi l-EMAS u l-ISO 14001.

Miżuri li jistgħu jaffettwaw il-fażi ta’ konsum u użu

11.

Strumenti ekonomiċi bħal inċentivi għal xiri “nadif” jew l-istituzzjoni ta’ ħlas obbligatorju mill-konsumaturi għal oġġett speċifiku jew element ta’ ppakkjar speċifiku li kieku kien jingħata b’xejn.

12.

L-użu ta’ kampanji ta' sensibilizzazzjoni u l-għoti ta’ tagħrif immirati lejn il-pubbliku ġenerali jew grupp speċifiku ta’ konsumaturi.

13.

Il-promozzjoni ta’ eko-tikketti rakkomandabbli.

14.

Ftehim ma’ l-industrija, bħall-użu ta’ gruppi ta' studju dwar prodotti, bħal dawk li qed jintużaw fi ħdan il-qafas tal-Politika Integrata dwar il-Prodotti jew mal-bejjiegħa bl-imnut dwar id-disponibbiltà ta’ tagħrif dwar il-prevenzjoni ta’ l-iskart u l-prodotti b’anqas impatt ambjentali.

15.

Fil-kuntest ta’ xiri pubbliku u korporattiv, l-integrazzjoni ta’ kriterji ambjentali u tal-prevenzjoni ta’ l-iskart f’sejħiet għal offerti u kuntratti, skond il-Manwal dwar ix-xiri pubbliku ambjentali ppubblikat mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ottubru 2004.

16.

l-promozzjoni ta’ l-użu mill-ġdid/jew it-tiswija ta’ prodotti xierqa skartati jew tal-komponenti tagħhom, notevolment permezz ta' l-użu ta' miżuri edukattivi, ekonomiċi, loġistiċi jew miżuri oħra bħall-appoġġ għal jew l-istabbiliment ta' ċentri u networks akkreditati ta' tiswija u ta' użu mill-ġdid speċjalment f'reġjuni b'densità ta' popolazzjoni għolja.


ANNESS V

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 2006/12/EC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)(a)

Artikolu 3(1)

Artikolu 1(1)(b)

Artikolu 3(5)

Artikolu 1(1)(c)

Artikolu 3(6)

Artikolu 1(1)(d)

Artikolu 3(9)

Artikolu 1(1)(e)

Artikolu 3(19)

Artikolu 1(1)(f)

Artikolu 3(15)

Artikolu 1(1)(g)

Artikolu 3(10)

Artikolu 1(2)

Artikolu 7

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(a)

Artikolu 2(1)(b)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(1)(b)(i)

Artikolu 2(1)(d)

Artikolu 2(1)(b)(ii)

Artikolu 2(2)(d)

Artikolu 2(1)(b)(iii)

Artikolu 2(1)(f) u 2(2)(ċ)

Artikolu 2(1)(b)(iv)

Artikolu 2(2)(a)

Artikolu 2(1)(b)(v)

Artikolu 2(1)(e)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(4)

Artikolu 3(1)

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 13

Artikolu 4(2)

Artikolu 36(1)

Artikolu 5

Artikolu 16

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 28

Artikolu 8

Artikolu 15

Artikolu 9

Artikolu 23

Artikolu 10

Artikolu 23

Artikolu 11

Artikoli 24 u 25

Artikolu 12

Artikolu 26

Artikolu 13

Artikolu 34

Artikolu 14

Artikolu 35

Artikolu 15

Artikolu 14

Artikolu 16

Artikolu 37

Artikolu 17

Artikolu 38

Artikolu 18(1)

Artikolu 39(1)

Artikolu 39(2)

Artikolu 18(2)

Artikolu 18(3)

Artikolu 39(3)

Artikolu 19

Artikolu 40

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 42

Artikolu 22

Artikolu 43

Annex I

Annex IIA

Annex I

Annex IIB

Annex II


Direttiva 75/439/EEC

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 3(18)

Artikolu 2

Artikoli 13 u 21

Artikolu 3(1) u (2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 13

Artikolu 4

Artikolu 13

Artikolu 5(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(4)

Artikoli 26 u 34

Artikolu 6

Artikolu 23

Artikolu 7(a)

Artikolu 13

Artikolu 7(b)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8(2)(a)

Artikolu 8(2)(b)

Artikolu 8(3)

Artikolu 9

Artikolu 10(1)

Artikolu 18

Artikolu 10(2)

Artikolu 13

Artikolu 10(3) u (4)

Artikolu 10(5)

Artikoli 19, 21, 25, 34 u 35

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 35

Artikolu 13(1)

Artikolu 34

Artikolu 13(2)

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 17

Artikolu 18

Artikolu 37

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 22

Annex I


Direttiva 91/689/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 1(4)

Artikoli 3(2) u 7

Artikolu 1(5)

Artikolu 20

Artikolu 2(1)

Artikolu 23

Artikolu 2(2) u (4)

Artikolu 18

Artikolu 3

Artikoli 24, 52 u 63

Artikolu 4(1)

Artikolu 34(1)

Artikolu 4(2) u (3)

Artikolu 35

Artikolu 5(1)

Artikolu 19(1)

Artikolu 5(2)

Artikolu 34(2)

Artikolu 5(3)

Artikolu 19(2)

Artikolu 6

Artikolu 28

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 11

Artikolu 12

Annexes I u II

Anness III

Anness III


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Lulju 2008

dwar l-għajnuna mill-istat li l-Ġermanja ser tagħti lid-DHL (irreġistrata taħt in-Numru C 18/07 (eks N 874/06))

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3178)

(It-test Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/878/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, speċjalment l-artikolu 88, paragrafu 2, subparagrafu 1,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, speċjalment l-artikolu 62, paragrafu 1, punt a),

wara talba lill-persuni involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom skond l-artikoli msemmija (1),

b’konsiderazzjoni tar-raġunijiet li ġejjin:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tal-korrispondenza tal-21 ta’ Diċembru 2006 l-Ġermanja applikat għal assistenza finanzjarja għat-taħriġ għad-DHL.

(2)

Bil-korrispondenza tas-27 ta’ Ġunju 2007 l-Kummissjoni infurmat lill-Ġermanja bid-deċiżjoni tagħha dwar l-assistenza lid-DHL sabiex jinbeda l-proċess skond artikolu 88, paragrafu 2 tat-trattat tal-KE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-bidu tal-proċess ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Permezz ta’ ittra tas-26 ta’ Settembru 2007 l-Ġermanja tat l-opinjoni tagħha dwarha.

(3)

Il-Kummissjoni talbet lil dawk involuti biex jagħtu l-pożizzjoni tagħhom. DHL tat il-pożizzjoni tagħha b’korrispondenza tal-15 ta’ Ottubru 2007 u UPS Deutschland b’korrispondenza tas-26 ta’ Ottubru 2007. L-ispjegazzjonijiet tal-pożizzjonijiet korrispondenti ngħataw b’korrispondenzi tas-16 ta’ Novembru 2007 kif ukoll tal-20 ta’ Novembru 2007. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha b’korrispondenza tal-14 ta’ Diċembru 2007. Fit-12 ta’ Frar 2008 u fil-5 ta’ Ġunju 2008 l-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni permezz ta’ posta elettronika. Il-Ġermanja tat ir-risposta tagħha permezz tal-korrispondenza tal-14 ta’ Frar 2008, 31 ta’ Marzu 2008 u 17 ta’ Ġunju 2008.

2.   DESKRIZZJONI TAL-PROĠETT

2.1.   Il-benefiċjarju

(4)

Id-DHL, bi dħul globali ta’ 18,2 biljun Ewro fis-sena 2005, hi minn ta’ quddiem fost il-fornituri ta’ servizzi kunsinja ta’ pakki express. L-intrapriża hi 100 % sussidjarja tal-korporazzjoni Deutsche Post.

(5)

DHL bniet f’Leipzig-Halle, il-Ġermanja, ċentru ġdid għal-loġistika bl-ajru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru, li għandu jibda jopera fl-aħħar ta’ Ottubru 2007. L-ispejjeż totali tal-investiment għal dan il-proġett jammontaw għal 250 miljun Ewro. F’April 2004, id-DHL ingħatat assistenza reġjonali għall-investiment ta’ bejn wieħed u ieħor 70 miljun Ewro li ġew approvati mill-Kummissjoni bħala assistenza N 608/2003 b’livell massimu ta’ intensità ta’ assistenza ta’ 28 %.

(6)

Iċ-ċentru għal konsenji express u merkanzija bl-ajru hu mmexxi miż-żewġ intrapriżi benefiċjarji DHL Hub Leipzig GmbH (li ser tissejjaħ “DHL HUB”) u European Air Transport Leipzig Ltd (li ser tissejjaħ “DHL EAT”) li t-tnejn jinsabu 100 % fil-pussess tal-korporazzjoni Deutsche Post permezz ta’ intrapriżi sussidjarji. DHL Hub ser tkun responsabbli għas-servizzi ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji relatati mat-trasport ta’ merkanzija bl-ajru filwaqt li DHL EAT għall-kontroll tekniku tal-flotta ta’ ajruplani tad-DHL.

(7)

DHL Hub u DHL EAT huma t-tnejn stabbiliti f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE.

2.2.   Proġett ta’ taħriġ

(8)

Fiċ-ċentru tal-loġistika d-DHL tmexxi s-servizzi kollha ta’ mmaniġġjar ta’ konsenji kif ukoll il-kontrolli ta’ qabel it-titjira u tar-rampa għall-ajruplani kollha li jaslu u jitilqu. L-intrapriża għandha l-ħsieb li timpjega madwar 1 500 persuna gradwalment u tagħtihom it-taħriġ meħtieġ. Iżda s-sussidju nnotifikat hu relatat biss mat-taħriġ ta’ 485 ħaddiem.

(9)

Il-Ġermanja nnotifikat sussidju dirett fl-ammont ta’ 7 753 307 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li nofshom jiġu provduti minn mill-istat ta’ Sassonja u Sassonja-Anhalt.

(10)

Il-miżuri ta’ taħriġ ippjanati mid-DHL jiġu mmexxija (3) minn DHL Hub (320 persuna) u DHL EAT (165 persuna).

2.2.1.   DHL Hub

(11)

It-taħriġ offrut minn DHL Hub jikkonsistu primarjament fi skemi ta’ taħriġ ġenerali li għandhom jagħtu konoxxenza u ħila lill-ħaddiema sabiex jagħmlu ċertu xogħlijiet. It-taħriġ jinkludi parti teoretika u l-għoti ta’ konoxxenza prattika diretta fuq il-post tax-xogħol. L-iskemi ta’ taħriġ ta’ DHL Hub huma mmirati b’kollox lejn 320 ħaddiem fl-oqsma tax-xogħol deskritti aktar fil-fond hawn taħt:

Tabella 1

Kategorija tax-xogħol

Numru ta’ Impjegati

Dmirijiet

Dispaċers tal-ajruplani (Ramp Agent II)

210

Tagħbija u ħatt ta’ ajruplani

Forzi tas-sigurtà

110

Spezzjonijiet fuq persuni u merkanzija

Maniġers (tal-operat)

(110) (*)

Dmirijiet tal-middle management, Tmexxija u ppjanar tal-personal; Xogħlijiet maniġerjali

(a)   Dispaċers tal-ajruplani (Personal tar-Rampi II)

(12)

Id-dmirijiet prinċipali ta’ personal tar-rampi jinkludu t-tagħbija u ħatt fil-ħin ta’ ajruplani, it-tħaddim u sewqan ta’ hekk imsejjaħ “Ground Service Equipment”, l-għoti tad-dokumenti tat-titjiriet, it-tħejjija ta’ rapporti kif ukoll il-komunikazzjoni mal-piloti u awtoritajiet tal-ajruport.

(13)

It-taħriġ għall-personal tar-rampi jikkonsisti f’dsatax-il kors flimkien mal-parti prattika tat-taħriġ li jsiru fuq firxa ta’ 77 ġurnata ta’ taħriġ, 47 minnhom fuq il-post tax-xogħol. L-iskema ta’ taħriġ hi mmirata għall-ħaddiema li temmew kors ta’ taħriġ li mhux relatat mal-iskema ta’ taħriġ imsemmija. Il-parti teoretika tat-taħriġ għandha ssir qabel ma jibda x-xogħol tal-hub. It-taħriġ jinkludi wkoll kors bl-isem “Unit load device build up”, li hu kkunsidrat bħala miżura speċifika ta’ taħriġ, minħabba li fiha jsir it-trattament għall-bini ta’ ċertu kontenituri użati biss mid-DHL. B’mod ġenerali, il-taħriġ jinkludi wkoll:

(a)

taħriġ ġenerali fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi u regolamenti tas-sigurtà fuq ir-rampi tal-ajruport;

(b)

taħriġ ġenerali relatat ma’ qasam speċifiku għall-ksib ta’ kwalifiki relevanti, per eżempju liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, tagħmir għas-servizzi fuq l-art (istruzzjoni dwar tagħmir tad-dispaċċ) u ċertifikati għall-użu tal-konvejers tal-art;

(ċ)

miżuri tekniċi oħra ta’ taħriġ bħall-irmonk ta’ ajruplani, proċeduri ta’ tneħħija tas-silġ u introduzjoni ta’ xogħlijiet fir-rampi tal-ajruplani kif ukoll

(d)

diversi korsijiet ta’ taħriġ bħal ġestjoni ambjentali (ISO/DIN standard 14001) u l-ġestjoni tal-kwalità u proċessi (ISO/DIN standard 9001).

(14)

Fil-prinċipju tar-regolamenti nazzjonali u Ewropej mhemmx stipulat in-numru minimu ta’ ħaddiema u lanqas tal-ispeċifikazzjonijiet jew kwalifiki biex wieħed jagħmel ix-xogħol ta’ ramp agent II. Iżda fil-Ġermanja jiġi speċifikat, li ħamsa mill-korsijiet ippjanati huma obbligatorji għall-ħaddiema skond ir-regolamenti fis-seħħ (fosthom fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi u regolamenti tas-sigurtà fuq ir-rampi tal-ajruport) (4) u l-korsijiet addizzjonali inklużi dawk għal taħriġ partikolari fuq il-post tax-xogħol għandhom jintemmu b’suċċess minn minimu ta’ persuni (madwar 70), jiġifieri fl-użu ta’ bibien tal-merkanzija, u skemi ta’ taħriġ ġenerali marbuta ma’ ċertifikat ta’ kompetenza. Sussegwentament, il-persuni mħarrġa addattati jistgħu jgħaddu l-konoxxenza tagħhom f’korsijiet qosra fil-kulleġġi tagħhom.

(15)

Il-Ġermanja nnotifikat li anke l-outsourcing hu possibbli, u għaddiet l-analiżi tal-ispejjeż korrispondenti.

(b)   Forzi tas-sigurtà

(16)

Ix-xogħol ta’ personal tas-sigurtà jinkludi l-ispezzjonijiet ta’ persuni u merkanzija sabiex ikun garantit l-operat mingħajr problemi. It-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà jinkludi biss kontenut ġenerali ta’ taħriġ:

(a)

taħriġ ġenerali fil-qasam tal-prevenzjoni tan-nar, tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija, l-ewwel għajnuna, korsijiet ta’ taħriġ dwar oġġetti perikolużi;

(b)

it-taħriġ ġenerali tas-sigurtà relatat ma’ qasam speċifiku kif stipulat fil-liġi għal forzi tas-sigurtà, bħal difiża minn theddid terroristiku, kontrolli tal-aċċess, spezzjonijiet u tfittxija, sigurtà ta’ bagalji u merkanzija, armi u oqsma relatati mas-sigurtà;

(ċ)

taħriġ ieħor ġenerali relatat ma’ qasam speċifiku li jwassal għal ċertifikat ta’ kompetenza korrispondenti bħal liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani;

(d)

korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-sigurtà ġenerali relatati ma’ qasam speċifiku fosthom fl-oqsma li ġejjin: liġi, armi u splużivi, prinċipji bażiċi għal proċessi tal-kontroll u analiżi ta’ immaġni tar-raġġi-X;

(e)

diversi miżuri ta’ taħriġ ġenerali, bħal ġestjoni tal-kwalità u proċessi (ISO/DIN standard 9001).

(17)

L-iskemi ta’ taħriġ jikkorrispondu mar-regolamenti relevanti nazzjonali u Ewropej. DHL qed tippjana taħriġ estensiv għall-forzi tas-sigurtà fil-materji kollha tas-sigurtà, iżda fl-assenza ta’ assistenza finanzjarja minima mill-istat jingħata l-minimu ta’ dan it-taħriġ, jiġifieri taħriġ ġenerali fil-qasam tas-sigurtà relatat ma’ qasam speċifiku. F’dan ir-rigward hu ppjanat ukoll, li korsijiet ta’ taħriġ ġenerali oħra jiġu offruti biss lil numru limitat ta’ ħaddiema li wara għandhom jgħaddu l-konoxxenza tagħhom lill-bqija tal-ħaddiema.

(18)

Anki f’dan il-każ, skond informazzjoni mill-Ġermanja outsourcing alternattiv hu possibbli, jekk l-ispejjeż relatati magħhom bejn wieħed u ieħor ikunu [(15-30 %)] (**) inqas mill-ispejjeż tal-personal tad-DHL.

(c)   Taħriġ għall-middle management

(19)

It-taħriġ għall-middle management tal-operat hu mmirat għal ħaddiema li għandhom x’jaqsmu maċ-ċentru tal-loġistika kollu. Bi qbil mal-Kummissjoni l-ewwel għandhom jagħmlu l-proċeduri tat-taħriġ imsemmija, qabel ma jingħataw konoxxenza fid-dettall sussegwenti fl-oqsma tat-tmexxija. Il-kontenut tat-taħriġ ikopri wkoll il-liġi tax-xogħol, prinċipji bażiċi tal-komunikazzjoni, ġestjoni tal-personal u kunflitti, lingwi barranin u formazzjoni ta’ timijiet.

2.2.2.   DHL EAT

(20)

Ix-xogħlijiet f’DHL EAT huma relatati primarjament mal-manutenzjoni tal-ajruplani qabel l-approvazzjoni għat-titjira. It-taħriġ mad-DHL EAT huma relatati max-xogħlijiet li ġejjin u huma mmirati totalment għal 165 ħaddiem:

Tabella 2

Kategorija tax-xogħol

Ammont

Dmirijiet

Mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT A

97

Manutenzjoni regolari sempliċi (“Line Maintenance”) u tiswija ta’ ħsarat żgħar qabel il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni

Teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT B 1

68

Xogħlijiet ta’ tiswija, inklużi xogħlijiet fuq l-istruttura tal-ajruplan, magni u sistemi elettriċi qabel il-ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni

2.3.   Spejjeż tat-taħriġ eliġibbli għall-assistenza finanzjarja u assistenza finanzjarja ppjanata

(21)

Fl-applikazzjoni tagħha l-Ġermanja preżentat sommarju ġenerali dwar l-ispejjeż eliġibbli għall-assistenza finazjarja li huma provduti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ proċeduri. L-ispejjeż totali eliġibbli għall-assistenza finanzjarja fil-kwadru tal-proġett ta’ taħriġ jammontaw għal [(10-15)] miljun Ewro u l-assistenza finanzjarja ppjanata għat-taħriġ għal 7 753 307 Ewro.

3.   DEĊIŻJONI GĦALL-FTUĦ TAL-PROĊESS FORMALI TAL-ANALIŻI

(22)

Il-proċess formali tal-analiżi nfetaħ, minħabba li l-Kummissjoni kellha d-dubju li s-sussidju għat-taħriġ hu kompatibbli mas-Suq Komuni

(23)

Il-Kummissjoni fissret id-dubju, speċjalment li l-assistenza fil-fatt kienet neċessarja għat-tmexxija tal-proġett ta’ taħriġ. Hi indikat li sussidju għat-taħriġ jista’ jiġi kkunsidrat kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-trattat tal-KE, jekk it-tali sussidju mhux neċessarju direttament man-negozju tal-benefiċjarju. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni għamlet referenza għal deċiżjoni preċedenti (5). Il-Kummissjoni kellha r-raġun tassumi li sa ċertu punt il-benefiċjarju seta’ joffri talanqas skemi ta’ taħriġ simili lill-ħaddiema tiegħu anki mingħajr sussidju.

(24)

L-ewwel nett, id-DHL għamlet investiment evidentement kbir fiċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u riedet ukoll tħaddmu. Il-Ġermanja kkonfermat li l-ħaddiema Belġjani rrifjutaw b’mod kategoriku li jiġu trasferiti lejn il-Ġermanja. Għalhekk, sabiex jibda l-operat id-DHL kellha timpjega ħaddiema ġodda.

(25)

It-tieni nett, f’ħafna mill-każi deher li ċertu taħriġ tekniku tal-ħaddiema hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika li kellu jkopri l-oqsma li ġejjin:

(a)

Provista ta’ ħiliet speċifiċi u neċessarji għall-operat tal-intrapriża: jiġifieri dwar ċerti sistemi ta’ ġarr ta’ merkanzija speċifiċi għad-DHL.

(b)

Akkwist ta’ ċertu kwalifiki stipulati bil-liġi għall-operat tan-negozju: Espressa b’mod ieħor, din tfisser li numru partikolari ta’ ħaddiema għandhom ikunu familjari ma’ materji tas-sigurtà. Din hi stipulata bil-liġi u teħtieġ ċertifikat formali. Din il-kondizzjoni mitluba hi attribwita għall-fatt, li fin-natura tagħhom, is-servizzi tad-DHL jinvolvu riskju tas-sigurtà konsiderevoli.

(ċ)

Provista ta’ taħriġ ġenerali relatat direttament ma’ qasam speċifiku għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika: Din tirreferi għal korsijiet għal personal tar-rampi II relatati ma’ kontenut ta’ taħriġ bħall-irmonk ta’ ajruplani, tneħħija tas-silġ minn ma’ ajruplani, liċenzja tas-sewqan f’rampa tal-ajruplani, ċertifikat għall-użu ta’ konvejers tal-art u sigurtà f’rampi tal-ajruplani.

(d)

Taħriġ fuq il-post tax-xogħol sabiex jiġi garantit l-operat mingħajr xkiel fiċ-ċentru tal-attività tal-merkazija bl-ajru. Fil-kwadru ta’ dan it-taħriġ dawk li jkunu qed jitħarrġu jsiru familjari mal-proċessi tax-xogħol li huma importanti f’intrapriża tal-merkanzija bl-ajru, la t-tagħbija tal-ajruplani trid issir skond skeda riġida u li żball wieħed jista’ jwassal għal dewmien enormi.

(e)

Provista ta’ ħiliet ġenerali oħra, li ma jaqgħux taħt l-ittri b sa d.

(26)

It-tielet nett, il-Kummissjoni ddubitat, jekk id-DHL kinitx fil-pożizzjoni li timpjega n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għax-xogħlijiet tal-operat bil-ħiliet imsemmija fis-suq lokali jew Ewropew.

(27)

Ir-raba nett, il-Kummissjoni ddubitat jekk ir-reklutaġġ ta’ ħaddiema kwalifikati kinitx tkun alternattiva addattata għal taħriġ intern fl-intrapriża. Il-Kummissjoni assumiet, li talanqas l-iskemi ta’ taħriġ speċifiċi u l-korsijiet ta’ taħriġ fil-qasam tas-sigurtà iridu jsiru mid-DHL, irrispettivament x’jiġri, la t-taħriġ speċifiku ma jistax jiġi provdut minn għalliema minn barra l-kumpanija u d-DHL għandha tipprovdi evidenza ta’ korsijiet ta’ taħriġ adekwati.

(28)

Il-ħames nett, il-Kummissjoni kellha d-dubju, jekk id-DHL fil-fatt setgħetx tirrifjuta diversi korsijiet mill-pakett ta’ taħriġ, minħabba li, skond l-applikazzjoni, dawn huma speċjalment maħsuba għad-dispaċers tal-ajruplani, li anki persuni li diġà għandhom ċertifikat ta’ kompetenza korrispondenti, għandhom jagħmlu l-kors kollu mill-ġdid. Ma’ dan, kienet dibattibbli jekk fil-fatt numru limitat ta’ ħaddiema biss setgħu jiġu mħarrġa, minħabba l-fatt li setgħu jinħolqu xi problemi fl-operat. Barra da, id-DHL diġà impjegat il-personal kollu bil-ħsieb li tipprovdilu t-taħriġ, b’hekk ma tantx jagħmel sens jekk it-taħriġ ippjanat ma jseħħx u tħallas lil ħaddiema li m’għandhom l-ebda sengħa.

(29)

Is-sitt nett, il-Kummissjoni ddubitat l-argument tad-DHL, li, jekk is-sussidju ma jingħatax, diversi servizzi jkollhom jingħataw lil intrapriżi esterni, sabiex jiġu evitati l-iskemi ta’ taħriġ relatati magħhom, minħabba li min-naħa, f’dan il-każ l-iskemi ta’ taħriġ taħt l-ittri a, b u d kienu neċessarji u min-naħa l-oħra l-investiment kollu tad-DHL f’Leipzig-Halle kien immirat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakki express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u – kif il-Kummissjoni ddeduċiet mid-diskusjoni mal-awtoritajiet Ġermaniżi – li dawn is-servizzi ser jiġu offruti anki lil kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport.

(30)

B’kuntrast, il-Kummissjoni, apparti punt wieħed, ma kellha l-ebda dubju, li fil-prinċipju l-ispejjeż ta’ taħriġ ġew ikkalkulati b’mod korrett. L-unika dubju tal-Kummissjoni hu relatat mal-fatt, li l-parti l-kbira tat-taħriġ għandu jsir fuq il-post tax-xogħol u b’hekk possibbilment jistgħu jitnaqqsu mis-sigħat produttivi fl-ispejjeż għal dawk li jkunu qed jitħarrġu.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-ĠERMANJA

(31)

Il-Ġermanja qed targumenta li l-applikazzjoni għas-sussidju għat-taħriġ tissodisfa l-kondizzjonijiet mitluba kollha ta’ kompatibilità stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidju għal taħriġ (6). L-ewwel nett, il-Ġermanja wriet b’mod sodisfaċenti li fil-kwadru tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol mhemm l-ebda sigħat produttivi miżjuda.

(32)

It-tieni nett, il-Ġermanja qiegħda tinnega li fil-każ imsemmi l-Kummissjoni hi ġustifikata li tapplika l-kriterju tan-neċessità ladarba dan jikser il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Għal dan il-prinċipju bażiku ġdid mhemm l-ebda bażi legali, u jikkontradixxi r-regolament legali tal-KE relevanti kif ukoll ta’ deċiżjonijiet preċedenti tal-Kummissjoni.

(33)

Il-Ġermanja qiegħda targumenta li fil-premessa 11 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 it-tliet kriterji huma msemmija, li skond dawn irid jiġi vverifikat jekk sussidju jkunx limitat għal ammont minimu neċessarju: tip ta’ proġett ta’ taħriġ, kobor tal-intrapriża u s-sit tal-intrapriża. Fuq bażi ta’ dawn it-tliet kriterji jiġi deċiż, jekk l-iskemi ta’ taħriġ għandhomx effett ta’ inċentiv u jekk humiex relattivi. Skond il-qafas tal-Komunità għal sussidji ta’ taħriġ (7), effett ta’ inċentiv jiġi preżunt biss f’każi ta’ sussidji għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi favur intrapriżi kbar barra ż-żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3, ittra a jew c tat-trattat tal-KE. Iżda, ladarba l-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ tikkonsisti f’aktar minn 80 % mill-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u tirrigwarda intrapriża f’żona ta’ żvilupp skond l-artikolu 87, paragrafu 3 ittra a tat-trattat tal-KE, l-effett ta’ inċentiv għal sussidju għal taħriġ hu mogħti. Ma’ dan, fl-applikazzjoni tas-sussidju ma teċċedix l-ogħla intensità ta’ sussidju permissibbli, sabiex b’hekk l-effetti pożittivi tat-taħriġ ikunu f’relazzjoni addattata mad-distorzjoni tal-kompetizzjoni u b’hekk jiġi sodisfat il-kriterju tal-proporzjonalità.

(34)

It-tielet nett, il-Ġermanja enfasizzat, li l-Kummissjoni hi marbuta wkoll bil-kriterji tal-kompatibilità msemmija f’paragrafu (32) fl-analiżi tal-proġetti li għandhom ikunu notifikati. Il-Ġermanja qiegħda targumenta, li għas-sussidju, li huma eżenti minn reġistrazzjoni obbligatorja, u għal sussidji, li jeċċedu l-miljun Ewro u li b’hekk għandha ssir applikazzjoni għalihom, ma jistgħux jiġu applikati kriterji differenti ta’ kompatibilità; il-verifika ta’ proġetti li għandhom jiġu notifikati ma għandhomx jiġu ommessi minħabba xi restrizzjonijiet meta mqabbla ma’ proġetti li ma għandhomx jiġu notifikati. B’hekk is-sussidju għat-taħriġ ikun kompatibbli mas-Suq Komuni, jekk dawn jissodisfaw il-kondizzjonijiet mitluba kollha fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Skond l-opinjoni tal-Ġermanja d-deċiżjoni preċedenti għal bosta snin tal-Kummissjoni, per eżempju, fil-kwistjoni Volvo Gent  (8) tikkonferma din l-interpretazzjoni. Il-Ġermanja qiegħda tindika espressament, li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll, li l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL jissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa speċifikati fid-deċiżjoni Webasto  (9).

(35)

Ir-raba’ nett, l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ analiżi differenti jiksru l-prinċipji tas-sigurtà legali u tat-trattament ugwali.

(36)

Il-ħames nett, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’materji ta’ sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp huma wkoll każi preċedenti adattati għall-każ imsemmi, ladarba ċ-ċirkustanzi tagħhom tal-każ kellhom bażi differenti. Filwaqt li s-sussidju għat-taħriġ fiż-żewġ każi msemmija l-ewwel kien maħsub għall-introduzzjoni ta’ mudell ġdid kif ukoll biex jibqgħu jaħdmu l-ħaddiema, is-sussidju għat-taħriġ fil-każ tad-DHL iservi għat-taħriġ tal-ħaddiema ġodda għat-tħaddim taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru li għadu kif inbena. Il-proġett tad-DHL hu differenti miż-żewġ każi l-oħra fil-punti li ġejjin: L-iskemi ta’ taħriġ tad-DHL jikkonsistu għal aktar minn 80 % ta’ skemi ta’ taħriġ ġenerali; skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-Trattat tal-KE l-intrapriża qiegħda f’żona ta’ żvilupp; id-DĦL, permezz tal-bini taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tagħha, trid toħloq impjiegi ġodda; minbarra dan, is-settur tal-merkanzija bl-ajru mhux qed isofri minn eċċess tal-kapaċità meta mqabbel mal-industrija tal-karozzi, iżda qed jirreġistra rati ta’ tkabbir għolja.

(37)

Is-sitt nett, il-Ġermanja qiegħda tibgħat informazzjoni addizzjonali. Il-Ġermanja rrimarkat li fir-regolamenti relevanti hemm stabbiliti standards minimi għal livell ta’ kwalifikazzjoni. Fil-fatt, f’dawn il-każi mhemmx ikkwotat l-ammont minimu ta’ ħaddiema mħarrġa korrispondenti, li intrapriża għandha timpjega. Fl-istess ħin il-Ġermanja qiegħda tindika n-numru ta’ ħaddiema neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika, u tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-ħaddiema addizzjonali imur lilhinn mil-livell neċessarju tal-operat. Wieħed mill-istudji li ġie ppreżentat mill-Ġermanja minn konsulent tat-taħriġ estern wera li d-DHL tista’ tibda l-operat taċ-ċentru tal-loġistika fis-sit ta’ Leipzig-Halle mingħajr problemi b’numru anqas ta’ ħaddiema mħarrġa minn dak kif speċifikat fl-applikazzjoni tal-proġett ta’ taħriġ.

5.   DDIKJARAZZJONIJIET TA’ DAWK INVOLUTI

(38)

Anke l-benefiċjarji tas-sussidju, DHL tat il-pożizzjoni tagħha, li, simili għall-Ġermanja qiegħda ssotni, li fl-analiżi tal-kompatibilità tagħha l-Kummissjoni ddevjat f’deċiżjonijiet preċedenti f’każi preċedenti. B’hekk, l-applikazzjoni għas-sussidju tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fir-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan l-approċċ jikser il-prinċipji taċ-ċertezza legali u tat-trattament ugwali, li ma għandux jipproċedi b’mod differenti minn deċiżjonijiet preċedenti, li fihom il-kwistjoni ta’ neċessità ma ġietx analizzata fid-detall. Ma’ dan, id-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ta’ għajnuna ta’ Genk u GM Antwerp ma jirriflettux id-deċiżjonijiet preċedenti ġenerali, la dawn il-każijiet kienu appoġġjati b’mod ieħor u li ċ-ċirkustanzi ma jistgħux jiġu mqabbla mal-każ tad-DHL Leipzig. Minflok id-DHL irreferit għall-kriterji bbażati fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2006 għall-approvazzjoni ta’ sussidju għat-taħriġ favur Webasto, li skond dawn anki l-proġett ta’ taħriġ tad-DHL għandu jkun kompatibbli mas-Suq Komuni. Finalment, id-DHL tenniet, li d-devjazzjoni tal-proċedura f’każi ta’ applikazzjoni ta’ proġett ta’ taħriġ twassal għal żvantaġġ għad-DHL mhux permissibbli.

(39)

Ma’ dan, id-DHL qiegħda tagħti informazzjoni addizzjonali dwar materji li joħorġu fil-ftuħ tal-proċeduri. L-ewwel nett, fir-regolamenti legali relevanti nazzjonali, Ewropej u internazzjonali hemm stipulat biss kondizzjonijiet mitluba rigward kontenut għal taħriġ u kwalifikazzjoni ta’ ħaddiema b’kuntatt ma’ merkanzija bl-ajru u inġenji tal-ajru, iżda mhux in-numru minimu ta’ ħaddiema. It-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati ma jservux biss sabiex jissodisfaw il-kondizzjonijiet legali mitluba, iżda jmorru lilhinn mil-livell stipulat. Għall-miżuri kollha li jmorru lilhinn mill-kondizzjonijiet mitluba legali jistgħu jiġu kkunsidrati alternattivi (per eżempju, outsourcing). Iżda, la l-alternattivi huma biss varjazzjonijiet konċepibbli, id-DHL ma kkummissjonat l-ebda analiżi tal-ispejjeż dettaljata li fih l-ispejjeż ta’ taħriġ obbligatorju u minimu neċessarju u fl-istess ħin jintwerew l-ispejjeż addizzjonali għall-outsourcing u/jew reklutaġġ ta’ ħaddiema diġà kwalifikati. Id-DHL ma għandha l-ebda informazzjoni disponibbli dwar il-livell ta’ taħriġ li normalment jinħtieġ fl-industrija.

(40)

Ma’ dan, il-Ups, kompetitriċi tad-DHL, tat il-pożizzjoni tagħha, li l-intrapriża qablet mal-pożizzjoni tal-Kummissjoni. L-ewwel nett, il-UPS spejgat li fil-każi tar-reklutaġġ ta’ ħaddiema ġodda għad-DHL Hub u DHL EAT, li rrispettivament għal każ, għandhom jittieħdu ċerti miżuri ta’ taħriġ u jingħataw istruzzjonijiet. Għalhekk, l-iskemi ta’ taħriġ huma sa ċertu punt neċessarji u għandhom isiru mill-intrapriża anki mingħajr sussidju.

(41)

It-tieni nett, il-UPS qiegħda targumenta, li skond regolament legali nazzjonali u Ewropej relevanti d-DHL hi obbligata li toffri korsijiet ta’ taħriġ minimi għall-ħaddiema tagħha – per eżempju, rappreżentanti uffiċjali. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 għall-ispeċifikazzjoni ta’ regolamenti komuni għas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (10) ir-rappreżentanti uffiċjali għandhom jiġu nnominati, awtorizzati u rikonoxxuti mill-awtoritajiet kompetenti (f’dan il-każ l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni). Għal dan il-għan l-Uffiċċju Federali tal-Avjazzjoni addotta linji gwida u ħareġ pjan ta’ kurrikulu ta’ taħriġ li fih hemm stabbilit il-korsijiet ta’ taħriġ stipulati. It-taħriġ obbligatorju għall-ħaddiema tad-DHL EAT dwar iż-żamma tal-kondizzjoni tajba għat-titjir ta’ inġeni tal-ajru u ta’ prodotti, partijiet u strumenti tal-inġinerija ajrunawtika u l-għoti ta’ permessi għal organizzazzjonijiet u persuni li jagħmlu dawn ix-xogħlijiet hu speċifikat permezz tar-regolament (KE) tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2003 (11). It-tielet nett, id-DHL irċiviet sussidju reġjonali għall-ħolqien ta’ xogħlijiet ġodda, b’hekk ma jistax jiġi assunt li DHL tirrifjuta li tagħmel l-iskemi ta’ taħriġ, timpjega anqas nies u tiddeċiedi li minflok tiddeċiedi favur l-outsourcing.

6.   ASSESSJAR ELIĠIBBLI GĦAS-SUSSIDJU

6.1.   Applikazzjoni għal għajnuna mill-Istat

(42)

Il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-iskemi ta’ għajnuna mill-istat fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 1 tat-trattat tal-KE jissottolineaw l-għoti ta’ fondi mill-Istat fil-forma ta’ sussidju. L-iskema hi selettiva, għaliex hi limitata għad-DHL. Is-sussidju selettiv jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni minħabba li dan jiffavorixxi lid-DHL fil-konfront ta’ kompetituri oħra li ma rċivew l-ebda sussidju. Finalment, għandu jiġi nnotat li fis-suq għas-servizzi express, li fih id-DHL hi kkunsidrata bħala waħda mill-intrapriżi ta’ quddiem, isir negozju intensiv bejn l-Istati Membri.

(43)

Il-Ġermanja qiegħda tapplika għall-awtorizzazzjoni tas-sussidju fuq bażi tar-regolament (KE) Nru 68/2001.

(44)

Skond l-artikolu 5 tar-regolament (KE) Nru 68/2001 sussidji li jeċċedu l-miljun Ewro għal proġetti individwali ta’ taħriġ ta’ intrapriża mhumiex eżenti mir-reġistrazzjoni obbligatorja skond l-artikolu 88 paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE. Il-Kummissjoni stabbiliet li sussidju propost jammonta għal 7 753 307 Ewro u li għandu jitħallas lil intrapriża individwali u li l-iskemi ta’ taħriġ jikkostitwixxu proġett individwali. b’hekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju propost jaqa’ taħt ir-reġistrazzjoni obbligatorja u l-Ġermanja żammet din ir-reġistrazzjoni obbligatorja.

(45)

Fil-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-proposta bbażata fuq l-artikolu 5 tiġi kkoroborata u ppreżentata, li t-tali sussidju ma jistax jiġi eżentat: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. ”

(46)

Fid-deċiżjoni ta’ sussidju individwali ta’ taħriġ li ma jaqax taħt ir-regolament ta’ eżenzjoni tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 il-Kummissjoni għandha għalhekk tieħu deċiżjoni (12) individwali b’konformità mad-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (13) fuq il-bażi tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, qabel ma tista tapprova l-għoti tas-sussidju. Fl-analiżi ta’ dan il-każ individwali, bla ebda dubju, il-Kummissjoni qiegħda tibbaża b’d analogu fuq il-prinċipji bażiċi fundamentali tar-regolament (KE) Nru 68/2001. Dan speċjalment ifisser li jiġi analizzat jekk il-kriterji ta’ eżenzjoni formali stipulati f’artikolu 4 tar-regolament imsemmi jiġux issodisfatti u jekk is-sussidju hux neċessarju bħala inċentiv sabiex il-benefiċjarju tas-sussidju jimplimenta l-iskemi ta’ taħriġ.

6.2.   Kompatibilità mas-Suq Komuni

(47)

Il-Kummissjoni diġà analizzat il-ftuħ ta’ proċeduri, jekk l-applikazzjoni tal-proġett tissodisfax il-kriterji ta’ eżenzjoni skond l-artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(48)

L-ewwel nett, għandu jiġi stabbilit, li l-intensità tas-sussidju mogħti ma teċċedix l-ogħla limitu ta’ sussidju stipulat fl-artikolu 4, paragrafu 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ta’ 35 % għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi (35 % ta’ […] = [(ċirka 5-25 %)]) u 60 % għal skemi ta’ taħriġ ġenerali (60 % ta’ […] = [(ċirka 75-95 %)]). La l-proġetti, skond artikolu 87, paragrafu 3, ittra a tat-trattat tal-KE, hu f’żona ta’ żvilupp, il-Ġermanja tista’ tgħolli l-ogħla livell ta’ 25 % u 50 % rispettivament b’10 punti perċentwali.

(49)

It-tieni nett, l-ispejjeż eliġibbli tal-iskema huma konformi mal-artikolu 4, paragrafu 7 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001. L-investigazzjoni kkonfermat, li l-ispejjeż tal-personal eliġibbli għal dawk li jkunu qed jitħarrġu huma ovvjament limitati għas-somma globali tal-bqija tal-ispejjeż eliġibbli. Il-Ġermanja provdiet evidenza, li verament parti kbira mit-taħriġ isir fuq il-post tax-xogħol, iżda l-ebda sigħat produttivi mhuma provduti.

6.3.   Neċessità tas-sussidju

(50)

L-argument primarju fil-ftuħ tal-proċeduri kien, li skema ta’ taħriġ tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-Suq Komuni biss fit-termini tal-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE, jekk din tkun neċessarja għall-appoġġ dirett tal-produzzjoni tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni ddeterminat li n-neċessità tas-sussidju hi kriterju tal-kompatibilità ġenerali u wasslet għall-konklużjoni: jekk is-sussidju ma jwassalx sabiex aktar skemi jiġu implimentati kif kien il-każ minħabba l-forzi tas-suq, mhux mistenni li s-sussidju jħalli effetti pożittivi u li jwassal għall-bilanċ tad-distorzjoni tal-kummerċ, b’hekk din ma tistax tiġi approvata. Jekk l-intrapriża timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ, ikun kif ikun il-każ, speċjalment anki mingħajr sussidju fis-sussidju għat-taħriġ konċernat ma jistax jiġi assunt li dan ser iservi għall- “promozzjoni” tal-iżvilupp ekonomiku fit-termini tal-artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE kif ukoll li dan, skond il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, jikkontribwixxi sabiex jiġu bbilanċjati d-dgħjufijiet tas-suq, li jwassal sabiex intrapriżi in ġenerali ftit li xejn jinvestu (14) fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom. Din ma taffettwax ir-reġistrazzjoni obbligatorja ta’ sussidji eżenti, skond ir-regolament (KE) Nru 68/2001 li dawn jiġu assunti prima facie li dawn iservu għall-promozzjoni tal-iżvilupp eknomiku.

(51)

Il-fatt li Kummissjoni tanalizza l-eżistenza ta’ effett ta’ inċentiv u f’każi tiċħad skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi, skond l-opinjoni tal-Ġermanja tippreżenta approċċ ġdid, li mhux konformi mar-Regolament tal-KE, tiddevja minn deċiżjonijiet preċedenti u tagħmilha impossibbli li jingħata sussidju għat-taħriġ għal skopijiet politiċi reġjonali. Il-Kummissjoni ma tistax tassoċja ruħha ma’ dawn l-argumenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin:

(52)

L-ewwel nett wieħed irid jiftakar li sussidji għat-taħriġ jiġu analizzati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fil-premessa 4 jfisser li: “Dan ir-Regolament hu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stati Membri jinnotifikaw l-għajnuna għal taħriġ. Dawn in-notifiki ser ikunu evalwati mill-Kummissjoni b’mod partikolari fid-dawl tal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament, jew skond il-linji gwida tal-Komunità applikabbli u l-qafas, jekk jeżistu dawn il-linji gwida u l-oqfsa.”

(53)

Barra dan, il-premessa 16 tikkorobora li: “Hu xieraq li ammonti kbar ta’ għajnuna jibqgħu suġġetti għal stima individwali mill-Kummissjoni qabel dawn jitpoġġew fis-seħħ. Għaldaqstant, l-ammonti ta’ għajnuna li jeċċedu ammont fiss, li għandhom ikunu stabbiliti għal Ewro 1 000 000, huma esklużi mill-eżenzjoni kif ipprovdut f’dan ir-Regolament u jibqgħu suġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat. ”

(54)

Finalment, fil-premessa 4 huwa stipulat li: “Il-qafas għall-għajnuna għal taħriġ għandu jkun abolit mid-data tal-bidu fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, peress li l-kontenuti tiegħu huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament. ”

(55)

La s-sussidju proġettat jeċċedi l-miljun Ewro, mhemm l-ebda dubju li dan għandu jiġi reġistrat u approvat mill-Kummissjoni. Barra dan hu ċert li t-tali sussidju għandu jissodisfa l-kriterji ta’ eżenzjoni stipulati f’artikolu 4 tar-regolament (KE) Nru 68/2001.

(56)

Iżda l-Ġermanja tiddubita jekk il-Kummissjoni hix awtorizzata sabiex tanalizza jekk is-sussidju għandux effett ta’ inċentiv. Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-kunċett ta’ għajnuna mill-istat u speċjalment il-kriterju tan-neċessità jinkludu li s-sussidju hu bħala inċentiv għal benefiċjarju. B’hekk ma jservix għall-interess komuni, jekk l-istat jappoġġja skemi (anki skemi ta’ taħriġ), li l-benefiċjarju xorta waħda jkun ser jimplimenta. B’konformità mar-Regolament (KE) Nru 68/2001, il-pjan ta’ azzjoni “għajnuna mill-istat” u s-sentenza dwar l-kondizzjonijiet mitluba li skond dawn sussidju jista’ jiġi dikjarat kompatibbli mas-Suq Komuni, il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni reċenti tagħha (Ford Genk, GM Antwerp) analizzat is-sussidji ta’ taħriġ konċernati mmirati wkoll għall-effett ta’ inċentiv.

(57)

L-ewwel nett, il-Ġermanja qegħda targumenta sabiex tikkorrobora l-pożizzjoni tagħha li l-kompatibilità ta’ sussidju li għandu jiġi applikat mas-Suq Komuni għandu jiġi analizzat fuq bażi tal-kriterji stipulati fir-Regolament u f’dan il-kuntest hija ċċitata l-parti 4 tad-dokument li tesponi l-fatti tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, li fih ifisser li s-sussidji jiġu “analizzati primarjament mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-kriterji stipulati. ” B’hekk, il-Ġermanja ma tatx importanza xi trid tfisser il-frażi “primarjament”, li l-analiżi ta’ każi individwali mhux ristrett għall-analiżi leġittmi ta’ sussidji stipulati fir-Regolament (KE) Nru 68/2001. La fil-premessa 16 jiġi indikat espressament li s-sussidji korrispondenti għandhom jibqgħu jiġu analizzati individwalment, bla dubju, dawn l-analiżi għandhom isiru mhux b’restrizzjoni għall-kriterji stipulati fir-Regolament imsemmi u direttament fuq bażi tal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE.

(58)

It-tieni nett, il-Ġermanja qegħda tirrimarka, li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 għandu jiġi interpretat b’konsiderazzjoni għall-kwadru tal-Komunità għas-sussidji għat-taħriġ mis-sena 1998, li qabel ma ġie fis-seħħ dan ir-Regolament kien jiġi applikat u fih kienu stipulati dawn il-kriterji, li fihom sussidji għoljin jiġu analizzati jekk humiex bħala inċentivi. Skond il-kwadru tal-Komunità inċentiv ma jistax jiġi assunt speċjalment f’każ li l-proġett ta’ taħriġ ikun ser isir f’żona ta’ żvilupp skond l-Artikolu 87, paragrafu 3, ittri a jew c. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem din l-asserzjoni, minħabba li l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 ma tħalli l-ebda dubju li l-qafas tal-Komunità għas-sussidji tat-taħriġ jiġi abolit malli jiġi fis-seħħ dan ir-Regolament. L-intenzjoni tal-Kummissjoni hi, li tibdel il-kwadru tal-Komunità permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001, u r-Regolament imsemmi għandu wkoll dan l-effett. Din tiġi ċċarata f’verżjoni oħra, li fiha l-premessa 4 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tgħid ċar, li l-qafas tal-Komunità ser jiġi “abolit” minħabba li l-kontenut tiegħu ser jiġi “sostitwit”. Min-naħa l-oħra dan ġie kkonfermat espressament anki f’deċiżjonijiet tal-Kummissjoni preċedenti (15). Barra dan, fir-Regolament imsemmi mhux ser tiġi addottata preżunzjoni legali mill-kwadru tal-Komunità, li jagħti effett ta’ inċentiv, pjuttost jiġi determinat konxjentament fil-forma ġenerali, li sussidji għal taħriġ jistgħa jiġu kkunsidrati konformi mas-Suq Komuni taħt kondizzjonijiet speċifiċi (16). Iżda kieku intrapriża implimentat l-iskemi ssussidjati anke mingħajr sussidju, irrispettivament għal każ, b’hekk dan is-sussidju ma jitqisx bħala inċentiv.

(59)

It-tielet nett, il-Ġermanja u speċjalment il-benefiċjarju qed isostnu li analiżi addizzjonali tan-neċessità tas-sussidju fuq bażi tal-Artikolu 87 paragrafu, 3 ittra, c tat-trattat tal-KE jfisser li r-Regolament (KE) Nru 68/2001 jikkontradixxi kollu kemm hu din il-klawżsola tat-Trattat. B’hekk, qed jiġi ovvjament assunt li n-neċessità tas-sussidju mhix qed tiġi analizzata. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem lanqas dan l-argument, minħabba li ovvjament ma ngħatatx importanza li għal sussidji taħt il-miljun Ewro li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament imsemmi, jiġi assunt li anki l-kriterju tan-neċessità ġie milħuq.

(60)

Ir-raba’ nett, il-Ġermanja qed issostni li l-Kummissjoni qed tiddevja ruħha minn każi preċedenti, li fihom hi ma għamlitx l-analiżi jekk ingħatawx inċentivi. Din id-dikjarazzjoni hi korretta. Iżda l-Kummissjoni tat l-ispjegazzjoni tagħha, li hi bidlet il-proċedura tagħha fuq bażi ta’ approċċ ekonomiku mtejjeb. Din il-bidla saret fil-kwadru tal-analiżi fil-fond fil-każ tas-sussidju ta’ Ford Genk u GM Antwerp, fejn ġie indikat espressament l-approċċ il-ġdid. Madankollu l-Ġermanja qed issostni li l-approċċ tal-Kummissjoni mhux koerenti la hu wara l-introduzzjoni tal-proċess formali tal-analiżi fil-każ Ford Genk ħadet id-deċiżjonijiet tagħha f’talanqas żewġ każi, jiġifieri BMW Österreich (każ Nru 304/2005) (17) u Webasto (każ Nru 653/2005), mingħajr l-ebda analiżi korrispondenti jew fuq bażi ta’ analiżi oħra. Iżda l-Kummissjoni indikat li dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu mingħajr l-ebda analiżi fid-dettall u qabel il-konklużjoni tal-ewwel miż-żewġ analiżi msemmija li fihom il-Kummissjoni ma tatx importanza għal klawżola differenti. Hi indisputabbli, li l-Kummissjoni tista’ ttejjeb u tibdel il-metodu tagħha ta’ analiżi, sakemm jeżistu raġunijiet suffiċjenti għalia. Dan kien il-każ fil-każijiet ta’ sussidju Genk u GM Antwerp, iżda mhux f’każijiet ta’ sussidju preċedenti. Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet tkompli tibbaża fuq id-deċiżjonijiet preċedenti qabel il-ħruġ tad-deċiżjoni definita fil-każ tas-sussidju Ford Genk.

(61)

Il-ħames nett, il-Ġermanja u l-benefiċjarju oġġezzjonaw li l-Kummissjoni setgħet tirreferi għal każi ta’ sussidju Ford Genk u GM Antwerp, la ċ-ċirkustanzi tagħhom huma differenti mill-każ tad-DHL. Il-Kummissjoni kellha aktar tibbaża fuq id-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto. Bl-ebda mod ma jista’ jiġi argumentat li s-sussidju għad-DHL għandu jiġi trattat b’mod differenti, għaliex dan mhux relatat, bħaż-żewġ każi l-oħra, mas-settur tal-karozzi. Anke fid-deċiżjoni fil-każ tas-sussidju Webasto, li qed jirreferu għalih il-Ġermanja u l-benefiċjarju, hu relatat mas-settur tal-karozzi. L-unika differenza li possibbilment hemm hi, li l-ewwel żewġ każi jikkonsistu f’workshops tal-produzzjoni, filwaqt li DHL u Webasto jikkonċernaw intrapriżi li għadhom kif infetħu. Il-Kummissjoni ma tistax tifhem li filwaqt li fl-ewwel żewġ każi kwalunkwe apoġġ ta’ skemi, li setgħu jiġu implimentati xorta waħda ma jwasslux għall-ebda assistenza għall-operat, min-naħa l-oħra f’intrapriżi li għadhom kemm fetħu f’każi ta’ skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda ma għandhiex twassal għal assistenza għall-operat. Anki f’dan il-każ l-intrapriża tirċievi assistenza għal skemi, li irrispettivament għal każ, għandhom jiġu implimentati.

(62)

Barra dan, f’każi ta’ intrapriżi li għadhom kemm fetħu ma jistgħux jiġu ġustifikati konsiderazzjonijiet għal skemi ta’ taħriġ li kienu ser jiġu implimentati xorta waħda bbażati fuq l-għoti ta’ sussidju reġjonali, minħabba li żvantaġġi reġjonali għandhom jiġu kkumpensati permezz ta’ assistenza reġjonali għall-investiment u mhux permezz ta’ sussidju għal taħriġ. F’dan il-kuntest, il-Ġermanja qegħda ssostni, li l-prospett għal għajnuna mill-istat għal skemi ta’ taħriġ estensivi u neċessarji għandhom irwol importanti fid-deċiżjoni finali tad-DHL dwar ir-rilokazzjoni tas-sit. Iżda l-Kummissjoni qegħda ssostni li fl-Unjoni Ewropea hi prattika komuni, li intrapriżi jikkunsidraw deċiżjonijiet dwar is-sit u deċiżjonijiet dwar rilokazzjonijiet ta’ siti li jnaqqsu l-ispejjeż u jżidu l-profitabilità. Intrapriżi li għandhom ħsieb jirrilokaw il-produzzjoni tagħhom jikkunsidraw f’ħafna drabi diversi siti fi Stati Membri differenti li qed jikkompetu ma’ xulxin. Finalment, id-deċiżjoni dwar is-sit tiddependi mhux biss fuq l-ispejjeż tal-intrapriża mistennija (inklużi spejjeż ta’ taħriġ għal ħaddiema ġodda, li f’ħafna mill-każi ma għandhom l-ebda taħriġ relevanti) u vantaġġi u żvantaġġi oħra ekonomiċi (per eżempju, regolamenti lokali dwar il-ħinijiet tal-operat), iżda sa ċertu punt anki minħabba l-possibbiltà li jirċievu sussidju mill-istat (jiġifieri sussidji reġjonali). Il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument imsemmi, la sussidji għat-taħriġ, b’kuntrast għal sussidji għall-investiment, mhumiex immirati biex jinfluwenzaw id-deċiżjoni dwar is-sit, iżda biex jibbilanċjaw in-nuqqas ta’ investimenti fi skemi ta’ taħriġ. Livell baxx ta’ kwalifikazzjoni f’żona ta’ żvilupp hu problema reġjonali għandha tiġi kkonfrontata permezz ta’ sussidju reġjonali għall-investiment.

(63)

Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata l-Kummissjoni tikkonkludi, li d-DHL, f’kull każ, kellha timplimenta l-parti kbira tal-iskemi tat-taħriġ anki mingħajr sussidju. Dan jirriżulta primarjament minn żewġ osservazzjonijiet, huma spjegati aktar fid-dettall kif ġej. L-ewwel nett, it-taħriġ hu neċessarju sabiex iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jkun jista’ jibda jopera u t-tieni nett, l-iskemi ta’ taħriġ huma fil-parti kbira tagħhom stipulati bil-liġi.

(a)    Skemi ta’ taħriġ neċessarji għall-intrapriża

(64)

Għan-neċessità ta’ skemi ta’ taħriġ irid jiġi determinat li r-rilokazzjoni tad-DHL għas-sit ta’ Leipzig-Halle (il-Ġermanja) ikollha l-effetti simili bħat-twaqqif ta’ intrapriża ġdida u biex id-DHL tibda l-operat tagħha trid timpjega ħaddiema ġodda. Jidher li l-kondizzjonijiet operattivi mitluba jistgħu jkunu konformi bi tliet modi: id-DHL tista’ timpjega ħaddiema ġodda, li l-kumpanija trid tħarriġhom, id-DHL tista’ timpjega ħaddiema diġà kwalifikati; jew id-DHl tista’, f’każ li ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli, tirrikorri għall-outsourcing ta’ ċertu servizzi.

(65)

Min-naħa, il-Ġermanja ma ppreżentat l-ebda informazzjoni addizzjonali, sabiex tneħħi d-dubji tal-Kummissjoni rigward il-possibbiltajiet tad-DHL sabiex timpjega ħaddiema kwalifikati biżżejjed għas-sit il-ġdid tagħha. Fil-fatt, il-Ġermanja kkonfermat, li l-ħaddiema minn Brussell eskludew li jiġu trasferiti għall-Ġermanja. Min-naħa l-oħra, id-DHL ma provditx il-provi, li hi setgħet timpjega l-ammont ta’ ħaddiema kwalifikati neċessarju għall-operat mis-suq tax-xogħol lokali jew dak Ewropew. Ovvjament, fis-suq lokali mhemmx ħaddiema disponibbli bi kwalifiki relevanti, u anki fis-suq Ewropew tas-servizzi tat-trasport bl-ajru jidher li hu relattivament diffiċli biex jinstabu ħaddiema bi kwalifiki relevanti

(66)

Min-naħa l-oħra, il-Ġermanja ma saħħitx l-argument tad-DHL b’mod konvinċenti, li mingħajr l-għoti ta’ sussidju diversi servizzi jkollhom jingħataw minn terzi intrapriżi lokali u konsegwentament l-iskemi ta’ taħriġ jistgħu ma jsirux. Barra dan, il-Ġermanja ma provditx evidenza li fl-ajruport ta’ Leipzig hemm fornituri tas-servizzi korrispondenti. Barra dan, la l-ewwel nett anki f’każi ta’ outsourcing diversi skemi ta’ taħriġ huma xorta waħda neċessarji u t-tieni nett l-investiment kollu tad-DHL fis-sit ta’ Leipzig-Halle hu orjentat sabiex is-servizzi kollha ta’ kunsinna ta’ pakketti express isiru mill-ħaddiema tagħha stess u sabiex dawn s-servizzi jiġu offruti lill-kompetituri oħra li joperaw fl-istess ajruport, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-outsourcing mhux addattat għall-pjan tal-intrapriża u jista’ jwassal għal spejjeż addizzjonali.

(67)

Barra dan, il-Ġermanja qiegħda ssostni, li d-DHL ser toħloq impjiegi f’żona ta’ żvilupp skond artikolu 87, paragrafu 3 tat-Trattat tal-KE, sabiex, b’kuntrast għall-każi tal-manifatturi tal-vetturi bil-mutur fil-Belġju, ma jikkonsistix sempliċiment f’sussidju għall-operat, iżda f’sussidju għal intrapriża li għadha kif twaqqfet, li għaliha ma jkunx hemm ħaddiema kwalifikati disponibbli. Il-Kummissjoni għandha twaqqa’ dan l-argument, la d-DHL kien ser ikollha timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ għall-intrapriża l-ġdida barra Brussel irrispettivament għal każ u indipendentament mis-sit il-ġdid.

(b)    Skemi ta’ taħriġ stipulati bil-liġi

(68)

Skond informazzjoni li għandha l-Kummissjoni ħafna mill-iskemi ta’ taħriġ huma stipulati skond il-Liġi Nazzjonali kif ukoll Ewropea. La fin-natura tagħhom is-servizzi provduti mid-DHL jinkludu riskju tas-sigurtà konsiderevoli japplikaw ċertu standards minimi u kondizzjonijiet mitluba tas-sigurtà skond liġijiet relevanti għall-immaniġġjar ta’ merkanzija kif ukoll l-ispezzjoni u kontrolli tekniċi ta’ ajruplani.

Mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT

(69)

Din tapplika għall-iskemi ta’ taħriġ fil-qasam tal-kontrolli qabel it-titjira u tar-rampa, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Skond ir-Regolament (KE) Nru 2042/2003, dawk il-ħaddiema li għandhom x’jaqsmu mal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandhom ikollhom liċenzja li jistgħu joħorġu ċertifikat tal-manutenzjoni. Il-kondizzjonijiet għat-tali liċenzja huma speċifikati u jirreferu għall-ambitu u l-kontenut tal-iskemi ta’ taħriġ korrispondenti.

(70)

L-iskemi ta’ taħriġ ippjanati jikkorrispondu mar-Regolamenti legali msemmija u jirrigwardaw żewġ gruppi tax-xogħol: mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT A) u teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni ta’ ħruġ ta’ ċertifikati tal-manutenzjoni (CAT B1). L-iskemi ta’ taħriġ għal dawn iż-żewġ gruppi jinkludu l-partijiet ta’ studju indipendenti li ġejjin:

(a)

korsijiet fl-Ingliż (inkluż Ingliż għall-qasam tekniku)

(b)

konoxxenza teknika bażika fil-qasam tal-elettriku, elettronika u ajrudinamika

(ċ)

implimentazzjoni prattika tal-konoxxenza teknika bażika miksuba

(d)

skemi ta’ taħriġ dettaljati għal CAT B1

(71)

L-iskemi ta’ taħriġ kollha tad-DHL EAT jiġu kompluti permezz ta’ ġranet ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol, li jeċċedu b’mod konsiderevoli n-numru ta’ ġranet tax-xogħol allokati għall-parti teoretika tat-taħriġ.

(72)

Il-Ġermanja hi konxja, li d-DHL ma tistax tibda l-operat tagħha mingħajr personal kwalifikat li għandhom il-liċenzji korrispondenti. La l-iskemi kollha ta’ taħriġ ippjanati skond ir-Regolament (KE) Nru 68/2001 huma stipulati, l-awtoritajiet Ġermaniżi jikkonċedu li d-DHL ma tista tagħmel l-ebda tnaqqis mill-iskemi ta’ taħriġ. Iżda huma qed jargumentaw, li mingħajr is-sussidju d-DHL ma timplimentax l-iskemi ta’ taħriġ, iżda tirrikorri għall-ħaddiema tal-kompetituri li għandhom il-liċenzja neċessarja, jew li tiddeċiedi favur l-outsourcing.

(73)

Skond l-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-ispejjeż għall-outsourcing huma inqas mill-ispejjeż tal-personal inklużi l-ispejjeż għall-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri madwar [(5-20 %)] għas-CAT A u madwar [(10-30 %)] għas-CAT B1). Iżda l-Ġermanja ma pprovditx evidenza li jeżistu fornituri tas-servizzi korrispondenti kif ukoll li huma disponibbli.

(74)

Għall-impjegar ta’ ħaddiema diġà kwalifikati ta’ kompetituri qed jiġi stabbilit, li l-Ġermanja ma pprovditx il-provi li fis-suq tax-xogħol Ewropew hemm ħaddiema mħarrġa u kwalifikati disponibbli, li huma lesti li jiġu fis-sit ta’ Leipzig-Halle. Il-Ġermanja stess ikkonċediet, li fis-suq tax-xogħol Ewropew mhemmx mekkaniks u teknixins imħarrġa u kwalifikati għas-servizzi tat-trasport bl-ajru.

(75)

Ma’ dan, il-Ġermanja preżentat analiżi tal-ispejjeż għall-korsijiet fl-Ingliż, li huma ppjanati għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT. Il-Ġermanja qegħda targumenta li dawn jikkonsistu fi skemi ta’ taħriġ ġenerali, li jmorru lilhinn mill-iskemi ta’ taħriġ stipulati. Għalhekk, il-Ġermanja tistima l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal [(0,5-1)] miljun Ewro. Iżda, l-ewwel nett, il-Kummissjoni qed tistabbilixxi li f’dawn il-korsijiet jingħata Ingliż tekniku. It-tieni nett, qiegħda tosserva li l-kontrolli tekniċi tal-inġenji tal-ajru huma standardizzati fl-Ewropa kollha, b’hekk mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT għandhom ikollhom Ingliż tajjeb. Barra dan, skond il-fehma tal-Kummissjoni, dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku huma parti mill-programm ta’ taħriġ stipulat, standardizzat. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li, irrsipettivament għal każ, id-DHL għandha toffri dawn il-korsijiet fl-Ingliż tekniku anki mingħajr sussidju.

(76)

Bħala riżultat ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kemm dawk stipulati bil-liġi kif ukoll neċessarji għall-operat mingħajr problemi tad-DHL EAT u jiġu implimentati mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għall-mekkaniks u teknixins tad-DHL EAT mhumiex eliġibbli għas-sussidju.

Dispaċers tal-ajruplani (personal tar-rampi II)

(77)

Personal tar-Rampi II huma inkarigati bid-dmirijiet li ġejjin: tħaddim u sewqan ta’ ground service equipment; tagħbija u ħatt ta’ inġenji tal-ajru; kunsinna tad-dokumenti tat-titjira; tħejjija ta’ rapporti u komunikazzjoni mal-piloti u mal-awtoritajiet tal-ajruport. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 210 personal tar-rampi II li l-ispejjeż għalihom eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(2-3)] miljun Ewro.

(78)

Skond il-liġi Ġermaniża, Personal tar-Rampi II jistgħu jaħdmu biss fir-rampi tal-ajruplani, meta dawn ikunu ġew imħarrġa fl-oqsma tal-“immaniġġjar tal-ground service equipment” (“l-Att dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol”) u “sigurtà” (BGV C 10 l-Att dwar it-Traffiku fl-Ajru) u jkollhom ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art (BGG 925 – Taħriġ u xogħol assenjat lis-sewwieqa ta’ konvejers tal-art). Ma’ dan, huma għandhom ikunu mħarrġa fl-immaniġġjar ta’ oġġetti perikolużi u dwar ir-riskji marbuta magħhom (“l-Att dwar sustanzi perikolużi”). Finalment, personal tar-rampi II għandhom ukoll ikunu temmew b’suċċess taħriġ dwar oġġetti perikolużi skond regolamenti dwar oġġetti perikolużi tal-IATA.

(79)

Mill-ispjegazzjonijiet tal-paragrafi (77) u (78) jiġi dedott, li l-iskemi ta’ taħriġ ippjanati fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni huma fil-parti l-kbira stipulati bil-liġi: immaniġġjar ta’ tagħmir li jmexxi ajruplani mal-art, tneħħija tas-silġ (kors bażiku), tneħħija tas-silġ (kors ta’ aġġornament), liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien; tħaddim ta’ bibien tal-merkanzija; l-ewwel għajnuna, liċenzja tal-konvejers tal-art, IATA PK 7/8, ground service equipment (istruzzjoni dwar tagħmir tad-dispaċċ), perikli f’xogħol fuq ir-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà għar-rampi tal-ajruplani, regolamenti tas-sigurtà tal-ajruport. Il-kors ULD-Build-up-Kurs għall-introduzzjoni fit-tqassim ta’ kontejners tal-merkanzija jirrigwardaw b’mod partikolari kontejners tad-DHL.

(80)

Il-korsijiet “G25/41 analiżi tal-mediċina tax-xogħol” (4 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ), “DIN EN 9001:2000 kwalità u proċessi” u “DIN EN 14001 ġestjoni ambjentali u struttura tal-organizzazzjoni” (8 minn total ta’ 240 siegħa ta’ taħriġ) biss mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat li d-DHL stess ser tipprovdi s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika u li anki trid li dawn toffrihom lill-kompetituri fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle, u ma provditx evidenza, li d-DHL mhux ser toffri dawn il-korsijiet mingħajr sussidju, dawn il-korsijiet ovvjament huma parti mill-pakkett ta’ taħriġ għall-ħaddiema tad-DHL, li hu neċessarju, sabiex jiġi garantit il-bidu tal-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru mingħajr problemi. Minbarra Ħonkong (Ċina) u Wilmington (l-Istati Uniti) dan iċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru hu l-aktar ċentru tal-loġistika tad-DHL importanti fid-dinja. Speċjalment il-kors “analiżi għall-mediċina tax-xogħol” jidher li f’dan ir-rigward hu essenzjali, b’konsiderazzjoni li l-personal jiġi mħarreġ, sabiex jiddentifika, jekk hux qed jirriżulta periklu għall-ambjent tax-xogħol tiegħu minn xi ħaddiem, minħabba li għall-operat mingħajr problemi tad-DHL jeħtieġ li jiġu evitati u mneħħija problemi mhux mistennija. Skond l-informazzjoni disponibbli, ramp aġents II li temmew it-tali kors b’suċċess, huma wkoll fil-pożizzjoni li jittestjaw l-abbilità ġenerali relatata max-xogħol ta’ ħaddiema. B’konformità mal-qafas tagħha tal-evalwazzjoni spjegati f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew l-iskemi ta’ taħriġ mhumiex stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika u għalhekk, irrispettivament għal każ, id-DHL kienet ser timplimentahom. Il-kors dwar standards tal-kwalità hu tassew mhux stipulat bil-liġi wkoll, iżda l-maniġment tad-Deutschen Post għamlu obbligatorju għall-friegħi kollha tad-DHL. Id-DHL innotifikat li minħabba ċ-ċertifikat skond DIN EN 9001 il-ħaddiema kollha tad-DHL għandhom jitħarrġu b’mod speċifiku (18). Minbarra dan, ġie indikat, li ċ-ċertifikazzjoni skond DIN EN 14001 ser jibda minn Lulju 2008 (19). Konsegwentament, l-iskemi ta’ taħriġ, li huma s-suġett ta’ din id-deċiżjoni, huma definittivament neċessarji, sabiex jiġu milħuqa l-istandards immirati fl-istrateġija tan-negozju tal-intrapriża u għalhekk anki mingħajr sussidju kienu jiġu implimentati. Ma’ dan, kumpaniji sussidjarji tad-DHL jippromwovu, li s-servizzi tagħhom, kif iddokumentat permezz ta’ ċertifikati tad-DIN korrispondenti, jissodisfaw l-istandards għoljin, sabiex id-DHL, bħala fornitur tas-servizzi minn ta’ quddiem, hi ovvjament fil-pożizzjoni li tikkunsidra dawn l-ispejjeż fil-kwadru tal-istrateġija tal-prezz tagħha. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li d-DHL kienet timplimenta l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija anki mingħajr is-sussidju.

(81)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi, li diversi skemi ta’ taħriġ għal-personal tar-rampi II huma stipulati bil-liġi, iżda oħrajn jagħmlu parti mill-istrateġija tal-kwalità tal-intrapriża u għalhekk l-iskemi kollha, mingħajr eċċezzjoni, huma neċessarji għall-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru u kienu ser jingħataw mill-intrapriża irrispettivament għal każ, anki mingħajr sussidju. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ta’ taħriġ għar-personal tar-rampi II mhumiex eliġibbli għas-sussidju.

Forzi tas-sigurtà

(82)

Dan il-qasam hu rregolat permezz tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Skond il-paragrafi 8 – 9 tal-Att tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ġermaniża, operaturi ta’ ajruporti u intrapriżi tat-trasport bl-ajru huma obbligati li jħarrġu l-personal tas-sigurtà tagħhom u l-bqija tal-ħaddiema l-oħra kollha.

(83)

Il-korsijiet ippjanati mid-DHL għall-forzi tas-sigurtà jikkorispondu fil-biċċa l-kbira kemm fil-kontenut kif ukoll fin-numru ta’ sigħat ta’ taħriġ mal-iskemi ta’ taħriġ li huma ppjanati skond il-pjan tal-kurrikulu ta’ taħriġ għall-forzi tal-kontroll tas-sigurtà fl-avjazzjoni għall-ispezzjoni ta’ personal u oġġetti għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002. Il-parti indipendenti ta’ taħriġ hi wkoll stipulata fuq bażi tar-Regolamenti dwar oġġetti perikolużi li ġew implimentati mal-NfL II-36/05 fil-Liġi Ġermaniża. Anki l-kors tal-ewwel għajnuna u introduzzjoni dwar il-protezzjoni kontra n-nar, skond l-Att tal-Kondizzjonijiet tax-Xogħol Ġermaniż huma parti mit-taħriġ obbligatorju.

(84)

Evidentament, il-korsijiet għal “liċenzja tas-sewqan fir-rampa tal-ajruplani” u “ġestjoni tal-kwalità” (8 mit-total ta’ aktar minn 300 siegħa ta’ taħriġ rispettivament) biss ser jiġu offruti b’mod addizzjonali, jiġifieri dawn mhumiex stipulati bil-liġi. Iżda, la l-Ġermanja ssottolineat, li d-DHL trid li s-servizzi kollha marbuta mal-operat taċ-ċentru tal-loġistika tipprovdihom hi stess u ma prrovditx evidenza li d-DHL ma kinitx ser timplimenta dawn il-korsijiet anki mingħajr sussidju, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li dawn jagħmlu parti mill-pakkett ta’ taħriġ totali. Anki l-korsijiet ippjanati għall-forzi tas-sigurtà “DIN EN 9001:2000” u “DIN EN 14001” jikkorrispondu mal-prassi tal-intrapriża tad-Deutschen Post u għalhekk huma indispensabbli għall-ħaddiema kollha tad-DHL (ara paragrafu (80)). Il-kors għall-ksib tal-liċenzja tas-sewqan għar-rampi tal-ajruplani jidher li hu wkoll indispensabbli la dawn f’kull ħin iridu jkunu fuqhom għall-aċċess ta’ passaġġi tal-ajruplani u tar-rampa tal-ajruplani. Ma jagħmilx sens li l-operat mingħajr problemi taċ-ċentru tal-loġistika jiġi pperikolat minħabba li personal mill-forzi tas-sigurtà ma jkollux aċċess għar-rampa tal-ajruplani (kif spjegat f’dak li jsegwi paragrafu 90, f’dan il-każ, madankollu il-limitazzjoni tat-taħriġ għal ċertu numru ta’ ħaddiema hi possibbli). B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha f’paragrafu (24) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-qafas tal-evalwazzjoni mhux stipulat bil-liġi, iżda hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk għandu jiġi implimentat mid-DHL irrispettivament għal każ. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeterminat, li dawn iż-żewġ korsijiet ma setgħux ma jingħatawx anki mingħajr sussidju.

(85)

La l-korsijiet ta’ taħriġ għall-forzi tas-sigurtà huma stipulati f’paragrafi (83) u (84) il-Kummissjoni ma tistax tifhem l-argument tal-Ġermanja, li d-DHL tkun tista’ tħaddem numru limitat biss ta’ ħaddiema kwalifikati, li mbagħad iħarrġu lill-bqija tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol. Mill-informazzjoni preżentata, il-Kummissjoni ddeduċiet li l-forzi kollha tas-sigurtà għandhom itemmu l-iskemi ta’ taħriġ imsemmija kollha kemm huma.

(86)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ispejjeż tat-taħriġ għall-forzi tas-sigurtà mhux eliġibbli għas-sussidju.

Maniġers tal-operat

(87)

Rigward il-maniġers tal-operat biss il-Kummissjoni tikkonkludi mod ieħor. It-taħriġ għal din il-kategorija ta’ ħaddiema jinkludi l-Ingliż, prinċipji bażiċi tal-Liġi tax-Xogħol, komunikazzjoni, negozjati, ġestjoni tal-personal, prinċipji bażiċi tal-ikkowċjar, ġestjoni ta’ kunflitti, żvilupp ta’ timijiet, tmexxija ta’ negozjati u negozju intraprenditorjali. Fil-kwadru tal-proġett li għalih saret l-applikazzjoni għandhom jitħarrġu 110 maniġers tal-operat, li għalihom japplikaw l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidja ta’ [(1-2)] miljun Ewro. Il-middle management għandu jiġu reklutat minn dan il-grupp ta’ ħaddiema, li diġà temmew b’suċċess il-bqija tal-iskemi ta’ taħriġ (jiġifieri personal tar-rampi II u forzi tas-sigurtà).

(88)

Dan it-taħriġ tal-maniġment hu konness mal-iskemi ta’ taħriġ għal personal tar-rampi II kif ukoll forzi tas-sigurtà u ma jidhirx li hu daqshekk neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi. Dan jipprovdi possibilità ta’ promozzjoni għall-ħaddiema, li d-DHL diġà qed tħaddem fuq is-sit u għat-titjib tal-kompetenzi personali u soċjali tagħhom. Ma’ dan, l-iskemi ta’ taħriġ ġenerali li mhumiex neċessarji biss għas-setturi tat-trasport bl-ajru, li minnhom il-konoxxenza miksuba tista’ tiġi applikata mingħajr problemi f’intrapriżi oħra u li tikkontribwixxi għat-titjib tal-ambjent tax-xogħol u tar-relazzjonijiet interpersonali fl-intrapriża.

(89)

Fuq bażi tad-dikjarazzjonijiet fil-paragrafi (87) u (88) il-Kummissjoni tikkonkludi li l-iskemi ta’ taħriġ għall-maniġers tal-operat mhumiex stipulati bil-liġi u jmorru lilhinn minn dak li hu neċessarju għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL f’ Leipzig-Halle mingħajr problemi. Din hi r-raġuni għaliex l-ispejjeż għal dawn l-iskemi għas-sussidju għat-taħriġ qed jiġu kkunsidrati.

(c)    L-ambitu tal-iskemi ta’ taħriġ neċessarji

(90)

Skond l-istudju ppreżentat mill-Ġermanja (ara pargarfu (37)) l-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi jista’ jiġi garantit b’134 Personal tar-rampi II. Jekk f’tim tat-tagħbija li jikkonsisti f’sitt ħaddiema li tnejn mir-personal tar-rampi li jaħdmu bħala sewwieqa jiġu sostitwiti permezz ta’ Personal tar-Rampi I jiġu sodisfatti xorta waħda l-bżonnijiet mitluba legali u l-bżonnijiet tal-operat. Il-Ġermanja qed issostni, li b’hekk is-76 personal tar-rampi II addizzjonali ma għandhom jiġu mħarrġa mid-DHL u li mingħajr sussidju għat-taħriġ it-taħriġ tagħhom ma jsirx. L-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju għal 76 personal tar-rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,5-1,5)] miljun Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi.

(91)

Iżda, jekk id-DHL tassew tissostitwixxi lill-Personal tar-Rampi II li huma kkunsidrati bħala sewwieqa permezz ta’ Personal tar-Rampi I, dawn tal-aħħar għandhom jiġu mħarrġa sa ċertu punt, jiġifieri rigward it-tħaddim ta’ ground service equipment b’mod partikolari (dan japplika primarjament għal-liċenzja tas-sewqan f’rampi tal-ajruplani, xogħol u istruzzjonijiet għal rampi tal-ajruplani; ċertifikat għall-użu tal-konvejers tal-art, istruzzjonijiet dwar perikli fir-rampi tal-ajruplani, istruzzjonijiet dwar il-protezzjoni min-nirien, l-ewwel għajnuna eċċ.). Skond il-Ġermanja l-ispejjeż ta’ taħriġ għal Personal tar-Rampi I addizzjonali jammontaw għal [(0,1-0,5)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ ġenerali u [(0,01-0,03)] miljun Ewro għal skemi ta’ taħriġ speċifiċi.

(92)

Skond l-opinjoni tal-Kummissjoni l-ispejjeż li d-DHL ikollha tħallas għat-taħriġ supplimentari tal-Personal tar-Rampi 1 konċernati għandhom jitnaqqsu sabiex l-ispejjeż li huma eliġibbli għas-sussidju għat-taħriġ ta’ 76 Personal tar-Rampi II addizzjonali jammontaw għal [(0,4-1) miljun Ewro. La dawn l-iskemi ta’ taħriġ biss imorru lilhinn minn dak li hu neċessarju, li d’DHL għandha tkopri irrispettivament għal każ, il-Kummissjoni tikkonkludi li dan l-ammont biss hu eliġibbli għas-sussidju.

(93)

Anki għall-forzi tas-sigurtà, il-Ġermanja qed tispeċifika, li ċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru tad-DHL jista’ jopera mingħajr problemi b’70 ħaddiem biss minflok il-110 ħaddiem li saret l-applikazzjoni għalihom oriġinarjament. It-tnaqqis ta’ 40 ħaddiem addizzjonali ssir permezz ta’ żieda tas-sorveljanza bil-kamera mingħajr ma titnaqqas is-sigurtà taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru. Fl-istudju korrispondenti ġie determinat in-numru minimu assolut ta’ ħaddiema li huma neċessarji għat-tmexxija tal-ispezzjonijiet ta’ persuni u ta’ merkanzija, u mmultiplikati bin-numru ta’ xiftijiet. Fil-kalkulazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll in-numru totali ta’ ġranet tax-xogħol kull ġimgħa u l-ħaddiema addizzjonali li jaħdmu f’każi ta’ vaganzi jew mard sabiex jiġi garantit operat mingħajr interruzzjonijiet. Fl-istudju ġie konkluż, li b’dawn l-iskemi ta’ taħriġ addizzjonali l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jammontaw għal [(0,05-0,2)] miljun Ewro.

(94)

Iżda fl-istess ħin il-Ġermanja rrimarkat li d-DHL qed tippjana li tħaddem 110 ħaddiema bħala forzi tas-sigurtà, la bħala intrapriża li topera fuq livell globali b’reputazzjoni għolja trid tevita kwalunkwe inċidenti relatati mas-sigurtà. Dawn l-inċidenti jistgħu jnaqqsu l-kwalità tat-trasport ta’ merkanzija, iwasslu għal dewmien konsiderevoli u jħallu effett ħażin fuq ir-relazzjoni mal-klijent. Sabiex it-trasport ta’ merkanzija ma jiġix ipperikolat, id-DHL iddeċidiet li tieħu passi ta’ “sigurtà addizzjonali”. Taħt dawn il-kondizzjonijiet il-Kummissjoni ma setgħetx tifhem l-argument tal-Ġermanja, li ċ-ċentru tal-loġistika seta’ jopera mingħajr problemi anki b’70 ħaddiem minflok il-110 ħaddiem għall-forzi tas-sigurtà. B’konformità mal-qafas tal-evalwazzjoni tagħha preżentat f’paragrafu (25) il-Kummissjoni tikkonkludi li tassew li l-iskemi ta’ taħriġ mhux stipulati bil-liġi, iżda huma neċessarji għall-operat taċ-ċentru tal-loġistika mingħajr problemi u għalhekk dawn jiġu implimentati mid-DHL irrispettivament għal każ.

(95)

Fuq bażi ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet jista’ jiġi konkluż, li, irrispettivament għal każ, permezz tal-iskemi kollha ta’ taħriġ għandha tingħata konnoxxenza neċessarja lill-110 ħaddiem tal-forzi tas-sigurtà kollha għall-bidu tal-operat u sabiex l-operat taċ-ċentru tal-loġistika bl-ajru jibqa’ għaddej mingħajr problemi. Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-ispejjeż ma jiġux ikkunsidrati għal sussidju għat-taħriġ.

Tabella 3

Kategorija tax-xogħol

Ammont applikat

Taħriġ obbligatorju għal

Taħriġ addizzjonali għal

Personal tar-Rampi II

210

134

76

Forżi tas-sigurtà

110

110

0

Maniġers (tal-operat)

110

0

110

Mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT A

97

97

0

Teknixins/mekkaniks tal-ajruplani b’awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni CAT B 1

68

68

0

(96)

Fuq bażi tal-analiżi tal-ispejjeż preżentati mill-Ġermanja l-Kummissjoni kkalkulat l-ispejjeż għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali kif ġej (20):

Tabella 4

(EUR)

Ammont ta’ spejjeż

Ramp Agent II (***)

Middle Management

Total

Għalliema (Teorija u prattika)

[…]

[…]

 

Spejjeż tal-amministrazzjoni

[…]

[…]

 

Spejjeż tal-ivvjaġġar

[…] (****)

[…]

 

Spejjeż totali tal-għalliema

[…]

[…]

[…]

Spejjeż tal-personal għal dawk li jitħarrġu

[…]

[…]

[…]

(eliġibbli għal sussidju parzjalment biss)

Spejjeż totali eliġibbli għal sussidju: […]

Livell ta’ intensità tas-sussidju: 60 %

Sussidju: 1 578 109

(d)    Kalkulazzjoni tal-ammont ta’ sussidju permissibbli

(97)

L-iskema li għaliha saret l-applikazzjoni (bi spejjeż eliġibbli applikati fl-ammont ta’ [(10-15)] miljun Ewro) tinkludi spejjeż ta’ [(8-12)] miljun Ewro li d-DHL kien ikollha toħroġ anki mingħajr is-sussidju għat-taħriġ. Din il-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tirriferi għall-ispejjeż normali tal-operat u b’hekk twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż normali li trid iġorr l-intrapriża. B’hekk is-sussidju ma jistax jiġi approvat.

(98)

Fil-bqija l-iskemi l-ispejjeż eliġibbli għas-sussidju jakkumulaw għall-ammont ta’ [(2-3)] miljun Ewro. Dawn jikkorrispondu għall-ammont ta’ sussidju ta’ 578 109 Ewro. Din il-parti tas-sussidju biss tikkorrispondi mal-kriterji għall-kompatibilità mas-Suq Komuni.

7.   KONKLUŻJONI

(99)

Il-Kummissjoni tikkonkludi, li s-sussidju li għalih saret l-applikazzjoni għad-DHL Leipzig min-naħa jirreferi għall-ispejjeż fl-ammont ta’ [(8-12)] miljun Ewro, li d-DHL, irrispettivament għal każ, trid iġġor anki mingħajr sussidju, u min-naħa l-oħra għall-ispejjeż fl-ammont ta’ 2 630 182 Ewro għall-iskemi ta’ taħriġ li jmorru lilhinn minn dak li hu stipulat bil-liġi kif ukoll mil-livell neċessarju għall-intrapriża.

(100)

Għalhekk, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni, li l-parti tas-sussidju li għaliha saret l-applikazzjoni, li mhix neċessarja għall-iskemi ta’ taħriġ konċernati, ma twassalx għal skemi ta’ taħriġ addizzjonali, iżda tkopri spejjeż normali tal-operat tal-intrapriża u b’hekk tippermetti tnaqqis tal-ispejjeż li ġeneralment iridu jinġarru mill-intrapriża. Għalhekk, skond l-opinjoni tal-Kummissjoni, is-sussidju jwassal għad-distorzjoni tal-kompetizzjoni li jmur kontra l-interessi komuni u jinterfieri mat-termini kummerċjali. Konsegwentement, is-sussidju ma jistax jiġi ġustifikat fuq bażi ta’ artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE. La ma ngħatawx l-ebda eċċezzjonijiet oħra f’artikolu 87, paragrafi 2 u 3 tat-Trattat tal-KE, l-ammont 6 175 198 Ewro ta’ sussidju ma jissodisfawx il-kriterji tal-kompatibilità tas-Suq Komuni.

(101)

Il-bqija tal-iskemi li għalihom saret l-applikazzjoni bi spejjeż eliġibbli għas-sussidju ta’ [(2-3)] miljun Ewro, li għalihom hemm provduti sussidju fl-ammont ta’ 578 109 Ewro, jissodisfaw il-kriterji stipulati f’artikolu 87, paragrafu 3, ittra c tat-Trattat tal-KE għall-kompatibilità mas-Suq Komuni –

ITTIEĦDET ID-DEĊIŻJONI LI ĠEJJA:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHL li jammonta għal 6 175 198 Ewro mhux konformi mas-Suq Komuni.

Il-parti li tifdal tal-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ 1 578 109 Ewro, li l-Ġermanja trid tagħti għall-benefiċċju tad-DHl, skond l-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE hi konformi mas-Suq Komuni.

Artikolu 2

Il-Ġermanja tinnotifika lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn wara n-notifikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni dwar il-miżuri li ttieħdu għall-konformità ma’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni ġiet mgħoddija lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 213, 12.9.2007, p. 28.

(2)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 1.

(3)  Fid-deċiżjoni għall-ftuħ tal-proċess il-proġett ta’ taħriġ hu deskritt aktar fid-dettall.

(*)  DHL ser tagħti taħriġ addizzjonali fil-maniġment lil 110 ħaddiem li diġà attendew kors ieħor, per eżempju għal ramp agent II, forzi tas-sigurtà jew teknixins/mekkaniks.

(4)  Ħaddiema, li għandhom x’jaqsmu mal-immaniġġjar dirett tal-merkanzija, għandhom ikollhom ċertifikat ta’ kompetenza rikonoxxut għall-immaniġġjar ta’ merkanzija; il-ħaddiema kollha li ma jaħdmux fil-qasam pubbliku tal-ajruport għandhom jagħmlu taħriġ fil-qasam tas-sigurtà; ħaddiema li jaħdmu fuq ajruplani għandhom jagħmlu kors kif iħaddmu bibien tal-merkanzija, ma’ dan, il-ħaddiema għandhom – skond ix-xogħol li jagħmlu – ikollhom kwalifiki għat-tħaddim ta’ tagħmir u għall-kontroll ta’ vetturi.

(**)  Informazzjoni, li hi sostitwita permezz tal-parentesi, hi soġġetta għas-sigriet professjonali.

(5)  Ara d-deċiżjoni 2007/612/KE tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2007, General Motors Belġju ta’ Antwerp, ĠU L 243, 18.9.2007, p. 71, u d-deċiżjoni 2006/938/KE tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Lulju 2006, Ford Genk, ĠU L 366, 21.12.2006, p. 32.

(6)  ĠU L 10, 13.1.2001, p. 20.

(7)  ĠU C 343, 11.11.1998, p. 10.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 dwar Għajnuna mill-Istat C 35/07, Volvo Cars Gent, għadha mhix ippubblikata.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2006 dwar Għajnuna mill-Istat N 635/05, Webasto Portugall, ĠU C 306, 15.12.2006, p. 12.

(10)  ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1.

(12)  Din tirriżulta mill-premessa 16 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(13)  Ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni f’Ford Genk, General Motors Belgium, Auto-Europa Portugla u Volvo Cars Gent.

(14)  Rigward is-sussidju għat-taħriġ, il-premessa 10 tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 jgħid li: “It-taħriġ normalment ikollu effetti esterni pożittivi għas-soċjetà in ġenerali peress li dan ikabbar in-numru ta’ ħaddiema mħarrġa li minnhom jistgħu jagħżlu intrapriżi oħra, itejjeb il-kompetittività tal-industrija tal-Komunità u jilgħab parti importanti fl-istrateġija biex jitkattar l-impjieg. In vista tal-fatt li l-intrapriżi fil-Komunità normalment ma jinvestux biżżejjed fit-taħriġ tal-ħaddiema tagħhom, l-għajnuna Statali tista’ tgħin biex tkun korretta din l-imperfezzjoni fis-suq u għalhekk tista’ tkun ikkunsidrata taħt ċerti kondizzjonijiet li tkun kompatibbli mas-suq komuni u għalhekk eżentata minn notifika minn qabel.” Ma’ dan, il-premessa 11 żżid li għandu jiġi “assigurat li l-għajnuna Statali tkun illimitata għal dak li hu meħtieġ minimament biex jintlaħaq l-oġġettiv tal-Komunità li l-forzi tas-suq biss ma jagħmlux possibbli […]”.

(15)  Ara, per eżempju, Deċiżjoni 2001/698/KE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2001, Sabena ĠU L 249, 19.9.2001, p. 21, li fil-premessa 28 tgħid: “… Minn dak iż-żmien dan il-qafas ġie sostitwit permezz tar-Regolament (KE) Nru 68/2001 tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Jannar 2001 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 87 u 88 tat-trattat tal-KE dwar sussidji għat-taħriġ. ”

(16)  Paragrafu (50) jidħol iktar fid-dettall dwar il-konklużjonijiet dwar inċentivi fir-Regolament (KE) Nru 68/2001.

(17)  ĠU C 87, 11.4.2006, p. 4.

(18)  http://www.dpwn.de/dpwn?skin=hi&check=yes&lang=de_DE&xmlFile=2000910

(19)  http://www.dpwn.de/dpwn%3Ftab%3D1%26skin%3Dhi%26check%3Dyes%26lang%3Dde_DE%26xmlFile%3D2008898

(20)  It-taħriġ addizzjonali jinkludi fil-biċċa l-kbira skemi ta’ taħriġ ġenerali, għall-personal tar-rampi II biss jakkumulaw spejjeż għal skemi ta’ taħriġ speċifiku fl-ammont ta’ […]Ewro. Iżda anki t-taħriġ għall-Personal tar-Rampi I, li – mingħajr sussidju – għandhom jissostitwixxu ħaddiema bi kwalifiki ogħla, jinkludi skemi ta’ taħriġ speċifiku għall-ammont ta’ […]Ewro, sabiex iż-żewġ ħlasijiet dovuti jikkompensaw lil xulxin.

(***)  Mill-ħasijiet dovuti fit-tabella l-ispejjeż għat-taħriġ ta’ Personal tar-Rampi I diġà tnaqqsu l-ispejjeż tat-taħriġ. L-ispejjeż imsemmija tal-aħħar jiġu akkumulati rrispettivament għal każ, jiġifieri anki fix-xenarju alternattiv preżentat mill-Ġermanja (sostituzzjoni ta’ ċertu numru ta’ Personal tar-Rampi II permezz ta’ Personal tar-Rampi I bi kwalifiki inqas komprensivi).

(****)  Fuq bażi tal-informazzjoni preżentata mill-Ġermanja fl-ispejjeż tal-ivvjaġġar iddikjarati ma ġewx ikkunsidrati spejjeż għall-ivvjaġġar relatati ma’ skemi ta’ taħriġ speċifiċi li jammontaw għal […]Ewro li setgħu kienu eliġibbli għas-sussidju. Il-Kummissjoni tassumi li l-awtoritajiet Ġermaniżi ma tawx assistenza f’dan ir-rigward.


22.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 312/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.