ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
13 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1119/2008 tat-12 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2008 tat-12 ta’ Novembru 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-3 sa tas-7 ta’ Novembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/853/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta' Ottubru 2008 dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-istat għall-emerġenzi mill-awtoritajiet ta’ Ċipru sabiex jittaffew il-konsegwenzi tan-nixfa fl-2007/2008 fis-settur agrikolu

7

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/854/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-iskema ta’ għajnuna Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 - applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98 C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2997)  ( 1 )

9

 

 

2008/855/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349)  ( 1 )

19

 

 

2008/856/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir tas-semen tal-porċini fil-Kanada u fl-Istati Uniti (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6473)  ( 1 )

26

 

 

2008/857/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emergenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6583)

28

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/858/PESK ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

29

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1119/2008

tat-12 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-13 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

34,6

MA

55,8

MK

46,2

TR

75,9

ZZ

53,1

0707 00 05

JO

175,9

MA

38,9

TR

90,4

ZZ

101,7

0709 90 70

MA

62,9

TR

112,6

ZZ

87,8

0805 20 10

MA

76,7

ZZ

76,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

26,6

MA

75,0

TR

73,6

ZZ

58,4

0805 50 10

MA

60,4

TR

97,0

ZA

87,0

ZZ

81,5

0806 10 10

BR

221,0

TR

117,5

US

272,9

ZA

197,4

ZZ

202,2

0808 10 80

AL

32,1

CA

96,0

CL

64,2

MK

37,6

US

116,4

ZA

85,7

ZZ

72,0

0808 20 50

CN

85,3

ZZ

85,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1120/2008

tat-12 ta’ Novembru 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni minn tat-3 sa tas-7 ta’ Novembru 2008 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest tal-kwoti tariffarji u tal-ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għas-snin tas-suq 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, regoli dettaljati għall-applikazzjoni għall-importazzjoni u l-irfinar ta' prodotti tas-settur taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u ċerti ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni tressqu lill-awtoritajiet kompetenti fil-perjodu minn tat-3 sa tas-7 ta’ Novembru 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew ir-Regolament (KE) Nru 508/2007 tas-7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 (3), għal kwantità totali li hija daqs, jew aktar minn, dik disponibbli għan-numru tas-serje 09.4434.

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skont il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u/jew tinforma lill-Istati Membri li jkun intlaħaq il-limitu li kien iffissat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa minn tat-3 sa tas-7 ta’ Novembru 2008 f'konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 u/jew l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007, għandhom jinħarġu liċenzji fil-limiti kwantitattivi stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1.


ANNESS

Zokkor Preferenzjali; l-AKP u l-Indja

Il-Kapitolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliż

100

 

09.4333

Il-Kosta tal-Avorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Il-Ġeorġja

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Surinam

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplementari

Il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4315

L-Indja

 

09.4316

Pajjiżi firmatarji tal-Protokoll AKP

 


Zokkor konċessjonijiet CXL

Il-Kapitolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Zokkor Balkani

Il-Kapitolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja u Ħerzegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


Zokkor ta’ importazzjoni eċċezzjonali u industrijali

Il-Kapitolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4380

Eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

100

 


Zokkor APE supplimentari

Il-Kapitolu VIII bis tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Pajjiż

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4431

Il-Komoros, Il-Madagaskar, Il-Mawrizju, is-Seychelles, iż-Żimbabwe

100

 

09.4432

Il-Burundi, il-Kenja, ir-Rwanda, it-Tanzanija, l-Uganda

100

 

09.4433

Is-Sważiland

100

 

09.4434

Il-Możambik

100

Intlaħqu

09.4435

Antigwa u Barbuda, il-Baħamas, il-Barbados, il-Beliż, Dominika, ir-Repubblika id-Dominikana, Grenada, il-Gujana, Ħaiti, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, u l-Grenadini, is-Surinam, it-Trinidad u Tobago

100

 

09.4436

Ir-Repubblika Dominikana

0

Intlaħqu

09.4437

Il-Fiġi, il-Papwa-Ginea Ġdida

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 508/2007

Is-sena tas-suq 2008/2009

Nru tas-serje

Tip

% tal-kwantitajiet mitluba għall-ġimgħa minn 3.11.2008-7.11.2008

Limitu

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

100

 


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

dwar l-għoti ta’ għajnuna mill-istat għall-emerġenzi mill-awtoritajiet ta’ Ċipru sabiex jittaffew il-konsegwenzi tan-nixfa fl-2007/2008 fis-settur agrikolu

(2008/853/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), it-tielet subparagrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba magħmula mill-Gvern ta’ Ċipru fid-19 ta’ Settembru 2008,

Billi:

(1)

Fid-19 ta’ Settembru 2008, Ċipru ppreżenta lill-Kunsill talba għal deċiżjoni in linja mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tat-Trattat li tiddikjara li l-pjan ta’ Ċipru sabiex jagħti għajnuna nazzjonali lill-bdiewa Ċiprijotti milquta min-nixfa estrema sabiex tippermettilhom li jibdew iċ-ċiklu ta’ produzzjoni tal-istaġun li ġej hu kompatibbli mas-suq komuni.

(2)

Ċipru ffaċċja t-tieni nixfa l-aktar severa u l-aktar twila sa mill-1900, minħabba nuqqas ta’ xita fl-2007 u l-2008, b’Awwissu tal-2008 jkun l-aktar xahar sħun fl-aħħar deċennju u l-preċipitazzjoni minn Jannar sa Awwissu 2008 tkun biss 50 % tal-livelli normali.

(3)

In linja mad-data preliminari rigward il-ħsad tal-2008, 95 % taż-żoni li jipproduċu ċ-ċereali ma raddu l-ebda ħsad, filwaqt li l-produzzjoni tal-għalf naqset b’mod daqshekk drastiku li anqas biss kopriet il-bżonnijiet minimi tal-għalf għall-annimali li jixtarru.

(4)

Minn kwantità ta’ madwar 150 miljun m3 jew 54,7 % tal-kapaċità fl-aħħar tal-2005, in-netwerk tad-diegi ta’ Ċipru bħalissa fih biss 11-il miljun m3 jew 4 % tal-kapaċità totali, li obbliga lill-awtoritajiet jirrazzjonaw il-provvista tal-ilma għal finijiet ta’ irrigazzjoni b’mod strett fil-bidu tal-2007 u li jniżżluha għal xejn fl-2008.

(5)

Dawn il-danni għandhom ikunu kkunsidrati bħala aktar serji u eċċezzjonali meta jitqies li Ċipru implimenta għodod effettivi għall-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżijiet. B’mod partikolari, Ċipru japplika tekniki ta’ irrigazzjoni mtejba fi kważi 95 % taż-żona irrigata u introduċa politiki tariffarji għall-ilma u miżuri punittivi biex jiskoraġixxi l-konsum u t-telf eċċessivi tal-ilma, kif ukoll ippromwova u pprovda inċentivi għall-installazzjoni ta’ sistemi għar-riċiklaġġ tal-ilma fid-djar. Barra minn hekk, il-Programm Nazzjonali ta’ Ċipru għall-Iżvilupp Rurali 2007-2013 diġà jinkludi numru ta’ miżuri biex jittejjeb l-użu tal-ilma.

(6)

Minħabba li d-dħul tal-bdiewa Ċiprijotti affettwati min-nixfa naqas drastikament, huma qed jiffaċċjaw ir-riskju serju li ma jkollhomx il-mezzi finanzjarji biex jilħqu l-bżonnijiet immedjati tal-familji tagħhom u biex jibdew staġun ġdid, li jwassal għal periklu imminenti ta’ abbandun tal-art, erożjoni tal-ħamrija u deżertifikazzjoni.

(7)

L-għajnuna mill-istat li ser tingħata tammonta għal EWR 67.5 miljun u tkun tibbenefika 34 000 bidwi eliġibbli u 3 000 allevatur tal-bhejjem.

(8)

Sabiex tkun effettiva, l-għajnuna mill-istat għandha tingħata u tkun aċċessibbli għall-bdiewa kemm jista’ jkun malajr.

(9)

Il-Kummissjoni f’dan l-istadju għadha ma tatx opinjoni dwar in-natura u l-kompatibbiltà tal-għajnuna.

(10)

Għalhekk jeżistu ċirkostanzi eċċezzjonali, li jagħmluha possibbli li tkun ikkunsidrata għajnuna bħal din, permezz ta’ deroga u sakemm hu strettament meħtieġ biex tkun rimedjata s-sitwazzjoni ta’ emerġenza li rriżultat, biex tkun kompatibbli mas-suq komuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna addizzjonali eċċezzjonali mill-awtoritajiet Ċiprijotti lis-settur agrikolu, li tammonta għal massimu ta’ EWR 67.5 miljun, għandha tkun ikkunsidrata bħala kompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmula fil-Lussemburgu, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

J.-L. BORLOO


Kummissjoni

13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-2 ta’ Lulju 2008

dwar l-iskema ta’ għajnuna “Liġi reġjonali nru 9 tal-1998 - applikazzjoni abbużiva tal-għajnuna N 272/98” C 1/04 (eks NN 158/03 u CP 15/2003)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2997)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/854/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 88(2), l-ewwel subparagrafu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a),

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet (1) iċċitati hawn fuq, u wara li kkunsidrat dawn il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fil-21 ta’ Frar 2003, il-Kummissjoni rċeviet denunzja (irreġistrata bin-numru CP 15/2003) dwar l-applikazzjoni abbużiva ta’ skema ta’ għajnuna bi skop reġjonali favur l-industrija tal-lukandi f’Sardinja, approvata mill-Kummissjoni fl-1998 (każ N 272/98).

(2)

Permezz ta’ ittra fis-26 ta’ Frar 2003 (D/51355), il-Kummissjoni talbet kjarifiċi mingħand l-awtoritajiet Taljani. Permezz ta’ ittra fit-28 ta’ Marzu 2003, il-Kummissjoni aċċettat it-talba tal-awtoritajiet Taljani biex tittawwal l-iskadenza għall-għoti tal-informazzjoni mitluba, li eventwalment intbagħtet permezz ta’ ittra fit-22 ta’ April 2003 (A/33012).

(3)

Fit-3 ta’ Frar 2004, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni li tniedi l-proċediment ta’ investigazzjoni formali “Applikazzjoni abbużiva tal-Għajnuna N 272/98 - Deċiżjoni li jinbeda l-proċediment skont l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE”. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jinbeda l-proċediment ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(4)

Permezz ta’ ittra fl-10 ta’ Marzu 2004 (D/5172), il-Kummissjoni laqgħet it-talba tal-awtoritajiet Taljani biex tittawwal l-iskadenza għall-komunikazzjoni tal-kummenti, li ġew trażmessi mill-awtoritajiet Taljani permezz ta’ ittra fid-19 ta’ April 2004, u li ġiet irreġistrata għand il-Kummissjoni fis-26 ta’ April 2004 (A/32956).

(5)

Permezz ta’ ittra tat-30 ta’ April 2004, irreġistrata għand il-Kummissjoni fl-istess data, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta’ parti interessata, jiġifieri ta’ wieħed mill-benefiċjarji tal-għajnuna imsemmija. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti min-naħa ta’ min ressaq id-denunzja.

(6)

Permezz tal-ittra D/53359 tat-13 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni ttrasmettiet lill-awtoritajiet Taljani l-kummenti li waslulha biex ikunu jistgħu jirribattuhom.

(7)

L-awtoritajiet Taljani ma ttrażmettew l-ebda reazzjoni għall-kummenti li ġew trażmessi.

(8)

Fis-7 ta’ Diċembru 2004 inżammet laqgħa fi Brussell mal-awtoritajiet Taljani.

(9)

Permezz ta’ ittra tat-28 ta’ Ġunju 2005, irreġistrata għand il-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2005 (A/35257), l-awtoritajiet Taljani ttrażmettew informazzjoni ulterjuri.

(10)

Fit-22 ta’ Novembru 2006, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni ta’ rettifika u ta’ estensjoni tal-proċediment, ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom.

(11)

Fil-kuntest tad-deċiżjoni ta’ rettifika u estensjoni tal-proċediment, ma ġiet trażmessa l-ebda osservazzjoni la mill-awtoritajiet Taljani u lanqas minn interessati oħrajn.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

(12)

L-iskema ta’ għajnuna N 272/98 tistipula sussidji li jingħataw għal investimenti inizjali fil-qasam tal-industrija tal-lukandi f’Sardinja. L-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali kienet ġiet approvata fl-1998 (4) u l-Kummissjoni kienet ikkunsidratha bħala kumpatibbli mas-suq komuni skont id-deroga fl-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE.

(13)

L-iskema taħseb għal żewġ miżuri:

(a)

miżura li taħseb għal għajnuniet għal investimenti inizjali, fil-forma ta’ sussidji u self aġevolat;

(b)

miżura, stipulata fl-Artikolu 9 tal-liġi reġjonali tal-11 ta’ Marzu 1998, nru 9, li taħseb għal għajnuniet operattivi skont l-hekk imsejħa regola “de minimis”, fil-forma ta’ sussidju fuq l-imgħax.

Id-deċiżjoni preżenti ma tirrigwardax it-tieni parti tal-iskema, li qed tissemma hawn biss biex tagħti stampa tal-kuntest ġenerali.

(14)

L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw it-test tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998, li tistabbilixxi l-iskema ta’ għajnuna bi skop reġjonali, mingħajr ma ttrażmettew, fil-mument tan-notifika, l-ebda regolament ta’ applikazzjoni.

(15)

Fid-deċiżjoni li biha approvat l-iskema, il-Kummissjoni ddeskriviet hekk il-miżura:

(a)

l-iskema hija maħsuba bħala għotja ta’ sussidji għal investimenti inizjali fl-industrija turistika;

(b)

l-għajnuniet jingħataw fil-forma ta’ sussidju, b’intensità ta’ 40 % tal-ispejjeż eliġibbli, flimkien ma’ self aġevolat fuq 35 % tal-ispejjeż (l-għajnuna fuq l-imgħax tista’ twassal għal iffrankar ta’ 60 % fuq l-ammont bażi);

(ċ)

id-deċiżjoni tisħaq b’mod espliċitu l-impenn tal-awtoritajiet Taljani li jaġġustaw l-intensità tal-għajnuna, hekk kif ikun approvat il-pjan Taljan dwar l-għajnuniet bi skop reġjonali għall-perjodu bejn l-2000 u l-2006;

(d)

l-iskema hi għal perjodu indefinit u tinvolvi nefqa ta’ 2.6 miljun euro għall-ewwel sena li fiha tkun qed titwettaq il-miżura.

(e)

it-talbiet għall-iffinanzjar iridu jiġu ppreżentati qabel il-bidu tat-twettiq tal-proġett;

(f)

madankollu, l-għajnuniet taħt il-forma ta’ sussidju fuq l-imgħax jistgħu f’ċerti ċirkostanzi jingħataw fuq investimenti li jkunu diġà saru qabel ma daħlet fis-seħħ il-liġi reġjonali nru 40 tal-1993. Skont l-impenn li ħadu fuqhom l-awtoritajiet Taljani, dan it-tip ta’ għajnuna huwa limitat għal għajnuna de minimis.

(16)

Wara l-approvazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, ir-Reġjun ta’ Sardinja ħareġ liġi (decreto) kif ukoll għadd ta’ regolamenti għat-twettiq tal-iskema. Wara d-decreto n. 285, adottat f’April 1995 (5), ittieħdu xi deċiżjonijiet amministrattivi, b’mod partikolari d-deliberazione nru 33/4 u nru 33/6 tas-27 ta’ Lulju 2000. Id-deliberazione nru 33/6 għandha tittieħed flimkien mad-deliberazione nru 33/4 u tistipula li, f’ċerti każi eċċezzjonali, l-għajnuniet jistgħu jingħataw anki jekk ix-xogħlijiet ikunu bdew qabel ma tkun ġiet ippreżentata t-talba.

(17)

Wara l-adozzjoni tal-pjan Taljan dwar l-għajnuniet bi skop reġjonali għall-perjodu 2000-2006, l-iskema ġiet aġġustata fejn tidħol l-intensità tal-għajnuna (6). Permezz ta’ ittra fit-2.11.2000 (A/39177), l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni dwar il-miżuri ta’ twettiq adottati fl-ambitu tal-eżerċizzju tal-miżuri xierqa li kkonfermaw:

(a)

l-aġġustar tal-intensità tal-għajnuna skont il-massimi tal-għajnuna applikabbli skont il-pjan Taljan għall-għajnuniet bi skop reġjonali għall-perjodu 2000-2006 (ara b’mod partikolari d-deliberazione nru 34/73 tat-8.8.2000);

(b)

l-osservanza tal-prinċipju ta’ neċessità tal-għajnuna (ara b’mod partikolari l-Artikolu 6 tad-deliberazione nru 33/4 tas-27.7.2000, li tistabbilixxi b’mod espliċitu l-eliġibbiltà tal-ispejjeż magħmula wara t-talba għall-iffinanzjar) (7).

(18)

Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Taljani, permezz ta’ ittra tas-17.5.2001, il-Kummissjoni ħadet nota tal-fatt li l-Italja kienet aċċettat il-proposta ta’ miżuri xierqa u kkonfermat li l-iskema kienet ġiet aġġornata biex tkun konformi mal-linji ta’ gwida fejn jidħlu l-għajnuniet mill-Istat għal skop reġjonali tal-1998 (minn issa ‘l quddiem “il-linji ta’ gwida tal-1998”) (8).

(19)

B’mod konkret, l-iskema kienet qed titwettaq permezz ta’ proċedura ta’ offerta, bil-pubblikazzjoni ta’ stedina biex tiġi ppreżentata t-talba relevanti, imfassla skont id-deliberazione msemmija hawn fuq.

(20)

Skont l-awtoritajiet nazzjonali, fl-2001 ġiet ippubblikata l-ewwel offerta (l-hekk imsejħa offerta 2000) li permezz tagħha l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw talba formali għall-iffinanzjar bis-saħħa tal-iskema ta’ għajnuniet.

(21)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jirriżulta li wara l-ewwel offerta kien hemm l-adozzjoni tad-deliberazioni li ġejjin:

fil-31.1.2002, ir-Reġjun ta’ Sardinja adotta d-deliberazione Nru 3/24 li tinkludi l-ewwel lista ta’ benefiċjarji mill-għajnuniet f’ċerti setturi. Il-kriterji applikabbli għall-għażla kienu elenkati fid-deliberazione Nru 33/4 u speċifikati b’mod ulterjuri fiċ-ċirkolari tal-21.11.2000;

fis-16.4.2002, ir-Reġjun ta’ Sardinja adotta d-deliberazione Nru 12/17 li temenda l-lista hawn fuq imsemmija, u tinkludi lista ulterjuri;

fit-18.7.2002, ir-Reġjun ta’ Sardinja adotta d-deliberazione Nru 23/40, li tapprova l-lista ta’ proġetti eliġibbli fil-kuntest tal-offerta tal-2000;

fis-7.2.2003, ir-Reġjun ta’ Sardinja adotta d-deliberazione Nru 5/38 li tikkoreġi ċerti żbalji dwar ċerti benefiċjarji tal-għajnuniet stipulati bid-deliberazione Nru 23/40.

(22)

Fl-informazzjoni mibgħuta fit-22.4.2003 (reġistrata fit-28.4.2003 bin-numru A/33012), fil-paġna 13, l-awtoritajiet Taljani ddikjaraw li “fl-interess tar-reġjun, kienet ittieħdet deċiżjoni li fil-lista jiddaħħlu ċerti hekk imsejħa proġetti ‘kritiċi’ (jiġifieri, proġetti li x-xogħlijiet fuqhom kienu bdew qabel id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-għajnuna, iżda wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi, jiġifieri fil-5.4.1998)”. B’hekk, skont l-awtoritajiet Taljani, fl-2002 ingħataw għajnuniet b’riżq mill-anqas 28 proġett ta’ investiment li kienu mibdija qabel id-data tat-talba għall-għajnuna, għal valur totali ta’ għajnuniet ta’ madwar 24 miljun euro.

3.   RAĠUNIJIET BIEX JINBEDA L-PROĊEDIMENT

(23)

Meta waslet biex tibda proċedimenti formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni fakkret li, skont il-punt 4.2 tal-linji ta’ gwida tal-1998, it-talba għall-għajnuna għandha tkun ippreżentata qabel ma jibda t-twettiq tal-proġett.

(24)

Barra minn dan, il-Kummissjoni fakkret li dan l-obbligu huwa kkonfermat ukoll mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1998 li ma tqajjimx oġġezzjoni fil-konfront tal-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali b’riżq l-industrija Taljana tal-lukandi - Reġjun ta’ Sardinja (N 272/1998).

(25)

Madankollu, minkejja li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni stabbiliet l-obbligu li l-benefiċjarji jippreżentaw talba għall-għajnuna qabel ma jibda’ t-twettiq tal-proġett u minkejja li l-awtoritajiet Taljani ikkonfermaw (9) espliċitament ir-rispett ta’ dan l-obbligu fil-kuntest tat-twettiq tal-miżuri xierqa wara d-dħul fis-seħħ tal-linji ta’ gwida tal-1998, l-awtoritajiet Taljani kienu adottaw diversi regolamenti ta’ twettiq (b’mod partikolari d-deliberazione tat-22.12.1998, u d-deliberazione Nru 33/6 tas-27.7.2000) li qatt ma kienu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni. Ir-regolamenti ta’ twettiq imsemmija jipprevedu l-possibbiltà li tingħata għajnuna, bħala eċċezzjoni u biss għall-ewwel sena tat-tħaddim tal-iskema, abbażi tal-ewwel offerta, lil proġetti ta’ investiment li jkunu nbdew qabel id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-għajnuna. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tqis li l-awtoritajiet Taljani ma mxewx mal-obbligi imposti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li kienet tawtorizza l-iskema ta’ għajnuniet, u ma rrispettawx ir-rekwiżiti stabbiliti mil-linji ta’ gwida fejn jidħlu għajnuniet bi skop reġjonali.

(26)

Il-Kummissjoni qieset għaldaqstant li l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna jista’ jittellef meta t-talba għall-għajnuna ma ssirx qabel ma jkun effettivament inbeda x-xogħol dwar il-proġett. Il-Kummissjoni qieset li ċ-ċirkostanzi setgħu jkunu każ ta’ applikazzjoni b’abbuż tal-għajnuniet N 272/98, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 (10) (minn issa ‘l quddiem “ir-Regolament ta’ Proċedura”), u kellha dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-għajnuniet mogħtija lil proġetti ta’ investiment mibdija qabel id-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-għajnuna.

4.   RAĠUNIJIET GĦAR-RETTIFIKA U L-ESTENSJONI TAL-PROĊEDIMENT

(27)

Fl-ewwel deċiżjoni tat-tnedija tal-proċediment, il-Kummissjoni kienet ibbażat l-analiżi tagħha fuq il-fatt li hija ma ġiet qatt infurmata bir-regolamenti imsemmija tat-twettiq tal-iskema. Barra minn dan, id-deliberazione Nru 33/6 ma kienet imsemmija xejn fid-deċiżjoni li jinbeda l-proċediment ta’ investigazzjoni formali.

(28)

Madankollu, l-għotja ta’ għajnuniet imsemmija fil-punt 22 hija ibbażata fuq id-deliberazione Nru 33/6, u mhux fuq id-deliberazione Nru 33/4, imsemmija bi żball fid-deċiżjoni biex jinbeda l-proċediment ta’ investigazzjoni formali tat-3.2.2004.

(29)

Barra minn dan, l-ewwel deċiżjoni biex jinbeda l-proċediment ta’ investigazzjoni formali tirreferi għal twettiq b’abbuż ta’ skema ta’ għajnuniet approvata, skont l-Artikolu 16 tal-imsemmi regolament ta’ proċedura. L-Artikolu 16 ġeneralment jinftiehem bħala li jirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom il-benefiċjarju ta’ għajnujna approvata jwettaq l-għajnuniet b’mod kontrarju għall-kundizzjonijiet tad-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna individwali jew għall-kuntratt dwar l-għajnuniet, u mhux mifhum bħala li jirreferi għal sitwazzjonijiet li fihom Stat Membru, li jkun qed jemenda skema ta’ għajnuniet eżistenti, joħloq għajnuniet ġodda illegali (l-Artikolu 1(c) u (f) tar-Regolament ta’ Proċedura).

(30)

Għal dawn ir-raġunijiet u sabiex ma jkunx hemm malintiżi, il-Kummissjoni qieset li jkun meħtieġ li tirrettifika u testendi l-proċediment u talbet lill-awtoritajiet nazzjonali u lil partijiet terzi interessati li jibagħtulha l-kummenti li jistgħu jkollhom.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(31)

Bi tweġiba għall-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tad-deċiżjoni tal-2004 li jinbeda l-proċediment formali ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti ta’ parti waħda interessata:

Grand Hotel Abi d’Oru S.p.a.

Il-kummenti rċevuti huma maħsuba biex juru li jeżisti effett ta’ inċentiv kif ukoll li ġie rispettat il-prinċjipju ta’ neċessità tal-għajnuna.

(32)

Biex turi li kien rispettat l-effett ta’ inċentiv, kif ukoll il-prinċipju ta’ neċessità tal-għajnuna, il-parti interessata tibbaża ruħha fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:

l-ewwelnett, il-parti interessata ssostni li kienet ippreżentat talba għall-għajnuna qabel ma beda x-xogħol, taħt skema oħra ta’ għajnuniet bi skop reġjonali, b’mod speċifiku l-iskema N 715/99 (11) (liġi nru 488 tal-1992). Madankollu dwar it-talba, li ntlaqgħet darbtejn, ma kien sar l-ebda finanzjar minħabba nuqqas ta’ riżorsi finanzjarji;

peress li ma kinitx irċeviet l-għajnuna taħt l-iskema msemmija, u peress li fl-istess żmien (Mejju 1999) ġew ippubblikati r-regolamenti ta’ twettiq tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998, il-parti interessata ddeċidiet li tippreżenta talba għall-għajnuna skont l-iskema li hija soġġetta għall-investigazzjoni. Il-parti interessata spjegat li strieħet fuq il-fatt li t-talba tkun milqugħa, minkejja li l-proġetti kienu diġà mibdija, billi bbażat ruħha fuq in-normi stipulati fl-ewwel regolament ta’ twettiq tal-miżura, id-digriet nru 285 tal-1999, li jistipula l-possibbiltà li jingħataw għajnuniet anki lil proġetti li jkunu diġà mibdija, sakemm il-bidu tax-xogħol ikun sar wara d-dħul fis-seħħ tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998, jiġifieri wara il-5.4.1998;

il-parti interessata żiedet li t-talba għall-għajnuna ppreżentata skont l-iskema soġġetta għall-investigazzjoni kienet dwar parti biss ta’ proġett wiesa’ ta’ investiment (l-ispejjeż eliġibbli tal-proġett ta’ investiment oriġinarjament kienu ta’ 10 500 000 euro, filwaqt li dawk meħuda f’kunsiderazzjoni fit-talba għall-għajnuna skont l-iskema soġġetta għall-investigazzjoni kienu ta’ 9 039 028 euro);

il-parti interessata kkonkludiet li huwa irrilevanti jekk it-talba għall-għajnuna skont l-iskema soġġetta għall-investigazzjoni kinitx ippreżentata wara l-bidu tax-xogħlijiet, peress li din kienet biss preżentazzjoni mill-ġdid tal-istess talba li kienet diġà oriġinarjament ippreżentata skont skema oħra ta’ għajnuniet bi skop reġjonali, li kienet dwar l-istess proġett ta’ investiment.

(33)

Il-parti interessata ġġustifikat in-neċessità tal-għajnuna billi saħqet, fost affarijiet oħra li, fin-nuqqas ta’ ffinanzjar pubbliku, ma kinitx tidħol għal proġett ta’ investiment bħal dan. Biex jinbeda l-investiment, il-parti interessata użat ukoll finanzjament bankarju ta’ perjodu qasir ħafna, għaż-żmien sakemm jingħataw l-għajnuniet.

(34)

Wara d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni u estensjoni tal-proċediment (12), il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni oħra.

6.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-AWTORITAJIET TALJANI

(35)

Bi tweġiba għall-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni fl-ittra tal-bidu tal-proċediment, l-awtoritajiet Taljani ressqu tliet argumenti ewlenin dwar l-eżistenza ta’ aspettattivi leġittimi, dwar l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, u dwar id-determinazzjoni tal-limitu “de minimis”.

Aspettattivi leġittimi u effett ta’ inċentiv

(36)

Fl-osservazzjonijiet ikkomunikati lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Taljani sostnew li jeżistu aspettativi leġittimi u invokaw il-prinċipju taċ-ċertezza legali. Huma jispjegaw, l-ewwelnett, li l-liġi reġjonali nru 9 tal-1998 titqies, f’ċertu sens, mill-benefiċjarji bħala kontinwazzjoni tal-iskema preċedenti, ikkontemplata mil-liġi reġjonali nru 40 tal-1993 (li għadha fis-seħħ) li titwettaq permezz tal-iskema hekk imsejħa “a sportello” (skema N 611/93, emendata bl-iskema N 250/01), li kienet fis-seħħ fi żmien in kwistjoni. L-awtoritajiet Taljani jgħidu li din l-iskema għenet biex fost il-benefiċjarji tinħoloq aspettattiva leġittima għad-dritt li jirċievu sussidji sempliċement fuq il-bażi ta’ talba għall-għajnuna, indipendentement minn jekk il-proġett ikunx inbeda jew le.

(37)

L-awtoritajiet Taljani jgħidu wkoll li r-regolamenti ta’ twettiq tal-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali kienu ġew adottati wara l-approvazzjoni ta’ din l-istess skema mill-Kummissjoni. L-ewwel regolament ta’ twettiq kien ġie adottat fid-29 ta’ April 1999 (digriet nru 285 tal-1999). L-Artikolu 17 tad-digriet (“Dispożizzjonijiet tranżitorji”) iqis bħala eliġibbli l-ispejjeż li jsiru wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi (il-5 ta’ April 1998). Id-digriet nru 285 tal-1999 ġie ppubblikat fil-Bollettino ufficiale della Regione Sardegna tat-8.5.1999 (13).

(38)

L-awtoritajiet Taljani żiedu jgħidu li d-digriet nru 285 tal-1999 kien ġie annullat fis-27.7.2000 bid-deliberazione nru 33/3, peress li kien ivvizzjat. Fl-istess ħin, ir-Reġjun ta’ Sardinja adotta direttivi ġodda ta’ twettiq li kienu ġew notifikati lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Settembru 2000.

(39)

L-awtoritajiet Taljani jisħqu li, meta adottaw dawn id-deliberazioni fis-27.7.2000, ir-Reġjun ta’ Sardinja kellu jqis il-fatt li l-pubblikazzjoni tad-digriet nru 285 tal-1999 fil-Bollettino ufficiale kien ħoloq aspettattivi leġittimi fost il-benefiċjarji. Minħabba f’hekk, ittieħdet deċiżjoni li, għall-ewwel offerta, kellhom ikunu aċċettati t-talbiet għall-għajnuna dwar proġetti ta’ investiment li kienu diġà mibdija, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998. Minħabba din ir-raġuni, id-deliberazione nru 33/6, “Dispożizzjoni tranżitorja dwar l-ewwel offerta”, tgħid li, bħala eċċezzjoni, għat-talbiet li jiġu ppreżentati għall-parteċipazzjoni fl-ewwel offerta, ikunu eliġibbli għall-għajnuniet l-ispejjeż għax-xogħlijiet li jkunu saru wara l-5 ta’ April 1998, id-data tad-dħul fis-seħħ tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998.

(40)

L-awtoritajiet Taljani jfakkru barra minn hekk li, fil-kuntest tat-twettiq tal-miżuri xierqa, permezz ta’ ittra tas-17 ta’ Mejju 2001 (D/52027), il-Kummissjoni kienet stabbiliet li l-iskema hija konformi mas-suq komuni wara li talbet lill-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu l-Artikolu 9 tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998 abbażi tar-Regolament (KE) Nru 69/2001 “de minimis”.

(41)

Huma jispjegaw li t-twettiq konkret tal-iskema wara d-dħul fis-seħħ tad-deliberazione tas-27.7.2000 kien jirrekjedi li jiddaħħlu mill-ġdid it-talbiet ta’ għajnuna ppreżentati qabel il-pubblikazzjoni tal-ewwel offerta, bl-użu ta’ formoli ġodda.

(42)

L-awtoritajiet Taljani jisħqu barra minn dan li jeżisti l-effett ta’ inċentiv, peress li s-sussidji kienu meħtieġa biex jillikwidaw is-self bankarju li jkopri l-perjodu bejn it-twettiq tal-ispejjeż u l-ħlas tal-għajnuniet.

(43)

Fl-aħħarnett, l-awtoritajiet Taljani jiddikjaraw li l-benefiċjarji kienu marbuta li jagħżlu l-iskema ta’ għajnuniet reġjonali ta’ riferenza peress li, għall-istess proġett, ma setgħux jippreżentaw talbiet differenti għall-għajnuna skont sistemi differenti. Saħqu wkoll li l-iskema reġjonali ta’ għajnuniet bi skop reġjonali li tinsab fil-liġi reġjonali nru 9 tal-1998 (N 272/98) kif ukoll l-iskema nazzjonali ta’ għajnuniet bi skop reġjonali li hemm fil-liġi nru 488 tal-1992 (N 715/99) jeskludu lil xulxin.

Determinazzjoni tal-limitu “de minimis

(44)

L-awtoritajiet Taljani jsostnu li l-prinċipju tal-effett ta’ inċentiv ġie rispettat, minkejja li x-xogħlijiet kienu diġà mibdija qabel il-preżentazzjoni tat-talba ta’ għajnuna, abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9 tal-liġi reġjonali nru 9 tal-1998. Skont l-awtoritajiet nazzjonali, fil-parti tal-għajnujna mogħtija qabel il-preżentazzjoni tat-talba, tiġi applikata r-regola “de minimis”. Huma jistqarru li l-parti tal-għajnuna, taħt il-limtu ta’ 100 000 euro, mogħtija qabel il-preżentazzjoni tat-talba, trid titqies separatament, u jittieħed kont biss tal-ispejjeż magħmula qabel dik id-data u ma jitqisux l-ispejjeż kollha tal-proġett. Dawn il-kunsiderazzjonijiet jolqtu 12-il proġett minn 28.

(45)

Wara d-deċiżjoni ta’ korrezzjoni u estensjoni tal-proċediment, il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni oħra.

7.   EVALWAZZJONI TAL-MIŻURA

L-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(46)

Ta’ min wieħed ifakkar li l-evalwazzjoni dwar l-iskema N 272/98 waslet għall-konklużjoni li l-miżura titqies bħala Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, peress li titqies bħala li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha kif imfissra fl-Artikolu msemmi.

(47)

Il-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lil kategorija speċifika ta’ benefiċjarji, b’mod li jitnaqqsulhom l-ispejjeż normali. Hija tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat u hemm il-periklu li tgħawweġ il-kompetizzjoni peress li ssaħħaħ finanzjarjament lil ċerti intrapriżi fil-konfront ta’ kompetituri tagħhom. Peress li l-kompetizzjoni fil-qasam tal-lukandi tinteressa lil operaturi ta’ diversi Stati Membri li jfittxu li jiġbdu t-turisti lejhom, hemm il-periklu li l-iffinanzjar mogħti lis-settur turistiku jolqot il-kummerċ fi ħdan il-Komunità (14).

Kemm hi legali l-miżura

(48)

L-iskema ta’ għajnuna nnotifikata lill-Kummissjoni u li minnha ġiet approvata skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 659/99 tikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(49)

Fil-kuntest tat-twettiq tal-miżuri xierqa, id-deliberazione nru 34/73 tat garanzija tal-kompatibbiltà mal-linji ta’ gwida tal-1998 fejn tidħol il-konformità tal-intensità tal-għajnuna mal-massimi kif stipulati fid-dokument il-ġdid tal-għajnuniet bi skop reġjonali, filwaqt li d-deliberazione Nru 33/4 assigurat ir-rispett tal-prinċipju tal-effett ta’ inċentiv. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni setgħet tasal għall-konklużjoni li d-dispożizzjonijiet fid-deliberazioni msemmija ma żidux elementi ġodda mal-iskema ta’ għajnuniet N 272/98 kif inizjalment approvata.

(50)

Madankollu, skont il-Kummissjoni, id-dispożizzjonijiet tranżitorji introdotti bid-digriet nru 285 tal-1999 setgħu wasslu għal tibdil fl-iskema minn kif din ġiet oriġinarjament approvata. Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, sa issa, qatt ma ddikjarat il-pożizzjoni tagħha dwar dawn il-miżuri ta’ twettiq, anki jekk tagħraf li d-digriet nru 285 tal-1999 qatt ma daħal fis-seħħ, peress li ġie annullat bid-deliberazione nru 33/3.

(51)

Fis-27.7.2000, permezz tal-adozzjoni tad-deliberazioni nru 33/4 u 33/6 iddaħħlu emendi ulterjuri għall-iskema N 272/98. Kif muri aktar ‘il fuq (fil-paragrafi 16-21), jirriżulta li d-deliberazione nru 33/6 daħħlet emendi għall-miżura nnotifikata, liema emendi mhumiex kumpatibbli mat-termini tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema, adottata mill-Kummissjoni.

(52)

Kif imsemmi fil-paragrafu 38, l-awtoritajiet Taljani jsostnu li kienu nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn ir-regolamenti ta’ twettiq fil-kuntest tat-tħaddim ta’ miżuri xierqa.

(53)

Il-Kummissjoni tqis li, l-ewwelnett, l-awtoritajiet nazzjonali ma nnotifikawx id-deliberazioni hawn imsemmija u li l-Kummissjoni ġiet infurmata mill-istess awtoritajiet, fil-kuntest tat-tħaddim tal-miżuri xierqa, li d-deliberazione nru 33/4 kienet tassigura r-rispett tal-prinċipju tal-effett ta’ inċentiv. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani qatt ma infurmaw lill-Kummissjoni bid-deliberazione nru 33/6 fil-kuntest tat-tħaddim tal-miżuri xierqa, bi ksur tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, u tal-obbligu ta’ kooperazzjoni li bih huma marbuta skont l-Artikolu 10 tat-Trattat (15).

(54)

Għaldaqstant l-iskema ta’ għajnuniet, li ġiet imwettqa aktar tard permezz ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ twettiq imsemmija ma tirrispettax id-deċizjoni orġinali ta’ approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(55)

Bħala konsegwenza, għandhom jitqiesu bħala illegali l-proġetti ta’ għajnuna li t-twettiq tagħhom ikun inbeda qabel il-preżentazzjoni ta’ xi talba għall-għajnuna.

Kompatibbiltà

(56)

La l-awtoritajiet Taljani u lanqas il-parti interessata ma opponew b’mod espliċitu d-dubji murija mill-Kummissjoni bl-ittri tal-bidu tal-proċedimenti ta’ investigazzjoni formali tat-3 ta’ Frar 2004 u tat-22 ta’ Novembru 2006. Il-Kummissjoni tikkonferma għaldaqstant il-valutazzjoni proprja tagħha, li tista’ tinġabar fil-qosor kif ġej:

(57)

Kif muri aktar ‘il fuq, huma mill-anqas 28 il-proġetti ta’ investiment mibdija f’fażi li fihom l-imsemmija investimenti ma setgħux jibbenefikaw mill-għajnuniet bis-saħħa tal-iskema fil-kwistjoni.

(58)

Il-linji ta’ gwida tal-1998 jeżiġu li t-talbiet kollha għall-għajnuna jkunu ppreżentati qabel ma’ jibda’ t-twettiq tal-proġett.

(59)

Dan l-obbligu huwa, barra minn dan, ikkonfermat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1998 li ma tqajjimx oġġezzjonijiet dwar l-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali favur l-industrija tal-lukandi Taljana – ir-Reġjun ta’ Sardinja (N 272/98), li tistabbilixxi b’mod espliċitu li l-benefiċjarji għandhom ikunu ressqu t-talba għall-għajnuna qabel ma jkunu bdew bit-twettiq tal-proġetti.

(60)

Barra minn dan, fil-kuntest tat-tħaddim ta’ miżuri xierqa wara d-dħul fis-seħħ tal-linji ta’ gwida tal-1998, l-awtoritajiet Taljani ttrażmettew lill-Kummissjoni d-deliberazione nru 33/4 tas-27.7.2000 li, fl-Artikolu 6, tistabbilixxi b’mod espliċitu l-eliġibbiltà tal-ispejjeż magħmula wara t-talba għall-iffinanzjar.

(61)

Ta’ min wieħed ifakkar li l-prinċipju tan-neċessità tal-għajnuna huwa prinċipju ġenerali li l-Qorti għarfet bis-sentenza dwar il-każ Philip Morris (16) u li l-istess każ jikkostitwixxi b’mod inekwivoku element essenzjali għall-iskop li tiġi determinata l-eliġibbiltà tal-investimenti magħmula mill-impriżi għall-għajnuniet skont il-linji ta’ gwida tal-1998. Sew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq kif ukoll il-linji ta’ gwida jistipulaw li t-talba għall-iffinanzjar għandha tiġi ppreżentata qabel ma jkun inbeda l-proġett.

(62)

L-awtoritajiet Taljani josservaw li l-iskema nazzjonali ħolqot aspettattivi leġittimi għad-dritt li jiġu rċevuti sussidji sempliċement fuq il-bażi tal-preżentazzjoni ta’ talba għall-għajnuna, indipendentement minn jekk il-proġett ikunx inbeda jew le.

(63)

Il-Kummissjoni ma tqisx li dan hu argument aċċettabbli, peress li d-Deċiżjoni li tapprova l-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali soġġetta għall-investigazzjoni titlob b’mod espliċitu li t-talba għall-għajnuna għandha tkun ippreżentata qabel ma jibda t-twettiq tal-proġett.

(64)

Barra minn dan, id-deliberazione nru 33/6 qatt ma ġiet trażmessa lill-Kummissjoni sal-mument tad-denunzja. Fil-fatt, din ġiet trażmessa lilha biss permezz tan-nota nru 5245 tat-22.4.2003 fil-kuntest tal-proċediment mibdi wara d-denunzja (CP 15/2003). Għaldaqstant, l-argument dwar l-aspettattivi leġittimi li ressqu l-awtoritajiet Taljani mhux aċċettabbli, ladarba l-Kummissjoni ma tatx garanziji speċifiċi lill-awtoritajiet imsemmija, jew lil partijiet terzi interessati, liema partijiet ma setgħu jsostnu l-ebda aspettattiva leġittima fejn jidħol in-nuqqas ta’ rispett tal-kundizzjoni fil-kwistjoni. Hija punt ta’ ġurisprudenza kostanti li l-prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jista’ jiġi invokat meta xi istituzzjoni tqajjem aspettattivi fundati f’operatur ekonomiku (…). Iżda min-naħa l-oħra, ħadd ma jista’ jinvoka ksur tal-aspettattivi leġittimi jekk ma jkunx hemm assigurazzjonijiet preċiżi mogħtija mill-amministrazzjoni Komunitarja (17).

(65)

Il-Kummissjoni tqis bħala inammissibbli wkoll l-argumenti li ġabu l-awtoritajiet Taljani, skont liema l-effett ta’ inċentiv huwa rispettat fil-każ li fih il-benefiċjarju ikun ippreżenta talba għall-għajnuna qabel ma jkunu bdew ix-xogħlijiet, taħt skema differenti ta’ għajnuniet bi skop reġjonali.

(66)

Il-Kummissjoni tqis li mhux possibbli li l-effett ta’ inċentiv jiġi trasferit minn skema għall-oħra; għaldaqstant l-għażla min-naħa ta’ impriża li tressaq talba skont skema jew skont oħra ma tistax tiġi aċċettata bħala raġuni valida li kien hemm rispett tal-prinċipju tal-effett ta’ inċentiv. L-istess awtoritajiet Taljani għalhekk saħqu (ara l-paragrafu 43) li l-benefiċjarju ma jistax iressaq, għall-istess proġett, aktar minn talba waħda skont diversi sistemi ta’ għajnuna, u komplew jisħqu li l-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali fil-liġi reġjonali nru 9 tal-1998 (Għajnuna mill-Istat N 272/98) u l-iskema nazzjonali ta’ għajnuniet bi skop reġjonali li jinsab fil-liġi nru 488 tal-1992 (Għajnuna mill-Istat N 715/99) jeskludu lil xulxin.

(67)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni tqis li mhumiex ammissibbli l-argumenti li ġabu l-awtoritajiet Taljani, skont liema l-effett ta’ inċentiv ikun preżenti mill-mument li s-sussidji jkunu neċessarji biex jiġi likwidat self bankarju li jkopri l-perjodu bejn il-ħlas tal-ispejjeż u l-għoti tal-għajnuna. Id-disponibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jibda bit-twettiq ta’ proġett u biex jieħu self ħalli jiffinanzja l-ispejjeż mhi bl-ebda mod prova li l-għajnuniet kienu meħtieġa biex il-proġett jitmexxa ‘l quddiem jew li jiggarantixxu l-effett ta’ inċentiv biex isir proġett li altrimenti ma kienx jitwettaq. Għall-kuntrarju, wieħed jista’ jgħid li d-disponibbiltà ta’ operatur ekonomiku li jibda x-xogħlijiet u li jġorr ir-riskji tal-proġett, mingħajr biss ma jressaq talba għall-għajnuna skont l-iskema rilevanti, juri li l-għajnuniet mhumiex neċessarji biex ikun hemm dan l-effett ta’ inċentiv.

(68)

Fl-aħħarnett, il-Kummissjoni ma tqisx bħala aċċettabbli l-argumenti li ġabet il-parti Taljan dwar ir-regola “de minimis”, peress li din ir-regola ma tistax tintuża biex jinħarab l-obbligu impost mil-linji ta’ gwida li t-talba għall-għajnuna tiġi ppreżentata qabel il-bidu tat-twettiq tal-proġett, sabiex ikun rispettat il-prinċipju tal-effett ta’ inċentiv. Fil-fatt, is-somma li għandha tiġi kkunsidrata għandha tkun tal-proġett fl-intier tiegħu u mhux biss tal-parti mill-għajnuna mogħtija qabel it-talba għall-għajnuna. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax taċċetta li jkun possibbli li tqis bħala eliġibbli x-xogħlijiet mibdija abbażi tar-regola de minimis, b’mod li tispiċċa ‘l barra mil-linji ta’ gwida. Barra minn dan, mill-kalkoli tal-limitu de minimis, l-awtoritajiet Taljani mhux biss ma qisux il-proġetti fl-intier tagħhom, iżda l-istess benefiċjarju seta’ rċieva għajnuniet de minimis minn sorsi oħra, li huwa aspett li milli jidher l-awtoritajiet Taljani ma ħadux f’kunsiderazzjoni.

(69)

Bħala konklużjoni, skont il-Kummissjoni, l-awtoritajiet Taljani ma wrewx li l-għotja tal-għajnuniet saret f’konformità mad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni. Barra minn dan, anki kieku din l-għajnuna kellha titqies bħala għajnuna operattiva, xorta waħda ma setgħetx titqies bħala għajnuna kumpatibbli. Fil-fatt, f’konformità mal-linji ta’ gwida tal-1998, l-għajnuniet operattivi jistgħu jingħataw, bħala eċċezzjoni, skont ir-regoli ammissibbli bis-saħħa tad-deroga li tinsab fl-Artikolu 87(3)(a), tat-Trattat tal-KE. Għall-perjodu 1998-2006, Sardinja tinsab fost ir-reġjuni ammissibbli skont l-Artikolu 87(3)(a). Madankollu, ħlief għall-għajnuniet de minimis, ma jistgħux jiġu approvati għajnuniet operattivi skont l-iskema fil-kwistjoni. Barra minn dan, fil-kuntest tal-proċediment preżenti, l-awtoritajiet Taljani ma ppreżentawx elementi li juru li l-għajnuniet kienu ġġustifikati għall-kontribut għall-iżvilupp reġjonali, jew għan-natura tiegħu, u lanqas ma wrew li l-għajnuniet kienu proporzjonali man-nuqqasijiet li kellhom jirranġaw.

(70)

Barra minn dan, l-awtoritajiet Taljani ma ġabu l-ebda argument biex juru li l-għajnuniet fil-kwistjoni setgħu kienu kumpatibbli ma’ dispożizzjonijiet oħra tat-Trattat tal-KE, tar-regolamenti fejn jidħlu għajnuniet mill-Istat jew ta’ regolamenti, dixxiplini jew linji ta’ gwida oħra.

(71)

Il-Kummissjoni lanqas ma identifikat bażi legali oħrajn li fuqhom setgħu jiġu approvati l-għajnuniet. Kif intwera aktar ‘il fuq, il-miżura ma tistax tibbenefika mid-deroga fl-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE, li jawtorizza l-għajnuniet maħsuba biex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ ċerti attivitatjiet jew ċerti reġjuni ekonomiċi, dejjem sakemm din l-għajnuna ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad tali li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Fil-każ preżenti lanqas ma japplikaw id-derogi fl-Artikolu 87(2) KE, dwar l-għajnuna ta’ tip soċjali mogħtija lill-konsumaturi individwali, l-għajnuna biex tkopri d-danni maħluqa minn diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali oħra u għajnuna mogħtija lil xi reġjuni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Il-miżura ma tistax għalhekk titqies bħala proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew bħala miżura maħsuba biex tkun ta’ rimedju għal xi problemi ekonomiċi kbar fl-Italja, kif imfisser fl-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Fl-aħħarnett, il-miżura ma taħsibx biex tmexxi ‘l quddiem il-kultura u t-tħaris tal-patrimonju, kif imfisser fl-Artikolu 98(3)(d) tat-Trattat tal-KE.

(72)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tqis bħala inkompatibbli mas-suq komuni l-għajnuniet li setgħu ngħataw għal proġetti li bdew jitwettqu qabel ma tressqet it-talba għall-għajnuna skont l-iskema ta’ għajnuniet bi skop reġjonali favur l-industrija tal-lukandi f’Sardinja, approvat mill-Kummissjoni fl-1998 (każ N 272/98), hekk kif imwettaq bid-deliberazione nru 33/6 u abbażi tal-ewwel offerta.

(73)

Din id-deċiżjoni ta’ inkompatibbiltà tapplika għall-għajnuniet kollha mogħtija għal proġetti li l-ispejjeż eliġibbli tagħhom kienu saru qabel il-preżentazzjoni ta’ talba għall-għajnuna, abbażi tal-miżura ta’ twettiq relevanti fis-seħħ fil-mument tal-preżentazzjoni tat-talba, li jkunu akbar mill-ammont de minimis li għalih il-benefiċjarju seta’ jkollu aċċess fil-mument f’kunsiderazzjoni, ikkalkolat skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 69/2001.

8.   KONKLUŻJONIJIET

(74)

Il-Kummissjoni tqis li l-Italja wettqet b’mod illegali l-għajnuna fil-kwistjoni, bi ksur tal-Artikolu 88(3), tat-Trattat tal-KE.

(75)

Abbażi tal-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-għajnuniet mogħtija lill-imsemmija proġetti skont l-iskema “Liġi reġjonali Nru 9 tal-1998 – applikazzjoni b’abbuż tal-għajnuna N 272/98”, abbażi tal-ewwel offerta u għad-deliberazione nru 33/6, ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet tal-linji ta’ gwida fejn jidħlu għajnuniet bi skop reġjonali mill-Istat tal-1998. Jirriżulta li l-miżura hija mogħtija illegalment u hija inkompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE, u l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE.

(76)

Skont prassi stabbilita, il-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 87 tat-Trattat tal-KE, qed timponi fuq il-benefiċjarju l-irkupru tal-għajnuniet illegalment mogħtija u li huma inkumpatibbli skont l-Artikolu 88 tat-Trattat tal-KE. Din il-prassi ġiet ikkonfermata mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/99 tal-Kunsill.

(77)

L-Italja hija għalhekk obbligata li tadotta dawk id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tirkupra l-għajnuniet lill-benefiċjarji. Għal dan l-iskop, fi żmien erba’ xhur min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, l-Italja għandha titlob l-irkupru tal-għajnuna lill-benefiċjarji.

(78)

Skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 659/99, l-għajnuna li trid tiġi rkuprata skont deċiżjoni ta’ rkupru għandha tinkludi l-imgħax f’livell xieraq li għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni. L-imgħax għandu jitħallas mid-data meta l-għajnuna illegali kienet għand il-benefiċjarju sad-data meta tinġabar lura.

(79)

L-imgħaxijiet huma kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet fil-Kapitlu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (18). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni qed titlob lill-Italja biex fi żmien erba’ xhur timponi lill-benefiċjarji potenzjali tal-iskema il-ħlas lura tal-għajnuniet, flimkien mal-imgħaxijiet, kif imfisser hawn taħt.

(80)

Il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Italja li tagħti l-informazzjoni mitluba billi tuża l-kwestjonarju li jinsab fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, u timla l-lista ta’ benefiċjarji interessati u li tispeċifika b’mod ċar il-miżuri maħsuba u dawk diġà meħuda biex ikun hemm rkupru immedjat u effettiv tal-Għajnuniet mill-Istati illegali. Il-Kummissjoni tistieden lill-Italja tippreżenta, fi żmien xahrejn wara d-Deċiżjoni, id-dokumenti kollha li jservu ta’ prova tal-bidu tal-proċediment tal-irkupru fil-konfront tal-benefiċjarji mill-għajnuniet illegali (bħal ma huma ċirkolarijiet, ordnijiet ta’ rkupru, eċċ),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuniet mill-Istat mogħtija skont il-liġi reġjonali nru 9 tal-1998, imwettqa b’mod illegali mill-Italja bid-deliberazione nru 33/6 u l-ewwel offerta, huma inkompatibbli mas-suq komuni, sakemm il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jkunx ippreżenta talba għal-għajnuna abbażi ta’ din l-iskema qabel it-twettiq tax-xogħlijiet fuq proġett ta’ investiment inizjali.

Artikolu 2

1.   Ir-Repubblika Taljana għandha tirkupra mingħand il-benefiċjarji l-għajnuniet inkumpatibbli mogħtija skont l-iskema mfissra fl-Artikolu 1.

2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha s-somom imsemmija kienu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju, sad-data tal-irkupru tagħhom.

3.   L-imgħaxijiet għandhom ikunu kkalkolati skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 271/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004.

4.   Ir-Repubblika Taljana għandha tannulla l-ħlasijiet kollha relatati mal-għajnuna skont l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 b’effett mid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru tal-għajnuna mogħtija fil-kuntest tal-iskema msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Ir-Repubblika Taljana għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, ir-Repubblika Taljana għandha tippreżenta l-informazzjoni segwenti:

(a)

il-lista ta’ benefiċjarji li rċivew l-għajnuna taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 u l-ammont totali ta’ għajnuna li tkun waslet għand kull wieħed minnhom taħt l-iskema. L-informazzjoni mitluba għandha tintbagħat fil-kwestjonarju mehmuż fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

(b)

l-ammont totali (prinċipal u imgħaxijiet) li għandhom jiġu rkuprati mingħand kull benefiċjarju;

(ċ)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri li diġà ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni;

(d)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarji ġew ordnati jħallsu lura l-għajnuna.

2.   Ir-Repubblika Taljana għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li jkunu ttieħdu biex tkun implimentata din id-Deċiżjoni sakemm l-għajnuna mogħtija taħt l-iskema msemmija fl-Artikolu 1 tkun irkuprata kollha. Hija għandha tibgħat minnufih, fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, l-informazzjoni dwar il-miżuri li diġà jkunu ttieħdu u dawk ippjanati biex is-sitwazzjoni ssir konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Ir-Repubblika Taljana għandha, barra minn dan, tagħti informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ għajnuna u l-imgħaxijiet li diġà jkunu rkuprati mingħand il-benefiċjarji.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmula fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjonii

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 79, 30.3.2004, p. 4 u ĠU C 32, 14.2.2007, p. 2.

(2)  ĠU C 79, 30.3.2004, p. 4.

(3)  ĠU C 32, 14.2.2007, p. 2.

(4)  Ittra tal-Kummissjoni tat-12.11.1998, SG (98) D/9547.

(5)  Decreto tal-assessur tat-turiżmu, artiġjanat u kummerċ tad-29.4.1999, nru 285 “Twettiq tad-Deliberazzjoni tal-Ġunta Reġjonali nru 58/60 tat-22.12.1998, kif emendata bid-Deliberazzjoni nru 16/20 tas-16.3.1999 li tapprova d-direttiva ta’ twettiq prevista mill-Art. 2 tal-Liġi Reġjonali. 11 ta’ Marzu 1998, nru 9 dwar: inċentivi għar-rikwalifikazzjoni tal-istrutturi tal-lukandi kif ukoll regolamenti li jemendaw il-L.R. 14.9.1993 n. 40”. B.U.R.A.S. nru 14 tat-8.5.1999.

(6)  GU C 175, 24.6.2000, p. 11.

(7)  Anness għad-deliberazione nru 33/4 tas-27.7.2000“ Direttiva ta’ twettiq tal-L.R. 11 ta’ Marzu 1998, n. 9” – Art. 6 Spejjeż eliġibbli: “[…] Huma eliġibbli l-ispejjeż hawn fuq indikati sakemm dawn ikunu saru wara t-talba għall-għajnuna prevista”.

(8)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(9)  B’ittra bid-data tal-25.4.2001 Nru 5368 (reġistrata bin-numru A/33473). Ara l-punt 17.

(10)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE [issa l-Artikolu 88], ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(11)  Ittra lill-Istati Membri tat-2.8.2000, SG(2000) D/105754.

(12)  ĠU C 32, 14.2.2007, p. 2.

(13)  Bollettino Ufficiale della Regione Sardegna (Suppliment Speċjali nru 3 tal-Bollettino Ufficiale nru 14 tat-8 ta’ Mejju 1999).

(14)  Pereżempju, rigward il-Grand Hotel Abi d’Oru, il-Kummissjoni stabbiliet, permezz ta’ riċerka fuq l-Internet, li hija lukanda ta’ erba’ stilel b’177 kamra u bi klijentela sew Taljana kif ukoll internazzjonali.

(15)  “L-Istati Membri għandhom jieħdu kwalunkwe miżura xierqa, ġenerali jew partikolari, sabiex jiżguraw li l-obbligi li joħorġu minn dan it-Trattat jew li jirriżultaw mill-atti ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità jiġu mwettqa. Huma jgħinu lil din tal-aħħar fit-twettiq tal-inkarigi tagħha. Huma ma jieħdu l-ebda miżura li tista’ twassal biex jittellef it-twettiq tal-għanijiet ta’ dan it-Trattat”.

(16)  Kawża 730/79 Phillip Morris Holland BV/Il-Kummissjoni, ġabra 1980, p. 2671, paragrafu 17 tas-sentenza: “… ikollha r-riżultat li tippermetti lill-Istati Membri li jagħtu għotjiet ta’ flus li jtejbu s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża mingħajr ma jkunu neċessarji għat-twettiq tal-miri previsti fl-Art. 92(3)”.

(17)  Kawżi magħquda T-132/96 u T-143/96, Freistaat Sachsen u oħrajn/Il-Kummissjoni, Ġabra 1999, p. II-3663, punt 300.

(18)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


ANNESS

Informazzjoni dwar it-twettiq tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 1/2004

1.   In-numru totali tal-benefiċjarji u l-ammont totali tal-għajnuna li għandha tkun irkuprata

1.1.

Speċifika kif se jkun ikkalkulat l-ammont ta’ għajnuna li għandha tkun irkuprata mingħand kull benefiċjarju:

il-kapital;

l-imgħax.

1.2.

Niżżel l-ammont totali li għandu jkun irkuprat mill-għajnuna mogħtija illegalment fil-qafas ta’ din l-iskema (ekwivalenti tas-sussidju gross skond il-prezzijiet ta’ …)

1.3.

Niżżel in-numru totali tal-benefiċjarji li mingħandhom għandha tkun irkuprata l-għajnuna mogħtija illegalment fil-qafas ta’ din l-iskema.

2.   Provvedimenti maħsuba jew diġa’ addottati biex tkun irkuprata l-għajnuna

2.1.

Speċifika l-provvedimenti previsti u dawk diġa’ addottati biex l-għajnuna tkun irkuprata immedjatament u effettivament. Niżżel ukoll, fejn applikabbli, il-bażi legali tal-provvedimenti addottati jew previsti:

2.2.

Niżżel id-data li fiha għandu jitlesta dan l-irkupru:

3.   Informazzjoni dwar kull benefiċjarju

Fit-tabella hawn taħt, ikteb id-dettalji ta’ kull benefiċjarju li mingħandu għandha tkun irkuprata l-għajnuna mogħtija illegalment fil-qafas ta’ din l-iskema.

Identità tal-benefiċjarju

L-ammont totali tal-għajnuna riċevuta taħt l-iskema (1)

L-ammont totali tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata (1)

(kapital)

L-ammont totali irkuprat (1)

Prinċipal

Imgħaxijiet

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  

(°)

F'Miljuni tal-munita nazzjonali.


13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Novembru 2008

dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6349)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/855/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 42 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 li tikkonċerna l-kontrolli veterinarji fil-kummerċ fi ħdan il-Komunità bil-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2) u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KEE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (3), tintroduċi kontrolli minimi Komunitarji għall-kontroll ta’ dik il-marda. Tistipula l-miżuri li jridu jittieħdu f’każ ta’ tifqigħa tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Dawn il-miżuri jinkludu pjanijiet mill-Istati Membri għall-qrid tad-deni klassiku fil-ħnieżer minn popolazzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi u t-tilqim ta’ emerġenza tal-ħnieżer selvaġġi f’ċerti kundizzjonijiet.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (4) ġiet adottata b’reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’dawn l-Istati Membri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’żoni ta’ dawk l-Istati Membri fejn din il-marda hija preżenti fil-ħnieżer selvaġġi sabiex il-marda ma tinxteredx lejn żoni oħra tal-Komunità.

(3)

Dawn l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu l-miżuri xierqa biex iwaqqfu t-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Għalhekk, bagħtu lill-Kummissjoni pjanijiet ta’ qrid u pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda li jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tinqered il-marda fiż-żoni li fil-pjanijiet tagħhom ġew iddefiniti bħala infettati u li jistipulaw il-miżuri meħtieġa li jridu jiġu applikati fuq l-istabbilimenti tal-ħnieżer f’dawk iż-żoni.

(4)

Fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer hemm qagħdiet epidemjoloġiċi differenti rreġistrati fl-Istati Membri jew f’żoni tagħhom. Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jixraq għalhekk li jkun hemm tliet listi distinti ta’ żoni, skont il-qagħda epidemjoloġika ta’ kull waħda minnhom.

(5)

B’regola ġenerali, billi ċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin minn żoni infettati għandu riskji ogħla miċ-ċaqliq tal-laħam, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, iċ-ċaqliq ta’ ħnieżer ħajjin mill-Istati Membri kkonċernati għandu jiġi pprojbit.

(6)

Is-semen, l-ova u l-embrijuni li joriġinaw minn annimali infettati jistgħu jikkontribwixxu għat-tifrix tal-vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer. Sabiex id-deni klassiku tal-ħnieżer ma jinfirixx lejn żoni oħra tal-Komunità, jixraq li l-bgħit tas-semen, l-ova u l-embrijuni minn żoni fil-lista tal-anness ta’ din id-deċiżjoni, jiġi pprojbit.

(7)

Jixraq li lista waħda tistipula l-Istati Membri u ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika tad-deni klassiku tal-ħnieżer hija l-aħjar u, għalhekk, b’deroga mill-projbizzjoni ġenerali, il-ħnieżer ħajjin ikunu jistgħu jintbagħtu lejn żoni ristretti oħra, soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja. Barra minn hekk, il-laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawn iż-żoni u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jkunu jikkonsistu minn, jew ikun fihom, laħam ta’ dawk il-ħnieżer, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra.

(8)

Ċerti żoni milquta mid-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi, jinqasmu skont il-fruntieri nazzjonali u huma magħmula minn territorji ġirien ta’ żewġ Stati Membri. Il-miżuri ta’ kontroll tal-marda li jikkonċernaw restrizzjonijiet fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin f’żoni ġirien milquta li jinsabu f’żewġ Stati Membri differenti, għandhom jiġu stipulati wkoll.

(9)

Meta wieħed iqis il-qagħda epidemjoloġika f’ċerti żoni tal-Ungerija u s-Slovakkja, jixraq li jiġu inklużi f’dik l-ewwel lista taż-żoni.

(10)

It-tieni lista għandha tistipula ż-żoni fejn il-qagħda epidemjoloġika fil-popolazzjoni tal-ħnieżer selvaġġi jew fl-stabbilimenti tal-ħnieżer tkun inqas favorevoli minħabba tifqigħat sporadiċi. Minn dawn iż-żoni, laħam tal-majjal frisk minn stabbilimenti li mhux meqjusa ta’ periklu, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn, jew li fihom, laħam ta’ dawn il-ħnieżer, iżda mhux il-ħnieżer ħajjin, jistgħu jintbagħtu lil Stati Membri oħra soġġetti għal ċerti miżuri ta’ salvagwardja li għandhom jiġu stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(11)

It-tielet lista għandha tinkludi ż-żoni li minnhom la ħnieżer ħajjin u lanqas laħam tal-majjal frisk u prodotti tal-laħam ma jistgħu, ġeneralment, jintbagħtu lejn Stati Membri oħra. Madankollu, jixraq li l-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal, jew li fihom dan il-laħam, jistgħu jintbagħtu lejn Stati Membri oħra jekk jiġu pproċessati b’tali mod li kull vajrus tad-deni klassiku tal-ħnieżer jinqered.

(12)

Barra minn hekk, sabiex jieqaf it-tixrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra fil-Komunità, jixraq li jsiru dispożizzjonijiet biex il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, minn Stati Membri b’żoni inklużi fit-tielet lista, ikun soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, dan il-laħam tal-majjal, u prodotti u preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal, għandhom ikollhom marki speċjali biex ma jitħalltux mal-marki tas-saħħa għal-laħam tal-majjal tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (5) u l-marka ta’ identifikazzjoni stipulata fir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (6).

(13)

Biex ma jkunx hemm tifrix tad-deni klassiku tal-ħnieżer lejn żoni oħra tal-Komunità, fejn Stat Membru jkun is-suġġett ta’ projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fiħom dan il-laħam, minn ċerti partijiet tat-territorju tiegħu, għandhom ikunu stabbiliti ċerti rekwiżiti, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċertifikazzjoni, għall-bgħit ta’ dan il-laħam, dawn il-preparazzjonijiet u dawn il-prodotti minn żoni oħra tat-territorju ta’ dan l-Istat Membru li mhux suġġetti għal din il-projbizzjoni.

(14)

Id-Deċiżjoni 2006/805/KE ġiet emendata bosta drabi. Għaldaqstant, jixraq li din id-Deċiżjoni tiġi revokata u sostitwita mid-Deċiżjoni preżenti.

(15)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer fl-Istati Membri jew reġjuni tagħhom kif stipulati fl-Anness (“l-Istati Membri kkonċernati”).

Id-Deċiżjoni għandha tapplika bla ħsara għall-pjanijiet ta’ eradikazzjoni tad-deni klassiku tal-ħnieżer u l-pjanijiet ta’ tilqim ta’ emerġenza kontra dik il-marda, approvati mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness lil Stati Membri oħra

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ebda ħnieżer ħajjin ma jintbagħtu mit-territorji tagħhom lejn Stati Membri oħra sakemm il-ħnieżer ma jkunux ġejjin minn:

(a)

żoni barra dawk elenkati fl-Anness; kif ukoll

(b)

stabbiliment fejn ma ddaħħlux ħnieżer ħajjin miż-żoni elenkati fl-Anness matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit.

Artikolu 3

Derogi li jikkonċernaw il-bgħit tal-ħnieżer ħajjin minn Stat Membru għall-ieħor minn żoni elenkati fil-Parti 1 tal-Anness

1.   B’deroga mill-Artikolu 2, il-bgħit ta’ ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lejn stabbilimenti jew biċċeriji li jinsabu f’żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness u li jkunu ta’ Stat Membru ieħor, jista’ jiġi awtorizzat mill-Istat Membru tal-bgħit, sakemm dawn il-ħnieżer ikunu ġejjin minn stabbiliment fejn:

(a)

ma ddaħħlu ebda ħnieżer ħajjin matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit;

(b)

twettaq eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-Parti A u fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE EC (7); u

(c)

saru testijiet tar-reazzjoni katina tal-polimerażi għad-deni klassiku tal-ħnieżer skont il-Parti C tal-Kapitolu VI tal-Anness għad-Deċiżjoni 2002/106/KE li taw riżultati negattivi, fuq kampjuni miġbura mill-kunsinja ta’ ħnieżer li jkunu se jintbagħtu, matul il-perjodu ta’ sebat ijiem eżatt qabel id-data tal-bgħit; in-numru minimu ta’ ħnieżer li minnhom jittieħed il-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti li tinstab prevalenza ta’ 5 % b’livell ta’ kunfidenza ta’ 95 % fil-kunsinja ta’ ħnieżer li tkun se tintbagħat.

Madankollu, il-punt (c) m’għandux japplika:

(i)

għal ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih,

(ii)

għal ħnieżer li jintbagħtu lejn żona fil-viċinat ta’ Stat Membru elenkat fil-Parti I tal-Anness,

(iii)

meta l-Istat Membru destinatarju jagħti l-approvazzjoni tiegħu minn qabel.

2.   Fil-mument tal-bgħit tal-ħnieżer imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikat tas-sanità msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 9 jinkludi tagħrif addizzjonali dwar id-dati tal-eżami kliniku, u, jekk ikun il-każ, in-numru ta’ annimali fil-kampjun u r-riżultati tat-test tar-reazzjoni katina tal-polimerażi skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Ċaqliq u tranżitu ta’ ħnieżer ħajjin fl-Istati Membri kkonċernati

1.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li ma jintbagħtux ħnieżer ħajjin minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness lejn żoni oħra fit-territorju tal-Istat Membru, ħlief:

(a)

ħnieżer li jintbagħtu direttament lejn il-biċċeriji biex jinqatlu minnufih;

(b)

minn stabbilimenti fejn:

(i)

saru eżami kliniku u testijiet tar-reazzjoni katina tal-polimerażi għad-deni klassiku tal-ħnieżer b’riżultati negattivi, skont l-Artikolu 3(1)(b) u (c); jew

(ii)

sar eżami kliniku b’riżultati negattivi u bil-kundizzjoni li l-awtorità veterinarja kompetenti tal-post tad-destinazzjoni tagħti l-approvazzjoni tagħha bil-quddiem.

2.   L-Istati Membri kkonċernati mill-bgħit tal-ħnieżer minn żoni elenkati fil-Parti I tal-Anness lil żoni oħra elenkati f’dik il-Parti tal-Anness għandhom jiżguraw li t-trasport tal-ħnieżer iseħħ biss permezz ta’ toroq ewlenin jew bil-ferrovijia, mingħajr waqfien tal-vettura li tkun qed iġġorr il-ħnieżer, u bla ħsara għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 (8).

Artikolu 5

Projbizzjoni fuq il-bgħit ta’ kunsinji ta’ semen tal-ħnieżer u ova u embrijuni tal-ħnieżer miż-żoni elenkati fl-Anness

L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li ebda kunsinja ta’ dawn li ġejjin ma tintbagħat mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri oħra:

(a)

is-semen tal-porċini, sakemm is-semen ma jkunx joriġina minn ħnieżer tar-refgħa miżmuma f’ċentru tal-ġbir approvat kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE (9) u li jkun jinsab barra ż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

l-ova u l-embrijuni tal-ħnieżer, sakemm l-ova u l-embrijuni ma jkunux joriġinaw minn ħnieżer miżmuma fi stabbilimenti li jkunu jinsabu barra ż-żoni elenkati fl-Anness.

Artikolu 6

Il-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness

1.   L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti II tal-Anness għandhom jiżguraw li l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu f’dawk iż-żoni, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam ta’ dawn il-ħnieżer jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu lejn l-Istati Membri l-oħra biss jekk:

(a)

ma jkunx hemm evidenza tad-deni klassiku tal-ħnieżer fit-tnax-il xahar ta’ qabel fl-istabbiliment ikkonċernat u l-istabbiliment ikun jinsab barra minn żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza;

(b)

il-ħnieżer kienu residenti għal mill-inqas 90 jum fl-istabbiliment u ebda ħanżir ħaj ma ddaħħal fl-istabbiliment matul il-perjodu ta’ 30 jum immedjatament qabel id-data tal-bgħit lejn il-biċċerija;

(c)

l-istabbiliment ġie soġġett għallinqas darbtejn fis-sena għal spezzjonijiet mill-awtorità veterinarja kompetenti, li għandha:

(i)

issegwi l-linji ta’ gwida stipulati fil-Kapitolu III tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE,

(ii)

tinkludi l-eżami kliniku skont il-proċeduri ta’ kontroll u teħid kampjuni stipulati fil-Parti A tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/106/KE,

(iii)

tiċċekkja li d-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati effettivament;

(d)

qabel ma tingħata l-awtorizzazzjoni għall-bgħit tal-ħnieżer lejn biċċerija, għandu jsir eżami kliniku għad-deni klassiku tal-ħnieżer minn uffiċjal veterinarju skont il-proċeduri ta’ kontroll u ta’ teħid ta’ kampjuni stabbiliti fil-punti 1, 2 u 3 tal-Parti D tal-Kapitolu IV tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/106/KE.

2.   Madankollu, fil-każ li stabbiliment ikun jikkonsisti minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati fejn l-istruttura, id-daqs u d-distanza bejn dawn l-unitajiet tal-produzzjoni u l-attivitajiet imwettqa jkunu tali li l-unitajiet tal-produzzjoni jipprovdu faċilatijiet kompletament separati għaż-żamma u t-tmigħ, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tiddeċiedi li tawtorizza biss il-bgħit tal-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam, minn ċerti unitajiet tal-produzzjoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(1).

Artikolu 7

Projbizzjoni tal-bgħit tal-laħam tal-majjal frisk u ta’ ċerti preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness

1.   L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw l-kunsinji ta’ laħam frisk tal-majjal minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dawn il-laħam jew li fihom dan il-laħam, jintbagħtu biss lejn l-Istati Membri l-oħra jekk:

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness jistgħu jawtorizzaw il-bgħit ta’ laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1, u prodotti tal-laħam u preparazzjonijiet tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam, lejn l-Istati Membri oħra jekk il-prodotti:

(a)

ikunu saru u ġew ipproċessati b’konformità mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE (10);

(b)

ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/99/KE; u

(c)

ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju kif stipulat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 599/2004 (11) li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej:

“Prodott f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (*).

(*)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”"

Artikolu 8

Marki sanitarji speċjali u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni għal laħam frisk, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1)

L-Istati Membri kkonċernati miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness għandhom jiżguraw li l-laħam frisk u l-preparazzjonijiet tal-laħam u l-prodotti tal-laħam soġġetti għall-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) ikunu mmarkati b’marka sanitarja speċjali li ma tistax tkun ovali u ma tistax tkun tixbaħ:

lill-marka ta’ identifikazzjoni għal preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, stipulata fit-Taqsima I tal-Anness II, tar-Regolament (KE) Nru 853/2004; u

lill-marka sanitarja għal-laħam frisk tal-majjal imsemmija fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004;

Artikolu 9

Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni tas-sanità għall-Istati Membri kkonċernati

L-Istat Membru għandu jiżgura li ċ-ċertifikat tas-sanità stipulat:

(a)

fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (12) li jintbagħat flimkien mal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:

“Annimali f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (**).

(**)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”"

(b)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE li jintbagħat flimkien mas-semen tal-ħnieżer tar-refgħa mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:

“Semen f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (***).

(***)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”"

(c)

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/483/KE (13) li jintbagħat flimkien mal-embrijuni u l-ova tal-ħnieżer mit-territorju tiegħu, għandu jkun komplut b’dan li ġej:

“Embrijuni/ov (****) f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (*****).

(****)  Ħassar skont il-każ."

(*****)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”"

Artikolu 10

Rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni li jikkonċernaw Stati Membri li għandhom żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness

L-Istati Membri kkonċernati minn żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżguraw li l-laħam frisk tal-majjal, minn stabbilimenti li jinsabu barra miż-żoni elenkati fil-Parti III tal-Anness, u preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu minn dan il-laħam jew li fihom dan il-laħam, li għalihom ma tapplikax il-projbizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) u li jintbagħtu lejn Stati Membri oħra:

(a)

ikollhom ċertifikazzjoni veterinarja skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/99/KE; u

(b)

jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat xieraq tas-sanità għall-kummerċ intra-Komunitarju stipulat mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 599/2004 li l-Parti II tiegħu għandha tkun kompluta b’dan li ġej:

“Laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam li jikkonsistu f’laħam tal-majjal jew li fihom dan il-laħam, skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/855/KE tat-3 ta’ Novembru 2008 rigward miżuri ta’ kontroll tas-saħħa tal-annimali fir-rigward tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (******).

(******)  ĠU L 302, 13.11.2008, p. 19.”"

Artikolu 11

Rekwiżiti li jikkonċernaw stabbilimenti u vetturi tat-trasport fiż-żoni elenkati fl-Anness

L-Istati Membru kkonċernati għandhom jiżguraw:

(a)

li d-dispożizzjonijiet stipulati fit-tieni inċiż u mir-raba’ sas-seba’ inċiż tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2001/89/KE jiġu applikati fl-istabbilimenti tal-ħnieżer li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

li l-vetturi li ntużaw għat-trasport tal-ħnieżer minn stabbilimenti li jinsabu fiż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati minnufih wara kull vjaġġ u li t-trasportatur jipprovdi prova ta’ din id-diżinfezzjoni.

Artikolu 12

Rekwiżiti ta’ tagħrif tal-Istati Membri kkonċernati

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u l-Istati Membri, fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, dwar ir-riżultati tas-sorveljanza għad-deni klassiku tal-ħnieżer imwettqa fiż-żoni elenkati fl-Anness, kif stipulat fil-pjanijiet għall-qrid tad-deni klassiku tal-ħnieżer jew fil-pjanijiet tat-tilqim ta’ emerġenza kontra din il-marda approvati mill-Kummissjoni u msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 1.

Artikolu 13

Konformità

L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ sabiex iġibuhom f’konformità ma’ din id-Deċiżjoni u għandhom jagħmlu reklamar xieraq immedjat dwar il-miżuri adottati. Dawn għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 14

Revoka

Id-Deċiżjoni 2006/805/KE hija revokata.

Artikolu 15

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 16

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(4)  ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67.

(5)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.

(6)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(7)  ĠU L 39, 9.2.2002, p. 71

(8)  ĠU L 3, 5.1.2005, p. 1

(9)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(10)  ĠU L 18, 23.1.2003, p.11.

(11)  ĠU L 94, 31.3.2004, p. 44.

(12)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(13)  ĠU L 275, 18.11.1995, p. 30.


ANNESS

PARTI I

1.   Il-Ġermanja

A.   Rhineland-Palatinate

(a)

fil-Kreis Ahrweiler: il-muniċipalitajiet ta’ Adenau u Altenahr;

(b)

fil-Landkreis Vulkaneifel: il-muniċipalitajiet ta’ Obere Kyll u Hillesheim, fil-muniċipalità ta’ Daun il-lokalitajiet ta’ Betteldorf, Dockweiler, Dreis-Brück, Hinterweiler u Kirchweiler, fil-muniċipalità ta’ Kelberg il-lokalitajiet ta’ Beinhausen, Bereborn, Bodenbach, Bongard, Borler, Boxberg, Brücktal, Drees, Gelenberg, Kelberg, Kirsbach, Mannebach, Neichen, Nitz, Reimerath u Welcherath, fil-muniċipalità ta’ Gerolstein il-lokalitajiet ta’ Berlingen, Duppach, Hohenfels-Essingen, Kalenborn-Scheuern, Neroth, Pelm u Rockeskyll u l-Belt ta’ Gerolstein;

(ċ)

fl-Eifelkreis Bitburg-Prüm: fil-muniċipalità ta’ Prüm il-lokalitajiet ta’ Büdesheim, Kleinlangenfeld, Neuendorf, Olzheim, Roth bei Prüm, Schwirzheim u Weinsheim.

B.   Rhine-Westfalia tat-Tramuntana

(a)

fil-Kreis Euskirchen: il-bliet ta’ Bad Münstereifel, Mechernich, Schleiden, fil-belt ta’ Euskirchen il-lokalitajiet ta’ Billig, Euenheim, Euskirchen (ċentru), Flamersheim, Kirchheim, Kuchenheim, Kreuzweingarten, Niederkastenholz, Palmersheim, Rheder, Roitzheim, Schweinheim, Stotzheim, Wißkirchen, u l-muniċipalitajiet ta’ Blankenheim, Dahlem, Hellenthal, Kall u Nettersheim;

(b)

fir-Rhein-Sieg-Kreis: fil-belt ta’ Meckenheim il-lokalitajiet ta’ Ersdorf u Altendorf, fil-belt ta’ Rheinbach il-lokalitajiet ta’ Oberdrees, Niederdrees, Wormersdorf, Todenfeld, Hilberath, Merzbach, Irlenbusch, Queckenberg, Kleinschlehbach, Großschlehbach, Loch, Berscheidt, Eichen u Kurtenberg, fil-muniċipalità ta’ Swisttal il-lokalitajiet ta’ Miel u Odendorf.

2.   Franza

It-territorju tad-Dipartimenti tal-Bas-Rhin u l-Moselle li jinsab fil-punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-tramuntana tal-awtostrada A 4, fil-lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja u l-muniċipalitajiet ta’ Holtzheim, Lingolsheim u Eckbolsheim.

3.   L-Ungerija

It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-tramuntana u fil-lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana tal-awtostrada E71, it-territorju tal-kontea ta’ Heves li jinsab fil-lvant tal-fruntiera tal-kontea ta’ Nógrád, fin-nofsinhar u l-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén u fit-tramuntana tal-awtostrada E71, u t-territorju tal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén li tinsab fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-lvant tal-fruntiera mal-kontea ta’ Heves, fit-tramuntana u l-punent tal-awtostrada E71, fin-nofsinhar tat-triq prinċipali Nru 37 (il-parti bejn l-awtostrada E71 u t-triq prinċipali Nru 26) u fil-punent tat-triq prinċipali Nru 26.

4.   Is-Slovakkja

It-territorju tal-Amministrazzjonijiet Veterinarji u Alimentari Distrettwali (DVFA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distrett Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi d-distrett ta’ Komárno), Nové Zámky (li jinkludi d-disrett ta’ Nové Zámky), Levice (li jinkludi d-distrett ta’ Levice) u Rimavská Sobota (li jinkludi d-distrett ta’ Rimavská Sobota).

PARTI II

Il-Bulgarija

It-territorju kollu tal-Bulgarija.

PARTI III


13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2002/613/KE dwar iċ-ċentri approvati għall-ġbir tas-semen tal-porċini fil-Kanada u fl-Istati Uniti

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6473)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/856/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/429/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-bhejjem applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju u għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ bhejjem domestiċi tal-ispeċi tal-porċini (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-porċini (2) tistabilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tas-semen ta’ annimali domestiċi tal-ispeċi tal-porċini u lista ta’ ċentri għall-ġbir tas-semen f’dawk il-pajjiżi terzi approvati għall-esportazzjoni ta’ dan is-semen fil-Komunità.

(2)

Il-Kanada u l-Istati Uniti kienu talbu li jsiru ċerti emendi għal-lista ta’ ċentri tal-ġbir ta’ semen approvati mid-Deċiżjoni 2002/613/KE f’dak li jirrigwardja d-dħul għal dawn il-pajjiżi.

(3)

Id-Deċiżjoni 2002/613/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti għal din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness V tad-Deċiżjoni 2002/613/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 62.

(2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45.


ANNESS

L-Anness V għad-Deċiżjoni Nru 2002/613/KE jiġi emendat kif ġej:

1)

id-daħliet li ġejjin li jikkonċernaw lill-Kanada huma mneħħija:

CA

4-AI-05

Centre d’insémination génétiporc

77 rang des Bois-Francs sud

Sainte-Christine-de-Port-neuf,

Québec

CA

4-AI-05

CIA des Castors

317 Rang Ile aux Castors

Ile Dupas

Québec

J0K 2P0

CA

5-AI-05

Ontario Swine Improvement Inc

P.O. Box 400

Innerkip, Ontario

CA

6-AI-05

Costwold Western Kanada Ltd

17 Speers Road

Winnipeg, Manitoba

Location SW 27-18-2 EPM

2)

id-daħliet li ġejjin li jikkonċernaw lill-Istati Uniti huma mneħħija:

US

94OK001

Pig Improvement Company – Oklahoma Boar Stud

Rt. 1, 121 N Main St.

Hennessey, OK

US

95IL001

United Swine Genetics

RR # 2

Roanoke, IL

US

96AI002

International Boar Semen

30355 260th St.

Eldora IA 50627

US

96AI002

Pig Improvement Company – Wisconsin Aid Stud

Route # 2

Spring Green, WI


13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2004/4/KE li tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri ta’ emergenza kontra t-tixrid tal-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith fir-rigward tal-Eġittu

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6583)

(2008/857/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità, ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew il-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom fil-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/4/KE (2), it-tuberi tal-Solanum tuberosum L., li joriġinaw fl-Eġittu, bħala prinċipju ma għandhomx jiġu introdotti fil-Komunità. Madankollu, fis-snin li għaddew inkluż l-istaġun tal-importazzjoni 2007/2008 d-dħul fil-Komunità ta’ tuberi bħal dawn kien permess minn dawk “iż-żoni li huma ħielsa minn organiżmi qerrieda” u kien soġġett għal kundizzjonijiet speċifiċi.

(2)

Matul l-istaġun tal-importazzjoni 2007/2008. ma ġiet irreġistrata l-ebda interċettazzjoni ta’ Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith.

(3)

Fid-dawl tat-talba u l-informazzjoni teknika mogħtija mill-Eġittu, il-Kummissjoni stabbiliet li m’hemm l-ebda riskju li jinfirex il-Pseudomonas solanacearum (Smith) Smith bid-dħul tat-tuberi tas-Solanum tuberosum L. fil-Komunità minn “żoni li huma ‘ħielsa minn organiżmi taħ ħsara” fl-Eġittu, sakemm jiġu sodisfatti ċerti kundizzjonijiet.

(4)

Id-dħul fil-Komunità tat-tuberi ta’ Solanum tuberosum L., li joriġinaw f’ “żoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara” fl-Eġittu, għandu għalhekk jiġi permess għall-istaġun tal-importazzjoni tal-2008/2009.

(5)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2004/4/KE għandha tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/4/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1, id-data “2007/2008” tinbidel bid-data “2008/2009”.

(2)

Fl-Artikolu 4, id-data “31 ta’ Awwissu 2008” tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2009”.

(3)

Fl-Artikolu 7, id-data “30 ta’ Settembru 2008” tinbidel bid-data “30 ta’ Settembru 2009”.

(4)

l-Anness huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 1(b)(iii), id-data “2007/2008” tinbidel bi “2008/2009”;

(b)

fit-tieni inċiż tal-punt 1(b)(iii), id-data “1 ta’ Jannar 2008” tinbidel bid-data “1 ta’ Jannar 2009”;

(ċ)

fil-punt 1(b)(xii), id-data “1 ta’ Jannar 2008” tinbidel bid-data “1 ta’ Jannar 2009”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 2, 6.1.2004, p. 50.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/29


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/858/PESK

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

b’appoġġ għall-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC), fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva, (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istrateġija tal-UE”), li fil-Kapitolu III tagħha fiha lista ta’ miżuri biex tiġi miġġielda t-tali proliferazzjoni.

(2)

L-Unjoni Ewropea (UE) qiegħda timplimenta attivament l-Istrateġija tal-UE u qed tagħti effett lill-miżuri elenkati fil-Kapitolu III tagħha, b’mod partikolari dawk relatati mar-rinfurzar, l-implimentazzjoni u l-universalizzazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u Tossiċi u dwar il-Qerda Tagħhom (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “il-BTWC”).

(3)

F’dan ir-rigward, l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/184/PESK tas-27 ta’ Frar 2006 b’appoġġ għall-BTWC, fil-qafas tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta’ Distruzzjoni Massiva (1), kisbet riżultati sostanzjali f’termini ta’ universalità u implimentazzjoni nazzjonali, minħabba li seba’ Stati oħra sussegwentement saru Stati Parti fil-BTWC u żewġ Stati bbenefikaw mill-assistenza legali pprovduta mill-esperti tal-UE.

(4)

Bl-istess mod, il-prijoritajiet u l-miżuri mniżżlin fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2006/242/PESK tal-20 ta’ Marzu 2006 rigward il-Konferenza ta’ Reviżjoni tal-2006 tal-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi u Tossiċi (BTWC) (2), b’mod partikolari l-appoġġ għall-Proċess Inter-Sessjonali, l-implimentazzjoni nazzjonali, il-Miżuri għat-Trawwim ta’ Fiduċja (CBMs – Confidence-Building Measures) u l-universalità jibqgħu jiggwidaw l-azzjonijiet tal-UE, inklużi l-proġetti ta’ assistenza u għajnuna. Dawk l-aspetti ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni li kisbu kunsens fost l-Istati Parti fil-BTWC (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Istati Parti”) u li huma riflessi fid-Dokument Finali tas-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni tal-BTWC (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “is-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni”), huma ta’ rilevanza partikolari għall-inizjattivi tal-UE b’appoġġ għall-BTWC.

(5)

L-UE għandha wkoll tgħin lill-Istati Parti biex jibbenefikaw mill-ħila esperta li kisbu l-Istati Membri fir-rigward tal-proċess tat-trawwim ta’ fiduċja u trasparenza fil-qafas tal-BTWC, b’mod partikolari permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-armi bijoloġiċi u tossiċi adottat mill-Kunsill fl-20 ta’ Marzu 2006, li jipprevedi preżentazzjoni regolari ta’ dikjarazzjonijiet ta’ CBM mill-Istati Membri u aġġornament tal-listi tal-esperti u l-laboratorji nominati disponibbli biex jassistu fil-Mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Investigazzjoni tal-Użu Allegat ta’ Armi Kimiċi u Bijoloġiċi,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li tingħata implimentazzjoni immedjata u prattika lil ċerti elementi tal-Istrateġija tal-UE, u biex jiġi kkonsolidat il-progress li sar fl-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC permezz tal-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK, l-UE ser tkompli tappoġġa l-BTWC, bl-objettivi ġenerali li ġejjin:

Il-promozzjoni tal-universalizzazzjoni tal-BTWC;

Il-forniment ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-BTWC mill-Istati Parti;

Il-promozzjoni tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM mill-Istati Parti;

Il-forniment ta’ appoġġ għall-Proċess Inter-Sessjonali tal-BTWC.

2.   Il-proġetti li jridu jiġu appoġġati mill-UE għandhom ikollhom l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

Jipprovdu lill-Istati li għadhom mhumiex parti fil-BTWC bil-mezzi biex iwettqu inizjattivi bħal dawn fil-livell nazzjonali jew sub-reġjonali biex ikabbru l-għarfien tal-BTWC, billi jipprovdu konsulenza legali dwar ir-ratifika tal-BTWC u l-adeżjoni magħha, u billi joffru taħriġ jew forom ta’ assistenza oħrajn sabiex l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont il-BTWC.

(b)

Jassistu lill-Istati Parti fl-implimentazzjoni tal-BTWC fil-livell nazzjonali, sabiex jiżguraw li l-Istati Parti jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont il-BTWC permezz ta’ leġislazzjoni nazzjonali u miżuri amministrattivi u jistabbilixxu relazzjonijiet li jaħdmu bejn il-partijiet interessati nazzjonali kollha, inkluża l-leġislatura nazzjonali u s-settur privat.

(ċ)

Jiffaċilitaw il-preżentazzjoni regolari tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM mill-Istati Parti, billi jħejju materjali ta’ spjegazzjoni rigward il-proċess tas-CBM u billi jtejbu l-aspetti tekniċi tal-preżentazzjoni elettronika ta’ dikjarazzjonijiet eżistenti ta’ CBM kif ukoll billi jtejbu s-sigurtà u l-manutenzjoni ta’ website ristretta, billi jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali u l-preżentazzjoni tal-ewwel dikjarazzjonijiet ta’ CBM u billi jorganizzaw konferenza tal-punti ta’ kuntatt ta’ CBM marbuta mal-laqgħat tal-BTWC fl-2008 u l-2009.

(d)

Jippromwovu diskussjoni ffokata fil-livell reġjonali fost rappreżentanti tal-gvern, universitajiet, istituti ta’ riċerka u l-industrija dwar suġġetti inter-sessjonali tal-BTWC, b’mod partikolari s-superviżjoni tax-xjenza u l-edukazzjoni.

Deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti msemmija hawn fuq tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Il-Presidenza, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill/Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“SĠ/RGħ”), għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jitwettqu mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet tad-Diżarm (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-UN ODA” - United Nations Office for Disarmament Affairs) f’Ġinevra. Huwa għandu jwettaq dan il-kompitu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza. Għal dan l-għan, is-SĠ/RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mal-UN ODA.

3.   Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ u l-Kummissjoni għandhom iżommu lil xulxin informati regolarment dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta, f’konformità mal-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 3

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta’ EUR 1 400 000 li għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

2.   In-nefqa iffinanzjata mill-ammont imniżżel fil-paragrafu 1 għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni ġusta tan-nefqa imsemmija fil-paragrafu 2, li għandha tieħu l-forma ta’ [għotja]. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni għandha tikkonkludi ftehim ta’ finanzjament mal-UN ODA. Il-ftehim ta’ finanzjament għandu jipprevedi li l-UN ODA għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-UE, skont id-daqs tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f’dan il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament.

Artikolu 4

Il-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, għandha tirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta abbażi ta’ rapporti regolari mħejjija mill-UN ODA. Dawn ir-rapporti għandhom jiffurmaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tkun assoċjata b’mod sħiħ. Hija għandha tirrapporta dwar l-aspetti finanzjarji tal-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 5

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tiskadi 24 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3), jew sitt xhur wara d-data tal-adozzjoni tagħha jekk l-ebda ftehim ta’ finanzjament ma jkun konkluż f’dak il-perijodu.

Artikolu 6

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 65, 7.3.2006, p. 51.

(2)  ĠU L 88, 25.3.2006, p. 65.


ANNESS

1.   Qafas Ġenerali

Bi tkomplija fuq l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK, din l-Azzjoni Konġunta sservi bħala għodda ta’ politika operattiva biex jitmexxew ‘il quddiem l-objettivi tal-Pożizzjoni Komuni 2006/242/PESK u tiffoka b’mod partikolari fuq dawk l-aspetti li fuqhom intlaħaq kunsens ġenerali fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni, kif rifless fid-Dokument Finali tagħha.

Din l-Azzjoni Konġunta ser tkun iggwidata mill-prinċipji li ġejjin:

(a)

li jsir l-aħjar użu mill-esperjenza li nkisbet permezz tal-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK;

(b)

li ssir riflessjoni dwar il-ħtiġiet speċifiċi li esprimew l-Istati Parti kif ukoll l-Istati li mhumiex parti fil-BTWC fir-rigward ta’ implimentazzjoni u universalizzazzjoni aħjar tal-BTWC;

(c)

li tkun imħeġġa l-appartenenza lokali u reġjonali għall-proġetti sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom għall-perijodu fit-tul u biex tinbena sħubija bejn l-UE u partijiet terzi fil-qafas tal-BTWC;

(d)

li tingħata attenzjoni lil dawk l-attivitajiet li jiksbu riżultati konkreti u/jew jikkontribwixxu għal tfassil bikri ta’ intendiment komuni rilevanti għall-proċess ta’ reviżjoni tal-BTWC tal-2011;

(e)

li l-President tal-laqgħat tal-Istati Parti jkun appoġġat u li jsir l-aħjar użu mill-mandat tal-Unità ta’ Appoġġ fl-Implimentazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-ISU” - Implementing Support Unit) kif ġie miftiehem fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni.

2.   Objettiv

L-objettiv ġenerali ta’ din l-Azzjoni Konġunta hu li tappoġġa l-universalizzazzjoni tal-BTWC, li ssaħħaħ l-implimentazzjoni tal-BTWC, inkluża l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tas-CBM, u li tappoġġa l-aħjar użu tal-Proċess Inter-Sessjonali 2007-2010 għat-tħejjija tal-Konferenza ta’ Reviżjoni li jmiss.

Fl-assistenza tagħha lill-BTWC, l-UE ser tieħu kont sħiħ tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Istati Parti fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni li saret f’Ġinevra fl-20 ta’ Novembru - 8 ta’ Diċembru 2006.

3.   Proġetti

3.1.   Proġett 1: Promozzjoni tal-universalizzazzjoni tal-BTWC

Skop tal-proġett

Li tiżdied l-adeżjoni mal-BTWC u l-għarfien tal-obbligi tal-Istati Parti skont il-BTWC jew permezz ta’ attivitajiet ta’ assistenza ffokati fuq il-pajjiż jew permezz ta’ inizjattivi sub-reġjonali strutturati, li jibnu fuq l-esperjenza u l-kuntatti li jirriżultaw mill-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK.

Il-proġett ser janima d-deċiżjonijiet meħudin mill-Istati Parti fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni dwar it-tipi ta’ attivitajiet ta’ universalizzazzjoni, l-iskambju ta’ informazzjoni u r-rapportar dwar l-isforzi ta’ universalizzazzjoni, u l-appoġġ għall-President tal-laqgħat tal-Istati Parti fir-rwol tiegħu ta’ koordinatur għall-attivitajiet ta’ universalizzazzjoni.

Riżultati tal-proġett

(a)

Aderenza akbar mal-BTWC fir-reġjuni ġeografiċi kollha;

(b)

Tisħiħ tal-għarfien tal-BTWC fost l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti u/jew tisħiħ tan-netwerking sub-reġjonali dwar il-BTWC sabiex tiġi promossa l-adeżjoni mal-BTWC;

(c)

Promozzjoni tal-implimentazzjoni volontarja tal-BTWC mill-Istati qabel l-adeżjoni tagħhom magħha.

Deskrizzjoni tal-proġett

Fl-2006 u l-2007 l-UE tat għajnuna reġjonali kważi lil dawk l-Istati kollha li mhumiex parti fil-BTWC bl-intenzjoni li tħeġġeġ ir-ratifika tal-BTWC jew l-adeżjoni magħha. Seba’ Stati oħra sussegwentement aderixxew mal-BTWC. Bħala pass li jmiss, dan il-proġett jipprevedi għajnuna għal mhux aktar minn seba’ Stati li mhumiex parti fil-BTWC, jew fil-forma ta’ assistenza mmirata għall-pajjiż jew workshops sub-reġjonali, sabiex jinkisbu l-objettivi u r-riżultati ta’ dan il-proġett.

Implimentazzjoni tal-proġett:

Il-President tal-laqgħat tal-Istati Parti, assistit mill-ISU, ser jintalab biex jinforma lil dawk l-Istati li mhumiex parti fil-BTWC dwar l-assistenza tal-UE disponibbli għall-promozzjoni tal-universalizzazzjoni, li tista’ tieħu l-forom li ġejjin:

(a)

Assistenza legali speċifika għall-pajjiż jew sub-reġjonali (sa mhux aktar minn ħames pajjiżi) relatata mar-ratifika tal-BTWC jew l-adeżjoni magħha. Jekk, f’pajjiż li jkun qed japplika għall-assistenza, l-adeżjoni mal-BTWC jew ir-ratifika tagħha jeħtieġu l-adozzjoni ta’ miżuri leġislattivi jew amministrattivi relatati mal-implimentazzjoni tagħha, l-assistenza legali tista’ wkoll tkopri dawk il-miżuri;

(b)

Assistenza speċifika għall-pajjiż jew sub-reġjonali (sa mhux aktar minn ħames pajjiżi) biex titqajjem kuxjenza u jingħata appoġġ għall-BTWC fost mexxejja politiċi u opinjonisti u biex tħeġġeġ dawk l-Istati li mhumiex parti fil-BTWC biex jieħdu l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-BTWC, bħall-istabbiliment ta’ punti ta’ kuntatt, in-netwerking fost partijiet interessati nazzjonali prinċipali, u l-forniment ta’ taħriġ;

(c)

Assistenza finanzjarja speċifika għall-pajjiż li tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ partijiet interessati nazzjonali rilevanti, b’mod partikolari l-awtoritajiet responsabbli għar-ratifika tal-BTWC, fil-proċess tal-BTWC (p.e. il-parteċipazzjoni bħala osservaturi fil-laqgħat tal-esperti u/jew il-laqgħat tal-Istati Parti). Din it-tip ta’ assistenza għandha tkun prevista fuq bażi ta’ każ b’każ u biss meta din tista’ tagħmel differenza realistika għall-prospettivi ta’ Stat li jkun qed jaderixxi mal-BTWC;

(d)

Għotjiet finanzjarji għal taħriġ u żjarat ta’ sensibilizzazzjoni ta’ partijiet interessati nazzjonali rilevanti lill-awtoritajiet tal-Isati Membri tal-UE responsabbli għall-implimentazzjoni tal-BTWC.

Il-proġett ser jippermetti sħubiji bejn l-Istati Membri tal-UE u pajjiżi benefiċjarji li jiżguraw il-kontinwità tal-isforzi ta’ universalizzazzjoni tal-UE u li joffru punt ta’ referenza permanenti għall-pajjiżi benefiċjarji matul il-proċess kollu ta’ ratifika tal-BTWC jew l-adeżjoni magħha. L-Istati Membri tal-UE parteċipanti jistgħu volontarjament joffru li jakkumpanjaw, jew individwalment jew fi gruppi, lill-benefiċjarji magħżulin fil-proċess kollu ta’ ratifika jew ta’ adeżjoni.

3.2.   Proġett 2: Assistenza lil Stati Parti għall-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC

Skop tal-proġett

Li jiġi żgurat li l-Istati Parti jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont il-BTWC permezz ta’ leġislazzjoni nazzjonali u miżuri amministrattivi u jinfurzawhom b’mod effettiv, b’kont meħud tad-Dokument Finali tas-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni, l-intendiment komuni miksub fil-laqgħat rilevanti tal-Istati Parti u s-Sintesi li toħroġ mid-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-esperti u tal-Istati Parti.

Riżultati tal-proġett

(a)

Adozzjoni ta’ miżuri leġislattivi jew amministrattivi adatti, inklużi dispożizzjonijiet tad-dritt kriminali, li jkopru l-ambitu kollu tal-projbizzjonijiet u l-miżuri preventivi previsti fil-BTWC;

(b)

Implimentazzjoni u rinfurzar effettivi għall-prevenzjoni ta’ vjolazzjonijiet tal-BTWC u biex jiġu imposti sanzjonijiet f’każijiet ta’ ksur;

(c)

Koordinazzjoni u netwerking aħjar fost il-partijiet interessati kollha involuti fil-proċess tal-BTWC inkluż is-settur privat, sabiex tiġi promossa implimentazzjoni effettiva.

Deskrizzjoni tal-proġett

Abbażi ta’ esperjenza pożittiva ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ assistenza leġislattiva relatata mal-implimentazzjoni tal-BTWC fil-Peru’ u n-Niġerja, l-UE ser tkompli tipprovdi konsulenza legali lil mhux aktar minn seba’ Stati Parti interessati.

L-ISU ser tintalab biex tinforma lill-Istati Parti dwar l-assistenza tal-UE disponibbli għall-implimentazzjoni tal-BTWC, li tista’ tieħu l-forom li ġejjin:

(a)

konsulenza u assistenza legali relatati mal-abbozzar ta’ miżuri leġislattivi u amministrattivi rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe projbizzjoni u miżura preventiva prevista fil-BTWC jew miftiehma permezz ta’ intendiment komuni;

(b)

workshops ta’ sensibilizzazzjoni relatati mal-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC u r-rinfurzar ta’ miżuri nazzjonali, li jistgħu jkunu mmirati lejn:

l-awtoritajiet li jieħdu d-deċiżjonijiet u l-leġislaturi nazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat il-kunsens politiku dwar din il-kwistjoni;

il-partijiet interessati tal-gvern involuti fl-implimentazzjoni tal-BTWC sabiex jinħolqu netwerks u jinħatru punti ta’ kuntatt/awtoritajiet nazzjonali kompetenti;

l-industrija, universitajiet u istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet non-governattivi sabiex jinħolqu sħubijiet pubbliċi-privati.

Ser tingħata preferenza qawwija lil proġetti bilaterali ffokati fuq l-abbozzar legali.

3.3.   Proġett 3: Promozzjoni tal-preżentazzjoni ta’ CBMs fuq bażi regolari mill-Istati Parti fil-BTWC

Skop tal-proġett

Li jippromwovi u jżid il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ CBM mill-Istati Parti fuq bażi regolari, billi jħeġġeġ u jiffaċilita t-tħejjija, il-ġabra u t-trasmissjoni, fuq bażi annwali, tad-data meħtieġa, inkluż billi jikkontribwixxi għat-titjib tal-preżentazzjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM u t-tisħiħ tas-sigurtà tal-website relatat mas-CBMs, u billi tiġi promossa assistenza, b’mod partikolari għall-punti ta’ kuntatt.

Riżultati tal-proġett

(a)

Ħatra ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM;

(b)

Ħolqien jew titjib ta’ mekkaniżmi nazzjonali għat-tħejjija u l-ġbir ta’ informazzjoni mitluba fid-dikjarazzjonijiet tas-CBM;

(c)

Preżentazzjoni regolari tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM lill-ISU mill-punti ta’ kuntatt nazzjonali;

(d)

Titjib tal-aspetti tekniċi tal-preżentazzjoni elettronika tad-dikjarazzjonijiet tas-CBM u tas-sigurtà u l-manutenzjoni tal-website għas-CBMs.

Deskrizzjoni tal-proġett

Is-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni rrikonoxxiet il-ħtieġa urġenti għaż-żieda tan-numru tal-Istati Parti parteċipanti fis-CBMs. F’dak ir-rigward, irrikonoxxiet ukoll id-diffikultajiet tekniċi li jgħaddu minnhom xi Stati Parti huma u jressqu dikjarazzjonijiet sħaħ u fil-ħin. Bil-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ Stati Parti fil-proċess ta’ CBM, l-UE ser toffri assistenza lill-Istati Parti permezz ta’ tliet tipi ta’ attivitajiet:

(a)

Preparazzjoni ta’ dokumentazzjoni komprensiva li tkopri l-metodoloġija ta’ tħejjija u ġabra nazzjonali ta’ data ta’ CBM, inklużi fuljett u skeda għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM, biex tipprovdi eżempji ta’ prattika tajba filwaqt li tirrikonoxxi d-differenzi fil-proċeduri nazzjonali. Id-dokumentazzjoni ser tipprovdi wkoll deskrizzjonijiet ta’ għodod u informazzjoni dwar dan is-suġġett disponibbli mill-ISU u ser tieħu kont ta’ inizjattivi simili ta’ istituzzjonijiet u Stati Parti oħrajn. Il-fuljett ser jinkiteb bil-lingwi uffiċjali kollha tan-NU.

Il-koordinazzjoni ġenerali tat-tħejjija tal-fuljett ser titwettaq mill-UN ODA. Tista’ ssir laqgħa tal-esperti tal-UE involuti fl-abbozzar tal-fuljett biex dan jiġi diskuss u ffinalizzat. Il-fuljett ser jitqassam lill-Istati Parti.

(b)

Forniment ta’ appoġġ għall-ħolqien u t-tħaddim ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali li għandhom ir-responsabbiltà li jħejju l-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ CBM, inkluża l-assistenza fil-pajjiż lil mhux aktar minn seba’ Stati Parti fit-tħejjija tal-ewwel dikjarazzjonijiet ta’ CBM. Dawk l-Istati b’livell sinifikanti ta’ bijoriċerka jew b’inċidenza qawwija ta’ mard endemiku ser jingħataw prijorità.

L-ISU ser tintalab biex tinforma lill-Istati Parti dwar l-assistenza disponibbli mill-UE fil-qasam tas-CBMs.

(c)

Organizzazzjoni ta’ żewġ workshops li jinvolvu l-punti ta’ kuntatt tas-CBM eżistenti u dawk maħtura ġodda marbuta mal-laqgħat tal-esperti jew tal-Istati Parti, sabiex tiġi kondiviża l-esperjenza li nkisbet mill-proċess tas-CBM u mill-ġbir ta’ data, u biex l-Istati Parti kollha jiġu mħeġġa jaħtru punt ta’ kuntatt.

L-istediniet għall-workshops ser jispeċifikaw li l-workshops huma parti minn inizjattiva tal-UE. L-ISU ser tinforma lill-Istati Parti li, jekk ikun meħtieġ, għal kull konferenza l-UE tista’ tkopri l-infiq ta’ mhux aktar minn għaxar parteċipanti mill-Istati Parti mhux parti mill-UE li reċentement ħadu d-deċiżjoni li jaħtru punt ta’ kuntatt. Dawk l-Istati b’livell sinifikanti ta’ bijoriċerka jew b’inċidenza qawwija ta’ mard endemiku ser jingħataw prijorità għal finanzjament potenzjali fuq bażi ta’ każ b’każ.

(d)

Kontribuzzjoni finanzjarja lill-UN ODA biex jiffaċilita t-titjib u l-manutenzjoni ulterjuri tal-website sigura eżistenti tas-CBM u biex itejjeb l-aspetti tekniċi tal-preżentazzjoni elettronika ta’ dikjarazzjonijiet eżistenti tas-CBM, skont id-deċiżjoni tal-Istati Parti fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni.

3.4.   Proġett 4: Appoġġ għall-Proċess Inter-Sessjonali tal-BTWC

Skop tal-proġett:

Li jappoġġa l-Proċess Inter-Sessjonali tal-BTWC, u b’mod partikolari d-diskussjoni dwar is-suġġetti inter-sessjonali tal-2008 u l-2009, ġewwa l-UE u barra minnha, bil-ħsieb li jippromwovi l-adozzjoni ta’ miżuri konkreti.

Riżultati tal-proġett

(a)

Tnedija tad-diskussjoni bejn is-settur privat u dak pubbliku fl-UE dwar l-isfidi ta’ sigurtà assoċjati mal-progress fir-riċerka dwar il-bijoxjenza u l-bijoteknoloġija u dwar miżuri adattati li għandhom jiġu adottati fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali biex jiġu indirizzati dawk l-isfidi, u b’mod partikolari dwar is-superviżjoni tax-xjenza, l-edukazzjoni, is-sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp ta’ kodiċi ta’ kondotta għall-industrija tal-bijoxjenza u l-bijoteknoloġija, kif ukoll li tiġi mħeġġa diskussjoni dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-assistenza internazzjonali fil-qasam tas-sorveljanza, it-tkixxif, id-djanjosi tal-mard bil-ħsieb li jiġu identifikati ħtiġiet konkreti ta’ assistenza;

(b)

Preżentazzjoni ta’ rapport lil-laqgħat inter-sessjonali dwar ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mid-diskussjonijiet fil-kuntest tal-UE;

(c)

Li tiġi ffaċilitata d-diskussjoni dwar is-suġġetti inter-sessjonali f’reġjuni differenti tad-dinja, speċjalment f’dawk li mhumiex rappreżentati b’mod adatt fil-laqgħat inter-sessjonali.

Deskrizzjoni tal-proġett

Il-proġett jipprevedi żewġ workshops fil-livell tal-UE, li jlaqqgħu rappreżentanti tal-gvern, l-industrija, universitajiet u istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet non-governattivi, li jippermettu skambju ta’ esperjenza u riflessjoni dwar is-suġġetti inter-sessjonali tal-2008 u l-2009. Idealment, il-workshops għandhom isiru qabel il-laqgħat tal-esperti u tal-Istati Parti. L-Istati Parti ser jiġu ppreżentati b’rapport dwar il-workshops.

Bil-għan li jippromwovi riflessjoni dwar dawn il-kwistjonijiet b’mod globali, il-fondi ser ikunu disponibbli għal żewġ tipi ta’ attivitajiet:

(a)

Parteċipazzjoni ta’ mhux aktar minn seba’ rappreżentati li mhumiex fl-UE f’kull workshop reġjonali tal-UE, b’mod partikolari mill-Moviment mhux Allineat (NAM);

(b)

Organizzazzjoni ta’ mhux aktar minn erba’ workshops nazzjonali biex jiġu diskussi s-suġġetti inter-sessjonali tal-2008 u l-2009 f’reġjuni differenti tad-dinja. Hu mistenni li l-Istati Parti li mhumiex fl-UE li pparteċipaw fil-workshops reġjonali tal-UE jistgħu jitħajru jorganizzaw workshops nazzjonali simili fil-pajjiżi rispettivi tagħhom u jitolbu għal assistenza tal-UE għal dak il-għan.

4.   Aspetti ta’ proċedura, koordinazzjoni u l-Kumitat ta’ Tmexxija

Fil-prinċipju, applikazzjonijiet minn stati terzi għal kwalunkwe assistenza u kooperazzjoni taħt din l-Azzjoni Konġunta għandhom jiġu indirizzati lis-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza, u lill-UN ODA. Il-UN ODA ser jirrevedi u jivvaluta dawk l-applikazzjonijiet, kif inhu xieraq, u jippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jeżamina l-applikazzjonijiet għall-assistenza kif ukoll il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jippreżenta lista finali ta’ pajjiżi benefiċjarji, li wara ser tiġi endorsjata mill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, f’konsultazzjoni mal-grupp ta’ ħidma kompetenti tal-Kunsill.

Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser ikun magħmul minn rappreżentant tal-Presidenza, assistit mis-SĠ/RGħ, kif ukoll tal-Presidenza li jmiss, u tal-UN ODA. Il-Kummissjoni ser tkun assoċjata b’mod sħiħ. Il-Kumitat ta’ Tmexxija ser jirrevedi l-implimentazzjoni tal-Azzjoni Konġunta regolarment, mill-anqas darba kull sitt xhur, inkluż permezz ta’ l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni.

Bil-għan li jkunu żgurati appartenenza u sostenibbiltà b’saħħithom ta’ attivitajiet imnedija mill-UE mill-pajjiżi benefiċjarji, hu previst li fejn ikun possibbli u adatt, il-benefiċjarji magħżulin ser jiġu mitluba jħejju pjanijiet ta’ azzjoni li ser jispeċifikaw, fost l-oħrajn, skeda għat-twettiq ta’ attivitajiet iffinanzjati (inkluż permezz ta’ riżorsi nazzjonali), dettalji dwar l-ambitu u t-tul tal-proġett, partijiet interessati prinċipali. Il-UN ODA jew l-Istati Membri, kif inhu adatt, għandhom ikunu assoċjati mat-tħejjija tal-pjanijiet ta’ azzjoni. L-implimentazzjoni tal-proġetti għandha titwettaq skont il-pjanijiet ta’ azzjoni.

5.   Rapportar u valutazzjoni

Il-UN ODA ser tippreżenta lill-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, rapporti regolari ta’ kull xahrejn dwar il-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-proġetti. Ir-rapport ser ikun ippreżentat lill-grupp ta’ ħidma rilevanti tal-Kunsill għal valutazzjoni tal-progress u għal evalwazzjoni ġenerali tal-proġetti kif ukoll għal segwitu potenzjali.

Kull fejn ikun possibbli, l-Istati Parti ser ikunu informati dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

6.   Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Informazzjoni u Kollaborazzjoni (ICMS - Information and Collaboration Management System)

L-ICMS, li ġiet żviluppata skont l-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK, ser tinżamm u tiġi użata għall-iskop ta’ skambju ta’ informazzjoni, abbozzar u komunikazzjoni oħra fost l-esperti tal-UE, il-UN ODA u pajjiżi terzi, kif inhu adatt, kif ukoll għat-tħejjija ta’ żjarat ta’ assistenza rilevanti.

7.   Parteċipazzjoni ta’ esperti tal-UE

Hu meħtieġ involviment attiv ta’ esperti tal-UE għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din l-Azzjoni Konġunta. L-ispejjeż tagħhom relatati mal-implimentazzjoni tal-proġetti ser ikunu koperti minn din l-Azzjoni Konġunta. Il-UN ODA ser jiġi mħeġġeġ biex jagħmel użu mil-lista eżistenti ta’ esperti legali tal-UE u biex jiżviluppa għodod simili għas-CBMs u aspetti oħrajn tal-implimentazzjoni kif inhu adatt.

Hu mistenni li fir-rigward taż-żjarat ta’ assistenza previsti (p.e. assistenza legali, assistenza ta’ CBM), grupp ta’ mhux aktar minn tliet esperti għal mhux aktar minn ħamest ijiem ser ikunu kkunsidrati bħala prattika standard.

8.   Tul

It-tul ta’ żmien totali kkalkolat għall-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta huwa ta’ 24 xahar.

9.   Benefiċjarji

Il-benefiċjarji ta’ attivitajiet ta’ universalizzazzjoni huma Stati li mhumiex parti fil-BTWC (kemm Stati firmatarji kif ukoll Stati mhux firmatarji).

Il-benefiċjarji ta’ attivitajiet relatati ma’ l-implimentazzjoni u s-CBM huma Stati Parti.

Il-benefiċjarji tal-attivitajiet relatati mal-Proċess Inter-Sessjonali huma r-rappreżentanti tal-gvern tal-Istati Membri u Stati Parti oħrajn kif ukoll rappreżentanti tas-settur privat, universitajiet u istituti ta’ riċerka u organizzazzjonijiet non-governattivi.

10.   Rappreżentanti ta’ partijiet terzi

Bil-għan li jiġu promossi l-appartenenza reġjonali u s-sostenibbiltà tal-proġetti, il-parteċipazzjoni ta’ esperti li mhumiex tal-UE, inklużi dawk minn organizzazzjonijiet reġjonali u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn, tista’ tiġi ffinanzjata mill-Azzjoni Konġunta. Il-parteċipazzjoni tal-President tal-laqgħat tal-Istati Parti kif ukoll dik tal-persunal tal-ISU tista’ tiġi ffinanzjata fuq bażi ta’ każ b’każ.

11.   Entità ta’ implementazzjoni

L-implimentazzjoni teknika ta’ din l-Azzjoni Konġunta ser tiġi fdata lill-UN ODA f’Ġinevra li ser iwettaq il-kompitu tiegħu taħt il-kontroll tas-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza.

Fit-twettiq tal-attivitajiet tiegħu, il-UN ODA ser jikkoopera mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u mill-Istati Membri u Stati Parti u organizzazzjonijiet oħrajn, kif inhu adatt.

12.   Entità ta’ implementazzjoni - Kwistjonijiet dwar il-persunal

Minħabba n-natura extra-baġitarja tal-attivitajiet previsti li jiġu allokati lill-UN ODA f’din l-Azzjoni Konġunta, ser ikun meħtieġ persunal addizzjonali biex jiġu implimentati l-proġetti ppjanati.


13.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 302/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.