ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
11 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1110/2008 ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1111/2008 ta' l-10 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

29

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1112/2008 ta' l-10 ta' Novembru 2008 li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1731/2006 dwar regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti ppreservati taċ-ċanga u tal-vitella [traduzzjoni mhux uffiċjali]

31

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2008 ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIIa u b min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

32

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1114/2008 ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fi IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

34

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/840/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Novembru 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6631)

36

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI ta’ l-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/842/PESK ta’ l-10 ta’ Novembru 2008 li temenda l-Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran

46

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/843/PESK ta' l-10 ta’ Novembru 2008 li temenda u testendi l-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

55

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/844/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus

56

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1110/2008

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK tipprevedi miżuri restrittivi supplementari dwar, fost l-oħrajn, il-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-iffriżar tal-assi, ir-restrizzjoni fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju pubbliku, partikolarment il-krediti, il-garanziji u l-assigurazzjonijiet għall-esportazzjoni, sabiex jiġi evitat kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari u l-ispezzjoni ta’ tagħbijiet lejn jew mill-Iran ta’ inġenji tal-arju u bastimenti ta’ proprjetà ta’, jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line minkejja li jeżistu raġunijiet biex wieħed jaħseb li tali inġenju tal-ajru jew bastiment ikun qiegħed iġorr oġġetti pprojbiti mill-Pożizzjoni Komuni msemmija. Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK tipprevedi wkoll il-projbizzjoni tal-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ ċerti artikoli, materjali, tagħmir, oġġetti u teknoloġiji li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari.

(2)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK titlob ukoll lill-Istati Membri kollha biex jeżerċitaw viġilanza fir-rigward tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom mal-banek kollha b’domiċilju fl-Iran, kif ukoll mal-fergħat u s-sussidjarji tagħhom barra mill-pajjiż, sabiex ikun evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari li joħolqu riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar tal-armi nukleari. Għal dan l-għan, xi dispożizzjonijiet tal-Pożizzjoni Komuni msemmija jikkonċernaw id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (2).

(3)

Għandu jkun iċċarat li l-preżentazzjoni u t-tressiq tad-dokumenti meħtieġa lil bank għall-fini ta’ trasferiment finali lil persuna, entità jew korp li mhumiex imniżżla fil-lista, sabiex jingħata bidu għal ħlasijiet permessi skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 (3), ma jikkostitwixxux it-tqegħid għad-disposizzjoni tal-fondi skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament imsemmi.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 impona ċerti miżuri restrittivi kontra l-Iran, f’konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK. Għaldaqstant, l-operaturi ekonomiċi huma esposti għar-riskju ta’ pretensjonijiet u għalhekk jeħtieġ li dawn jitħarsu b’mod permanenti kontra kull pretensjoni marbuta ma’ xi kuntratt jew transazzjoni oħra li l-eżekuzzjoni tagħhom tkun milquta mill-miżuri imposti mir-Regolament imsemmi.

(5)

Dawn il-miżuri jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u, għalhekk, partikolarment bil-ħsieb li tkun assigurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi tal-Istati Membri kollha, hija meħtieġa leġislazzjoni Komunitarja sabiex timplimentahom fil-Komunità.

(6)

Ir-referenza għall-Artikolu 5(1)(c) fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandha tinbidel biex titqies l-emenda introdotta bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 618/2007 tal-5 ta’ Ġunju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (4).

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Biex jiġi ggarantit li l-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

Fl-Artikolu 1, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(l)

‘kuntratt jew transazzjoni’ tfisser kull transazzjoni ta’ liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli għaliha, sew jekk tikkonsisti f’kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili stabbiliti bejn l-istess partijiet jew le; għal dan l-iskop, ‘kuntratt’ jinkludi kwalunkwe garanzija jew kontro-garanzija partikolarment finanzjarja u kwalunkwe kreditu sew jekk legalment indipendenti jew mhux, u kull dispożizzjoni relatata li toriġina mit-transazzjoni jew tkun marbuta magħha;

(m)

‘pretensjoni’, kwalunkwe talba għal kumpens jew kwalunkwe talba oħra ta’ dan it-tip, bħal talba għal kumpens jew talba fil-forma ta’ garanzija, partikolarment kwalunkwe talba li timmira li tikseb l-estensjoni jew il-ħlas ta’ garanzija jew ta’ kontro-garanzija partikolarment finanzjarji, tkun xi tkun il-forma;

(n)

‘persuna, entità jew korp fl-Iran’ tfisser:

(i)

l-Istat tal-Iran jew xi awtorità pubblika ta’ dan l-Istat;

(ii)

kull persuna fiżika li tinsab fl-Iran jew residenti hemmhekk;

(iii)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp li jkollhom l-uffiċċju reġistrat fl-Iran;

(iv)

kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp ikkontrollati direttament jew indirettament minn waħda, jew aktar, mill-persuni msemmija hawn fuq.”

(b)

Fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a), għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(iii)

ċerti oġġetti u teknoloġiji oħrajn li jistgħu jkunu ta’ kontribut fir-rigward ta’ attivitajiet ta’ arrikkiment, riproċessar jew li jkunu marbuta ma’ ilma tqil, għall-iżvilupp ta’ sistema ta’ sparar ta’ armi nukleari jew biex isiru attivitajiet marbuta ma’ kwistjonijiet oħra li dwarhom l-IAEA esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti. Dawn l-oġġetti u teknoloġija huma elenkati fl-Anness IA.”

(c)

Fl-Artikolu 3 għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għall-esportazzjonijiet kollha li għalihom hi meħtieġa awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament, awtorizzazzjoni bħal din għandhd tingħata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn l-esportatur huwa stabbilit u f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000. L-awtorizzazzjoni għandha tkun valida fil-Komunità kollha.”

(d)

L-Artikolu 4 għandu jkun issostitwit bit-test li ġej:

“Huwa pprojbit li jinkisbu, jiġu importati jew ittrasportati mill-Iran l-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fl-Annessi I u IA, kemm jekk l-artikolu kkonċernat ikun joriġina fl-Iran, kif ukoll jekk le.”

(e)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 4a

Sabiex ma jsirx it-trasferiment ta’ oġġetti u teknoloġiji elenkati fl-Annessi I u IA, l-inġenji tal-ajru tal-merkanzija u l-bastimenti tal-merkanzija ta’ proprjetà jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line għandhom ikunu mitluba jippreżentaw informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq, għall-oġġetti kollha miġjuba fil-Komunità jew maħruġa barra mill-Komunità, lill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat.

Ir-regoli dwar l-obbligu tal-forniment ta’ informazzjoni ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq, partikolarment il-limiti taż-żmien li għandhom ikunu rrispettati u d-data meħtieġa, għandhom ikunu stabbiliti fid-dispożizzjonijiet rilevanti dwar id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ, kif ukoll id-dikjarazzjoni doganali fir-Regolament Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2005 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5) u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6).

Barra minn hekk, Iran Air Cargo u Islamic Republic of Iran Shipping Line jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiddikjaraw jekk il-merkanzija hija koperta mir-Regolament KE 1334/2000 jew dan ir-Regolament u, jekk il-merkanzija hija soġġetta għar-rekwiżiti ta’ liċenzja tal-esportazzjoni, jispeċifikaw id-dettalji tal-liċenzja mogħtija lilhom.

Sat-30 ta’ Ġunju 2009, id-dikjarazzjonijiet fil-qosor tad-dħul u l-ħruġ u l-elementi addizzjonali meħtieġa skond kif speċifikat hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati bil-miktub, bl-użu ta’ informazzjoni kummerċjali, portwali jew tat-trasport, bil-kondizzjoni li din tkun tinkludi d-dettalji meħtieġa. Fil-każ ta’ dikjarazzjoni għall-esportazzjoni, id-dettalji stabbiliti fl-Anness 30A tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1875/2006 mhumiex meħtieġa sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Mit-1 ta’ Lulju 2009, l-elementi addizzjonali meħtieġa kif imsemmi hawn fuq għandhom ikunu ppreżentati jew bil-miktub jew bl-użu tad-dikjarazzjonijiet fil-qosor ta’ dħul u ħruġ, skond il-każ.

(5)  ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13."

(6)  ĠU L 360, 19.12.2006, p. 64.”"

(f)

L-Artikolu 5(1) għandu jkun issostitwit bit-test li ġej:

“1.   Għandu jiġi pprojbit:

(a)

li tkun ipprovduta, b’mod dirett jew indirett, assistenza teknika mal-prodotti u t-teknoloġiji elenkati fil-lista komuni tat-tagħmir militari tal-Unjoni Ewropea, jew marbuta mal-provista, mal-manifattura, mal-manutenzjoni jew mal-użu tal-oġġetti li jidhru f’din il-lista, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, lil kwalunkwe entità jew lil kwalunkwe korp li jinsabu fl-Iran, jew bi skopijiet ta’ użu f’dan il-pajjiż;

(b)

li tkun ipprovduta, b’mod dirett jew indirett, assistenza teknika jew servizzi ta’ senserija relatati mal-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fl-annessi I ju Ia, jew marbuta mal-provista, mal-manifattura, mal-manutenzjoni jew mal-użu tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I u Ia, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, lil kwalunkwe entità jew lil kwalunkwe korp li jinsabu fl-Iran jew bi skopijiet ta’ użu f’dan il-pajjiż;

(c)

li jkunu pprovduti investimenti lil impriżi li jipparteċipaw, fl-Iran, fil-manifattura tal-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fil-lista komuni tat-tagħmir militari tal-Unjoni Ewropea jew fl-Annessi I u Ia;

(d)

li jkun ipprovdut, direttament jew indirettament, finanzjament jew assistenza finanzjarja relatata mal-oġġetti u t-teknoloġiji elenkati fil-lista komuni tat-tagħmir militari tal-Unjoni Ewropea jew fl-Annessi I u Ia, inklużi b’mod partikolari sussidji, self jew assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, kwalunkwe forniment, kwalunkwe trasferiment jew kwalunkwe esportazzjoni ta’ tali prodotti, jew għal kwalunkwe għoti ta’ assistenza teknika relatata, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, kwalunkwe entità jew korp fl-Iran, jew bi skopijiet ta’ użu f’dan il-pajjiż;

(e)

il-parteċipazzjoni, konxjament jew bi ħsieb, f’attivitajiet li l-għan jew l-effett tagħhom ikun li jiġu evitati l-projbizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d).”

(g)

L-Artikolu 7(1) għandu jkun issostitwit bit-test li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li huma ta’ proprjetà tal-persuni, l-entitajiet jew il-korpi elenkati fl-Anness IV, kif ukoll il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li dawn il-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jipposjedu, iżommu jew jikkontrollaw, għandhom jiġu ffriżati. L-Anness IV għandu jinkludi l-persuni, l-entitajiet u l-korpi magħżula mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, skond il-paragrafu 12 tar-Riżoluzzjoni 1737 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-paragrafu 7 tar-Riżoluzzjoni 1803 (2008) tiegħu.”

(h)

Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 11a

1.   L-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, fl-attivitajiet tagħhom mal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu msemmija fil-paragrafu 2, u sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tagħhom jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar ta’ armamenti nukleari:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fuq l-attivitajiet tal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta’ miżuri ta’ viġilanza tal-klijenti u skond l-obbligi marbuta mal-money laundering u mal-finanzjament tat-terroriżmu;

(b)

jeżiġu li s-sessjonijiet kollha fl-istruzzjonijiet ta’ ħlas li huma marbuta mal-oriġinatur u mal-benefiċjarju tat-transazzjoni in kwistjoni jimtlew u, jekk dik l-informazzjoni ma tingħatax, jiċħdu t-transazzjoni;

(c)

iżommu d-dokumentazzjoni kollha dwar it-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u jqegħduhom għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali meta jintalbu;

(d)

jekk jissuspettaw jew ikollhom raġunijiet tajba biex jissuspettaw li l-fondi jkunu marbuta ma’ ffinanzjar tal-proliferazzjoni, għandhom jgħarrfu b’dan minnufih lill-Unità tal-Intelligence Finanzjarja (UIF) jew xi awtorità kompetenti oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5 u 7. L-UIF jew l-awtorità l-oħra kompetenti in kwistjoni sservi ta’ ċentru nazzjonali fejn jiġu rċevuti u analizzati d-dikjarazzjonijiet dwar transazzjonijiet li jnisslu suspett dwar iffinanzjar potenzjali tal-proliferazzjoni. L-UIF jew l-awtorità l-oħra kompetenti jkollha aċċess, dirett jew indirett, tempestivament, għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ġudizzjarja li tkun teħtieġ sabiex twettaq din il-funzjoni b’mod adegwat, inkluż l-analiżi ta’ dikjarazzjonijiet dwar transazzjonijiet li jnisslu suspett.

2.   Il-miżuri mħabbra fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu fl-attivitajiet tagħhom ma’:

(a)

l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji domiċiljati fl-Iran, b’mod partikolari l-Bank Saderat;

(b)

il-fergħat u s-sussidjarji, meta jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu domiċiljati fl-Iran, kif elenkati fl-Anness VI;

(c)

il-fergħat u s-sussidjarji, meta ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu domiċiljati fl-Iran, kif elenkati fl-Anness VI;

(d)

l-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li la huma domiċiljati fl-Iran u lanqas jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18, iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran, kif elenkati fl-Anness VI.

Artikolu 11b

1.   Il-fergħat u s-sussidjarji tal-Bank Saderat li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti maħtura mill-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, kif indikat fis-siti tal-internet elenkati fl-Anness III, bit-trasferimenti kollha ta’ fondi mwettqa jew irċevuti minnhom, bl-ismijiet tal-partijiet, bl-ammont u bid-data tat-transazzjoni, fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li t-trasferimenti ta’ fondi msemmija jkunu saru jew irċevuti. Jekk l-informazzjoni tkun disponibbli, id-dikjarazzjoni għandha tippreċiża n-natura tat-transazzjoni u, jekk ikun il-każ, in-natura tal-oġġetti li dwarhom tkun saret it-transazzjoni u b’mod partikolari tindika jekk dawn humiex oġġetti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1334/2000 jew minn dan ir-Regolament u, jekk l-esportazzjoni tagħhom hija soġġetta għal awtorizzazzjoni, jippreċiżaw in-numru tal-liċenzja mogħtija.

2.   Soġġett għall-arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, u skond dawn l-istess arranġamenti, l-awtoritajiet kompetenti notifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din l-informazzjoni, skond il-ħtiġiet, biex tiġi evitata kwalunkwe transazzjoni li tista’ tikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari b’riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ sparar ta’ armamenti nukleari, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.”

(i)

L-Artikolu 12(2), għandu jkun issostitwit bit-test li ġej:

“2.   Il-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(d) u fl-Artikolu 7(3) m’għandhom jinvolvu, għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-entitajiet ikkonċernati, ebda tip ta’ responsabiltà, jekk dawn ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom kienu qed jiksru dawn il-projbizzjonijiet.”

(j)

Fl-Artikolu 12, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   L-iżvelar in bona fede, kif previst fl-Artikoli 11a u 11b, minn istituzzjoni jew persuna koperta minn dan ir-Regolament, jew minn impjegat jew direttur ta’ tali istituzzjoni jew persuna, tal-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 11a u 11b m’għandha tinvolvi ebda tip ta’ responsabiltà għall-istituzzjoni jew persuna jew id-diretturi jew l-impjegati tagħha.”

(k)

L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

“Artikolu 12a

1.   M’għandha tintlaqa’ ebda talba għal kumpens u lanqas ebda talba oħra ta’ dan it-tip, bħal talba għal kumpens jew talba fil-forma ta’ garanzija, partikolarment talba bil-għan li tinkiseb l-estensjoni jew il-ħlas ta’ garanzija jew ta’ kontro-garanzija partikolarment finanzjarja, tkun xi tkun il-forma, ippreżentata minn:

(a)

persuni, entitajiet jew korpi indikati elenkati fl-Annessi IV, V u VI;

(b)

kwalunkwe persuna, entità jew korp fl-Iran, inkluż il-gvern tal-Iran;

(c)

kwalunkwe persuna, entità jew korp li jaġixxi permezz ta’ jew f’isem waħda minn dawn il-persuni jew entitajiet;

fil-każ ta’ kwalunkwe kuntratt jew operazzjoni li jkunu ġew eżegwiti, direttament jew indirettament, totalment jew parzjalment, bil-miżuri imposti minn dan ir-regolament.

2.   L-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew transazzjoni għandha tkun ikkunsidrata bħala affettwata mill-miżuri imposti minn dan ir-Regolament meta l-eżistenza jew il-kontenut tal-pretensjoni jirriżultaw direttament jew indirettament minn dawn il-miżuri.

3.   F’kull proċedura għall-infurzar ta’ pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat il-fatt li l-ilqugħ tat-talba mhux projbit mill-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna li tkun qed titlob l-infurzar ta’ dik il-pretensjoni.”

(l)

Fl-Artikolu 15(1) għandu jiddaħħal il-punt li ġej:

“(d)

temenda l-Anness VI skond id-deċiżjonijiet meħuda fir-rigward tal-Annessi III u IV tal-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK.”

(m)

It-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala Anness Ia.

(n)

L-Anness II għandu jkun issostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

(o)

L-Anness III għandu jkun issostitwit bit-test tal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

(p)

It-test tal-Anness IV għal dan ir-Regolament għandu jiddaħħal bħala Anness VI.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 213, 8.8.2008, p.58

(2)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15.

(3)  ĠU L 103, 20.4.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 143, 6.6.2007, p. 1.


ANNESS I

"ANNESS Ia

"Oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 2, paragrafu 1, punt (a)(iii)"

NOTI TA’ INTRODUZZJONI

1.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, in-numri ta' referenza li jidhru fil-kolonna hawn taħt bit-titlu "Deskrizzjoni" jirreferu għad-deskrizzjonijiet tal-oġġetti u t-teknoloġiji b'użu doppju li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000.

2.

Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna bit-titlu "Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007" ifisser li l-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-kolonna "Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tal-oġġett b'użu doppju li għalih qed issir referenza.

3.

Id-definizzjonijiet ta' termini bejn ‧virgoletti singoli‧ huma mogħtija f'Nota Teknika dwar l-oġġett ikkonċernat.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007.

Noti Ġenerali

1.

L-iskop tal-projbizzjonijiet inklużi f'dan l-Anness m'għandux jingħeleb bl-esportazzjoni ta' kwalunkwe oġġett mhux ipprojbit (li jinkludi impjanti) li jinkludi wieħed jew aktar mill-komponenti pprojbiti, meta l-komponent jew komponenti pprojbiti huma l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jistgħu possibbilment jitneħħew jew jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B.:

Waqt li jiġi vvalutat jekk il-komponent jew komponenti pprojbiti għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jiġu evalwati l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika involuti u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jistabbilixxu l-komponent jew komponenti pprojbiti bħala l-element prinċipali tal-oġġetti pprovduti.

2.

L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jistgħu jkunu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.

Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)

(Li għandha tinqara flimkien mat-Taqsima IA.B.)

1.

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-"teknoloġiji" li huma "meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima IA.B.

2.

It-"teknoloġija""meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti taħt projbizzjoni tibqa' pprojbita anki meta tkun applikabbli għal oġġetti mhux ipprojbiti.

3.

Il-projbizzjonijiet ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, għall-operazzjoni, għall-manutenzjoni (verifika) u għat-tiswija ta' dawk l-oġġetti li mhumiex ipprojbiti jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

4.

Il-projbizzjonijiet fuq trasferiment ta' "teknoloġija" ma japplikawx għall-informazzjoni "ta' dominju pubbliku", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet ta’ privattivi.

IA.A.   OĠĠETTI

A0.   Materjali, Faċilitajiet, u Apparat Nukleari

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.A0.001

Lampi tal-katodju, vojta minn ġewwa, kif ġej:

a.

Lampi tal-katodju tal-jodju, vojta minn ġewwa, bit-twieqi tas-silikon pur jew tal-kwarz

b.

Lampi tal-katodju tal-uranju, vojta minn ġewwa

IA.A0.005

Partijiet ta' kontenituri ta' reatturi nukleari u apparat għall-ittestjar, barra minn kif speċifikat f'0A001, kif ġej:

1.

siġilli

2.

komponenti interni

3.

tagħmir ta' ssiġillar, ittestjar u kejl

0A001

IA.A0.006

Sistemi ta' rilevazzjoni nukleari għas-sejba, l-identifikazzjoni jew il-kwantifikazzjoni ta' materjali radjuattivi u radjazzjoni ta' oriġini nukeari kif ukoll partijiet iddisinjati apposta għal dan, barra minn dawk speċifikati f'0A001.j jew f’1A004.c.

0A001.j

1A004.c

IA.A0.007

Valvi ssiġillati bil-minfaħ, magħmula minn lega tal-aluminju jew minn stainless steel tat-tip 304, 304L jew 316L.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax valvi tal-minfaħ kif definiti f'0B001.c.6 u 2A226.

0B001.c.6

2A226

IA.A0.012

Magħlaq protett għall-manipulazzjoni, il-ħażna u ż-żamma ta' sustanzi radjuattivi (Ċelloli jaħarqu)

0B006

IA.A0.013

"Uranju naturali" jew "uranju eżawrit" jew torju fil-forma ta' metall, lega, kompost kimiku jew konċentrat u kull materjal ieħor li fih wieħed jew iktar minn dawn is-sustanzi msemmija, barra minn dawk speċifikati f'0C001.

0C001


A1.   Materjali, kimiċi, "mikroorganiżmi" u "tossini"

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.A1.001

Solvent tal-aċtu fosforiku Bis(2-etilesile) (HDEHP jew D2HPA) CAS 298-07-7, tkun xi tkun il-kwantità, li jkollu purezza ta' aktar minn 90 %.

IA.A1.002

Fluor gazeux (no CAS: Gass tal-flworin (Numru Astratt Kimiku (CAS) 7782-41-4), b'purezza ta' aktar minn 95 %

IA.A1.005

Ċelloli elettrolitiċi għal produzzjoni ta' fluworin b'kapaċità tal-produzzjoni ikbar minn 100 g ta' fluworin fis-siegħa.

Note: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax ċelloli elettrolitiċi kif definiti fl-oġġett 1B225

1B225

IA.A1.008

Metalli manjetiċi ta' kull tip u ta' kull forma, li jkollhom permeabbiltà inizjali relattiva ta' 120 000 jew aktar u ħxuna ta' bejn 0.05 u 0.1 mm.

1C003.a

IA.A1.009

"Materjali fibbrili jew filamentari" jew preimprenjati, kif ġej:

a.

"materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju jew tal-aramid li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

"modulu speċifiku" iktar minn 10 × 106 m; jew

2.

"reżistenza speċifika għat-tensjoni" iktar minn 17 × 104 m;

b.

"materjali fibrużi jew filamentari" tal-ħġieġ li għandhom waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

"modulu speċifiku" iktar minn 3,18 × 106 m; jew

2.

"reżistenza speċifika għat-tensjoni" iktar minn 76,2 × 103 m;

c.

"ħjut", "faxex ta' fibri", "ħbula" jew "tejp" kontinwi imprenjati b'reżina termoset wiesgħa 15 mm jew inqas (preimprenjati), magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbonju jew tal-ħġieġ, minbarra dawk speċifikati f'II.A1.010.a jew b.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax materjali fibrużi jew filamentari kif definiti fl-oġġetti 1C010.a, 1C010.b, 1C210.a u 1C210.b.

1C010.a

1C010.b

1C210.a

1C210.b

IA.A1.010

Fibri imprenjati bir-reżina jew miż-żift/qatran (preimprenjat), fibri miksija bil-metall jew bil-karbonju (materja prima) jew "materja prima tal-fibri tal-karbonju", bħalma ġej:

a.

magħmula minn "materjali fibrużi jew filamentari" kif speċifikat f'II.A.1.009 aktar 'l fuq;

b.

"Materjali fibrużi jew filamentari" tal-karbon magħmula minn "matriċi" tar-reżina epossidika (preimprenjata), kif speċifikat f'1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, għat-tiswija tal-istrutturi tal-ajruplani jew laminati, li fihom, id-daqs tal-folji individwali imprenjati ma jaqbiżx il-50 ċm × 90 ċm;

c.

Materjal preimprenjat speċifikat f'1C010.a, 1C010.b jew 1C010.c, meta jkollhom reżini fenoliċi jew epossi li jkollhom temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ (Tg) inqas minn 433 K (160 °C) u temperatura ta' kura aktar baxxa mit-temperatura tat-transizzjoni tal-ħġieġ.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax materjali fibrużi jew filamentari kif definiti fl-oġġett 1C010.e.

1C010.e.

1C210

IA.A1.011

Komposti riinfurzati taċ-ċeramika tas-silikon karbajd li jistgħu jintużaw għall-ponta, għal vetturi ta' rientrata, għal portelli taż-żennuni, u li jintużaw f'"missili", barra minn dawk speċifikati f'1C107.

1C107

IA.A1.012

Azzar maraging, minbarra dak speċifikat f'1C116 jew 1C216, ‧kapaċi għal‧ reżistenza massima għat-tensjoni ta' 2 050 MPa jew iktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C).

Nota teknika: Il-frażi ‧azzar maraging kapaċi għal‧ tinkorpora azzar maraging qabel jew wara t-trattament bis-sħana.

1C216

IA.A1.013

Tangstinn, tantalum, karbajd tat-tangstinn, karbajd tat-tantalum u liegi, li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Forom b'simetrija ċilindrika jew sfera vojta minn ġewwa (inkluż partijiet taċ-ċilindru) b'dijametru fuq in-naħa ta' ġewwa bejn 50 mm u 300 mm; kif ukoll

b.

Massa ta' aktar minn 5 kg.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax it-tangstinn, il-karbajd tat-tangstinn u liegi ddefiniti fl-oġġett 1C226

1C226


A2.   L-Ipproċessar tal-Materjali

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.A2.001

Sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni, tagħmir u partijiet għal dak l-iskop, ħlief dawk speċifikati f'2B116:

a.

sistemi ta' ttestjar bil-vibrazzjoni li jużaw metodi ta' retroazzjoni jew b'ċirkwit magħluq u li jinkorporaw kontrollur diġitali, li kapaċi jivvibraw sistema b'aċċellerazzjoni daqs jew akbar minn 0,1g rms bejn 0.1 Hz u 2 kHz u jittrasmettu forzi daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b'‧mejda vojta‧;

b.

Kontrolluri diġitali flimkien ma' "softwer" ta' prova ta' vibrazzjoni maħsub apposta, b'medda ta' frekwenzi fiż-żmien reali ta' iktar minn 5 kHz imfassla għall-użu tas-sistemi ta' prova ta' vibrazzjoni msemmija f'a.;

c.

Magni li jagħtu mbuttatura b'vibrazzjoni (unitajiet ta' vibrazzjoni), b'amplifikaturi assoċjati jew mingħajrhom, li kapaċi jagħtu forza ta' 50 kN jew aktar, imkejla b'‧mejda vojta‧, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi tal-ittestjar tal-vibrazzjoni speċifikati f'a.;

d.

Strutturi li jsostnu l-parti għall-ittestjar u unitajiet elettroniċi ddisinjati sabiex jgħaqqdu unitajiet ta' vibrazzjoni multipli f'sistema li hi kapaċi tipprovdi forza effettiva kombinata daqs jew akbar minn 50 kN, imkejla b'‘mejda vojta’, u li jistgħu jintużaw fis-sistemi ta' vibrazzjoni speċifikati f'a.

Nota teknika: ‧mejda vojta‧ tfisser mejda ċatta, jew wiċċ mingħajr muntaġġi jew tagħmir imwaħħal.

2B116

IA.A2.004

Apparat għal manipulazzjoni mill-bogħod li jista' jintuża għal azzjoni mill-bogħod fi proċessi tas-separazzjoni radjukimika jew f'ċelel jaħarqu, barra dawk speċifikati f'2B225, li fihom xi karatteristika minn dawn li ġejjin:

a.

kapaċità ta' penetrazzjoni ta' 0,3 m jew iktar f'ħajt ta' ċella taħraq (minn ġol-ħajt); jew

b.

kapaċità li jgħaddu minn fuq minn naħa għal oħra ta' ħajt ta' ċella taħraq oħxon 0,3 m jew iktar (minn fuq il-ħajt).

Nota teknika: Manipulaturi minn distanza jbiddlu l-azzjonijiet ta' operatur uman għal driegħ li jaħdem minn distanza u muntaġġ terminali. Dawn jistgħu jkunu tat-tip prinċipali/sekondarju (master/slave) jew imħaddma b'joystick jew tastiera.

2B225

IA.A2.011

Separaturi ċentrifugi, b'kapaċità ta' separazzjoni kontinwa mingħajr propagazzjoni ta' erosols, u magħmula minn:

1.

liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2.

fluworopolimeri;

3.

ħġieġ (inkluż kisi vitrifikat, bl-enemel jew bil-ħġieġ);

4.

nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

5.

tantalu jew liegi tat-tantalu;

6.

titanju jew liegi tat-titanju; jew

7.

żirkonju jew liegi taż-żirkonju.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax separaturi ċentrifugi kif definiti fl-oġġett 2B352.c.

2B352.c

IA.A2.012

Filtri tal-metall miksija bil-ġir tan-nikil jew lega tan-nikil, b'ammont ta' 40 % tan-nikil bil-piż.

Note: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax filtri kif definiti fl-oġġett 2B352.d.

2B352.d


A3.   Elettronika

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.A3.001

Provvisti ta' enerġija ta' vultaġġ għoli b'kurrent dirett li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

Kapaċi li kontinwament jipproduċu, għal perjodu ta' 8 sigħat, 10 kV jew akbar bi produzzjoni ta' kurrent ta' 5 kW jew akbar, bl-isweeping jew mingħajru; kif ukoll

b.

Kurrent jew stabbiltà ta' vultaġġ aħjar minn 0,1 % fuq perjodu ta' erba' sigħat.

Nota: Din l-annotazzjoni ma tikkontrollax provvisti ta' enerġija f'0B001.j.5 u 3A227.

3A227

IA.A3.002

Spettrometri tal-massa, barra dawk indikati f'3A233 jew 0B002.g, li kapaċi jkejlu joni ta' 200 unità ta' massa atomika jew akbar u li għandhom riżoluzzjoni ta' aħjar minn 2 partijiet f’200 kif ġejjin, u sorsi ta' jone għal dan l-iskop:

a.

spettrometri tal-massa bil-plażma b'akkoppjament induttiv (ICP/MS);

b.

spettrometri tal-massa bi skarika inkandexxenti (GDMS);

c.

spettrometri tal-massa tal-jonizzazzjoni termali (TIMS);

d.

spettrometri tal-massa tal-bumbardament tal-elettroni li għandhom kamra sorġenti mibnija minn, miksija bi jew mgħottija b'"materjali li jirreżistu għall-eżafluworidu tal-uranju (UF6)";

e.

Spettrometri tal-massa b'raġġi molekulari li għandhom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

għandhom kamra tas-sors mibnija minn, miksija jew ibbanjata b'azzar li ma jsaddadx jew b'molibdenu, u mgħammra b'sifun krijoġeniku li kapaċi jkessaħ sa 193 K (– 80 °C) jew anqas; jew

2.

għandhom kamra tas-sors mibnija minn, miksija jew ibbanjata "b'materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-eżafluworidu tal-uranju UF6";

f.

Spettrometri tal-massa mgħammra b'sors joniku ta' mikrofluworizzazzjoni ddisinjati għal aktinidi jew fluworidi tal-aktinid.

3A233


A6.   Sensuri u lasers

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.A6.001

Vireg ta' granat tal-ittriju aluminju (YAG)

IA.A6.003

Sistemi ta' korretturi tal-front tal-mewġ biex jintużaw b'faxx tal-laser b'dijametru ta' aktar minn 4 mm u l-komponenti magħmula speċifikament għalihom, inkluż is-sistemi ta' kontroll, sensuri ta' front tal-fażi u "mirja diformabbli", inkuż mirja bimorfi.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar mirja definiti f'6A004.a, 6A005.e u 6A005.f.

6A003

IA.A6.004

"Lasers" tal-argon jonizzat li għandhom qawwa ta’ ħruġ ugwali għal 5 W, jew aktar.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar "lasers" tal-argon jonizzat kif definiti f'0B001.g.5, 6A005 u 6A205.a.

6A005.a.6

6A205.a

IA.A6.006

"Lasers" b'semikondutturi sintonizzabbli u armaturi ta' "lasers" b'semikondutturi sintonizzabbli, ta' tul ta' mewġ bejn 9 μm u 17 μm, kif ukoll kolonni ta' armaturi ta' "lasers" b'semikondutturi li fihom mill-anqas armatura "laser" waħda b'semikondutturi sintonizzabbli ta' dak it-tul ta' mewġ.

1.

Il-"lasers" b'semikondutturi normalment jissejħu dijodi "laser".

2.

Din l-annotazzjoni mhix dwar "lasers" b'semikondutturi kif definiti f'0B001.h.6 u 6A005.b.

6A005.b

IA.A6.008

"Lasers" (għajr dawk tal-ħġieġ) drogati bin-neodimju, li jipproduċu tul tal-mewġ ogħla minn 1 000 nm iżda mhux ogħla minn 1 100 nm, u jipproduċu qawwa tal-ħruġ ogħla minn 10 J kull impuls.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar "lasers" (għajr dawk tal-ħġieġ) drogati bin-neodimju kif definiti f'6A005.c.2.b.

6A005.c.2

IA.A6.010

Kameras reżistenti għar-radjazzjoni, jew lentijiet għalihom, minbarra dawk speċifikati f'6A203.c., iddisinjati apposta jew previsti bħala reżistenti għal doża ta' radjazzjoni totali ogħla minn 50 × 103 Gy (silikon) [5 × 106 rad (silikon)] mingħajr ma jinbidlilhom il-funzjonament.

Nota teknika: It-terminu Gy (silikon) jirreferi għall-enerġija f'Joules kull kilogramm li tiġi assorbita minn kampjun ta' silikon mhux mgħotti meta dan ikun espost għal radjazzjoni jonizzanti.

6A203.c

IA.A6.011

Amplifikaturi u oxxillaturi laser b'koloranti bl-impulsi sintonizzabbli, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

jaħdmu fuq tul tal-mewġ bejn 300 nm u 800 nm;

2.

qawwa tal-ħruġ medja ogħla minn 10 W iżda mhux ogħla minn 30 W;

3.

frekwenza ta' repetizzjoni ogħla minn 1 kHz; u

4.

dewmien tal-impuls ta' inqas minn 100 ns.

1.

Din l-annotazzjoni mhix dwar oxxillaturi monomodi.

2.

Din l-annotazzjoni mhix dwar oxxillaturi u amplifikaturi laser b'koloranti bl-impulsi sintonizzabbli kif definiti f'6A205.c, 0B001.g.5 u 6A005.

6A205.c

IA.A6.012

"Lasers" bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

jaħdmu b'tul tal-mewġ bejn 9 000 nm u 11 000 nm;

2.

frekwenza ta' repetizzjoni ogħla minn 250 Hz;

3.

qawwa tal-ħruġ medja ogħla minn 100 W iżda mhux ogħla minn 500 W; u

4.

dewmien tal-impuls ta' inqas minn 200 ns.

Nota: Din l-annotazzjoni mhix dwar amplifikaturi u oxxillaturi laser bl-impulsi tad-diossidu tal-karbonju kif definiti f'6A205.d., 0B001.h.6. u 6A005.d.

6A205.d

IA.B.   TEKNOLOĠIJI

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

IA.B.001

Teknoloġiji meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-prodotti tal-Parti IA.A. (Oġġetti), hawn fuq.

–"


ANNESS II

"ANNESS II

Oġġetti u teknoloġiji msemmija fl-Artikolu 3

NOTI TA’ INTRODUZZJONI

1.

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, in-numri ta' referenza użati fil-kolonna hawn taħt bit-titlu "Deskrizzjoni" jirreferu għad-deskrizzjonijiet ta' oġġetti u teknoloġiji b'użu doppju li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2000.

2.

Numru ta' referenza li jidher fil-kolonna bit-titlu "Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007" ifisser li l-karatteristiċi tal-prodott deskritt fil-kolonna "Deskrizzjoni" huma barra mill-parametri tal-oġġett b'użu doppju li għalih qed issir referenza.

3.

Id-definizzjonijiet ta' termini bejn ‧virgoletti singoli‧ huma mogħtija f'Nota Teknika dwar l-oġġett konċernat.

4.

Id-definizzjonijiet tat-termini bejn "virgoletti doppji" jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007.

Noti Ġenerali

1.

L-għanijiet tal-kontrolli inklużi f'dan l-Anness m'għandhomx jingħelbu bl-esportazzjoni ta' oġġetti mhux ikkontrollati (inkluż impjanti) li fihom wieħed jew aktar mill-komponenti kkontrollati meta l-komponent jew komponenti kontrollati jkunu l-elementi prinċipali tal-oġġetti u jistgħu fil-prattika jitneħħew u jintużaw għal għanijiet oħra.

N.B.:

Biex jiġi vvalutat jekk il-komponent jew il-komponenti kkontrollati għandhomx jitqiesu bħala l-element prinċipali, hu meħtieġ li jitqiesu l-fatturi tal-kwantità, tal-valur u tal-konoxxenza teknoloġika li jikkonċernawhom, u ċirkostanzi speċjali oħrajn li jistgħu jagħmlu l-komponent jew komponenti kkontrollati l-element prinċipali tal-oġġetti pprovduti.

2.

L-oġġetti speċifikati f'dan l-Anness jistgħu jkunu oġġetti kemm ġodda kif ukoll użati.

Nota Ġenerali dwar it-Teknoloġija (NĠT)

(Għandha tinqara flimkien mat-Taqsima II.B)

1.

Il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tat-"teknoloġiji" li huma "meħtieġa" għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti li l-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti fil-Parti A (Oġġetti) hawn taħt, huma pprojbiti skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima II.B.

2.

It-"teknoloġija"“meħtieġa” għall-"iżvilupp", għall-"produzzjoni" jew għall-"użu" ta' oġġetti kkontrollati tibqa' kkontrollata anki meta din tapplika għal oġġetti mhux ikkontrollati.

3.

Il-kontrolli ma japplikawx għal dik it-"teknoloġija" li hija l-minimu meħtieġ għall-installazzjoni, l-operazzjoni, il-manutenzjoni (verifika) u għat-tiswija tal-oġġetti li mhumiex ikkontrollati jew li l-esportazzjoni tagħhom ġiet awtorizzata skont ir-Regolament (KE) Nru 423/2007.

4.

Il-kontrolli fuq trasferiment ta' "teknoloġija"ma japplikawx għal informazzjoni "fl-isfera pubblika", għal "riċerka xjentifika bażika" jew għall-informazzjoni minima meħtieġa għall-applikazzjonijiet għal privattivi.

II.A.   OĠĠETTI

A0.   Materjali, Faċilitajiet u Tagħmir Nukleari

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.A0.002

Iżolaturi Faraday fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm.

II.A0.003

Retikoli ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm.

II.A0.004

Fibri ottiċi fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm miksija b'saffi mhux riflettenti fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm u b'dijametru ċentrali akbar minn 0,4 mm iżda mhux akbar minn 2 mm.

II.A0.008

Mirja ċatti, konvessi u konkavi, miksija b'saffi multipli li jirriflettu ħafna jew kontrollati, fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm.

0B001.g.5

II.A0.009

Lentijiet, polarizzaturi, pjanċi ritardanti ta' nofs mewġa, pjanċi ritardanti ta' kwart ta' mewġa, twieqi tal-laser tas-silikon jew kwarz u rotaturi, miksija b'saffi mhux riflettenti fil-medda ta' tul ta' mewġ bejn 500 nm u 650 nm

0B001.g

II.A0.010

Pajpijiet, sistemi ta' pajpijiet, flanġijiet, aċċessorji magħmulin minn jew miksija b'nikil jew b'liega tan-nikil, b'aktar minn 40 % nikil fil-piż, minbarra minn dawk speċifikati fi 2B350.h.1.

2B350

II.A0.011

Pompi tal-vakum minbarra minn dawk speċifikati f'0B002.f.2 jew 2B231, kif ġej:

pompi turbomolekulari b'rata ta' fluss ta' 400 l/s jew aktar;

pompi tal-vakum tat-tip Roots b'rata ta' aspirazzjoni volumetrika ta' aktar minn 200 m3/h.

Kumpressuri tax-xott f'forma ta' spiral bil-minfaħ u pompi tal-vakum, tax-xott, f'forma ta' spiral bil-minfaħ.

0B002.f.2

2B231


A1.   Materjali, sustanzi kimiċi, "mikroorganiżmi" u "tossini"

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.A1.003

Siġilli u gaskits magħmula minn wieħed mill-materjali li ġejjin:

a.

kopolimeri ta' fluworur tal-vinilidin bi struttura kristallina beta ta' 75 % jew aktar mingħajr tiġbid;

b.

poliimidi fluworurati li għandhom piż ta' 10 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

c.

elastomeri tal-fosfażen fluworurat li għandhom piż ta' 30 % jew aktar ta' fluworu kkombinat;

d.

poliklorotrifluworetilen (PCTFE, pereżempju Kel-F ®);

e.

fluworoelastomeri tal-viton;

f.

politetrafluworoetilen (PTFE).

 

II.A1.004

Tagħmir għal użu personali għar-rilevament ta' radjazzjoni ta' oriġini nukleari, inklużi dożimetri personali.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar sistemi ta' rilevament nukleari definiti f'1A004.c.

1A004.c

II.A1.006

Katalizzaturi platinati, minbarra dawk speċifikati f'1A225, iddisinjati apposta jew ippreparati biex jipprovokaw ir-reazzjoni ta' skambju tal-isotopi tal-idroġenu bejn l-idroġenu u l-ilma għall-irkupru tat-tritju mill-ilma tqil jew għall-produzzjoni ta' ilma tqil jew ta' sostituti għalih.

1B231, 1A225

II.A1.007

Aluminju u l-liegi tiegħu, minbarra dawk speċifikati f'1C002.b.4 jew 1C202.a, f'forma mhux maħduma jew semifabbrikata b'xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

a.

reżistenza massima għat-tensjoni ta' 460 MPa jew iktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C); jew

b.

reżistenza għat-tensjoni ta' 415 MPa jew iktar f'temperatura ta' 298 K (25 °C).

1C002.b.4

1C202.a


A2.   Ipproċessar tal-materjali

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.A2.002

Magni tal-għodda għad-dħin, ta' preċizjoni ta' ppożizzjonar bil-"kumpens kollu disponibbli" ugwali għal jew inqas (aħjar) minn 15 μm tul kwalunkwe wieħed mill-assi lineari skont ISO 230/2 (1988) (1) jew l-ekwivalenti nazzjonali.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar magni tal-għodod tad-dħin definiti fi 2B201.b u 2B001.c.

2B201.b

2B001.c

II.A2.002a

Komponenti u kontrolli numeriċi, iddisinjati apposta għall-magni tal-għodod speċifikati fi 2B001, 2B201 jew II.A2.002 hawn fuq.

 

II.A2.003

Magni tal-ibbilanċjar u tagħmir relatat, kif ġej:

a.

magni tal-ibbilanċjar iddisinjati jew modifikati għal apparat dentali jew mediku ta' xorta oħra, bil-karatteristiċi kollha li ġejjin:

1.

mhumiex kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/immuntar b'massa ta' aktar minn 3 kg;

2.

kapaċi jibbilanċjaw skrejjen/immuntar b'veloċità ta' aktar minn 12 500 rpm;

3.

kapaċi jikkoreġu żbilanċi f'żewġ pjani jew iktar; u

4.

kapaċi jibbilanċjaw sa żbilanċ speċifiku residwu ta' 0,2 g x mm kull kg ta' massa tal-iskrun;

b.

irjus indikaturi ddisinjati jew modifikati għall-użu mal-magni speċifikati f'a. hawn fuq.

Nota teknika: Xi drabi l-irjus indikaturi huma magħrufa bħala strumentazzjoni tal-bilanċ.

2B119

II.A2.005

Fran għat-trattament bis-sħana f'atmosfera kkontrollata, kif ġej:

fran kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C

2B226, 2B227

II.A2.006

Fran tal-ossidazzjoni kapaċi li jaħdmu f'temperaturi ta' aktar minn 400 °C.

2B226, 2B227

II.A2.007

"Trasdutturi tal-pressjoni", minbarra dawk definiti fi 2B230, kapaċi jkejlu pressjoni assoluta f'kull punt fl-iskala 0 sa 200 kPa, u li jkollhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:

a.

elementi sensittivi magħmula minn jew protetti b' "materjali reżistenti għall-korrużjoni mill-eżafluworidu tal-uranju (UF6)"; u

b.

li fihom xi waħda mill-karatteristiċi li ġejjin:

1.

skala sħiħa ta' inqas minn 200 kPa u ‧preċiżjoni‧ aħjar minn ± 1 % ta' skala sħiħa; jew

2.

skala sħiħa ta' 200 kPa jew aktar u ‧preċiżjoni‧ aħjar minn ± 2 kPa.

Nota teknika: Għall-iskop ta' 2B230, il-‧preċiżjoni‧ tinkludi n-non-linearità, l-isteresi u r-ripetibbiltà fit-temperatura ambjentali.

2B230

II.A2.008

Kuntatturi likwidu-likwidu (mixxelaturi separaturi, kolonni pulsati u kuntatturi ċentrifugi); u distributuri ta' likwidi, distributuri ta' fwar jew oġġetti għall-kollezzjoni ta' likwidu mfassla għal assorbiment bħal dawn, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i huma magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:

1.

liegi b'aktar minn 25 % nikil u 20 % kromju fil-piż;

2.

fluworopolimeri;

3.

ħġieġ (inkluż kisi vitrifikat, bl-enemel jew bil-ħġieġ);

4.

grafit jew ‧karbonju grafit‧;

5.

nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

6.

tantalu jew liegi tat-tantalu;

7.

titanju jew liegi tat-titanju;

8.

żirkonju jew liegi taż-żirkonju; jew

9.

azzar li ma jsaddadx.

Nota teknika: Il-‧karbonju grafit‧ hu kompożizzjoni ta' karbonju u grafit amorfu, li fiha l-kontenut ta' grafit hu ta' 8 % jew aktar fil-piż.

2B350.e

II.A2.009

Tagħmir industrijali u l-komponenti tiegħu, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.d, kif ġej:

tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi b'wiċċ għat-trasferiment tas-sħana b'medda ikbar minn 0,05 m2 u inqas minn 30 m2; u tubi, pjanċi, serpentini jew blokki ddisinjati għal dan it-tagħmir għat-trasferiment tas-sħana jew kondensaturi, fejn l-uċuħ kollha f'kuntatt dirett mal-fluwidu/i huma magħmulin minn xi materjal minn dawn li ġejjin:

1.

liegi b'aktar minn 25 % nikil fil-piż u 20 % kromju fil-piż;

2.

fluworopolimeri;

3.

ħġieġ (inkluż kisi vitrifikat, bl-enemel jew bil-ħġieġ);

4.

grafit jew ‧karbonju grafit‧;

5.

nikil jew liegi b'aktar minn 40 % nikil fil-piż;

6.

tantalu jew liegi tat-tantalu;

7.

titanju jew liegi tat-titanju

8.

żirkonju jew liegi taż-żirkonju;

9.

karbur tas-silikon;

10.

karbur tat-titanju; jew

11.

azzar li ma jsaddadx.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar radjaturi tal-vetturi.

2B350.d

II.A2.010

Pompi b'siġill multipli jew bla siġill, minbarra dawk speċifikati fi 2B350.i, tajbin għall-fluwidi korrożivi, b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 0,6 m3/h, jew pompi tal-vakum b'rata ta' fluss massima indikata mill-manifattur ta' iktar minn 5 m3/h [f'kondizzjonijiet standard ta' temperatura (273 K, jew 0 °C) u pressjoni (101,3 kPa)]; u kaxex (korpi ta' pompi), kisi tal-kaxex preformati, impellers, skrejjen jew żennuni tal-ġett iddisinjati għal dawn il-pompi, fejn l-uċuħ li jiġu f'kuntatt dirett mas-sustanzi kimiċi li qed jiġu proċessati huma magħmula minn xi materjal minn dawn li ġejjin:

1.

azzar li ma jsaddadx,

2.

liegi tal-aluminju.

 


A6.   Sensuri u lasers

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.A6.002

Ottiċi tal-infraaħmar bit-tul ta' mewġ li jvarja bejn 9 μm u 17 μm, u komponenti tagħhom, inkluż il-komponenti tat-tellurur tal-kadmju (CdTe).

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar il-kameras u l-komponenti definiti f'6A003.

6A003

II.A6.005

"Lasers" b'semikondutturi u l-komponenti tagħhom, kif ġej:

a.

"lasers" b'semikondutturi individwali b'qawwa ta' ħruġ ogħla minn 200 mW kull wieħed, fi kwantitajiet ta' aktar minn 100;

b.

armaturi ta' "lasers" b'semikondutturi b'qawwa ta' ħruġ ogħla minn 20 W.

1.

Il-"lasers" b'semikondutturi normalment jissejħu dijodi "laser".

2.

Din l-annotazzjoni mhix dwar il-"lasers" definiti f'0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.b.

3.

Din l-annotazzjoni mhix dwar id-dijodi "laser" b'tul ta' mewġ li jvarja bejn 1 200 nm u 2 000 nm.

6A005.b

II.A6.007

"Lasers""sinkronizzabbli" fl-istat solidu, kif ġej, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

a.

lasers biż-żafir-titanju,

b.

lasers bl-alessandrite.

Nota: din l-annotazzjoni mhix dwar il-lasers biż-żafir-titanju u bl-alessandrite definiti f'0B001.g.5, 0B001.h.6 u 6A005.c.1.

6A005.c.1

II.A6.009

Komponenti akustiċi-ottiċi, kif ġej:

a.

tubi għall-immaġni u tagħmir għall-immaġini fl-istat solidu bi frekwenza ta' rikorrenza ta' 1 kHz jew aktar;

b.

aċċessorji għall-frekwenza ta' rikorrenza;

c.

ċelel ta' Pockels.

6A203.b.4.c


A7.   Navigazzjoni u Avjonika

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.A7.001

Sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) u komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

I.

sistemi ta' navigazzjoni inerzjali ċċertifikati għall-użu fuq "inġenji tal-ajru ċivili" mill-awtoritajiet ċivili ta' Stat parteċipant għall-ftehim ta' Wassenaar, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom, kif ġej:

a.

sistemi ta' navigazzjoni inerzjali (INS) (gimballed jew marbutin) u tagħmir inerzjali ddisinjat għal "inġenji tal-ajru", vetturi tal-art, vetturi tal-ilma (tal-wiċċ jew taħt il-wiċċ) u "vetturi spazjali" għal orjentazzjoni, gwida jew kontroll, b'waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalihom:

1.

żball ta' navigazzjoni (inerzjali waħdu) wara allinjament normali ta' 0,8 mili nawtiċi fis-siegħa (nm/h) ‧żball ċirkolari probabbli‧ (CEP) jew anqas (aħjar); jew

2.

speċifikati biex jiffunzjonaw b'livelli ta' aċċellerazzjoni lineari ogħla minn 10 g;

b.

sistemi ta' navigazzjoni ibridi inerzjali li għandhom integrati sistema ta' navigazzjoni globali bis-satellita (GNSS) waħda jew aktar jew "sistema ta’ navigazzjoni referenzjata b'bażi tad-data" ("DBRN") waħda jew aktar għal orjentazzjoni, gwida jew kontroll wara allinjament normali, bi preċiżjoni tal-pożizzjoni tan-navigazzjoni INS, wara t-telf tal-GNSS jew tad-"DBRN" għal perjodu sa erba' minuti, ta' anqas minn (aħjar minn) 10 metri, ‧Żball ċirkolari probabbli‧ (CEP);

c.

tagħmir inerzjali għall-indikar tal-ażimut, ir-rotta jew it-Tramuntana, b'waħda mill-karatteristiċi li ġejjin, u komponenti ddisinjati apposta għalih:

1.

maħsub għal preċiżjoni ta' indikazzjoni tal-ażimut, ir-rotta jew it-Tramuntana ta' 6 minuti ta' ark RMS jew inqas (aħjar) f'latitudni ta' 45 grad; jew

2.

maħsub għal livell ta' skoss mhux operattiv ta' 900 g jew aktar għal ħin ta' 1 millisekonda jew aktar.

Nota: il-parametri ta' I.a. u I.b. huma applikabbli għal kull waħda mill-kondizzjonijiet ambjentali li ġejjin:

1.

vibrazzjoni każwali tad-dħul b'kobor globali ta' 7,7 g rms fl-ewwel nofs siegħa u ħin totali tat-test ta' siegħa u nofs għal kull assi f'kull wieħed mit-tliet assi perpendikulari, meta l-vibrazzjoni każwali tilħaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:

a.

densità spettrali tal-qawwa (PSD) kostanti ta' 0,04 g2/Hz fuq interval ta' frekwenza ta' 15 sa 1 000 Hz; u

b.

il-PSD tonqos bi frekwenza minn 0,04 g2/Hz sa 0,01 g2/Hz fuq intervall ta' frekwenza minn 1 000 sa 2 000 Hz;

2.

rata ta' roll u imbardata ta' + 2,62 radian/s (150 deg/s) jew aktar; jew

3.

konformi mal-istandards nazzjonali ekwivalenti għall-punti 1 jew 2 hawn fuq.

1.

I.b. jirreferi għal sistemi li fihom l-INS u għajnuniet oħra ta' navigazzjoni indipendenti huma mibnijin f'element wieħed (integrat) bl-għan li titjieb il-prestazzjoni.

2.

‧Żball Ċirkolari Probabbli‧ (CEP) - F'distribuzzjoni ċirkolari normali, ir-raġġ taċ-ċirku li jkun fih 50 fil-mija mill-kejl individwali li jkun qed jittieħed, jew ir-raġġ taċ-ċirku li fih hemm 50 fil-mija probabbilità li jkun hemmhekk.

II.

Teodoliti li fihom ikun inkorporat tagħmir inerzjali maħsub apposta għal kejl ġeodesiku għall-użu ċivili u bi preċiżjoni ta' indikazzjoni tal-ażimut, ir-rotta jew it-Tramuntana ta' 6 minuti ta' ark RMS jew inqas (aħjar) f'latitudni ta' 45 grad, u l-komponenti ddisinjati apposta għalihom.

III.

Tagħmir inerzjali jew ta' xorta oħra li juża aċċellerometri speċifikati f'7A001 jew 7A101, fejn dawn l-aċċellerometri huma maħsuba apposta u żviluppati bħala sensuri MWD (kejl waqt it-tħaffir) għall-użu f'operazzjonijiet ta' manutenzjoni tal-bjar.

7A003, 7A103

II.B.   TEKNOLOĠIJI

Nru

Deskrizzjoni

Prodott relatat mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2007

II.B.001

Teknoloġiji meħtieġa għall-iżvilupp, il-produzzjoni jew l-użu tal-prodotti fil-Parti II.A. (Oġġetti) hawn fuq."

 


ANNESS III

“ANNESS III

Is-siti fuq l-internet li fihom informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(4) u (5), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 5(3), l-Artikoli 6, 8 u 9, l-Artikolu 10(1) u (2), l-Artikoli 11a u 11b, l-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 17, u l-indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

IRLANDA

http://foreign-affairs.net/home/index.aspx?id=28519

GREĊJA

http://www.ypex.gov.gr/www.mfa.gr/en-US/Policy/Multilateral+Diplomacy/International+Sanctions/

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

LITWANJA

http://www.urm.lt

LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

UNGERIJA

http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

OLANDA

http://www.minbuza.nl/sancties

AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

POLONJA

http://www.msz.gov.pl

PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

SVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Kummissjoni Ewropea

DĠ Relazzjonijiet Esterni

Direttorat A - Pjattaforma ta' kriżijiet – Koordinazzjoni politika fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

Unità A.2. Ġestjoni ta' kriżijiet u konsolidazzjoni tal-paċi

CHAR 12/106

B-1049 Bruxelles/Brussel (Belġju)

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu

Tel.: (32-2) 295 55 85

Fax: (32-2) 299 08 73”


ANNESS IV

“ANNESS VI

Lista tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu msemmija fl-Artikolu 11a(2)

Fergħat u sussidjarji, meta jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran, kif previsti fl-Artikolu 11 a(2)(b) (1)

1.   BANK MELLI IRAN *

Franza

43, Avenue Montaigne, 75008 Paris

Kodiċi BIC: MELIFRPP

Ġermanja

Holzbrücke 2, D-20459, Hamburg

Kodiċi BIC: MELIDEHH

Renju Unit

Melli Bank Plc

One London Wall, 11th Floor, London EC2Y 5EA

Kodiċi BIC: MELIGB2L

2.   BANK SEPAH *

Franza

64 rue de Miromesnil, 75008 Paris

Kodiċi BIC: SEPBFRPP

Ġermanja

Hafenstraße 54, D-60327 Frankfurt am Main

Kodiċi BIC: SEPBDEFF

Italja

Via Barberini 50, 00187 Rome

Kodiċi BIC: SEPBITR1

Renju Unit

Bank Sepah International plc

5/7 Eastcheap, London EC3M 1JT

Kodiċi BIC: SEPBGB2L

3.   BANK SADERAT IRAN

Franza

Bank Saderat Iran

16 Rue de la Paix, 75002 Paris

Kodiċi BIC: BSIRFRPP

TELEX: 220287 SADER A / SADER B

Ġermanja

Hamburg Branch

Box 112227, Deichstraße11, D-20459 Hamburg

Kodiċi BIC: BSIRDEHH

TELEX: 215175 SADBK D

Frankfurt Branch

Box 160151, Friedensstraße 4, D-60311 Frankfurt am Main

Kodiċi BIC: BSIRDEFF

Greċja

Athens Branch

Box 4308, 25-29 Venizelou St, GR 105 64 Athens

Kodiċi BIC: BSIRGRAA

TX: 218385 SABK GR

Renju Unit

Bank Saderat plc

5 Lothbury, London EC2R 7HD

Kodiċi BIC: BSPLGB2L

TX: 883382 SADER G

4.   BANK TEJARAT

Franza

Bank Tejarat

124-126 Rue de Provence, 75008 Pariġi

Kodiċi BIC: BTEJFRPP

TELEX: 281972 F, 281973 F BKTEJ

5.   PERSIA INTERNATIONAL BANK plc

Renju Unit

Uffiċċju Prinċipali u Fergħa Ewlenrja

6 Lothbury, London, EC2R 7HH

Kodiċi BIC: PIBPGB2L

TX: 885426

Fergħat u sussidjarji, meta ma jkunux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament, tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu domiċiljati fl-Iran, u istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu mhux domiċiljati fl-Iran u li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 18, iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet domiċiljati fl-Iran, kif previsti fl-Artikolu 11a(2)(c) u (d) (2)

1.   BANK MELLI *

Ażerbajġan

Fergħa: Bank Melli Iran Baku

Nobel Ave. 14, Baku

Kodiċi BIC: MELIAZ22

Iraq

No 111–27 Alley 929 – District – Arasat Street, Baghdad

Kodiċi BIC: MELIIQBA

Oman

Oman Muscat Branch

P.O. Box 5643, Mossa Abdul Rehman Hassan Building, 238 Al Burj St., Ruwi, Muscat, Oman 8

P.O. Box 2643 PC 112

Kodiċi BIC: MELIOMR

Ċina

Melli Bank HK (branch of Melli Bank PLC)

Unit 1703-04, Hong Kong Club Building, 3A Chater Road, Central Hong Kong

Kodiċi BIC: MELIHKHH

Eġittu

Representative Office

P.O. Box 2654, First Floor, Flat No 1, Al Sad el Aaly Dokhi

Tel.: 2700605 / Fax: 92633

Emirati Għarab Magħquda

Regional Office

P.O. Box: 1894, Dubai

Kodiċi BIC: MELIAEAD

Abu Dhabi Branch

Post Box no. 2656, Hamdan Street

Kodiċi BIC: MELIAEADADH

Al Ain Branch

Post Box no. 1888, Clock Tower, Industrial Road

Kodiċi BIC: MELIAEADALN

Bur Dubai Branch

Indirizz: Post Box no. 3093, Khalid Bin Waleed Street

Kodiċi BIC: MELIAEADBR2

Dubai Main Branch

Post Box no. 1894, Beniyas Street

Kodiċi BIC: MELIAEAD

Fujairah Branch

Post Box no. 248, Al Marash R/A, Hamad Bin Abdullah Street

Kodiċi BIC: MELIAEADFUJ

Ras al-Khaimah Branch

Post Box no. 5270, Oman Street, Al Nakheel

Kodiċi BIC: MELIAEADRAK

Sharjah Branch

Post Box no. 459, Al Burj Street

Kodiċi BIC: MELIAEADSHJ

Federazzjoni Russa

no 9/1 ul. Mashkova, 103064 Moscow

Kodiċi BIC: MELIRUMM

Ġappun

Representative Office

333 New Tokyo Bldg, 3-1 Marunouchi, 3 Chome, Chiyoda-ku

Tel.: 332162631. Fax (3)32162638. Telex: J296687

2.   BANK MELLAT

Korea t'Isfel

Bank Mellat Seoul Branch

Keumkang Tower 13/14th Floor, Tehran Road 889-13, Daechi-dong Gangnam-Ku, 135-280, Seoul

Kodiċi BIC: BKMTKRSE

TX: K36019 MELLAT

Turkija

Istanbul Branch

1, Binbircicek Sokak, Buyukdere Caddessi Levent-Istanbul

Kodiċi BIC: BKMTTRIS

TX: 26023 MELT TR

Ankara Branch

Ziya Gokalp Bulvari No:12 06425 Kizilay-Ankara

Kodiċi BIC: BKMTTRIS100

TX: 46915 BMEL TR

Izmir Branch

Cumhuriyet Bulvari No:88/A P.K 71035210 Konak-Izmir

Kodiċi BIC: BKMTTRIS 200

TX: 53053 BMIZ TR

Armenja

Yerevan Branch

6 Amiryan Str. P.O. Box: 375010 P/H 24 Yerevan

Kodiċi BIC: BKMTAM 22

TLX: 243303 MLTAR AM 243110 BMTRAM

3.   PERSIA INTERNATIONAL BANK plc

Emirati Għarab Magħquda

Dubai Branch

The Gate Building, 4th Floor, P.O. Box 119871, Dubai

Kodiċi BIC: PIBPAEAD

4.   BANK SADERAT IRAN

Libanu

Regional Office

Mar Elias – Mteco Center, P.O. Box 5126, Beirut

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Beirut Main Branch

Verdun Street – Alrose Building

Box 5126 Beirut / P.O. Box 6717 Hamra

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

TELEX: 48602 – 20738, 21205 – SADBNK

Algobeiri Branch

No 3528, Alghobeiry BLVD, Jawhara BLDG Abdallah El Hajje Str., Gobeiri BLVD, Algobeiri

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Baalbak Branch

NO. 3418, Ras Elein Str., Baalbak

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Borj al Barajneh Branch

No 4280, Al Holam BLDG, Al Kafaat Cross, Al Maamoura Str., Sahat Mreyjeh, 1st Floor

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Saida Branch

No 4338, Saida – Riad Elsoleh BLVD, Ali Ahmad BLG

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Oman

BLDG 606, Way 4543, 145 Complex, Ruwi High Street, Ruwi, P.O. Box 1269, Muscat

Kodiċi BIC: BSIROMR

TLX: 3146

Qatar

Doha Branch

NO. 2623, Grand Hamad Ave., P.O. Box 2256, Doha

Kodiċi BIC: BSIR QA QA

TELEX: 4225

Turkmenistan

Bank Saderat Iran Ashkhabad Branch

Makhtoomgholi Ave., no 181, Ashkhabad

TELEX: 1161134-86278

Emirati Għarab Magħquda

Regional Office Dubai

Al Maktoum Road, P.O. Box 4182 Deira, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD / BSIRAEADDLR / BSIRAEADLCD

TX: 45456 SADERBANK

Murxid Bazar Branch

Murxid Bazar P.O. Box 4182

Deira, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Bur Dubai Branch

Al Fahidi Road

Box 4182 Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Ajman Branch

No 2900 Liwara Street, P.O. Box 16, Ajman, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Shaykh Zayed Road Branch

Shaykh Road, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Abu Dhabi Branch

No 2690 Hamdan Street, P.O. Box 2656, Abu Dhabi

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 22263

Al Ein Branch

No 1741, Al Am Road, P.O. Box 1140, Al Ein, Abu Dhabi

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Sharjah Branch

No 2776 Alaroda Road, P.O. Box 316, Sharjah

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Baħreïn

Baħreïn Branch

106 Government Road; Box 825 Block no 316; Entrance no 3; Manama Center; Manama

TELEX: 8363 SADER BANK

OBU

P.O. Box 825 - Manama

Telex: 8688 SADER BANK

Użbekistan

Bank Saderat Iran Tashkent

10, Tchekhov Street, Mirabad District, 100060 Tashkent

Kodiċi BIC: BSIRUZ21

TELEX: 116134 BSITA UZ

5.   TEJARAT BANK

Taġikistan

No 70, Rudaki Ave., Dushanbe

P.O. Box: 734001

Kodiċi BIC: BTEJTJ22XXX

TX: 201135 BTDIR TJ

Ċina

Representative Office China

Office C208, Beijing Lufthansa Center, no 50 Liangmaqiao Road, Chaoyang District, Pekin 100016

6.   ARIAN BANK (magħruf ukoll bl-isem ta' Aryan Bank)

Afganistan

Head Office

House no 2, Street no 13, Wazir Akbar Khan, Kabul

Kodiċi BIC: AFABAFKA

Harat Branch

No 14301(2), Business Room Building, Banke Khoon Road, Harat

Kodiċi BIC: AFABAFKA

7.   FUTURE BANK

Baħreïn

Future Bank

Box 785, Government Avenue 304, Manama

Shop 57, Block no 624 Shaikh Jaber Al Ahmed Al Sabah Avenue-Road no 4203, Sitra

Kodiċi BIC: FUBBBHBM / FUBBBHBMOBU / FUBBBHBMXXX / FUBBBHBMSIT

8.   BANCO INTERNACIONAL DE DESARROLLO, SA

Venezwela

Banco Internacional de Desarrollo, Banco Universal

Avenida Francisco de Miranda, Torre Dosza, Piso 8, El Rosal, Chacao, Caracas

Kodiċi BIC: IDUNVECAXXX”


(1)  L-entitajiet immarkati b'* ukoll huma soġġetti għall-iffriżar tal-beni skont l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna nru 1.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1111/2008

ta' l-10 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

AL

34,6

MA

50,9

MK

46,2

TR

69,0

ZZ

50,2

0707 00 05

JO

175,3

MA

30,8

TR

130,0

ZZ

112,0

0709 90 70

MA

62,9

TR

128,3

ZZ

95,6

0805 20 10

MA

83,8

ZZ

83,8

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

HR

24,7

MA

81,0

TR

82,3

ZZ

62,7

0805 50 10

AR

82,1

MA

88,3

TR

82,2

ZA

90,0

ZZ

85,7

0806 10 10

BR

226,4

TR

109,7

US

256,2

ZA

197,4

ZZ

197,4

0808 10 80

AL

32,1

AR

75,0

CA

96,0

CL

64,2

MK

37,6

NZ

104,3

US

103,1

ZA

95,8

ZZ

76,0

0808 20 50

CN

53,6

TR

124,9

ZZ

89,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/31


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1112/2008

ta' l-10 ta' Novembru 2008

li jemenda ir-Regolament (KE) Nru 1731/2006 dwar regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni fil-każ ta’ ċerti prodotti ppreservati taċ-ċanga u tal-vitella [traduzzjoni mhux uffiċjali]

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 170 b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (2) jipprovdi għall-miżuri u l-kundizzjonijiet neċessarji biex jiggarantixxu li l-prodotti ppreservati eliġibbli għar-rifużjonijiet ta' esportazzjoni jkunu magħmulin biss minn ċanga u vitella, u li l-laħam ikun minn origini Komunitarja.

(2)

Irriżulta li r-restrizzjonijiet imposti mir-Regolament (KE) Nru 1731/2006 rigward il-preżentazzjoni tal-laħam lill-awtoritajiet doganali joħolqu problemi prattiċi u bla ħtieġa lill-operaturi kkonċernati. Barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet imposti mir-Regolament rigward it-twettiq tal-formalitajiet tal-esportazzjoni jikkumplikaw ix-xogħlijiet tal-awtoritajiet doganali f'dawk l-Istati Membri fejn is-sistemi elettroniċi tad-dwana diġà huma applikati.

(3)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1731/2006, il-kundizzjonijiet relatati mal-preżentazzjoni tal-laħam lill-awtoritajiet doganali u l-formalitajiet tal-esportazzjoni tagħhom, għandhom għalhekk jiġu ssimplifikati, filwaqt li jiżguraw l-effikaċja u t-trasparenza tal-kontroll mill-awtoritajiet doganali.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 1731/2006 għandu għalhekk jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1731/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(1), it-tielet subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-laħam għandu jiġi ppreżentat u ttikketjat b'mod li jiżgura li jkun identifikabbli b'mod ċar u li jista' jiġi assoċjat faċilment mad-dikjarazzjoni mehmuża miegħu.”

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-operaturi għandhom iniżżlu n-numru/i ta' referenza tad-dikjarazzjoni/jiet (i)msemmija fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament fid-dikjarazzjoni/jiet (i)msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 800/1999, flimkien mal-kwantitajiet u d-dettalji ta' identifikazzjoni tal-prodotti ppreservati esportati li jikkorrispondu ma' kull dikjarazzjoni.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16 11 2007, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 24 11 2006, p. 12.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1113/2008

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona VIIIa u b min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Spanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

55/T&Q

Stat Membru

ESP

Stokk

SOL/8AB.

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

VIIIa u b

Data

2.9.2008


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1114/2008

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fi IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [il-Politika Komuni tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbud minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

56/T&Q

Stat Membru

SWE

Stokk

SOL/3A/BCD

Speċi

Lingwata komuni (Solea solea)

Żona

IIIa, l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId

Data

22.9.2008


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Novembru 2008

dwar miżuri ta’ emerġenza għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6631)

(2008/840/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari t-tielet sentenza tal-Artikolu 16(3) tagħha,

Billi:

(1)

Fit-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness I għad-Direttiva 2000/29/KE, hemm elenkati l-Anoplophora malasiaca (Forster) u l-Anoplophora chinensis (Thomson). Studji riċenti sabu li dawk iż-żewġ denominazzjonijiet fil-fatt ikopru speċi waħda ta’ organiżmu perikoluż. Għall-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni għalhekk huwa xieraq li tintuża d-denominazzjoni unika rreveduta u xjentifika tal-Anoplophora chinensis (Forster) biex dak li hemm elenkat f’dak l-Anness jiġi indikat bħala Anoplophora malasiaca (Forster) u Anoplophora chinensis (Thomson).

(2)

Skond id-Direttiva 2000/29/KE, meta Stat Membru jqis li hemm periklu ta’ introduzzjoni jew ta’ tixrid fit-territorju tiegħu ta’ organiżmu perikoluż li mhux elenkat fl-Anness I jew Anness II ta’ dik id-Direttiva, jista’ temporanjament jieħu kwalunkwe miżuri addizzjonali meħtieġa biex jipproteġi lilu nnifsu minn dak il-periklu.

(3)

B’riżultat tal-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) fuq diversi pjanti li jospitaw organiżmi dannużi fir-reġjun tal-Lombardija, fit-23 ta’ Novembru 2007 l-Italja għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra li, fid-9 ta’ Novembru 2007, hija kienet adottat miżuri addizzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni u t-tixrid ulterjuri fit-territorju tagħha ta’ dak l-organiżmu speċifiku.

(4)

B’riżultat tas-sejbiet dwar l-Anoplophora chinensis (Forster) fuq diversi pjanti ospitanti fl-Olanda, fil-21 ta’ Jannar 2008 il-Kummissjoni u Stati Membri oħra ġew infurmati fuq il-miżuri meħuda biex jeqirdu dak l-organiżmu fl-Olanda.

(5)

Riċentement; l-Anoplophora chinensis (Forster) instab f’ħafna kunsinni ta’ pjanti għat-taħwil tal-Acer spp. li joriġina minn pajjiżi terzi. Bħalissa, ma hemm l-ebda rekwiżiti speċjali fir-rigward ta’ dan l-organiżmu perikoluż għall-pjanti tal-Acer spp. u lanqas għal pjanti oħra li huma fost l-iktar pjanti ospiti suxxettibbli, li joriġinaw minn pajjiżi terzi jew fil-Komunità.

(6)

Fl-2008, mill-Olanda ħarġet analiżi tar-riskju ta’ pesti fir-rigward tal-Anoplophora chinensis (Forster), li kkonkludiet li kien probabbli ħafna li l-organiżmu stabbilixxa ruħu fil-Komunità u li hemm potenzjal għoli ta’ danni ekonomiċi għal diversi pjanti ospitanti.

(7)

B’hekk jeħtieġ li jittieħdu miżuri ta’ emerġenza kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fil-Komunità tal-Anoplophora chinensis (Forster). Il-miżuri għandhom japplikaw għal lista ta’ pjanti ta’ kwalunkwe oriġini, il-“pjanti speċifikati”, magħrufa bħala ospiti tal-Anoplophora chinensis (Forster) u li jippreżentaw l-ogħla riskju li jiġu infestati.

(8)

Għandhom jiġu ddefiniti miżuri għall-importazzjoni ta’ pjanti speċifikati fir-rigward tal-produzzjoni tagħhom f’pajjiżi terzi u spezzjonijiet mad-dħul fil-Komunità. Għandhom jiġu ddefiniti miżuri wkoll għall-produzzjoni, iċ-ċaqliq u l-kontroll ta’ pjanti speċifikati li joriġinaw f’oqsma fil-Komunità fejn hija kkonfermata l-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster).

(9)

Għandhom jiġu stabbiliti miżuri ddettaljati f’żoni fil-Komunità fejn hija kkonfermata l-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster), jigifieri ż-żoni infestati. F’dawk iż-żoni, għandhom japplikaw miżuri xierqa biex jinqered l-organiżmu u jsir monitoraġġ intensiv tal-preżenza tiegħu. Fiż-żoni madwar żoni bħal dawn, jiġifieri fiż-żoni ta’ lqugħ, għandu jsir monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal-organiżmu. Fil-każ tal-ewwel lokalizzazzjoni tal-organiżmu f’żona fil-Komunità, id-daqs taż-żona ta’ lqugħ jista’ jitnaqqas biex jirrifletti aħjar r-riskju iktar limitat għat-tixrid.

(10)

Għandu jsir stħarriġ biex tiġi vverifikata l-preżenza jew l-assenza kontinwa tal-Anoplophora chinensis (Forster) fuq il-pjanti kollha fl-Istati Membri kollha.

(11)

Huwa xieraq li l-miżuri jiġu rreveduti sal-31 ta’ Mejju 2009 filwaqt li titqies id-disponibbiltà, wara staġun wieħed ta’ tkabbir, tar-riżultati tal-istħarriġiet u tal-kontrolli uffiċjali mill-Istati Membri ta’ pjanti speċifikati impurtati li qegħdin jiġu ttrasportati ġewwa l-Komunità fuq miżuri ta’ emergenża.

(12)

L-Istati Membri għandhom jadottaw, jekk jinħtieġ, il-leġiżlazzjoni tagħhom sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-għan ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pjanti speċifikati” tfisser pjanti għat-taħwil, minbarra żrieragħ, ta’ Acer spp., Aesculus hippocastanum, Alnus spp., Betula spp., Carpinus spp., Citrus spp., Corylus spp., Cotoneaster spp., Fagus spp., Lagerstroemia spp., Malus spp., Platanus spp., Populus spp., Prunus spp., Pyrus spp., Salix spp., u Ulmus spp.;

(b)

“post tal-produzzjoni” tfisser il-post tal-produzzjoni kif imfisser fl-Istandard Internazzjonali għal Miżuri Fitosanitarji Nru 5 approvat mill-FAO (2).

Artikolu 2

Importazzjoni tal-pjanti speċifikati

Pjanti speċifikati impurtati minn pajjiżi terzi fejn huwa magħruf li l-Anoplophora chinensis (Forster) hija preżenti, jistgħu jiddaħħlu fil-Komunità biss jekk:

(a)

jikkonformaw mar-rekwiżiti speċifiċi tal-importazzjoni kif imniżżla f’punt 1 tat-Taqsima I tal-Anness I

(b)

bla ħsara għall-Artikolu 13a(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, mad-dħul ġewwa l-Komunità dawn jiġu spezzjonati mill-korp uffiċjali responsabbli skond il-punt 2 tat-Taqsima I tal-Anness I għal din id-Deċiżjoni għall-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster), u ma jinstab l-ebda sinjal ta’ dak l-organiżmu.

Artikolu 3

Movimenti ta’ pjanti speċifikati ġewwa l-Komunità

Pjanti speċifikati li joriġinaw f’oqsma demarkati ġewwa l-Komunità stabbiliti skond l-Artikolu 5 jistgħu jiġu ttrasportati ġewwa l-Komunità biss jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (1) tat-Taqsima II tal-Anness I.

Pjanti speċifikati impurtati skond l-Artikolu 2 mill-pajjiżi terzi fejn huwa magħruf li hemm preżenti l-Anoplophora chinensis (Forster), jistgħu jiġu ttrasportati fil-Komunità biss jekk jilħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Punt (2) tat-Taqsima II tal-Anness I.

Artikolu 4

Stħarriġiet

L-Istati Membri għandhom iwettqu stħarriġiet uffiċjali kull sena għall-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) jew għall-evidenza ta’ infestazzjonijiet minn dak l-organiżmu fuq il-pjanti ospitanti fit-territorji tagħhom.

Bla ħsara għall-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2000/29/KE, ir-riżultati ta’ dawk l-istħarriġiet flimkien mal-lista u d-delimitazzjoni ta’ żoni demarkati msemmija fl-Artikolu 5 ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra sat-30 ta’ April ta’ kull sena.

Artikolu 5

Żoni demarkati

Meta r-riżultati tal-istħarriġiet imsemmija fl-Artikolu 4 jikkonfermaw il-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) ġewwa żona, jew b’xi mezzi oħra tinstab evidenza tal-preżenza ta’ dak l-organiżmu, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-oqsma demarkati, li għandhom jikkonsistu minn żona infestata u żona ta’ lqugħ, bi qbil mat-Taqsima 1 tal-Anness II.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri uffiċjali fiż-żoni demarkati kif stipulat fit-Taqsima 2 tal-Anness II.

Artikolu 6

Konformità

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni u, jekk huwa meħtieġ, jemendaw il-miżuri li kienu adottaw biex jipproteġu lilhom infushom kontra l-introduzzjoni u t-tixrid tal-Anoplophora chinensis (Forster) b’tali mod li dawk il-miżuri jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih b’dawk il-miżuri.

Artikolu 7

Analiżi

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi rreveduta sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2009.

Artikolu 8

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  Glossarju ta’ Termini Fitosanitarji – Standard ta’ Referenza ISPM Nru. 5 mis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti, Ruma.


ANNESS I

MIŻURI TA’ EMERĠENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2 U 3

I.   Rekwiżiti ta’ importazzjoni speċifiċi

(1)

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet elenkati fl-Anness III, Parti A(9, 16, 18) u l-Anness IV, Parti A(I)(14, 15, 17, 18, 19.2, 20, 22.1, 22.2, 23.1, 23.2, 32.1, 32.3, 33, 34, 36.1, 39, 40, 43, 44, 46) tad-Direttiva 2000/29/KE, il-pjanti speċifikati li joriġinaw minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) għandhom jiġu akkumpanjati b’ċertifikat kif imniżżel fl-Artikolu 13(1) ta’ dik id-Direttiva li jiddikjara taħt it-taqsima “Dikjarazzjoni addizzjonali” li:

(a)

il-pjanti jkunu tkabbru tul ħajjithom f’żona ta’ produzzjoni ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara, stabbilita mill-organizzazzjoni nazzjonali tal-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini skond l-Istandards Internazzjonali rilevanti tal-Miżuri Fitosanitarji. L-isem taż-żona ħielsa minn organiżmi ta’ ħsara għandu jissemma taħt ir-rubrika “post ta’ oriġini”; jew

(b)

il-pjanti jkunu tkabbru, waqt perijodu ta’ mill-inqas sentejn qabel l-esportazzjoni, f’post ta’ produzzjoni stabbilit bħala ħieles mill-Anoplophora chinensis (Forster) skond l-Istandards Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji:

(i)

li jkun irreġistrat u ssorveljat mill-organizzazzjoni nazzjonali għall-protezzjoni tal-pjanti fil-pajjiż tal-oriġini; kif ukoll

(ii)

li jkun ġie suġġett ta’ kull sena għal żewġ spezzjonijiet uffiċjali għal kwalunkwe sinjal tal-Anoplophora chinensis (Forster) li jsiru fi żminijiet xierqa u ma jkunu nstabu l-ebda sinjali tal-organiżmu; kif ukoll

(iii)

fejn il-pjanti jkunu tkabbru f’post:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Anoplophora chinensis (Forster) jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa u mdawra b’żona ta’ lqugħ b’ raġġ ta’ mill-inqas żewġ kilometri fejn isiru darba fis-sena u fi żminijiet xierqa l-istħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster). Fil-każ li jinstabu sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster), għandhom jittieħdu miżuri preventivi biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-ġdid mill-pesti; kif ukoll

(iv)

fejn, immedjatament qabel l-esportazzjoni, il-kunsinni tal-pjanti jkunu suġġetti uffiċjalment għal spezzjoni metikoluża għall-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster), b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti. Fejn jixraq, din l-ispezzjoni għandha tinkludi kampjunar distruttiv.

(2)

Pjanti speċifikati impurtati skond il-punt (1) għandhom jiġu spezzjonati b’mod metikoluż fil-punt tad-dħul jew fil-post tad-destinazzjoni stabbilit skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/103/KE (1). Il-metodi ta’ spezzjoni applikati għandhom jiżguraw il-lokalizzazzjoni ta’ kwalunkwe sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster), b’mod partikolari fl-għeruq u z-zkuk tal-pjanti. Fejn jixraq, din l-ispezzjoni għandha tinkludi kampjunar distruttiv.

II.   Kundizzjonijiet għall-moviment

(1)

Pjanti speċifikati li joriġinaw f’oqsma demarkati ġewwa l-Komunità jistgħu jiġu mċaqilqa ġewwa l-Komunità biss jekk ikunu akkumpanjati minn passaport imħejji u maħruġ skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/105/KEE (2) u jkunu tkabbru għal perijodu ta’ mill-inqas sentejn qabel ma jiċċaqilqu għal post tal-produzzjoni:

(i)

li jiġi rreġistrat skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 92/90/KEE (3) kif ukoll

(ii)

li jkun ġie suġġett għal żewġ spezzjonijiet uffiċjali ta’ kull sena għal kwalunkwe sinjal tal-Anoplophora chinensis (Forster) li jsiru fi żminijiet xierqa u ma jkunu nstabu l-ebda sinjali tal-organiżmu; fejn jixraq, din l-ispezzjoni għandha tinkludi kampjunar distruttiv u

(iii)

fejn il-pjanti jkunu tqiegħdu f’post:

bi protezzjoni fiżika sħiħa kontra l-introduzzjoni tal-Anoplophora chinensis (Forster); jew

bl-applikazzjoni ta’ trattamenti preventivi xierqa u mdawra b’żona ta’ lqugħ b’raġġ ta’ mill-inqas żewġ kilometri lil hinn mill-konfini taż-żona infestata fejn isiru darba fis-sena u fi żminijiet xierqa l-istħarriġiet uffiċjali għall-preżenza jew sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster). Fil-każ li jinstabu sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster) għandhom minnufih jittieħdu miżuri ta’ eradikazzjoni biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-ġdid mill-pesti.

(2)

Pjanti speċifikati importati minn pajjiżi terzi fejn hija magħrufa l-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) skond it-Taqsima I jistgħu jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità biss jekk jiġu akkumpanjati mill-passaport tal-pjanti msemmi fil-punt (1).


(1)  ĠU L 313, 12.10.2004, p. 16.

(2)  ĠU L 4, 8.1.1993, p. 22.

(3)  ĠU L 344, 26.11.1992, p. 38.


ANNESS II

MIŻURI TA’ EMERĠENZA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5

1.   Definizzjoni ta’ żoni demarkati

(a)

Iż-żoni demarkati li jissemmew fl-Artikolu 5 għandhom jikkonsistu mill-partijiet li ġejjin:

(i)

żona infestata fejn il-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) ġiet ikkonfermata u li tinkludi l-pjanti kollha li juru sintomi kkawżati mill-Anoplophora chinensis (Forster), u, fejn jixraq, il-pjanti kollha li jagħmlu parti mill-istess lott fiż-żmien taż-żrigħ,

(ii)

żona ta’ lqugħ li l-konfini tagħha jkun tal-anqas żewġ kilometri 'l bogħod minn dik taż-żona infestata.

(b)

Id-delimitazzjoni eżatta taż-żoni msemmija fil-punt (a) għandha tkun ibbażata fuq prinċipji xjentifiċi sodi, il-bijoloġija tal-Anoplophora chinensis (Forster), il-livell ta’ infestazzjoni, id-distribuzzjoni partikolari tal-pjanti speċifikati fiż-żona u evidenza tal-istabbiliment tal-organiżmu perikoluż. Fil-każ tal-ewwel lokalizzazzjoni tal-organiżmu ġewwa żona, u wara stħarriġ ta’ delimitazzjoni, ir-raġġ taż-żona ta’ lqugħ tista’ titnaqqas għal mhux inqas minn kilometru lil hinn mill-konfini taż-żona infestata.

(c)

Jekk il-preżenza tal-Anoplophora chinensis (Forster) tiġi kkonfermata barra miż-żona infestata, id-delimitazzjonijiet taż-żoni demarkati għandhom jitbiddlu skond dan, jew għandhom jittieħdu miżuri immedjati biex iż-żona ta’ lqugħ tinħeles mill-pesti.

(d)

Jekk, skond l-istħarriġiet annwali msemmija fil-punt 2(b), l-Anoplophora chinensis (Forster) ma jkunx ġie llokalizzat f’żona demarkata għal perijodu ta’ erba’ snin, din id-demarkazzjoni għandha titneħħa u l-miżuri msemmija f’punt 2 ta’ dan l-Anness ma għandhomx jibqgħu japplikaw.

2.   Miżuri f’żoni demarkati

Il-miżuri uffiċjali li jissemmew fl-Artikolu 5 li għandhom jittieħdu fiż-żoni demarkati għandhom jinkludu tal-anqas dan li ġej:

(a)

fiż-żona infestata, miżuri xierqa bil-għan li jeqirdu l-Anoplophora chinensis (Forster), inkluż il-qtugħ u l-qerda tal-pjanti infestati u pjanti b’sinjali tal-Anoplophora chinensis (Forster), inklużi l-għeruq kull sena qabel it-30 ta’ April;

(b)

fiż-żona infestata u fiż-żona ta’ lqugħ, il-monitoraġġ intensiv għall-preżenza tal- Anoplophora chinensis (Forster) permezz ta’ spezzjonijiet li jsiru ta’ kull sena fuq il-pjanti ospitanti tal-organiżmu fi żminijiet xierqa.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/42


DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2008/841/ĠAI

ta’ l-24 ta’ Ottubru 2008

dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 29, 31(1)(e) u 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-għan tal-Programm ta’ l-Aja huwa li jtejjeb il-kapaċità komuni ta’ l-Unjoni u ta’ l-Istati Membri bil-għan, fost oħrajn, li tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata transnazzjonali. Dan l-objettiv għandu jiġi persegwit, b’mod partikolari, permezz ta’ l-approssimazzjoni ta’ leġislazzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm koperazzjoni eqreb bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea sabiex jiġu miġġielda l-perikoli u l-proliferazzjoni ta’ organizzazzjonijiet kriminali u sabiex ikun hemm risposta effettiva għall-aspettattivi taċ-ċittadini u tal-ħtiġijiet proprji ta’ l-Istati Membri. F’dan ir-rigward, il-punt 14 tal-konlużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell ta’ l-4 u l-5 ta’ Novembru 2004 jiddikjara li ċ-ċittadini ta’ l-Ewropa jistennew li l-Unjoni Ewropea, filwaqt li tiggarantixxi r-rispett għal-libertajiet u d-drittijiet fundamentali, tadotta approċċ aktar effettiv konġunt lejn il-problemi transkonfinali bħall-kriminalità organizzata.

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tad-29 ta’ Marzu 2004 dwar miżuri li għandhom jittieħdu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità serja, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-faċilitajiet disponibbli għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata fl-UE kienu jeħtieġu jiġu msaħħa u ddikjarat li kienet se tfassal Deċiżjoni Kwadru sabiex tissostitwixxi l-Azzjoni Konġunta 1998/733/ĠAI tal-21 ta’ Diċembru 1998 dwar li l-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea ssir reat kriminali (2).

(3)

Il-punt 3.3.2 tal-Programm ta’ l-Aja jiddikjara li l-approssimazzjoni tal-liġi kriminali sostantiva għandha l-għan tal-faċilitazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi u deċiżjonijiet ġudizzjarji u tal-koperazzjoni tal-pulizija u tal-ġudikatura fi kwistjonijiet kriminali u tikkonċerna oqsma ta’ kriminalità partikolarment serja b’dimensjonijiet transkonfinali u li għandha tingħata prijorità lill-oqsma ta’ kriminalità li huma speċifikament imsemmija fit-Trattati. Id-definizzjoni ta’ reati relatati mal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali għandha għalhekk tiġi approssimata fl-Istati Membri. Għalhekk, din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tinkludi reati li huma tipikament imwettqa f’organizzazzjoni kriminali. Għandha tipprovdi, barra minn hekk, għall-impożizzjoni ta’ pieni li jikkorrispondu għall-gravità ta’ dawk ir-reati, kontra l-persuni fiżiċi u ġuridiċi li jkunu wettquhom jew li jkunu responsabbli mit-twettiq tagħhom.

(4)

L-obbligi stabbiliti permezz ta’ l-Artikolu 2(a) għandhom ikunu bla ħsara għal-libertà ta’ l-Istati Membri li jikklassifikaw gruppi oħrajn ta’ persuni bħala organizzazzjonijiet kriminali, per eżempju, gruppi li l-għan tagħhom mhuwiex il-gwadann finanzjarju jew gwadann materjali ieħor.

(5)

L-obbligi stabbiliti permezz ta’ l-Artikolu 2(a) għandhom ikunu bla ħsara għal-libertà ta’ l-Istati Membri li jinterpretaw it-terminu “attivitajiet kriminali” bħala wieħed li jimplika t-twettiq ta’ atti materjali.

(6)

L-Unjoni Ewropea għandha tibni fuq il-ħidma importanti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-“Konvenzjoni ta’ Palermo”), li kienet konkluża, f’isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/579/KE (3).

(7)

Ladarba l-għanijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala ta’ l-azzjoni, jinkisbu aħjar fil-livell ta’ l-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, kif applikat mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, din id-Deċiżjoni Kwadru ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(8)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 6 u 49 tagħha. Xejn f’din id-Deċiżjoni Kwadru ma hu maħsub sabiex hija tnaqqas jew tirrestrinġi r-regoli nazzjonali relatati mad-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali bħad-dritt għal proċess ġust, id-dritt ta’ strajk, il-libertà ta’ għaqda, ta’ assoċjazzjoni, ta’ l-istampa jew ta’ espresssjoni, inkluż id-dritt ta’ kulħadd li jifforma u jingħaqad ma’ trade unions flimkien ma’ oħrajn għall-protezzjoni ta’ l-interessi tiegħu jew tagħha u d-dritt relatat ta’ dimostrazzjoni.

(9)

L-Azzjoni Konġunta 1998/733/ĠAI għandha għalhekk tiġi mħassra,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru:

(1)

“organizzazzjoni kriminali” tfisser assoċjazzjoni strutturata, stabbilita tul perjodu ta’ żmien, ta’ aktar minn żewġ persuni u li jieħdu azzjoni b’mod konċertat sabiex iwettqu reati punibbli bi priġunerija jew b’ordni ta’ detenzjoni ta’ massimu ta’ mill-anqas erba’ snin jew b’piena aktar serja, sabiex tieħu, direttament jew indirettament, vantaġġ finanzjarju jew vantaġġ materjali ieħor;

(2)

“assoċjazzjoni strutturata” tfisser assoċjazzjoni li ma tkunx iffurmata każwalment għat-twettiq immedjat ta’ reat u li ma teħtieġx li jkollha rwoli formalment definiti għall-membri tagħha, kontinwità fil-kompożizzjoni tagħha jew struttura żviluppata.

Artikolu 2

Reati marbuta mal-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li wieħed jew iż-żewġ tipi, li ġejjin, ta’ mġiba relatati ma’ organizzazzjoni kriminali jkunu meqjusa bħala reati:

(a)

l-imġiba ta’ kwalunkwe persuna li, bi ħsieb u b’għarfien jew ta’ l-għan u ta’ l-attività ġenerali ta’ l-organizzazzjoni kriminali jew ta’ l-intenzjoni tagħha li twettaq ir-reati in kwistjoni, tieħu sehem attiv fl-attivitajiet kriminali ta’ l-organizzazzjoni, inklużi l-forniment ta’ informazzjoni jew ta’ mezzi materjali, ir-reklutaġġ ta’ membri ġodda u kull forma ta’ finanzjament ta’ l-attivitajiet tagħha, bl-għarfien li tali parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ l-attivitajiet kriminali ta’ l-organizzazzjoni;

(b)

l-imġiba ta’ kwalunkwe persuna li tikkonsisti fi ftehim ma’ persuna waħda jew aktar li għandha titwettaq attività, li jekk imwettqa, tkun tikkonsisti fit-twettiq ta’ reati imsemmija fl-Artikolu 1, anki jekk dik il-persuna ma tiħux sehem fl-eżekuzzjoni attwali ta’ l-attività.

Artikolu 3

Pieni

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li:

(a)

ir-reat imsemmi fl-Artikolu 2(a) jkun punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas bejn sentejn u ħames snin; jew

(b)

ir-reat imsemmi fl-Artikolu 2(b) ikun punibbli bl-istess terminu massimu ta’ priġunerija bħar-reat li lejh ikun mmirat il-ftehim, jew b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas bejn sentejn u ħames snin.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jista’ jiġi meqjus bħala ċirkustanza aggravanti l-fatt li reati msemmija fl-Artikolu 2, kif determinati minn dan l-Istat Membru, ikunu mwettqa fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali.

Artikolu 4

Ċirkostanzi speċjali

Kull Stat Membru jista’ jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-pieni msemmija fl-Artikolu 3 jistgħu jitnaqqsu jew li l-awtur ikun jista’ jiġi eżentat mill-pieni, jekk huwa, per eżempju:

(a)

jirrinunzja l-attività kriminali; u

(b)

jipprovdi lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjali informazzjoni li huma ma kinux ikunu kapaċi jiksbu b' mod ieħor, li tgħinhom sabiex:

(i)

jipprevjenu, itemmu jew jillimitaw l-effetti tar-reat;

(ii)

jidentifikaw jew iressqu quddiem il-ġustizzja l-awturi l-oħra;

(iii)

isibu provi;

(iv)

jiċħdu lill-organizzazzjoni kriminali minn riżorsi illeċiti jew mir-rikavati ta’ l-attività kriminali tagħha; jew

(v)

jipprevjenu t-twettiq ta’ reati oħra msemmija fl-Artikolu 2.

Artikolu 5

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li jkunu jistgħu jinżammu responsabbli persuni ġuridiċi għal kwalunkwe reat imsemmi fl-Artikolu 2 imwettaq għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna, li taġixxi kemm individwalment kif ukoll bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika; jew

(ċ)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

2.   L-Istati Membri għandhom ukoll jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fil-każ fejn in-nuqqas ta’ superviżjoni jew ta’ kontroll min-naħa ta’ persuna msemmija fil-paragrafu 1 għamilha possibbli li jitwettaq, minn xi persuna taħt ir-responsabbiltà tagħha, kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 2 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika.

3.   Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi taħt il-paragrafi 1 u 2 għandha tkun bla ħsara għall-proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu awturi ta’ jew aċċessorji fi kwalunkwe mir-reati msemmija fl-Artikolu 2.

4.   Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, “persuna ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe entità li jkollha personalità ġuridika taħt il-liġi applikabbli, minbarra Stati jew korpi pubbliċi oħra fl-eżerċizzju ta’ l-awtorità ta’ l-Istat u organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi.

Artikolu 6

Pieni għal persuni ġuridiċi

1.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 5(1) tkun punibbli b’pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali u jistgħu jinkludu pieni oħra, bħal:

(a)

l-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji pubbliċi jew għajnuna pubblika;

(b)

l-iskwalifika temporanja jew permanenti mit-twettiq ta’ attivitajiet kummerċjali;

(ċ)

it-tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

(d)

stralċ ġudizzjarju;

(e)

għeluq temporanju jew permanenti ta’ stabbilimenti li jkunu ntużaw għat-twettiq tar-reat.

2.   Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skond l-Artikolu 5(2) tkun punibbli b’pieni jew miżuri li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 7

Kompetenza u koordinazzjoni ta’ proċedimenti kriminali

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-ġurisdizzjoni tiegħu tkopri mill-inqas il-każijiet li fihom ir-reati msemmija fl-Artikolu 2 kienu mwettqa:

(a)

kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu, irrispettivament mill-post fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni kriminali jew fejn din twettaq l-attivitajiet kriminali tagħha;

(b)

minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu; jew

(ċ)

għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax jew li japplika biss f’każijiet jew ċirkostanzi speċifiċi r-regoli ta’ ġurisdizzjoni stabbiliti f’(b) u (ċ) fejn ir-reati msemmija fl-Artikolu 2 jitwettqu barra t-territorju tiegħu.

2.   Meta reat imsemmi fl-Artikolu 2 jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed u meta kwalunkwe wieħed mill-Istati kkonċernati jista’ validament jistitwixxi proċedimenti kriminali abbażi ta’ l-istess fatti, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkoperaw sabiex jiddeċiedu min minnhom ser jipproċessa l-awturi bil-għan, jekk possibbli, li l-proċedimenti jiġu ċċentralizzati fi Stat Membru wieħed. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikorru għall-Eurojust jew kwalunkwe korp jew mekkaniżmu ieħor stabbilit fl-Unjoni Ewropea sabiex jiffaċilita l-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tagħhom u l-koordinazzjoni ta’ l-azzjoni tagħhom. Għandu jittieħed kont speċjali tal-fatturi li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ġew imwettqa l-atti,

(b)

l-Istat Membru li tiegħu l-awtur tar-reat ikun ċittadin jew resident,

(ċ)

l-Istat Membru ta’ l-oriġini tal-vittmi,

(d)

l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nstab l-awtur tar-reat.

3.   Stat Membru li, taħt il-liġi tiegħu, s’issa għadu ma jestradix jew iċedi ċ-ċittadini tiegħu stess għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq u, fejn xieraq, sabiex jipproċessa r-reat imsemmi fl-Artikolu 2, meta mwettaq minn wieħed miċ-ċittadini tiegħu barra t-territorju tiegħu.

4.   Dan l-Artikolu ma għandux jeskludi l-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni f’materji kriminali kif stabbilit minn Stat Membru skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu.

Artikolu 8

Nuqqas tal-ħtieġa ta’ rapport jew akkuża minn vittmi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-investigazzjonijiet dwar, jew il-prosekuzzjoni ta’, reati msemmija fl-Artikolu 2 ma jkunux jiddependu fuq rapport jew akkuża magħmula minn persuna suġġetta għar-reat, għall-inqas fir-rigward ta’ atti mwettqa fit-territorju ta’ l-Istat Membru.

Artikolu 9

Tħassir ta’ dispożizzjonijiet eżistenti

L-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI hija b’dan imħassra.

Ir-referenzi għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali fis-sens ta’ l-Azzjoni Konġunta 98/733/ĠAI f’miżuri adottati skond it-Titlu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għandhom jiġu mifhuma bħala referenzi għal parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali fis-sens ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 10

Implimentazzjoni u rapporti

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru qabel il-11 ta’ Mejju 2010.

2.   L-Istati Membri għandhom jittrasmettu lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni, qabel il-11 ta’ Mejju 2010, it-test tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-liġi nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom taħt din id-Deċiżjoni Kwadru. Abbażi ta’ rapport stabbilit bl-użu ta’ din l-informazzjoni u ta’ rapport bil-miktub trasmess mill-Kummissjoni, il-Kunsill għandu, qabel il-11 ta’ Novembru 2012, jivvaluta sa fejn l-Istati Membri jkunu kkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru.

Artikolu 11

Applikazzjoni territorjali

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tapplika għal Ġibiltà.

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, l'-24 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. ALLIOT-MARIE


(1)  L-Opinjoni mogħtija wara konsultazzjoni mhux obbligatorja (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 351, 29.12.1998, p. 1.

(3)  ĠU L 261, 6.8.2004, p. 69.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/46


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/842/PESK

ta’ l-10 ta’ Novembru 2008

li temenda l-Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Frar 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK maħsuba li timplimenta r-Riżoluzzjoni 1737 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.

(2)

Fis-7 ta’ Awwissu 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK (2) li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK u maħsuba li timplimenta r-Riżoluzzjoni 1803 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti.

(3)

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK titlob ukoll, fost affarijiet oħra, illi l-Istati Membri jeżerċitaw viġilanza fir-rigward tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet finanzjarji rilevanti fit-territorju tagħhom mal-banek kollha b’domiċilju fl-Iran, kif ukoll mal-fergħat u s-sussidjarji tagħhom barra l-pajjiż sabiex ikun evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari b'riskju ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi għall-forniment ta’ armi nukleari.

(4)

Il-Kunsill identifika l-fergħat u s-sussidjarji barra l-pajjiż tal-banek b'domiċilju fl-Iran li għalihom japplikaw il-Pożizzjoni Komuni 2008/652/PESK. Għandu jiġi nnutat illi xi wħud mill-entitajiet involuti huma wkoll soġġetti għal iffriżar ta’ l-assi taħt l-Artikolu 5(1)(a) u (b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

(5)

Għaldaqstant jeħtieġ li l-Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK jiġu emendati konformement,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK huma sostitwiti bl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49.

(2)  ĠU L 213, tat-8.8.2008, p. 58.


ANNESS

ANNESS III

Fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri ta' banek b'domiċilju fl-Iran imsemmija fl-Artikolu 3b (1)(b) (1)

1.   BANK MELLI IRAN*

Franza

43, avenue Montaigne, 75008 Pariġi

Kodiċi BIC: MELIFRPP

Ġermanja

Holzbrücke 2, D-20459, Amburgu,

Kodiċi BIC: MELIDEHH

Renju Unit

Melli Bank Plc

One London Wall, 11th Floor, Londra EC2Y 5EA

Kodiċi BIC: MELIGB2L

2.   BANK SEPAH*

Franza

64, rue de Miromesnil, 75008 Pariġi

Kodiċi BIC: SEPBFRPP

Ġermanja

Hafenstraße 54, D-60327 Frankfurt am Main

Kodiċi BIC: SEPBDEFF

Italja

Via Barberini 50, 00187 Ruma

Kodiċi BIC: SEPBITRR

Renju Unit

Bank Sepah International plc

5/7 Eastcheap, Londra EC3M 1JT

Kodiċi BIC: SEPBGB2L

3.   BANK SADERAT IRAN:

Franza

Bank Saderat Iran

16; rue de la Paix, 75002 Pariġi

Kodiċi BIC: BSIRFRPP

TÉLEX: 220287 SADER A / SADER B

Ġermanja

Fergħa: Amburgu

P.O. Box 112227, Deichstraße 11, D-20459 Amburgu

Kodiċi BIC: BSIRDEHH

TELEX: 215175 SADBK D

Fergħa: Frankfurt

P.O. Box 160151, Friedensstraße 4, D-60311 Frankfurt am Main

Kodiċi BIC: BSIRDEFF

Greċja

Fergħa: Ateni

P.O. Box 4308, 25-29 Venizelou St, GR 105 64 Ateni

Kodiċi BIC: BSIRGRAA

TX: 218385 SABK GR

Renju Unit

Bank Saderat plc

5 Lothbury, Londra EC2R 7HD

Kodiċi BIC: BSPLGB2L

TX: 883382 SADER G

4.   BANK TEJARAT

Franza

Bank Tejarat

124-126, rue de Provence, 75008 Pariġi

BIC: BTEJFRPP

TELEX: 281972 F, 281973 F BKTEJ

5.   PERSIA INTERNATIONAL BANK plc

Renju Unit

Uffiċċju Prinċpali u fergħa Ewlenrja

6 Lothbury, Londra, EC2R 7HH

BIC: PIBPGB2L

TELEX: 885426

ANNESS IV

Fergħat u sussidjarji, barra mill-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri, ta' banek b'domiċilju fl-Iran, kif ukoll entitajiet finanzjarji li la għandhom domiċilju fl-Iran u lanqas fil-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet b'domiċilju fl-Iran, kif imsemmi fl-Artikolu 3b(1)(c) u (d) (2)

1.   BANK MELLI*

Ażerbajġan

Fergħa: Bank Melli Iran Baku

Nobel Ave. 14, Baku

Kodiċi BIC: MELIAZ22

Iraq

no 111 27 Alley 929 District Arasat street, Bagdad

Kodiċi BIC: MELIIQBA

Oman

Fergħa: Oman Muskat

P.O. Box 5643, Mossa Abdul Rehman Hassan Building, 238 Al Burj St., Ruwi, Muskat, Oman 8 /

P.O. Box 2643 PC 112

Kodiċi BIC: MELIOMR

Ċina

Melli Bank HK (sussidjarja tal-Melli Bank PLC)

Unit 1703-04, Hong Kong Club Building, 3A Chater Road, Central Hong Kong

Kodiċi BIC: MELIHKHH

Eġittu

Uffiċċju Rappreżentattiv

P.O. Box 2654, First Floor, Flat No 1, Al Sad el Aaly Dokhi.

Tel.: 2700605 / Fax: 92633

Emirati Għarab Magħquda

Uffiċċju Reġjonali

P.O. Box: 1894, Dubai

Kodiċi BIC: MELIAEAD

Fergħa: Abu Dabi

Nru tal-Kaxxa Postali: 2656 Isem it-triq: Hamdan Street

Kodiċi BIC: MELIAEADADH

Fergħa: Al Ain

Nru tal-Kaxxa Postali: 1888 Isem it-triq: Clock Tower, Industrial Road

Kodiċi BIC: MELIAEADALN

Fergħa: Bur Dubai

Indirizz: Nru tal-Kaxxa Postali: 3093 Isem it-triq: Khalid Bin Waleed Street

Kodiċi BIC: MELIAEADBR2

Fergħa Prinċipali ta' Dubai

Nru tal-Kaxxa Postali: 1894 Isem it-triq: Beniyas Street

Kodiċi BIC: MELIAEAD

Fergħa: Fujairah

Nru tal-Kaxxa Postali: 248 Isem it-triq: Al Marash R/A, Hamad Bin Abdullah Street

Kodiċi BIC: MELIAEADFUJ

Fergħa: Ras al-Khaimah

Nru tal-Kaxxa Postali: 5270 Isem it-triq: Oman Street, Al Nakheel

Kodiċi BIC: MELIAEADRAK

Fergħa: Sharjah

Nru tal-Kaxxa Postali: 459 Isem it-triq: Al Burj Street

Kodiċi BIC: MELIAEADSHJ

Federazzjoni Russa

no 9/1 ul. Mashkova, 103064 Moska

Kodiċi BIC: MELIRUMM

Ġappun

Uffiċċju Rappreżentattiv

333 New Tokyo Bldg, 3-1 Marunouchi, 3 Chome, Chiyoda-ku

Tel.: 332162631. Fax (3)32162638. Telex: J296687.

2.   BANK MELLAT

Korea ta' Isfel

Fergħa: Bank Mellat Seul

Keumkang Tower 13/14th Floor, Tehran road 889-13, Daechi-dong

Gangnam Ku, 135 280, Seoul

Kodiċi BIC: BKMTKRSE

TX: K36019 MELLAT

Turkija

Fergħa: Istanbul

1, Binbircicek Sokak, Buyukdere Caddessi Levent -Istanbul

Kodiċi BIC: BKMTTRIS

TX: 26023 MELT TR

Fergħa: Ankara

Ziya Gokalp Bulvari No:12 06425 Kizilay-Ankara

Kodiċi BIC: BKMTTRIS100

TX: 46915 BMEL TR

Fergħa: Izmir

Cumhuriyet Bulvari No:88/A P.K 71035210 Konak-Izmir

Kodiċi BIC: BKMTTRIS 200

TX: 53053 BMIZ TR

Armenja

Fergħa: Jerevan

6 Amiryan Str. P.O. Box: 375010 P/H 24 Jerevan

Kodiċi BIC: BKMTAM 22

TLX: 243303 MLTAR AM 243110 BMTRAM

3.   PERSIA INTERNATIONAL BANK plc

Emirati Għarab Magħquda

Fergħa: Dubai

The Gate Building, 4th Floor, P.O. Box 119871, Dubai

Kodiċi BIC: PIBPAEAD

4.   BANK SADERAT IRAN

Libanu

Uffiċċju Reġjonali

Mar Elias – Mteco Center, P.O. Box 5126, Bejrut

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Fergħa Prinċipali ta' Bejrut

Verdun street – Alrose building

P.O. Box 5126 Beirut / P.O. Box 6717 Hamra

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

TELEX: 48602 – 20738, 21205 – SADBNK

Fergħa: Algobeiri

no 3528, Alghobeiry BLVD, Jawhara BLDG Abdallah El Hajje str. – Gobeiri BLVD, Algobeiri

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Fergħa: Baalbak

no 3418, Ras Elein str., Baalbak

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Fergħa: Borj al Barajneh

no 4280, Al Holam BLDG, Al Kafaat cross, Al Maamoura str., Sahat Mreyjeh,1st Floor

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Fergħa: Saida

no 4338, Saida – Riad Elsoleh BLVD. Ali Ahmad BLG.

Kodiċi BIC: BSIRLBBE

Oman

BLDG 606, Way 4543, 145 Complex, Ruwi High Street, Ruwi, P.O. Box 1269, Muskat

Kodiċi BIC: BSIROMR

TLX: 3146

Qatar

Fergħa: Doha

no 2623, Grand Hamad ave., P.O. Box 2256, Doha

Kodiċi BIC: BSIR QA QA

TELEX: 4225

Turkmenistan

Fergħa: Bank Saderat Iran Ashkhabad

Makhtoomgholi ave., no 181, Ashkhabad

TELEX: 1161134-86278

Emirati Għarab Magħquda

Uffiċċju Reġjonali Dubai

Al Maktoum road, P.O. Box 4182 Deira, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD / BSIRAEADDLR / BSIRAEADLCD

TX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Murxid Bazar

Murxid Bazar P.O. Box 4182

Deira, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Bur Dubai

Al Fahidi Road

P.O. Box 4182 Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Ajman

no 2900 Liwara street, P.O. Box 16, Ajman, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Shaykh Zayed Road

Shaykh Road, Dubai

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Abu Dabi

no 2690 Hamdan street, P.O. Box 2656, Abu Dabi

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 22263

Fergħa: Al Ein

no 1741, Al Am Road, P.O. Box 1140, Al Ein, Abu Dabi

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Fergħa: Sharjah

no 2776 Alaroda road, P.O. Box 316, Sharjah

Kodiċi BIC: BSIRAEAD

TELEX: 45456 SADERBANK

Baħrejn

Fergħa: Baħrejn

106 Government Road; P.O. Box 825 Block no 316;Entrance no 3; Manama Center;

Manama

TELEX: 8363 SADER BANK

OBU

P.O. Box 825 - Manama

Telex: 8688 SADER BANK

Użbekistan

Bank Saderat Iran Tashkent

10, Tchekhov street, Mirabad district, 100060 Tashkent

Kodiċi BIC: BSIRUZ21

TELEX: 116134 BSITA UZ

5.   TEJARAT BANK

Taġikistan

no 70, Rudaki Ave., Dushanbe

P.O. Box: 734001

Kodiċi BIC: BTEJTJ22XXX

TX: 201135 BTDIR TJ

Ċina

Uffiċċju Rappreżentattiv Ċina

Office C208 Beijing Lufthansa Center no 50 Liangmaqiao Road Chaoyang

District Pekin 100016

6.   ARIAN BANK (magħruf ukoll bl-isem ta' Aryan Bank)

Afganistan

Uffiċċju Prinċipali

House no 2, Street no 13, Wazir Akbar Khan, Kabul

Kodiċi BIC: AFABAFKA

Fergħa: Harat

no 14301(2), Business Room Building, Banke Khoon road, Harat

Kodiċi BIC: AFABAFKA

7.   FUTURE BANK

Baħrejn

Future Bank

P.O. Box 785, Government Avenue 304, Manama

Shop 57, Block no 624 Shaikh Jaber Al Ahmed Al Sabah Avenue-Road no 4203, Sitra

Kodiċi BIC: FUBBBHBM / FUBBBHBMOBU / FUBBBHBMXXX / FUBBBHBMSIT

8.   BANCO INTERNACIONAL DE DESARROLLO, SA

Venezwela

Banco internacional de Desarrollo, Banco Universal

Avenida Francisco de Miranda, Torre Dosza, Piso 8, El Rosal, Chacao, Karakas

Kodiċi BIC: IDUNVECAXXX

”.

(1)  Entitajiet immarkati b’asterisk (*) huma wkoll soġġetti għal iffriżar ta’ l-assi taħt Artikolu 5(1)(a) u (b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

(2)  Entitajiet immarkati b’asterisk (*) huma wkoll soġġetti għal iffriżar ta’ l-assi taħt Artikolu 5(1)(a) u (b) tal-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/55


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/843/PESK

ta' l-10 ta’ Novembru 2008

li temenda u testendi l-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Uzbekistan (1).

(2)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill laqa' l-progress tal-Uzbekistan, matul din l-aħħar sena, fir-rispett tal-Istat tad-Dritt u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. Huwa ħeġġeġ lill-Uzbekistan biex ikompli jagħmel progress fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokratizzazzjoni u tal-Istat tad-Dritt, huwa laqa' wkoll l-impenn tal-Uzbekistan li jaħdem mal-Unjoni Ewropea fuq firxa ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw id-drittijiet tal-bniedem. F'dan il-kuntest, il-Kunsill ddeċieda li ma jġeddidx il-projbizzjonijiet tas-soġġorn li kienu japplikaw għal ċerti individwi msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK.

(3)

Madankollu, il-Kunsill iddikjara t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'diversi oqsma fl-Uzbekistan u ħeġġeġ lill-awtoritajiet ta' dan il-pajjiż sabiex jirrispettaw bis-sħiħ l-obbligi internazzjonali tagħhom f'dan ir-rigward. F'dan il-kuntest, il-Kunsill iddeċieda li l-embargo fuq l-armi impost bil-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK għandu jiġġedded għal 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK hija b'dan estiża sat-13 ta' Novembru 2009.

Artikolu 2

L-Artikoli 3 u 4, kif ukoll l-Anness II, tal-Pożizzjoni Komuni 2007/734/PESK huma b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 295, 14.11.2007, p. 34.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/56


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/844/PESK

tal-10 ta’ Novembru 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill addotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/661/PESK (1).

(2)

Fit-13 ta' Ottubru 2008, il-Kunsill qabel li l-miżuri restrittivi previsti fil-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK għandhom jiġu estiżi għal perijodu ta’ 12-il xahar. Sadanittant, il-Kunsill qabel ukoll li r-restrizzjonijiet ta' soġġorn maħsubin għal ċerti uffiċjali tal-Belarus, bl-eċċezzjoni ta' dawk involuti fl-għajbien tal-1999-2000 u tal-President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, m'għandhomx japplikaw għal perijodu ta' sitt xhur li jiġġeddu, bil-ħsieb li jiġu mħeġġa d-djalogu mal-awtoritajiet tal-Belarus u l-adozzjoni ta' miżuri għat-tisħiħ tad-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

(3)

Wara l-perijodu ta' sitt xhur imsemmi hawn fuq, il-Kunsill ser jerġa' jeżamina s-sitwazzjoni fil-Belarus u jevalwa l-progress miksub mill-awtoritajiet Belarusjani fir-rigward tar-riforma tal-kodiċi elettorali, bil-mira li dan isir f'konformità mal-impenji mwettqin fil-qafas tal-OSCE u l-istandards internazzjonali l-oħra dwar elezzjonijiet demokratiċi. Il-Kunsill japprezza wkoll kull azzjoni konkreta oħra mmirata lejn ir-rinfurzar tar-rispett tal-valuri demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-libertà tal-espressjoni u tal-istampa, kif ukoll il-libertà ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni politika, u l-Istat tad-Dritt. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika r-restrizzjonijiet ta' soġġorn aktar kmieni jekk ikun meħtieġ, fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-awtoritajiet tal-Belarus fil-qasam tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.

(4)

Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/288/PESK tas-7 ta' April 2008 li ġġedded miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Belarus sal-10 ta' April 2009 għandha tiġi revokata.

ADDOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK hija b'dan estiża sat-13 ta' Ottubru 2009.

Artikolu 2

1.   Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 (1)(b) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, safejn japplikaw għas-Sur Youri Nikolaïevitch Podobed, huma sospiżi sat-13 ta' April 2009.

2.   Il-miżuri previsti fl-Artikolu 1 (1)(c) tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, huma sospiżi sat-13 ta' April 2009.

Artikolu 3

Qabel it-13 ta' April 2009, din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi eżaminata mill-ġdid fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarus.

Artikolu 4

Il-Pożizzjoni Komuni 2008/288/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5.


11.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 300/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.