ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
12 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1115/2008 tal-11 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1116/2008 tal-11 ta' Novembru 2008 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bœuf de Bazas (IĠP), Kainuun rönttönen (IĠP)]

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1117/2008 tal-11 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ [għajnuna] previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1118/2008 tal-11 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1075/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Novembru 2008

8

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/845/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Ottubru 2008 dwar l-aġġustament tal-indenizzi mħallsa lill-membri u s-sostituti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

11

 

 

2008/846/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta' Novembru 2008 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

 

2008/847/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ Novembru 2008 dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali skond id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità

13

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/848/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Lulju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/07 (ex NN 15/07) mogħtija mill-Italja lil NGP/SIMPE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3528)  ( 1 )

14

 

 

2008/849/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Novembru 2008 li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju tal-Komunità, għas-sena 2009, għal azzjonijiet tal-OIE fil-qasam tal-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali

22

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/850/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2008 dwar in-notifiki, l-iskadenzi u l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5925)  ( 1 )

23

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

33

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/852/ĠAI ta’ l-24 ta' Ottubru 2008 dwar netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni

38

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 ( ĠU L 210, 31.7.2006 )

40

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1115/2008

tal-11 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-12 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

34,6

MA

56,3

MK

46,2

TR

89,1

ZZ

56,6

0707 00 05

JO

175,9

MA

30,8

TR

85,3

ZZ

97,3

0709 90 70

MA

62,9

TR

129,3

ZZ

96,1

0805 20 10

MA

83,7

ZZ

83,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

21,1

MA

75,0

TR

83,5

ZZ

59,9

0805 50 10

MA

103,9

TR

100,1

ZA

88,0

ZZ

97,3

0806 10 10

BR

227,1

TR

122,8

US

241,5

ZA

197,4

ZZ

197,2

0808 10 80

AL

32,1

AR

75,0

CA

96,0

CL

64,2

MK

37,6

US

102,2

ZA

89,5

ZZ

70,9

0808 20 50

CN

53,6

TR

124,9

ZZ

89,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1116/2008

tal-11 ta' Novembru 2008

li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Bœuf de Bazas (IĠP), Kainuun rönttönen (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 6(2), l-ewwel subparagrafu, u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba ta’ Franza għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Bœuf de Bazas” u t-talba tal-Finlandja għall-introduzzjoni tad-denominazzjoni “Kainuun rönttönen” ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet li jidhru fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan irreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU C 73, 19.3.2008, p. 26 (Bœuf de Bazas), ĠU C 74, 20.3.2008, p. 72 (Kainuun rönttönen).


ANNESS

1.

Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat:

Klassi 1.1.

Laħam (u l-interjuri) frisk(i)

FRANZA

Bœuf de Bazas (IĠP)

2.

Oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament:

Klassi 2.4.

Il-ħobż, l-għaġina, il-kejkijiet, l-oġġetti tal-ħelu, il-gallettini u oġġetti oħra tal-furnar għall-bejgħ

IL-FINLANDJA

Kainuun rönttönen (IĠP)


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1117/2008

tal-11 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1973/2004 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ [għajnuna] previsti fit-Titoli IV u IVa ta’ dak ir-Regolament u l-użu tal-art imwarrba għall-produzzjoni tal-materja prima

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett skont il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ [għajnuna] għall-bdiewa u jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KEE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 110b(2) u l-Artikolu 145(r), it-tieni inċiż tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 (2) jistipula r-regoli għall-għajnuna akkoppjata għall-qoton f’konformità mas-sentenza tal-Qorti C-310/04.

(2)

B’mod partikolari, il-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprovdi għall-possibbiltà li tingħata għajnuna diretta għall-produzzjoni tal-qoton. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adattati r-regoli dettaljati korrispondenti stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1973/2004 (3).

(3)

L-Artikolu 110b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jgħid li, sabiex ikun eleġibbli għall-għajnuna għal kull ettaru, il-bidwi għandu jiżra’ l-erja tal-qoton b’varjetajiet approvati u jkabbar il-qoton fuq l-art awtorizzata mill-Istati Membri. Il-kriterji għandhom għalhekk jiġu speċifikati kemm għall-awtorizzazzjoni tal-art adatta għall-produzzjoni tal-qoton kif ukoll għall-approvazzjoni tal-varjetajiet.

(4)

Sabiex jirċievi l-għajnuna għal kull ettaru ta’ qoton, il-bidwi għandu jiżra’ l-artijiet awtorizzati. Għandu jiġi stabbilit kriterju li jiddefinixxi ż-“żrigħ”. L-iffissar mill-Istati Membri tad-densità minima ta’ tħawwil f’dawn l-artijiet abbażi tal-ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-klima u l-karatteristiċi reġjonali speċifiċi għandhom ikunu kriterju oġġettiv biex jiġi stabbilit jekk it-tħawwil sarx sew jew le.

(5)

L-Istati Membri għandhom japprovaw organizzazzjonijiet interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton abbażi ta’ kriterji oġġettivi relatati mad-daqs u mal-organizzazzjoni interna tagħhom. Id-daqs tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom jiġu stabbiliti b’konsiderazzjoni għar-rekwiżit li l-impriża membru tal-ħalġ tkun tista’ tieħu forniment ta’ biżżejjed kwantitajiet ta’ qoton mhux maħluġ.

(6)

Sabiex jiġu evitati komplikazzjonijiet fil-ġestjoni tal-iskema ta’ għajnuna, produttur ma jistax ikun membru ta’ aktar minn organizzazzjoni interprofessjonali waħda. Għal dik ir-raġuni, fejn produttur li jkun jagħmel parti minn organizzazzjoni interprofessjonali jimpenja ruħu biex iforni il-qoton li jkun ipproduċa, għandu jfornih biss lill-impriża tal-ħalġ li tkun tagħmel parti mill-istess organizzazzjoni.

(7)

L-iskema ta’ għajnuna għall-qoton teħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu lill-produtturi tagħhom ċertu tagħrif dwar it-tkabbir tal-qoton, bħall-varjetajiet approvati, il-kriterji oġġettivi għall-awtorizzazzjoni tal-art u d-densità minima tat-tħawwil. Sabiex jagħraf lill-bdiewa fil-ħin, l-Istat Membru għandu jibgħat dan it-tagħrif sa data speċifika.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 1973/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(9)

Peress li r-regoli stipulati fil-Kapitolu 10a tat-Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 japplika mill-1 ta’ Jannar 2009, ir-regoli dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti minn dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data.

(10)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont il-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni tal-Ħlasijiet Diretti,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Kapitolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 1973/2004 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“KAPITOLU 17A

ĦLASIJIET GĦALL-UĊUĦ SPEĊIFIĊI TAL-QOTON

L-Artikolu 171a

Awtorizzazzjoni ta’ art agrikola għall-produzzjoni tal-qoton

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kriterji oġġettivi abbażi ta’ liema artijiet huma awtorizzati għall-ħlasijiet għall-uċuħ speċifiċi tal-qoton previsti fl-Artikolu 110a tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Dawn il-kriterji għandhom ikunu msejsa fuq waħda jew aktar minn dawn:

(a)

l-ekonomija agrikola ta’ dawk ir-reġjuni fejn il-qoton huwa wiċċ tar-raba’ prinċipali;

(b)

il-ħamrija u l-klima taż-żoni involuti;

(c)

il-ġestjoni tal-ilma tat-tisqija;

(d)

is-sistemi tar-rotazzjoni u l-metodi tal-koltivazzjoni li x’aktarx jirrispettaw l-ambjent.

L-Artikolu 171aa

Approvazzjoni tal-varjetajiet għaż-żrigħ

L-Istati Membri għandhom japprovaw il-varjetajiet reġistrati fil-“Katalgu Komuni tal-Varjetajiet ta’ Speċijiet ta’ Pjanti Agrikoli” li huma adatti għall-bżonnijiet tas-suq.

L-Artkolu 171ab

Rekwiżiti tal-eliġibbiltà

Iż-żrigħ taż-żoni msemmija fl-Artikolu 110b(1) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jsir billi tinkiseb densità minima tat-tħawwil, li għandha tkun stipulata mill-Istat Membru abbażi tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima u l-karatteristiċi speċifiċi tar-reġjun, fejn xieraq.

L-Artkolu 171ac

Prattiċi agronomiċi

L-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-prattiċi agronomiċi meħtieġa għaż-żamma u l-ħsad tal-uċuħ f’kundizzjonijiet normali tat-tkabbir.

Artikolu 1710ad

Approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta’ bejn taqsima u oħra

1.   Qabel il-31 ta’ Diċembru ta’ kull sena, l-Istati Membri għandhom japprovaw, għas-sena ta’ wara, organizzazzjoni interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton li tapplika biex tħawwel il-qoton u li:

(a)

tkopri erja totali ta’ mill-inqas 4 000 ettaru kif stipulat mill-Istat Membru u li tilħaq il-kriterji tal-awtorizzazzjoni stipulati fl-Artikolu 171a, u li jkun fiha mill-anqas impriża waħda tal-ħalġ;

(b)

adottat regoli interni ta’ ħidma, b’mod partikolari dwar il-kundizzjonijiet tas-sħubija u l-miżati, skont ir-regolamenti u r-regoli nazzjonali u Komunitarji.

Madanakollu, għall-2009, l-Istati Membri għandhom japprovaw organizzazzjonijiet interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton sat-28 ta’ Frar 2009.

2.   Fejn jinstab li organizzazzjoni interprofessjonali tal-produtturi tal-qoton approvata ma tirrispettax il-kriterji tal-approvazzjoni previsti fil-paragrafu 1, l-Istat Membru għandu jirtira l-approvazzjoni sakemm in-nuqqas ta’ rispett tal-kriterji kkonċernati ma jiġix irrimedjat f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fejn ikun ippjanat li tiġi rtirata l-approvazzjoni, l-Istat Membru għandu jinnotifika dak il-ħsieb lill-organizzazzjoni interprofessjonali, kif ukoll bir-raġunijiet għal dak l-irtirar. L-Istat Membru għandu jippermetti lill-organizzazzjoni interprofessjonali li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha fi żmien speċifikat. F’każ ta’ rtirar, l-Istat Membru għandu jipprovdi għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet xierqa.

Il-bdiewa membri ta’ organizzazzjoni interprofessjonali li l-approvazzjoni tagħha ġiet irtirata skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitilfu d-dritt tagħhom għaż-żieda tal-għajnuna prevista fl-Artikolu 110e(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

Artikolu 171ae

L-obbligi tal-produtturi

1.   Produttur ma għandux ikun membru ta’ aktar minn organizzazzjoni interprofessjonali waħda.

2.   Produttur li huwa membru ta’ organizzazzjoni interprofessjonali għandu jibgħat il-qoton tiegħu lil ħallieġ li jagħmel parti mill-istess organizzazzjoni.

3.   Il-parteċipazzjoni tal-produtturi f’organizzazzjoni interprofessjonali għandha tkun ir-riżultat ta’ sħubija volontarja.

Artikolu 171af

Komunikazzjonijiet lill-produtturi

1.   Qabel il-31 ta’ Jannar tas-sena inkwistjoni, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-produtturi tal-qoton dwar:

(a)

il-varjetajiet approvati; madankollu, il-varjetajiet approvati skont l-Artikolu 171aa wara dik id-data għandhom jiġu nnotifikati lill-produtturi qabel il-15 ta’ Marzu tal-istess sena;

(b)

il-kriterji għall-awtorizzazzjoni tal-art;

(c)

id-densità minima tat-tħawwil tal-qoton imsemmija fl-Artikolu 171ab;

(d)

il-prattiċi agronomiċi meħtieġa.

2.   Fejn l-approvazzjoni ta’ varjetà tiġi rtirata, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-produtturi sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar għall-finijiet tal-istaġun taż-żrigħ tas-sena ta’ wara.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jorbot direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 5.7.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 345, 20.11.2004, p. 1.


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1118/2008

tal-11 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1075/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mill-1 ta’ Novembru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1075/2008 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 1075/2008.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1075/2008 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 1075/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika fit-12 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 294, 1.11.2008, p. 6.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-12 ta’ Novembru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

0,00

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

28,01

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

8,12

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

8,12

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

28,01


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.10.2008-10.11.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

192,55

120,48

Prezz FOB USA

237,49

227,49

207,49

116,94

Tariffa fuq il-Golf

16,03

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

14,92

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

13,10  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

12,79  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/11


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta' l-24 ta' Ottubru 2008

dwar l-aġġustament tal-indenizzi mħallsa lill-membri u s-sostituti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/845/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 258 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 166 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-talba mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta’ Settembru 2008,

Filwaqt li l-ammont ta’ indennizzi mħallsa ta’ kuljum lill-membri u s-sostituti tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, stipulati fid-Deċiżjoni 81/121/KEE (1) għandu jiġi addattat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 81/121/KEE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   L-indennizz ta’ kuljum se jkun ta’:

EUR 145 għall-membri u s-sostituti.

2.   L-indennizz ta’ kuljum għal kull jum ta’ laqgħa se jkun ta’:

EUR 233 għall-membri u s-sostituti.

3.   Fejn il-benefiċjarju jforni prova sodisfaċenti li jkun għamel spiża biex għadda l-lejl fil-post tax-xogħol, huwa jitħallas indennizz supplimentari ta’ kuljum ta’ EUR 34.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ser tidħol fis-seħħ fl-24 ta' Ottubru 2008.

Magħmula fil-Lussemburgu, 24 ta’ Ottubru 2008.

Ghall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU L 67, 12.3.1981, p. 29.


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta' Novembru 2008

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/846/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Fabio GAVA sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Din li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sinjura Maria Luisa COPPOLA, Kunsilliera Reġjonali – Assessore, Regione Veneto.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta’ Novembru 2008

dwar l-eliġibilità tal-pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali skond id-Deċiżjoni 2006/1016/KE li tagħti garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għal proġetti barra mill-Komunità

(2008/847/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1016/KE (1), għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u mmarkati b’asterisk (“*“) u għal oħrajn li mhumiex elenkati fl-Anness I, eliġibilità għall-finanzjament mill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (BEI) taħt il-garanzija Komunitarja hija deċiża mill-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’każ skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 181a(2) tat-Trattat.

(2)

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2006/1016/KE jinkludi ħames pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali, jiġifieri l-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan, fost il-pajjiżi mmarkati b’*.

(3)

Fl-Istrateġija ta’ l-UE għal sħubija ġdida ma’ l-Asja Ċentrali, adottata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Ġunju 2007, huwa enfasizzat li l-BEI għandu jkollu rwol importanti fil-finanzjament ta’ proġetti ta’ interess għall-UE fl-Asja Ċentrali.

(4)

Peress li l-kondizzjonijiet makro-ekonomiċi li jippredominaw fil-pajjiżi ta’ l-Asja Ċentrali, u b’mod partikolari s-sitwazzjoni rigward il-finanzi esterni u s-sostenibilità tad-dejn, tjiebu fl-aħħar snin b’riżultat tat-tkabbir ekonomiku qawwi u linji politiċi makro-ekonomiċi prudenti, dawk il-pajjiżi għandhom jingħataw aċċess għall-finanzjament mill-BEI,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Każakistan, il-Kirgistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija Komunitarja skond id-Deċiżjoni 2006/1016/KE.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 414, 30.12.2006, p. 95.


Kummissjoni

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ Lulju 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat C 14/07 (ex NN 15/07) mogħtija mill-Italja lil NGP/SIMPE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3528)

(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/848/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti (1) tagħhom skont dawn l-Artikoli, u wara li kkunsidrat l-kummenti mibgħuta,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fl-14 ta’ Lulju 2006 l-Italja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tagħti għajnuna għar-ristrutturar ta’ NGP S.p.A. (“NGP”). L-annessi neqsin ġew mibgħuta permezz ta’ ittra fit-28 ta’ Lulju 2006. Iktar kmieni l-Kummissjoni kienet irċeviet tliet ilmenti li jsostnu li l-għajnuna li l-Italja kellha l-intenzjoni li tagħti lil NGP kienet se taffettwa s-suq tal-fibri sintetiċi.

(2)

Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fit-22 ta’ Awwissu 2006, li l-Italja bagħtet permezz ta’ ittra fl-14 ta’ Diċembru 2006. Il-Kummissjoni talbet dejta addizzjonali fit-12 ta’ Frar 2007, li l-Italja bagħtet permezz ta’ ittra fis-7 ta’ Marzu 2007, reġistrata fit-8 ta’ Marzu 2007.

(3)

Permezz tal-ittra tal-10 ta’ Mejju 2007, il-Kummissjoni informat lill-Italja li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-għajnuna.

(4)

Permezz ta’ ittra fis-16 ta’ Lulju 2007 l-Italja ressqet il-kummenti tagħha dwar il-proċedura msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni fil-25 ta’ Ottubru 2007, li l-Italja bagħtet permezz ta’ ittra fit-23 ta’ Novembru 2007. Fit-13 ta’ Diċembru 2007, saret laqgħa bejn l-awtoritajiet Taljani u s-servizzi tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni talbet għal aktar informazzjoni bl-ittra tat-8 ta’ Frar 2008, bit-tweġiba tal-Italja tasal permezz ta’ ittra fil-25 ta’ Frar 2008. L-Italja bagħtet kummenti addizzjonali finali permezz ta’ messaġġ bil-posta elettronika fit-22 ta’ Mejju 2008.

(5)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinbeda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex iressqu l-kummenti tagħhom.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni bagħtithom lill-Italja biex din ikollha l-opportunità li tagħti l-kummenti tagħha u rċeviet dawn il-kummenti permezz ta’ ittra fil-21 ta’ Settembru 2007.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   Il-benefiċjarju

(7)

In-notifika turi li l-benefiċjarju tal-għajnuna huwa NGP, impriża li tinsab f’Acerra, fir-reġjun ta’ Campania. NGP nħolqot fi Frar 2003 permezz tas-separazzjoni tal-attività għall-produzzjoni tal-polimeru tal-polijester (polimerizzazzjoni) minn Montefibre, produttur tal-fibra tal-polijester li jinsab ukoll f’Acerra. Il-polimeru tal-polijester huwa prodott intermedjarju użat, fost l-oħrajn, għall-produzzjoni tal-fibra tal-polijester.

(8)

L-assi ta’ NGP kienu jikkonsistu minn żewġ impjanti ta’ produzzjoni u impjant ta’ qawwa termali, xi impjanti sekondarji u ċentru ta’ riċerka. L-ewwel impjant kien jipproduċi l-intermedju, id-dimetiltereftalat (DMT). Id-DMT kien il-materja prima għat-tieni impjant ta’ produzzjoni, l-impjant ta’ polimerizzazzjoni, li kien jipproduċi l-polimeru likwidu għall-impjant ta’ produzzjoni ta’ Montefibre, jew il-polimeru solidu f’forma ta’ chips għas-suq estern.

(9)

L-impjant ta’ polimerizzazzjoni kien jaħdem bi tliet linji ta’ produzzjoni, CP1, CP2 u CP3, din tal-aħħar maħluqa fl-2003. L-Italja kienet tat għajnuna reġjonali ta’ EUR 13,7 miljun għall-investimenti tal-impjant ta’ polimerizzazzjoni CP3. L-għajnuna kienet mogħtija fuq il-bażi ta’ skema ta’ għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni (3).

2.2.   Id-diffikultajiet finanzjarji ta’ NGP

(10)

NGP kellha diffikultajiet minn meta nħolqot għal ħafna raġunijiet. Fl-2003, ħsara fis-sistema li tkessaħ wasslet għal waqfa fil-produzzjoni. Għalkemm it-tagħmir bil-ħsara ġie mibdul ma’ wieħed proviżorju, l-impjant ta’ produzzjoni qatt ma rkupra l-funzjonalità sħiħa tiegħu. Is-sitwazzjoni ta’ NGP marret għall-agħar minħabba l-pressjonijiet qawwija fuq il-prezzijiet li għandhom x’jaqsmu mal-fatt li ddgħajfet ir-rata tal-kambju tad-dollaru, li għamlet lill-produtturi fiż-żona fejn m’hemmx l-ewro iktar kompetittivi.

(11)

Barra minn dan, l-ispejjeż tal-produzzjoni tad-DMT kienu prinċipalment spejjeż fissi, li ma jiddependux fuq il-volum prodott. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ taċ-chips u l-polimeru likwidu wasslu għall-produzzjoni ta’ volumi mnaqqsa fl-impjant tad-DMT. Dan it-tnaqqis fil-produzzjoni, madanakollu, wassal għal tnaqqis żgħir ħafna fl-ispejjeż tal-produzzjoni totali minħabba l-proporzjon għoli ta’ spejjeż fissi. Minn naħa l-oħra, b’hekk l-ispejjeż ta’ produzzjoni ta’ kull unità tal-impjant tad-DMT żdiedu b’mod konsiderevoli.

(12)

NGP irreġistrat telf ta’ EUR 29,68 miljun fl-2003, l-aħħar sena ta’ produzzjoni sħiħa, u telf ta’ EUR 17,87 miljun fl-2004. Fl-2005, l-impriża madanakollu rreġistrat qligħ ta’ EUR 5,27 miljun, prinċiparjament minħabba dħul straordinarju.

2.3.   Il-pjan ta’ ristrutturar

(13)

F’Jannar 2004, il-bord tad-diretturi tal-impriża ħa deċiżjoni li jwaqqaf l-attività produttiva u li jibda bi proġett ta’ konverżjoni tal-impjanti industrijali attwali. L-għan kien li tinbidel il-materja prima li tintuża fl-impjant ta’ polimerizzazzjoni u li ma tibqax issir produzzjoni tad-DMT iżda tintuża materja prima oħra, l-aċtu tereftalku ppurifikat (PTA), biex ikun hemm struttura tal-ispejjeż iktar flessibbli. Kien stmat li biex tgħaddi għal materja prima oħra kien għad hemm bżonn ta’ EUR 22 miljun. Minħabba nuqqas ta’ mezzi finanzjarji, NGP ma setgħatx tidħol għall-investiment kollu.

(14)

F’Mejju 2004, ġie konkluż Memorandum ta’ ftehim (Protocollo di intesa) bejn numru ta’ awtoritajiet pubbliċi, Montefibre, NGP u impriżi oħra, fejn il-partijiet kollha qablu dwar il-bżonn li l-investimenti li saru fuq l-impjant CP3 jkunu protetti u jitlestew.

(15)

F’Lulju 2005 ġie ffirmat ftehim (accordo di programma) mill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali, NGP, Montefibre u Edison (kumpanija oħra li tinsab f’Acerra) rigward is-sit ta’ NGP kif ukoll attivitajiet oħra fis-sit ta’ Acerra. L-elementi prinċipali ta’ dan il-ftehim fir-rigward ta’ NGP kienu dawn li ġejjin:

(16)

Il-ħolqien ta’ impriża ġdida, SIMPE S.p.A. fl-Lulju 2005, li fiha NGP għandha l-ikbar sehem azzjonarju u sehem minoritarju ta’ Montefibre (b’9,1 % tal-kapital) u l-aġenzija nazzjonali Sviluppo Italia (b’9,8 % tal-kapital). SIMPE kellha tieħu f’idejha l-attività ta’ polimerizzazzjoni ta’ NGP (jiġifieri l-assi fissi u r-responsabbilitajiet relativi) u parti mill-personal. NGP kellha tibqa’ topera biss bħala fornitur ta’ utilitajiet (4).

(17)

L-għeluq tal-impjant ta’ produzzjoni tad-DMT u t-twettiq, mill-impriża ġdida SIMPE, tal-investimenti previsti għal-linja CP3 bil-għan li l-produzzjoni oriġinali tad-DMT tinbidel f’dik ta’ materja prima ġdida, l-aċtu tereftalku purifikat (PTA), li jkun mixtri minn barra (5);

(18)

L-għotja mill-Italja, ta’ miżuri ta’ għajnuna finanzjarja għal total ta’ EUR 20,87 miljun, biex ikunu ta’ appoġġ għall-investimenti li għandhom x’jaqsmu mal-bidla għall-materja prima l-ġdida. Dawn il-miżuri huma deskritti hawn taħt.

2.4.   L-appoġġ finanzjarju

(19)

L-ewwel miżura tikkonsisti minn għotja ta’ EUR 10,75 miljun, li minnhom EUR 5 miljun pprovduti mir-Reġjun ta’ Campania u l-bqija mill-Ministeru tal-Industrija (Ministero delle Attività Produttive). Il-miżura ngħatat fit-18 ta’ Mejju 2006.

(20)

It-tieni miżura tikkonsisti f’self b’rata ta’ imgħax baxxa ta’ EUR 6,523 miljun mogħti mill-Ministeru tal-Industrija b’rata ta’ imgħax imnaqqsa għal 36 % tar-rata ta’ riferiment. Is-self ingħata fit-18 ta’ Mejju 2006.

(21)

It-tielet miżura tikkonsisti minn sehem temporanju fil-kapital ta’ riskju tas-SIMPE minn naħa ta’ Sviluppo Italia ta’ EUR 3,6 miljun (9,8 % tal-kapital tal-impriża). Dan sar fil-5 ta’ Mejju 2006. Iż-żewġ azzjonisti l-oħra ta’ Simpe, jiġifieri NGP u Montefibre, kienu marbuta li jixtru l-kwota ta’ Sviluppo Italia fi żmien tlieta sa ħames snin bi preżż daqs il-valur nominali kif ukoll l-imgħax annwali fuq ir-rata ta’ referenza uffiċjali għall-operazzjonijiet ta’ żmien medju jew twil miżjud b’mill-inqas żewġ punti perċentwali.

(22)

Dawn it-tliet miżuri ġew mogħtija lil Simpe.

2.5.   Żviluppi ġodda

(23)

Fi Frar 2007, il-kumpanija multinazzjonali Spanjola fis-setter tal-kimiki, La Seda de Barcelona akkwistat il-kwota ta’ Montefibre f’SIMPE u investiet kapital addizzjonali ta’ EUR 20,7 miljun fl-impriża, biex b’hekk saret l-azzjonista b’maġġoranza bil-50,1 % tal-ishma. L-azzjonisti l-oħra ta’ SIMPE huma NGP bit-43,6 % u Sviluppo Italia bis-6,3 %.

(24)

L-akkwist ta’ SIMPE minn La Seda de Barcelona fisser ukoll tibdil fil-pjan ta’ ristrutturar oriġinali. Jekk fil-fatt, skond il-pjan miftiehem fl-Lulju 2005 (ara hawn fuq), SIMPE kellha tkompli l-istess attività ta’ NGP, jiġifieri prinċipalment il-produzzjoni ta’ polimeri għall-applikazzjoni tat-tessili, il-proġett issa sar iffukat fuq il-produzzjoni prinċiparjament fis-settur tal-polimeri għas-suq tal-PET (polietilen tereftalat), materjal plastiku, li tiegħu La Seda de Barcelona hija waħda mill-produtturi prinċipali fl-UE.

3.   RAĠUNIJIET TAL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

3.1.   Għajnuna għar-ristrutturar

(25)

L-Italja nnotifikat l-għajnuna fuq il-bażi tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriża f’diffikultà (6). Fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali fit-tifsira tal-Artikolu 88, paragrafu 2, tat-Trattat, il-Kummissjoni wriet li għandha dubji dwar jekk kienux sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida.

(26)

Il-Kummissjoni għandha d-dubji dwar il-benefiċjarju veru tal-għajnuna u dwar l-eliġibilità tagħha. L-Italja kienet innotifikat lil NGP bħala benefiċjarju tal-għajnuna. Madanakollu, it-tliet miżuri, kienu mogħtija lil SIMPE, impriża maħluqa riċentament, li b’hekk, m’għandhiex dritt għall-għajnuna għar-ristrutturar (il-punt 12 tal-linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà). Il-Kummissjoni wriet id-dubji tagħha dwar il-fatt li NGP u SIMPE, bħala grupp, setgħu jibbenefikaw mill-għajnuna. SIMPE nħolqot minn NGP fil-kuntest tar-ristrutturar tal-impjanti ta’ polimerizzazzjoni li għalihom ingħataw il-miżuri ta’ għajnuna fil-kwestjoni. Minn naħa l-oħra, NGP ma kienitx impriża maħluqa riċentament skond il-linji gwida dwar is-salvataġġ u r-ristrutturar, u kienet tirriżulta bħala impriża f’diffikultà u b’hekk eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar.

(27)

Madanakollu, ukoll fil-każ li NGP u SIMPE jistgħu jkunu kkunsidrati grupp wieħed eliġibbli għall-għajnuna, il-Kummissjoni wriet dubji dwar jekk kienux sodisfatti il-kriterji l-oħra stabbiliti fil-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà. Partikularment, l-Italja ma ppreżentat ebda pjan ta’ ristutturar li jissodisfa l-kriterji kollha fis-sezzjoni 3.2.2 ta’ dawn il-linji gwida, la għal SIMPE u lanqas għal NGP. Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ SIMPE, il-pjan tal-impriża ppreżentat mill-Italja ma kellux studju tas-suq dettaljat u lanqas analiżi tal-punti ta’ qawwa u ta’ dgħufija speċifiċi tal-impriża. Mandanakollu, il–Kummissjoni osservat li SIMPE sadanittant kienet trasferita lill-impriża oħra, u f’dak l-istadju ma setgħatx tagħmel valutazzjoni tal-konsegwenzi ta’ din l-operazzjoni. Fir-rigward ta’ NGP, l-Italja ma kienet tat ebda indikazzjoni dwar l-ispejjeż tal-miżuri ta’ ristrutturar li kellhom isiru jew dwar kif kellhom ikunu ffinanzjati eżatt. Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kellha dubji jekk il-kundizzjonijiet dwar ir-restawr tal-vijabilità kienux sodisfatti.

(28)

L-Italja ma kienet indikat ebda miżuri ta’ kumpens, la fuq il-livell ta’ SIMPE u lanqas ta’ NGP, u b’hekk żammet lill-Kummissjoni fid-dubju dwar ir-rispett tal-kundizzjoni dwar il-prevenzjoni ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni mhux dovut. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma kellha ebda informazzjoni dwar l-ispejjeż totali tar-ristrutturar u dwar il-kontribut tal-benefiċjarju, li huma bżonnjużi biex ikun aċċertat jekk l-għajnuna kienitx limitata għal mimimu skond il-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikoltà.

(29)

Fl-aħħar nett, l-Italja l-ewwel innotifikat il-kapital mogħti minn Sviluppo Italia bħala għajnuna, iżda iktar tard iddikjarat li kien f’konformità mas-suq u ma kienx għajnuna. Madanakollu, il-Kummissjoni kellha d-dubji dwar din il-kwestjoni.

3.2.   Il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali mill-Istat

(30)

Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni wkoll tal-kompatibilità tal-għajnuna fuq il-bażi tal-linji gwida għall-għajnuna reġjonali mill-Istat (7). SIMPE tinsab f’żona eliġibbli għall-għajnuna reġjonali fit-tifsira tal-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra a) tat-Trattat, fejn l-ammont massimu ta’ għajnuna reġjonali huwa ta’ 35 % NGE (ekwivalenti ta’ għotja netta) tal-investimenti eliġibbli. Il-miżuri fil-kwestjoni kellhom iwasslu biex SIMPE twettaq il-proġetti ta’ investiment fuq il-linja CP3. Il-Kummissjoni madankollu, ma kellhiex informazzjoni li bihom setgħet tagħmel valutazzjoni dwar jekk l-ispejjeż għall-investimenti fuq il-linja CP3 setgħux ikunu kkunidsrati eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment, u jekk l-ammont massimu ta’ għajnuna reġjonali tal-35 % kienx rispettat.

4.   KUMMENTI MILL-ITALJA

(31)

L-Italja tenniet li, għal dak li għandu x’jaqsam mal-miżuri ta’ għajnuna, is-sehem temporanju ta’ Sviluppo Italia fil-kapital ta’ SIMPE mhuwiex għajnuna mill-Istat billi huma konformi mal-prinċipju tal-investitur privat. L-Italja ddikjarat li ż-żewġ azzjonisti l-oħra ta’ SIMPE, (NGP u La Seda de Barcelona), kienu marbuta li jixtru il-kwota ta’ Sviluppo Italia fi żmien tlieta sa ħames snin bi preżż daqs il-valur nominali kif ukoll l-imgħax annwali fuq ir-rata ta’ referenza uffiċjali għall-operazzjonijiet ta’ żmien medju jew twil miżjud b’mill-inqas żewġ punti perċentwali. Barra minn hekk, dan l-impenn huwa kopert b’garanzija minn NGP fuq il-beni immobbli tagħha. Skond l-Italja, kull investitur privat kien jagħmel investiment bħal dan, b’garanzija bħal din ta’ qligħ fuq il-kapital.

(32)

Barra minn hekk, l-Italja sostniet ukoll li ż-żewġ miżuri l-oħra kienu mogħtija lil SIMPE fuq il-bażi tal-iskema ta’ għajnuna prevista mill-liġi Taljna nru 181/89, awtorizzata mill-Kummissjoni (Nru 214/2003) (8), u li kemm l-ispejjeż eliġibbli kif ukoll l-intensità ta’ l-għajnuna huma konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din l-iskema, jiġifieri intensità massima ta’ għajnuna reġjonali tal-35 % (NGE –ekwivalenti tal-għotja netta). L-Italja targumenta li, għalkemm hija nnotifikat l-għajnuna bħala għajnuna għar-ristrutturar ta’ NGP, hija tqis li tista’ tkun ikkunsidrata bħala għajnuna reġjonali lil SIMPE fl-ambitu ta’ din l-iskema.

Il-pjan ta’ ristrutturar

(33)

L-Italja affermat li, fil-każ li l-Kummissjoni ma taqbilx mal-fatt li l-għajnuna tidħol fl-iskema Nru 214/2003, din għandha tikkunsidra l-għajnuna kompatibbli bħala għajnuna għar-ristrutturar.

(34)

L-Italja ssostni li l-benefiċjarju tal-għajnuna hija NGP, li tista’ tkun ikkunsidrata bħala impriża f’diffikultà.

(35)

L-Italja ppreżentat ukoll pjan ta’ ristrutturar mibdul kemm għal NGP kif ukoll għal SIMPE meta kkunsidrat l-istrateġija ġdida ta’ La Seda de Barcelona.

(36)

Kif spjegat hawn fuq, fuq il-bażi ta’ dan il-pjan, SIMPE għandha tipproduċi prinċipalment il-polimeru poljester tal-linja CP3 għas-suq tal-PET. L-Italja ppreżentat studju tas-suq li juri kif is-suq tal-materjal tal-plastik għall-ippakkjar qiegħed jespandi dejjem iktar, b’żieda fir-rikjesta ta’ 7 % fis-sena (9). Barra minn hekk, SIMPE għandha tkompli tipproduċi l-polimeru polijestser tal-linja CP1 u CP2 bħala forniment għal Fidion, impriża fejn Montefibre ttrasferiet il-produzzjoni tagħha ta’ fibri tal-polijester.

(37)

NGP se tibqa’ tagħti l-utilitajiet u servizzi oħra, bħar-riċerka, il-laboratorju u t-trattament tad-drenaġġ tal-impriżi industrijali ta’ Acerra, iżda se tabbanduna l-attivitajiet l-oħra kollha ta’ produzzjoni industrijali. L-impriża se żżomm 54 mill-270 impjegat tagħha oriġinali u 76 se jkunu ttrasferiti lil SIMPE.

(38)

Il-pjan ta’ ristrutturar ġdid jipprevedi investiment ta’ EUR 8,5 miljun minn naħa ta’ NGP biex timmodernizza l-infrastruttura tal-utilitajiet. Fil-każ ta’ SIMPE, l-impriża se tkompli tinvesti EUR 40,4 miljun, li minnhom 22 miljun minħabba l-bdil tal-materja prima (PTA) tal-linja CP3 kif previst fil-pjan oriġinali, u l-bqija biex tiżviluppa proċess ta’ postpolimerizzazzjoni ġdid bżonnjuż biex jitlesta ċ-ċiklu ta’ produzzjoni tal-PET u biex jaddatta l-linji CP1 u CP2 ukoll għall-użu tal-PTA.

(39)

L-Italja tat tabella bid-dettalji tal-ispejjeż ta’ ristrutturar u s-sorsi ta’ finanzjament kemm għal NGP kif ukoll għal SIMPE. Skond din it-tabella, l-ispejjeż ta’ ristrutturar iwasslu għal EUR 103,5 miljun.

(40)

Il-pjan il-ġdid juri firxa ta’ previżjonijiet – ottimisti, moderati u pessimisti – għal NGP u SIMPE. NGP għandha tibda tagħmel il-qligħ – ukoll skont il-previżjoni pessimista – diġà mill-2009. Filwaqt li SIMPE, skond il-previżjoni pessimista, għandu jkollha riżultati pożittivi mill-2011; skond il-previżjoni moderata, fl-2010, u skont dik ottimsita diġà fl-2009.

5.   IL-KUMMENTI TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(41)

NGP tappoġġja l-kummenti magħmula mill-Italja. Il-Comité International de la Rayonne et des Fibres Synthétiques (CIRFS), wieħed minn dawk li għamlu d-denunzja oriġinali, u rappreżentant tal-industrija tal-fibri sintetiċi, osserva li, jekk l-għanuna kienet prinċipalment għas-suq tal-PET, mhix ta’ rilevanza għas-settur tal-produzzjoni tal-fibri sintetiċi.

6.   EVALWAZZJONI

6.1.   Għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87, il-paragrafu 1, tat-Trattat tal-KE

(42)

Fit-tifsira tal-Artikolu 87, il-paragrafu 1 tat-Trattat jingħad li kull għajnuna mogħtija minn Stati Membri jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat f’kull għamla tkun xi tkun li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti titqies, minħabba li taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, bħala inkompatibbli mas-suq komuni. F’konformità mal-każistika stabbilita mill-Qrati Ewropej, il-kriterju dwar l-għajnuna li għandu effett fuq il-kummerċ jintlaħaq jekk l-impriża benefiċjarja twettaq attività ekonomika li twassal għall-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(43)

Żewġ awtoritajiet pubbliċi, il-Ministeru tal-Industrija u r-Reġjun tal-Campania taw l-għotja u s-self. Għalhekk, il-miżuri kienu ffinanzjati minn riżorsi statali u huma attribwiti lill-Istat. Kemm l-għotja kif ukoll is-self, li huwa mogħti b’rata ta’ imgħax inqas mir-rata ta’ referenza għall-impriżi b’saħħithom, u ebda investitur fis-suq ma kien jaqbel ma’ dawn il-kundizzjonijiet, jagħtu vantaġġ lill-impriżi.

(44)

Rigward il-kontribut ta’ kapital li Sviluppo Italia tat lil SIMPE, l-Italja l-ewwel innotifikatu bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat, iżda wara ddikjarat li ma kienx għajnuna billi kien konformi mal-prinċipju tal-investitur fis-suq u ma ta ebda vantaġġ lill-impriża.

(45)

Madanakollu, kuntrarju għal dak li qegħdin isostnu l-awtoritajiet Taljani, il-Kummissjoni temmen li l-intervent temporanju minn Sviluppo Italia fil-kapital ta’ SIMPE jidher li hu għajnuna fit-tifsira tal-Artikolu 87, il-paragrafu 1 tat-Trattat. Sviluppo Italia hija aġenzija pubblika u għalhekk il-kontributi finanzjarji tagħha huma attribwiti lill-Istat u huma għajnuna mill-Istat, sakemm ma jkunx muri li Sviluppo Italia aġixxiet bħala investitur privat f’ekonomija tas-suq.

(46)

Rigward dan il-kontribut ta’ Sviluppo Italia għall-kapital ta’ SIMPE, il-Kummissjoni tosserva li dan kien parti mill-pjan ta’ ristrutturar ta’ NGP. Billi NGP kienet impriża f’diffikultà u SIMPE kienet maħluqa biss minħabba r-ristrutturar ta’ NGP, jista’ jitqies li Sviluppo Italia ddeċidiet li takkwista kwoti ta’ impriża f’diffikultà. Minbarra hekk, il-kontribut ta’ kapital ta’ Sviluppo Italia kien marbut, bħal ma kienet parti mill-operazzjoni stess, ma’ żewġ miżuri oħra kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 87, paragrafu 1 tat-Trattat, jiġifieri għotja diretta mir-Reġjun Campania u mill-Ministeru tal-Industrija, u self aġevolat mogħti mill-Ministeru tal-Industrija.

(47)

F’deċiżjonijiet preċedenti (10), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prinċipju tal-investitur privat kien rispettat fil-kaz fejn il-kontribut ta’ kapital pubbliku kien għall-impriża b’saħħitha. Il-prinċipju tal-investitur privat jista’ jkun sodisfatt ukoll jekk l-impriża tkun f’diffikultà: madanakollu, f’każ bħal dan, il-kontribut ta’ kapital mill-Istat għandu jsir bl-istess kundizzjonijiet li kieku investitur privat jagħmel għal impriża b’riskju daqshekk għoli – jiġifieri rata ta’ imgħax ħafna ogħla minn dik applikabbli għall-impriża b’saħħitha, u bi prospetti ċari ta’ restawr ta’ vijabilità.

(48)

L-awtoritajiet Taljani ma wrewx li investitur privat kien ikun lest li jakkwista kwoti fl-istess ċirkustanzi. Fil-fatt, m’hemm ebda evidenza li l-qligħ fuq il-kapital bil-kundizzjonijiet stabbiliti minn Sviluppo Italia (jiġifieri żewġ punti perċentwali ogħla mir-rata ta’ riferiment) kienet tkun biżżejjed biex tqajjem l-interess ta’ investitur privat, meta jkun ikkunsidrat li NGP kienet waqqfet l-attività tagħha u li ma kien hemm ebda ċertezza (minbarra l-fatt li l-investiment kien megħjun minn għajnuna mill-Istat) tar-restwar tal-vijabilità. F’dan ir-rigward, għandu jkun osservat ukoll li La Seda de Barcelona xtrat is-sehem ta’ SIMPE biss disa’ xhur wara l-intervent ta’ Sviluppo Italia, u wara li kienu ngħataw it-tipi l-oħra ta’ għajnuna.

(49)

Il-Kummissjoni għalhekk ikkunkludiet li l-kontribut ta’ kapital ta’ Sviluppo Italia wassal għal vantaġġi għall-impriża.

(50)

NGP u s-suċċessur tagħha SIMPE jipproduċu polimeri tal-polijestser. Minħabba li dan il-prodott huwa kummerċjalizzat fuq firxa kbira fl-Unjoni Ewropea, il-miżura thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għotja, is-self u l-kontribut ta’ kapital minn Sviluppo Italia jidher li huwa għajnuna mill-Istat skond it-tifsira tal-Artikolu 87, il-paragrafu 1 tat-Trattat tal-KE, u li l-kompatibilità tagħha għandu b’hekk ikun valutat.

6.2.   Bażi legali

(51)

Fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni uriet id-dubji tagħha dwar il-kompatibiltà tal-għajnuna mal-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà u mal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat reġjonali.

(52)

Fuq il-bażi tal-kummenti mressqa mill-Italja, il-Kummissjoni madankollu osservat li l-elementi kollha dwar il-pjan ta’ ristrutturar jidhru preżenti f’dan il-każ. Fiż-żmien li kienet mogħtija l-għajnuna, NGP kienet impriża f’diffikultà. L-għajnuna kienet mogħtija biex terġa’ ġġib qligħ għall-impriża, fuq il-bażi ta’ pjan ta’ ristrutturar li l-awtoritajiet Taljani kienu impenjaw ruħhom li jwettqu (ara l-kundizzjonijiet tal-Ftehim, fil-punt 15 hawn fuq). Barra minn hekk, għalkemm skond l-awtoritajiet Taljani l-għajnuna kienet mogħtija lil SIMPE (u mhux lil NGP), SIMPE kienet maħluqa biss minħabba r-ristrutturar ta’ NGP u b’hekk hija parti mill-pjan ta’ ristrutturar. Fl-aħħar mill-aħħar, kemm NGP kif ukoll SIMPE bbenefikaw mill-għajnuna.

(53)

Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, minħabba l-effett potenzjali ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fl-għajnuna għar-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà, il-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà fihom kriterji speċifiċi biex jiggarantixxu li l-għotja ta’ din l-għajnuna tkun limitata għal-minimu indispensabbli biex terġa’ ġġib qligħ għall-impriża, u tillimita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni b’obbligu biex taddotta miżuri ta’ kumpens impost fuq il- benefiċjarju. Dawn il-kriterji setgħu jkunu evitati fil-każ li l-miżuri kienu valutati skond il-linji gwida għall-għajnuna mill-Istat reġjonali, li f’kull każ, ma japplikawx għall-impriżi f’diffikultà (11).

(54)

Għar-raġunijiet miġjuba hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kompatibiltà tal-għajnuna għandha tkun valutata skond il-linji gwida komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tal-impriżi f’diffikultà (“il-linji gwida komunitarji”)

6.3.   L-eliġibilità tal-impriża

(55)

F’konformità mas-sezzjoni 2.1 tal-linji gwida, il-Kummissjoni tikkunsidra li impriża hija f’diffikultà meta ma jirnexxilhiex, bir-riżorsi tagħha jew minn riżorsi li tista’ tieħu mill-proprjetarji/azzjonisti u mill-kredituri, twaqqaf it-telf li, fin-nuqqas ta’ intervent estern mill-awtoritajiet pubbliċi, iwassalha kważi żgur għall-falliment ekonomiku, f’qasir żmien jew fi żmien medju. Is-sintomi karatteristiċi ta’ impriża f’diffikultà huwa l-livell ta’ telf dejjem jikber, it-tnaqqis fit-turnover, iż-żieda fil-ħażna, l-eċċess fil-kapaċità, it-tnaqqis fil-likwidità, iż-żieda fid-dejn u fil-piż tal-imgħax, kif ukoll it-tnaqqis jew it-telf totali tal-valur nett tal-assi. Fl-iktar każi gravi l-impriża tista’ diġà tkun falliet jew inbdiet il-proċedura ta’ falliment kontriha.

(56)

Impriża li nħolqot riċentament ma tistax tibbenefika mill-għajnuna għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar, ukoll jekk għandha sitwazzjoni finanzjarja prekarja. Normalment, impriża tiġi kkunsidrata maħluqa riċentament fl-ewwel tliet snin mill-bidu tal-attività fis-settur relevanti.

(57)

Minn naħa l-oħra, il-punt 13 tal-linji gwida jistabbilixxi li “fil-każ li impriża f’diffikultà toħloq sussidjarja, is-sussidjarja u l-impriża f’diffikultà li qegħdha tikkontrollha jiġu kkunsidrati bħala grupp u għandhom id-dritt jirċievu għajnuna bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-punt”.

(58)

Fid-deċiżjoni tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji dwar il-fatt li NGP segħet tkun il-benefiċjarja tal-għajnuna, għalkemm l-għajnuna ngħatat lill SIMPE. Barra minn hekk, SIMPE, billi hija impriża maħluqa riċentament, ma setgħetx tibbenifika mill-għajnuna għar-ristrutturar fit-tifsira tas-sezzjoni 2.1 imsemmija hawn fuq. Madanakollu, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żewġ impriżi f’daqqa, setgħux ikunu kkunsidrati bħala grupp u għalhekk eliġibbli għall-għajnuna.

(59)

SIMPE nħolqot minn NGP fil-kuntest tar-ristrutturar tal-impjanti ta’ polimerizzazzjoni, li għaliha ngħataw il-miżuri ta’ għajnuna fil-kwestjoni, u għalhekk hija parti minn NGP. Minn naħa l-oħra, NGP inħolqot fi Frar 2003 u bdiet l-attività tagħha f’Marzu 2003, jiġifieri iktar minn tliet snin qabel l-għotja tal-miżuri ta’ għajnuna f’Mejju 2006. B’hekk mhix impriża maħluqa riċentament skond il-linji gwida komunitarji. Barra minn hekk, NGP turi s-sinjali karatteritiċi ta’ impriżi f’diffikultà: Kellh telf ta’ EUR 29,68 miljun fl-2003, l-aħħar sena ta’ produzzjoni sħiħa, u telf ta’ EUR 17,87 miljun fl-2004. Fl-2005, madanakollu, l-impriża irreġistrat qligħ ta’ EUR 5,27 miljun, il-parti l-kbira minn dħul straordinarju.

(60)

Minbarra dan, NGP kienet l-azzjonista maġġoritarja ta’ SIMPE fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna. Il-Kummissjoni tikkonkludi għalhekk, li NGP u SIMPE jistgħu kunu kkunsidrati bħala grupp eliġibbli għall-għajnuna skond il-linji gwida.

6.4.   Ir-restawr tal-vijabilità

(61)

L-għotja ta’ għajnuna hija taħt il-kundizzjoni li jitwettaq pjan ta’ ristrutturar, li għandu jieħu l-inqas żmien possibbli. Għandu jerġa’ jġib il-vijabilità tal-impriża għal tul ta’ żmien, fi żmien raġonevoli, u fuq il-bażi ta’ ipoteżi realistiċi dwar il-kundizzjonijiet operattivi futuri. Fost l-oħrajn, il-pjan ta’ ristrutturar għandu jkollu studju tas-suq, u t-titjib fil-vijabilità għandha tkun fuq kollox riżultat tal-miżuri ta’ tisħiħ intern li hemm fiha (il-punt 35 tal-linji gwida).

(62)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta’ ristrutturar mibdul, li jirrifletti t-tibdil magħmul minn La Seda de Barcelona, jissodisfa r-rekwiżiti tal-linji gwida. L-Italja pprovdiet analiżi tas-suq, li juri li s-suq tal-polimeri għall-PET qiegħed jespandi sew. Ir-ristrutturar jieħu miżuri adegwati ta’ tisħiħ intern biex jegħleb il-problemi tal-passat (il-passaġġ għall-materja prima ġdida), flimkien ma’ investimenti ġodda sinifikanti minn naħa tal-proprjetarju l-ġdid La Seda de Barcelona, li jħallu lill SIMPE topera fis-suq tal-polimeru għall-PET għalkemm tkompli tipproduċi l-polimeru likwidu għal Fidion għall-użu tessilu. Barra minn hekk, l-Italja ppreżentat previżjonijiet ottimisti, pessimisti u moderati fuq il-bażi ta’ tibdil fil-volum tal-produzzjoni, li juru li r-restawr tal-vijabilità għal NGP u SIMPE huwa previst fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għadaqstant tikkunsidra li l-kundizzjonijiet dwar ir-restawr tal-vijabilità huma milħuqa.

6.5.   Għajnuna limitata għal minimu: kontribut vera, mingħajr elementi ta’ għajnuna

(63)

L-ammont tal-għajnuna għandu jkun illimitat għall-minimu indispensabbli għar-ristrutturar, skond id-disponibilità finanzjarja tal-impriża u tal-azzjonisti tagħha. Barra minn hekk, il-benefiċjarji għandhom jagħmlu kontribut sinifikanti għall-ispejjeż tar-ristrutturar, kemm mill-fondi tagħhom stess kif ukoll minn self estern skond il-kondizzjonijiet tas-suq. Fil-każ tal-impriżi l-kbar, normalment il-Kummissjoni tikkunsidra l-kontribut ta’ mill-inqas 50 % bħala adegwat.

(64)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Italja, madwar 80 % tal-ispejjeż tar-ristrutturar kienu ffinanzjati mill-fondi tal-grupp stess: b’hekk il-kundizzjonijiet tal-punt 44 tal-linji gwida huma sodisfatti.

6.6.   Il-prevenzjoni ta’ tgħawwiġ tal-kompetizzjoni mhux dovut li jista’ jiġi mill-għajnuna

(65)

Hemm bżonn li jkunu addottati miżuri ta’ kumpens biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tan-negozju, biex jidhru l-effettivi pożittivi. Inkella, l-għajnuna titqies bħala “kontra l-interess komuni” u b’hekk tkun inkompatibbli mas-suq komuni (il-punt 38 tal-linji gwida).

(66)

L-Italja tipproponi l-miżuri ta’ kumpens li ġejjin:

SIMPE se tillimita l-produzzjoni annwali tal-polimeru polijester għas-suq tal-PET għal 11 000 tunnellata mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna sal-31 ta’ Diċembru 2012;

L-Italja se tagħti lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantità annwali tal-polimeru polijester prodott u mibjugħ minn SIMPE sal-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara, u sal-31 ta’ Diċembru 2012;

Barra minn hekk, l-Italja timpenja ruħha li ma tagħti ebda tip ta’ għajnuna mill-Istat lil SIMPE u lil NPG jew lil kull impriża jew attività maħluqa, ikkontrollata jew li hi parti mill-istess grupp, wara d-deċiżjoni tal-Kummisjoni li tawtorizza l-għajnuna, u sal-31 ta’ Diċembru 2012.

(67)

L-Italja spjegat li skond il-pjan ta’ ristrutturar, NGP (jew s-suċċessur tagħha SIMPE), toħroġ kompletament mis-suq tal-polimeru polijester fil-forma ta’ granuli għat-tessili kif ukoll tat-tipi speċjali tal-polimeru polijester, b’hekk tabbanduna l-20 % ta’ dan is-suq. Minn naħa tagħha, SIMPE tippjana li tilħaq kwota tal-4 % fis-suq tal-UE tal-PET.

(68)

Il-punt 40 tal-linji gwida jistabbilixxi li “Il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati mal-effett ta’ tgħawwiġ tal-għajnuna u, b’mod partikulari (…) għas-sehem relattiv tal-impriża fuq is-swieq li taħdem fihom. Għandhom jitwettqu b’mod partikulari fis-swieq li fihom l-impriża ssib ruħha li żżomm pożizzjoni importanti fis-suq wara r-ristrutturar.”

(69)

Il-Kummissjoni għalhekk tosserva li s-suq prinċipali ta’ SIMPE huwa dak tal-polijester għall-PET. Barra minn hekk, La Seda de Barcelona, li hi l-azzjonista maġġoritarja ta’ SIMPE, hija waħda mill-ikbar produtturi ewropej tal-polimeru poljester għas-suq tal-PET. L-għajnuna b’hekk hija b’mod li toħloq tgħawwiġ sinifikanti fil-kompetizzjoni f’dan is-suq. Għal din ir-raġuni il-livell massimu ta’ produzzjoni ta’ 110 000 tunnellata jirrappreżenta limitazzjoni kbira tal-preżenza fis-suq, meta mqabbel mal-kapaċità effettiva tal-produzzjoni tal-polijester għall-PET minn SIMPE, li hi ta 160 000 tunnellata fis-sena. Sinjifikattiv ukoll huwa l-fatt li din il-limitazzjoni tal-produzzjoni se tibqa’ sseħħ sal-aħħar tal-2010 meta s-suq tal-PET qiegħed jespandi. Skond l-analiżi tas-suq ippreżentata mill-Italja, iż-żieda fit-talba għal dan il-prodott fl-2004 kienet ta’ 6,9 %, u jidher li din it-tendenza se tkompli fis-snin li ġejjin.

(70)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-produzzjoni tal-polimeru polijester likwidu, li se tibqa’ għaddejja fil-linji CP1 u CP2, jidher li l-volumi tal-produzzjoni ta’ dan il-prodotti diġà kienet imnaqqsa b’mod sostanzjali bir-ristrutturar, minn 105 000 tunnellata fis-sena għal 60 000 tunnellata fis-sena, u li din il-produzzjoni hija b’mod esklussiv għal Fidion (eks Montefibre). Iktar tnaqqis għal dan is-settur ma jkunx realistiku u jista’ jpoġġi f’riskju il-vijabilità tal-impriża.

(71)

Il-Kummissjoni tosserva fl-aħħar nett, li l-Italja timpenja ruħha li ma tagħti ebda tip ta’ għajnuna mill-Istat lil SIMPE u lil NGP u lil kull impriża jew attività maħluqa, ikkontrollata jew li hi parti mill-istess grupp, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna, u sal-31 ta’ Diċembru 2012, biex tevita li t-tgħawwiġ eventwali maħluq mill-għajnuna jkun aggravat minn għajnuna futura.

(72)

Fid-dawl ta’ dan kollu spjegat hawn fuq, il-Kummissjoni temmen li l-miżuri ta’ kumpens proposti mill-Italja huma biżżejjed biex inaqqsu l-effetti negattivi tal-għajnuna.

(73)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat notifikata favur NGP u SIMPE għat-twettiq tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ hawn fuq jista’ jkun ikkunsidrat kompatibbli mas-suq komuni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Italja favur il-pjan ta’ ristrutturar ta’ NGP/SIMPE, ta’ EUR 20,87 miljun, hija kompatibbli mas-suq komuni fit-tifsira tal-Artikolu 87, paragrafu 3, ittra c) tat-Trattat, bla ħsara għall-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.

Artikolu 2

L-Italja tagħti garanzija li se jkunu rispettati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

SIMPE se tillimita l-produzzjoni annwali tal-polimeru polijester għas-suq tal-PET għal 110 000 tunnellata mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna sal-31 ta’ Diċembru 2012;

(b)

L-Italja se tagħti lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kwantità annwali tal-polimeru polijester prodott u mibjugħ minn SIMPE sal-aħħar ta’ Frar tas-sena ta’ wara, u sal-31 ta’ Diċembru 2012;

(ċ)

L-Italja timpenja ruħha li ma tagħti ebda tip ta’ għajnuna mill-Istat lil SIMPE u lil NPG jew lil kull impriża jew attività maħluqa, ikkontrollata jew li hi parti mill-istess grupp, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-għajnuna, u sal-31 ta’ Diċembru 2012.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Italja.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 131, 13.6.2007, p. 22.

(2)  Ara hawn fuq, nota 1.

(3)  Nru 715/1999, ĠU C 278, 30.9.2000, p. 26.

(4)  NGP kellha ssir fornitur ta’ servizzi teknoloġiċi, ambjentali u ta’ enerġija u kellha tkompli tamministra ċ-ċentru ta’ riċerka.

(5)  Il-materja prima li oriġinarjament NGP kienet tipproduċi u tuża (id-DMT) kellha spejjeż fissi għoljin li, fiż-żmien ta’ inqas talba, wasslu għal spejjeż għoljin għal kull unità. Skond l-Italja, il-materja prima l-ġdida, il-PTA, tagħmel l-ispejjeż tal-produzzjoni iktar flessibbli u twassal għal firxa ikbar ta’ applikazzjonijiet industrijali.

(6)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(7)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(8)  ĠU C 284, 27.11.2003, p. 2.

(9)  Cifri tal-2004.

(10)  Nru 132/1999 Parco Navi, Nru 191/1998 Pomella, Nru 652/1999 Granarolo

(11)  Ara l-punt 4.4 tal-linji gwida għall-għajnuna reġjonali (ara n-nota 7 hawn fuq).


12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-6 ta’ Novembru 2008

li tikkonċerna l-kontribut finanzjarju tal-Komunità, għas-sena 2009, għal azzjonijiet tal-OIE fil-qasam tal-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali

(2008/849/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-Komunità tista’ twettaq, jew tgħin lill-Istati Membri jew lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex iwettqu, il-miżuri tekniċi u xjentifiċi meħtieġa għall-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja tal-Komunità u għall-iżvilupp tal-edukazzjoni jew it-taħriġ veterinarju.

(2)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) hija l-organizzazzjoni intergovernattiva responsabbli għat-titjib tas-saħħa tal-annimali madwar id-dinja u għall-istabbiliment ta’ standards għall-kummerċ internazzjonali tal-annimali u l-prodotti tagħhom. Bħalissa, l-OIE qiegħda tiżviluppa linji ta’ gwida għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali. Meta jiġu adottati, dawn il-linji ta’ gwida se jkunu standard internazzjonali ta’ referenza skont il-ftehim tad-WTO dwar Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji (SPS). Se jkunu l-bażi għal kull leġiżlazzjoni relevanti implimentata mill-pajjiżi membri tal-OIE, fosthom l-Istati Membri tal-UE. Għalhekk, se jkollhom impatt dirett u konsiderevoli fuq l-iżvilupp tal-leġiżlazzjoni veterinarja Komunitarja. Fid-dawl tal-importanza tal-kummerċ tal-annimali u l-prodotti tal-annimali, huwa importanti għall-UE li jkollha l-istandards futuri tal-OIE kemm jista’ jkun qrib tal-leġiżlazzjoni kurrenti u futura tal-Komunità.

(3)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-reġjuni dwar Strateġija ġdida li tikkonċerna s-Saħħa tal-Annimali għall-UE (2007-2013) tiddeskrivi t-traċċabilità bħala waħda mill-għodod ewlenin tal-istrateġija għas-saħħa tal-annimali. F’dan il-kuntest, jixraq li jiġu promossi b’mod attiv l-istandards Komunitarji fil-livell internazzjonali.

(4)

L-OIE qed tippjana Konferenza dwar l-Identifikazzjoni u t-Traċċabilità tal-Annimali bil-għan li tappoġġa l-implimentazzjoni dinjija tal-istandards internazzjonali għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità. Din il-konferenza se jkollha influwenza kbira fuq l-iżvilupp futur tal-istandards internazzjonali għall-identifikazzjoni u t-traċċabilità tal-annimali. Għalhekk, jixraq li jingħata kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-konferenza tal-OIE.

(5)

L-OIE għandha monopolju de facto fis-settur tagħha, kif imsemmi fl-Artikolu 168(1)(c) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjaru applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2); għalhekk mhix meħtieġa sejħa għal proposti.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa approvat kontribut finanzjarju tal-Komunità ta’ EUR 150 000, għall-finanzjament ta’ Konferenza tal-OIE dwar l-Identifikazzjoni u t-Traċċabilità tal-Annimali, organizzata mill-OIE fl-2009, li jikkostitwixxi kofinanzjament Komunitarju b’massimu ta’ 33 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.

Artikolu 2

Il-kontributi finanzjarji stipulati fl-Artikolu 1 għandhom jiġu ffinanzjati mil-linja tal-baġit 17 04 02 01 tal-baġit tal-Komunitajiet Ewropej għall-2009.

Ftehim ta’ għotja għall-kontributi finanzjarji stipulati fl-Artikolu 1 se jingħata lill-OIE mingħajr sejħa għal proposti billi l-OIE hija l-organizzazzjoni intergovernattiva għat-titjib tas-saħħa tal-annimali fid-dinja u għandha monopolju de facto.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19.

(2)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/23


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ottubru 2008

dwar in-notifiki, l-iskadenzi u l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5925)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/850/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skond il-qafas regolatorju għal netwerks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma obbligati li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-suq intern billi jikkooperaw ma’ xulxin u mal-Kummissjoni b’mod trasparenti sabiex jiżguraw l-iżvillup ta’ prattika regolatorja konsistenti u l-applikazzjoni konsistenti tad-direttivi li jiffurmaw il-qafas regolatorju.

(2)

Biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet mittieħda fuq livell nazzjonali ma jkollhomx effett ħażin fuq is-suq uniku jew fuq l-għanijiet segwiti mill-qafas regolatorju, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra dwar dawk il-miżuri abbozzati li huma stipulati fl-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE.

(3)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jiksbu l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għall-obbligazzjonijiet koperti mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 marbuta ma’ l-aċċess għan-netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u għal dawk il-faċilitajiet assoċjati (2), kif ukoll ma’ l-interkonnessjoni magħhom, li huwa proċess separat.

(4)

Jekk ikunu jixtiequ, il-Kummissjoni tagħti lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-opportunità biex jiddiskutu kwalunkwe miżuri fi stadju ta’ abbozz, qabel issir notifika formali ta’ dawn il-miżuri skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE u l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE. Meta, f’konformità ma’ l-Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni tkun tgħat indikazzjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali li hi jidhrilha li l-miżura abbozz tkun ser toħloq xkiel għas-suq uniku jew meta jkollha dubji serji dwar kemm il-miżura hija kompatibbli mal-liġi Komunitarja, l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata għandha tingħata opportunità minn kmieni biex tesprimi l-fehmiet tagħha dwar il-kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni.

(5)

Id-Direttiva 2002/21/KE tistabbilixxi certi skadenzi vinkolanti għall-konsiderazzjoni tan-notifiki skond l-Artikolu 7.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u konsultazzjoni stabbilit fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE u sabiex tiġi ggarantita ċertezza legali, regoli ċari li jittrattaw dwar l-aspetti proċedurali prinċipali tan-notifiki magħmula skond l-Artikolu 7 ġew stabbiliti bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/561/KE tat-23 ta’ Lulju 2003 dwar in-notifiki, l-iskadenzi u l-konsultazzjonijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika (3). Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tidħol minflok ir-Rakkomandazzjoni 2003/561/KE bil-għan li jkompli jiġi ssimplifikat u mtejjeb il-proċess ta’ notifika.

(7)

Biex l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali dwar il-kontenut tal-miżuri abbozz ikunu aktar iggwidati u biex tiżdied iċ-ċertezza legali dwar il-kompletezza tan-notifika, ċertu tagħrif minimu għandu jingħata dwar fiex għandha tikkonsisti miżura abbozz sabiex tkun tista’ tiġi vvalutata b’mod xieraq.

(8)

Tqieset il-ħtieġa biex tiġi assigurata valutazzjoni effettiva, minn naħa, u biex kemm jista’ jkun tiġi ssimplifikata l-amministrazzjoni, min-naħa l-oħra. F’dan ir-rigward, il-mekkaniżmu ta’ notifika m’għandu jinvolvi l-ebda piż amministrattiv bla ħtieġa fuq spallejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Ikun ukoll ta’ benefiċċju li jiġu ċċarati arranġamenti proċedurali fil-kuntest tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE.

(9)

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jużaw formati standard għan-notifiki sabiex jgħinu fis-simplifikazzjoni ta’ miżura abbozz innotifikata u biex iħaffu l-proċess.

(10)

Biex tittejjeb l-effiċjenza tal-mekkaniżmu tan-notifika, tiżdied iċ-ċertezza legali għall-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-aġenti tas-suq, u tiġi żgurata implimentazzjoni fil-waqt tal-miżuri regolatorji, hemm ix-xewqa li notifika minn awtorità regolatorja nazzjonali li tkopri analiżi tas-suq għandha tinkludi wkoll ir-rimedji proposti mill-awtorità regolatorja nazzjonali indirizzati lejn in-nuqqasijiet tas-suq identifikati. Meta l-miżura abbozz tkun marbuta ma’ suq li jinstab li hu kompetittiv u r-rimedji diġà jkunu jeżistu fejn għandu x’jaqsam dak is-suq, in-notifika għandha tinkludi wkoll il-proposti għall-irtirar ta’ dawk l-obbligi.

(11)

In ġenerali, għal ċerti kategoriji tal-miżuri abbozz għandha tintuża formola qasira għan-notifiki sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Kummissjoni. Notifiki ta’ dawn il-kategoriji bil-proċedura standard huma possibli.

(12)

Meta awtorità regolatorja nazzjonali tkun bi ħsiebha tirtira l-obbligi regolatorji marbuta ma’ swieq li mhumiex inklużi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/879/KE tas-17 ta’ Diċembru 2007 dwar swieq għal prodotti u servizzi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika suxxettibbli għal sottomissjoni għal regolament ex ante f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (4), notifika ta’ miżura abbozz bħal din taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE għandha ssir permezz tal-formola qasira għan-notifiki.

(13)

Meta awtorità regolatorja nazzjonali teżegwixxi analiżi ta’ suq li jkun instab li kien effettivament kompetittiv f’analiżi preċedenti u għal darba oħra jerġa’ jinstab li dan is-suq huwa effettivament kompetittiv, in-notifika għandha tintgħamel permezz tal-formola qasira għan-notifiki.

(14)

Frekwentement, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jemendaw id-dettalji tekniċi tar-rimedji imposti biex jiġu kkunsidrati l-varjazzjonijiet fl-indikaturi ekonomiċi (tagħmir, xogħol, inflazzjoni, cost of capital, rati tal-kera tal-proprjetà, eċċ.), jew biex jiġu aġġornati l-previżjonijiet jew is-suppożizzjonijiet. Il-varjazzjonijiet jew l-aġġornamenti tad-dettalji li ma jibdlux in-natura jew l-ambitu ġenerali tar-rimedji (pereżempju, estensjoni ta’ l-obbligi ta’ l-irrappurtar, dettalji dwar ir-riskji li għandhom ikunu koperti mill-assigurazzjoni, ammonti ta’ penali, jew perjodi għall-fornimenti) għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-formola qasira għan-notifiki. Dawk it-tibdiliet sostanzjali biss applikati għan-natura jew l-ambitu tar-rimedji li għandhom impatt apprezzabbli fuq is-suq (bħal fil-każ ta’ livelli ta’ prezzijiet, emendi fil-metodoloġiji użati għall-kolkolu ta’ l-infiq u l-prezzijiet, l-iffissar tal-perjodi tranżitorji) għandhom jiġu nnotifikati permezz tal-proċedura standard ta’ notifika.

(15)

Fir-rigward ta’ ċerti swieq (partikolarment, is-swieq tat-terminazzjoni tas-sejħiet vokali), l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jaslu għall-istess konklużjoni bħal dik li jkunu waslu għaliha f’analiżi preċedenti u jixtiequ jimponu rimedji fuq operaturi ulterjuri (pereżempju, l-operaturi l-ġodda) b’bażi tal-konsumatur simili għal ta’ operaturi koperti minn analiżi preċedenti jew fatturat totali bħal tagħhom, li ma jkunux differenti b’mod sostanzjali mill-miżuri abbozz diġà nnotifikati. Għal dawn il-miżuri abbozz għandha tintuża l-formola qasira tan-notifiki.

(16)

Miżura abbozz notifikata permezz ta’ formula qasira tan-notifiki, fil-prinċipju ma għandiex tagħti lok għal kummenti mill-Kummissjoni lill-awtorita regolatorja nazzjonali taħt l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE.

(17)

Biex tiżdied it-trasparenza fuq notifika permezz tal-proċedura standard u biex tiffaċilita il-bdil ta’ informazzjoni fuq miżuri bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kemm il-proċedura standard u l-formola qasira tan-notifiki għandha tinkludi rendiment fil-qosor tal-elementi prinċipali tal-miżura notifikata.

(18)

Il-Grupp Ewropew tar-Regolaturi għan-Netwerks u s-Servizzi ta’ Komunikazzjoni Elettronika stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE tad-29 ta’ Lulju 2002 (5) irrikonoxxa l-ħtieġa ta’ dawn l-arranġamenti.

(19)

Biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE, b’mod partikolari l-ħtieġa li jiġu żgurati prattiċi regolatorji konsistenti u applikazzjoni konsistenti ta’ din id-Direttiva, hija essenzjali konformità sħiħa mal-mekkaniżmu tan-notifiki stabbilit fl-Artikolu 7.

(20)

Il-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet ta l-opinjoni tiegħu f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2) tad-Direttiva 2002/21/KE,

B’DAN TIRRAKOMANDA:

(1)

It-termini definiti fid-Direttiva 2002/21/KE u d-direttivi speċifiċi għandhom l-istess tifsira meta wżati f’din ir-Rakkomandazzjoni. B’żieda ma’ dan:

(a)

“rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti” tfisser ir-Rakkomandazzjoni 2007/879/KE, u għal kull Rakkomandazzjoni ulterjuri dwar swieq relevanti;

(b)

“notifika” tfisser in-notifika lill-Kummissjoni minn awtorità regolatorja nazzjonali ta’ miżura abbozz f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE jew talba f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, akkumpanjata mill-formola standard tan-notifiki jew il-formola qasira tan-notifiki kif previst f’din ir-Rakkomandazzjoni (l-Anness I u l-Anness II).

(2)

In-notifiki għandhom isiru permezz ta’ posta eletronika u għandha tintalab irċevuta bħala prova li l-posta tkun waslet.

Id-dokumenti mibgħuta permezz tal-posta elettronika jitqiesu li jkunu waslu għand id-destrinatarju tagħhom dakinhar stess li fih ikunu ntbagħtu.

In-notifiki jiġu rreġistrati fl-ordni li jaslu fih.

(3)

In-notifiki jsiru effettivi fid-data li fiha l-Kummissjoni tirreġistrahom (“id-data tar-reġistrazzjoni”). Id-data tar-reġistrazzjoni tkun id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi notifika kompleta.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha jkunu infurmati permezz tal-websajt tal-Kummissjoni u tal-posta elettronika dwar id-data tar-reġistrazzjoni tan-notifika, dwar is-suġġett li dwaru tkun tittratta u dwar kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva li tasal man-notifika.

(4)

In-notifiki għandhom ikunu bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Il-formola standard tan-notifiki (l-Anness I) jew il-formola qasira tan-notifiki (l-Anness II) jistgħu jkunu b’lingwa uffiċjali differenti minn dik tal-miżura abbozz sabiex tkun iffaċilitata l-konsultazzjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra kollha.

Kwalunkwe opinjoni mogħtija jew deċiżjoni mittieħda mill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom ikunu bil-lingwa li fiha tkun miktuba l-miżura abbozz innotifikata, fejn hu possibbli tradotta għal-lingwa wżata fil-formola standard tan-notifiki.

(5)

Il-miżuri abbozz innotifikati minn awtorità regolatorja nazzjonali għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumentazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ teżeġwixxi f-funzjonijiet tagħha. Għal dawk il-miżuri abbozz li jaqgħu taħt il-punt 6 ta’ hawn taħt u li jiġu nnotifikati permezz tal-formola qasira għan-notifiki, fil-prinċipju l-Kummissjoni ma tinħtieġ l-ebda dokument addizzjoni biex teżegwixxi l-funzjonijiet tagħha.

Il-miżuri abbozz għandhom jiġu ssostanzjati kif xieraq.

(6)

Il-miżuri abbozz li ġejjin għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ l-użu tal-formola qasira għan-notifiki li qiegħda fl-Anness II:

(a)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw is-swieq li tneħħew minn jew ma kinux elenkati fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, jew għaliex suq ikun instab mill-awtorità regolatorja nazzjonali li hu kompetittiv, jew jekk l- awtorità regolatorja nazzjonali tikkonsidra it-tliet kriterji kumulattivi msemmija fil-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti li huma suxxettibbli għal regolamentazzjoni ex ante m’għadhomx jiġu rrispettati;

(b)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw swieq li, filwaqt li huma inklużi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti fis-seħħ, instab li kienu kompetittivi f’analiżi tas-swieq preċedenti, u għadhom kompetittivi;

(c)

il-miżuri abbozz li jbiddlu d-dettalji tekniċi tar-rimedji relogatorji li kienu ġew imposti qabel u li m’għandhomx impatt notevoli fuq is-suq (pereżempju, l-aġġornamenti annwali ta’ l-ispejjeż u l-istimi ta’ accounting models, skadenzi ta’ rappurtar, skadenzi għall-fornimenti); kif ukoll

(d)

il-miżuri abbozz li jikkonċernaw suq relevanti li diġà ġie analizzat u nnotifikat b’rabta ma’ intraprizi oħra, meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jimponu rimedji simili fuq intraprizi oħra, mingħajr ma jibdlu b’mod sinifikanti l-prinċipji applikati f’notifika preċedenti.

(7)

Il-Kummissjoni, billi tikkopera fil-viċin ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tissorvelja l-konsegwenzi prattiċi tal-proċedura tal-formola qasira għan-notifiki bil-għan li tagħmel kwalunkwe aġġustament ulterjuri li jista’ jkun meħtieġ jew iżżid kategoriji oħra ta’ miżuri abbozz li għandhom jiġu nnotifikati permezz ta’ l-użu tal-formola qasira għan-notifiki.

(8)

Il-miżuri abbozz li ma jaqgħux taħt il-punt 6 għandhom ikunu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni permezz ta’ l-użu tal-formola standard għan-notifiki li qiegħda fl-Anness I. Il-miżuri abbozz innotifikati għandhom jinkludu, fejn applikabbli, kull wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(a)

is-suq relevanti tal-prodotti u s-servizzi, b’mod partikolari, deskrizzjoni tal-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu inklużi fis-suq relevanti jew esklużi minnu skond il-bażi ta’ sostitwibbiltà min-naħa ta’ domanda u min-naħa ta’ provvista;

(b)

is-suq ġeografiku relevanti, inkluża analiżi motivata tal-kundizzjonijiet ta’ kompetittività fuq il-bażi ta’ sostitwibbiltà min-naħa ta’ domanda u min-naħa ta’ provvista;

(c)

l-intraprizi prinċipali li huma attivi fis-suq relevanti;

(d)

ir-riżultati ta’ l-analiżi tas-suq relevanti, partikolarment is-sejbiet li jirrigwardaw il-preżenza jew l-assenza ta’ kompetizzjoni effettiva, flimkien mar-raġunijiet għal dan. Għal dawn l-għanijiet, il-miżura abbozz għandha tinkludi analiżi ta’ l-ishma tas-suq tad-diversi impenji u referenza għal kriterji relevanti oħra, kif ikun xieraq: barrieri għad-dħul, ekonomiji ta’ skala u ta’ ambitu, integrazzjoni vertikali, kontroll ta’ infrastruttura diffiċli li tkun iddupplikata, vantaġġi jew superjorità teknoloġiċi, assenza jew djgħufija tal-kontropoter tax-xerrejja, aċċess faċli jew ipprivileġġjat għas-swieq tal-kapital u r-riżorsi finanzjarji, daqs globali ta’ l-impenn, diversifikazzjoni tal-prodotti u s-servizzi, eżistenza ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni u bejgħ żviluppata ħafna, l-assenza ta’ kompetizzjoni potenzjali u barrieri għall-espansjoni;

(e)

fejn xieraq, l-impenji li jridu jiġu identifikati bħala li għandhom, individwalment jew b’mod konġunt, saħħa kbira fis-suq fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 14 tad-Dirtettiva 2002/21/KE u l-motivi, ix-xhieda u kwalunkwe tagħrif fattwali relevanti ieħor li jsostni dawn l-identifikazzjonijiet;

(f)

ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika preċedenti mwettqa mill-awtorità regolatorja nazzjonali;

(g)

l-opinjoni, meta din tkun ipprovduta, ta’ l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni;

(h)

ix-xhieda li, meta saret in-notifika lill-Kummissjoni, kienu ttieħdu l-passi xierqa biex il-miżuri abbozz jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-Istati Membri l-oħra kollha;

(i)

fil-każ ta’ notifika ta’ miżuri abbozz li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikoli 5 jew 8 tad-Direttiva 2002/19/KE jew l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), l-obbligi regolatorji speċifiċi proposti biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ kompetizzjoni effettiva fis-suq relevanti kkonċernat jew, f’każijiet fejn suq relevanti jinstab li hu effettivament kompetittiv u dawn l-obbligi kienu diġà ġew imposti fejn għandu x’jaqsam dan is-suq, il-miżuri abbozz proposti biex jiġu rtirati dawn l-obbligi.

(9)

Meta, għall-fini ta’ l-analiżi tas-suq, miżura abbozz tiddefinixxi suq relevanti li huwa differenti minn dawk fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni biżżejjed fir-rigward tal-kriterji applikati għal din id-definizzjoni tas-suq.

(10)

In-notifiki magħmula f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE għandu jkun fihom ukoll ġustifikazzjoni xierqa għaliex obbligi differenti minn dawk elenkati fl-Artikoli 9 sa 13 għandhom jiġu imposti fuq operaturi ta’ saħħa sinifikanti fis-suq.

(11)

In-notifiki li jaqgħu fl-ambitu ta’ l-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/19/KE għandu jkun fihom ukoll ġustifikazzjoni xierqa għaliex il-miżuri abbozz intiżi huma meħtieġa jikkonformaw ma’ l-impenji internazzjonali.

(12)

In-notifiki magħmula permezz tal-proċedura għan-notifiki li jinkludu t-tagħrif applikabbli fl-ambitu tat-tifsira tal-punt 8 jitqiesu li huma kompluti. Meta t-tagħrif, inklużi d-dokumenti, li jkun fiha n-notifika ma jkunx sħiħ fir-rigward ta’ xi punt essenzjali, il-Kummissjoni tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u tispeċifika sa liema limitu tqis li n-notifika ma tkunx kompluta. In-notifika ma tiġix irreġistrata qabel ma l-awtorità regolatorja nazzjonali tipprovdi t-tagħrif meħtieġ. F’każi bħal dawn, għall-fini ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE, in-notifika ssir effettiva fid-data meta l-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif sħiħ.

(13)

Bla ħsara għall-punt 8 ta’ hawn fuq, wara li tiġi rreġistrata n-notifika, il-Kummissjoni, hi u taġixxi f’konformità ma’ l-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2002/21/KE, tista’ titlob għal aktar tagħrif jew għal kjarifika ulterjuri mingħand l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jippruvaw jipprovdu t-tagħrif mitlub fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol, meta din l-informazzjoni tkun disponibbli mill-ewwel.

(14)

Il-Kummissjoni tivverifika jekk il-miżura abbozz li ġiet disponibbli permezz ta’ formola qasira għan-notifiki taqax fl-ambitu tal-kategoriji elenkati taħt il-punt 6 jew le. Meta jidhrilha li dan mhux il-każ, il-Kummissjoni tinforma lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol u titlob lill-awtorità regolatorja li tkun bagħtet in-notifika biex tissottometti l-miżura abbozz permezz tal-proċedura standard għan-notifiki.

(15)

Meta tifformula l-osservazzjonijiet tagħha f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata permezz ta’ korrispondenza elettronika u tippubblika dawn l-osservazzjonijiet fuq il-websajt.

(16)

Meta tifformula l-osservazzjonijiet tagħha f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, awtorità regolatorja nazzjonali tikkomunika dawn l-osservazzjonijiet lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali l-oħra permezz ta’ korrispondenza elettronika.

(17)

Meta, f’konformità ma’ l-Artikolu 7 (4) tad-Direttiva 2002/21/KE, il-Kummissjoni jidhrilha li miżura abbozz tkun ser toħloq ostaklu għas-suq uniku, jew ikollha dubji serji dwar jekk din il-miżura hix kompatibbli mal-liġi Komunitarja u b’mod partikolari l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE; jew sussegwentement tirtira l-oġġezzjonijiet tagħha, jew tieħu deċiżjoni li biha ġġiegħel lil awtorità regolatorja nazzjonali tirtira miżura abbozz, tinnotifika lill-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata permezz ta’ korrispondenza elettronika u tqegħid ta’ avviż fuq il-websajt.

(18)

Fir-rigward ta’ notifiki magħmula f’konformità mat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, il-Kummissjoni, hi u taġixxi skond l-Artikolu 14(2) ta’ din id-direttiva, bħala prinċipju tieħu deċiżjoni li biha tawtorizza jew timpedixxi l-adozzjoni mill-awtorità regolatorja nazzjonali tal-miżura abbozz proposta fi żmien perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li testendi dan il-perjodu b’xahrejn fid-dawl tad-diffikultajiet li jkunu tqajmu.

(19)

Fi kwalunkwe ħin, awtorità regolatorja nazzjonali tista’ tiddeċiedi li tirtira l-miżura abbozz innotifikata, f’liema każ il-miżura nnotifikata titneħħa mir-reġistru. Il-Kummissjoni tippubblika avviż dwar dan fuq il-websajt.

(20)

Meta awtorità regolatorja nazzjonali tadotta l-miżura abbozz wara li tkun irċeviet l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni jew ta’ awtorità regolatorja oħra magħmula f’konformità ma’ l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2002/21/KE, din għandha tinforma lill-Kummissjoni u lil awtoritajiet regolatorji oħra dwar il-mod li bih tkun qieset bl-akbar serjetà l-osservazzjonijiet magħmula.

(21)

Meta mitluba minn awtorità regolatorja nazzjonali, il-Kummissjoni tidħol f’diskussjoni informali dwar il-miżura abbozz qabel ma tinnotifikaha.

(22)

F’konformità mar-Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill (7), kwalunkwe perjodu ta’ żmien imsemmi fid-Direttiva 2002/21/KE jew f’din ir-Rakkomandazzjoni jiġi kkalkulat kif ġej:

(a)

fejn perjodu espress f’jiem, ġimgħat jew xhur irid jiġi kkalkulat mill-mument li fih iseħħ avveniment, il-jum li matulu dak l-avveniment iseħħ m’għandux jingħadd bħala li jaqa’ fil-perjodu kkonċernat;

(b)

perjodu espress f’ġimgħat jew xhur għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum, ikun liema jkun, fl-aħħar ġimgħa jew fl-aħħar xahar, li jkun l-istess jum tal-ġimgħa jew jaqa’ fl-istess data bħal tal-jum li fih ikun seħħ l-avveniment u li minnu l-perjodu għandu jiġi kkalkulat, Jekk, f’perjodu espress f’xhur, il-jum li fih għandu jiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perjodu għandu jintemm bl-iskadenza ta’ l-aħħar jum ta’ dak ix-xahar;

(c)

il-perjodi ta’ żmien għandhom jinkludu l-btajjel uffiċjali, is-Sibtijiet u l-Ħdud.

(d)

il-ġranet tax-xogħol ifissru l-jiem kollha barra l-btajjel uffiċjali u/jew pubbliċi, is-Sibtijiet u l-Ħdud.

Jekk perjodu ta’ żmien ikun jispiċċa s-Sibt, il-Ħadd jew nhar btala uffiċjali, għandu jiġi estiż sa l-aħħar ta’ l-ewwel ġurnata tax-xogħol li jkun imiss. Il-lista ta’ btajjel uffiċjali kif determinata mill-Kummissjoni hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea qabel il-bidu ta’ kull sena.

(23)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, jevalwaw il-bżonn li jirrevedu din ir-Rakkomandazzjoni skond id-data stabilita fir-revizzjoni tal-qafas regolatorju li jrid jiġi inkluż fil-liġijiet nazzjonali mill-Istati Membri.

(24)

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

(2)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 7.

(3)  ĠU L 190, 30.7.2003, p. 13.

(4)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 65.

(5)  ĠU L 200, 30.7.2002, p. 38.

(6)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51.

(7)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.


ANNESS I

Formola Standard għan-Notifiki ta’ Miżuri fi Stadju ta’ Abbozz f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE

(“Formola Standard għan-Notifiki”)

DAĦLA

Il-formola qasira għan-notifiki tispeċifika x’informazzjoni fil-qosor l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jipprovdu lill-Kummissjoni meta jibagħtu notifika ta’ miżuri fi stadju ta’ abbozz skond il-proċedura standard għan-notifiki f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Il-Kummissjoni bi ħsiebha tiddiskuti ma’ l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kwistjonijiet marbuta ma’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 7, speċjalment waqt il-laqgħat ta’ qabel in-notifikar. Konsegwentement, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali huma mħeġġa jikkonsultaw mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe aspett tal-formola standard għan-notifiki u, b’mod partikolari, dwar it-tip ta’ informazzjoni li huma mitluba jfornu jew, kuntrarjament, dwar il-possibbiltà li jeliminaw il-ħtieġa li jipprovdu ċerta informazzjoni dwar dak li għandu x’jaqsam ma’ l-analiżi tas-suq imwettqa f’konformità ma’ l-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2002/21/KE.

INFORMAZZJONI KORRETTA U KOMPLETA

L-informazzjoni kollha kkomunikata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandha tkun korretta u kompluta u mqassra għal fuq il-formola standard għan-notifiki murija hawn isfel. Il-formola standard għan-notifiki mhux maħsuba biex tissostitwixxi l-miżura abbozz notifikata, imma għandha sservi biex il-Kummissjoni u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ta’ Stati Membri oħra jkunu jistgħu jivverifikaw li l-miżura abbozz notifikata jkun fil-fatt fiha, b’referenza għall-informazzjoni misjuba fil-formola standard għan-notifiki, l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Kummissjoni biex tkun tista’ twettaq il-funzjonijiet tagħha skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE fl-iskadenzi indikati fih.

L-informazzjoni meħtieġa għandha tiġi pprovduta fit-taqsimiet u l-paragrafi tal-formola standard għan-notifiki, b’referenzi reċiproċi għat-test sħiħ tal-miżura abbozz fejn tkun tinstab din l-informazzjoni.

LINGWA

Il-formola standard għan-notifiki għandha timtela f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea li tista’ tkun differenti mil-lingwa wżata fil-miżura abbozz innotifikata. Kwalunkwe opinjoni mogħtija jew deċiżjoni mittieħda mill-Kummissjoni f’konformità ma’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE għandhom ikunu bil-lingwa li fiha tkun miktuba l-miżura abbozz innotifikata, fejn hu possibbli tradotta għal-lingwa wżata fil-formola standard għan-notifiki.

Taqsima 1

Definizzjoni tas-suq

Jekk jogħġbok semmi jew agħti fejn applikabbli:

1.1.

Is-suq tal-prodott/servizz relevanti. Dan is-suq huwa msemmi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti?

1.2.

Is-suq ġeografiku relevanti.

1.3.

Rendiment fil-qosor ta’ l-opinjoni, meta tkun ipprovduta, ta’ l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

1.4.

Ħarsa ġenerali fil-qosor tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika diġà miksuba dwar id-definizzjoni proposta tas-suq (pereżempju, l-għadd ta’ kummenti li jkunu daħlu, il-profil ta’ dawk favur u ta’ dawk kontra din id-definizzjoni proposta tas-suq).

1.5.

Meta s-suq relevanti jkun differenti minn dawk elenkati fir-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti, sommarju tar-raġunijiet prinċipali li jiġġustifikaw id-definizzjoni proposta tas-suq b’referenza għat-Taqsima 2 tal-linji gwida tal-Kummissjoni għall-analiżi tas-suq u l-evalwazzjoni tal-kobor fis-saħħa tas-suq skond il-qafas regolatorju Komunitarju għan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika (1), u t-tliet kriterji msemmija fil-premessi 5 sa 13 tar-Rakkomandazzjoni dwar is-swieq relevanti u t-Taqsima 2.2 tan-Nota ta’ Spjegazzjoni li takkumpanjaha (2).

Taqsima 2

Deskrizzjoni ta’ l-impriżi b’saħħa sinifikattiva fis-suq

Jekk jogħġbok semmi fejn applikabbli:

2.1.

Isem l-impriżi indikati bħala li għandhom, individwalment jew b’mod konġunt, saħħa sinifikattiva fis-suq.

Fejn applikabbli, isem l-impriżi li mhumiex aktar meqjusa bħala li għandhom saħħa sinifikattiva fis-suq.

2.2.

Il-kriterji applikati għall-identifikazzjoni ta’ impriża bħala li għandha jew m’għandhiex saħħa sinifikattiva fis-suq, b’mod individwali jew konġunt.

2.3.

Isem l-impriżi (kompetituri) ewlenin li huma attivi fis-suq relevanti.

2.4.

L-ishma fis-suq ta’ l-impriżi msemmija hawn fuq u l-bażi għall-ikkalkular ta’ dawn l-ishma (pereżempju, il-fatturat, l-għadd ta’ abbonati).

Jekk jogħġbok agħti fil-qosor rendiment ta’:

2.5.

L-opinjoni, meta din tkun ipprovduta, ta’ l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni.

2.6.

Ir-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika diġà miksuba dwar l-identifikazzjoni/ijiet proposta/i bħala impriżi li għandhom saħħa sinifikattiva fis-suq (pereżempju, l-għadd totali ta’ osservazzjonijiet li jkunu nbagħtu, l-għadd ta’ persuni li qablu u ta’ dawk li ma qablux).

Taqsima 3

Obbligi regolatorji

Jekk jogħġbok semmi fejn applikabbli:

3.1.

Il-bażi legali għall-obbligi li jridu jiġu imposti, miżmuma, emendati jew irtirati (l-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE).

3.2.

Ir-raġunijiet li għalihom l-impożizzjoni, iż-żamma jew l-modifiki ta’ l-obbligi li jorbtu lill-impriżi jitqiesu proporzjonati u ġustifikati fid-dawl ta’ l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/21/KE. Inkella, indika l-paragrafi, it-taqsimiet jew il-paġni tal-miżura abbozz fejn din l-informazzjoni tista’ tinstab.

3.3.

Meta r-rimedji proposti jkunu differenti minn dawk stabbiliti fl-Artikoli 9 sa 13 tad-Direttiva 2002/19/KE, jekk jogħġbok indika x’“ċirkustanzi eċċezzjonali” fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 8 (3) ta’ dik id-Direttiva jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ dawn ir-rimedji. Inkella, indika l-paragrafi, it-taqsimiet jew il-paġni tal-miżura abbozz fejn din l-informazzjoni tista’ tinstab.

Taqsima 4

Konformità ma’ obbligi internazzjonali

Fir-rigward tat-tielet inċiż ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2002/19/KE, jekk jogħġbok indika, fejn applikabbli:

4.1.

Jekk il-miżura abbozz proposta hix intenzjonata biex timponi, temenda jew tirtira l-obbligi fuq il-parteċipanti fis-suq kif previst fl-Artikolu 8(5) tad-Direttiva 2002/19/KE.

4.2.

L-ismijiet ta’ l-impriżi kkonċernati.

4.3.

Liema impenji internazzjonali li jkunu daħlu għalihom il-Komunità u l-Istati Membri għandhom jiġu ssodisfati.


(1)  ĠU C 165, 11.7.2002, p. 6.

(2)  Nota ta’ Spjegazzjoni li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/789/KE dwar is-Swieq Relevanti tal-Prodotti u s-Servizzi fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika li huma suxxettibli għal regolamentazzjoni ex ante f’konformità mad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas regolatorju komuni għan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, C (2007) 5406 ppubblikat http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/doc/implementation_enforcement/article_7/sec_2007_1483_2.pdf


ANNESS II

Formola Qasira għan-Notifiki ta’ Miżuri fi Stadju ta’ Abbozz f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Dirtettiva 2002/21/KE

(“Formola Qasira għan-Notifiki”)

DAĦLA

Il-formola qasira għan-notifiki tispeċifika x’informazzjoni fil-qosor l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jridu jipprovdu lill-Kummissjoni meta jibagħtu notifika ta’ miżuri fi stadju ta’ abbozz skond il-proċedura tan-notifika qasira f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE.

Mhux meħtieġ li tiġi pprovduta kopja tal-miżura abbozz regolatorja jew li jinhemeż kwalunkwe dokument ieħor mal-formola qasira għan-notifiki. Madankollu, hu meħtieġ li tiġi indikata r-referenza fuq l-Internet li permezz tagħha jkun jista’ jinkiseb aċċess għall-miżura abbozz fil-formola qasira għan-notifiki.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/33


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/851/PESK

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 25 u l-Artikolu 28(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fir-Riżoluzzjoni 1814 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fil-15 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) talab lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet reġjonali, f’koordinazzjoni mill-qrib tal-azzjoni tagħhom bejniethom, biex jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-bastimenti li qed jieħdu sehem fit-trasport u l-ispedizzjoni tal-għajnuna umanitarja għas-Somalja u fl-attivitajiet awtorizzati min-Nazzjonijiet Uniti.

(2)

Fir-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fit-2 ta’ Ġunju 2008, il-KSNU ddikjara li jinsab imħasseb dwar il-periklu li l-atti ta’ piraterija u serq bl-użu tal-armi mwettqin fuq bastimenti qed joħolqu għat-trasport tal-għajnuna umanitarja fis-Somalja, għas-sigurtà tar-rotot marittimi kummerċjali u għat-tbaħħir internazzjonali. Il-KSNU impenja b’mod partikolari lill-Istati li jixtiequ jużaw ir-rotot marittimi kummerċjali li jinsabu ‘l barra mix-xtut Somali biex jirrinfurzaw u jikkoordinaw, f’kooperazzjoni mal-Gvern federali proviżorju (GFP), l-azzjoni meħuda biex tiskoraġġixxi l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi mwettqin fuq il-baħar. Huwa awtorizza lill-Istati li jikkooperaw mal-GFP fejn dan tal-aħħar ikun innotifika isimhom minn qabel lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, għal perijodu ta’ sitt xhur mill-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni, biex jidħlu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja u jużaw il-mezzi kollha meħtieġa bil-għan li jrażżnu l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi fuq il-baħar, f’konformità mal-liġi internazzjonali applikabbli.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni 1838 (2008) tiegħu dwar is-sitwazzjoni fis-Somalja, adottata fis-7 ta’ Ottubru 2008, il-KSNU laqa’ l-ippjanar attwali ta’ operazzjoni militari navali eventwali tal-Unjoni Ewropea (UE), kif ukoll ta’ inizjattivi oħra internazzjonali u nazzjonali meħuda bil-għan li jiġu implimentati r-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) u ħeġġeġ lill-Istati kollha li għandhom il-mezzi biex jikkoopera aw mal-GFP fil-ġlieda kontra l-piraterija u s-serq bl-użu tal-armi fuq il-baħar, f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tiegħu. Huwa ħeġġeġ ukoll lill-Istati kollha u lill-organizzazzjonijiet reġjonali biex ikomplu jaġixxu, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1814 (2008) tiegħu, biex jipproteġu l-konvojs marittimi tal-Programm Dinji tal-Ikel (PDI), li huwa ta’ l-akbar importanza biex l-għajnuna umanitarja titwasssal għall-popolazzjoni Somala.

(4)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill iddikjara l-preokkupazzjoni tiegħu dwar il-mewġa ġdida tal-atti ta’ piraterija ‘l barra mix-xtut Somali, li qed ittellef l-azzjonijiet umanitarji u t-traffiku marittimu internazzjonali fir-reġjun u qed tikkontribwixxi għall-vjolazzjonijiet tal-embargo fuq l-armi dikjarat min-Nazzjonijiet Uniti. Bl-istess mod il-Kunsill laqa’ b’sodisfazzjon is-sensiela ta’ inizjattivi meħudin minn ċerti Stati Membri tal-UE bil-ħsieb li joffru protezzjoni lill-bastimenti tal-PDI. Huwa saħaq fuq il-ħtieġa ta’ parteċipazzjoni usa’ mill-komunità internazzjonali għal dawn l-iskorti sabiex l-għajnuna umanitarja titwassal lill-popolazzjoni Somala.

(5)

Fil-5 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill approva l-kunċett ta’ maniġġar ta’ kriżijiet għal azzjoni tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-KSNU u għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali fir-reġjun.

(6)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill afferma mill-ġdid il-preokkupazzjoni serja tiegħu fir-rigward tal-atti ta’ piraterija u tas-serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut Somali, u kkundanna, b’mod partikolari, il-mewġa ġdida ta’ dawn l-atti. Rigward il-kontribut tal-UE għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-KSNU dwar il-ġlieda kontra l-piraterija ‘l barra mix-xtut Somali, u għall-protezzjoni, skont ir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008), tal-bastimenti mikrija mill-PDI diretti lejn is-Somalja, il-Kunsill iddeċieda li jistabbilixxi, fi Brussell, ċellola ta’ koordinazzjoni inkarigata biex tappoġġa l-azzjonijiet ta’ sorveljanza u ta’ protezzjoni mmexxijin minn ċerti Stati Membri ‘l barra mix-xtut tas-Somalja. Fl-istess jum, il-Kunsill approva, minn naħa waħda, pjan ta’ implimentazzjoni għal din l-azzjoni militari ta’ koordinazzjoni (EU NAVCO) u, min-naħa l-oħra, għażla militari strateġika dwar operazzjoni militari navali eventwali tal-UE, li għaliha l-Istati Membri li jixtiequ jikkooperaw mal-GFP skont id-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008), jagħmlu disponibbli l-mezzi militari tagħhom biex jiskoraġġixxu u jrażżnu l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja.

(7)

Fid-19 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/749/PESK, dwar l-azzjoni ta’ koordinazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UE NAVCO) (1).

(8)

Mat-tnedija tal-operazzjoni militari Atalanta, il-kompiti assenjati liċ-ċellola ta’ koordinazzjoni ser jitwettqu fil-qafas ta’ din l-azzjoni konġunta. Għaldaqstant iċ-ċellola ta’ koordinazzjoni tal-UE għandha tingħalaq.

(9)

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku tal-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza tal-atti ta’ piraterija ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, jipprovdi d-direzzjoni strateġika u jieħu d-deċiżjonijiet adatti, f’konformità mal-Artikolu 25, it-tielet subparagrafu, tat-Trattat.

(10)

Fl-applikazzjoni tal-Artikolu 28(3) tat-Trattat, in-nefqa operattiva li tirriżulta minn din l-Azzjoni Konġunta, li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, għandha titħallas mill-Istati Membri, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/384/PESK tal-14 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi mekkaniżmu għall-amministrazzjoni tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) (2) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “Athena”).

(11)

L-Artikolu 14(1) tat-Trattat jipprevedi li l-Azzjonijiet Konġunti jistabbilixxu l-mezzi li għandhom isiru disponibbli għall-Unjoni. L-ammont ta’ referenza finanzjarja, li jkopri perijodu ta’ tnax-il xahar, għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE jikkostitwixxi l-aħjar stima attwali u huwa mingħajr preġudizzju għall-figuri finali li għandhom jiġu inklużi f’baġit li għandu jiġi approvat skont ir-regoli stabbiliti fid-deċiżjoni dwar Athena.

(12)

Permezz ta’ ittra ddatata 30 ta’ Ottubru 2008, l-UE bagħtet offerta lill-GFP, f’konformità mal-punt 7 tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008), li fiha xi proposti dwar l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni minn Stati minbarra s-Somalja fil-konfront ta’ persuni li nqabdu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja li kkommettew jew huma suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi.

(13)

Skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament tal-operazzjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Missjoni

1.   L-Unjoni Ewropea (UE) għandha tmexxi operazzjoni militari b’appoġġ għar-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) b’mod konformi mal-azzjoni awtorizzata f’każ ta’ piraterija b’applikazzjoni tal-Artikolu 100 ’il quddiem tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar iffirmata f’Montego Bay fl-10 ta’ Diċembru 1982 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar”) u permezz, b’mod partikolari, tal-impenji li ttieħdu mal-Istati terzi, minn hawn ’il quddiem imsejħa “Atalanta”, bil-ħsieb li tikkontribwixxi:

għall-protezzjoni tal-bastimenti tal-PDI li jittrasportaw l-għajnuna alimentari lill-popolazzjonijiet tas-Somalja mġiegħla jħallu darhom, f’konformità mal-mandat tar-Riżoluzzjoni 1814 (2008) tal-KSNU.

Għall-protezzjoni tal-bastimenti vulnerabbli li jkunu qed ibaħħru ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, kif ukoll għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, f’konformità mal-mandat iddefinit fir-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-KSNU.

2.   Il-forzi skjerati għal dak il-għan għandhom joperaw sa 500 mil nawtiku ‘l barra mix-xtut tas-Somalja u tal-pajjiżi ġirien, skont l-objettiv politiku ta’ operazzjoni marittima tal-UE, kif iddefinit fil-kunċett ta’ maniġġar ta’ kriżi approvat mill-Kunsill fil-5 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 2

Mandat

Atalanta, bil-kondizzjonijiet stabbiliti mil-liġi internazzjonali applikabbli, b’mod partikolari tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, u mir-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008), 1816 (2008) u 1838 (2008) tal-KSNU, u fil-limitu tal-kapaċitajiet disponibbli tagħha, għandha:

(a)

tipprovdi protezzjoni lill-bastimenti mikrija mill-PDI, inkluż permezz tal-preżenza abbord il-bastimenti kkonċernati ta’ elementi armati ta’ Atalanta, b’mod partikolari meta jkunu qed ibaħħru fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja;

(b)

tipproteġi l-bastimenti tal-merkanzija li qed ibaħħru fiż-żoni fejn hija skjerata, skond il-ħtiġijiet fuq bażi ta’ każ b’każ;

(ċ)

tissorvelja ż-żoni ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, inklużi l-ilmijiet territorjali tagħha, li jippreżentaw riskji għall-attivitajiet marittimi, b’mod partikolari t-traffiku marittimu;

(d)

tieħu l-miżuri meħtieġa, inkluż l-użu tal-forza, biex tiddiswadi u tipprevjeni bil-għan li jitwaqqfu l-atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi li jistgħu jitwettqu fiż-żoni fejn hija preżenti;

(e)

fid-dawl tal-eżerċizzju eventwali ta’ proċedimenti legali mill-Istati kompetenti fil-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12, tista’ taqbad, iżżomm u tittrasferixxi l-persuni li kkommettew jew li huma suspettati li kkommettew atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi fiż-żoni fejn hija preżenti u taqbad il-bastimenti tal-pirati jew tal-ħallelin armati jew il-bastimenti li nħatfu wara att ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi u li jinsabu f’idejn pirati kif ukoll l-oġġetti li jinsabu abbord tagħhom;

(f)

tistabbilixxi kollegament mal-organizzazzjonijiet u l-entitajiet, kif ukoll mal-Istati li qed jaħdmu fir-reġjun għall-ġlieda kontra l-atti ta’ piraterija u s-serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja, b’mod partikolari l-forza marittima “Combined Task Force 150” li qed taħdem fil-qafas tal-operazzjoni “Libertà Dejjiema”.

Artikolu 3

Ħatra ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE

Il-Viċi-Ammirall Philip Jones huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

Artikolu 4

Għażla tal-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE

Il-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni tal-UE għandhom ikunu jinsabu f’Northwood, Renju Unit.

Artikolu 5

Ippjanar u tnedija tal-operazzjoni

Id-Deċiżjoni dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-UE għandha tiġi adottata mill-Kunsill wara l-approvazzjoni tal-Pjan tal-Operazzjoni u r-Regoli tal-Ingaġġ u bil-ħsieb tan-notifika mill-GFP lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-offerta ta’ kooperazzjoni magħmula mill-UE b’applikazzjoni tal-punt 7 tar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-KSNU.

Artikolu 6

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

1.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-operazzjoni militari tal-UE. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet adatti, skont l-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi, b’mod partikolari, il-kompetenzi meħtieġa biex jiġu emendati d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-Pjan tal-Operazzjoni, il-Linja tal-Kmand u r-Regoli tal-Ingaġġ. Hija għandha tinkludi wkoll il-kompetenzi meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew tal-Kmandant tal-Forza tal-UE. Is-setgħat ta’ deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill, assistit mis-Seġretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.

3.   Il-KPS għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-President tal-Kumitat Militari tal-UE (EUMC) rigward it-twettiq tal-operazzjoni militari tal-UE. Il-KPS jista’, skont il-każ, jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu.

Artikolu 7

Direzzjoni militari

1.   L-EUMC għandu jiżgura li jissorvelja l-eżekuzzjoni korretta tal-operazzjoni militari tal-UE mmexxija taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

2.   L-EUMC għandu jirċievi, f’intervalli regolari, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. Huwa jista’ jistieden lill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew lill-Kmandant tal-Forza tal-UE għal-laqgħat tiegħu, skont il-każ.

3.   Il-President tal-EUMC għandu jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt ewlieni mal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE.

Artikolu 8

Koerenza tar-reazzjoni tal-UE

Il-Presidenza, is-SĠ/RGħ, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kmandant tal-Forza tal-UE għandhom jiżguraw li jikkoordinaw mill-qrib l-attivitajiet rispettivi tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

Artikolu 9

Relazzjonijiet man-Nazzjonijiet Uniti, is-Somalja, il-pajjiżi ġirien u l-atturi l-oħrajn

1.   Is-SĠ/RGħ, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Presidenza, għandu jkun il-punt ta’ kuntatt ewlieni man-Nazzjonijiet Uniti, l-aġenziji speċjalizzati tagħhom, l-awtoritajiet Somali u l-awtoritajiet tal-pajjiżi ġirien, kif ukoll mal-atturi l-oħrajn ikkonċernati.

Fil-qafas ta’ dawn il-kuntatti mal-Unjoni Afrikana, is-SĠ/RGħ għandu jkun assistit mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Unjoni Afrikana, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Presidenza.

2.   Fil-livell operattiv, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għandu jkun il-punt ta’ kuntatt, b’mod partikolari, mal-organizzazzjonijiet tas-sidien tal-bastimenti kif ukoll id-dipartimenti kkonċernati tas-Segretarjat Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u tal-PDI.

Artikolu 10

Parteċipazzjoni ta’ Stati terzi

1.   Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE u għall-qafas istituzzjonali uniku, u skont il-linji gwida rilevanti tal-Kunsill Ewropew, Stati terzi jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fl-operazzjoni.

2.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jistieden lil Stati terzi sabiex jipproponu kontribut u biex jieħu, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-EUMC, id-deċiżjonijiet adatti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti.

3.   Il-modalitajiet dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu s-suġġett ta’ strumenti ta’ ftehim konklużi skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza, jista’ jinnegozja tali strumenti ta’ ftehim f’isimha. Jekk l-UE u Stat terz ikunu kkonkludew ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dan tal-aħħar f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżi, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest ta’ din l-operazzjoni.

4.   L-Istati terzi li jagħmlu kontributi militari sinifikanti għall-operazzjoni militari tal-UE għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi fir-rigward tat-tmexxija ta’ kuljum tal-operazzjoni bħall-Istati Membri li jieħdu sehem fl-operazzjoni.

5.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet adatti rigward l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri, fil-każ li xi Stati terzi jipprovdu kontributi militari sinifikanti.

6.   Il-kondizzjonijiet għat-trasferiment, lejn Stat terz li qed jipparteċipa fl-operazzjoni, tal-persuni li nqabdu u ġew miżmuma bil-ħsieb tal-eżerċizzju tal-kompetenza ġurisdizzjonali ta’ dan l-Istat, għandhom jiġu deċiżi mal-konklużjoni jew l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ ftehim dwar il-parteċipazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.

Artikolu 11

Status tal-forzi mmexxija mill-UE

L-istatus tal-forzi mmexxija mill-UE u tal-persunal tagħhom, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u l-garanziji ulterjuri meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tagħhom, li:

huma stazzjonati jew preżenti fit-territorju terrestri ta’ Stati terzi,

li joperaw fl-ilmijiet territorjali ta’ Stati terzi jew fl-ilmijiet interni tagħhom,

għandu jiġi deċiż skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li jassisti lill-Presidenza, jista’ jinnegozja tali arranġamenti f’isimha.

Artikolu 12

Trasferiment ta’ persuni li nqabdu u nżammu bil-ħsieb tal-eżerċizzju tal-kompetenzi ġurisdizzjonali

1.   Abbażi tal-aċċettazzjoni mis-Somalja għall-ġurisdizzjoni tagħhom minn Stati Membri jew Stati terzi, minn naħa, u l-Artikolu 105 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, min-naħa l-oħra, il-persuni li wettqu jew li hemm suspett li wettqu atti ta’ piraterija jew ta’ serq bl-użu tal-armi li jinqabdu fl-ilmijiet territorjali tas-Somalja jew fl-ibħra internazzjonali, kif ukoll l-oġġetti li jkunu ntużaw biex jitwettqu dawn l-atti, għandhom jiġu ttrasferiti:

lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew tal-Istat terz tal-bandiera tal-bastiment li jkun qabadhom, jew

jekk dan l-Istat ma jistax jew ma jixtieqx jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu, lil Stat Membru jew lil Stat terz li jixtieq jeżerċitaha fuq il-persuni jew l-oġġetti msemmija hawn fuq.

2.   Ebda persuna msemmija fil-paragrafu 1 ma tista’ tiġi ttrasferita fi Stat terz, jekk il-kondizzjonijiet ta’ dan it-trasferiment ma jkunux ġew deċiżi ma’ dan l-Istat terz b’mod konformi mal-liġi internazzjonali applikabbli, b’mod partikolari l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, biex jiġi garantit b’mod partikolari li ħadd ma jkun soġġett għall-piena tal-mewt, għat-tortura jew għal kwalunkwe trattament krudili, inuman jew degradanti.

Artikolu 13

Relazzjonijiet mal-Istati tal-bandiera tal-bastimenti protetti

Il-kondizzjonijiet li jirregolaw il-preżenza abbord il-bastimenti merkantili, b’mod partikolari dawk mikrija mill-PDI, ta’ unitajiet li jagħmlu parti minn Atalanta, inklużi l-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħrajn marbutin mal-funzjonament bla xkiel tal-operazzjoni, għandhom jiġu deċiżi mal-Istat tal-bandiera ta’ dawn il-bastimenti.

Artikolu 14

Dispożizzjonijiet finanzjarji

1.   L-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għandhom jiġu amministrati minn Athena.

2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għandu jkun ta’ EUR 8,3 miljun. Il-persentaġġ tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 33(3) tad-deċiżjoni dwar Athena għandu jkun ta’ 30 %.

Artikolu 15

Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lin-Nazzjonijiet Uniti u lil partijiet terzi oħrajn

1.   Is-SĠ/RGħ huwa b’dan awtorizzat jikkomunika lin-Nazzjonijiet Uniti u lil partijiet terzi oħrajn assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE ġġenerati għall-finijiet tal-operazzjoni militari tal-UE sal-livell ta’ klassifikazzjoni adegwat għal kull wieħed minnhom, skont ir-Regolamenti tas-Sigurtà tal-Kunsill (3).

2.   Is-SĠ/RGħ huwa b’dan awtorizzat biex jikkomunika lin-Nazzjonijiet Uniti u lil partijiet terzi oħrajn assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill rigward l-operazzjoni, koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, skont l-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (4).

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ u tmiem

1.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

2.   L-Azzjoni Konġunta 2008/749/PESK għandha tkun imħassra mid-data tal-għeluq taċ-ċellola ta’ koordinazzjoni stabbilita permezz ta’ dik l-Azzjoni Konġunta. Dan l-għeluq għandu jseħħ fid-data tat-tnedija tal-operazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 ta’ din l-Azzjoni Konġunta.

3.   L-operazzjoni militari tal-UE għandha tintemm 12-il xahar wara d-dikjarazzjoni tal-kapaċità operattiva iniżjali tal-operazzjoni, taħt riżerva tat-titwil tar-Riżoluzzjonijiet 1814 (2008) u 1816 (2008) tal-KSNU.

4.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi revokata wara l-irtirar tal-forza tal-UE, skont il-pjanijiet approvati għat-tmiem tal-operazzjoni militari tal-UE, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-deċiżjoni rigward Athena.

Artikolu 17

Pubblikazzjoni

1.   Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Id-deċiżjonijiet tal-KPS dwar il-ħatriet ta’ Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew Kmandant tal-Forza tal-UE kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-KPS dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi tal-Istati terzi u l-istabbiliment ta’ Kumitat ta’ Kontributuri għandhom ukoll jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 39.

(2)  ĠU L 152, 13.6.2007, p. 14.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-Regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/338/KE, Euratom tat-22 ta’ Marzu 2004 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 106, 15.4.2004, p. 22).


ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/852/ĠAI

ta’ l-24 ta' Ottubru 2008

dwar netwerk ta’ punti ta’ kuntatt kontra l-korruzzjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29, l-Artikolu 30 (1), l-Artikolu 31 u l-Artikolu 34(2)(ċ) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-inizjattiva tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (1),

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),

Billi:

(1)

L-Artikolu 29 tat-Trattat jipprovdi li l-objettiv ta’ l-Unjoni li tipprovdi liċ-ċittadini livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja għandu jintlaħaq bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, organizzata jew le, inkluż il-korruzzjoni u l-frodi.

(2)

L-istrateġija ta’ l-Unjoni Ewropea għall-bidu tal-millennju l-ġdid dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-kriminalità organizzata tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata politika komprensiva ta’ l-UE kontra l-korruzzjoni.

(3)

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ April 2005 dwar politika komprensiva ta’ l-UE kontra l-korruzzjoni, li tirreferi għall-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta’ Mejju 2003 dwar Politika Komprensiva ta’ l-UE kontra l-Korruzzjoni, il-Kunsill jafferma mill-ġdid l-importanza tar-rwol u l-ħidma ta’ l-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ politika komprensiva u li tolqot diversi aspetti kontra l-korruzzjoni kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat, fi sħubija ma’ l-atturi rilevanti kollha kemm mis-soċjetà ċivili kif ukoll min-negozju.

(4)

Il-Kunsill Ewropew laqa’ l-iżvilupp fil-Programm ta’ l-Aja (3) (punt 2.7) ta’ kunċett strateġiku fir-rigward tal-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni transkonfini fil-livell ta’ l-UE u talab lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jiżviluppaw ulterjorment dan il-kunċett u jagħmlu operattiv.

(5)

Il-kapijiet u r-rappreżentanti prinċipali tal-korpi tal-pulizija nazzjonali ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE għall-monitoraġġ u l-ispezzjoni u dawk ta’ l-aġenziji tagħhom ta’ kontra l-korruzzjoni b’mandat usa’ ltaqgħu f’Novembru 2004 fi Vjenna fil-konferenza AGIS dwar it-Titjib tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Ġlieda kontra l-Korruzzjoni fl-Unjoni Ewropea. Huma enfasizzaw l-importanza tat-titjib ulterjuri tal-kooperazzjoni tagħhom, inter alia, permezz ta’ laqgħat annwali, u laqgħu l-idea ta’ netwerk Ewropew ta’ kontra l-korruzzjoni bbażat fuq l-istrutturi eżistenti. B’segwitu għall-konferenza ta’ Vjenna, dawn l-Imsieħba Ewropej Kontra l-Korruzzjoni (EPAC) iltaqgħu f’Budapest f’Novembru 2006 għas-sitt laqgħa annwali tagħhom, fejn b’maġġoranza enormi, ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jappoġġaw l-inizjattiva dwar l-istabbiliment ta’ netwerk aktar formali kontra l-korruzzjoni.

(6)

Sabiex jibnu fuq l-istrutturi eżistenti, l-awtoritajiet u l-aġenziji li ser jiffurmaw parti min-netwerk Ewropew ta’ kontra l-korruzzjoni jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet membri ta’ l-EPAC.

(7)

It-titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali huwa ġeneralment (4) rikonoxxut bħala kwistjoni ċentrali fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-ġlieda kontra kull forma ta’ korruzzjoni għandha tittejjeb permezz ta’ kooperazzjoni effettiva, l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet, il-kondiviżjoni ta’ l-aħjar prattika u l-iżvilupp ta’ standards professjonali għolja. L-istabbiliment ta’ netwerk ta’ kontra l-korruzzjoni fil-livell ta’ l-UE huwa kontribut importanti għat-titjib ta’ tali kooperazzjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Objettiv

Sabiex il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-aġenziji għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Ewropa tittejjeb, għandu jiġi stabbilit netwerk ta’ punti ta’ kuntatt ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea (minn issa ’l quddiem imsejjaħ in-“netwerk”). Il-Kummissjoni Ewropea, l-Europol u l-Eurojust għandhom ikunu assoċjati b’mod sħiħ ma’ l-attivitajiet tan-Netwerk.

Artikolu 2

Kompożizzjoni tan-netwerk

In-netwerk għandu jikkonsisti f’awtoritajiet u aġenziji ta’ l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea bil-kompitu tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-membri għandhom jinħatru mill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas organizzazzjoni waħda, iżda mhux aktar minn tliet organizzazzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha. Fi ħdan il-kompetenzi rispettivi tagħhom, l-Europol u l-Eurojust jistgħu jieħdu sehem fl-attivitajiet tan-Netwerk.

Artikolu 3

Kompiti tan-netwerk

1.   In-netwerk għandu b’mod partikolari jkollu l-kompiti li ġejjin:

1.

għandu jikkostitwixxi forum għall-iskambju ma’ l-UE kollha ta’ informazzjoni dwar miżuri u esperjenza effettivi fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

2.

għandu jiffaċilita l-istabbiliment u ż-żamma attiva ta’ kuntatti bejn il-membri tiegħu;

Għal dawn il-finijiet, inter alia, għandha tinżamm aġġornata lista ta’ punti ta’ kuntatt u għandha titħaddem websajt.

2.   Il-membri tan-netwerk għandhom, biex iwettqu l-kompiti tagħhom, jiltaqgħu ta’ l-inqas darba fis-sena.

Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-kooperazzjoni ġudizzjarja u dik tal-pulizija bejn l-Istati Membri għandha tkun irregolata mir-regoli rilevanti. L-istabbiliment ta’ netwerk għandu jkun mingħajr preġudizzju għal tali regoli, u mingħajr preġudizzju għar-rwol tas-CEPOL.

Artikolu 5

Organizzazzjoni tan-netwerk

1.   In-netwerk għandu jorganizza lilu nnifsu, filwaqt li jibni fuq il-kollaborazzjoni informali eżistenti bejn l-EPAC.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom iħallsu l-ispejjeż kollha tal-membri jew tar-rappreżentanti maħtura minnhom. L-istess regola għandha tapplika għall-Europol u għall-Eurojust.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ wara dak ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 24 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  ĠU C 173, 26.7.2007, p. 3.

(2)  L-Opinjoni tal-5 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Il-Programm ta’ l-Aja fit-tisħiħ tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 53, 3.3.2005, p. 1).

(4)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, addottata mir-Riżoluzzjoni ta’ l-Assemblea Ġenerali 58/4 tal-31 ta’ Ottubru 2003.


Corrigendum

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/40


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 210, 31 ta’ Lulju 2006 )

Paġna 64, Artikolu 90(1)(a):

Flok:

“(a)

perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ programm operattiv kif definit fl-Artikolu 89(3);”,

Aqra:

“(a)

perjodu ta’ tliet snin wara l-għeluq ta’ programm operattiv kif definit fl-Artikolu 89(5);”;

Paġna 65, Artikolu 93(2):

Flok:

“2.   Għall-Istati Membri li l-PGD tagħhom mill-2001 sa l-2003 kien taħt il-85 % tal-medja ta’ l-UE 25 fl-istess perjodu, kif elenkat fl-Anness II, id-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru (…)”,

Aqra:

“2.   Għall-Istati Membri li l-PGD tagħhom mill-2001 sa l-2003 kien taħt il-85 % tal-medja ta’ l-UE 25 fl-istess perjodu, kif elenkat fl-Anness III, id-data ta’ skadenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun il-31 ta’ Diċembru (…)”;

Paġna 65, Artikolu 95, it-tieni paragrafu:

Flok:

“Għal dik il-parti ta’ impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 93(2) għandu jiġi interrott taħt l-istess kondizzjonijiet fir-rigward ta’ l-ammont relatat ma’ l-operazzjonijiet ikkonċernati.”,

Aqra:

“Għal dik il-parti ta’ impenji li tkun għadha miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2015, il-limitu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 93(3) għandu jiġi interrott taħt l-istess kondizzjonijiet fir-rigward ta’ l-ammont relatat ma’ l-operazzjonijiet ikkonċernati.”.