ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
19 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1138/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehim fis-sura ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1139/2008 ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi, għall-2009, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut

3

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1140/2008 tat-18 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1141/2008 tat-13 ta' Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1142/2008 tat-13 ta' Novembru 2008 li jikkonċerna l-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1143/2008 tat-13 ta' Novembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

13

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1144/2008 tat-18 Novembru 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Kroazja ( 1 )

15

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1145/2008 tat-18 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton

17

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1146/2008 tat-18 ta’ Novembru 2008 li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

25

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/870/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea

27

Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

29

 

 

2008/871/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Ottubru 2008 dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

33

Protokoll dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

35

 

 

2008/872/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Novembru 2008 li taħtar żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

50

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ Kuba dwar il-konklużjoni tan-negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

51

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/873/PESK tat-18 ta' Novembru 2008 li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Avorju

52

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1138/2008

tat-13 ta’ Ottubru 2008

li jikkonċerna l-implimentazzjoni tal-Ftehim fis-sura ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, li jemenda u jissupplimenta l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tariffarja u tal-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1) stabbilixxa nomenklatura għall-merkanzija, (minn hawn ’il quddiem “In-Nomenklatura Magħquda”), u stipula r-rati konvenzjonali tad-dazju tat-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

Bid-Deċiżjoni 2008/870/KE (2), il-Kunsill approva, f’isem il-Komunità, il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' Kuba (il-“Ftehim”) bil-ħsieb li jingħalqu negozjati mibdija skont l-Artikolu XXIV: 6 tal-GATT 1994.

(3)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat u supplimentat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, għandu jiġi supplimentat bil-volumi li jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ara paġna 27 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti ma għandux jiġi kkunsidrat bħala li għandu iktar minn valur indikattiv, bil-konċessjonijiet jiġu stabbiliti, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu fil-ħin tal-adozzjoni tar-Regolament preżenti. Fejn jiġu indikati l-kodiċijiet ex NM, il-konċessjonijiet għandhom ikunu determinati mill-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni korrispondenti meħuda flimkien.

Fir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 l-Anness 7 intitolat “Kwoti tariffarji tad-WTO li jridu jinfetħu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità”, tat-Taqsima III tal-Parti Tlieta tal-Anness I, it-termini u l-kundizzjonijiet l-oħrajn huma dawn li ġejjin:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Termini u kundizzjonijiet oħrajn

Numri tat-tariffa tal-prodott

1701 11 10

Zokkor tal-kannamieli mhux raffinat, għall-irfinar

Żid allokazzjoni ta' pajjiż ta' 20 000 tunnellata għal Kuba għas-sena kummerċjali 2008/2009 fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, bir-rata in-quota ta’ 98 EUR/t.

Żid allokazzjoni ta' pajjiż ta' 10 000 tunnellata għal Kuba mis-sena kummerċjali 2009/2010 fil-kwota tar-rata tariffarja tal-KE, bir-rata in-quota ta’ 98 EUR/t.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1139/2008

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi, għall-2009, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli fil-Baħar l-Iswed għal ċerti stokkijiet ta’ ħut

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għat-tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jesiġi li l-Kunsill jaddotta l-miżuri meħtieġa li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u sabiex l-attivitajiet tas-sajd jibqgħu jsiru b’mod sostenibbli, billi jitqies il-parir xjentifiku disponibbli u, b’mod partikolari, ir-rapport imħejji mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd.

(2)

Taħt l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, il-Kunsill jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd relattivament għat-tip ta’ sajd jew gruppi ta’ tipi ta’ sajd u l-allokazzjoni ta’ dawk l-opportunitajiet lill-Istati Membri.

(3)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-opportunitajiet ta’ sajd, għandhom jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-operazzjonijiet ta’ sajd.

(4)

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jistabbilixxi d-definizzjonijiet rilevanti dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta’ sajd.

(5)

Konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għal miżuri varji previsti f’dan ir-Regolament.

(6)

Fl-2009 għandhom jiġu implimentati ċerti miżuri supplimentari relatati mal-kondizzjonijiet tekniċi għas-sajd biex jikkontribwixxu għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut.

(7)

It-tnaqqis fil-qabda totali permissibbli (TAC) għal-laċċa kaħla ma jippreġudikax il-livelli futuri għal dan l-istokk, li għandhom jieħdu kont tal-attivitajiet tas-sajd ta’ pajjiżi oħra li għandhom kosta mal-Baħar l-Iswed.

(8)

L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jintużaw konformement mal-leġislazzjoni Komunitarja dwar is-suġġett, u b’mod partikolari mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni taż-żgħar tal-organiżmi tal-baħar (4).

(9)

Waqt li jitqies li fi Stat Membru wieħed qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, kienu qegħdin jintużaw xbieki b’malji iżgħar minn 400 mm biex jinqabad il-barbun imperjali, u biex ikun jista’ jsir tibdil adegwat lill-miżuri tekniċi introdotti f’dan ir-Regolament, bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ dak l-Istat Membru għandhom jitħallew jistadu għall-barbun imperjali bi xbiek b’malji li mhumiex iżgħar minn 360 mm.

(10)

Sabiex jiġi żgurat l-infurzar u l-kontroll kif suppost, id-daqs tal-malji għandu jitkejjel konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 fir-rigward tad-determinazzjoni tad-daqs tal-malja u l-assessjar tal-ħxuna tal-ispag tax-xbieki tas-sajd (5)

(11)

Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata eċċezzjoni għall-perjodu ta’ sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I (3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej,

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

SUĠĠETT, AMBITU U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għas-sena 2009 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut fil-Baħar l-Iswed u l-kondizzjonijiet assoċjati li taħthom jistgħu jintużaw tali opportunitajiet ta’ sajd.

Artikolu 2

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji (bastimenti Komunitarji) li joperaw fil-Baħar l-Iswed.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, dan ir-Regolament m’għandux japplika għal operazzjonijiet tas-sajd imwettqa biss għall-finijiet ta’ investigazzjoni xjentifika u li jsiru bil-permess u taħt l-awtorità tal-Istat Membru kkonċernat, tal-Kummissjoni u tal-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun qed issir ir-riċerka u li jkunu ġew infurmati bil-quddiem.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“GFCM” għandha tfisser il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran.

(b)

“il-Baħar l-Iswed” għandu jfisser is-subżona ġeografika tal-GFCM kif definita fir-Riżoluzzjoni GFCM/31/2007/2;

(ċ)

“qabda totali permissibbli (TAC – Total Allowable Catch)” għandha tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(d)

“kwota” għandha tfisser proporzjon mit-TAC li tkun allokata lill-Komunità, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz.

KAPITOLU II

L-OPPORTUNITAJIET TAS-SAJD U L-KONDIZZJONIJIET ASSOĊJATI MAGĦHOM

Artikolu 4

Limiti tal-qbid u allokazzjonijiet

Il-limiti tal-qbid, l-allokazzjoni ta’ dawk il-limiti fost l-Istati Membri, u kondizzjonijiet addizzjonali applikabbli konformement mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 huma stipulati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

L-allokazzjoni tal-limiti tal-qbid fost l-Istati Membri kif stipulati fl-Anness I għandha tkun mingħajr preġudizzju għal:

(1)

skambji magħmula taħt l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(2)

allokazzjonijiet mill-ġdid magħmula taħt l-Artikolu 21(4), 23(1) u l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(3)

ħatt l-art addizzjonali permess taħt l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(4)

tnaqqis magħmul taħt l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għall-qabdiet u għall-qabdiet inċidentali

1.   Il-ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jinħatt l-art biss jekk jinqabad minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u jekk dik il-kwota ma tkunx ġiet eżawrita.

2.   Il-ħatt l-art kollu għandu jittieħed mill-kwota jew, jekk is-sehem Komunitarju ma jkunx tqassam fost l-Istati Membri permezz tal-kwoti, mis-sehem Komunitarju.

Artikolu 7

Miżuri tekniċi transizzjonali

Il-miżuri tekniċi transizzjonali għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness II.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 8

It-trasmissjoni tad-data

Meta, taħt l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, l-Istati Membri jibagħtu data lill-Kummissjoni dwar il-ħatt l-art ta’ kwantitajiet ta’ ħut maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stipulati fl-Anness I ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1.

(5)  ĠU L 151, 11.6.2008, p. 5.


ANNESS I

Il-limiti tal-qbid u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tal-limiti tal-qbid applikabbli għall-bastimenti Komunitarji f’żoni fejn ikunu ġew iffissati l-limiti tal-qbid relattivament għal kull speċi u għal kull żona

It-tabelli li ġejjin jistipulaw it-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn speċifikat mod ieħor) relattivament għall-istokk, l-allokazzjoni lill-Istati Membri u l-kondizzjonijiet assoċjati għall-ġestjoni tal-kwoti minn sena għall-oħra.

F’kull żona, l-istokkijiet tal-ħut huma msemmija fl-ordni alfabetiku li ġej tal-ismijiet tal-ispeċi bil-Latin. Għall-finijiet ta’ dawn it-tabelli l-kodiċi użati għall-ispeċi differenti huma kif ġejjin:

Isem xjentifiku

Kodiċi Alpha-3

Isem Komuni

Psetta maxima

TUR

Barbun imperjali

Sprattus sprattus

SPR

Laċċa kaħla


Speċi:

:

Barbun imperjali

Psetta maxima

Żona:

:

Il-Baħar l-Iswed

l-Bulgarija

50

TAC Prekawzjonali
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

ir-Rumanija

50

KE

100  (1)

TAC

Mhux rilevanti


Speċi:

:

Laċċa kaħla

Sprattus sprattus

Żona:

:

Il-Baħar l-Iswed

KE

12 750  (2)

TAC Prekawzjonali
Japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
Japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

TAC

Mhux rilevanti


(1)  TAC preliminari. It-TAC definittiva tiġi stabbilita fid-dawl tal-opinjoni xjentifika matul l-ewwel sitt xhur tas-sena 2009 u dan mal-ewwel possibbiltà.

(2)  Jistgħu jinqabdu biss minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Bulgarija jew tar-Rumanija.


ANNESS II

MIŻURI TEKNIĊI TRANSIZZJONALI

1.

M’għandha ssir l-ebda attività tas-sajd għall-barbun imperjali mill-15 ta’ April sal-15 ta’ Ġunju fl-ilmijiet tal-Komunità Ewropea tal-Baħar l-Iswed.

2.

Id-daqs minimu tal-malji permess bil-liġi għal xbieki tal-qiegħ użati biex jinqabad il-barbun imperjali għandu jkun ta’ 400 mm.

Fl-Istat Membru fejn id-daqs minimu tal-malji għal xbieki tal-qiegħ użati biex jinqabad il-barbun imperjali kien inqas minn 400 mm qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw xbieki b’daqs tal-malji ta’ mhux inqas minn 360 mm biex jinqabad il-barbun imperjal. Madankollu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jaċċerta li sal-aħħar tal-2009 mhux aktar minn 40 % tan-numru tal-bastimenti tas-sajd kollha awtorizzati biex jaqbdu il-barbun imperjali bi xbieki tal-qiegħ għadhom jużaw daqs tal-malji ta’ inqas minn 400 mm.

3.

Id-daqs tal-malji għandu jitkejjel konformement mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 517/2008 tal-10 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi r-Regolament tal-Kummissjoni għad-determinazzjoni tad-daqs tal-malji.

4.

Id-daqs minimu ta’ barbun imperjali li jista’ jinħatt l-art m’għandux ikun inqas minn 45 cm tul, imkejjel konformement mal-Artikolu 18 tar-Regolament 850/98.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1140/2008

tat-18 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-19 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

25,7

MA

60,8

TR

77,1

ZZ

54,5

0707 00 05

JO

167,2

MA

55,4

TR

91,2

ZZ

104,6

0709 90 70

MA

59,8

TR

103,0

ZZ

81,4

0805 20 10

MA

66,1

ZZ

66,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

60,0

HR

49,0

IL

74,6

MA

82,1

TR

67,2

ZZ

66,6

0805 50 10

MA

65,5

TR

69,9

ZA

47,3

ZZ

60,9

0806 10 10

BR

214,2

TR

133,6

US

272,9

ZA

78,7

ZZ

174,9

0808 10 80

CA

87,1

CL

67,1

CN

55,8

MK

37,6

US

103,2

ZA

75,3

ZZ

71,0

0808 20 50

CL

58,0

CN

52,6

TR

103,0

ZZ

71,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1141/2008

tat-13 ta' Novembru 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu addottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skond dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni fuq tariffa li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għal perjodu ta’ tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sistema ta’ moviment lineari magħmula minn mekkaniżmu li jisslajdja b’żewġ skanalaturi u kisja rettangolari esterna bil-bollberings ġewwa.

Il-kisja esterna timxi tul l-iskanalaturi fil-mekkaniżmu li jisslajdja permezz tal-bollberings.

Is-sistema ta’ moviment lineari tintuża għal tipi differenti ta’ magni, pereżempju, tagħmir għaċ-ċaqliq tal-oġġetti, magni għodod jew apparati tad-DVD.

8482 10 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata bir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI u tat-test tal-kodiċijiet tan-NM 8482 , 8482 10 u 8482 10 90 .

Minħabba li s-sistema ta’ moviment lineari tista’ tintuża għal tipi differenti ta’ magni, ma tistax titqies bħala parti li tista’ tintuża waħidha jew prinċipalment għal xi tip ta’ magna partikolari fit-tifsira tan-Nota 2(b) tat-Taqsima XVI. Għalhekk, il-klassifikazzjoni tas-sistema bħala parti minn magna taħt intestaturi bħalma huma 8431 , 8466 jew 8522 hija eskluiża.

Is-sistema ta’ moviment lineari titqies li hi mekkaniżmu li jisslajdja bil-bollberings li jiċċaqalqu b’mod liberu taħt l-intestatura 8482 (ara wkoll in-Noti ta’ Spjega tas-Sistema Armonizzata li jaqgħu taħt l-intestatura 8482 (A), (3)).

Ġaladarba s-sistema ta’ moviment lineari hija prodott speċifikat fl-intestatura 8482 , għandha tkun ikklassifikata taħt dik l-intestatura f’konformità man-Nota 2(a) tat-Taqsima XVI.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1142/2008

tat-13 ta' Novembru 2008

li jikkonċerna l-klassifika ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifika tal-merkanzija msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata, totalment jew parzjalment fuq in-Nomenklatura Magħquda jew li żżid magħha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita permezz ta’ dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ tal-merkanzija.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li tagħrif tariffarju li jorbot u li jkun inħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li hu marbut mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhuwiex skont dan ir-Regolament jista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, ikompli jkun invokat mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma tax opinjoni fiż-żmien stipulat mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li hi mniżżla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Tagħrif tariffarju li jorbot maħruġ mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri li mhux f’konformità ma’ dan ir-Regolament jista’ jkompli jiġi invokat għal perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Id-deskrizzjoni tal-merkanzija

Il-klassifika

(Il-kodiċi tan-NM)

Ir-raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Kejbil, twil bejn wieħed u ieħor 250 ċm, tat-tip li jintuża biss ma’ magna tal-logħob tal-vidjow/tal-kompjuter li taqa’ taħt l-intestatura 9504 .

Il-kejbil huwa mgħammar b’konnettur wieħed iddiżinjat b’mod speċifiku għall-magna tal-logħob tal-vidjow/tal-kompjuter fuq naħa waħda u b’ħames konnetturi sabiex jitqabbad ma’ moniter jew ma’ sett tat-televiżjoni min-naħa l-oħra.

Id-dejta tista’ tiġi ttrasferita mill-magna tal-logħob tal-vidjow/tal-kompjuter għall-moniter jew għas-sett tat-televiżjoni permezz tal-kejbil u tista’, skont il-kontenut, tiġi vviżwalizzata bħala logħba tal-vidjow/tal-kompjuter, vidjow jew immaġni fissa jew riprodotta bħala ħoss.

8544 42 90

Il-klassifika hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali nri 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 8544 , 8544 42 u 8544 42 90 .

Il-klassifika taħt l-intestatura 9504 bħala aċċessorju tal-magna tal-logħob tal-vidjow/tal-kompjuter hija eskluża, minħabba li l-intestatura 8544 tipprovdi l-iktar deskrizzjoni speċifika li tirreferi għall-kejbils u għal kondutturi elettriċi oħra.

Il-prodott għandu għalhekk jiġi klassifikat taħt il-kodiċi NM 8544 42 90 bħala konduttur elettriku mwaħħal bil-konnekters.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1143/2008

tat-13 ta' Novembru 2008

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerta merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-merkanzija msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżidilha kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb tal-applikazzjoni ta’ miżuri tariffarji u ta’ miżuri oħrajn li għandhom x’jaqsmu mal-kummerċ ta’ oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella mfassla fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-Kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stipulat li informazzjoni fuq tariffa li torbot u li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana tal-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta’ oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’, għal perjodu ta’ tliet xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Il-merkanzija deskritta fil-kolonna 1 tat-tabella li tidher fl-Anness għandha tkun ikklassifikata fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot, maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li mhijiex skont dan ir-Regolament, tista’ tkompli tkun invokata għall-perjodu ta’ tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sett imtella’ għall-bejgħ bl-imnut li jikkonsisti minn:

strument b’komponenti elettroniċi f’għamla ta’ sigarett;

żewġ kontenituri;

żewġ batteriji tal-litju li jistgħu jerġgħu jiġu ċċarġjati; kif ukoll

apparat li jiċċarġja l-batteriji

L-istrument jikkonsisti minn qoxra tal-azzar li ma jsaddadx b’ċirkwit mikroelettroniku, sensorju ta’ sensibilità għolja, kompartiment għall-batteriji u kompartiment fejn jitpoġġa kontenitur.

Kull kontenitur huwa magħmul minn inalatur u ampolla. L-ampolla jkun fiha n-nikotina, kompożizzjoni ta’ riħa tas-sigaretti u addittivi tal-ikel ordinarji. Kemm l-inalatur kif ukoll l-ampolla jintremew wara li jintużaw.

Meta jiġi attivat bin-nifs ‘il ġewwa, iċ-ċirkwit elettriku jibda l-atomizzazzjoni tad-dilwent tan-nikotina u joħloq id-“duħħan” atomizzat li jiġbdu man-nifs min ipejjep.

8543 70 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-Regoli Ġenerali 1, 3 (b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8543 , 8543 70 u 8543 70 90 .

Il-komponent li jagħti lis-sett il-karattru essenzjali tiegħu huwa t-tagħmir elettroniku li jġiegħel li tibda l-atomizzazzjoni tad-dilwent tan-nikotina u joħloq id-“duħħan” atomizzat li jiġbdu man-nifs min ipejjep.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8424 hija eskluża minħabba li l-istrument mhuwiex apparat mekkaniku għall-projezzjoni, it-tferrix jew ir-raxx ta’ likwidi.

L-istrument elettroniku huwa kkunsidrat bħala tagħmir elettroniku, li għandu funzjoni individwali, li mhux speċifikata jew inkluża fil-Kapitolu 85.

Għalhekk, bis-saħħa tar-Regola Interpretattiva Ġenerali 3(b), is-sett għandu jkun ikklasifikat taħt l-intestatura 8543 (ara wkoll n-Noti ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata għall-intestatura 8543 , t-tielet paragrafu).


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1144/2008

tat-18 Novembru 2008

li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Kroazja

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3)(a) u l-Artikolu 19 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u r-regoli applikabbli għall-kontrolli ta’ tali movimenti.

(2)

Dawn ir-rekwiżiti mhumiex l-istess, u jiddependi jekk l-annimali domestiċi jiġux imċaqalqa minn Stat Membru għal ieħor jew minn pajjiżi terzi lejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti għal dawn il-movimenti minn pajjiżi terzi huma iktar differenzjati bejn il-pajjiżi terzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament u dawk il-pajjiżi terzi li huma elenkati fil-Parti C ta’ dan l-Anness.

(3)

Il-pajjiżi terzi li japplikaw għal regoli ta’ moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi li jkunu tal-inqas ekwivalenti għar-regoli tal-Komunità kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli jinkludu l-possibilità għal dawn il-pajjiżi terzi li jużaw il-passaport skond il-mudell stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE (2) minflok iċ-ċertfikat.

(4)

Il-moviment mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi minn dawn il-pajjiżi terzi lejn il-Komunità huwa soġġett għall-istess regoli bħall-moviment ta’ dawn l-annimali bejn l-Istati Membri, kif stipulat fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(5)

Il-lista fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tinkludi l-pajjiżi u t-territorji terzi li huma ħielsa mill-idrofobija u l-pajjiżi u t-territorji terzi, inkluża l-Kroazja, fejn ir-riskju li tidħol l-idrofobija fil-Komunità bħala riżultat ta’ movimenti minn dawn il-pajjiżi u territorji terzi nstab li mhuwiex ikbar mir-riskju assoċjat mal-movimenti bejn l-Istati Membri.

(6)

Il-Kroazja dan l-aħħar talbet li tkun inkluża fit-Taqsima 2 tal-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 biex tissimplifika l-movimenti tal-annimali domestiċi bejn il-Kroazja u l-UE.

(7)

Wara li kkunsidrat s-informazzjoni pprovduta mill-Kroazja dwar il-leġiżlaszjoni nazzjonali tagħha, jidher li l-Kroazja tapplika regoli għall-moviment mhux kummerċjali li huma tal-inqas ekwivalenti għar-regoli tal-Komunità kif stipulat fil-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 998/2003.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li titħassar il-Kroazja mil-lista fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 u li tiddaħħal fil-lista fit-Taqsima 2 tal-Parti B ta’ dan l-Anness.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-Taqsima 2 tal-Parti B, l-annotazzjoni li ġejja tiddaħħal bejn l-annotazzjoni għall-Iżvizzera u dik għall-Iżlanda:

“HR Kroazja”

(2)

Fil-Parti C, titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

“HR Kroazja”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 312, 27.11.2003, p. 1.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1145/2008

tat-18 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u li jistabbilixxi programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali għas-settur tal-qoton (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kapitolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 fih dispożizzjonijiet dwar il-programmi ta’ ristrutturazzjoni li għandhom jiġu deċiżi fil-livell tal-Istati Membri biex jiġu ffinanzjati miżuri speċifiċi sabiex jgħinu lis-settur tal-qoton. Huwa xieraq li dak il-qafas jimtela billi jiġu mgħoddija regoli implimentattivi.

(2)

Għandu jiġi stabbilit liema elementi jridu jkunu nklużi fil-programmi ta’ ristrutturazzjoni li għandhom jiġu sottomessi mill-Istati Membri. Barra minn hekk, għandhom jiġu speċifikati regoli fir-rigward tal-bidliet għall-programmi ta’ ristrutturazzjoni, sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu aġġustati biex jinkludu kwalunkwe kundizzjonijiet ġodda li ma setgħux ikunu previsti meta ġew ippreżentati l-ewwel darba.

(3)

Biex ikun żgurat monitoraġġ u evalwazzjoni korretta tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni, jeħtieġ li tkun mitluba s-sottomissjoni ta’ rapporti ta’ evalwazzjoni, li għandhom jikkonsistu minn informazzjoni operattiva u finanzjarja dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturazzjoni.

(4)

Għandu jiġi assigurat ukoll li l-partijiet interessati kollha jkollhom aċċess għall-informazzjoni relatata mal-programmi ta’ ristrutturazzjoni.

(5)

Għandu jkun hemm rekwiżiti minimi għall-ġestjoni tal-attribuzzjoni u l-pagament tal-għajnuna. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli l-pagament ta’ self wieħed jew aktar għal miżuri li jkunu probabbli li jirrigwardaw nefqa konsiderevoli.

(6)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet fir-rigward tal-obbligu tal-Istati Membri li jikkontrollaw in-nefqa, b’mod speċifiku fir-rigward taż-żmien meta jsiru u n-natura tal-kontrolli fuq il-post tal-miżuri ta’ żmantellar u investiment. Sabiex jiġu mħarsa l-interessi finanzjarji tal-Komunità jeħtieġu wkoll regoli speċifiċi għall-irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti u penali. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa (3) għandhom japplikaw.

(7)

Rigward it-tneħħija sħiħa u permanenti tal-faċilitajiet tal-ħalġ, kif ipprovdut fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, huwa neċessarju li jiġu definiti fid-dettall il-kriterji li jikkostitwixxu t-tneħħija. Filwaqt li huwa xieraq li l-Istati Membri jiddeċiedu l-ammont ta’ għajnuna li għandha tingħata għat-tneħħija fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, jeħtieġ li jiġi stabbilit livell minimu sabiex ikun evitat kumpens eċċessiv.

(8)

Huwa neċessarju li tiġi definita b’mod preċiż l-għajnuna għat-titjib fl-ipproċessar tal-qoton, li hemm provvediment dwarha fil-punt (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 dwar l-għajnuna għall-investimenti fl-industrija tal-ħalġ u biex tiġi stabbilita n-nefqa eliġibbli. Barra minn hekk, trid tiġi stabbilita kontribuzzjoni massima tal-Komunità sabiex tiżgura parteċipazzjoni finanzjarja kif ukoll impenn tal-benefiċjarji fl-investiment.

(9)

Dwar l-għajnuna għall-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskemi ta’ kwalità tal-qoton, li hemm provvediment dwarhom fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, huwa neċessarju li jiġu identifikati l-iskemi ta’ kwalità rilevanti tal-Komunità, biex jiġu stabbiliti l-kriterji għall-kriterji nazzjonali dwar il-kwalità, sabiex jiġu deċiżi l-livell tal-għajnuna u l-ispejjeż eliġibbli.

(10)

Sabiex tiġi assigurata l-kumplementarjetà bejn il-miżuri ta’ promozzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 u r-regoli fir-rigward tal-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (4) għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-għajnuna għall-promozzjoni ta’ prodotti ta’ kwalità, b’mod partikolari fir-rigward tal-benefiċjarji u l-attivitajiet eliġibbli.

(11)

Dwar l-għajnuna lill-kuntratturi tal-makkinarju, kif hemm provvediment dwarha fil-punt (e) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, jeħtieġ li tiġi stabbilita definizzjoni preċiża tal-għajnuna. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu l-ammont ta’ għajnuna li għandha tingħata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, madankollu, irid jiġi stabbilit livell massimu sabiex jiġi evitat kumpens eċċessiv.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

REGOLI ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regolamenti implimentattivi fir-rigward tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni nazzjonali taħt ir-Regolament (KE) Nru 637/2008, li jinkludu l-ħames miżuri eliġibbli li hemm provvediment dwarhom fl-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 2

Kontenut tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni

Il-programmi ta’ ristrutturazzjoni li jissottomettu l-Istati Membri skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(a)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri proposti kif ukoll l-għanijiet kwantifikabbli tagħhom;

(b)

ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet li jsiru kif ipprovdut fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(ċ)

valutazzjoni li turi l-impatt tekniku, ekonomiku, ambjentali u soċjali mistenni;

(d)

deskrizzjoni tal-faċilitajiet tal-ħalġ fl-Istat Membru kkonċernat u l-użu tal-kapaċità tagħhom mill-2005, fil-każ ta’ inklużjoni fil-programm ta’ ristrutturazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(e)

skeda għall-implimentazzjoni ta’ kull waħda mill-miżuri;

(f)

tabella finanzjarja ġenerali, li ssegwi l-mudell ipprovdut fl-Anness għal dan ir-Regolament, li turi r-riżorsi li għandhom jintużaw u l-allokazzjoni prevista tar-riżorsi bejn il-miżuri skont l-allokazzjoni baġitarja ffissati fl-Artikolu 5 (1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(g)

il-kriterji u l-indikaturi kwantitattivi li għandhom jintużaw għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-miżuri tal-programm ta’ ristrutturazzjoni kif ukoll il-passi meħuda sabiex jassiguraw li l-programmi jiġu implimentati sewwa u b’mod effettiv;

(h)

id-desinjazzjoni tal-awtoritajiet u l-korpi kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-programm.

Artikolu 3

Bidliet fil-programmi ta’ ristrutturazzjoni

Bidliet fil-programmi ta’ ristrutturazzjoni, kif imsemmija fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, m’għandhomx jiġu sottomessi aktar minn darba fis-sena.

Il-programmi mmodifikati għandhom jindikaw b’mod ċar u preċiż il-bidliet proposti, ir-raġunijiet għal dawk il-bidliet u l-konsegwenzi finanzjarji tagħhom, u għandhom jinkludu, jekk tapplika, verżjoni riveduta tat-tabella finanzjarja li ssegwi l-mudell ipprovdut fl-Anness għal dan ir-Regolament.

In-nefqa li tirriżulta mill-modifika tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni għandha tkun eliġibbli mid-data tas-sottomissjoni tal-programm rivedut lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jerfgħu r-responsabbiltà għan-nefqa bejn id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-programm ta’ ristrutturazzjoni mmodifikat u d-data ta’ meta jibda japplika skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008.

Artikolu 4

Rappurtaġġ u evalwazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturazzjoni mas-sottomissjoni ta’ kull programm ta’ ristrutturazzjoni ġdid, għajr l-ewwel programm ta’ ristrutturazzjoni sottomess fl-2009 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008.

2.   Ir-rapport sottomess skont l-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu u dak sottomess mal-komunikazzjoni li titlob it-terminazzjoni tal-programm kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandhom:

(a)

jelenkaw u jiddeskrivu l-miżuri li għalihom ingħatat l-għajnuna mill-Komunità taħt il-programmi ta’ ristrutturazzjoni, għal kull sena tal-perjodu ta’ programmazzjoni kkonċernat;

(b)

jekk ikun applikabbli, jiddeskrivu kwalunkwe bidliet fil-programm ta’ ristrutturazzjoni, ir-raġunijiet għalihom u l-implikazzjonijiet għall-ġejjieni;

(ċ)

jiddeskrivu r-riżultati miksuba b’kull miżura, fid-dawl tal-objettivi kwantifikabbli stabbiliti fil-programm ta’ ristrutturazzjoni;

(d)

jinkludu dikjarazzjoni tan-nefqa skont is-sena finanzjarja li diġà tkun saret fil-perjodu ta’ programmazzjoni, li f’ebda każ ma għandha taqbeż il-limitu tas-somma finanzjarja totali allokata lill-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(e)

jappoġġjaw tbassir għan-nefqa sal-aħħar tal-perjodu previst ta’ implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturazzjoni, sal-limitu tas-somma finanzjarja totali allokata lill-Istat Membru skont l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(f)

jekk ikun applikabbli, jinkludu analiżi tal-involviment ta’ fondi Komunitarji oħra u l-konformità tagħhom mal-għajnuniet iffinanzjati mill-programm ta’ ristrutturazzjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jirrekordjaw id-dettalji tal-programmi kollha ta’ ristrutturazzjoni, emendati jew le, u l-miżuri kollha mwettqa taħt dawk il-programmi.

Artikolu 5

Aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar il-programmi ta’ ristrutturazzjoni

L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-programm ta’ ristrutturazzjoni, il-modifiki tiegħu, ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm, u kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali dwar dan il-programm, disponibbli pubblikament fuq websajt.

Artikolu 6

Rekwiżiti għall-applikazzjoni u l-ħlas

1.   Għal kull miżura nkluża fil-programm ta’ ristrutturazzjoni tagħhom u elenkata fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, l-Istati Membri għandhom:

(a)

jistabbilixxu l-elementi li għandu jkun hemm f’applikazzjoni għall-għajnuna;

(b)

jistabbilixxu d-data tal-bidu u d-data tat-tmiem tal-perjodu biex tiġi ppreżentata applikazzjoni;

(ċ)

japprovaw applikazzjonijiet validi u sħaħ fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, billi jqisu r-riżorsi finanzjarji disponibbli fil-limiti massimi annwali pprovduti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008;

(d)

iħallsu l-għajnuna eliġibbli, jew il-bqija tal-għajnuna eliġibbli f’każ li jkun ingħata ħlas bil-quddiem, wara t-tlestija tal-miżura u t-twettiq tal-kontrolli kif imsemmija fl-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a), (b), (d), u (e) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, l-Istati Membri jistgħu jħallsu lill-benefiċjarju ħlas wieħed jew aktar bil-quddiem. Il-livell ikkombinat tal-ħlasijiet kollha bil-quddiem m’għandux ikun ogħla minn 75 % tan-nefqa eliġibbli.

Il-ħlas ta’ pagament bil-quddiem għandu jkun suġġett għad-depożitu ta’ ammont ugwali għal 120 % tal-ammont tal-ħlas bil-quddiem ikkonċernat.

Is-sigurtajiet għandhom jiġu rilaxxati bil-kundizzjoni li l-miżuri jkunu tlestew u l-kontrolli, kif imsemmija fl-Artikolu 7, ikunu twettqu.

3.   Il-ħlasijiet kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jirrigwardaw applikazzjoni partikolari għandhom isiru sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju tar-raba’ sena wara is-sena tad-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-abbozz tal-programmi ta’ ristrutturazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008. Il-ħlasijiet fl-ewwel sena tal-ewwel perjodu tal-ipprogrammar għandhom isiru qabel is-16 ta’ Ottubru 2009.

4.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 7

Monitoraġġ u kontroll

1.   Minkejja l-obbligi ta’ kontroll imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1290/2005, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw, jikkontrollaw u jivverifikaw l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ristrutturazzjoni kif isir applikabbli.

Għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punti (a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, l-Istati Membri għandhom jispezzjonaw fuq il-post kull fabbrika u sit tal-produzzjoni li tirċievi għajnuna taħt il-programm ta’ ristrutturazzjoni qabel ma jsir ħlas finali, biex ikun iċċekkjat li l-kundizzjonijiet kollha għall-ksib tal-għajnuna ġew sodisfatti.

Rigward il-miżura msemmija fl-Artikolu 7(1), il-punt (a) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008, għandha ssir spezzjoni fuq il-post tal-fabbriki u s-siti tal-produzzjoni kollha mhux aktar tard minn tliet xhur wara li jgħaddi l-perjodu ta’ sena msemmi fl-Artikolu 10(1)(b) ta’ dan ir-Regolament biex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti ta’ dak il-paragrafu ġew sodisfatti.

2.   Fi żmien xahar minn kull spezzjoni fuq il-post għandu jiġi stabbilit rapport, li jiddeskrivi b’mod sħiħ ix-xogħol imwettaq, is-sejbiet prinċipali u kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu li tkun meħtieġa. B’mod speċifiku, ir-rapporti tal-ispezzjonijiet għandhom:

(a)

jinkludu informazzjoni dwar il-benefiċjarju u s-sit tal-produzzjoni suġġett għall-ispezzjoni kif ukoll il-persuni preżenti;

(b)

jiddikjaraw jekk ingħatax avviż taż-żjara lill-benefiċjarju u, jekk iva, il-perjodu tal-avviż minn qabel;

(ċ)

jiddikjaraw ir-rekwiżiti u l-istandards suġġetti għall-ispezzjoni;

(d)

jiddeskrivu n-natura u l-firxa tal-kontrolli li saru;

(e)

jinkludu s-sejbiet;

(f)

jinkludu l-elementi li fir-rigward tagħhom instabu nuqqas ta’ konformitajiet;

(g)

jinkludu evalwazzjoni li tipprovdi valutazzjoni tal-importanza tan-nuqqas ta’ konformità fir-rigward ta’ kull element fuq il-bażi ta’, fost affarijiet oħra, is-severità, il-firxa, il-livell ta’ permanenza u l-istorja tagħha.

Il-benefiċjarju għandu jiġi infurmat dwar kwalunkwe nuqqas ta’ konformità li jinstab.

Artikolu 8

Irkupru ta’ ħlasijiet mhux dovuti

Ħlasijiet mhux dovuti għandhom jiġu rkuprati, bl-imgħax, mill-benefiċjarji kkonċernati. Ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 73 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

L-implimentazzjoni tal-penali amministrattivi u l-irkupru tal-ħlasijiet mhux dovuti huma mingħajr preġudizzju għall-komunikazzjoni tal-irregolaritajiet lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1848/2006 (5).

Artikolu 9

Penali

1.   Jekk benefiċjarju ma jikkonformax ma’ kundizzjoni waħda jew aktar sabiex jikseb l-għajnuna taħt il-programm ta’ ristrutturazzjoni, huwa għandu jkun meħtieġ li jħallas ammont ugwali għal 10 % tal-ammont li għandu jiġi rkuprat skont l-Artikolu 8.

2.   Il-penali li għandhom jiġu imposti skont l-ewwel paragrafu m’għandhomx jiġu imposti jekk l-impriża tkun tista’ turi, għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, li n-nuqqas ta’ konformità jkun minħabba force majeure u jekk hija tkun identifikat b’mod ċar in-nuqqas ta’ konformità bil-miktub u fil-ħin lill-awtorità kompetenti.

3.   Il-penali msemmija fl-ewwel paragrafu m’għandhomx japplikaw jekk il-ħlas ikun sar bi żball tal-awtoritajiet kompetenti nfushom tal-Istati Membri jew ta’ awtorità oħra kkonċernata u l-iżball ma setax jiġi rilevat raġonevolment mill-benefiċjarju u l-benefiċjarju min-naħa tiegħu aġixxa bi ħsieb tajjeb.

4.   Jekk in-nuqqas ta’ konformità jkun twettaq apposta jew b’riżultat ta’ traskuraġni serja, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ li jħallas ammont ugwali għal 30 % tal-ammont li għandu jiġi rkuprat skont l-Artikolu 8.

KAPITOLU II

MIŻURI ELIĠIBBLI

SEZZJONI 1

Tneħħija tal-faċilitajiet tal-ħalġ

Artikolu 10

Ambitu

1.   It-tneħħija sħiħa u permanenti tal-faċilitajiet tal-ħalġ kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandha teħtieġ:

(a)

it-twaqqif b’mod definittiv u totali tal-ħalġ tal-qoton fil-fabbrika jew fabbriki kkonċernati;

(b)

it-tneħħija tat-tagħmir kollu tal-ħalġ, u t-tneħħija tat-tagħmir tal-ħalġ mis-sit jew is-siti, fi żmien sena mill-approvazzjoni tal-applikazzjoni mill-Istat Membru;

(ċ)

l-esklużjoni definittiva tat-tagħmir tal-ħalġ mill-ipproċessar tal-qoton fil-Komunità, permezz ta’:

(i)

it-tneħħija tat-tagħmir għal pajjiż terz,

(ii)

l-applikazzjoni ggarantita tat-tagħmir f’settur ieħor, jew

(iii)

il-qerda tat-tagħmir;

(d)

it-treġġigħ lura tal-kundizzjonijiet ambjentali tajba tas-sit jew siti tal-fabbrika u l-iffaċilitar tal-użu mill-ġdid tal-forza tax-xogħol; u

(e)

l-impenn bil-miktub li ma jintużawx is-sit jew siti tal-produzzjoni għall-ħalġ tal-qoton matul perjodu ta’ 10 snin.

Tagħmir tal-ħalġ ifisser it-tagħmir speċifiku kollu li jintuża għat-trasformazzjoni tal-qoton mhux maħluġ f’qoton maħluġ u l-prodotti sekondarji tiegħu, fosthom alimentaturi, magni li jnixxfu, magni li jnaddfu, magni li jneħħu z-zkuk, magni għat-tfesdiq tal-qoton, kondensaturi, magni li jneħħu t-tnietex u preses tal-balal.

2.   L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti addizzjonali rigward it-tneħħija kif imsemmija fl-ewwel paragrafu.

3.   Il-faċilitajiet tal-ħalġ imsemmija fl-ewwel paragrafu jridu jkunu f’kundizzjoni ta’ ħidma tajba biex applikazzjoni tkun eliġibbli.

4.   Il-bini u s-siti tal-fabbriki jistgħu jkomplu jintużaw għal attivitajiet mhux relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċ tal-qoton.

Artikolu 11

Kontribuzzjoni komunitarja

1.   L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, l-ammont ta’ għajnuna li għandu jingħata taħt il-miżura msemmija fl-Artikolu 10.

2.   L-għajnuna għal kull fabbrika tal-ħalġ għandha tkun limitata għal massimu ta’ EUR 100 għal kull tunnellata ta’ qoton mhux maħluġ, għall-kwantità ta’ qoton ipproċessat f’dik il-fabbrika, li kien eliġibbli għall-għajnuna taħt il-Kapitolu V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1051/2001 (6), fis-sena kummerċjali 2005/2006.

SEZZJONI 2

Investimenti fl-industrija tal-ħalġ

Artikolu 12

Ambitu

L-appoġġ għall-miżura msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 7 (1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandu jingħata għal investimenti tanġibbli jew mhux tanġibbli li jtejbu l-andament tal-intrapriża u jirrigwardaw:

(a)

l-ipproċessar u/jew il-kummerċ tal-qoton; u/jew

(b)

l-iżvilupp ta’ proċessi u teknoloġiji ġodda marbuta mal-qoton.

Artikolu 13

Nefqa eliġibbli

1.   L-investimenti megħjuna għandhom jirrispettaw l-istandards Komunitarji applikabbli għall-investiment ikkonċernat.

2.   In-nefqa eliġibbli għandha tkun:

(a)

it-titjib tal-proprjetà immobbli;

(b)

ix-xiri jew kiri ta’ makkinarju u tagħmir ġdid, fosthom softwer tal-kompjuter sal-valur tas-suq tal-assi, u mhux inklużi spejjeż oħra marbuta mal-kuntratt tal-kiri, bħall-marġini tal-kerrej, l-ispejjeż għar-rifinanzjament tal-imgħax, l-ispejjeż operattivi u l-ħlasijiet tal-assigurazzjoni;

(ċ)

spejjeż ġenerali marbuta man-nefqa msemmija fil-punti (a) u (b), bħall-miżati tal-periti u l-inġiniera u t-tariffi tal-konsultazzjonijiet, studji dwar il-vijabbiltà, il-ksib tad-drittijiet tal-brevett u l-liċenzji.

3.   L-ispejjeż għall-iżvilupp ta’ proċessi u teknoloġiji ġodda kif imsemmija fl-Artikolu 12 għandhom jirrigwardaw operazzjonijiet preparatorji, bħat-tfassil, l-iżvilupp u l-ittestjar ta’ proċessi u teknoloġiji u/jew l-investimenti tanġibbli u/jew mhux tanġibbli marbuta magħhom, qabel l-użu tal-proċessi u t-teknoloġiji żviluppati ġodda għal skopijiet kummerċjali.

4.   L-investimenti sempliċi ta’ bdil m’għandhomx ikunu nfiq eliġibbli.

Artikolu 14

Kontribuzzjoni komunitarja

1.   Il-kontribuzzjoni Komunitarja għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 12 għandha tkun limitata għar-rati massimi segwenti ta’ għajnuna:

(a)

50 % fir-reġjuni kklassifikati bħala reġjuni ta’ konverġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (7);

(b)

40 % fir-reġjuni li mhumiex reġjuni ta’ konverġenza.

2.   M’għandhiex tingħata għajnuna lill-kumpaniji f’diffikultà skont it-tifsira tas-Sezzjoni 2.1 tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni ta’ kumpaniji f’diffikultà (8).

3.   L-Artikolu 72 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (9) għandu japplika mutatis mutandis għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 12.

SEZZJONI 3

Parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-iskemi ta’ kwalità tal-qoton

Artikolu 15

Ambitu

L-għajnuna għall-miżura msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandha:

(a)

tingħata għal skemi ta’ kwalità Komunitarji għall-qoton stabbiliti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (10), jew ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 (11), jew skemi ta’ kwalità rikonoxxuti mill-Istati Membri;

(b)

tingħata bħala ħlas ta’ inċentiv annwali li l-livell tiegħu għandu jiġi stabbilit skont il-livell tal-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni fl-iskemi megħjuna, għal perjodu massimu ta’ erba’ snin.

Skemi li l-uniku għan tagħhom huwa li jipprovdu livell ogħla ta’ kontroll tal-ħarsien tal-istandards obbligatorji taħt il-liġi Komunitarja jew nazzjonali m’għandhomx ikunu eliġibbli għal għajnuna taħt din is-Sezzjoni.

Artikolu 16

Kriterji tal-eliġibilità

1.   Sabiex ikunu eliġibbli għall-għajnuna, l-iskemi ta’ kwalità rikonoxxuti mill-Istati Membri, kif imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15, għandhom jissodisfaw dawn il-kriterji:

(a)

l-ispeċifiċità tal-prodott finali taħt skemi bħal dawn għandha toħroġ minn obbligi dettaljati dwar metodi ta’ tkabbir u pproċessar li jiggarantixxu:

(i)

karatteristiċi speċifiċi fosthom il-proċess tal-produzzjoni,

(ii)

kwalità tal-prodott finali li tmur b’mod sinifikanti lil hinn mill-istandards kummerċjali tal-komodità fir-rigward tas-saħħa tal-pjanta jew il-ħarsien tal-ambjent;

(b)

l-iskemi jinvolvu speċifikazzjonijiet vinkolanti dwar il-prodott u l-osservanza ta’ dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi vverifikata minn korp ta’ spezzjoni indipendenti;

(ċ)

l-iskemi għandhom ikunu miftuħin għall-produtturi kollha;

(d)

l-iskemi għandhom ikunu trasparenti u jassiguraw traċċabilità sħiħa tal-prodotti;

(e)

l-iskemi għandhom iwieġbu għall-opportunitajiet preżenti u prevedibbli tas-suq.

2.   Tista’ tingħata biss għajnuna lill-bdiewa li jkunu qegħdin jipparteċipaw fi skema ta’ kwalità jekk il-prodott ta’ kwalità jkun ġie rikonoxxut uffiċjalment skont ir-Regolamenti u d-dispożizzjonijiet tal-iskemi Komunitarji jew l-iskemi ta’ kwalità rikonoxxuti minn Stat Membru, kif ipprovdut fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15.

Rigward l-iskemi ta’ kwalità stabbiliti taħt ir-Regolament (KE) Nru 510/2006, tista’ tingħata biss għajnuna lill-ismijiet irreġistrati fir-reġistru tal-Komunità.

3.   Fejn l-għajnuna għall-parteċipazzjoni fi skema ta’ kwalità taħt ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 tkun inkluża fi programm ta’ ristrutturazzjoni, l-ispejjeż fissi li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f’dik l-iskema ta’ kwalità m’għandhomx jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-ammont ta’ għajnuna fil-qafas ta’ miżura agro-ambjentali biex issostni l-biedja agrikola.

4.   Għall-iskop tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 15, “spejjeż fissi” jfissru l-ispejjeż li jsiru biex wieħed jidħol fi skema ta’ kwalità megħjuna u l-kontribuzzjoni annwali għall-parteċipazzjoni f’dik l-iskema, fosthom, fejn ikun meħtieġ, in-nefqa fuq il-kontrolli meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-iskema.

Artikolu 17

Kontribuzzjoni komunitarja

L-għajnuna għall-miżura msemmija fl-Artikolu 15 għandha tkun limitata għal massimu ta’ EUR 3 000 għal kull impriża fis-sena.

SEZZJONI 4

Informazzjoni u promozzjoni

Artikolu 18

Ambitu

1.   L-għajnuna għall-miżura msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandha tirrigwarda l-qoton kopert bl-iskemi ta’ kwalità msemmija fl-Artikolu 15 u l-prodotti magħmula prinċipalment b’dan il-qoton.

2.   L-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni megħjuna taħt ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 m’għandhomx jikkwalifikaw għall-għajnuna.

Artikolu 19

Attivitajiet eliġibbli

1.   L-attivitajiet ta’ informazzjoni u promozzjoni eliġibbli għall-għajnuna għandhom ikunu attivitajiet imfassla sabiex iħajru lill-konsumaturi jixtru qoton kopert bl-iskemi ta’ kwalità inklużi fl-Artikolu 15, jew prodotti magħmula prinċipalment b’dan il-qoton.

Dawn l-attivitajiet għandhom jiġbdu l-attenzjoni għall-karatteristiċi jew il-vantaġġi speċifiċi tal-prodotti kkonċernati, b’mod partikolari l-kwalità, metodi speċifiċi tal-produzzjoni, u r-rispett lejn l-ambjent marbuta mal-iskema ta’ kwalità inkwistjoni, u jistgħu jinkludu t-tixrid ta’ tagħrif xjentifiku u tekniku dwar dawn il-prodotti. Attivitajiet bħal dawn għandhom jinkludu, b’mod partikolari, l-organizzazzjoni ta’, u/jew il-parteċipazzjoni ġewwa fieri u esibizzjonijiet, eżerċizzji simili ta’ relazzjonijiet pubbliċi u reklamar permezz tal-kanali differenti ta’ komunikazzjoni jew fil-postijiet tal-bejgħ.

2.   Se jkunu eliġibbli għall-għajnuna l-attivitajiet ta’ informazzjoni, promozzjoni u reklamar fis-suq intern biss.

Dawn l-attivitajiet m’għandhomx jinċitaw lill-konsumaturi biex jixtru prodott minħabba l-oriġini partikolari tiegħu, ħlief għall-prodotti koperti bl-iskema ta’ kwalità li ddaħħlet bir-Regolament (KE) Nru 510/2006. L-oriġini ta’ prodott tista’ madankollu tiġi indikata bil-kundizzjoni li r-referenza għall-oriġini tkun subordinata għall-messaġġ prinċipali.

L-attivitajiet marbuta mal-promozzjoni ta’ ditti kummerċjali m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna.

3.   Meta l-attivitajiet imsemmija fl-ewwel paragrafu jirrigwardaw prodott inkluż fl-iskemi ta’ kwalità Komunitarji stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jew ir-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-lowgo tal-Komunità li hemm provvediment dwarha taħt dawk l-iskemi għandha tidher fuq il-materjal ta’ informazzjoni, promozzjoni u/jew reklamar.

4.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-abbozzi kollha tal-materjal ta’ informazzjoni, promozzjoni u reklamar imfassal fil-kuntest ta’ attività megħjuna jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Komunità. Għal dak il-għan, il-benefiċjarji għandhom jibagħtu tali abbozzi tal-materjal lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Artikolu 20

Kontribuzzjoni komunitarja

L-għajnuna għall-miżura msemmija fl-Artikolu 18 għandha tkun limitata għal 70 % tal-ispiża tal-attività.

SEZZJONI 5

Għajnuna lill-kuntratturi tal-makkinarju

Artikolu 21

Ambitu

L-għajnuna għall-miżura msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008 għandha tingħata fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji, għat-telf imġarrab fosthom it-telf fil-valur ta’ makkinarju speċjalizzat tal-ħsad, li ma jistax jintuża għal għanijiet oħra.

Artikolu 22

Kontribuzzjoni komunitarja

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-livell ta’ għajnuna li għandha tingħata taħt il-miżura msemmija fl-Artikolu 21. Din l-għajnuna m’għandhiex taqbeż it-telf imġarrab u għandha tkun limitata għal massimu ta’ EUR 10 kull tunnellata għall-ammont ta’ qoton mhux maħluġ li nħasad taħt kuntratt fis-sena kummerċjali 2005/2006, li twassal ġewwa fabbrika tal-ħalġ suġġetta għat-tneħħija kif ipprovdut fl-Artikolu 10.

2.   L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-punt (d) tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 637/2008.

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ tlett ijiem wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 178, 5.7.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 141, 30.4.2004, p. 18.

(4)  ĠU L 3, 5.1.2008, p. 1.

(5)  ĠU L 355, 15.12.2006, p. 56.

(6)  ĠU L 148, 1.6.2001, p. 3. Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1) mill-31 ta’ Diċembru 2005.

(7)  ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

(8)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(9)  ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

(10)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(11)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.


ANNESS

Tabella finanzjarja ġenerali għall-programm ta’ ristrutturazzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 637/2008

(f’EUR 1000)

Stat Membru:

Data tal-Komunikazzjoni:

Tabella emendata: Iva/Le

Jekk Iva, Numru:

 

Sena finanzjarja

Miżuri

Ir-Regolament (KE) Nru 637/2008

Sena 1 (2010)

Sena 2 (2011)

Sena 3 (2012)

Sena 4 (2013)

Total

Tneħħija

Artikolu 7(1)(a)

 

 

 

 

 

Investimenti

Artikolu 7(1)(b)

 

 

 

 

 

Skemi ta’ kwalità

Artikolu 7(1)(c)

 

 

 

 

 

Informazzjoni u promozzjoni

Artikolu 7(1)(d)

 

 

 

 

 

Kuntratturi tal-makkinarju

Artikolu 7(1)(e)

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1146/2008

tat-18 ta’ Novembru 2008

li jipprojbixxi s-sajd għall-alfonsinos fl-ilmijiet tal-Komunità u ilmijiet li mhumiex taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi fiż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 2015/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi għall-2007 u l-2008 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-Sajd tal-Komunità għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond [titlu mhux uffiċjali] (3) jistabbilixi l-kwoti għall-2007 u l-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-2008 lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsmemi f’dak l-Anness għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipluata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28.


ANNESS

Nru

08/DSS

Stat Membru

PRT

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

Ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta’ pajjiżi terzi ta' III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data

30.9.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Ottubru 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea

(2008/870/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 flimkien mal-ewwel sentenza tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Jannar 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ ċerti Membri oħrajn tal-WTO skont l-Artikolu XXIV:6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, fil-kors ta’ l-adeżjonijiet fil-Komunità Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni ffinalizzat in-negozjati għal Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba. Il-Ftehim għandu jkun approvat.

(4)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (1),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994, dwar il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors tal-adeżjoni tagħhom għall-Unjoni Ewropea huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Ir- regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament ta’ CMO Waħdieni) (2).

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim b’forma ta’ Skambju ta’ Ittri msemmi fl-Artikolu 1 sabiex jorbtu lill-Komunità. (3).

Magħmula fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


FTEHIM

fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba skont l-Artikolu XXIV.6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika ta’ konċessjonijiet fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Ġinevra, 24 ta’ Ottubru 2008

Sinjur,

Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika tal-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Repubblika tar-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba qablu fuq li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE-27, il-modifika li ġejja:

 

Tiżdied allokazzjoni għal pajjiż (għal Kuba) ta’ 10 000 tunnellata mal-volum attwali ta’ 106 925 tunnellata fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar (kodiċi NM 1701 11 10), biż-żamma tar-rata in-quota preżenti ta’ 98 EUR/t/net.

 

Għas-sena kummerċjali 2008/2009 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta’ 20 000 tunnellata. Mis-sena kummerċjali 2009/2010 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta’ 10 000 tunnellata.

Ir-Repubblika ta’ Kuba taċċetta l-approċċ tal-Komunità Ewropea għall-kalkolu skont il-bażi netta tal-kwoti tar-rata tariffarja bħala mod kif jiġu sodisfatti l-obbligi tal-GATT tal-KE-25 u dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija wara t-tkabbir reċenti tal-Komunità Ewropea.

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mir-Repubblika ta’ Kuba.

F’isem il-Komunità Ewropea

Съставено в Женева на двадесет и четвърти октомври две хиляди и осма година.

Hecho en Ginebra, el veinticuatro de octubre de dos mil ocho.

V Ženevě dne dvacátého čtvrtého října dva tisíce osm.

Udfærdiget i Geneve, den fireogtyvende oktober to tusind og otte.

Geschehen zu Genf am vierundzwanzigsten Oktober zweitausendundacht.

Genfis kahe tuhande kaheksanda aasta oktoobrikuu kahekümne neljandal päeval.

Έγινε στις Γενεύη, στις είκοσι τέσσερις Οκτωβρίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Geneva, on the twenty-fourth day of October in the year two thousand and eight.

Fait à Genève, le vingt-quatre octobre deux mille huit.

Fatto a Ginevra, addì ventiquattro ottobre duemilaotto.

Ženēvā, divtūkstoš astotā gada divdesmit ceturtajā oktobrī.

Ženeva, du tūkstančiai aštuntųjų metų spalio dvidešimt ketvirta diena.

Kelt Genfben, a kettőezer nyolcadik év október havának huszonnegyedik napján.

Magħmula f'Ġinevra, fl-erbgħa u għoxrin ta' Ottubru ta' l-elfejn u tmienja.

Gedaan te Genève, de vierentwingtigste oktober tweeduizend acht.

Sporządzono w Genewie dnia dwudziestego czwartego października dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Genebra, em vinte e quatro de Outubro de dois mil e oito.

Încheiat la Geneva la douăzeci și patru octombrie două mii opt.

V Ženeve dvadsiateho štvrtého októbra dvetisícosem.

V Ženevi, štiriindvajsetega oktobra dva tisoč osem.

Tehty Genevessä kahdentenakymmenentenäneljänä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Utfärdat i Genève den tjugofjärde oktober tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

 

B.   Ittra mir-Repubblika ta’ Kuba

Ġinevra, 24 ta’ Ottubru 2008

Sinjur,

Qed issir referenza għall-ittra tiegħek li tgħid:

“Wara n-negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 rigward il-modifika fl-Iskedi tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-kors ta’ l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ Kuba qablu fuq li ġej:

Il-Komunità Ewropea se tinkorpora fl-iskeda tagħha, għat-territorju doganali tal-KE-27, il-modifika li ġejja:

 

Tiżdied allokazzjoni għal pajjiż (għal Kuba) ta’ 10 000 tunnellata mal-volum attwali ta’ 106 925 tunnellata fil-kwota tar-rata tat-tariffa tal-KE għal zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għall-irfinar (kodiċi NM 1701 11 10), biż-żamma tar-rata in-quota preżenti ta’ 98 EUR/t/net.

 

Għas-sena kummerċjali 2008/2009 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta’ 20 000 tunnellata. Mis-sena kummerċjali 2009/2010 l-allokazzjoni għal pajjiż għal Kuba se tkun ta’ 10 000 tunnellata.

Ir-Repubblika ta’ Kuba taċċetta l-approċċ tal-Komunità Ewropea għall-kalkolu skont il-bażi netta tal-kwoti tar-rata tariffarja bħala mod kif jiġu sodisfatti l-obbligi tal-GATT tal-KE-25 u dawk tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija wara t-tkabbir reċenti tal-Komunità Ewropea.

Il-ftehim se jidħol fis-seħħ xahrejn wara d-data tal-ittra ffirmata mir-Repubblika ta’ Kuba.”.

B’dan għandi l-unur li nesprimi l-qbil tal-gvern tiegħi.

F’isem ir-Repubblika ta’ Kuba

Hecho en Ginebra, el veinticuatro de octubre de dos mil ocho.

Съставено в Женева на двадесет и четвърти октомври две хиляди и осма година.

V Ženevě dne dvacátého čtvrtého října dva tisíce osm.

Udfærdiget i Geneve, den fireogtyvende oktober to tusind og otte.

Geschehen zu Genf am vierundzwanzigsten Oktober zweitausendundacht.

Genfis kahe tuhande kaheksanda aasta oktoobrikuu kahekümne neljandal päeval.

Έγινε στη Γενεύη, στις είκοσι τέσσερις Οκτωβρίου δύο χιλιόιδες οκτώ.

Done at Geneva, on the twenty-fourth day of October in the year two thousand and eight.

Fait à Genève, le vingt-quatre octobre deux mille huit.

Fatto a Ginevra, addì ventiquattro ottobre duemilaotto.

Ženēvā, divtūkstoš astotā gada divdesmit ceturtajā oktobrī.

Ženeva, du tūkstančiai aštuntųjų metų spalio dvidešimt ketvirta diena.

Kelt Genfben, a kettőezer nyolcadik év október havának huszonnegyedik napján.

Magħmula f'Ġinevra, fl-erbgħa u għoxrin ta' Ottubru ta' l-elfejn u tmienja.

Gedaan te Genève, de vierentwingtigste oktober tweeduizend acht.

Sporządzono w Genewie, dnia dwudziestego czwartego października dwa tysiące ósmego roku.

Feito em Genebra, em vinte e quatro de Outubro de dois mil e oito.

Încheiat la Geneva la douăzeci și patru octombrie două mii opt.

V Ženeve dvadsiateho štvrtého októbra dvetisícosem.

V Ženevi, štiriindvajsetega oktobra dva tisoč osem.

Tehty Genevessä kahdentenakymmenentenäneljänä päivänä lokakuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Utfärdat i Genève den tjugofjärde oktober tjugohundraåtta.

Por la República de Cuba

За Република Куба

Za Kubánskou republiku

For Det Republikken Cuba

Für die Republik Kuba

Kuuba Vabariigi nimel

Για τη Δημοκρατία της Κούβας

For the Republic of Cuba

Pour la République de Cuba

Per la Repubblica di Cuba

Kubas Republikas vāradā —

Kubos Respublikos vardu

A Kubai Köztársaság résezéről

Għar-Repubblika ta' Kuba

Voor de Republiek Cuba

W imieniu Republiki Kuby

Pela República de Cuba

Pentru Republica Cuba

Za Kubánsku republiku

Za Republiko Kubo

Kuuban tasavallan puolesta

För Republiken Kubas vägnar

Image

 


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/33


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

dwar l-approvazzjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

(2008/871/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1), flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Fil-21 ta’ Mejju 2003, fl-okkażjoni tal-ħames Konferenza Ministerjali “Ambjent għall-Ewropa” li saret fi Kiev, l-Ukraina, mill-21 sat-23 ta’ Mejju 2003, il-Kummissjoni, f’isem il-Komunità, iffirmat il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo ta’ l-UN/ECE ta’ l-1991 dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (“il-Protokoll SEA”).

(2)

Il-Protokoll SEA jgħin jipproteġi l-ambjent billi jipprovdi għall-valutazzjoni ta’ l-effetti potenzjali ambjentali sinifikanti, inklużi dawk fuq is-saħħa, ta’ pjanijiet u programmi u billi jistinka sabiex jiżgura li t-tħassib ambjentali, inkluż dak fuq s-saħħa, jiġi kkunsidrat u integrat sal-punt adegwat, fil-preparazzjoni tal-proposti għal linji politiċi u għal leġislazzjoni.

(3)

Il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex ikun permess id-depożitu, sa fejn hu possibbli simultanjament, ta’ l-istrumenti ta’ ratifika, u approvazzjoni u aċċettazzjoni.

(4)

Il-Protokoll SEA għandu jiġi approvat mill-Komunità,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Il-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali (“il-Protokoll SEA”), huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

2.   It-test tal-Protokoll SEA huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jiddepożitaw l-istrument ta’ approvazzjoni tal-Protokoll SEA mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, li jaġixxi fil-kapaċità tiegħu ta’ Depożitarju, in linea ma’ l-Artikolu 22 ta’ dak il-Protokoll.

2.   Fl-istess ħin, il-persuni maħtura għandhom jiddepożitaw id-dikjarazzjoni tal-kompetenza stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 23(5) tal-Protokoll SEA.

Magħmula fil-Lussemburgu, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-L. BORLOO


(1)  Opinjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 (għadha m’hijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)


ANNESS

Dikjarazzjoni mill-Komunità Ewropea in linea mal-Artikolu 23(5) tal-Protokoll dwar il-Valutazzjoni Strateġika Ambjentali għall-Konvenzjoni ta’ Espoo tal-UN/ECE tal-1991 dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali.

Il-Komunità Ewropea tiddikjara illi, in linea mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu, hija kompetenti biex tidħol fi ftehim internazzjonali, u biex timplimenta l-obbligi naxxenti minnhom, li jikkontribwixxu għall-insegwiment tal-objettivi li ġejjin:

li tiġi ppreservata, imħarsa u mtejba l-kwalità tal-ambjent,

li tiġi protetta s-saħħa umana,

l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali,

li jkunu promossi miżuri fuq livell internazzjonali biex tieħu ħsieb problemi ambjentali reġjonali jew fuq skala dinjija.

Barra minn dan, il-Komunità Ewropea tiddikjara li hija diġà addottat strumenti legali, inkluż id-Direttiva Nru 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, li jorbtu lill-Istati Membri tagħha, li jkopru materji regolati minn dan il-Protokoll, u ser tippreżenta u taġġorna, kif xieraq, lista ta’ dawk l-istrumenti legali lid-Depożitarju in linea mal-Artikolu 23(5) tal-Protokoll.

Il-Komunità Ewropea hija responsabbli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi naxxenti mill-Protokoll li huma koperti mil-liġi Komunitarja.

L-eżerċizzju tal-kompetenza Komunitarja huwa, min-natura tiegħu, soġġett għal żvilupp kontinwu.


PROTOKOLL

dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika tal-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni ta’ l-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali

IL-PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-integrazzjoni ta’ konsiderazzjonijiet ambjentali, inklużi dawk dwar is-saħħa, fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjani u l-programmi u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni,

FILWAQT LI JIKKOMMETTU ruħhom biex jippromwovu żvilupp sostenibbli u għalhekk isejsu l-pożizzjoni tagħhom fuq il-konklużjonijiet tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp (Rio de Janeiro, il-Brażil, 1992), b’mod partikolari l-prinċipji 4 u 10 tad-Dikjarazzjoni ta’ Rio dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp u l-Aġenda 21, kif ukoll fuq dak li ħareġ mit-tielet Konferenza Ministerjali dwar l-Ambjent u s-Saħħa (Londra, 1999) u s-Samit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Johannesburg, l-Afrika ta’ Isfel, 2002),

FILWAQT LI JŻOMMU F’MOĦĦHOM il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali, magħmula f’Espoo, il-Finlandja, fil-25 ta’ Frar 1991, u d-deċiżjoni II/9 tal-Partijiet tagħha f’Sofija fis-26 u s-27 ta’ Frar 2001, meta kien ġie deċiż li jitħejja protokoll dwar il-valutazzjoni ambjentali strateġika, li jorbot legalment,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU li l-valutazzjoni ambjentali strateġika għandu jkollha rwol importanti fit-tħejjija u l-adozzjoni tal-pjani, il-programmi, u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni, u li l-applikazzjoni f’ambitu aktar wiesa’ tal-prinċipji tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni ser isaħħu dejjem aktar l-analiżi sistematika tal-effetti ambjentali sinifikanti tagħhom,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet marbuta mal-Ambjent, magħmula f’Aarhus, id-Danimarka, fil-25 ta’ Ġunju 1998, u filwaqt li jinnutaw il-paragrafi rilevanti tad-Dikjarazzjoni ta’ Lucca, addottata fl-ewwel laqgħa tal-Partijiet tagħha,

FILWAQT LI HUMA KONXJI, għalhekk, mill-importanza li jipprovdu għal parteċipazzjoni pubblika fil-valutazzjoni ambjentali strateġika,

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji għas-saħħa u l-benessri tal-ġenerazzjonijiet tallum u ta’ għada li jitgawdew jekk il-ħtieġa tat-tħaris u t-titjib tas-saħħa tal-poplu titqies bħala parti integrali mill-valutazzjoni ambjentali strateġika, u filwaqt li jirrikonoxxu x-xogħol li sar bl-inizjattiva tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa f’dan ir-rigward,

FILWAQT LI HUMA KONXJI tal-ħtieġa u l-importanza tat-tkabbir tal-kooperazzjoni internazzjonali fl-ivvalutar tal-effetti ambjentali transkonfinali, inklużi dawk li jirrigwardaw is-saħħa, li ser ikollhom il-pjani u l-programmi proposti, u, sal-limitu xieraq, il-politika u l-leġislazzjoni,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan

L-għan ta’ dan il-Protokoll hu li jipprovdi għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, inkluża s-saħħa, billi:

(a)

Jiġi żgurat li l-konsiderazzjonijiet ambjentali, inklużi dawk relatati mas-saħħa, ikunu meqjusa b’mod sħiħ fl-iżvilupp tal-pjani u l-programmi;

(b)

Jikkontribwixxi għall-konsiderazzjoni tal-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-proċess tat-tħejjija tal-politika u l-leġislazzjoni;

(ċ)

Jistabbilixxi proċeduri ċari, trasparenti u effettivi għall-valutazzjoni ambjentali strateġika;

(d)

Jipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika fil-valutazzjoni ambjentali strateġika; u

(e)

Jintegra b’dawn il-mezzi l-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-miżuri u l-istrumenti mfassla biex ikompli jitkabbar l-iżvilupp sostenibbli.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,

(1)

“Konvenzjoni” tfisser il-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali.

(2)

“Parti” tfisser Parti Kontraenti għal dan il-Protokoll, sakemm it-test ma jindikax mod ieħor.

(3)

“Parti tal-oriġini” tfisser Parti jew Partijiet għal dan il-Protokoll li fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħha jew tagħhom hi prevista t-tħejjija ta’ pjan jew programm.

(4)

“Parti Effettwata” tfisser Parti jew Partijiet għal dan il-Protokoll li x’aktarx ser tiġi jew ser jiġu effettwata jew effettwati mill-effetti ambjentali, inkluż fuq is-saħħa, transkonfinali, ta’ pjan jew programm.

(5)

“Pjani u programmi” tfisser pjani u programmi u kwalunkwe modifikazzjonijiet li jistgħu jsirulhom li huma:

(a)

Meħtieġa minn dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorji jew amministrattivi; u

(b)

Suġġetti għat-tħejjija u/jew l-adozzjoni minn awtorità jew imħejjija minn awtorità għall-adozzjoni, permezz ta’ proċedura formali, minn Parlament jew minn gvern.

(6)

“Valutazzjoni ambjentali strateġika” tfisser l-evalwazzjoni tal-effetti ambjentali, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx iseħħu, li tinkludi d-determinazzjoni tal-ambitu ta’ rapport ambjentali u t-tħejjija tiegħu, l-eżekuzzjoni ta’ parteċipazzjoni pubblika u konsultazzjonijiet, u l-konsiderazzjoni tar-rapport ambjentali u r-riżultati tal-parteċipazzjoni pubblika u l-konsultazzjonijiet fir-rigward ta’ pjan jew programm.

(7)

“Effett ambjentali, inkluż fuq is-saħħa” tfisser kwalunkwe effett fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa tal-bniedem, il-flora, il-fawna, il-bijodiversità, il-ħamrija, il-klima, l-arja, l-ilma, il-pajsaġġ, is-siti naturali, l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-interazzjoni bejn dawn il-fatturi.

(8)

“Il-pubbliku” tfisser persuna naturali jew legali waħda jew aktar u, skond il-leġislazzjoni jew il-prattika nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom.

Artikolu 3

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Kull Parti għandha tieħu l-miżuri leġiżlattivi u regolatorji meħtieġa u miżuri xierqa oħra biex timplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll fl-ambitu ta’ qafas ċar u trasparenti.

2.   Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-uffiċjali u l-awtoratijiet jassistu u jipprovdu gwida lill-pubbliku fi kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll.

3.   Kull Parti għandha tipprovdi għal rikonoxximent xieraq ta’ u sostenn għall-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, inkluża s-saħħa, fil-kuntest ta’ dan il-Protokoll.

4.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll m’għandhomx jeffettwaw id-dritt li Parti għandha biex iżżomm jew iddaħħal miżuri ulterjuri fejn għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet koperti minn dan il-Protokoll.

5.   Kull Parti għandha tippromwovi l-għanijiet ta’ dan il-Protokoll fi proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet internazzjonali rilevanti u fl-ambitu tal-qafas ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

6.   Kull Parti għandha tiżgura li l-persuni li jeżerċitaw drittijiethom f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll m’għandhom bl-ebda mod ikunu penalizzati, ippersegwitati jew attakkati minħabba l-involviment tagħhom. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex teffettwa s-setgħat tal-qrati nazzjonali biex irebbħu spejjeż raġonevoli fi proċedimenti ġudizzjarji.

7.   Fl-ambitu tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll, il-pubbliku għandu jkun jista’ jeżerċita drittijietu mingħajr diskriminazzjoni fejn għandhom x’jaqsmu ċ-ċittadinanza, in-nazzjonalità jew id-domiċilju u, fil-każ ta’ persuna legali, mingħajr diskriminazzjoni dwar fejn għandu jkollha s-sede rreġistrata tagħha jew iċ-ċentru effettiv għall-attivitajiet tagħha.

Artikolu 4

Qasam ta’ applikazzjoni fir-rigward tal-pjani u programmi

1.   Kull Parti għandha tiżgura li titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika għall-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 li x’aktarx ikollhom effett qawwi fuq l-ambjent, inkluża s-saħħa.

2.   Għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika għall-pjani u l-programmi li jitħejjew għall-agrikoltura, is-settur forestrali, is-sajd, l-enerġija, l-industrija inkluż is-settur tal-minjieri, it-trasport, l-iżvilupp reġjonali, il-ġestjoni tal-iskart, it-telekomunikazzjoni, it-turiżmu, il-pjanifikazzjoni urbana u rurali jew l-użu tal-art, u li jistabbilixxu l-qafas tal-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ġejjieni tal-proġetti elenkati fl-Anness I u kull proġett ieħor elenkat fl-Anness II li jeħtieġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skond il-leġislazzjoni nazzjonali.

3.   Għall-pjani u l-programmi għajr għal dawk soġġetti għall-paragrafu 2 li jistabbilixxu l-qafas tal-awtorizzazzjoni għall-iżvilupp ġejjieni tal-proġetti, għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika meta Parti tiddetermina li jsir dan skond l-artikolu 5, il-paragrafu 1.

4.   Għall-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2 li jiddeterminaw l-użu ta’ żoni żgħar fuq livell lokali u għall-modifikazzjonijiet minuri tal-pjani u l-programmi msemmija fil-paragrafu 2, għandha titwettaq valutazzjoni ambjentali strateġika biss meta Parti tiddetermina li jsir dan skond l-artikolu 5, il-paragrafu 1.

5.   Il-pjani u l-programmi li ġejjin mhumiex soġġetti għal dan il-Protokoll:

(a)

Il-pjani u l-programmi li l-għan waħdieni tagħhom hu li jaqdu d-difiża nazzjonali jew l-emerġenzi ċivili;

(b)

Il-pjani u l-programmi finanzjarji jew baġitarji.

Artikolu 5

Tgħarbil

1.   Kull Parti għandha tiddetermina jekk il-pjani u l-programmi msemmija fl-artikolu 4, il-paragrafi 3 u 4 humiex probabbilment ser ikollhom effetti qawwija fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa permezz ta’ eżami każ b’każ jew permezz tal-ispeċifikar ta’ tipi ta’ pjani u programmi jew permezz ta’ kombinazzjoni taż-żewġ metodi. Għal dan il-għan, kull Parti għandha, fil-każi kollha, tqis il-kriterji stabbiliti fl-anness III.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet ambjentali u tas-saħħa msemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, ikunu kkonsultati meta jiġu applikati l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq.

3.   Sal-limitu xieraq, kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tipprovdi opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku interessat fit-tgħarbil tal-pjani u l-programmi skond dan l-artikolu.

4.   Kull Parti għandha tiżgura disponibbiltà pubblika fil-pront tal-konklużjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għaliex ma kienx hemm ħtieġa ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika, permezz ta’ avviżi pubbliċi jew permezz ta’ mezzi xierqa oħra bħal mhi l-midja elettronika.

Artikolu 6

Evalwazzjoni tal-qasam ta’ applikazzjoni

1.   Kull Parti għandha tistabbilixxi arranġamenti għad-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali skond l-artikolu 7, il-paragrafu 2.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet tal-ambjent u tas-saħħa msemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, jiġu kkonsultati meta ssir id-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali.

3.   Sal-limitu xieraq, kull Parti għandha tagħmel ħilitħa biex tipprovdi opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku kkonċernat fil-proċess tad-determinazzjoni tal-informazzjoni rilevanti biex tiġi inkluża fir-rapport ambjentali.

Artikolu 7

Rapport ambjentali

1.   Għall-pjani u l-programmi suġġetti għal valutazzjoni ambjentali, kull Parti għandha tiżgura li jitħejja rapport ambjentali.

2.   Skond id-determinazzjoni taħt l-artikolu 6, ir-rapport ambjentali għandu jidentifika, jiddeskrivi u jevalwa l-effetti sinifikanti li x’aktarx iseħħu fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, bl-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm u l-alternattivi raġonevoli għalihom. Ir-rapport għandu jkun fih informazzjoni bħal din speċifikata fl-anness IV, kif jista’ jintalab li jsir b’mod raġonevoli, filwaqt li jitqies dan li ġej:

(a)

L-għarfien u l-metodi attwali tal-valutazzjoni;

(b)

Il-kontenut u l-livell ta’ dettall tal-pjan jew il-programm u l-istadju tiegħu fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;

(ċ)

L-interessi tal-pubbliku; u

(d)

L-informazzjoni meħtieġa mill-entità responsabbli mit-teħid tad-deċiżjonijiet.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li r-rapporti ambjentali jkunu ta’ kwalità suffiċjenti biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Parteċipazzjoni pubblika

1.   Kull Parti għandha tiżgura li jkunu hemm opportunitajiet minn kmieni, f’waqthom u effettivi għall-parteċipazzjoni pubblika, meta l-għażliet kollha jkunu miftuħa, fil-valutazzjoni ambjentali strateġika tal-pjani u l-programmi.

2.   Bl-użu tal-midja elettronika jew b’mezzi xierqa oħra, kull Parti għandha tiżgura li l-abbozz tal-pjan jew il-programm u r-rapport ambjentali jkunu disponibbli għall-pubbliku fi żmien opportun.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-pubbliku kkonċernat, inklużi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, ikunu identifikati b’konformità ma’ l-għanijiet tal-paragrafi 1 u 4.

4.   Kull Parti għandha tiżgura li l-pubbliku msemmi fil-paragrafu 3 jkollu l-opportunità biex jesprimi ruħu dwar l-abbozz tal-pjan jew il-programm u r-rapport ambjentali matul perjodu ta’ żmien raġonevoli.

5.   Kull Parti għandha tiżgura li l-arranġamenti dettaljati biex il-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat u kkonsultat ikunu determinati u pubblikament disponibbli. Għal dan il-għan, kull Parti għandha tqis, sa limitu xieraq, l-elementi elenkati fl-anness V.

Artikolu 9

Konsultazzjoni ma’ awtoritajiet ambjentali u tas-saħħa

1.   Kull Parti għandha tinnomina l-awtoritajiet li jridu jiġu kkonsultati li, minħabba r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom għall-ambjent jew għas-saħħa, x’aktarx jikkonċernawhom l-effetti tal-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

2.   L-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali għandhom ikunu disponibbli biex jarawhom l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Kull Parti għandha tiżgura li l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jingħataw minn kmieni, fil-waqt u b’mod effettiv, l-opportunità biex jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali.

4.   Kull Parti għandha tiddetermina l-arranġamenti dettaljati biex l-awtoritajiet tal-ambjent u tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 1 jiġu infurmati u kkonsultati.

Artikolu 10

Konsultazzjonijiet transkonfinali

1.   Meta Parti tal-oriġini jidhrilha li l-implimentazzjoni ta’ pjan jew promgramm x’aktarx ser ikollhu effetti transkonfinali sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa jew meta Parti li x’aktarx ser tkun effettwata b’mod sinifikanti titlob dan, il-Parti tal-oriġini għandha mill-aktar fis possibbli qabel l-adozzjoni tal-pjan jew il-programm tinnotifika lill-Parti effettwata.

2.   Din in-notifika għandu jkun fiha, inter alia:

(a)

L-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali inkluża informazzjoni dwar l-effetti transkonfinali possibbli tagħhom fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa; u

(b)

Informazzjoni dwar il-proċedura tat-teħid tad-deċiżjonijiet, inkluża indikazzjoni ta’ skeda ta’ skadenzi raġonevoli għat-trasmissjoni tal-kummenti.

3.   Il-Parti effettwata għandha, fiż-żmien speċifikat fin-notifika, tindika lill-Parti tal-oriġini jekk tixtieqx tidħol f’konsultazzjonijiet qabel l-adozzjoni tal-pjan jew il-programm u, jekk tindika hekk, il-Partijiet ikkonċernati għandhom jidħlu f’konsultazzjonijiet dwar l-effetti transkonfinali fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx jinqalgħu meta jiġu implimentati l-pjan jew il-programm u l-miżuri previsti biex jilqgħu kontra, inaqqsu jew jimmitigaw l-effetti avversi.

4.   Meta jitwettqu dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet ikkonċernati għandhom jiftehmu dwar arranġamenti dettaljati biex jiżguraw li l-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet insemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, fil-Parti effettwata, ikunu infurmati u mogħtija l-opportunità biex iressqu l-opinjoni tagħhom dwar l-abbozz tal-pjan jew tal-programm u r-rapport ambjentali fl-ambitu ta’ skadenzi raġonevoli kif skedati.

Artikolu 11

Deċiżjoni

1.   Kull Parti għandha tiżgura li meta pjan jew programm jiġi addottat għandhom jitqiesu b’mod xieraq:

(a)

Il-konklużjonijiet tar-rapport ambjentali;

(b)

Il-miżuri biex jilqgħu kontra, inaqqsu jew jimmitigaw l-effetti avversi identifikati fir-rapport ambjentali; u

(ċ)

Il-kummenti li jkunu waslu skond l-artikoli 8 - 10.

2.   Kull Parti għandha tiżgura li, meta pjan jew programm jiġu addottati, il-pubbliku, l-awtoritajiet imsemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, u l-Partijiet ikkonsultati skond l-artikolu 10 jiġu infurmati, u li l-pjan jew il-programm ikunu disponibbli għall-użu tagħhom flimkien ma’ dikjarazzjoni li tfisser fil-qosor kif il-konsiderazzjonijiet dwar l-ambjent, inkluża s-saħħa, kienu ġew integrati fihom, kif il-kummenti li waslu skond l-artikoli 8 sa 10 kienu ġew ikkunsidrati u tagħti r-raġunijiet li għalihom ġew addottati fid-dawl tal-alternattivi raġonevoli li kienu ġew ikkunsidrati.

Artikolu 12

Sorveljar

1.   Kull Parti għandha tissorvelja l-effetti sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjani u l-programmi addottati skond l-artikolu 11 sabiex, inter alia, jiġu identifikati minn kmieni l-effetti avversi mhux mistennija u tkun tista’ tittieħed azzjoni rimedjali xierqa.

2.   Ir-riżultati tas-sorveljar imwettaq għandhom ikunu disponibbli, skond il-leġislazzjoni nazzjonali, għall-attenzjoni tal-awtoritajiet imsemmija fl-artikolu 9, il-paragrafu 1, u tal-pubbliku.

Artikolu 13

Politika u leġislazzjoni

1.   Kull Parti għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-interessi favur l-ambjent, inklużi dawk favur is-saħħa, jiġu kkunsidrati u integrati sal-limitu li jkun xieraq fit-tħejjija tal-proposti tagħha għall-politika u l-leġislazzjoni li x’aktarx ikun ser ikollhom effetti kbar fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

2.   Fl-applikazzjoni tal-paragrafu 1, kull Parti għandha tqis il-prinċipji u l-elementi xierqa ta’ dan il-Protokoll.

3.   Kull Parti għandha tiddetermina, meta dan ikun xieraq, l-arranġamenti prattiċi għall-konsiderazzjoni u l-integrazzjoni tal-interessi favur l-ambjent, inkluża s-saħħa, skond il-paragrafu 1, filwaqt li titqies il-ħtieġa tat-trasparenza fit-teħid tad-deċiżjonijiet.

4.   Kull Parti għandha tirraporta lil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll fir-rigward tal-applikazzjoni tagħha ta’ dan l-artikolu.

Artikolu 14

Il-laqgħa tal-partijiet għall-konvenzjoni li sservi bħala l-laqgħa tal-partijiet għall-protokoll

1.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandha sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. L-ewwel laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tissejjaħ mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, u flimkien ma’ laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, jekk laqgħa ta’ din tal-aħħar hi skedata għal dak il-perjodu. Laqgħat sussegwenti tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li jservu bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandhom isiru flimkien mal-laqgħat tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sakemm il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll ma tiddeċidix mod ieħor.

2.   Il-Partijiet għall-Konvenzjoni li mhumiex Partijiet għal dan il-Protokoll jistgħu jipparteċipaw bħala osservaturi fil-proċedimenti ta’ kwalunkwe sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll. Meta l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, id-deċiżjonijiet taħt dan il-Protokoll għandhom jittieħdu biss mill-Partijiet għal dan il-Protokoll.

3.   Meta l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, kwalunkwe membru tal-Burò tal-Laqgħa tal-Partijiet li jirrappreżentaw Parti għall-Konvenzjoni li ma tkunx, f’dak il-ħin, Parti għal dan il-Protokoll għandu jinbidel u floku jidħol membru ieħor li jkun elett minn u minn fost il-Partijiet għal dan il-Protokoll.

4.   Il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tibqa’ teżamina fuq bażi regolari l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u, għal dan il-għan, għandha:

(a)

Teżamina l-politika għall-valutazzjoni ambjentali strateġika u l-approċċi metodoloġiċi addottati għaliha bil-għan li jsir titjib ulterjuri tal-proċeduri previsti skond dan il-Protokoll;

(b)

Tiskambja informazzjoni dwar l-esperjenza miksuba fil-valutazzjoni ambjentali strateġika u fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(ċ)

Tipprova tingaġġa, meta dan ikun xieraq, is-servizzi u l-kooperazzjoni ta’ entitajiet kompetenti b’kompetenza li tkun pertinenti biex jintlaħaq l-għan ta’ dan il-Protokoll;

(d)

Tistabbilixxi dawn l-entitajiet sussidjarji kif jidhrilha li hemm bżonn għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll;

(e)

Meta meħtieġ, tikkunsidra u taddotta proposti għal emendi għal dan il-Protokoll; u

(f)

Tikkunsidra u tiggarantixxi kwalunkwe azzjoni ulterjuri, inkluża azzjoni mwettqa b’mod konġunt skond dan il-Protokoll u l-Konvenzjoni, li jista’ jkun hemm il-ħtieġa għaliha biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan il-Protokoll.

5.   Ir-regoli ta’ proċedura tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis taħt dan il-Protokoll, ħlief meta jiġi deċiż mod ieħor b’konsensus mil-Laqgħa tal-Partijiet li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll.

6.   Fl-ewwel laqgħa tagħha, il-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi tal-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll għandha tikkonsidra u taddotta l-modalitajiet għall-applikazzjoni tal-proċedura tal-eżaminar tal-konformità mal-Konvenzjoni għal dan il-Protokoll.

7.   Kull Parti għandha, kull tant żmien kif determinat mil-Laqgħa tal-partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għal dan il-Protokoll, tirrapporta lil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll dwar il-miżuri li tkun ħadet biex timplimenta l-Protokoll.

Artikolu 15

Relazzjonijiet ma’ ftehimiet internazzjonali oħra

Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll għandhom japplikaw, bla ħsara, għall-Konvenzjonijiet tal-UNECE dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’kuntest transkonfinali u dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u dwar l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

Artikolu 16

Dritt għall-vot

1.   Għajr kif previst fil-paragrafu 2 hawn taħt, kull Parti għal dan il-Protokoll għandu jkollha vot wieħed.

2.   L-organizzazzjonijiet ekonomiċi reġjonali, f’materji li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom, għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot b’għadd ta’ voti ugwali għall-għadd tal-Istati membri tagħhom li jkunu Partijiet għal dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet m’għandhomx jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-vot jekk l-Istati membri tagħhom jeżerċitaw drittijiethom u viċiversa.

Artikolu 17

Segretarjat

Is-segretarjat stabbilit mill-artikolu 13 tal-Konvenzjoni għandu jservi bħala s-segretarjat ta’ dan il-Protokoll u l-artikolu 13, il-paragrafi (a) sa (ċ), tal-Konvenzjoni dwar il-funzjonijiet tas-segretarjat għandu japplika mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.

Artikolu 18

Annessi

L-annessi ta’ dan il-Protokoll għandhom jikkostitwixxu parti integrali minnu.

Artikolu 19

Emendi għall-protokoll

1.   Kull Parti tista’ tipproponi emendi għal dan il-Protokoll.

2.   Suġġett għall-paragrafu 3, il-proċedura biex issir proposta, biex titwettaq adozzjoni u biex jiddaħħlu fis-seħħ emendi għall-Konvenzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 5 tal-artikolu 14 tal-Konvenzjoni, għandha tapplika, mutatis mutandis, għall-emendi għal dan il-Protokoll.

3.   Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, it-tliet kwarti tal-Partijiet meħtieġa biex emenda tidħol fis-seħħ għall-Partijiet li jkunu rratifikawha, approvawha jew aċċettawha, għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-għadd ta’ Partijiet fil-ħin ta’ meta ssir l-adozzjoni tal-emenda.

Artikolu 20

Risolviment ta’ tilwimiet

Id-dispożizzjonijiet dwar ir-risolviment tat-tilwimiet tal-artikolu 15 tal-Konvenzjoni għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dan il-Protokoll.

Artikolu 21

Iffirmar

Dan il-Protokoll għandu jinfetaħ għall-iffirmar f’Kiev (l-Ukraina) mill-21 sal-23 ta’ Mejju 2003 u minn din id-data ‘l quddiem fil-Kwartieri tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York sal-31 ta’ Diċembru 2003, mill-Istati membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa kif ukoll mill-Istati li jgawdu status konsultattiv mal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa skond il-paragrafi 8 u 11 tar-riżoluzzjoni 36 (IV) tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali tat-28 ta’ Marzu 1947, u mill-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali kkostitwiti minn Stati membri sovrana tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa li għaliha l-Istati membri tagħhom ittrasferixxew il-kompetenza dwar materji rregolati minn dan il-Protokoll, inkluża l-kompetenza biex isiru trattati fir-rigward ta’ dawn il-materji.

Artikolu 22

Depożitarju

Is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għandu jaġixxi bħala d-Depożitarju ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 23

Ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni u adeżjoni

1.   Dan il-Protokoll għandu jkun suġġett għal ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni minn Stati firmatarji u organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21.

2.   Dan il-Protokoll għandu jinfetaħ għall-adeżjoni mill-1 ta’ Jannar 2004 il quddiem mill-Istati u l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21.

3.   Kwalunkwe Stat ieħor, mhux imsemmi fil-paragrafu 2 hawn fuq, li hu membru tan-Nazzjonijiet Uniti jista’ jaderixxi għall-Protokoll wara li jiġi approvat mil-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li sservi bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll.

4.   Kwalunkwe organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 li ssir Parti għal dan il-Protokoll mingħajr l-ebda wieħed mill-Istati membri tagħha ma jkunu Parti għandha tkun marbuta bl-obbligi kollha taħt dan il-Protokoll. Jekk Stat Membru wieħed jew aktar ta’ organizzazzjoni bħal din ikunu Parti għal dan il-Protokoll, l-organizzazzjoni u l-Istati membri tagħha għandhom jiddeċiedu dwar ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tagħhom skond dan il-Protokoll. F’każi bħal dawn, l-organizzazzjoni u l-Istati membri tagħha m’għandhomx ikunu intitolati li jeżerċitaw drittijiet skond dan il-Protokoll b’mod konkurrenti.

5.   Fl-istrumenti tagħhom tar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, l-organizzazzjonijiet ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 għandhom jiddikjaraw il-limitu tal-kompetenza tagħhom fir-rigward tal-materji li huma rregolati minn dan il-Protokoll. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom ukoll jinfurmaw lid-Depożitarju dwar kwalunkwe modifikazzjoni rilevanti safejn iwassal il-limitu tal-kompetenza tagħhom.

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu tas-sittax-il strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

2.   Għall-għanijiet tal-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, kwalunkwe strument iddepożitat minn organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 m’għandux jingħadd bħala komplimentari għal dawk iddepożitati mill-Istati membri ta’ organizzazzjoni ta’ din ix-xorta.

3.   Għal kull Stat jew organizzazzjoni ta’ integrazzjoni ekonomika reġjonali msemmija fl-artikolu 21 li jirratifikaw, jaċċettaw, jew japprovaw dan il-Protokoll jew li jaderixxu miegħu wara d-depożitu tas-sittax-il strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni, il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-dsatax-il jum wara d-data tad-depożitu minn dan l-Istat jew organizzazzjoni tal-istrument tagħhom ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew adeżjoni.

4.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni li għalihom l-ewwel att preparatorju formali huwa sussegwenti għad-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ. Meta l-Parti li taħt il-ġurisdizzjoni tagħha l-preparazzjoni ta’ pjan, programm, politika jew leġislazzjoni hi prevista, hija waħda li għaliha japplika l-paragrafu 3, dan il-Protokoll għandu japplika għall-pjani, il-programmi, il-politika u l-leġislazzjoni li għalihom l-ewwel att preparatorju formali huwa sussegwenti għad-data li fiha dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ għal dik il-Parti.

Artikolu 25

Irtirar

Fi kwalunkwe żmien wara erba’ snin mid-data li fih jidħol fis-seħħ dan il-Protokoll fir-rigward ta’ Parti, din il-Parti tista’ tirtira mill-Protokoll billi tibgħat notifika bil-miktub lid-Depożitarju. Kwalunkwe rtirar bħal dan għandu jibda jgħodd mid-dsatax-il jum wara d-data li fiha tkun waslet in-notifika tal-irtirar għand id-Depożitarju. Kwalunkwe rtirar bħal dan m’għandux jeffettwa l-applikazzjoni tal-artikoli 5 sa 9, 11 u 13 fir-rigward ta’ valutazzjoni ambjentali strateġika taħt dan il-Protokoll li tkun diġà nbdiet, jew l-applikazzjoni tal-artikolu 10 fir-rigward ta’ notifika jew talba li diġà tkun intgħamlet, qabel dan l-irtirar jidħol fis-seħħ.

Artikolu 26

Testi awtentiċi

L-oriġinal ta’ dan il-Protokoll, li tiegħu it-test Ingliż, t-test Franċiż u t-test Russu kollha huma awtentiċi indaqs, għandu jiġi depożitat mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

B’XIEHDA TA’ DAN, dawn hawn taħt iffirmati, kif debitament awtorizzati għal dan, iffirmaw il-Protokoll preżenti.

MAGĦMUL f’Kiev (l-Ukraina), dan il-wieħed u għoxrin jum ta’ Mejju elfejn u tlieta.

ANNESS I

Lista ta’ proġetti msemmija fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2

1.

Raffineriji ta’ żejt mhux maħdum (esklużi impriżi li jimmanifatturaw biss lubrikanti minn żejt mhux raffinat) u impjanti li kapaċi jirrendu 500 tunnellata metrika jew iktar ta’ faħam jew xisti tal-bitum f’gass u likwidu kuljum.

2.

Impjanti ta’ l-elettriku termiku u impjanti oħra ta’ kombustjoni li jipproduċu sħana ta’ 300 MW jew iktar u impjanti ta’ l-elettriku nukleari u reatturi nukleari oħra (għajr għal impjanti ta’ riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissjonibbli u fertili, li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx 1 KW ta’ piż kontinwu termiku).

3.

Impjanti unikament maħsuba għall-produzzjoni tal-karburanti nukleari jew biex jarrikkixxuhom, għall-ipproċessar mill-ġdid tal-karburanti nukleari irradjati jew għall-ħżin, l-eliminar u l-ipproċessar ta’ l-iskart radjoattiv.

4.

Impjanti kbar għall-fużjoni inizjali tal-ħadid fondut u l-azzar u għall-produzzjoni ta’ metalli mhux tal-ħadid.

5.

Impjanti għall-estrazzjoni ta’ asbestos u l-ipproċessar u t-trasformazzjoni ta’ l-asbestos u prodotti li fihom l-asbestos: għall-prodotti ta’ asbestos-siment, bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 20 000 tunnellata metrika ta’ prodotti kompluti; għall-materjal ta’ frizzjoni, bi produzzjoni annwali ta’ aktar minn 59 tunnellata metrika ta’ prodotti kompluti, u għal utilizzazzjoni oħra ta’ l-asbestos bi produzzjoni li taqbeż il-200 tunnellata metrika fis-sena.

6.

Impjanti kimiċi integrati.

7.

Kostruzzjoni ta’ awtostradi u toroq oħra għat-traffiku veloċi (1) u ta’ linji ferrovjarji fuq distanzi twal, u ta’ ajruporti (2) li t-tul bażiku tar-ranwej tagħhom ikun 2 100 m jew iktar.

8.

Linji tal-pajpijiet ta’ dijametru wiesa’ għaż-żejt u l-gass.

9.

Portijiet kummerċjali u wkoll ilmijiet interni navigabbli u portijiet għat-traffiku f’ilmijiet interni navigabbli li minnhom jistgħu jgħaddu bastimenti ta’ iktar minn 1 350 tunnellata metrika.

10.

Impjanti għall-eliminazzjoni ta’ skart tossiku u perikoluż permezz ta’ l-inċinerazzjoni jew trattament kimiku, jew irdim.

11.

Digi u ġibjuni kbar.

12.

Attivitajiet ta’ lqugħ ta’ l-ilma taħt l-art f’każi fejn il-volum annwali ta’ l-ilma li jintlaqa’ jammonta għal 10 miljun metru kubu jew aktar.

13.

Impjanti għall-immanifatturar tal-karta u l-polpa tal-karta ta’ produzzjoni li tlaħħaq il-200 tunnellata metrika ta’ prodott imnixxef bl-arja kuljum.

14.

Minjieri kbar u estrazzjoni u pproċessar fuq il-post ta’ minerali metalliċi jew tal-faħam.

15.

Impjanti fuq l-ibħra għall-produzzjoni ta’ l-idrokarboni.

16.

Faċilitajiet kbar għall-ħażna taż-żejt mhux raffinat u ta’ prodotti kimiċi u petrokimiċi.

17.

Deforestazzjoni ta’ żoni kbar.


(1)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll:

“Awtostrada” tfisser triq iddisinjata u mibnija speċifikament għat-traffiku ta’ vetturi bil-mutur, li ma twassalx għall-proprjetajiet li qegħdin fuq il-ġnub tagħha, u li:

(a)

ikollha, għajr f’punti speċifiċi jew b’mod temporanju, karreġġjati separati għaż-żewġ direzzjonijiet tat-traffiku, separati minn xulxin jew bi strixxa art diviżorja mhux intenzjonata għat-traffiku jew, b’mod eċċezzjonali, permezz ta’ mezzi oħra;

(b)

ma taqsamx fuq l-istess livell ebda triq, linja tal-ferrovija jew linja tat-tramm, jew bankina;

(ċ)

ikollha tabelli speċjali li jimmarkawha bħala awtostrada.

“Triq għat-traffiku veloċi” tfisser triq li tkun riżervata għal traffiku ta’ vetturi bil-mutur aċċessibbli biss minn interkambji jew intersezzjonijiet ikkontrollati u li fiha, b’mod partikolari, mhux permess il-waqfien u l-ipparkjar fil-karreġġjata(i) tagħha.

(2)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, “ajruport” ifisser ajruport li jikkonforma mad-definizzjonijiet mogħtija fil-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-anness 14).

ANNESS II

Kull proġett ieħor imsemmi fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2

1.

Proġetti għall-bini mill-ġdid ta’ oqsma rurali.

2.

Proġetti għall-użu ta’ art mhux ikkultivata jew żoni seminaturali għal għanijiet agrikoli intensivi.

3.

Proġetti għall-ġestjoni ta’ l-ilma għall-agrikoltura, inklużi proġetti ta’ irrigazzjoni u tisfija ta’ l-art.

4.

Impjanti għat-tkabbir b’mod intensiv ta’ l-annimali ta’ l-irziezet (inklużi t-tjur).

5.

Afforestazzjoni inizjali u deforestazzjoni bil-għan ta’ konverżjoni għal tip ieħor ta’ użu ta’ l-art.

6.

Tkabbir tal-ħut b’mod intensiv.

7.

Impjanti ta’ l-enerġija nukleari u reatturi nukleari oħra (1) inklużi l-iżmantellar u d-dekummissjonar ta’ dawn l-impjanti jew reatturi nukleari (ħlief għall-impjanti ta’ riċerka għall-produzzjoni u l-konverżjoni ta’ materjali fissjonibbli u fertili li l-qawwa massima tagħhom ma taqbiżx 1 kilowatt ta’ piż termiku kontinwu), sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

8.

Installazzjoni ta’ kejbils ta’ l- elettriku fil-għoli b’vultaġġ ta’ 220 kV jew iktar u b’tul ta’ 15-il km jew iktar u proġetti oħra għat-trażmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejbils fil-għoli.

9.

Impjanti industrijali għall-produzzjoni ta’ l-elettriku, l-istim u l-misħun.

10.

Impjanti industrijali għall-ġarr tal-gass, l-istim u l-misħun.

11.

Ħżin ‘il fuq mill-art ta’ karburanti fossili u gass naturali.

12.

Ħżin taħt l-art ta’ gassijiet kombustibbli.

13.

Ippressar industrijali ta’ faħam u linjit.

14.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ enerġija idroelettrika.

15.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ l-enerġija permezz ta’ l-isfruttament tar-riħ (impjanti ta’ l-imtieħen tar-riħ).

16.

Impjanti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I, imfassla:

Għall-produzzjoni jew l-arrikkiment tal-karburanti nukleari;

Għall-ipproċessar ta’ karburanti nukleari irradjati;

Għar-rimi finali ta’ karburant nukleari irradjat;

Għar-rimi finali ta’ skart radjoattiv biss;

Għall-ħżin (ippjanat għal aktar minn 10 snin) ta’ karburanti nukleari irradjati biss f’sit differenti mis-sit tal-produzzjoni; jew

Għall-ipproċessar u l-ħżin ta’ skart radjoattiv.

17.

Barrieri, xogħol fil-minjieri fil-miftuħ u estrazzjoni tal-pit, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

18.

Xogħol fil-minjieri taħt l-art, sakemm mhux inkluż fl-Anness I.

19.

Estrazzjoni ta’ minerali bit-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar.

20.

Titqib fil-fond (b’mod partikolari titqib ġeotermiku, titqib għall-ħżin ta’ materjal ta’ skart nukleari, titqib għall-provvisti ta’ l-ilma), bl-eċċezzjoni ta’ titqib biex tiġi investigata l-istabbiltà tal-ħamrija.

21.

Impjanti industrijali fuq il-wiċċ ta’ l-art għall-estrazzjoni tal-faħam, iż-żejt mhux raffinat, il-gass naturali u l-minerali metalliċi, kif ukoll tal-blat tafli bituminuż.

22.

Fabbriki integrati għall-ewwel proċeduri ta’ tisħin u tidwib (smelting) fil-produzzjoni tal-ħadid fondut u l-azzar, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

23.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ ħadid mill-forġa jew azzar (fużjoni primarja jew sekondarja) inkluż l-ikkastjar kontinwu.

24.

Impjanti għall-ipproċessar ta’ metalli tal-ħadid (imtieħen għall-produzzjoni tal-folji ta’ l-azzar [hotrolling mills], ferreriji bl-imrietel, applikazzjoni ta’ kisjiet protettivi ta’ metall imdewweb).

25.

Funderiji ta’ metall tal-ħadid.

26.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ metalli li m’għandhomx proprjetajiet tal-ħadid minn minerali ta’ provenjenza, ikkonċentrati jew materjali prima sekondarji permezz ta’ proċeduri metallurġiċi, kimiċi jew elettrolitiċi, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

27.

Impjanti għat-tidwib, inkluż l-illigar ta’ metalli mhux tal- ħadid, minbarra l-metalli prezzjużi, inklużi prodotti rkuprati (raffinazzjoni, tidwib bil-forġa, eċċ.), sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

28.

Impjanti għat-trattament tal-wiċċ ta’ metalli u materjali tal-plastik b’użu ta’ proċessi elettrolitiċi jew kimiċi.

29.

Manifattura u mmuntar ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni ta’ vetturi bil-mutur.

30.

Tarzni.

31.

Impjanti għall-bini u t-tiswija ta’ l-ajruplani.

32.

Manifattura ta’ tagħmir tal-ferroviji.

33.

Tagħwiġ ta’ metall permezz ta’ splussivi.

34.

Impjanti ta’ l-infurnar u s-sinterizzazzjoni ta’ minerali metalliċi.

35.

Fran tal-kokk (distillazzjoni niexfa tal-faħam).

36.

Impjanti għall-manifattura tas-siment.

37.

Impjanti għall-manifattura tal-ħġieġ inkluża l-fibra tal-ħġieġ.

38.

Impjanti għat-tidwib ta’ sustanzi minerali inkluża l-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ.

39.

Manifattura ta’ prodotti taċ-ċeramika permezz tal-fran, b’mod partikolari madum tal-bjut, blokok, madum/briksijiet reżistenti għas-sħana (refrattorji), madum, xogħol tal-fuħħar u porċellana.

40.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi jew it-trattament ta’ prodotti intermedji, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

41.

Produzzjoni tal-pestiċidi u ta’ prodotti farmaċewtiċi, żebgħa u verniċ, elastomeri u perossidi.

42.

Impjanti għall-ħżin taż-żejt mhux raffinat, ta’ prodotti petrokimiċi jew kimiċi, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

43.

Manifattura taż-żjut u x-xaħmijiet tal-ħxejjex u l-annimali.

44.

Imballaġġ u bbottiljar ta’ prodotti ta’ l-annimali u l-ħxejjex.

45.

Manifattura tal-prodotti tal-ħalib.

46.

Industrija tal-birra u tal-malt.

47.

Manifattura ta’ ħelu u ġulepp.

48.

Impjanti għall-qtil ta’ l-annimali.

49.

Impjanti għall-manifattura ta’ lamtu industrijali.

50.

Fabbriki ta’ l-ikel tal-ħut u taż-żejt tal-ħut.

51.

Fabbriki taz-zokkor.

52.

Impjanti industrijali għall-produzzjoni tal-polpa tal-karti, tal-karti, u tal-kartun, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

53.

Fabbriki għat-trattament minn qabel jew it-tiżbigħ tal-fibri u t-tessuti.

54.

Impjanti għall-ikkunzar tal-ġlud.

55.

Impjanti li jipproċessaw u jipproduċu ċ-ċelluloża.

56.

Manifattura u trattament ta’ prodotti bbażati fuq l-elastomeri.

57.

Impjanti għall-manifattura tal-fibri minerali artifiċjali.

58.

Impjanti għall-irkupru jew il-qerda ta’ sustanzi splussivi.

59.

Impjanti għall-produzzjoni ta’ l-asbestos u l-manifattura ta’ prodotti ta’ l-asbestos, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

60.

Postijiet tan-negozju tal-ġebel mill-bini maħtut (Knackers yards).

61.

Bankijiet tax-xogħol għall-magni, it-turbini u r-reatturi.

62.

Korsi permanenti għat-tiġrijiet tal-vetturi tal-mutur u l-provi tagħhom.

63.

Linji tal-pajpijiet għat-trasport tal-gass jew iż-żejt, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

64.

Linji tal-pajpijiet għat-trasport ta’ sustanzi kimiċi b’dijametru akbar minn 800 mm u twal aktar minn 40 km.

65.

Kostruzzjoni ta’ linji tal-ferroviji u faċilitajiet għat-trasbord intermodali, u ta’ terminali intermodali, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

66.

Kostruzzjoni ta’ linji tat-tramm, ferroviji elevati u ta’ taħt l-art, linji mdendla jew linji simili ta’ tip partikolari użati esklussivament jew prinċipalment għat-trasport tal-passiġġieri.

67.

Kostruzzjoni ta’ toroq, inklużi l-allinjament mill-ġdid u/jew it-twessigħ ta’ kwalunkwe triq eżistenti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

68.

Kostruzzjoni ta’ portijiet u ta’ installazzjonijiet portwarji, inklużi portijiet għas-sajd, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

69.

Kostruzzjoni ta’ passaġġi bl-ilma interni u portijiet għat-traffiku fil-passaġġi bl-ilma interni, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

70.

Portijiet kummerċjali, mollijiet għat-tagħbija u l-ħatt, imgħaqqda ma’ l-art u ‘l barra mill-portijiet, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

71.

Xogħlijiet ta’ kanali u ta’ għajnuna kontra l-għargħar.

72.

Bini ta’ ajruporti (2) u mtajar, sakemm mhumiex inklużi fl-Anness I.

73.

Impjanti għall-eliminazzjoni ta’ l-iskart (inkluż ir-radam), sakemm mhux inkluż fl-Anness I.

74.

Impjanti għall-inċinerazzjoni jew it-trattament kimiku ta’ skart mhux ta’ periklu.

75.

Ħżin ta’ ħadid għall-iskart (scrap iron), inklużi vetturi għall-iskrapp.

76.

Siti għad-depożitu tal-ħama.

77.

Sistemi ta’ estrazzjoni ta’ l-ilma ta’ taħt l-art jew skemi biex tingħata enerġija mill-ġdid lill-ilma tax-xorb ta’ taħt l-art, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

78.

Xogħlijiet għat-trasferiment tar-riżorsi ta’ l-ilma bejn il-baċini tax-xmajjar.

79.

Impjanti għat-trattament ta’ l-ilma użat.

80.

Digi u installazzjonijiet oħra mfassla għaż-żamma lura ta’ l-ilma jew għall-ħżin tiegħu għat-tul jew fuq bażi permanenti, sakemm mhux inklużi fl-Anness I.

81.

Xogħol mal-kosta biex jikkumbatti l-erożjoni u xogħlijiet marittimi kapaċi li jibdlu l-kosta permezz tal-bini ta’, per eżempju, digi, mollijiet, pontijiet u xogħlijiet oħra ta’ difiża kontra l-baħar, għajr għall-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta’ xogħlijiet bħal dawn.

82.

Stallazzjonijiet ta’ akkwedotti fuq distanzi twal.

83.

Pisti ta’ l-iski, liftijiet ta’ l-iski u karozzi teleferiċi (cable cars) u żviluppi assoċjati.

84.

Marini.

85.

Villaġġi għall-vaganzi u kumplessi ta’ lukandi ‘l barra miż-żoni urbani u l-iżviluppi assoċjati magħhom.

86.

Siti għall-ikkampjar u għall-karavannijiet fuq bażi permanenti.

87.

Parks tematiċi.

88.

Proġetti għall-iżvilupp ta’ kumplessi industrijali.

89.

Proġetti għall-iżvilupp urban, inkluż il-bini ta’ ċentri kummerċjali u parkeġġi.

90.

Reklamazzjoni ta’ l-art mill-baħar.


(1)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, impjanti ta’ l-enerġija nukleari u reatturi nukleari oħra ma jibqgħux jeżistu bħala tali meta l-karburanti nukleari kollha u elementi oħra kontaminati b’mod radjoattiv ikun mneħħija mis-sit ta’ l-impjanti fuq bażi permanenti.

(2)  Għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll, “ajruport” ifisser ajruport li jikkonforma mad-definizzjonijiet mogħtija fil-Konvenzjoni ta’ Chicago ta’ l-1944 li tistabbilixxi l-Organizzazzjoni ta’ l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (l-Anness 14).

ANNESS III

Kriterji biex jiġu determinati l-effetti sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li x’aktarx iseħħu, imsemmija fl-artikolu 5, il-paragrafu 1

1.

Ir-relevanza tal-pjan jew il-programm għall-integrazzjoni tal-konsiderazzjonijiet ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, b’mod partikolari bil-għan li tingħata spinta lill-iżvilupp sostenibbli.

2.

Il-grad sa fejn il-pjan jew il-programm jistabbilixxu qafas għall-proġetti u attivitajiet oħra, jew fir-rigward ta’ sit, natura, daqs u kundizzjonijiet operattivi jew permezz tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

3.

Il-grad sa fejn il-pjan jew il-programm jinfluwenzaw pjani u programmi oħra inklużi dawk f’ġerarkija.

4.

Problemi ambjentali, inklużi tas-saħħa, rilevanti għall-pjan jew il-programm.

5.

In-natura tal-effetti ambjentali, inklużi fuq is-saħħa, bħal mhuma l-probabbiltà, it-tul ta’ żmien, il-frekwenza, ir-reversibbiltà, il-kobor u l-limitu (bħal, per eżempju, iż-żona ġeografika jew il-kobor tal-popolazjoni li x’aktarx ikunu ser jintlaqtu mill-effetti).

6.

Ir-riskji għall-ambjent, inklużi għas-saħħa.

7.

In-natura transkonfinali tal-effetti.

8.

Il-limitu sa fejn il-pjan jew il-programm ikunu ser jeffettwaw żoni ta’ preġju inklużi żoni vulnerabbli inklużi l-pajsaġġi ta’ status ta’ protezzjoni rikonoxxut nazzjonalment u internazzjonalment.

ANNESS IV

Informazzjoni msemmija fl-artikolu 7, il-paragrafu 2

1.

Il-kontenut u l-għanijiet prinċipali tal-pjan jew il-programm u r-rabta tagħhom ma’ pjani jew programmi oħra.

2.

L-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent, inkluża tas-saħħa, u kif x’aktarx dawn ser jevolvu jekk il-pjan jew il-programm ma jiġux implimentati.

3.

Il-karatteristiċi tal-ambjent, inkluża s-saħħa, f’oqsma li x’aktarx ser jiġu effettwati b’mod sinifikanti.

4.

Il-problemi ambjentali, inklużi tas-saħħa, li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm.

5.

L-għanijiet ambjentali, inklużi dawk dwar is-saħħa, stabbiliti fuq livell internazzjonali, nazzjonali u fuq livelli oħra li huma rilevanti għall-pjan jew il-programm, u l-modi kif dawn l-għanijiet u konsiderazzjonijiet oħra ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, ġew meqjusa matul it-tħejjija tagħhom.

6.

L-effetti sinifikanti ambjentali, inklużi fuq is-saħħa li x’aktarx iseħħu (1) kif stabbilit fl-artikolu 2, il-paragrafu 7.

7.

Il-miżuri biex jiġu evitati, jitnaqqsu jew jiġu mitigati kwalunkwe effetti avversi sinifikanti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm.

8.

Il-punti prinċipali tar-raġunijiet għall-għażla tal-alternattivi ttrattati u deskrizzjoni ta’ kif saret il-valutazzjoni inklużi d-diffikultajiet li nqalgħu biex tingħata l-informazzjoni li trid tiġi inkluża - diffikultajiet bħal mhuma d-defiċjenzi tekniċi jew in-nuqqas ta’ għarfien.

9.

Il-miżuri previsti għas-sorveljar tal-effetti fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa, bl-implimentazzjoni tal-pjan jew il-programm.

10.

L-effetti sinifikanti transkonfinali li x’aktarx ikun hemm fuq l-ambjent, inkluż fuq is-saħħa.

11.

Ġabra fil-qosor tal-informazzjoni pprovduta li mhix ta’ natura teknika.


(1)  Dawn l-effetti għandhom jinkludu l-effetti sekondarji, kumulattivi, sinerġetiċi, permanenti u temporanji, pożittivi u negattivi u l-effetti fuq medda ta’ żmien qasir, medju u għat-tul.

ANNESS V

Informazzjoni msemmija fl-artikolu 8, il-paragrafu 5

1.

Il-pjan jew il-programm proposti u n-natura tagħhom.

2.

L-awtorità responsabbli mill-adozzjoni tagħhom.

3.

Il-proċedura prevista, inklużi:

(a)

Il-fażi tal-bidu tal-proċedura;

(b)

L-opportunitajiet biex il-pubbliku jipparteċipa;

(ċ)

Il-ħin u l-post ta’ meta u fejn tkun ser issir l-udjenza pubblika:

(d)

L-awtorità mingħand min tista’ tinkiseb l-informazzjoni u fejn kienet iddepożitata l-informazzjoni rilevanti biex tkun tista’ tiġi eżaminata mill-pubbliku;

(e)

L-awtorità li lilha jistgħu jiġu indirizzati l-kummenti jew il-mistoqsijiet u l-ħin skedat għat-trasmissjoni tal-kummenti jew il-mistoqsijiet; u

(f)

Liema informazzjoni ambjentali, inkluż dwar is-saħħa, rilevanti għall-pjan jew il-programm proposti hi disponibbli.

4.

Jekk il-pjan jew il-programm humiex x’aktarx suġġetti għal proċedura ta’ valutazzjoni transkonfinali.


19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/50


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Novembru 2008

li taħtar żewġ membri supplenti Ġermaniżi tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/872/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006 l-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Żewġ postijiet ta’ membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni tbattlu wara l-iskadenza tal-mandati tas-Sur Stefan KRAXNER u s-Sinjura Ulrike KUHLO.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membri supplenti għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

is-Sur Roland HEINTZE, Mitglied der Hamburger Bürgerschaft,

is-Sur Roland RIESE, Mitglied des Niedersächsischen Landtages.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


FTEHIM

Kunsill

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/51


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ Kuba dwar il-konklużjoni tan-negozjati rigward l-Artikolu XXIV.6 tal-GATT

Il-Ftehim ta’ hawn fuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ Kuba (ĠU L 308, 19.11.2008) ser jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2008.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

19.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 308/52


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/873/PESK

tat-18 ta' Novembru 2008

li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Avorju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Diċembru 2004, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta tal-Avorju (1) sabiex jiġu implimentati l-miżuri imposti kontra l-Kosta tal-Avorju mir-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fit-23 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK (2) li ġġeddet il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Avorju mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK għal perjodu ulterjuri ta’ tnax-il xahar, u li tissupplimentahom bil-miżuri restrittivi imposti mill-punt 6 tar-Riżoluzzjoni 1643 (2005) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. Fit-12 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/92/PESK (3) li ġġedded dawn il-miżuri restrittivi sal-31 ta’ Ottubru 2007.

(3)

Fit-22 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/761/PESK (4) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Avorju sal-31 ta’ Ottubru 2008.

(4)

Wara reviżjoni tal-miżuri imposti mir-Riżoluzzjonijiet 1572 (2004) u 1643 (2005), il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta, fid-29 ta’ Ottubru 2008, r-Riżoluzzjoni 1842 (2008) li ġġedded il-miżuri restrittivi imposti kontra l-Kosta tal-Avorju sal-31 ta’ Ottubru 2009.

(5)

Il-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandhom għalhekk jiġu mġedda b’effett mill-1 ta’ Novembru 2008, sabiex jagħtu effett lir-Riżoluzzjoni 1842 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-applikazzjoni tal-miżuri imposti mill-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK u mill-Pożizzjoni Komuni 2006/30/PESK għandha għalhekk tiġi mġedda b’effett mill-1 ta’ Novembru 2008.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiġi emendata jew imħassra skont il-każ, fid-dawl tad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50.

(2)  ĠU L 19, 24.1.2006, p. 36.

(3)  ĠU L 41, 13.2.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 61.