ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Novembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1076/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd

24

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/830/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 21/07 (eks N 578/06) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta favur IBIDEN Hungary Gyártó Kft. (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1342)  ( 1 )

34

 

 

2008/831/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266)  ( 1 )

50

 

 

2008/832/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2008 dwar in-noninklużjoni tal-bromuconazole fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6290)  ( 1 )

53

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1076/2008

tat-3 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

36,3

MK

43,0

TR

81,0

ZZ

53,4

0707 00 05

JO

168,2

MA

26,4

TR

143,3

ZZ

112,6

0709 90 70

MA

39,5

TR

127,4

ZZ

83,5

0805 50 10

AR

82,2

MA

81,6

TR

93,5

ZA

91,9

ZZ

87,3

0806 10 10

BR

232,0

TR

127,8

US

242,1

ZA

218,0

ZZ

205,0

0808 10 80

CA

96,3

CL

64,4

CN

66,8

MK

37,6

NZ

82,2

US

112,0

ZA

91,2

ZZ

78,6

0808 20 50

CN

55,9

US

208,3

ZZ

132,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1077/2008

tat-3 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ teleditezzjoni (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 22(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 (2) jipprovdi li attivitajiet fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd huma projbiti sakemm il-kaptan ma jirreġistrax u jirrapporta, bla dewmien, informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd, inkluż ħatt l-art u trażbordi, u jqiegħed kopji tar-rekords disponibbli għall-awtoritajiet.

(2)

B’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006, l-obbligu biex id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord jiġu rreġistrati u trażmessi b’mod elettroniku japplika għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji, li b’kollox jaqbżu l-24 m fit-tul, fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tar-regoli implimentattivi u għall-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji, li b’kollox jaqbżu l-15-il metru fit-tul, fi żmien 42 xahar mid-dħul fis-seħħ tar-regoli implimentattivi.

(3)

Ir-rappurtar ta’ kuljum tal-attivitajiet tas-sajd joħloq il-potenzjal li jittejbu b’mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effikaċja tal-operazzjonijiet ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza kemm fuq il-baħar kif ukoll mill-art.

(4)

L-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd (3) jipprovdi li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord li fih jirreġistraw l-operazzjonijiet tagħhom.

(5)

L-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li l-kaptan ta’ kull bastiment tas-sajd Komunitarju li b’kollox għandu tul ekwivalenti għal 10 m jew aktar, jew ir-rappreżentanti tiegħu, għandhom, wara kull ħarġa għas-sajd u fi żmien 48 siegħa minn x’ħin iħottu l-qabdiet l-art jissottomettu dikjarazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun seħħ il-ħatt l-art.

(6)

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi li ċ-ċentri tal-irkant jew entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd għandhom, wara l-ewwel bejgħ, jissottomettu nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti li fit-territorju tagħhom tkun seħħet l-ewwel kummerċjalizzazzjoni.

(7)

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jipprovdi wkoll li meta l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd ma sseħħx fl-Istat Membru li fih ikunu nħattu l-prodotti, l-Istat Membru responsabbli għall-monitoraġġ tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni għandu jiżgura li kopja tan-nota ta’ bejgħ tintbagħat lill-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ tal-ħatt tal-prodotti mill-aktar fis possibbli.

(8)

L-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jeżiġi li l-Istat Membru joħloq databases kompjuterizzati u li jistabbilixxi sistema ta’ validazzjoni li b’mod speċjali tkun tinkludi metodi ta’ kontrovverifikar u verifikazzjoni tad-dejta.

(9)

L-Artikolu 19b u 19e tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 jeżiġi li l-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jirrappurtaw dwar ir-riżultati tal-ħidma tas-sajd tagħhom u li jirreġistrawhom fil-ġurnal ta’ abbord.

(10)

L-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (4) jeħtieġ lill-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju li għandu permess għas-sajd fil-baħar fond jirreġistra fil-ġurnal ta’ abbord jew f’formola pprovduta mill-Istat Membru tal-bandiera t-tagħrif dwar il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd u dwar operati tas-sajd.

(11)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (5) li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ vverifikar applikabbli għall-Politika Komuni tas-Sajd jipprevedi operazzjoni ta’ pjani ta’ użu konġunt tar-riżorsi.

(12)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1566/2007 (6) stabbilixxa regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniċi tal-attivitajiet tas-sajd.

(13)

Fil-preżent huwa meħtieġ li jingħataw aktar dettalji u jiġu ċċarati aktar uħud mid-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolament (KE) Nru 1566/2007.

Għal dan il-għan jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 jiġi revokat u jiġi sostitwit b’Regolament ġdid.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Ambitu

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal:

(a)

Il-bastimenti tas-sajd Komunitarji li b’kollox jaqbżu l-24 metru fit-tul, mill-1 ta’ Jannar 2010;

(b)

Bastimenti tas-sajd Komunitarji li t-tul globali tagħhom jeċċedi 15 metru, mill-1 ta’ Lulju 2011;

(c)

Ix-xerrejja rreġistrati, l-irkantijiet irreġistrati jew entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd b’fatturat finanzjarju annwali għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd li jaqbeż l-EUR 400 000, mill-1 ta’ Jannar 2009.

2.   Minkejja l-paragrafu 1(a), dan ir-Regolament għandu japplika minn data qabel l-1 ta’ Jannar 2010 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru speċifiku u li b’kollox jaqbżu tul ta’ 24 metru, jekk hu previst hekk minn dak l-Istat.

3.   Minkejja l-paragrafu 1(b), dan ir-Regolament għandu japplika minn data qabel l-1 ta’ Lulju 2011 għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru speċifiku u li b’kollox jaqbżu tul ta’ 15-il metru, jekk hu previst hekk minn dak l-Istat.

4.   Minkejja d-dati stabbiliti fil-paragrafi 1 (a) u 1 (b), Stat Membru jista’ jiddeċiedi li japplika dan ir-regolament għal bastimenti ta’ 15-il metru jew inqas li jtajru l-bandiera tiegħu qabel dawk id-dati skond l-Artikolu 3 (2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006.

5.   L-Istati Membri jistgħu jikkonkludu ftehimiet bilaterali dwar l-użu ta’ sistemi elettroniċi ta’ rrappurtar fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom sakemm il-bastimenti jikkonformaw mar-regoli kollha stabbiliti f’dan ir-regolament.

6.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji irrispettivament mill-ibħra li fihom iwettqu l-operazzjonijiet tas-sajd jew mill-portijiet li fihom iħottu l-qabdiet.

7.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-bastimenti tas-sajd Komunitarji wżati esklussivament għall-isfruttar tal-akkwakultura.

Artikolu 2

Lista ta’ operaturi u bastimenti

1.   Kull Stat Membru għandu joħloq lista ta’ xerrejja rreġistrati, irkantijiet irreġistrati jew entitajiet jew persuni oħra awtorizzati minnu u li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd b’fatturat finanzjarju annwali ta’ prodotti tas-sajd ta’ aktar minn EUR 400 000. L-ewwel sena ta’ referenza għandha tkun l-2007 u l-lista għandha tiġi aġġornata fl-1 ta’ Jannar tas-sena kurrenti (is-sena n) fuq il-bażi tal-fatturat finanzjarju annwali ta’ prodotti tas-sajd li jaqbeż l-EUR 400 000 fis-sena n-2. Dik il-lista għandha tiġi ppubblikata fuq websajt uffiċjali tal-Istat Membru.

2.   Kull Stat Membru għandu joħloq, u perjodikament jaġġorna, listi ta’ bastimenti tas-sajd Komunitarji li jtajru l-bandiera tiegħu li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament skont l-Artikolu 1 (2), (3), (4) u (5). Il-listi għandhom jiġu ppubblikati fuq websajt uffiċjali tal-Istat Membru u għandhom ikunu fil-format li jrid jiġi deċiż wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“operazzjoni tas-sajd” tfisser l-attivitajiet kollha marbuta mat-tiftix għall-ħut, il-kalar, it-tqegħid u l-irfigħ tal-irkaptu u t-tneħħija tal-qabda mill-irkaptu;

(2)

“pjan ta’ użu konġunt tar-riżorsi” tfisser pjan li jipproponi arranġamenti operattivi għall-mobilitazzjonii tal-mezzi ta’ kontroll u spezzjoni li jkunu disponibbli.

KAPITOLU II

TRAŻMISSJONI ELETTRONIKA

Artikolu 4

Informazzjoni li trid tiġi trażmessa mill-kaptani tal-bastimenti jew mir-rappreżentanti tagħhom

1.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom jittrażmettu d-dejta tal-ġurnal ta’ abbord u tat-trażbord permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji jew ir-rappreżentanti tagħhom, għandhom jittrażmettu, permezz ta’ mezzi elettroniċi, id-data tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera.

3.   Meta bastiment tas-sajd Komunitarju jħott il-qabda fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-bandiera għandhom, hekk kif jirċievu d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, jibagħtuha permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun inħattet il-qabda.

4.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji għandhom, meta hekk ikunu jeżiġu r-regoli Komunitarji, jittrażmettu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera avviż minn qabel dwar id-dħul tagħhom fil-port permezz ta’ mezzi elettroniċi fil-mument meta jkun meħtieġ li jintbagħat dan l-avviż.

5.   Meta bastiment ikollu l-intenzjoni li jidħol f’port ta’ Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom, hekk kif jirċievu l-avviż imsemmi qabel fil-paragrafu 4, jibagħtuh lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Artikolu 5

Informazzjoni li tiġi trażmessa minn entitajiet jew persuni responsabbli għall-ewwel bejgħ jew akkwist

1.   Ix-xerrejja rreġistrati, l-irkantijiet irreġistrati u entitajiet jew persuni oħra awtorizzati mill-Istati Membri li huma responsabbli għall-ewwel bejgħ tal-prodotti tas-sajd għandhom jittrażmettu permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata f’nota ta’ bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun seħħet l-ewwel kummerċjalizzazzjoni.

2.   Meta l-ewwel kummerċjalizzazzjoni sseħħ fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn tkun seħħet l-ewwel kummerċjalizzazzjoni għandhom jiżguraw li kopja tad-dejta tan-nota ta’ bejgħ tkun sottomessa permezz ta’ mezzi elettroniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera meta tkun waslitilhom l-informazzjoni rilevanti.

3.   Meta l-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd ma sseħħx fl-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu nħattu, l-Istat Membru fejn isseħħ l-ewwel kummerċjalizzazzjoni għandu jiżgura li kopja tad-dejta tan-nota ta’ bejgħ tkun sottomessa permezz ta’ mezzi elettroniċi hekk kif tkun daħlet l-informazzjoni rilevanti, lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu nħattu l-prodotti tas-sajd u

(b)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-bastiment li jkun ħatt il-prodotti tas-sajd.

4.   Id-detentur tad-dikjarazzjoni tal-akkwist għandu jittrażmetti permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata f’dikjarazzjoni tal-akkwist lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun seħħ l-akkwist fiżikament.

Artikolu 6

Kull meta għandha ssir it-trażmissjoni

1.   Il-kaptan għandu jittrażmetti l-informazzjoni elettronika tal-ġurnal ta’ abbord lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera mill-inqas kuljum mhux aktar tard min-nofsillejl (24:00) ukoll meta ma jkunx hemm qabdiet abbord. Il-kaptan għandu jibgħat ukoll din id-dejta:

(a)

meta d-dejta tintalab mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera;

(b)

minnufih wara li tkun intemmet l-aħħar sajda;

(c)

qabel id-dħul fil-port;

(d)

meta ssir spezzjoni waqt it-tbaħħir;

(e)

fi żmien l-avvenimenti ddefiniti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera.

2.   Il-kaptan jista’ jittrażmetti korrezzjonijiet tal-ġurnal ta’ abbord u tad-dikjarazzjonijiet tat-trażbord sal-aħħar trażmissjoni li ssir fi tmiem l-operazzjonijiet tas-sajd u qabel id-dħul fil-port. Il-korrezzjonijiet għandhom ikunu identifikabbli faċilment. Id-dejta elettronika oriġinali tal-ġurnal ta’ abbord kollha kif ukoll il-korrezzjonijiet ta’ din id-dejta għandhom jinħażnu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Il-kaptan jew ir-rappreżentanti tiegħu għandhom jittrażmettu d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art permezz ta’ mezzi elettroniċi minnufih wara li tkun saret id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

4.   Il-kaptan tal-bastiment li jħott u l-kaptan tal-bastiment riċevitur għandhom jittrażmettu d-dejta tat-trażbord permezz ta’ mezzi elettroniċi minnufih wara li jkun twettaq it-trażbord.

5.   Il-kaptan għandu jżomm kopja tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 abbord il-bastiment tas-sajd għat-tul taż-żmien ta’ kull assenza mill-port u sakemm tkun sottomessa d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art.

6.   Meta l-basiment tas-sajd ikun fil-port, ma jkunx qed iġorr ħut abbord u l-kaptan ikun issottometta d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art, it-trażmissjoni skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi posposta soġġett għal avviż minn qabel liċ-Ċentru tal-Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat Membru tal-bandiera. It-trażmissjoni terġa’ tibda hekk kif il-bastiment iħalli l-port. L-avviż minn qabel mhuwiex meħtieġ fil-każ ta’ bastimenti mgħammra biex jittrażmettu d-dejta permezz tal-VMS (Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti).

Artikolu 7

Format għat-trażmissjoni tad-dejta minn bastiment lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu

Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi dwar x’format għandu jintuża għat-trażmissjoni tad-dejta mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tiegħu.

Artikolu 8

Messaġġi ta’ risposta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintbagħtu messaġġi ta’ risposta lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom għal kull trażmissjoni tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, tat-trażbord u tal-ħatt l-art. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ rċevuta.

KAPITOLU III

EŻENZJONIJIET

Artikolu 9

Eżenzjonijiet

1.   Stat Membru jista’ jeżenta kaptani ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 4 (1) u mill-obbligu li għandu jkollhom mezzi għat-trażmissjoni elettronika tad-dejta abbord kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1966/2006, meta jkunu barra l-port għal 24 siegħa jew aktar fl-ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tiegħu sakemm dawn il-bastimenti ma jħottux il-qabda tagħhom barra mit-territorju tal-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd Komunitarji li jirreġistraw u jirrappurtaw id-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd tagħhom b’mod elettroniku għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jimlew bil-miktub il-ġurnal ta’ abbord, id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u tat-trażbord.

3.   Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji, jew ir-rappreżentanti tagħom, li jħottu l-qabda tagħhom fi Stat Membru li ma jkunx l-Istat Membru tal-bandiera għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżit li jeżiġi s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni tal-ħatt l-art bil-miktub lill-Istat Membru kostali.

4.   L-Istati Membri jistgħu jagħmlu ftehimiet bilaterali dwar l-użu tas-sistemi elettroniċi ta’ rrappurtar fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fl-ibħra taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tagħhom. Il-bastimenti li jaqgħu fi ħdan l-iskop ta’ dawn il-ftehimiet għandhom jiġu eżentati mill-obbligu ta’ rrappurtar bil-miktub fil-ġurnal ta’ abbord waqt it-tbaħħir f’dawk l-ibħra.

5.   Il-kaptani tal-bastimenti Komunitarji li jirreġistraw l-informazzjoni tar-riżultati tal-ħidma tas-sajd tagħhom fil-ġurnali elettroniċi ta’ abbord tagħhom skond ir-rekwiżiti tal-Artikolu 19b tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu eżentati mill-obbligu li jittrażmettu rapporti dwar ir-riżultati tal-ħidma tas-sajd tagħhom permezz tat-telex, il-VMS, il-faks, it-telefown jew ir-radju.

KAPITOLU IV

FUNZJONAMENT TAS-SISTEMI ELETTRONIĊI TAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPURTAR

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet f’każ li s-sistemi tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar jiġrilhom ħsara teknika jew ma jaħdmux

1.   F’każ li s-sistemi tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar jiġrilhom ħsara teknika jew ma jaħdmux, il-kaptan jew sid il-bastiment jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jikkomunikaw, b’mod li jkun ġie stabbilit mill-Istat Membru tal-bandiera, id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord, tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u tat-trażbord lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fuq bażi ta’ kuljum u mhux aktar tard min-nofsillejl (24:00), anki meta ma jkunx hemm qabdiet abbord. Id-dejta għandha tintbagħat ukoll:

(a)

meta din tintalab mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera,

(b)

minnufih wara li tkun intemmet l-aħħar sajda,

(c)

qabel id-dħul fil-port,

(d)

meta ssir spezzjoni waqt it-tbaħħir,

(e)

fi żmien l-avvenimenti ddefiniti fil-leġiżlazzjoni Komunitarja jew mill-Istat tal-bandiera.

2.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera għandhom jaġġornaw il-ġurnal ta’ abbord elettroniku hekk kif taslilhom id-dejta msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Bastiment tas-sajd Komunitarju m’għandux iħalli l-port meta tinqala’ xi ħsara teknika fis-sistema tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar jew meta din is-sistema ma tkunx qegħda taħdem, qabel mas-sistema terġa’ tibda tiffunzjona u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera jkunu ssodisfati bil-funzjonament tagħha jew qabel ma l-bastiment ma jkunx awtorizzat xort’oħra biex iħalli l-port mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istat Membru tal-bandiera għandu javża minnufih lill-Istat Membru kostali meta jkun awtorizza lill-bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu jħalli port fl-Istat Membru kostali.

Artikolu 11

Meta d-dejta ma tasalx

1.   Meta ma jkunux irċevew it-trażmissjonijiet tad-dejta skond l-Artikolu 4 (1) u (2), l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera għandhom javżaw dwar dan lill-kaptan jew lis-sid tal-bastiment jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-aktar fis possibbli. Jekk, fir-rigward ta’ bastiment partikolari, din is-sitwazzjoni tiġri aktar minn tliet darbiet matul perjodu ta’ sena, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li s-sistema tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar ikkonċernata tiġi ċċekkjata. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-kwistjoni sabiex jiddetermina għaliex id-data ma waslitx.

2.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tal-bandiera ma jkunux irċevew it-trażmissjoni tad-dejta skond l-Artikolu 4 (1) u (2) u l-aħħar pożizzjoni li jkunu rċevew permezz tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti tkun mill-ibħra ta’ Stat Membru kostali, huma għandhom javżaw lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru kostali mill-aktar fis possibbli.

3.   Il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jibagħtu d-dejta kollha li dwarha jkun wasal l-avviż skond il-paragrafu 1, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera minnufih hekk kif jirċievu dan l-avviż.

Artikolu 12

Meta jfalli l-aċċess għad-dejta

1.   Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru kostali jilmħu bastiment itajjar il-bandiera ta’ Stat Membru ieħor fl-ibħra tagħhom u ma jkunux jistgħu jaċċessaw id-dejta tal-ġurnal ta’ abbord u tat-trażbord skond l-Artikolu 15, huma għandhom jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera biex jiżgura l-aċċess.

2.   Jekk l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 ma jiġix żgurat fi żmien erba’ sigħat minn meta jintalab dan, l-Istat Membru kostali għandu javża lill-Istat Membru tal-bandiera. Meta jirċievi dan l-avviż, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta lill-Istat Membru kostali permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli.

3.   Jekk l-Istat Membru kostali ma jirċevix id-dejta msemmija fil-paragrafu 2, il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jibagħtu d-dejta u kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmija fl-Artikolu 8 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali jekk jintalbu jagħmlu dan u għandhom jittrażmettu permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku disponibbli.

4.   Jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jkunux jistgħu jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kostali kopja tal-messaġġ ta’ risposta msemmi fl-Artikolu 8, l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra tal-Istat Membru kostali għandhom jitwaqqfu sakemm il-kaptan jew ir-rappreżentant tiegħu jkunu jistgħu jipprovdu kopja tal-messaġġ ta’ risposta jew l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6 (1) lill-awtoritajiet ikkonċernati.

Artikolu 13

Dejta dwar il-funzjonament tas-sistema tar-rappurtar elettroniku

1.   L-Istati Membri għandhom iżommu databases dwar il-funzjonament tas-sistema tar-rappurtar elettroniku tagħhom. Mill-inqas, id-databases għandu jkun fihom din l-informazzjoni li ġejja:

(a)

il-lista tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom li s-sistemi tar-rappurtar elettroniku tagħhom kellhom xi ħsara teknika jew kienu waqfu jaħdmu;

(b)

l-għadd ta’ trażmissjonijiet elettroniċi tal-ġurnal ta’ abbord li jidħlu fuq bażi ta’ kuljum u l-għadd medju ta’ trażmissjonijiet li jidħlu mingħand kull bastiment, imqassma skont l-Istat Membru tal-bandiera;

(c)

l-għadd ta’ trażmissjonijiet ta’ dikjarazzjonijiet ta’ żbark, dikjarazzjonijiet ta’ trażbord, dikjarazzjonijiet tal-akkwist u noti ta’ bejgħ li jkunu ntbagħtu, imqassma skond l-Istat tal-bandiera.

2.   Sommarji ta’ informazzjoni dwar il-funzjonament tas-sistemi tar-rappurtar elettroniku tal-Istati Membri għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, meta din tistaqsi għalihom, f’format u f’intervalli ta’ żmien li jridu jiġu deċiżi f’konsultazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

KAPITOLU V

SKAMBJU TA’ DEJTA U AĊĊESS GĦALIHA

Artikolu 14

Format għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Bejn l-Istat Membri l-iskambju tal-informazzjoni għandu jsir bl-użu tal-format iddefinit fl-Anness li minnu jitnissel l-istandard XML (extensible mark-up language).

2.   Il-korrezzjonijiet tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu identifikati b’mod ċar.

3.   Meta Stat Membru jirċievi informazzjoni elettronika mingħand Stat Membru ieħor, dan għandu jiżgura li jintbagħat messaġġ ta’ risposta lill-awtoritajiet kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Il-messaġġ ta’ risposta għandu jinkludi dikjarazzjoni ta’ rċevuta.

4.   L-elementi tad-dejta fl-Anness li l-kaptani huma obbligati jirreġistraw fil-ġurnal ta’ abbord tagħhom skond ir-regoli Komunitarji għandhom ikunu obbligatorji wkoll fl-iskambji bejn l-Istati Membri.

Artikolu 15

Aċċess għad-dejta

1.   L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiżgura li Stat Membru kostali jkollu aċċess on line f’ħin reali għad-dejta elettronika tal-ġurnal ta’ abbord u d-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu meta jkunu qed iwettqu operazzjonijiet ta’ sajd fl-ibħra taħt is-sovranità u l-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru kostali jew meta jkunu deħlin f’port tiegħu.

2.   Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas tkopri d-dejta mill-aħħar ħruġ mill-port sa meta jkun intemm il-ħatt l-art. Id-dejta miġbura waqt l-operazzjonijiet tas-sajd li jkunu twettqu matul it-12-il xahar preċedenti għandha ssir disponibbli meta tintalab.

3.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd Komunitarju għandu jkollu aċċess garantit għall-informazzjoni elettronika tal-ġurnal ta’ abbord tiegħu nnifsu li tkun maħżuna fid-database tal-Istat Membru tal-bandiera fuq bażi ta’ 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.

4.   Stat Membru kostali għandu jipprovdi aċċess on line għad-database tal-ġurnal ta’ abbord tiegħu lill-bastiment ta’ sorveljanza tas-sajd ta’ Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ pjan għal użu konġunt tar-riżorsi.

Artikolu 16

Skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri

1.   L-aċċess għad-dejta msemmi fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 għandu jkun permezz ta’ konnessjoni garantita fuq l-Internet fuq bażi ta’ 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.

2.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw l-informazzjoni teknika rilevanti biex jiżguraw aċċess reċiproku għall-ġurnali ta’ abbord.

3.   L-Istati Membri għandhom:

(a)

jiżguraw li d-dejta li taslilhom b’konformità ma’ dan ir-Regolament tinħażen b’mod assigurat f’databases kompjuterizzati u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn id-databases jiġu ttrattati bħala kunfidenzjali;

(b)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex iħarsu din id-dejta minn kwalunkwe qerda aċċidentali jew illegali, telfien aċċidentali, taħsir, distribuzzjoni jew konsultazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni.

Artikolu 17

Awtorità unika

1.   F’kull Stat Membru, awtorità unika għandha tkun responsabbli għat-trażmissjoni, l-irċevuta, il-ġestjoni u l-ipproċessar tad-dejta kollha koperta minn dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jiskambjaw il-listi u d-dettalji tal-kuntatti rigward l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom.

3.   Kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18

Revoka

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1566/2007 huwa b’dan irrevokat.

2.   Kull referenza magħmula għar-Regolament imħassar għandha tinftiehem bħala referenza għal dan ir-Regolament.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 409, 30.12.2006, p. 1. Ikkoreġuta bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(3)  ĠU L 261, 20.10.1993, p.1.

(4)  ĠU L 351, 28.12.2002, p. 6.

(5)  ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1.

(6)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 46.


ANNESS (1)

FORMAT GĦALL-ISKAMBJU ELETTRONIKU TA’ INFORMAZZJONI

Nru

Isem l-element jew in-notazzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni u kontenut

Obbligatorju (C)/Obbligatorju jekk (CIF) (*)/Fakultattiv (O) (**)

1

Messaġġ ERS (Sistema Elettronika ta’ Notifikazzjoni)

 

 

 

2

Bidu tal-messaġġ

ERS

Tag (terminu elettroniku) li tindika l-bidu ta’ messaġġ ERS

C

3

Indirizz

AD

Destinazzjoni tal-messaġġ (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

C

4

Mingħand

FR

Il-pajjiż li qed jittrasmetti d-dejta (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

C

5

Numru (tar-reġistrazzjoni) tal-messaġġ

RN

Numru tas-serje tal-messaġġ (format CCC99999999)

C

6

Data (tar-reġistrazzjoni) tal-messaġġ

RD

Data tat-trasmissjoni tal-messaġġ (SSSS-XX-JJ)

C

7

Ħin (tar-reġistrazzjoni) tal-messaġġ

RT

Ħin tat-trasmissjoni mill-ġdid tal-messaġġ (SS:MM f’UTC)

C

8

Tip ta' messaġġ

TM

Tip ta’ messaġġ (Ġurnal ta’ abbord: tip = LOG, Rikonoxximent: tip = RET, Korrezzjoni: tip = COR jew Noti ta’ bejgħ: tip = SAL)

C

9

Messaġġ bi prova

TS

Indikazzjoni li l-messaġġ huwa messaġġ bi prova

CIF TEST

10

 

 

 

 

11

Meta t-tip ta’ messaġġ hu RET

(TM=RET)

 

RET huwa konferma li l-messaġġ ikun wasal

 

12

L-attributi li ġejjin jeħtieġ li jiġu speċifikati

 

Il-messaġġ jikkonferma rċevuta pożittiva jew negattiva tal-messaġġ identifikat bit-tag RN

 

13

Numru tal-messaġġ mibgħut

RN

In-numru tas-serje tal-messaġġ li jkun qed jiġi kkonfermat mir-riċevitur FMC (CCC99999999)

C

14

Status tar-risposta

RS

Tindika jekk ġiex irċevut il-messaġġ/rapport Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

15

Raġuni għar-Rifjut (jekk applikabbli)

RE

Kitba ħielsa għall-ispjegazzjonijiet dwar ir-rifjut

O

16

 

 

 

 

17

Meta l-messaġġ ikun tat-tip COR (TM=COR)

 

COR tfisser messaġġ ta’ Korrezzjoni

 

18

L-attributi li ġejjin jeħtieġ li jiġu speċifikati

 

Il-messaġġ qed jikkoreġi messaġġ preċedenti, l-informazzjoni li fih il-messaġġ tissostitwixxi b’mod intier il-messaġġ preċedenti, identifikat bit-tag RN

 

19

Numru tal-Messaġġ Oriġinali

RN

In-numru tal-messaġġ li jirreferi għall-messaġġ li jkun qiegħed jiġi kkoreġut (format CCC99999999)

C

20

Raġuni għall-Korrezzjoni

RE

Il-lista tal-kodiċijiet tinsab fuq: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control_enforcement_en.htm

O

21

 

 

 

 

22

Meta l-messaġġ ikun tat-tip: LOG (TM=LOG)

 

LOG huwa dikjarazzjoni tal-Ġurnal ta’ abbord

 

23

L-attributi li ġejjin jeħtieġ li jiġu speċifikati

 

Il-LOG jinkludi waħda jew aktar minn dawn id-dikjarazzjonijiet DEP, FAR, TRA, COE, COX, ENT, EXI, CRO, TRZ, (INS), DIS, PRN, EOF, RTP, LAN

 

24

Bidu tar-reġistratzzjoni tal-log

LOG

Tag li tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni tal-ġurnal ta’ abbord

C

25

Numru tar-Reġistru tal-Flotta Komunitarja tal-bastiment (CFR)

IR

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

C

26

Identifikazzjoni prinċipali tal-bastiment

RC

Kodiċi internazzjonali ta’ sejħa bir-radju

CIF CFR mhux aġġornati

27

Identifikazzjoni esterna tal-bastimenti

XR

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li jidher fil-ġenb (fuq il-buq tiegħu)

O

28

Isem il-bastiment

NA

Isem il-bastiment

O

29

Isem il-kaptan

MA

Isem il-kaptan (kwalunkwe tibdil li jsir matul il-ħarġa għandu jiġi inkluż fit-trasmissjoni LOG li jkun imiss tintbagħat)

C

30

Indirizz tal-kaptan

MD

L-indirizz tal-kaptan (kwalunkwe tibdil li jsir matul il-ħarġa għandu jiġi inkluż fit-trasmissjoni LOG li jkun imiss tintbagħat)

C

31

Pajjiż tar-reġistrazzjoni

FS

Stat tal-bandiera tal-bastiment. Kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3

C

32

 

 

 

 

33

DEP: element tad-dikjarazzjoni

 

Meħtieġ għal kull ħruġ mill-port, għandu jintbagħat fil-messaġġ li jkun imiss

 

34

Bidu tad-dikjarazzjoni tat-Tluq

DEP

Tag li tindika l-bidu tad-dikjarazzjoni tal-ħruġ mill-port

C

35

Data

DA

Id-data tat-tluq (SSSS-XX-JJ)

C

36

Ħin

TI

Il-ħin tat-tluq (SS:MM f’UTC)

C

37

Isem il-port

PO

Il-Kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3 + kodiċi tal-port bi 3 ittri).

Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

38

Attività antiċipata

AA

Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF irrappurtar tal-ħidma tas-sajd meħtieġ għall-attività intiża

39

Tip ta’ rkaptu

GE

Kodiċi tal-ittri skond il-“Klassifikazzjoni ta' Statistika Standard Internazzjonali għall-Irkaptu tas-Sajd”

CIF attività tas-sajd intiża

40

Subdikjarazzjoni tal-qabda abbord (subdikjarazzjonijiet tal-lista tal-ispeċi SPE)

SPE

(ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

CIF qabda abbord il-bastiment

41

 

 

 

 

42

FAR: dikjarazzjoni tal-attività tas-sajd

 

Meħtieġa sa mhux aktar tard minn nofsillejl ta’ kull ġurnata fuq il-baħar jew b’risposta għal talba magħmula mill-Istat tal-bandiera

 

43

Bidu tad-dikjarazzjoni tar-Rapport dwar l-Attività tas-Sajd

FAR

Tag li tindika l-bidu tad-dikjarazzjoni tar-Rapport dwar l-Attività tas-Sajd

C

44

Il-markatur tal-aħħar rapport

LR

Markatur li jindika li dan se jkun l-aħħar rapport FAR li se jintbagħat (LR=1)

CIF l-aħħar messaġġ

45

Il-miżuri ta' spezzjoni

IS

Markatur li jindika li dan ir-rapport dwar l-attivitajiet tas-sajd ġie rċevut wara spezzjoni mwettqa abbord il-bastiment. (IS=1)

L-ispezzjoni CIF twettqet

46

Data

DA

Id-data ta’ meta jkunu twettqu l-attivitajiet tas-sajd li qegħdin jiġu rrappurtati waqt li l-bastiment ikun qiegħed ibaħħar (SSSS-XX-JJ)

C

47

Ħin

TI

Il-ħin tal-bidu tal-attività tas-sajd (SS:MM f’UTC)

O

48

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Speċifikat jekk ma tkun saret l-ebda qabda (għall-finijiet tal-isforzi). Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-RAS)

CIF

49

Operazzjonijiet tas-sajd

FO

Għadd ta’ operazzjonijiet tas-sajd

O

50

Tul ta’ ħin tal-attività tas-sajd

DU

It-tul tal-ħin, f’minuti, ta’ kemm tkun ħadet l-attività tas-sajd - iddefinit hekk: it-tul tal-ħin tas-sajd huwa ugwali għall-għadd ta’ sigħat imqattgħin fuq il-baħar, li minnhom jitnaqqas il-ħin tat-traġitt għal, bejn u lura miż-żoni tas-sajd, il-ħin tal-għassa, il-ħin ta' nuqqas ta' attività u l-ħin imqatta' fi stennija għat-tiswijiet

CIF meħtieġ (**)

51

Subdikjarazzjoni tal-irkaptu

GEA

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-GEA)

CIF kwalunkwe impenn

52

Subdikjarazzjoni ta’ telf tal-irkaptu

GLS

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-GLS)

CIF meħtieġ mir-regoli (**)

53

Subdikjarazzjoni tal-qabda (lista tas-subdikjarazzjonijiet tal-ispeċi SPE)

SPE

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

CIF kwalunkwe ħut maqbud

54

 

 

 

 

55

RLC: dikjarazzjoni ta’ riallokazzjoni

 

Tag użata meta l-qabda (kollha jew partijiet minnha) hija ttrasferita jew meħuda minn irkaptu tas-sajd konġunt għal bastiment jew minn stiva ta’ bastiment jew l-irkaptu tas-sajd tiegħu għal xibka ta’ lqugħ, kontenitur jew gaġġa (barra l-bastiment) fejn il-qabda ħajja tinżamm sa ma tinħatt

 

56

Bidu tad-Dikjarazzjoni ta’ riallokazzjoni

RLC

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni ta’ riallokazzjoni

C

57

Data

DA

Id-data ta’ meta ssir ir-riallokazzjoni tal-qabda waqt li l-bastiment ikun għadu jbaħħar (SSSS-XX-JJ)

CIF

58

Ħin

TI

Il-ħin tar-rilokazzjoni (SS:MM f’UTC)

CIF

59

Numru tas-CFR tal-bastiment riċevitur

IR

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta u bastiment tal-UE

60

Kodiċi ta’ sejħa bir-radju tal-bastiment riċevitur

TT

Kodiċi internazzjonali ta' sejħa bir-radju tal-bastiment riċevitur

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta

61

Stat tal-bandiera tal-bastiment riċevitur

TC

L-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi l-qabda (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta

62

Numri tas-CFR ta’ bastiment(i) sħab oħra

RF

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta u l-imsieħeb hu bastiment tal-UE

63

Kodiċi ta’ sejħa bir-radju ta’ bastiment(i) sħab oħra

TF

Kodiċi internazzjonali ta’ sejħa bir-radju tal-bastiment(i) msieħeb/imsieħba

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta u sħab oħra

64

Stat(i) tal-bandiera ta’ bastimenti sħab oħra

FC

L-Istat tal-bandiera tal-bastiment(i) imsieħeb/imsieħba (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

CIF operazzjoni tas-sajd konġunta u sħab oħra

65

Rilokat għal

RT

Kodiċi bi 3 ittri għad-destinazzjoni tar-riallokazzjoni (xibka tal-ilqugħ: KNE, gaġġa: CGE, eċċ) Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF

66

Subdikjarazzjoni POS

POS

Post tat-trasferiment (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

CIF

67

Subdikjarazzjoni tal-qabda (lista tas-subdikjarazzjonijiet tal-ispeċi SPE)

SPE

Ammont ta’ ħut rilokat (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

CIF

68

 

 

 

 

69

TRA: dikjarazzjoni ta’ trasbord

 

Għal kull trasbord tal-qbid, hi meħtieġa dikjarazzjoni kemm mingħand il-bastiment li jħott u kif ukoll mingħand il-bastiment riċevitur

 

70

Bidu tad-dikjarazzjoni ta’ trasbord

TRA

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni ta’ trasbord

C

71

Data

DA

Bidu tat-TRA (SSSS-XX-JJ)

C

72

Ħin

TI

Bidu ta’ TRA (SS:MM f’UTC)

C

73

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Iż-zona ġeografika li fiha jkun twettaq it-trasbord. Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributit tal-RAS)

CIF imwettaq fuq il-baħar

74

Isem il-port

PO

Il-Kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3 + kodiċi tal-port bi 3 ittri).

Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF imwettaq fil-port

75

In-numru tas-CFR tal-bastiment riċevitur

IR

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż ta’ reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

CIF bastiment tas-sajd:

76

Trasbord: il-bastiment riċevitur

TT

Jekk il-bastiment li jħott – Il-kodiċi internazzjonali tas-sejħa bir-radju tal-bastiment riċevitur

C

77

Trasbord: Stat tal-bandiera tal-bastiment riċevitur

TC

Jekk il-bastiment li jħott – L-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jirċievi t-trasbord (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

C

78

Numru tas-CFR tal-Bastiment li jħott

RF

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

CIF bastiment Komunitarju

79

Trasbord: bastiment (li jħott)

TF

Jekk il-bastiment riċevitur – Il-kodiċi internazzjonali tas-sejba bir-radju tal-bastiment li jħott

C

80

Trasbord: Stat tal-bandiera tal-bastiment li jħott

FC

Jekk il-bastiment riċevitur – L-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jħott (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

C

81

Subdikjarazzjoni POS

POS

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

CIF meħtieġ (**) (ibħra NEAFC jew NAFO)

82

Il-qabda trasbordata (lista tas-subdikjarazzjonijiet tal-ispeċi tal-SPE)

SPE

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

C

83

 

 

 

 

84

COE: dikjarazzjoni tad-dħul fiż-żona

 

F’każ ta’ sajd fiż-żona tar-rkupru tal-istokk jew fl-Ibħra tal-Punent

 

85

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ħidma tas-sajd: Dħul fiż-żona

COE

It-tag tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni ta' dħul f'żona fejn se titwettaq ħidma ta' sajd

C

86

Data

DA

Id-data tad-dħul (JJJJ-XX-SS)

C

87

Ħin

TI

Il-ħin tad-dħul(SS:MM f’UTC)

C

88

Speċi fil-mira

TS

L-ispeċi fil-mira waqt il-ħidma tas-sajd fiż-żona (Speċi tal-Qiegħ, Speċi Pelaġiċi, Arzell, Granċi).

Il-lista sħiħa tinsab fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

89

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Il-lokalità ġeografika tal-bastiment.

Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u n-notazzjonijiet tal-RAS)

C

90

Subdikjarazzjoni tal-qabda abbord (subdikjarazzjonijiet tal-lista tal-ispeċi SPE)

SPE

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

O

91

COX: dikjarazzjoni tal-ħruġ miż-żona

 

F’każ ta’ sajd fiż-żona tar-rkupru tal-istokk jew fl-Ibħra tal-Punent

 

92

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ħidma tas-sajd: Ħruġ miż-żona

COX

It-tag tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni ta' ħruġ miż-żona tal-ħidma tas-sajd

C

93

Data

DA

Id-data tal-ħruġ (SSSS-XX-JJ)

C

94

Ħin

TI

Il-ħin tal-ħruġ (SS:MM f’UTC)

C

95

Speċi fil-mira

TS

L-ispeċi fil-mira waqt il-ħidma tas-sajd fiż-żona (Speċi tal-Qiegħ, Speċi Pelaġiċi, Arzell, Granċi).

Il-lista sħiħa tinsab fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF mhux involut f’attivitajiet oħra tas-sajd

96

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Il-lokalità ġeografika tal-bastiment. Il-lista tal-kodiċijietgħas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u n-notazzjonijiet tal-RAS)

CIF mhux involut f’attivitajiet oħra tas-sajd

97

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Il-pożizzjoni tal-ħruġ (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

98

Subdikjarazzjoni tal-qabda merfugħa

SPE

Il-qabda merfugħa waqt is-sajd fiż-żona (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

O

99

 

 

 

 

100

CRO: dikjarazzjoni tal-qsim taż-żona

 

F’każ li tinqasam iż-żona tal-irkupru tal-istokk jew iż-żona tal-Ibħra tal-Punent

 

101

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ħidma tas-sajd: Qsim taż-żona

CRO

It-tag tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni tal-qsim taż-żona tal-ħidma tas-sajd (ebda operazzjoni tas-sajd). Id-DA TI POS għandu jiġi speċifikat f’dikjarazzjonijiet tas-COE u s-COX

C

102

Dikjarazzjoni tad-dħul fiż-żona

COE

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-COE)

C

103

Dikjarazzjoni tal-ħruġ miż-żona

COX

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-COX)

C

104

 

 

 

 

105

TRZ: dikjarazzjoni ta’ sajd trans-żonali

 

F’każ li jsir sajd trans-żonali

 

106

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-ħidma tas-sajd: Sajd trans-żonali

TRZ

It-tag tindika l-bidu ta' dikjarazzjoni ta' sajd trans-żonali

C

107

Dikjarazzjoni tad-dħul

COE

L-ewwel daħla (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tas-COE)

C

108

Dikjarazzjoni tal-ħruġ

COX

L-aħħar ħruġ (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tas-COX)

C

109

 

 

 

 

110

INS: dikjarazzjoni ta’ spezzjoni

 

Għandha tkun ipprovduta mill-awtoritajiet imma mhux mill-kaptan

 

111

Bidu tad-dikjarazzjoni ta' spezzjoni

INS

It-tag tindika l-bidu ta' subdikjarazzjoni ta’ spezzjoni

O

112

Pajjiż ta’ spezzjoni

IC

Kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3

O

113

Kontrollur assenjat

IA

Kull Stat għandu jipprovdi numru b’4 ċifri li jidentifika l-kontrollur tagħhom

O

114

Data

DA

Id-data tal-ispezzjoni (SSSS-XX-JJ)

O

115

Ħin

TI

Il-ħin tal-ispezzjoni (SS:MM f’UTC)

O

116

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Il-pożizzjoni tal-ispezzjoni (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

O

117

 

 

 

 

118

DIS: dikjarazzjoni ta’ ħut mormi

 

 

CIF meħtieġ (**) (NEAFC, NAFO)

119

Bidu tad-dikjarazzjoni ta’ ħut mormi

DIS

It-tag tinkludi dettalji dwar il-ħut mormi

C

120

Data

DA

Id-data tar-rimi (JJJJ-XX-SS)

C

121

Ħin

TI

Il-ħin tar-rimi (SS:MM f’UTC)

C

122

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Il-pożizzjoni fejn intrema l-ħut (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

123

Subdikjarazzjoni ta’ ħut mormi

SPE

Il-ħut mormi (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

C

124

 

 

 

 

125

PRN: avviż minn qabel ta’ dikjarazzjoni ta’ dħul lura

 

Irid jiġi trasmess qabel id-dħul lura fil-port inkella jekk dan huwa meħtieġ mir-Regoli Komunitarji

CIF meħtieġ (**)

126

Bidu ta’ Notifikazzjoni Minn Qabel

PRN

Tag li tindika l-bidu tad-dikjarazzjoni ta’ Avviż Minn Qabel

C

127

Data mbassra

PD

Id-data ppjanata għall-wasla/qsim (SSSS-XX-JJ)

C

128

Ħin imbassar

PT

Il-ħin ippjanat għall-wasla/qsim (SS:MM f’UTC)

C

129

Isem il-port

PO

Il-kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri) (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 + kodiċi tal-port bi 3 ittri). Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

130

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Żona tas-sajd li għandha tintuża għan-notifikazzjoni minn qabel tal-kodiċi. Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u n-notazzjonijiet tal-RAS)

CIF fil-Baħar Baltiku

131

Data prevista għall-ħatt

DA

Id-data ppjanata għall-ħatt fil-Baltiku (SSSS-XX-JJ)

CIF fil-Baħar Baltiku

132

Ħin previst għall-ħatt

TI

Ħin ippjanat għall-ħatt fil-Baltiku (SS:MM f’UTC)

CIF fil-Baħar Baltiku

133

Subdikjarazzjonijiet tal-qabda abbord (subdikjarazzjoni tal-lista tal-ispeċi SPE)

SPE

Qabda abbord (jekk speċijiet pelaġiċi inkludi ż-żona tal-ICES). (Ara d-dettalji tas-subdikjarazzjoni tas-SPE)

C

134

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Pożizzjoni għad-dħul/ħruġ żona. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u n-notazzjonijiet tal-POS)

CIF

135

 

 

 

 

136

EOF: dikjarazzjoni ta’ tmiem is-sajda

 

Għandha tiġi trasmessa minnufih wara l-aħħar operazzjoni ta’ sajd u qabel id-dħul lura fil-port u l-ħatt tal-ħut

 

137

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-konklużjoni tal-qbid tal-ħut

EOF

Tag li tindika li l-operazzjonijiet tas-sajd ikunu ntemmu qabel id-dħul lura fil-port

C

138

Data

DA

Id-data tal-konklużjoni (JJJJ-XX-SS)

C

139

Ħin

TI

Il-ħin tal-konklużjoni (SS:MM f’UTC)

C

140

 

 

 

 

141

RTP: dikjarazzjoni ta’ dħul lura l-port

 

Għandha tiġi trasmessa mad-daħla fil-port, wara kwalunkwe dikjarazzjoni PRN u qabel il-ħatt ta’ kwalunkwe ħut

 

142

Bidu tad-dikjarazzjoni tad-dħul lura l-port

RTP

Tag li tindika d-dħul lura l-port fi tmiem il-ħarġa

C

143

Data

DA

Id-data tar-ritorn (SSSS-XX-JJ)

C

144

Ħin

TI

Il-ħin tar-ritorn (SS:MM f’UTC)

C

145

Isem il-port

PO

Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 + il-kodiċi tal-port bi 3 ittri) tinsab il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

146

Raġuni għad-dħul lura

RE

Ir-raġuni għad-dħul lura l-port (e.g. kenn, tagħbija ta’ ħażniet, żbark/ħatt.) Il-lista tal-kodiċijiet għar-raġunijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF

147

 

 

 

 

148

LAN: dikjarazzjoni ta’ żbark

 

Għandha tiġi trasmessa wara l-ħatt tal-qabda

 

149

Bidu tad-dikjarazzjoni ta’ żbark

LAN

Tag li tindika l-bidu ta’ dikjarazzjoni tal-ħatt l-art

C

150

Data

DA

(SSSS-XX-JJ – data tal-ħatt)

C

151

Ħin

TI

SS:MM f’UTC – ħin tal-ħatt

C

152

Tip tal-persuna li qed tibgħat

TS

kodiċi bi 3 ittri (MAS: kaptan, REP: ir-rappreżentant tiegħu, AGE: aġent)

C

153

Isem il-port

PO

Il-kodiċi tal-port (kodiċi tal-pajjiż b’2 ittri) (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-2 + kodiċi tal-port bi 3 ittri). Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

154

Subdikjarazzjoni tal-ħatt tal-qabda (subdikjarazzjoni tal-lista tal-SPE mal-PRO)

SPE

Speċijiet, żoni tas-sajd, piżijiet mħatta, irkaptu relatat u preżentazzjonijiet (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SPE)

C

155

 

 

 

 

156

POS: subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

 

 

 

157

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

Tag li tinkludi l-koordinati tal-pożizzjoni ġeografika

C

158

Latitudni (deċimali)

LT

Il-latitudni espressa skond il-format WGS84 użat għall-VMS

C

159

Lonġitudni (deċimali)

LG

Il-lonġitudni espressa skond il-format WGS84 użat għall-VMS

C

160

 

 

 

 

161

GEA: subdikjarazzjoni tal-kalar tal-irkaptu

 

 

 

162

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-kalar tal-irkaptu

GEA

Tag li tinkludi l-koordinati tal-pożizzjoni ġeografika

C

163

Tip ta’ rkaptu

GE

Kodiċi tal-irkaptu skond l-Istandard Internazzjonali tal-FAO Klassifika statistika tal-Irkaptu tas-Sajd’

C

164

Id-daqs tal-malja

ME

Id-daqs tal-malja (f’millimetri)

CIF l-irkaptu għandu malja soġġetta għar-rekwiżiti tad-daqs

165

Kapaċità tal-irkaptu

GC

Id-daqs tal-irkaptu u l-għadd ta’ rkapti

CIF meħtieġ għat-tip ta’ rkaptu kalat

166

Operazzjonijiet tas-sajd

FO

L-għadd tal-operazzjonijiet tas-sajd (refgħat) kull perjodu ta’ 24 siegħa

CIF jekk il-bastiment għandu liċenzja biex jistad għall-istokk tal-qiegħ

167

Ħin tas-sajd

DU

L-għadd ta’ sigħat li fihom intuża l-irkaptu

CIF jekk il-bastiment għandu liċenzja biex jistad għall-istokk tal-qiegħ

168

Subdikjarazzjoni tal-kalar tal-irkaptu

GES

Is-subdikjarazzjoni tal-kalar tal-irkaptu (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-GES)

CIF meħtieġ (**) (il-bastiment juża rkaptu statiku jew fiss)

169

Subdikjarazzjoni tal-irfigħ tal-irkaptu

GER

Is-subdikjarazzjoni tal-irfigħ tal-irkaptu (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-GER)

CIF meħtieġ (**) (il-bastiment juża rkaptu statiku jew fiss)

170

Subdikjarazzjoni tal-kalar tal-għeżul

GIL

Subdikjarazzjoni tal-kalar tal-għeżul (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-GIL)

CIF bastiment għandu permessi għaż-Żoni ICES IIIa, IVa, IVb, Vb, VIa, VIb, VIIb, ċ, j, k u XII

171

Fond tas-sajd

FD

Distanza minn wiċċ l-ilma sal-aktar parti baxxa tal-irkaptu (f’metri) Tapplika għall-bastimenti li jużaw irkaptu tat-tkarkir, konzijiet u xbieki fissi

CIF sajd f’ibħra fondi u fl-ibħra Norveġiżi

172

Numru medju ta' snanar użati fuq il-konzijiet

NH

L-għadd medju ta’ snanar użati fuq il-konzijiet

CIF sajd f’ibħra fondi u fl-ibħra Norveġiżi

173

It-tul medju tax-xbieki

GL

It-tul medju tax-xbieki meta jintużaw ix-xbieki fissi (f’metri)

CIF sajd f’ibħra fondi u fl-ibħra Norveġiżi

174

L-għoli medju tax-xbieki

GD

L-għoli medju tax-xbieki meta jintużaw ix-xbieki fissi (f’metri)

CIF sajd f’ibħra fondi u fl-ibħra Norveġiżi

175

 

 

 

 

176

GES: subdikjarazzjoni tal-kalar tal-irkaptu

 

 

CIF meħtieġ mir-regoli (**)

177

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

GES

Tag li tinkludi informazzjoni dwar il-kalar tal-irkaptu

C

178

Data

DA

Id-data tal-kalar tal-irkaptu (SSSS-XX-JJ)

C

179

Ħin

TI

Il-ħin tal-kalar tal-irkaptu (SS:MM f’UTC)

C

180

POS subdikjarazzjoni

POS

Il-pożizzjoni fejn ġie kalat l-irkaptu (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

181

 

 

 

 

182

GER: subdikjarazzjoni tal-irfigħ tal-irkaptu

 

 

CIF meħtieġ mir-regoli (**)

183

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

GER

Tag li tinkludi informazzjoni dwar l-irfigħ tal-irkaptu

C

184

Data

DA

Id-data tal-irfigħ tal-irkaptu (SSSS-XX-JJ)

C

185

Ħin

TI

Il-ħin tal-irfigħ tal-irkaptu (SS:MM f’UTC)

C

186

POS subdikjarazzjoni

POS

Il-pożizzjoni meta ntrefa’ l-irkaptu (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

187

GIL subdikjarazzjoni tal-kalar tal-għeżul

 

 

CIF bastiment għandu permessi għaż-Żoni ICES IIIa, IVa, IVb, Vb, VIa, VIb, VIIb, ċ, j, k u XII

188

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-għeżul

GIL

Tag għall-bidu tal-kalar tal-għeżul

 

189

Tul nominali ta’ xibka waħda

NL

L-informazzjoni li trid tiġi rreġistrata waqt kull sajda (f’metri)

C

190

Għadd ta’ xbieki

NN

L-għadd ta’ xbieki fir-rimja

C

191

Għadd ta’ rimjiet

FL

L-għadd ta’ rimjiet użati

C

192

POS subdikjarazzjoni

POS

Il-pożizzjoni ta' kull rimja kalata (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

C

193

Fond ta’ kull flotta użata

FD

Fond għal kull rimja kalata (distanza minn wiċċ l-ilma sal-aktar parti baxxa tal-irkaptu)

C

194

Ħin fl-ilma ta’ kull rimja kalata

ST

Il-ħin fl-ilma għal kull rimja kalata

C

195

 

 

 

 

196

GLS: subdikjarazzjoni tat-telf tal-irkaptu

 

It-telf ta’ rkaptu fiss

CIF meħtieġ mir-regoli (**)

197

Bidu tas-sottodikjarazzjoni tal-GLS

GLS

Id-data ta’ meta ntilef l-irkaptu fiss

 

198

Data tat-telf tal-irkaptu

DA

Id-data tat-telf tal-irkaptu (SSSS-XX-JJ)

C

199

Għadd ta’ unitajiet

NN

Għadd ta’ rkapti mitlufa

CIF

200

POS subdikjarazzjoni

POS

L-aħħar pożizzjoni magħrufa tal-irkaptu (ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

CIF

201

 

 

 

 

202

RAS: Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Żona rilevanti skont ir-rekwiżit rilevanti ta’ rappurtar – għandha timtela għallinqas taqsima waħda. Lista ta’ kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF

203

żona tal-FAO

FA

żona tal-FAO (eż. 27)

CIF

204

sub żona tal-FAO (ICES)

SA

sub żona tal-FAO (ICES) (eż.3)

CIF

205

diviżjoni tal-FAO (ICES)

ID

diviżjoni tal-FAO (ICES) (eż. d)

CIF

206

sub diviżjoni tal-FAO (ICES)

SD

subdiviżjoni tal-FAO (ICES) (eż.24) (tifsira flimkien mal-punt ta’ hawn fuq 27.3.d.24)

CIF

207

Żona ekonomika

EZ

Żona ekonomika

CIF

208

Rettangolu ta' statiska tal-ICES

SR

Rettangolu ta' statiska tal-ICES (Eż. 49E6)

CIF

209

Żona tal-isforz tas-sajd:

FE

Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF

210

Subdikjarazzjoni tal-pożizzjoni

POS

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-POS)

CIF

211

 

 

 

 

212

SPE: Subdikjarazzjoni tal-ispeċi

 

Il-kwantità aggregata bl-ispeċi

 

213

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-SPE

SPE

Id-dettalji dwar il-ħut maqbud skond l-ispeċji

C

214

Isem l-ispeċi

SN

L-isem tal-ispeċi (kodiċi alpha-3 tal-FAO)

C

215

Piż tal-ħut

WT

Skond il-kuntest, din l-intestatura tista’ tkun jew

1.

Il-piż totali tal-ħut (f’kilogrammi) fil-perjodu tal-qabda jew

2.

Il-piż totali tal-ħut (f’kilogrammi) abbord (aggregat) jew

3.

Il-piż totali tal-ħut (f’kilogrammi) maħtut

CIF speċi mhux magħduda

216

Għadd tal-ħut

NF

L-għadd tal-ħut (meta l-qabda tkun trid tiġi rreġistrata skond l-għadd ta’ ħut jiġifieri salamun, tonn)

CIF

217

Kwantità miżmuma fix-xbieki

NQ

L-istima tal-kwantità miżmuma fix-xbieki jiġifieri mhux fl-istiva

O

218

Għadd miżmum fix-xbieki

NB

L-istima tal-għadd ta’ ħut miżmum fix-xkieki jiġifieri mhux fl-istiva

O

219

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Iż-żona ġeografika fejn tkun seħħet il-parti l-kbira tal-qabda

Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-RAS)

C

220

Tip ta’ rkaptu

GE

Kodiċi tal-ittri skond il-“Klassifikazzjoni ta' Statistika Standard Internazzjonali għall-Irkaptu tas-Sajd”

CIF dikjarazzjoni ta’ żbark għal ċerti speċi u żoni tal-qbid biss

221

Subdikjarazzjoni tal-ipproċessar

PRO

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-PRO)

CIF għall-ħatt (dikjarazzjoni tat-trasbord)

222

 

 

 

 

223

PRO: Subdikjarazzjoni tal-ipproċessar

 

L-ipproċessar/il-preżentazzjoni għal kull speċi li tinħatt

 

224

Bidu tas-subdikjarazzjoni tal-ipproċessar

PRO

Tag li tinkludi dettalji dwar l-ipproċessar tal-ħut

C

225

Kategorija tal-freskezza tal-ħut

FF

Il-kategorija tal-freskezza tal ħut (A, B, E)

C

226

Bidu tal-preżervazzjoni

PS

Kodiċi tal-ittri għall-istat tal-ħut eż. ħaj, iffriżat, immellaħ. Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

227

Preżentazzjoni tal-ħut

PR

Kodiċi tal-ittri għall-preżentazzjoni tal-prodott (jirrifletti l-mod tal-ipproċessar): uża l-kodiċijiet li jinsabu fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

228

Tip ta’ imballaġġ tal-ipproċessar

TY

Kodiċi ta’ 3 ittri (CRT=kaxex tal-kartun, BOX=kaxxi, BGS=boroż, BLC=blokki)

CIF (LAN jew TRA)

229

Għadd ta’ unitajiet għall-imballaġġ

NN

Għadd ta’ unitajiet għall-imballaġġ: kaxex tal-kartun, kaxex, boroż kontenituri, blokki eċċ.

CIF (għal-LAN jew TRA)

230

Piż medju ta’ kull unità ta’ imballaġġ

AW

Piż tal-prodott (kg)

CIF (għal-LAN jew TRA)

231

Fattur ta’ konverżjoni

CF

Fattur numeriku li jiġi applikat għall-konverżjoni tal-piż tal-ħut ipproċessat f’piż tal-ħut ħaj

O

232

 

 

 

 

233

Meta t-tip ta’ messaġġ ikun SAL (TM=SAL)

 

SAL huwa messaġġ tal-bejgħ

 

234

L-attributi li ġejjin jeħtieġ li jiġu speċifikati

 

Il-messaġġ tal-bejgħ jista’ jkun jew linja ta’ Nota ta’ Bejgħ jew linja ta’ tal-Akkwist

 

235

Bidu tal-irreġistrar tal-bejgħ

SAL

Tag li tindika l-bidu tal-irreġistrar tal-bejgħ

C

236

Numru tar-Reġistrazzjoni tal-Flotta Komunitarja tal-bastiment

IR

Bil-format AAAXXXXXXXXX fejn A tkun ittra kbira li tindik al-pajjiż tal-ewwel reġistrazzjoni fl-UE u X tkun ittra jew numru

C

237

Kodiċi tas-sejħa bir-radju tal-bastiment

RC

Kodiċi internazzjonali ta’ sejħa bir-radju

CIF CFR mhux aġġornati

238

Identifikazzjoni esterna tal-bastimenti

XR

In-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li jħott il-ħut li jidher fuq il-buq tiegħu

O

239

Pajjiż tar-reġistrazzjoni

FS

Kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3

C

240

Isem il-bastiment

NA

L-isem tal-bastiment li jħott il-ħut

O

241

Dikjarazzjoni tat-SLI

SLI

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SLI)

CIF bejgħ

242

Dikjarazzjoni tat-TLI

TLI

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-TLI)

CIF trasferiment

243

 

 

 

 

244

SLI: dikjarazzjoni tal-linja tal-bejgħ

 

 

 

245

Bidu tad-dikjarazzjoni tal-linja tal-Bejgħ

SLI

Tag li tinkludi d-dettalji dwar il-bejgħ tal-kunsinna

C

246

Data

DA

Id-data tal-bejgħ (SSSS-XX-JJ).

C

247

Pajjiż tal-bejgħ

SC

Il-pajjiż fejn sar il-bejgħ (kodiċi tal-pajjiż ISO alpha-3)

C

248

Post tal-bejgħ

SL

Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) tinsab fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

249

Isem il-bejjiegħ

NS

L-isem taċ-ċentru tal-irkant, entità jew persuna oħra li jbigħu l-ħut

C

250

Isem ix-xerrej

NB

L-isem tal-entità jew il-persuna li tixtri l-ħut

C

251

In-numru ta’ referenza tal-kuntratt tal-bejgħ

CN

In-numru ta’ referenza tal-kuntratt tal-bejgħ

C

252

Subdikjarazzjoni tad-dokument tas-sors

SRC

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tas-SRC)

C

253

Subdikjarazzjoni tal-kunsinna mibjugħa

CSS

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tas-CSS)

C

254

 

 

 

 

255

Subdikjarazzjoni SRC

 

L-awtoritajiet tal-istat tal-bandiera għandhom jimxu lura għad-dokument ta’ sors, u jintraċċaw id-dejta mil-ġurnal ta’ abbord u d-dejta dwar il-ħatt l-art.

 

256

Bidu tas-subdikjarazzjoni tad-dokument tas-sors

SRC

Tag li tinkludi d-dettalji dwar id-dokument tas-sors għall-kunsinna mibjugħa

C

257

Data tal-ħatt l-art

DL

Id-data tal-ħatt l-art (SSSS-XX-JJ).

C

258

Isem il-pajjiż u isem il-port

PO

L-isem tal-pajjiż u l-isem tal-port tal-ħatt l-art. Il-lista tal-kodiċijiet tal-portijiet (CCPPP) tinsab fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

259

 

 

 

 

260

Sottodikjarazzjoni- CSS

 

 

 

261

Bidu tas-sottodikjarazzjoni tal-kunsinna mibjugħa

CSS

Tag li tinkludi d-dettalji dwar il-prodott mibjugħ

C

262

Isem l-ispeċi

SN

L-isem tal-ispeċi mibjugħa (kodiċi alpha-3 tal-FAO)

C

263

Piż tal-ħut mibjugħ

WT

Il-piż tal-ħut mibjugħ (f’kilogrammi)

C

264

Numru ta’ ħut mibjugħ

NF

L-għadd ta’ ħut (meta l-qabda tkun trid tiġi rreġistrata skond l-għadd ta’ ħut jiġifieri salamun, tonn)

CIF

265

Il-prezz tal-ħut

FP

Il-prezz għal kull Kg

C

266

Munita tal-bejgħ

CR

Munita tal-prezz tal-bejgħ - Il-lista tas-simboli/kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

C

267

Kategorija tad-daqs tal-ħut

SF

Id-daqs tal-ħut, (1-8; daqs wieħed jew kg, g, ċm, mm jew għadd ta’ ħut kull kg skond xi jkun xieraq)

CIF

268

Destinazzjoni tal-prodott (skop)

PP

Il-kodiċi għall-konsum uman, għat-trasferta u għall-għanijiet industrijali

CIF

269

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-RAS)

C

270

Subdikjarazzjoni tal-ipproċessar PRO

PRO

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-PRO)

C

271

Irtirat

WD

Irtirat minn Organizzazzjoni tal-Produtturi (Y – iva, N-le, T-temporanju

C

272

Kodiċi tal-użu P.O.

OP

Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

O

273

Bidu tal-preżervazzjoni

PS

Kodiċi tal-ittri għall-istat tal-ħut eż. ħaj, iffriżat, immellaħ. Il-lista tal-kodiċijiet se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat.

CIF meta rtirat temporanjament

274

 

 

 

 

275

TLI: dikjarazzjoni ta’ trasferiment tas-sjieda tal-kunsinna

 

 

 

276

Bidu tad-dikjarazzjoni TLI

TLI

Tag għad-dettalji tat-trasferiment

C

277

Data

DA

Id-data tat-trasferiment (SSSS-XX-JJ).

C

278

Pajjiż tat-trasferiment

SC

Il-pajjiż fejn ikun sar it-trasferiment (kodiċi ISO alpha-3 tal-pajjiż)

C

279

Post tat-trasferiment

SL

Il-kodiċi tal-port jew l-isem tal-post (jekk mhux fil-port) fejn ikun sar it-trasferiment- il-lista tinsab fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jkun speċifikat: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control_enforcement_en.htm

C

280

Isem l-organizzazzjoni li rċeviet il-kunsinna

NT

Isem l-organizzazzjoni li rċeviet il-ħut

C

281

Numru ta' referenza tal-kuntratt tat-trasferiment

CN

Numru ta' referenza tal-kuntratt tat-trasferiment

O

282

Subdikjarazzjoni SRC

SRC

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-SRC)

C

283

Subdikjarazzjoni tal-akkwist

CST

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-CST)

C

284

 

 

 

 

285

Subdikjarazzjoni CST

 

 

 

286

Bidu tal-linja għal kull kunsinna akkwista

CST

Tag li tinkludi linja ta’ dettall għal kull speċi akkwistata

C

287

Isem l-ispeċi

SN

L-isem tal-ispeċi mibjugħa (kodiċi alpha-3 tal-FAO)

C

288

Il-piż tal-ħut akkwistat

WT

Il-piż tal-ħut akkwistat (f’kilogrammi)

C

289

Għadd tal-ħut akkwistat

NF

L-għadd ta’ ħut (meta l-qabda tkun trid tiġi rreġistrata skond l-għadd ta’ ħut jiġifieri salamun, tonn)

CIF

290

Kategorija tad-daqs tal-ħut

SF

Id-daqs tal-ħut, (1-8; daqs wieħed jew kg, g, ċm, mm jew għadd ta’ ħut kull kg skont xi jkun xieraq)

C

291

Subdikjarazzjoni taż-żona rilevanti

RAS

Il-lista tal-kodiċijiet għas-sajd u sforzi/żoni ta' konservazzjoni se titqiegħed fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat. (Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-RAS)

O

292

Subdikjarazzjoni tal-ipproċessar PRO

PRO

(Ara d-dettalji tas-sottoelementi u l-attributi tal-PRO)

C


(1)  Dan l-anness jissostitwixxi b’mod sħiħ l-anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2007 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament

(*)  Obbligatorju jekk mitlub mir-regoli Komunitarji jew ftehimiet internazzjonali jew bilaterali

(**)  Meta s-CIF ma japplikax, allura n-notazzjoni mhijiex obbligatorja

1.

Id-definizzjonijiet tal-ġabra ta’ karattri li jinutżaw għall-ERS huma disponibbli fuq http://europa.eu.int/idabc/en/chapter/556 u huma l-Western Character set (UTF-8);

2.

Il-kodiċijiet kollha (jew ir-referenzi adegwati) sejrin jiġu elenkati fuq il-websajt tas-Sajd tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat: http://ec.europa.eu/fisheries/cfp/control_enforcement_en.htm (inklużi l-kodiċi għall-korrezzjonijiet, il-portijiet, iż-żoni tas-sajd, l-intenzjonijiet għall-ħruġ mill-port, ir-raġunijiet għad-dħul lura fil-port, it-tip ta’ sajd/l-ispeċi fil-mira, il-kodiċi għad-dħul fiż-żoni ta’ konservazzjoni/ħidma tas-sajd u kodiċi jew referenzi oħra;

3.

Il-kodiċijiet kollha bi tliet karattri huma elementi XML (codiċi ta’ tliet karattri), il-kodiċijiet kollha b’żewġ karattri huma attributi XML;

4.

Il-fajls tal-kampjuni XML u d-definizzjoni ta’ referenza XSD tal-aness ta’ hawn fuq se jitqiegħdu fuq il-websajt tal-KE, f’post li għandu jiġi speċifikat;

5.

Il-piżijiet kollha fit-tabella huma espressi f’kilogrammi u, jekk meħtieġ b’sa 2 deċimali ta’ preċiżjoni.


4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1078/2008

tat-3 ta’ Novembru 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), b’mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (2) jistabbilixxi bażi soda għall-analiżi tas-sajd u biex tkun provduta l-formulazzjoni ta’ parir xjentifiku sod għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(2)

Il-Kummissjoni għandha taddotta programm Komunitarju multi-annwali skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 li fuqu l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu programmi nazzjonali multi-annwali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta.

(3)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jipprovdi, fost azzjonijiet oħra, għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għal miżuri fil-qasam tal-ġbir ta’ dejta bażika. Barra minn hekk, l-Artikolu 24 ta’ dak ir-Regolament jeħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi kull sena dwar il-kontribuzzjoni Komunitarja annwali għal dawk il-miżuri.

(4)

Minħabba l-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli u l-proċeduri li l-Istati Membri għandhom isegwu sabiex jibbenefikaw mill-għajnuna finanzjarja Komunitarja għan-nefqa li ssir fil-qasam tal-ġbir tad-dejta. Jixraq ukoll li n-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn ir-regoli u l-proċeduri jwassal għall-esklużjoni tal-infiq.

(5)

Il-kontribuzzjoni Komunitarja annwali għandha tkun ibbażata fuq il-previżjonijiet baġitarji annwali li għandhom jiġu evalwati, waqt li jitqiesu l-programmi nazzjonali stabbiliti mill-Istati Membri.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-Komunità jiġu allokati b’mod effiċjenti, il-previżjoni baġitarja annwali għandha tkun konsistenti mal-attivitajiet previsti fil-programm nazzjonali.

(7)

Sabiex il-proċeduri jkunu simplifikati, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli u l-format tas-sottomissjoni mill-Istati Membri tal-previżjoni baġitarja annwali fir-rigward tat-twettiq tal-programmi nazzjonali. Huma biss l-ispejjeż li jkunu direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali, li jkunu ġustifikati kif jixraq u li jkunu saru attwalment mill-Istati Membri, li għandhom jitqiesu eliġibbli. F’dan ir-rigward, huwa rilevanti wkoll li jiġu ċċarati l-irwol u l-obbligi tal-imsieħba u tas-sottokuntratturi fl-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

(8)

Fir-rigward tal-possibbiltà li jiġu emendati l-aspetti tekniċi tal-programmi multi-annwali kif previst fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008, jixraq li jiġu stabbiliti r-regoli li skondhom l-Istati Membri jistgħu jemendaw b’mod adegwat il-fondi meħtieġa għall-implimentazzjoni xierqa tal-programmi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jitħallew jallokaw il-fondi mill-ġdid bejn il-kategoriji differenti ta’ nfiq, jekk dan jitqies ta’ benefiċċju għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali.

(9)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jiġi żgurat li t-talbiet għar-rimborż tan-nefqa jkunu skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-kontribuzzjoni annwali tal-Komunità. Dawk ir-regoli għandhom jinkludu l-proċedura għas-sottomissjoni u l-approvazzjoni ta’ dawn it-talbiet. Fejn jixraq, it-talbiet li ma jkunux konformi ma’ dawk ir-regoli għandhom jiġu ddiżimpenjati.

(10)

Jixraq li l-ħlasijiet isiru f’żewġ pagamenti, biex b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità matul il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-programm.

(11)

Sabiex jiġi żgurat l-użu korrett tal-fondi Komunitarji, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Verifika għandhom ikunu f’pożizzjoni sabiex jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament u għandhom, għal dan il-għan, ikunu fornuti bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti sabiex iwettqu l-verifiki u l-korrezzjonijiet finanzjarji kif stipulat fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għas-Sajd u l-Akkwakultura.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 rigward il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa li tkun saret mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd.

Artikolu 2

Sottomissjoni tal-previżjoni baġitarja annwali

1.   L-Istati Membri li jixtiequ jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għall-implimentazzjoni tal-programmi multi-annwali tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-programm nazzjonali”, għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ qabel il-perjodu tal-implimentazzjoni ta’ dak il-programm:

(a)

previżjoni baġitarja annwali għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-programm nazzjonali u

(b)

previżjonijiet baġitarji annwali indikattivi għal kull sena oħra tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali.

2.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu previżjonijiet baġitarji annwali definittivi għal kull sena tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tagħhom, wara dik tal-ewwel, fejn dawn ikunu differenti mill-previżjonijiet baġitarji annwali indikattivi diġà sottomessi. Il-previżjonijiet baġitarji annwali definittivi għandhom jiġu sottomessi sal-31 ta’ Ottubru qabel is-sena tal-implimentazzjoni kkonċernata.

3.   Għall-ewwel programm nazzjonali li jkopri l-perjodu 2009-2010, il-previżjonijiet baġitarji annwali għandhom ikunu sottomessi sal-15 ta’ Ottubru 2008.

Artikolu 3

Kontenut tal-previżjoni baġitarja annwali

1.   Il-previżjoni baġitarja annwali għandu jkollha n-nefqa annwali ppjanata li Stat Membru jkun mistenni li jagħmel għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali tiegħu.

2.   Il-previżjoni baġitarja annwali għandha tiġi ppreżentata:

(a)

skond il-kategorija tan-nefqa kif stipulat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(b)

skond il-modulu kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi programm Komunitarju multi-annwali dwar il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta għas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura; u

(ċ)

fejn rilevanti, skond ir-reġjun kif definit fl-Artikolu 1(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 (3).

3.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-previżjoni baġitarja annwali b’mezzi elettroniċi u billi jużaw il-formoli finanzjarji stabbiliti u kkomunikati lilhom mill-Kummissjoni.

Artikolu 4

Evalwazzjoni tal-previżjoni baġitarja annwali

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali billi tikkunsidra l-programmi nazzjonali approvati skond l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

2.   Sabiex issir evalwazzjoni tal-previżjoni baġitarja annwali, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru sabiex iforni aktar kjarifiki dwar in-nefqa kkonċernata. L-Istat Membru għandu jforni tali kjarifiki fi żmien 15-il jum tax-xogħol mit-talba tal-Kummissjoni.

3.   Jekk l-Istat Membru jonqos milli jikkomunika kjarifikazzjoni suffiċjenti sad-data tal-għeluq imsemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista’ teskludi kif jixraq in-nefqa kkonċernata mill-previżjoni baġitarja annwali rispettiva li trid tiġi approvata.

Artikolu 5

Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u tiddeċiedi dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Komunità għal kull programm nazzjonali skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u fuq il-bażi tar-riżultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4.

Artikolu 6

Emendi għall-previżjoni baġitarja annwali approvata

1.   L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati sabiex jittrasferixxu l-ammonti stabbiliti fil-previżjoni baġitarja annwali, approvata skond l-Artikolu 5, bejn il-moduli u l-kategoriji ta’ nfiq fl-istess reġjun biss, sakemm:

(a)

l-ammonti ttrasferiti ma jaqbżux 50 000 EUR jew 10 % tal-baġit totali approvat għar-reġjun fejn l-ammont ta’ dak il-baġit ikun inqas minn 500 000 EUR;

(b)

dawn jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa għat-trasferiment;

2.   Kull emenda oħra fil-previżjoni baġitarja annwali approvata skond l-Artikolu 5 għandha tkun ġustifikata kif jixraq u tiġi approvata mill-Kummissjoni qabel ma ssir in-nefqa.

Artikolu 7

Nefqa eliġibbli

1.   Sabiex tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, in-nefqa għandha:

(a)

tkun saret attwalment mill-Istat Membru;

(b)

tikkonċerna azzjoni prevista fil-programm nazzjonali;

(ċ)

tkun indikata fil-previżjoni baġitarja annwali;

(d)

taqa’ f’waħda mill-kategoriji elenkati fl-Anness I;

(e)

tikkonċerna azzjoni li tkun saret skond il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 199/2008 u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tiegħu;

(f)

tkun tista’ tiġi identifikata u verifikata, b’mod partikolari billi tiġi reġistrata fil-kotba tal-kontijiet tal-Istat Membru u tal-imsieħba tiegħu;

(g)

tkun stabbilita skond l-istandards ta’ kontabbiltà applikabbli u konformi mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali;

(h)

tkun raġonevoli, ġustifikata, u konformi mar-rekwiżiti ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza;

(i)

tkun saret matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-azzjoni kif previst fil-programm nazzjonali.

2.   Nefqa eliġibbli għandha tkun relatata ma’:

(a)

l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ dejta li ġejjin:

il-ġbir ta’ dejta dwar is-siti tat-teħid ta’ kampjuni kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 permezz ta’ kampjuni diretti jew intervisti u mistoqsijiet;

sorveljanza fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u dak rikreattiv kif stipulat fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008;

stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008

(b)

l-attivitajiet ta’ ġestjoni tad-dejta li ġejjin, kif previst fil-programm multi-annwali tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008:

żvilupp ta’ databases u websajts,

input ta’ dejta (ħażna),

kontroll tal-kwalità u l-validazzjoni tad-dejta,

proċessar tad-dejta minn dejta primarja f’dejta dettaljata jew aggregata

proċess ta’ trasformazzjoni ta’ dejta primarja soċjo-ekonomika f’metadejta;

(ċ)

l-attivitajiet ta’ użu ta’ dejta li ġejjin, kif previst fil-programm multi-annwali tal-Komunità msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008:

produzzjoni ta’ settijiet ta’ dejta u l-użi tagħhom għas-sostenn tal-analiżi xjentifika bħala bażi għall-parir lill-amministrazzjoni tas-sajd,

stimi ta’ parametri bijoloġiċi (età, piż, sess, maturità u fertilità),

preparazzjoni ta’ settijiet ta’ dejta għall-valutazzjonijiet tal-istokkijiet, għall-immudellar bijo-ekonomiku u għall-analiżi xjentifika li tikkorrispondi.

Artikolu 8

Nefqa mhux eliġibbli

In-nefqa li ġejja mhijiex eliġibbli għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità:

(a)

marġni ta’ profitt, fornimenti u djun mitlufa;

(b)

interessi dovuti u spejjeż bankarji;

(ċ)

spejjeż medji tax-xogħol;

(d)

spejjeż indiretti bħal: bini u siti, amministrazzjoni, impjegati ta’ sostenn, provvisti tal-uffiċċju, infrastruttura, spejjeż tal-operat u ta’ manutenzjoni, bħalma huma spejjeż ta’ telekomunikazzjoni, oġġetti u servizzi;

(e)

tagħmir li ma jintużax għall-ġbir ta’ dejta u għall-ġestjoni, bħal scanners, printers, telefowns ċellulari, walkie-talkies, vidjos u kameras;

(f)

xiri ta’ vetturi;

(g)

spejjeż ta’ distribuzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u reklamar għall-promozzjoni ta’ prodotti u attivitajiet kummerċjali;

(h)

spejjeż ta’ divertiment, għajr dawk meqjusa mill-Kummissjoni bħala strettament neċessarji sabiex jitwettaq il-programm nazzjonali;

(i)

infiq fuq affarijiet ta’ lussu u pubbliċità

(j)

l-infiq kollu fuq programmi/proġetti oħra ffinanzjati minn parti terza;

(k)

l-infiq kollu sabiex jiġu protetti r-riżultati tax-xogħol imwettaq taħt il-programm nazzjonali;

(l)

kwalunkwe tip ta’ taxxa li tista’ tiġi rkuprata (inkluża l-VAT);

(m)

riżorsi li jkunu disponibbli għall-Istat Membru b’xejn;

(n)

il-valur tal-kontribuzzjonijiet in natura;

(o)

spejjeż mhux neċessarji jew li rriżultaw minn deċiżjonijiet ħżiena.

Artikolu 9

Implimentazzjoni tal-programmi

1.   L-Istati Membri jistgħu jkunu megħjunin minn imsieħba għall-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali. L-imsieħba għandhom ikunu organizzazzjonijiet li jkunu identifikati b’mod espliċitu fil-programm nazzjonali sabiex jgħinu lill-Istati Membri jimplimentaw il-programm nazzjonali kollu jew parti sinjifikanti minnu. L-imsieħba jkunu involuti direttament fl-implimentazzjoni teknika ta’ wieħed mill-kompiti jew aktar tal-programm nazzjonali u jkunu soġġetti għall-istess obbligi bħall-Istati Membri fejn tkun ikkonċernata l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

2.   L-imsieħba m’għandhomx jaġixxu, fil-kuntest tal-programm, bħala sottokuntratturi għall-Istat Membru jew imsieħba oħra.

3.   Għal perjodu fiss, kompiti speċifiċi tal-programm nazzjonali jistgħu jsiru minn subkuntratturi, li ma għandhomx jitqiesu bħala msieħba. Is-subkuntratturi għandhom jkunu persuni fiżiċi jew legali li jfornu servizzi lill-Istati Membri u/jew l-imsieħba. Kwalunkwe rikors għal subkuntrattar waqt il-kors tal-azzjoni, jekk ma jkunx previst fil-proposta inizjali tal-programm, għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Kummissjoni.

Artikolu 10

Sottomissjoni tat-talbiet għar-rimborż

1.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni t-talbiet għar-rimborż tal-infiq li jkun sar għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju ta’ kull sena ta’ wara s-sena kalendarja kkonċernata. Dawk it-talbiet għandhom jikkonsistu minn:

(a)

ittra li tiddikjara l-ammont totali mitlub għar-rimborż, li tindika b’mod ċar il-punti elenkati fl-Anness II;

(b)

rapport finanzjarju, ippreżentat skond il-kategorija tan-nefqa, il-modulu u, fejn rilevanti, skond ir-reġjun kif indikat fil-formoli finanzjarji msemmija fl-Artikolu 3(3). Ir-rapport finanzjarju għandu jiġi ppreżentat fil-format stabbilit u kkomunikat lill-Istati Membri mill-Kummissjoni;

(ċ)

dikjarazzjoni tan-nefqa kif definit fl-Anness III; u

(d)

id-dokument ta’ sostenn rilevanti kif indikat fl-Anness I;

2.   It-talbiet għar-rimborż għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi.

3.   Meta jissottomettu t-talbiet għar-rimborż, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jivverifikaw u jiċċertifikaw li:

(a)

l-azzjonijiet imwettqa u d-dikjarazzjoni tan-nefqa mġarrba taħt id-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 jkunu jikkorrispondu għall-programm nazzjonali kif approvat mill-Kummissjoni;

(b)

it-talba għar-rimborż tkun konformi mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7 u 8;

(ċ)

in-nefqa tkun saret skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 861/2006, dan ir-Regolament, id-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 u l-leġislazzjoni tal-Komunità dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

Artikolu 11

Evalwazzjoni tat-talbiet għar-rimborż

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjonijiet tat-talbiet għar-rimborż dwar il-konformità ta’ dawn ma’ dan ir-Regolament.

2.   Bil-għan li ssir evalwazzjoni tat-talba għar-rimborż, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru sabiex iforni aktar kjarifiki. L-Istat Membru għandu jforni tali kjarifiki fi żmien 15-il jum tax-xogħol mit-talba tal-Kummissjoni.

Artikolu 12

Esklużjoni mir-rimborż

Jekk l-Istat Membru jonqos milli jikkomunika kjarifika suffiċjenti sad-data tal-għeluq imsemmija fl-Artikolu 11(2) u l-Kummissjoni tqis li t-talba għar-rimborż mhie konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni titlob lill-Istat Membru sabiex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien 15-il ġurnata kalendarja. Jekk l-eżami jikkonferma n-nuqqas ta’ konformità, il-Kummissjoni għandha tirrifjuta li tirrimborża n-nefqa kollha, jew parti minnha, li hija kkonċernata man-nuqqas ta’ konformità u, fejn jixraq, titlob għar-rimborż ta’ ħlasijiet mhux dovuti jew inkella tiddiżimpenja l-ammonti pendenti.

Artikolu 13

Approvazzjoni tat-talbiet għar-rimborż

Il-Kummissjoni għandha tapprova t-talbiet għar-rimborż fuq il-bażi tal-eżitu tal-proċedura stipulata fl-Artikoli 11 u 12.

Artikolu 14

Ħlasijiet

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità mogħtija lil Stat Membru skond l-Artikolu 8 għal kull sena ta’ implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għandha titħallas f’żewġ pagamenti kif ġej:

(a)

ħlas ta’ qabel il-finanzjament ekwivalenti għal 50 % tal-kontribuzzjoni tal-Komunità. Dak il-pagament għandu jsir wara n-notifikazzjoni lill-Istat Membru dwar id-Deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5 u wara l-irċevuta ta’ ittra li fiha ssir talba għall-ħlas ta’ qabel il-finanzjament u li tiddikjara biċ-ċar il-punti elenkati fl-Anness II;

(b)

ħlas tal-bilanċ annwali bbażat fuq it-talba tar-rimborż imsemmija fl-Artikolu 10. Il-ħlas għandu jsir fi żmien 45 ġurnata mill-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, tat-talba għar-rimborż imsemmija fl-Artikolu 12.

2.   Tnaqqis bħala penali kif imsemmi fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandu jsir fuq il-ħlas tal-bilanċ annwali kif imsemmi fil-paragrafu 1(b).

3.   Talbiet addizzjonali għan-nefqa u dokumenti oħra ta’ sostenn ma jiġux aċċettati wara li jkun sar il-ħlas tal-bilanċ.

Artikolu 15

Munita

1.   Il-previżjonijiet baġitarji annwali u t-talbiet għar-rimborż għandhom ikunu mfissra f’ewro.

2.   Għall-ewwel sena ta’ implimentazzjoni tal-programm nazzjonali, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Marzu ta’ kull sena qabel il-perjodu tal-implimentazzjoni ta’ dak il-programm. Għall-ewwel programm nazzjonali li jkopri l-perjodu 2009-2010, id-data għandha tkun l-1 ta’ Ottubru 2008.

3.   Għal kull sena tal-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali wara dik tal-ewwel, l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandhom japplikaw ir-rata tal-kambju ppubblikata fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel dik tal-implimentazzjoni kkonċernata.

4.   L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fit-tielet fażi tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja għandhom jispeċifikaw ir-rata tal-kambju użata fil-previżjoni baġitarja annwali u fit-talba għar-rimborż.

Artikolu 16

Verifiki u korrezzjonijiet finanzjarji

L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri bi kwalunkwe informazzjoni li dawk l-istituzzjonijiet jistgħu jitolbu għall-verifiki u l-korrezzjonijiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan il-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika għan-nefqa li tkun saret mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membi kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.


ANNESS I

Eliġibbiltà tan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali

Il-kategoriji tan-nefqa eliġibbli għandhom jinkludu dawn li ġejjin jew uħud minnhom:

(a)

Spejjeż tal-impjegati:

spejjeż għall-ħin iddedikat għall-programm nazzjonali mill-personal xjentifiku jew tekniku biss,

l-ispejjeż tal-impjegati għandhom jiġu stabbiliti fir-rigward tal-ħin tax-xogħol iddedikat attwalment għall-programm nazzjonali u jiġu kkalkulati b’referenza għall-ispejjeż attwali tax-xogħol (pagi, spejjeż soċjali, kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u l-pensjonijiet), iżda jeskludu kwalunkwe spejjeż oħra,

il-kalkulazzjoni tar-rati bis-siegħa/ġurnata għandha ssir fuq il-bażi ta’ 210 jum produttiv fis-sena,

il-ħin iddedikat mill-impjegati għall-programm għandu jidher b’mod sħiħ fir-rekords (l-iskedi tal-ħin) u jiġi ċċertifikat mill-inqas darba fix-xahar mill-persuna responsabbli. L-iskedi tal-ħin għandhom ikunu disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba.

(b)

Spejjeż tal-ivvjaġġar:

l-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom ikunu stabbiliti skond ir-regoli interni tal-Istat Membri jew l-imsieħba. Għall-ivvjaġġar barra l-Komunità, il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni huwa meħtieġ jekk ma jkunx speċifikat fil-programm nazzjonali.

(ċ)

Prodotti li jservu:

il-prodotti li jservu għandu jkollhom ħajja mistennija li ma tkunx iqsar mill-perjodu li matulu jsir ix-xogħol tal-programm. Dawn jiġu inklużi fl-inventarju tal-oġġetti li jservu, jew li jitqiesu bħala assi, skond il-metodi, ir-regoli u l-prinċipji ta’ kontabbiltà tal-Istat Membru jew l-imsieħba kkonċernati,

għall-finijiet li tiġi kkalkulata n-nefqa eliġibbli, l-oġġetti li jservu jitqiesu li jkollhom ħajja probabbli ta’ 36 xahar fil-każ ta’ apparat tal-kompjuter ta’ valur li ma jaqbiżx EUR 25 000, u 60 xahar fil-każ ta’ oġġetti oħra. L-ammont eliġibbli jiddependi fuq il-ħajja mistennija tal-oġġetti fir-rigward tal-perjodu tal-programm, bil-kundizzjoni li l-perjodu użat sabiex jiġi kkalkulat dan l-ammont jibda fid-data attwali tal-bidu tal-programm, jew fid-data tax-xiri tal-oġġetti fejn dan isir wara d-data tal-bidu, u jintemm fid-data tat-tkomplija tal-programm. Irid jitqies ukoll l-użu li jkun sar tal-oġġetti matul dak il-perjodu,

bħala eċċezzjoni, apparat li jservi jista’ jkun inxtara, jew inkera b’għażla li jinxtara fi żmien 6 xhur, qabel il-ġurnata tal-bidu tal-programm nazzjonali,

ir-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ xiri ta’ oġġetti li jservu,

in-nefqa relatata mal-oġġetti li jservu għandha tiġi ġġustifikata b’fatturi ċċertifikati, li jikkonfermaw id-data tal-kunsinna, u għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa.

(d)

Materjali u fornimenti ta’ konsum inkluż l-ispejjeż ta’ komputazzjoni:

il-materjali u l-fornimenti ta’ konsum huma materji primi ta’ konsum għax-xiri, il-produzzjoni, it-tiswija jew l-użu ta’ kwalunkwe oġġett jew apparat li jkollu ħajja probabbli iqsar mill-perjodu tax-xogħol tal-programm. Dawn ma jkunux inklużi fl-inventarju tal-oġġetti li jservu tal-Istat Membru jew tal-imsieħba kkonċernati, jew ma jitqisux bħala assi skond il-prinċipji, ir-regoli u l-metodi ta’ kontabbiltà tal-Istat Membru jew tal-imsieħba kkonċernati,

id-deskrizzjoni tagħhom għandha tkun dettaljata biżżejjed sabiex tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà tagħhom,

l-ispejjeż ta’ komputazzjoni eliġibbli jikkonċernaw l-istabbiliment u l-forniment lill-Istati Membri ta’ softwer għall-ġestjoni u l-interrogazzjoni ta’ databases.

(e)

Spejjeż fuq bastimenti:

għal stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, inkluż dak li jsir fuq bastimenti reġistrati, l-ispejjeż tal-kera u dawk operattivi huma eliġibbli. Kopja ċċertifikata tal-fattura għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa,

meta bastiment ikun il-proprjetà tal-Istat Membru jew l-imsieħeb, għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni, flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa, analiżi dettaljata li turi kif ġew ikkalkulati l-ispejjeż tal-operat.

(f)

Spejjeż ta’ subkuntrattar/għajnuna esterna:

subkuntrattar/għajnuna esterna tikkonċerna servizzi standard u mhux innovattivi fornuti lill-Istat Membru u/jew lill-imsieħba li ma jkunux jistgħu jfornu dawn is-servizzi huma nfushom. Dawn l-ispejjeż m’għandhomx jirrappreżentaw iktar minn 20 % tal-baġit annwali ġenerali approvat. L-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-Kummissjoni tkun meħtieġa meta l-ammont kumulattiv tas-subkuntratti fil-programm nazzjonali jaqbeż il-limitu speċifikat aktar ’il fuq,

is-subkuntratti għandhom jingħataw minn Stat Membru/imsieħeb skond ir-regoli applikabbli dwar is-sejħat għall-offerti pubbliċi u skond id-Direttivi tal-Komunità dwar il-proċeduri tal-akkwist pubbliku,

il-fatturi kollha tas-subkuntratturi għandhom jinkludu referenza ċara għall-programm nazzjonali u l-modulu (jiġifieri n-numru u t-titolu jew it-titolu fil-qosor). Il-fatturi kollha għandhom ikunu dettaljati biżżejjed sabiex jippermettu l-identifikazzjoni ta’ kull oġġetti kopert bis-servizz fornut (jiġifieri deskrizzjoni ċara u l-ispiża għal kull oġġett),

l-Istati Membri u l-imsieħba għandhom jiżguraw li kull subkuntratt jipprovdi b’mod espliċitu biex il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-poteri ta’ kontroll tagħhom, abbażi tad-dokumenti u fuq il-post, fuq is-subkuntrattur li jkun irċieva l-fondi tal-Komunità,

il-pajjiżi barra l-Komunità jistgħu, jekk il-kontribuzzjoni tagħhom titqies bħala neċessarja għat-twettiq tal-programmi komunitarji, jipparteċipaw bħala subkuntratturi fi programm nazzjonali bl-approvazzjoni miktuba minn qabel tal-Kummissjoni,

kopja ċċertifikata tal-kuntratt mas-subkuntrattur u l-provi sussegwenti tal-ħlas għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa.

(g)

Spejjeż speċifiċi oħra

kwalunkwe nefqa addizzjonali jew mhux prevista oħra li ma taqax f’waħda mill-kategoriji ta’ aktar ‘il fuq jistgħu jiġu addebitati lill-programm biss bi ftehim minn qabel mal-Kummissjoni, sakemm dawn ikunu previsti diġà fil-previżjoni baġitarja annwali.

(h)

Sostenn għal parir xjentifiku

l-istipendji ta’ kuljum, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar huma eliġibbli għal sakemm idumu l-laqgħat imsemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 665/2008 skond ir-regola stabbilita fl-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 665/2008,

kopja ċċertifikata tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ sostenn għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni flimkien mad-dikjarazzjoni tan-nefqa.


ANNESS II

Kontenut tal-ittra li tiddikjara l-ammont mitlub għar-rimborż jew mitlub bħala ħlas ta’ qabel il-finanzjament

L-ittra li tiddikjara l-ammont mitlub għar-rimborż jew mitlub bħala ħlas ta’ qabel il-finanzjament għandha tindika b’mod ċar:

(1)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li għaliha din tirreferi (l-Artikolu u l-Anness rilevanti);

(2)

ir-referenza għall-programm nazzjonali;

(3)

l-ammont mitlub mill-Kummissjoni mfisser f’Ewro, VAT eskluża;

(4)

it-tip ta’ talba (ħlas ta’ qabel il-finanzjament, ħlas tal-bilanċ);

(5)

il-kont bankarju li fih għandu jsir it-trasferiment.


ANNESS III

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA

(li għandha tintbagħat lit-Taqsima MARE.C4 permezz ta’ kanali uffiċjali)

NEFQA PUBBLIKA SOSTNUTA FIT-TWETTIQ TAL-PROGRAMM NAZZJONALI GĦALL-ĠBIR TA’ DEJTA

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’/Nru …

Referenza nazzjonali (jekk hemm) …

ĊERTIFIKAT

Jiena, is-sottoskritt, … li nirrappreżenta lill-awtorità … responsabbli għall-proċeduri finanzjarji u ta’ kontroll rilevanti, bil-preżenti niċċertifika, wara verifika, li n-nefqa eliġibbli kollha inkluża fid-dokumenti hawn mehmuża, li tirrappreżenta l-ispiża totali, tħallset fis-sena 200... u tammonta għal: … EUR (l-ammont eżatt sa żewġ punti deċimali) tal-programm nazzjonali għall-ġbir tad-data 200... u li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni ta’ 50 % mill-Kummissjoni Ewropea;

Il-pagament ta’ … EUR diġà ġie rċevut fir-rigward tal-programm imsemmi hawn fuq.

Jiena niċċertifika wkoll li d-dikjarazzjoni tan-nefqa hija eżatta u l-applikazzjoni għall-ħlas tikkunsidra kwalunkwe rkupru li sar.

L-operazzjonijiet twettqu skond l-għanijiet stabbiliti fid-deċiżjoni u skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006, b’mod partikolari dwar:

il-konformità mal-liġi tal-Komunità u l-istrumenti adottati taħt din, b’mod partikolari r-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ ġestjoni u kontroll għall-għajnuna finanzjarja, b’mod partikolari sabiex jiġu verifikati l-kunsinna tal-prodotti u s-servizzi ko-finanzjati kif ukoll ir-realtà tan-nefqa mitluba, u sabiex jiġu evitati, misjuba u msewwija l-irregolaritajiet, sabiex jiġu ssuktati każijiet ta’ frodi, u sabiex jiġu rkuprati ammonti mħallsa mhux dovuti.

It-tabelli mehmuża jinkludu n-nefqa li saret. Kopji ċċertifikati tal-fatturi għall-oġġetti li jservu u għall-ispejjeż fuq bastimenti huma annessi. Il-kopji oriġinali tad-dokumenti kollha ta’ sostenn u tal-fatturi sejrin jibqgħu disponibbli għal perjodu minimu ta’ tliet snin wara l-ħlas tal-bilanċ mill-Kummissjoni.

Data: …/…/…

L-isem b’ittri kbar, timbru, il-kariga u l-firma tal-awtorità kompetenti

Lista tad-dokumenti mehmuża:


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2008

dwar l-Għajnuna mill-Istat C 21/07 (eks N 578/06) li l-Ungerija qed tippjana li timplimenta favur IBIDEN Hungary Gyártó Kft.

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1342)

(Il-verżjoni bl-Ungeriż biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/830/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ notifika elettronika datata t-30 ta’ Awwissu 2006, irreġistrata fl-istess jum fil-Kummissjoni, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw każ ta’ applikazzjoni ta’ skemi eżistenti ta’ għajnuna reġjonali favur proġett ta’ investiment inizjali ta’ IBIDEN Hungary Gyártó Kft. In-notifika saret skont rekwiżit ta’ notifika individwali stabbilit fil-paragrafu 24 tal-Qafas Multisettorali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment għall-2002 (minn issa ‘l quddiem: MSF 2002) (2).

(2)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz tal-ittri tat-13 ta’ Ottubru 2006 (D/58881) u t-13 ta’ Marzu 2007 (D/51161).

(3)

Permezz ta’ ittri rreġistrati fil-Kummissjoni fl-14 ta’ Novembru 2006 (A/39085), it-3 ta’ Jannar 2007 (A/30004), il-15 ta’ Jannar 2007 (A/30441) u s-27 ta’ Marzu 2007 (A/32641) l-awtoritajiet Ungeriżi talbu lill-Kummissjoni biex testendi l-iskadenza għall-provvista ta’ informazzjoni addizzjonali, li l-Kummissjoni aċċettat.

(4)

L-awtoritajiet Ungeriżi ssottomettew informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri rreġistrati għand il-Kummissjoni fil-31 ta’ Jannar 2007 (A/30990) u l-15 ta’ Mejju 2007 (A/34072).

(5)

Fil-11 ta’ Diċembru 2006 u fil-25 ta’ April 2007, saru laqgħat bejn l-awtoritajiet Ungeriżi u s-servizzi tal-Kummissjoni fejn kienu preżenti wkoll rappreżentanti ta’ IBIDEN Hungary Gyártó Kft.

(6)

Permezz ta’ ittra datata l-10 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-għajnuna.

(7)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura tal-għajnuna.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet erba’ kummenti mill-partijiet interessati:

(a)

permezz ta’ ittra datata l-25 ta’ Ottubru 2007, rreġistrata l-Kummissjoni fl-istess jum (A/38842);

(b)

permezz ta’ ittra datata t-22 ta’ Novembru 2007, rreġistrata l-Kummissjoni fl-24 ta’ Novembru 2007 (A/39732);

(c)

permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Novembru 2007, rreġistrata l-Kummissjoni fl-istess jum (A/39711);

(d)

permezz ta’ ittra datata s-26 ta’ Novembru 2007, rreġistrata l-Kummissjoni fis-27 ta’ Novembru 2007 (A/39740).

(9)

Permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ Diċembru 2007 (D/54826), il-Kummissjoni għaddiet l-osservazzjonijiet li rċeviet lill-Ungerija li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi.

(10)

L-opinjoni mill-Ungerija għall-kummenti tal-partijiet interessati waslet permezz ta’ ittra datata l-4 ta’ Jannar 2008, rreġistrata l-Kummissjoni fl-istess jum (A/151).

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-GĦAJNUNA

2.1.   L-objettiv tal-miżura

(11)

L-awtoritajiet Ungeriżi fi ħsiebhom jippromwovu l-iżvilupp reġjonali billi jipprovdu għajnuna għall-investiment reġjonali lil IBIDEN Hungary Gyártó Kft. għat-twaqqif ta’ impjant tal-manifattura ġdid għall-produzzjoni ta’ sustrati taċ-ċeramika għall-Filtri tal-partikuli tad-Dijżil fil-Park Industrijali ta’ Dunavarsány, fir-reġjun tal-Ungerija Ċentrali (Kontea ta’ Pest), li hija żona assistita skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE b’limitu ta’ intensità ta’ għajnuna ta’ 40 % Ekwivalenti tal-Għotja Netta (NGE) għall-perjodu 2004-2006 (4).

2.2.   Il-benefiċjarju

(12)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna huwa “IBIDEN Hungary Gyártó Kft.” (minn issa ‘l quddiem: IBIDEN HU). Il-proġett li qed jingħata l-għajnuna għandu l-għan li jistabbilixxi impjant tal-produzzjoni fi ħdan id-diviżjoni taċ-ċeramika ta’ IBIDEN tas-sustrati taċ-ċeramika għall-Filtri tal-partikuli tad-Dijżil fl-Unjoni Ewropea, apparti IBIDEN DPF France S.A.S. fi Franza (li twaqqfet fl-2001).

(13)

IBIDEN HU twaqqfet fil-5 ta’ Mejju 2004 permezz ta’ IBIDEN European Holdings B.V. (L-Olanda) u IBIDEN Co., Ltd. (Il-Ġappun). IBIDEN European Holdings B.V. hija 100 % proprjetà ta’ IBIDEN Co., Ltd., li min-naħa tagħha hija kumpanija bl-azzjonisti b’bosta proprjetarji: kumpaniji (pereżempju banek) u entitajiet privati. IBIDEN HU hija 99 % proprjetà ta’ IBIDEN European Holdings B.V. u 1 % ta’ IBIDEN Co., Ltd. IBIDEN DPF France S.A.S. kienet proprjetà ta’ IBIDEN European Holdings B.V. b’100 % sa mit-tmiem tal-2005.

Image

(14)

Il-kumpanija ewlenija IBIDEN Co., Ltd. hija kumpanija multinazzjonali li twaqqfet fl-1912, bħala kumpanija li tiġġenera d-dawl elettriku, u l-kwartieri ġenerali tagħha qegħdin f’Gifu, il-Ġappun. L-operazzjonijiet tagħha jistgħu jinqasmu f’ħames taqsimiet li l-ishma tagħhom fil-fatturat mill-bejgħ tal-2005 kienu dawn li ġejjin: 50 % għat-taqsima tal-elettronika, 22 % għat-taqsima taċ-ċeramika, 16 % għat-taqsima tal-materjal tad-djar, 4 % għat-taqsima tal-materjal tal-kostruzzjoni u 8 % għal taqsimiet żgħar oħra (bħal dipartimenti tal-prodotti taż-żejt, servizzi tal-informazzjoni, reżina sintetika, agrikoltura, u tal-ipproċessar tal-annimali u l-ħut). Skont ir-Rapport Annwali tal-2006 (5), il-Grupp IBIDEN jikkonsisti f’47 kumpanija sussidjarja u waħda affiljata, li mhijiex attiva fis-settur taċ-ċeramika. Fl-2006 il-bejgħ konsolidat nett kien ta’ Yen 319.0 biljun, id-dħul mill-operazzjonijiet kien ta’ Yen 43,6 biljun, u d-dħul nett kien ta’ Yen 27,2 biljun. Fl-istess sena, il-grupp kien jimpjega 10 115 impjegat fir-rappreżentazzjonijiet u l-fabbriki tan-negozju tiegħu madwar id-dinja kollha.

2.3.   Proġetti tal-investiment

2.3.1.   Il-proġett il-ġdid tal-investiment ta’ IBIDEN HU f’ Dunavarsány

(15)

In-notifika tikkonċerna t-tieni fażi tal-proġett ta’ investiment, li għandu l-għan li jwaqqaf impjant għall-manifattura tas-sustrati taċ-ċeramika għall-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil fil-Park Industrijali ta’ Dunavarsány.

(16)

Permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ April 2005 l-awtoritajiet Ungeriżi, skont il-paragrafu 36 tal-MSF 2002 (6), infurmaw lill-Kummissjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat li ngħatat lill-IBIDEN HU għall-ewwel fażi tal-proġett ta’ investiment.

(17)

L-awtoritajiet Ungeriżi indikaw li ż-żewġ fażijiet tal-investiment minn IBIDEN HU fil-Park Industrijali ta’ Dunavarsány għandhom ikunu meqjusa bħala proġett ta’ investiment waħdani fi ħdan it-tifsira tal-paragrafu 49 tal-MSF 2002: iż-żewġ fażijiet tal-investiment jikkonċernaw l-istess sit tal-produzzjoni, l-istess kumpanija, l-istess prodott u nbdew f’perjodu ta’ tliet snin.

(18)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ungeriżi dwar iż-żewġ fażijiet tal-investiment, il-manifattura tas-sustrati taċ-ċeramika għall-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil se ssir f’żewġ binjiet ġodda ta’ 24 000 m2 u 30 900 m2 rispettivament fil-Park Industrijali ta’ Dunavarsány. Sal-2007, se jiġu nstallati erba’ linji tal-produzzjoni fil-bini I u se jkunu nstallati ħames linji fil-bini II.

(19)

Sal-2007 il-proġett se joħloq total ta’ 1 100 impjieg dirett f’Dunavarsány.

(20)

L-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw li l-ebda prodott ieħor għajr dawk ikkonċernati mill-proġett ta’ investiment mhu se jkun immanifatturat fil-faċilità megħjuna għal ħames snin wara t-tlestija tal-investiment.

(21)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw li l-benefiċjarji aċċettaw li jżommu l-investiment fis-sit għal perjodu minimu ta’ ħames snin wara t-tlestija tal-investiment.

2.3.2.   Il-kronoloġija tal-proġett ta’ investiment IBIDEN HU f’Dunavarsány

(22)

Ix-xogħlijiet fuq il-proġett ta’ investiment bdew diġà f’Ottubru 2004. Il-produzzjoni marbuta mal-proġett bdiet f’Awwissu 2005 fil-bini I u f’Mejju 2006 fil-bini II. Il-kapaċità massima marbuta mal-proġett kienet mistennija li tintlaħaq f’April 2007. It-tabella I tipprovdi aktar dettalji dwar il-kronoloġija tal-proġett:

Tabella I

Il-kronoloġija tal-proġett ta’ investiment

 

Bidu tal-proġett

Bidu tal-produzzjoni

Tmiem tal-proġett

Il-kapaċità produttiva massima

Fażi I

6.10.2004

1.8.2005

1.1.2006

1.5.2006

(1,2 miljun unità kull sena)

Fażi II

20.6.2005

3.5.2006

31.3.2007

1.4.2007

(1,2 miljun unità addizjonali kull sena)

2.4.   L-ispejjeż tal-proġett ta’ investiment

(23)

L-ispejjeż totali tal-investiment eliġibbli tal-proġett huma HUF 47 570 933 882 (EUR 190,83 miljun) f’valur nominali. Fil-valur preżenti dan l-ammont huwa HUF 41 953 072 670 (EUR 168,30 miljun) (7). It-Tabella II tipprovdi t-tqassim tal-ispejjeż totali eliġibbli bis-sena u l-kategorija.

Tabella II

Spejjeż tal-investiment eliġibbli (Fażijiet I u II) valur nominali f’miljun HUF

 

2004

2005

2006

2007

Total

Art

[…] (*)

(…)

(…)

(…)

(…)

Infrastruttura

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Bini

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Utilità

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Makkinarju

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

Investiment Eliġibbli

(…)

(…)

(…)

(…)

47 571

Fażi I

Fażi II

Fażi I

Fażi II

Fażi I

Fażi II

Fażi I

Fażi II

 

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

(…)

2.5.   L-iffinanzjar tal-proġett

(24)

L-awtoritajiet Unigeriżi kkonfermaw li l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju taqbeż il-25 % tal-ispejjeż eliġibbli, li hija ħielsa minn kwalunkwe appoġġ pubbliku.

2.6.   Bażi legali

(25)

L-appoġġ finanzjarju lil IBIDEN HU huwa mogħti fuq il-bażi taż-żewġ sisien legali li ġejjin:

(a)

Il-Ministeru tal-Ekonomija u t-Trasport se jagħti għotja fuq il-bażi tal-iskema “HU 1/2002 - Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” (8). Din l-iskema għandha bħala l-bażi legali tagħha “Digriet 1/2001 (I.5.) tal-Ministru tal-Ekonomija fuq l-Iskema Immirata għall-Intraprenditorija” u “Digriet 19/2004 (II. 27.) tal-Ministru tal-Ekonomija u t-Trasport dwar ir-Regoli Dettaljati ta’ Ċerti Skemi ta’ Għajnuna tal-Ministeru”.

(b)

Il-Ministeru tal-Finanzi se jagħti benefiċċju tat-taxxa bbażat fuq l-iskema “Benefiċċju tat-Taxxa tal-Iżvilupp” (9). Din l-iskema kienet stabbilita permezz tal-“Att LXXXI tal-1996 dwar it-Taxxa Korporattiva u t-Taxxa tad-Dividendi” u permezz tad-“Digriet tal-Gvern 275/2003 (XII 24.) fuq il-Benefiċċju tat-Taxxa tal-Iżvilupp”.

2.7.   Ammont tal-għajnuna u l-intensità tal-għajnuna

(26)

L-ammont totali tal-għajnuna nominali huwa ta’ HUF 15 591 223 750 (EUR 62,55 miljun), li jikkorrispondi għal HUF 9 793 809 933 (EUR 39,29 miljun) fil-valur preżenti. Fuq il-bażi tal-ispejjeż eliġibbli indikati fil-paragrafu 23 hawn fuq, din tikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ 22,44 % f’ekwivalenti għall-għotja netta (NGE) (10).

(27)

L-għajnuna qed tiġi pprovduta fil-forma taż-żewġ strumenti ta’ għajnuna li ġejjin. L-ewwel, il-Ministeru tal-Ekonomija u t-Trasport qed jagħmel għotja f’ammont totali f’valur nominali ta’ HUF 3 592 000 000 (EUR 14,41 miljun) mifruxa fuq is-snin bejn l-2005 sal-2007. It-tieni, il-Ministeru tal-Finanzi qed jipprovdi benefiċċju tat-taxxa korporattiva (11) stmat għal HUF 11 999 223 750 (EUR 48,14 miljun) f’valur nominali mħallas matul is-snin mill-2007 sal-2016. L-għotja fil-valur preżenti tammonta għal HUF 3 118 450 763 (EUR 12,51 miljun) u l-benefiċċju tat-taxxa fil-valur preżenti huwa ta’ HUF 6 675 359 170 (EUR 26,78 miljun).

(28)

L-awtoritajiet Ungeriżi speċifikaw li l-għajnuna tal-ammont ta’ HUF 7 411 828 735 (EUR 29,73 miljun) fil-valur preżenti (HUF 11 745 422 640 jew EUR 47,12 miljun fil-valur nominali) diġà ingħatat lil IBIDEN HU fuq il-bażi tal-iskemi eżistenti tal-għajnuna reġjonali (12) sal-limitu tan-notifika individwali stabbilit fil-paragrafu 24 tal-MSF 2002. Għall-ewwel fażi tal-proġett ta’ investiment, fil-25 ta’ Frar 2005, il-Ministeru tal-Finanzi ta għajnuna fl-ammont ta’ HUF 4 832 595 058 (EUR 19,39 miljun) fil-valur preżenti (HUF 8 773 422 640 jew EUR 35,20 miljun fil-valur nominali) u, fit-3 ta’ Marzu 2005, il-Ministeru tal-Ekonomija u t-Trasport ta għajnuna fl-ammont ta’ HUF 1 875 354 000 (EUR 7,52 miljun) fil-valur preżenti (HUF 2 142 000 000 jew EUR 8,60 miljun fil-valur nominali). Għat-tieni fażi tal-investiment il-Ministeru tal-Ekonomija u t-Trasport ta għajnuna fl-ammont ta’ HUF 703 879 677 (EUR 2,82 miljun) fil-valur preżenti (HUF 830 000 000 jew EUR 3,33 miljun fil-valur nominali) fit-22 ta’ Diċembru 2006.

(29)

Għalhekk, skont l-awtoritajiet Ungeriżi, l-ammont tal-għajnuna, li hu suġġett għan-notifika, huwa d-differenza bejn l-ammont totali tal-għajnuna u l-appoġġ li ngħata diġà, jiġifieri HUF 2 381 981 198 (EUR 9,56 miljun) fil-valur preżenti (fil-valur nominali dan l-ammont huwa ta’ HUF 3 845 801 110 jew EUR 15,43 miljun).

(30)

Fir-rigward tal-ammont tal-għajnuna li jibqa’ biex jingħata għat-tieni fażi tal-investiment, l-awtoritajiet Ungeriżi ssospendew il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet sakemm tittieħdet id-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna nnotifikata hija suġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(31)

L-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw li l-għajnuna għall-proġett ma tistax tiġi magħduda mal-għajnuna rċevuta għall-istess spejjeż eliġibbli minn sorsi oħra lokali, reġjonali, nazzjonali jew Komunitarji.

(32)

L-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw li l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ewwel fażi tal-proġett tal-investiment ġew ippreżentati fil-5 ta’ Diċmbru 2003 fil-Ministeru tal-Ekonomija u t-Trasport u fis-16 ta’ Settembru 2004 fil-Ministeru tal-Finanzi. L-applikazzjonijiet għall-għajnuna għat-tieni fażi tal-proġett ta’ investiment ġew ippreżentati fit-28 ta’ Marzu 2005 u fil-31 ta’ Mejju 2005 rispettivament. Għalhekk, l-applikazzjonijiet rispettivi għall-għajnuna saru qabel ma beda x-xogħol fuq l-ewwel fażi tal-proġett fis-6 ta’ Ottubru 2004 u fuq it-tieni fażi tal-proġett fl-20 ta’ Ġunju 2005.

2.8.   Impenji Ġenerali

(33)

L-awtoritajiet Ungeriżi kkommettew irwieħhom li jibagħtu lill-Kummissjoni:

fi żmien xahrejn mill-għoti tal-għajnuna, kopja tal-kuntratt(i) iffirmat(i) tal-għajnuna/investiment bejn l-awtorità li tagħti l-għajnuna u l-benefiċjarju;

fuq bażi ta’ kull ħames snin, li jibdew mill-approvazzjoni tal-għajnuna mill-Kummissjoni, rapport intermedjarju (li jinkludi informazzjoni dwar l-ammonti tal-għajnuna li qed jitħallsu, dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tal-għajnuna u dwar kwalunkwe proġett ieħor ta’ investiment mibdi fl-istess stabbiliment/impjant);

fi żmien sitt xhur mill-ħlas tal-aħħar parti tal-għajnuna, fuq il-bażi tal-iskeda tal-ħlas innotifikata, rapport finali ddettaljat.

3.   IR-RAĠUNIJIET BIEX INBDIET IL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI

(34)

Il-proġett innotifikat għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ “sustrati taċ-ċeramika għal filtri tal-partikuli tad-dijżil” (minn issa ‘l quddiem: DPF), li huma installati fil-karozzi dijżil tal-passiġġieri u fit-trakkijiet iż-żgħar. Il-parti taċ-ċeramika, li hija manifatturata minn IBIDEN HU, hija prodott intermedjarju (TIER 3), li mbagħad huwa mibjugħ taħt il-kundizzjonijiet tas-suq lil kumpaniji indipendenti, li japplikaw kisja ta’ metall prezzjuż tas-substrat sabiex jiġi ffurmat id-DPF miksi (TIER 2). Id-DPFs miksija mbagħad jinbiegħu lill-produtturi tal-manifold tal-egżost (TIER 1), li huma l-fornituri diretti tal-fabbriki li jimmontaw il-karozzi.

(35)

Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali indikat li l-awtoritajiet Ungeriżi ssuġġerew definizzjoni wiesgħa tas-suq relevanti, li jkopri kemm partijiet prinċipali tas-sistema għat-trattament tal-gass tal-egżost tal-vetturi bil-magni dijżil, jiġifieri il-Katalizzaturi tal-Ossidazzjoni tad-Dijżil (minn issa ‘l quddiem: DOC), li jittrattaw gassijiet (jiġifieri CO u HC) u sa ċertu punt il-frazzjoni organika li tinħall (SOF) tas-sustanzi partikuli (PM); u l-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil (minn issa ‘l quddiem: DPF) (13), li huma effettivi biex tkun ittrattata l-frazzjoni li ma tinħallx tas-sustanza partikula, jiġifieri n-nugrufun. Huma jargumentaw li dawn l-apparati huma simili għal xulxin, minħabba li t-tnejn għandhom l-għan li jnaqqsu s-sustanzi perikolużi mill-emissjonijiet, u għalhekk it-tnejn huma parti mis-suq relevanti. Huma jargumentaw ukoll li l-proċessi u t-teknoloġiji tal-produzzjoni tal-manifattura taż-żewġ komponenti huma simili ħafna.

(36)

Il-Kummissjoni, fid-deċiżjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’dan il-każ, uriet li kellha dubju dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq komuni fuq il-bażi tal-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE u fuq l-MSF 2002. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-approċċ tal-awtoritajiet Ungeriżi fir-rigward tas-suq relevanti ma kienx appoġġjat miż-żewġ studji indipendenti dwar is-suq (l-istudju ta’ Frost & Sullivan Ltd (“F&S”  (14)) u ta’ AVL List GMBH (“AVL”)  (15)), li kienu sottomessi mill-awtoritajiet Ungeriżi.

(37)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji jekk id-DOC u l-DPF jistgħux ikunu kkunsidrati bħala sostituti, li jiffurmaw parti mill-istess suq relevanti tal-prodott tal-apparati tat-trattament ta’ wara, u fil-mument tal-bidu tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-suq relevanti tal-prodott hu inqas mifrux u jkopri biss sustrati tal-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil li jitwaħħlu fis-sistemi tal-egżost tad-dijżil.

(38)

L-ewwel, il-Kummissjoni nnutat li l-funzjoni ewlenija tad-DPF’s hi li tittratta s-sustanzi partikuli inorganiċi solidi u li ma jinħallux (jiġifieri n-nugrufun), filwaqt li d-DOC għandha l-għan li tnaddaf il-gassijiet perikolużi u l-frazzjoni organika li tinħall (SOF) li tinsab fis-sustanzi partikuli, mingħajr ma tkun kapaċi tiġbor in-nugrufun. Filwaqt li hu minnu li hemm similarità fiż-żewġ funzjonijiet minħabba li d-DPF miksi jittratta wkoll sa ċertu punt gassijiet li jagħmlu ħsara, dan ma jneħħix il-ħtieġa li d-DOC jiġi sseparat mis-sistema għat-trattament tal-gass tal-egżost. Iż-żewġ komponenti għandhom ikomplu jeżistu flimkien u għandhom ikunu installati flimkien fil-perjodu li għandu jkun ikkonsidrat (jiġifieri sal-2008). Għat-teknoloġiji futuri tal-Euro 5-6 id-DOCs għandhom ikomplu jkunu wżati għall-ossidazzjoni tas-CO, tal-HC u tal-SOF. Għalhekk, il-Kummissjoni nnutat li kien jidher li min-naħa tad-domanda ma hemmx sostitwibbiltà, minħabba li dawn huma żewġ apparati separati u li jikkumplimentaw lil xulxin.

(39)

Il-Kummissjoni nnutat ukoll fid-deċiżjoni li tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali li, skont wieħed mill-istudji, prodott verament multifunzjonali, li jintegra f’monolit wieħed taċ-ċeramika kemm il-funzjonijiet tad-DOC kif ukoll dawk tad-DPF, ġie introdott dan l-aħħar permezz tal-kumpanija Eberspächer u kien użat fil-Volkswagen Passat. Madankollu, il-Kummissjoni kellha dubju jekk il-prodott tal-IBIDEN HU kienx adattat għal multifunzjonalità kompleta bħal din.

(40)

It-tieni, il-Kummissjoni nnotat li s-sostitwibbiltà fuq in-naħa tal-provvista hija wkoll dubjuża. Ma kienet ipprovduta ebda evidenza konkreta mill-produtturi tas-sustrati għad-DOCs, li huma kapaċi jipproduċu wkoll substrati għad-DPFs bl-istess tagħmir mingħajr spejjeż addizzjonali kbar għall-investiment, jew viċi-versa. Aktar minn hekk, minħabba wkoll li l-prezz tad-DPF hu madwar erba’ darbiet ogħla minn dak tad-DOC hemm dubju dwar kemm jista’ jkun hemm sostitwibbiltà.

(41)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni osservat li filwaqt li l-għajnuna tidher li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali tal-1998 (16), il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju fis-suq relevanti huwiex taħt il-25 % kif mitlub mill-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002. L-istudji sottomessi dwar is-suq mill-awtoritajiet Ungeriżi juru li s-sehem f’termini ta’ volum tal-IBIDEN fis-suq tad-DPF fl-Ewropa jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta’ 25 % kemm qabel kif ukoll wara l-investiment. Għalhekk il-kondizzjoni skont il-punt 24(a) tal-MSF 2002 ma tkunx rispettata jekk id-DPF ikun meqjus bħala s-suq relevanti. Madankollu, fis-suq ikkombinat tad-DPF u tad-DOC, li hu meqjus mill-awtoritajiet Ungeriżi bħala relevanti, is-sehem mis-suq tal-IBIDEN jibqa’ ta’ inqas minn 25 % mil-lat tal-volum kemm qabel u kemm wara l-investiment

4.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(42)

Bi tweġiba għall-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mill-partijiet interessati li ġejjin:

(a)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna IBIDEN Hungary Gyártó Kft;

(b)

Aerosol & Particle Technology Laboratory, Thermi-Thessaloniki, il-Greċja, ċentru ta’ riċerka u teknoloġija;

(c)

Saint-Gobain Industrie Keramik Rödental GmbH, Rödental, il-Ġermanja, kompetitur (minn issa ‘l quddiem: Saint-Gobain);

(d)

Parti interessata, li, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (17), talbet lill-Kummissjoni biex iżżomm l-identità tagħha sigrieta.

(43)

L-argumenti li tressqu mill-partijiet interessati msemmija hawn fuq jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej.

4.1.   Is-suq relevanti tal-prodott skont IBIDEN HU u Aerosol & Particle Technology Laboratory

(44)

Il-benefiċjarju tal-għajnuna IBIDEN HU u l-Aerosol & Particle Technology Laboratory huma favur li jadottaw id-definizzjoni wiesgħa tas-suq, li tkopri l-komponenti kollha (l-aktar id-DOC u d-DPF) fis-sistema tat-trattament tal-egżost tal-vetturi b’magna dijżil. Huma jargumentaw li d-DOC u d-DPF huma simili għal xulxin, minħabba li t-tnejn għandhom l-għan li jtaffu sustanzi perikolużi mill-emissjoni, u għalhekk it-tnejn huma parti mis-suq relevanti.

(45)

Skont din l-opinjoni, kemm id-DOC u d-DPF ikunu meqjusa bħala komponenti tat-tneħħija tal-PM, għalkemm IBIDEN HU jirrikonoxxi li d-DOC mhux effettiv fit-trattament tal-parti li ma tinħallx tal-PM (jiġifieri n-nugrufun). Il-partijiet interessati jargumentaw li minħabba l-fatt li l-prodott tal-IBIDEN HU hu kapaċi jiffiltra l-HC u s-CO b’żieda mal-funzjoni ewlenija tiegħu li jiffiltra n-nugrufun, hu jifforma parti mill-istess suq tad-DOC. Huma dawk li jimmanifatturaw il-karozzi li għandhom jiddeċiedu jekk jibnux il-parti tat-trattament tal-egżost tal-gass permezz ta’ komponenti indipendenti għad-ditossifikazzjoni tas-sustanzi tal-gass li jagħmlu l-ħsara u biex jittrattaw is-sustanzi tal-partikoli jew jużawx il-komponenti multifunzjonali.

(46)

Madankollu, IBIDEN HU fis-sottomissjoni tiegħu jirrikonoxxi li minkejja l-funzjoni addizzjonali tad-DPF tal-IBIDEN HU li jgħin biex jitnaddfu l-gassijiet (HC u CO) b’mod aktar effiċjenti, l-użu kkombinat tad-DPF u d-DOC huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-konformità mar-regolamenti tal-emissjonijiet. DPF ta’ kwalità tajba u żviluppat sew, jista’ jċekken id-daqs u s-sofistikazzjoni tad-DOC li l-manifatturi tal-karozzi jeħtieġu jinstallaw fil-karozzi tagħhom, għaldaqstant, id-DPF għandu impatt enormi fuq id-DOC, u viċi versa, li jfisser li hekk kif apparat wieħed isir aktar sofistikat, l-ieħor irid jikkorrispondi għal dawn it-tibdiliet.

(47)

Kemm IBIDEN HU u l-Aerosol & Particle Technology Laboratory jirreferu għal xejra fl-iżvilupp teknoloġiku tad-DOC u d-DPF li twassal għal ġenerazzjoni ġdida ta’ filtri, li tista’ tinkorpora l-vantaġġi, il-karatteristiċi u t-teknoloġiji preċedenti f’unità waħda, biex b’hekk tikkombina d-DOC u d-DPF fl-istess sustrata monolita (pereżempju, l-Volkswagen diġà introduċiet ir-raba’ ġenerazzjoni tal-komponenti tat-trattament ta’ wara għall-mudell tagħha Passat, fejn tuża DPF wieħed biss u ma tużax DOC). IBIDEN HU madankollu indikat li bħalissa qed tipproduċi DPF tat-“tielet ġenerazzjoni” (18) u twettaq titjib kontinwu tal-prodott sabiex ikun jista’ jiġi konvertit f’DPF tar-“raba’ ġenerazzjoni” li jkun kapaċi jinkorpora bis-sħiħ il-funzjonalitajiet tad-DOC.

(48)

IBIDEN HU indikat ukoll li, minkejja li l-Kummissjoni fid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali tissuġġerixxi l-oppost, fir-realtà il-prezz tal-prodott tal-IBIDEN mhuwiex erba’ darbiet akbar mill-prezz tad-DOC. IBIDEN HU timmanifattura prodott nofsu lest, u għaldaqstant il-prodott finali (id-DPF miksi) huwa ħafna aktar għali mill-prodott nofsu lest tal-IBIDEN HU. L-esperjenza industrijali preżenti turi li l-prezz tas-suq tal-apparat wara l-kisi, l-inkapsulament u l-applikazzjoni tal-matt huwa darbtejn u nofs akbar minn dak tas-sustrat, il-prodott tal-Grupp IBIDEN: pereżempju, fl-2007 il-prezz tas-suq ta’ DPF kien ta’ EUR 453 u l-prezz tas-sustrat (prodott nofsu lest) kien biss ta’ EUR […], filwaqt li l-prezz tas-suq tad-DOC kien ta’ EUR 102 fl-2007 (19).

(49)

Aktar minn hekk, rigward is-sostituzzjoni mil-lat tal-provvista, IBIDEN HU indikat li t-teknoloġiji tal-produzzjoni tad-DOC u d-DPF huma simili ħafna: l-uniċi differenzi ewlenin huma li fil-każ tad-DPF jiżdied proċess tal-ipplakkjar ma’ dak tad-DOC u l-fażi tal-qtugħ hija aktar bikrija minn dik tad-DOC.

(50)

Barra minn hekk, IBIDEN HU tgħid li skont diversi studji, inkluż dokument minn Johnson Matthey Japan, hemm manifatturi li jipproduċu kemm id-DOC kif ukoll id-DPF, u għalhekk id-distinzjoni bejn il-manifatturi tad-DOC u l-manifatturi tad-DPF hija mċajpra.

4.2.   Is-suq relevanti għall-prodott skont Saint-Gobain u l-parti interessata li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta

(51)

Tnejn mill-erba’ partijiet interessati – Saint Gobain u l-parti li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta – appoġġjaw id-dubji tal-Kummissjoni li ġew espressi fid-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Skont huma, id-DOC u d-DPF ma jistgħux jitqiesu bħala sostituti u għalhekk ma jappartjenux għall-istess suq relevanti tal-prodott. Għalhekk, huma jargumentaw li f’dan il-każ is-suq tad-DPF waħdu huwa s-suq tal-prodott relevanti. Skont dawn il-partijiet, ir-raġunijiet ewlenin għal dan huma li ġejjin:

4.2.1.   L-ebda sostituzzjoni mil-lat tad-domanda

(52)

Il-partijiet interessati jindikaw li l-karatteristiċi ewlenin tas-sustrati għal DOC u għal DPF huma differenti: Sustrat tad-DOC huwa normalment magħmul minn kordierite mhux poruża li għandha tirreżisti temperaturi ta’ 400 °Ċ jew minn fojl tal-metall inossidabbli. Sustrat tad-DPF huwa ġeneralment magħmul minn karbur tas-silikon poruż li għandu jirreżisti l-1 000 °Ċ (ir-reżistenza għal temperatura hekk għolja hija meħtieġa biex jinħaraq in-nugrufun u jiġi evitat l-imblokk tal-filtru miksi). Għalhekk, minħabba karatteristiċi termali differenti ħafna, il-konsumaturi ma jistgħux jaqilbu mis-sustrati tad-DPF għas-sustrati tad-DOC fil-każ li jogħla l-prezz ta’ xi wieħed miż-żewġ prodotti.

(53)

Skont Saint-Gobain, minħabba li l-materjal użat għas-sustrati tad-DPF huwa materjal ta’ prestazzjoni ogħla, hemm ukoll differenza fil-prezz bejn iż-żewġ komponenti: sustrat (mingħajr l-ispiża tal-kisja katalitika u l-inkapsulament) tad-DPF bħala medja jiswa EUR 120, filwaqt li sustrat tad-DOC bħala medja jiswa bejn EUR 12 – EUR 20 (anke mingħajr l-ispejjeż tal-kisja katalitika u l-inkapsulament). Għalhekk, kif qal Saint-Gobain, il-manifatturi tad-DPF ovvjament ma jistgħux jaqilbu għas-sustrat tad-DOC għal raġunijiet tekniċi (li kieku jagħmlu dan minħabba d-differenza fil-prezz) u produttur tad-DOC ma jissostitwix sustrat tad-DOC b’sustrat tad-DPF għax kieku jikseb prodott ħafna aktar għali mingħajr funzjoni tal-ossidazzjoni paragunabbli mas-sustrat tad-DOC.

(54)

Saint Gobain u l-parti li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta jenfasizzaw id-differenzi fl-użu tad-DOC u d-DPF (20): l-għan ewlieni ta’ DOC huwa li jagħmel ossidazzjoni ta’ ċerti gassijiet permezz ta’ reazzjoni kimika, filwaqt li l-funzjoni primarja tad-DPF hija li jiffiltra n-nugrufun permezz ta’ proċess mekkaniku. Filwaqt, li taħt ċerti ċirkostanzi, id-DPF tkopri - bħala effett kollaterali – ftit mill-funzjonalità tad-DOC, l-effett sħiħ tal-ossidazzjoni ma jistax jintlaħaq mingħajr l-istallazzjoni taż-żewġ apparati. Lanqas id-DPF miksi li juża s-sustrati prodotti minn IBIDEN HU m’għandu l-funzjonalità sħiħa tad-DOC, minħabba li jaqdi biss l-iskop li jipprovdi temperatura suffiċjenti biex jinħaraq in-nugrufun, imma m’għandux l-istess effett ta’ purifikazzjoni bħad-DOC li taħdem bis-sħiħ. Huma jindikaw li, skont l-aspettattivi ta’ bosta mill-manifatturi tal-karozzi u fornituri tal-attrezzaturi tal-karozzi, id-DOC u d-DPF jibqgħu apparati separati installati ħdejn xulxin fil-linja tal-gass tal-egżost.

4.2.2.   L-ebda sostituzzjoni mil-lat ta’ provvista

(55)

Barra minn hekk, Saint-Gobain u l-parti li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta jindikaw ukoll li l-proċess tal-produzzjoni tas-sustrati tad-DOC u d-DPF huma differenti ħafna: il-kordierite mhux poruża tas-sustrat tad-DOC hija sinterizzata fl-arja f’temperatura ta’ 400 °Ċ. Waqt li l-karbur tas-silikon, il-materjal użat għas-sustrat tad-DOC (li hu wkoll il-materjal tas-sustrat tal-IBIDEN), għandu jiġi ppreparat f’temperatura għolja ħafna (‘il fuq minn 2 000 °Ċ) fl-atmosfera mingħajr ossiġnu. Din id-differenza waħedha fit-temperatura hija tant vitali li wieħed mill-aktar elementi tal-produzzjoni essenzjali u għaljin ma jistax jintuża għaż-żewġ tipi ta’ prodott.

(56)

Aktar minn hekk, is-sustrat tad-DOC huwa dejjem blokk wieħed ta’ xehda f’forma ta’ ċilindru, li l-kanali tiegħu mhumiex ipplakkjati. Sustrat tad-DPF huwa normalment iffurmat billi jitwaħħlu bil-kolla bosta elementi li jiffiltraw, u jiġu pplakkjati l-kanali tad-DPF. Għall-manifattura tas-sustrati tad-DPF, hemm bżonn ta’ fuklar tas-sinterizzar b’temperatura għolja u mingħajr ossidu u tagħmir tal-inkullar u l-ipplakkjar, li mhumiex meħtieġa għall-produzzjoni tas-sustrati tad-DOC. Għalhekk il-partijiet interessati jargumentaw li mhux possibbli li fuq il-linji tal-produzzjoni tad-DOC, jiġu prodotti d-DPF u viċi versa.

5.   KUMMENTI MILL-AWTORITAJIET UNGERIŻI

(57)

L-awtoritajiet Ungeriżi jaqblu mal-opinjoni tal-Aerosol & Particle Technology Laboratory u IBIDEN Hungary Gyártó Kft. fir-rigward tal-prodott relevanti, is-suq, il-prezz, u l-ispeċifikazzjonijiet tal-lat tad-domanda u dak tal-provvista.

(58)

Skont l-awtoritajiet Ungeriżi, il-kontroll modern tal-emissjonijiet tad-dijżil huwa bbażat fuq l-integrazzjoni tal-funzjonalitajiet differenti fil-livell ta’ sistema. L-interdipendenza mill-viċin tas-subunitajiet kollha (bħad-DOC u d-DPF) f’sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tad-dijżil, wasslet biex il-ktajjen tal-provvista li jinvolvu aktar minn parti waħda, jorbtu l-manifatturi tas-sistemi tas-sustrat, tal-kisja u tal-egżost, u l-karatteristiċi tal-prestazzjoni ta’ kull subunità individwali toħloq sfida għall-katina tal-provvista kollha kemm hi. Għalhekk is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tad-dijżil jew is-sistema tat-trattament ta’ wara tad-dijżil għandha tiġi definita bħala l-prodott relevanti.

(59)

Huma jargumentaw ukoll li l-prodott tal-IBIDEN HU hu parti multifunzjonali li tiġi mwaħħla fis-sistema tal-pajp tal-egżost. Il-kombinazzjoni ta’ dan il-prodott u d-DOC toħloq l-apparat tat-trattament ta’ wara tat-tielet ġenerazzjoni. Aktar minn hekk, il-prodott tal-IBIDEN HU huwa prodott nofsu lest minħabba li jkun għad irid jinkesa f’livell ieħor. Mingħajr il-kisja l-prodott ma jistax jaħdem sew u ma jistax jiġi kklassifikat bħala prodott lest fit-termini tad-DPF tat-tielet ġenerazzjoni. Dan huwa appoġjat ukoll mill-fatt li l-prodott finali huwa ħafna aktar għali mill-prodott nofsu lest tal-IBIDEN HU: fil-preżent il-prezz tas-suq tal-apparat lest huwa darbtejn u nofs akbar minn dak tal-filtri prodotti minn IBIDEN HU.

(60)

Aktar minn hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jindikaw li, fil-prattika, d-DPFs huma installati fil-parti l-kbira tal-karozzi dijżil, u l-manifatturi li għandhom bżonn id-DOC jkollhom bżonn ukoll id-DPF. Id-domanda toħloq suq komuni għal dawn il-prodotti, minħabba li l-istess manifatturi jużaw l-istess metodi, infrastruttura u sforzi biex jiksbu l-prodotti. Mil-lat tal-provvista, il-manifatturi tad-DOC u d-DPF normalment jużaw l-istess proċessi ta’ manifattura, teknoloġija u materjali tal-produzzjoni. F’termini ta’ materjal, kemm id-DOCs kif ukoll id-DPFs jużaw il-kordierite. Fil-produzzjoni huma jgħaddu mill-istess proċessi, bħat-tħejjija tal-materjal, it-taħlita, l-ittemprar, u l-iffurmar, it-tnixxif, it-tlestija u l-għoti tan-nar. Id-differenzi uniċi bejn il-proċess tal-produzzjoni taż-żewġ prodotti huma stadju addizzjonali (l-ipplakkjar) u r-riskedament ta’ stadju ieħor (il-qtugħ). Għalhekk, l-istess manifatturi se jkunu involuti fil-provvista, u d-DOC u d-DPF jikkompetu ma’ xulxin fis-suq tat-trattament ta’ wara tal-gass tal-egżost.

(61)

L-awtoritajiet Ungeriżi jenfasizzaw li IBIDEN HU hi kapaċi tipproduċi sustrati għall-filtri tal-partikuli bl-istess tagħmir mingħajr investiment sinjifikanti, kif jista’ jagħmel kull manifattur bl-istess teknoloġija tal-produzzjoni. Minħabba li d-DPF huwa forma tad-DOC żviluppat, l-ispiża tal-modifika mhix investiment inizjali f’linja oħra ta’ produzzjoni, imma żvilupp essenzjali tal-assi tal-produzzjoni.

(62)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jindikaw li wieħed jista’ jara tendenza ċara fl-iżvilupp teknoloġiku tad-DOC u d-DPF, li qed twassal għal ġenerazzjoni ġdida ta’ filtri li tista’ tinkorpora l-vantaġġi, il-karatteristiċi u t-teknoloġiji preċedenti f’unità waħda, u għalhekk tikkombina d-DOC u d-DPF. Meta wieħed jiddefinixxi s-suq relevanti u jikkalkula s-sehem mis-suq, għandu jiġi kkunsidrat ukoll id-DOC għax jikkostitwixxi apparat kombinat tat-trattament ta’ wara mad-DPF, u flimkien huma jiżguraw konformità mar-regolamenti.

(63)

Fid-dawl tal-argumenti t’hawn fuq, l-awtoritajiet Ungeriżi jikkunsidraw li l-unika definizzjoni soda tas-suq relevanti huwa s-suq sħiħ tal-apparati tat-trattament ta’ wara tad-dijżil, bl-inklużjoni kemm tad-DPF u tad-DOC. Skont l-istudju mħejji minn kumpanija indipendenti tar-riċerka dwar is-suq AVL, is-sehem mis-suq tal-IBIDEN fis-suq tal-apparati tat-trattament ta’ wara tad-dijżil jibqa’ taħt il-25 % kemm qabel kif ukoll wara l-investiment, għalhekk, jissodisfa l-kundizzjonijiet fil-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002. Għalhekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jikkonsidraw li l-Kummissjoni għandha ttemm il-proċedura tal-Artikolu 88(2) b’deċiżjoni pożittiva.

6.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

6.1.   L-eżistena tal-għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(64)

Fid-deċiżjoni biex tinbeda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-appoġġ finanzjarju li ngħata mill-awtoritajiet Ungeriżi lil IBIDEN Hungary Gyártó Kft. fuq il-bażi tal-iskemi eżistenti tal-għajnuna reġjonali (HU 1/2003 “Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” u N 504/2004 “Benefiċċju mit-Taxxa tal-Iżvilupp”) fil-forma ta’ għotja u kreditu tat-taxxa jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. L-awtoritajiet Ungeriżi ma kkontestawx dik il-konklużjoni.

6.2.   Ir-rekwiżit ta’ notifika, il-legalità tal-għajnuna u l-liġi applikabbli

(65)

Permezz tan-notifika tal-miżura fl-2006, l-awtoritajiet Ungeriżi kkonformaw mar-rekwiżit tan-notifika individwali tal-paragrafu 24 tal-MSF 2002.

(66)

Skont il-paragrafu 63 u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 58 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2007-2013 (21), il-Kummissjoni evalwat il-miżura ta’ għajnuna skont id-dispożizzjonijiet tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali 1998 (minn issa ‘l quddiem: RAG) u l-MSF 2002.

6.3.   Kompatibbiltà tal-għajnuna mar-RAG

(67)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni indikat li l-għajnuna tingħata b’konformità mal-iskemi eżistenti tal-għajnuna reġjonali (22) u kkonkludiet li l-kriterji standard tal-kompatibbiltà stipulati fl-RAG (bħall-kriterji tal-kompatibbiltà li jikkonċernaw l-investiment tal-bidu fir-reġjun eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, spejjeż eliġibbli, kontribuzzjoni proprja, effett ta’ inċentiva, żamma tal-investiment, kumulu) huma rispettati.

6.4.   Kompatibbiltà tal-għajnuna mad-dispożizzjonijiet tal-MSF

6.4.1.   Proġett uniku ta’ investiment

(68)

Il-paragrafu 49 tal-MSF 2002 jgħid li proġett ta’ investiment m’għandux ikun artifiċjalment maqsum f’sottoproġetti sabiex jaħrab mid-dispożizzjonijiet tal-qafas. “Proġett uniku ta’ investiment” jinkludi l-investimenti fissi kollha fuq sit ta’ produzzjoni fuq perjodu ta’ tliet snin. (23) Sit tal-produzzjoni huwa serje ekonomika indiviżibbli ta’ elementi ta’ kapital fiss li tissodisfa funzjoni teknika preċiża, marbuta permezz ta’ rabta fiżika jew funzjonali, u li għandha miri ċari, bħall-produzzjoni ta’ prodott definit.

(69)

Minħabba li IBIDEN HU diġà rċeviet għajnuna mill-Istat fl-imgħoddi għall-ewwel fażi tal-proġett ta’ investiment fl-istess post u li n-notifika tirreferi għat-tieni fażi tal-proġett ta’ investiment, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk dawn iż-żewġ fażijiet jiffurmawx parti mill-istess proġett uniku ta’ investiment.

(70)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li ż-żewġ fażijiet ta’ investiment għandhom x’jaqsmu mal-istess sit tal-produzzjoni (il-Park Industrijali Dunavarsány, ir-reġjun tal-Ungerija Ċentrali), l-istess kumpanija (IBIDEN HU), l-istess prodott (sustrati taċ-ċeramika għall-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil) u l-bidu tax-xogħlijiet ta’ kull proġett bdew fi żmien perjodu ta’ tliet snin (l-ewwel fażi bdiet fl-2004, filwaqt li t-tieni fażi bdiet fl-2005). Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-kriterji tad-definizzjoni ta’ “sit tal-produzzjoni” fil-paragrafu 49 tal-MSF 2002 huma ssodisfati u li ż-żewġ fażijiet tal-investiment jiffurmaw parti mill-istess proġett uniku ta’ investiment.

(71)

Aktar minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-awtoritajiet Ungeriżi jaqblu li ż-żewġ fażijiet tal-investiment min-naħa ta’ IBIDEN HU fil-Park Industrijali ta’ Dunavarsány għandhom jiġu kkunsidrat bħala proġett uniku ta’ investiment.

6.4.2.   L-intensità tal-għajnuna

(72)

Minħabba li l-ewwel u t-tieni fażi tal-investiment huma meqjusa li jiffurmaw proġett uniku ta’ investiment, huma jiġu kkunsidrati t-tnejn biex tiġi kkalkulata l-intensità massima tal-għajnuna għall-proġett.

(73)

Minħabba li l-ispiża eliġibbli ppjanata fil-valur preżenti hija ta’ HUF 41 953 072 670 (EUR 168,30 miljun) u l-istandard applikabbli tal-limitu tal-għajnuna reġjonali huwa ta’ 40 % (NGE), l-intensità massima tal-għajnuna aġġustata fl-NGE li tirriżulta mill-mekkaniżmu ta’ riduzzjoni tal-paragrafi 21 u 22 tal-MSF huwa ta’ 23,34 %.

(74)

Minħabba li l-intensità tal-għajnuna tal-proġett huwa ta’ 22,44 % NGE u għalhekk hija taħt l-intensità massima tal-għajnuna skont il-mekkaniżmu ta’ riduzzjoni (23,34 % NGE), l-intensità proposta tal-pakkett globali tikkonforma mal-limitu aġġustat tal-għajnuna reġjonali.

6.4.3.   Kompatibbiltà mar-regoli skont il-paragrafi 24(a) u (b) tal-MSF 2002

(75)

Minħabba li l-ammont totali tal-investiment ta’ HUF 9 793 809 933 (EUR 39,29 miljun) fil-valur preżenti jaqbeż il-limitu ta’ notifika individwali ta’ EUR 30 miljun, trid tiġi eżaminata l-konformità tal-għajnuna nnotifikata mal-paragrafi 24(a) u (b) tal-MSF 2002.

(76)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippermetti għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment li jaqgħu taħt il-paragrafu 24 tal-MSF 2002 tiddependi fuq is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju qabel u wara l-investiment u fuq il-kapaċità kkreata mill-investiment. Sabiex isiru t-testijiet relevanti skont il-paragrafi 24(a) u (b) tal-MSF 2002, il-Kummissjoni l-ewwel trid tidentifika l-prodott(i) kkonċernat(i) mill-investiment u tiddefinixxi l-prodott relevanti u s-swieq ġeografiċi.

6.4.3.1.   Il-prodott ikkonċernat mill-proġett ta’ investiment

(77)

Skont il-paragrafu 25 tal-MSF 2002, “prodott ikkonċernat” ifisser li l-prodott maħsub mill-proġett ta’ investiment u, fejn hu xieraq, is-sostituti tiegħu magħrufa bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet u l-użu intenzjonat) jew mill-produttur (permezz ta’ flessibblità tal-istallazzjonijiet tal-produzzjoni). Meta l-prodott jikkonċerna prodott intermedjarju u parti sinjifikanti minn dak li hu prodott mhuwiex mibjugħ fis-suq, il-prodott ikkonċernat ikun meqjus li jinkludi l-prodotti downstream.

(78)

Il-proġett innotifikat għandu x’jaqsam mal-produzzjoni ta’ “sustrati taċ-ċeramika għal-filters tal-partikuli tad-dijżil” (“DPF”). Id-DPF huwa parti ta’ karozza, li tiddaħħal fis-sistema tat-trattament tal-gass tal-egżst tal-magni tal-karozzi dijżil u li tnaddaf il-gass tal-egżost iġġenerat mill-kombustjoni (24) tal-magna.

(79)

Il-parti taċ-ċeramika, li hija prodotta minn IBIDEN HU, hija prodott intermedju. Wara li tiġi mmanifatturata fil-fabbrika (TIER 3), tinbigħ taħt kundizzjonijiet tas-suq permezz ta’ IBIDEN Deutschland GmbH (25) lil kumpaniji indipendenti (il-konsumaturi prinċipali huma […], […] u […]), li jagħtu l-kisja tal-metall prezzjuż tas-sustrat, u għalhekk id-DPF isir DPF miksi (TIER 2). Id-DPFs miksija mbagħad jinbiegħu lill-produtturi tal-manifold (TIER 1), li huma l-fornituri diretti tal-fabbriki li jimmontaw il-karozzi. Dawk li fl-aħħar jużaw is-sustrati taċ-ċeramika huma l-karozzi dijżil tal-passiġġieri u t-trakkijiet iż-żgħar.

(80)

L-ebda prodott ieħor fuq is-suq għall-bejgħ jew għall-użu mill-impjanti tal-Grupp IBIDEN mhuwa se jirriżulta mill-proġett ta’ investiment. L-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw li l-ebda prodott ieħor għajr dawk innotifikati u evalwati mhu se jkun immanifatturat fil-faċilità megħjuna għal ħames snin wara tmiem il-proġett/il-produzzjoni sħiħa.

(81)

Wara dan t’hawn fuq, il-Kummissjoni se tikkunsidra s-sustrat taċ-ċeramika għad-DPF, li hija installata fil-karozzi dijżil tal-passiġġieri u t-trakkijiet iż-żgħar bħala l-prodott maħsub mill-proġett ta’ investiment.

6.4.3.2.   Is-swieq tal-prodott relevanti u ġeografiċi

(82)

Id-definizzjoni tas-suq tal-prodott relevanti tirrikjedi l-eżami ta’ liema huma l-prodotti l-oħra li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala sostituti għall-prodott maħsub mill-proġett ta’ investiment skont it-tifisra tal-paragrafu 52 tal-MSF 2002. F’dan ir-rigward, u wara li kkunsidrat il-kummenti mill-partijiet interessati mill-awtoritajiet Ungeriżi, il-Kummissjoni rat liema huma l-prodotti li jistgħu jitqiesu bħala sostituti għad-DPF. Ġabra fil-qosor ta’ din l-analiżi qed tiġi ppreżentata hawn taħt.

(1)   Ħarsa ġenerali tas-sistema għat-trattament tal-gass tal-egżost

(83)

It-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa qasam kumpless b’bosta interazzjonijiet bejn teknoloġiji, l-impatt fuq l-ekonomija tal-fjuwil, il-prestazzjoni waqt is-sewqan, id-durabbiltà u l-ispejjeż. Il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jistgħu jinqasmu f’żewġ oqsma ewlenin:

(a)

żviluppi tas-sistema tal-kombustjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet li joħorġu mill-magna; u

(b)

teknoloġiji tal-kontroll tal-emissjonijiet li jużaw “trattamenti ta’ wara” tal-gass tal-egżost tal-magni (dan tal-aħħar biss huwa relevanti għal dan il-każ).

(84)

Il-gass tal-egżost tal-magni dijżil fih sustanzi perikolużi: ammonti sinjifikanti ta’ sustanzi tal-partikuli (“PM”, bħan-nugrufun u “Frazzjonijiet Organiċi li Jinħallu (“SOF”)” (26)), u gassijiet perikolużi (bħall-idrokarburi (“HC”), ossidi tal-karbonju (“COx”), ossidi tan-nitroġenu (“NOx”)). Dan il-materjal huwa trattat permezz tas-sistema tat-trattament tal-gass tal-egżost installata fil-vetturi.

(85)

Għaldaqstant, hemm ċerti komponenti fi ħdan is-sistema li jnaddfu s-sustanzi perikolużi. B’mod ġenerali, dawn jistgħu ikunu apparati: (1) li jnaddfu l-komponenti tal-gass u (2) li jnaddfu s-sustanzi partikuli (li jinkludu n-nugrufun). Iż-żewġ apparati tat-trattament ta’ wara tal-emissjonijiet li ġejjin, li huma relevanti għall-każ preżenti, huma użati fil-karozzi dijżil tal-passiġġieri u t-trakkijiet iż-żgħar:

(a)

“DOC” – Katalizzatur tal-Ossidazzjoni tad-Dijżil, li huwa maħsub li jissoprimi l-gassijiet perikolużi (l-aktar l-idrokarburi (“HC”), ossidi tal-karbonju (“COx”)) u, bħala effett kollaterali, jelimina sa ċertu punt l-SOF (frazzjoni organika li tinħall ta’ sustanza partikula), imma li ma jistax jitratta n-nugrufun. Id-DOC, similarment għad-DPF, huwa magħmul minn sustrat ta’ ġewwieni solidu minn fejn jiġu kkanalizzati il-gassijiet. Meta jkunu għaddejjin minn dawn il-kanali, il-gassijiet tal-egżost jidħlu f’reazzjoni kimika mal-katalizzaturi (platinu u palladju) iddepożitati mal-ħitan tas-sustrat. Sa mis-sena 2000 id-DOCs qed jiġu introdotti prattikament f’kull mudell ta’ karozza dijżil fiż-ŻEE sabiex ikunu konformi ma’ normi aktar iebsa fuq l-emissjonijiet, fir-rigward tal-limiti ta’ gassijiet dannużi fl-emissjonijiet.

(b)

“DPF” – Filtru tal-Partikuli tad-Dijżil, li hu maħsub sabiex iżomm il-frazzjonijiet tal-materja partikula li ma tinħallx, jiġifieri n-nugrufun. Dan isir permezz ta’ filtraġġ mekkaniku. Il-gass tal-egżost jgħaddi mill-kanali tal-istruttura f’forma ta’ xehda tad-DPF u jkun sfurzat biex jgħaddi mill-ħitan peress li l-kanali jkunu pplakkjati alternattivament. Is-sustrat iservi bħala filtru u n-nugrufun jiġi ddepożitat fuq il-ħitan tagħha. Madankollu, id-DPF tispiċċa mifqugħa bin-nugrufun u sabiex tibqa’ taħdem in-nugrufun irid jiġi eliminati billi jinħaraq (riġenerazzjoni tal-filtru).

(86)

L-ewwel li dehru d-DPFs kien f’serje ta’ produzzjoni fis-sena 2000 fil-karozza dijżil il-Peugeot 607 u sallum saru aktar u aktar mifruxa, bi tkabbir tremend matul l-aħħar 3-4 snin. Dan it-tkabbir hu dovut in parti għall-inċentivi tat-taxxi offruti fuq il-vetturi dijżil armati bid-DPF f’diversi pajjiżi, in parti minħabba l-approċċ ta’ kuxjenza ambjentali min-naħa tal-konsumaturi, u anke minħabba l-antiċipazzjoni ta’ normi aktar ebsin fuq l-emissjonijiet, notevolment fir-rigward tal-limiti tal-PM (fiż-ŻEE it-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa regolat permezz tal-istandards tal-emissjonijiet “Euro”). Huwa mistenni li qabel tidħol fis-seħħ l-Euro 5 (27) fl-2009, sehem li dejjem qed jikber mill-karozzi dijżil se jkunu diġà armati bid-DPF. Din ix-xejra se tiżgura espansjoni ulterjuri tas-suq għad-DPFs fis-snin li ġejjin.

(87)

Tipi differenti tad-DPFs jistgħu jiġu magħrufa minn xulxin fuq il-bażi tal-materjal tal-filtru (pereżempju, ċeramika, kordierite jew metall) u l-istrateġija tar-riġenerazzjoni tal-filtru. Ir-riġenerazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu eliminati (jiġifieri jinħarqu) il-partiċelli li jkunu nġabru. Fil-prattika dan isir jew permezz ta’ adittiv imħallat mal-fjuwil li jbaxxi t-temperatura tal-ossidazzjoni (dan tal-aħħar hu magħruf bħala “DPF mhux miksi b’katalizzatur li jinġarr bil-fjuwil”) jew permezz ta’ metall prezzjuż li jiksi l-ħitan tas-sustrat li jgħin fil-proċess tal-ħruq (dan tal-aħħar hu magħruf bħala “DPF miksi” jew bħala “DPF imxappap ikkatalizzat”).

(88)

Minħabba l-kisja tal-metall prezzjuż, dan it-tip ta’ DPF miksi jitratta wkoll, sa ċertu punt, il-gassijiet HC u CO permezz ta’ proċess kimiku ta’ ossidazzjoni. Il-prodott tal-IBIDEN HU jappartjeni għal din il-kategorija. Huwa sustrat taċ-ċeramika li huwa sussegwentement miksi f’TIER 2, u mbagħad jiġi integrat fis-sistema manifold tal-egżost f’TIER 1.

(2)   Id-definizzjoni tas-suq relevanti tal-prodott wara l-kummenti tal-partijiet interessati u l-awtoritajiet Ungeriżi

(89)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni esprimiet diversi dubji, li ġew miġbura fil-qosor hawn fuq, dwar jekk id-DOC u d-DPF jistgħux jiġu meqjusa bħala sostituti, li jappartjenu għall-istess suq relevanti tal-prodott.

(90)

Il-Kummissjoni tikkonsidra li l-argumenti li tressqu mill-benefiċjarju tal-għajnuna IBIDEN HU, il-parti interessata Aerosol & Particle Technology Laboratory u mill-awtoritajiet Ungeriżi ma jneħħux id-dubji inizjali tal-Kummissjoni, li kienu kkonfermati bil-kummenti ta’ Saint-Gobain u l-parti interessata li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta. B’mod partikolari l-Kummissjoni tosserva dan li ġej:

(91)

Is-sustrati tad-DPF u d-DOC ma jappartjenux għall-istess suq relevanti tal-prodott minħabba li l-karatteristiċi tal-prodott huma differenti, u li bħala konsegwenza m’hemmx sostituzzjoni bejn iż-żewġ prodotti la min-naħa tad-domanda u lanqas min-naħa tal-provvista.

(92)

Mill-perspettiva tan-naħa tad-domanda, il-Kummissjoni tosserva li hemm differenzi sinjifikanti fil-karatteristiċi tal-prodott, l-użu maħsub u l-prezz bejn is-sustrati tad-DPF u s-sustrati tad-DOC.

(a)

Kif muri mill-partijiet interessati, is-sustrati tad-DOC huma magħmula fil-biċċa l-kbira minn kordierite mhux poruża. Il-materjal użat għas-sustrat tad-DOC għandu jirreżisti temperatura interna ta’ madwar 400 °Ċ preżenti ġod-DOC. Il-materjal ta’ referenza użat għas-sustrati tad-DPF huwa l-karbur tas-silikon. Is-sustrat tad-DPF għandu jkun poruz sabiex tiżgura l-filtrazzjoni tan-nugrufun. Minħabba r-riġenerazzjoni meħtieġa tad-DPF, is-sustrat għandu jkun magħmul minn materjal li jirreżisti temperaturi għoljin ħafna (madwar 1 000 °Ċ fil-każ ta’ DPF miksi) u għal xokkijiet termali ripetuti. Għalhekk, minħabba karatteristiċi termali differenti, il-klijenti ma jistgħux jaqilbu mis-sustrati tad-DPF għas-sustrati tad-DOC fil-każ li jogħla l-prezz ta’ xi wieħed miż-żewġ prodotti.

(b)

F’dak li jirrigwarda l-prezz, il-Kummissjoni taqbel mal-fehma ta’ Saint-Gobain u l-parti interessata li l-identità tagħha se tinżamm sigrieta f’dan ir-rigward u tosserva li hemm differenza kbira fil-prezz bejn iż-żewġ sustrati tad-DOC u d-DPF, peress li l-materjali użati għas-sustrati għad-DPF huma materjali ta’ prestazzjoni ogħla li l-produzzjoni tagħhom tinvolvi spejjeż akbar (pereżempju, huwa rikjest l-użu ta’ fuklar tas-sinterizzar b’temperatura għolja u mingħajr ossidu). Skont is-sottomissjoni mill-partijiet interessati, il-prezz medju ta’ kull unità tas-sustrat tad-DPF ivarja bejn EUR 120-180 (mingħajr l-ispejjeż tal-kisja katalitika u tal-inkapsulament), filwaqt li l-prezz tas-sustrat għad-DOC ivarja bejn EUR 12 u EUR 20 (ukoll mingħajr l-ispiża tal-kisja katalitika u l-ispiża tal-inkapsulament). Differenza bħal din fil-prezz tindika li s-sustrati tad-DPF ma jappartjenux għall-istess suq ta’ sustrati għad-DOC, għaliex il-produtturi tad-DPF TIER 2 ma jistgħux jaqilbu għax-xiri tas-sustrat tad-DOC għal raġunijiet tekniċi (kieku kienu jagħmlu hekk minħabba d-differenza kbira fil-prezz) u produttur tad-DOC ma jissostitwix sustrat tad-DOC b’sustrat tad-DPF għax ikun qed jieħu prodott aktar għali mingħajr funzjoni ta’ ossidazzjoni komparabbli mas-sustrat tad-DOC.

(ċ)

F’dak li jirrigwarda l-użu maħsub, fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni tosserva li l-iskop primarju tad-DOC huwa li, permezz ta’ reazzjoni kimika, jossida ċerti gasssijiet li hemm fl-egżost tad-dijżil f’sustanzi li jagħmlu anqas ħsara. Il-funzjoni primarja tad-DPF hija li jiffiltra n-nugrufun permezz ta’ proċess mekkaniku ta’ filtrazzjoni. Filwaqt, li taħt ċerti ċirkostanzi, d-DPF tkopri - bħala effett kollaterali - ftit mill-funzjonalità tad-DOC, l-effett sħiħ tal-ossidazzjoni ma jistax jintlaħaq mingħajr l-istallazzjoni taż-żewġ apparati. Barra minn hekk, l-apparat DOC ma jaqdi l-ebda funzjoni ta’ DPF, għax ma jiffiltrax in-nugrufun. Skont l-aspettativi tal-manifatturi tal-karozzi u l-fornituri tal-attrezzaturi tal-karozzi, id-DOC u d-DPF jibqgħu apparati separati installati wieħed ħdejn l-ieħor fil-linja tal-gass tal-egżost (28).

(d)

L-ossidazzjoni li ssir mill-katalizzaturi tas-sustrat tad-DPF tal-IBIDEN HU isservi għall-għan li tipprovdi temperaturi suffiċjenti għall-ħruq tan-nugrufun, imma m’għandhiex l-istess effetti ta’ purifikazzjoni bħal DOC li jiffunzjona kollu. Bħal ma ntwera fis-sottomissjonijiet mill-partijiet interessati, l-hekk imsejjaħ prodott multifunzjonali tal-IBIDEN HU ma jeliminax il-ħtieġa ta’ DOC separat fis-sistema tat-trattament tal-gass tal-egżost. L-awtoritajiet Ungeriżi u l-benefiċjarju tal-għajnuna jammettu wkoll li, minħabba l-leġiżlazzjoni preżenti, l-hekk imsejjaħ prodott multifunzjonali tal-IBIDEN HU xorta jrid jiġi stallat flimkien mad-DOC.

(e)

Il-Kummissjoni tosserva li t-twemmin espress minn IBIDEN HU u l-awtoritajiet Ungeriżi rigward it-tendenza biex tiġi użata soluzzjoni kombinata waħda (ta’ DOC u DPF) tista’ tirrifletti t-tendenza futura tat-teknoloġiji tal-kontroll tal-emissjonijiet, madankollu, ma tirriflettix is-sitwazzjoni preżenti, li hija suġġetta għall-analiżi tal-Kummissjoni. Għalhekk kemm id-DPF u d-DOC se jibqgħu jeżistu flimkien u jiġu stallati flimkien fil-perjodu li għandu jiġi kkunsidrat (mill-2003 sal-2008 jiġifieri sena qabel il-bidu u sena wara t-tlestija tal-proġett ta’ investiment). Kif muri mill-istimi tad-dejta tas-suq f’wieħed mill-istudji, id-DOCs jibqgħu l-aktar komponenti tal-kontroll tal-emissjonijiet li qed jiġu stallati fil-karozzi dijżil kollha matul il-perjodu kkonċernat. L-istudju jikkonferma wkoll li għat-teknoloġiji futuri tal-Euro 5 u Euro 6 id-DOCs għandhom ikomplu jkunu użati għall-ossidazzjoni tas-CO, tal-HC u tal-SOF.

(f)

Barra minn dan, il-Kummissjoni tosserva li l-istudju tas-suq ta’ Frost & Sullivan, li hija industrija indipendenti tal-konsulenza u r-riċerka, janalizza d-DPF biss bħala prodott indipendenti li jitratta l-materja partikula u ma jirrefereix għad-DOC.

(93)

Aktar minn hekk, mill-perspettiva tal-fornituri, hemm differenzi fil-proċess tal-produzzjoni tas-sustrati tad-DOC u d-DPF. Minħabba li s-sustrat tad-DPF għandu jkollu reżistenza għal temperatura għolja, il-materjal (fil-maġġor parti karbur tas-silikon) għandu jiġi ppreparat f’temperaturi għoljin ħafna u f’atmosfera mingħajr ossiġnu. Il-kordierite li tintuża fil-biċċa l-kbira għas-sustrat tad-DOC hija sinterizzata fl-arja f’temperatura ħafna aktar baxxa. Aktar minn hekk, is-sustrat tad-DOC huwa blokk wieħed ta’ ċilindru tax-xehda filwaqt li s-sustrat tad-DPF huwa ffurmat permezz tal-inkullar ta’ diversi elementi tal-filtrazzjoni u l-kanali tad-DPF huma pplakkjati, li mhix l-istess għad-DOC. Wieħed għalhekk jista’ jiddeduċi li l-produzzjoni tad-DPF teħtieġ fuklar tas-sinterizzar b’temperatura għolja u mingħajr ossidu, sistema tal-inkullar u makni tal-ipplakkjar u li dan it-tagħmir mhux meħtieġ għall-produzzjoni tas-sustrat tad-DOC. Għalhekk jidher li mhux possibbli li wieħed jipproduċi s-sustrat tad-DPF u d-DOC fuq l-istess linji tal-produzzjoni mingħajr spejjeż addizjonali sinjifikanti.

(94)

Fir-rigward tal-argument imressaq minn IBIDEN HU u l-awtoritajiet Ungeriżi li hemm manifatturi li jipproduċu kemm id-DOC u d-DPF u li d-distinzjoni bejn il-manifatturi tad-DOC u l-manifatturi tad-DPF hija għalhekk mċajpra, il-Kummissjoni tikkunsidra li jekk l-istess manifattur jistax jipproduċi ż-żewġ prodotti jew le, m’huwiex relevanti. Dak li hu relevanti huwa jekk l-istess tagħmir jistax jintuza għall-produzzjoni taż-żewġ sustrati mingħajr spejjeż addizzjonali sinjifikanti. Dan ma ntweriex mill-partijiet interessati u mill-awtoritajiet Ungeriżi. Notevolment, ma kienet ipprovduta ebda evidenza konkreta tal-produtturi tas-sustrati tad-DOCs, li huma kapaċi jipproduċu wkoll sustrati għad-DPFs bl-istess tagħmir mingħajr spejjeż addizzjonali għall-investiment kbar, jew viċi-versa.

(95)

Fid-dawl tal-argumenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li minkejja li d-DOC u d-DPF jappartjenu, flimkien ma’ komponenti oħra (pereżempju, Lean NOx Trap, li l-iskop tiegħu huwa li jnaqqas in-NOx mill-gass tal-egżost) għas-sistema tal-kontroll tal-emissjonijiet tad-dijżil/it-trattament ta’ wara tal-karozzi dijżil tal-passiġġieri jew tat-trakkijiet iż-żgħar, is-sempliċi fatt li jeżistu maġenb xulxin fl-istess linja tal-egżost jew li jinfluwenzaw l-iżvilupp ta’ xulxin ma jagħmilhomx sostituti mil-lenti tal-lat tad-domanda u/jew tal-lat tal-provvista, minħabba li huma żewġ komponenti b’karatteristiċi, prezzijiet u użi maħsuba differenti. Aktar minn hekk, fir-rigward tas-sostitwibbiltà mil-lat tal-provvista, hemm differenzi fil-proċess tal-produzzjoni tas-sustrati tad-DOC u tad-DPF, li jwasslu għall-konklużjoni li m’hemm ebda sostitwibbiltà bejn is-sustrati tad-DOC u s-sustrati tad-DFP mil-lat tal-provvista.

(96)

Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq u għall-iskop ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suq relevanti tal-prodott ikopri biss is-sustrati tal-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil li jiġu mwaħħla fis-sistemi tal-egżost tal-karozzi dijżil tal-passiġġieri u tat-trakkijiet iż-żgħar.

(3)   Is-suq relevanti ġeografiku

(97)

Fid-deċiżjoni tagħha biex tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali il-Kummissjoni kkunsidrat li s-suq relevanti ġeografiku għandu jkun ikopri ż-ŻEE kollha minħabba d-differenzi fir-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet u l-istandards tal-kwalità tal-fjuwil mqabbla ma’ pajjiżi terzi u s-sehem iżgħar ta’ karozzi dijżil fi swieq kbar oħrajn tal-karozzi (29). Fil-preżent d-domanda għal apparati tat-trattament ta’ wara tidher li hi baxxa ħafna għat-trakkijiet dijżil iż-żgħar fi swieq oħra barra ż-ŻEE. Bl-iżvilupp ta’ aktar apparati tat-trattament ta’ wara għall-vetturi dijżil, li mbagħad ikunu jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-gass tal-egżost f’uħud mill-pajjiżi terzi, is-suq għall-apparati tat-trattament ta’ wara mistenni jespandi ġeografikament wara l-2008 biss.

(98)

L-ebda waħda mill-partijiet interessati jew l-awtoritajiet Ungeriżi ma kkonstestaw din il-konklużjoni. Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq u għall-iskop ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suq relevanti ġeografiku għad-DPF ikopri ż-ŻEE kollha.

6.4.3.3.   Sehem mis-suq

(99)

Skont il-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002, proġett ta’ investiment innotifikat individwalment ma jkunx eliġibbli għal għajnuna għall-investiment jekk il-bejgħ tal-benefiċjarju tal-għajnuna jkun jammonta għal aktar minn 25 % tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat qabel l-investiment jew ikun se jammonta għal aktar minn 25 % wara l-investiment.

(100)

Sabiex jiġi eżaminat jekk dan il-proġett huwiex kompatibbli mal-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002, irid jiġi analizzat is-sehem mis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna fil-livell ta’ grupp qabel u wara l-investiment. Minħabba li l-investiment tal-IBIDEN HU beda fl-2004 u l-produzzjoni ta’ kapaċità sħiħa ta’ 2,4 miljun unità kull sena kienet mistennija tintlaħaq li fl-2007, il-Kummissjoni eżaminat l-ishma mis-suq fl-2003 u l-2008.

(101)

L-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw li m’hemm ebda impriżi konġunti u arranġamenti fit-tul ta’ kummerċjalizzazzjoni bejn IBIDEN u kumpaniji oħra fit-taqsima taċ-ċeramika.

(102)

L-awtoritajiet Ungeriżi pprovdew dejta tas-suq mis-sorsi li ġejjin: Frost & Sullivan Ltd. u AVL List GmbH. L-ishma mis-suq tal-Grupp IBIDEN fis-suq tad-DPF qabel il-bidu u wara t-tlestija tal-proġett f’termini ta’ volumi għall-Ewropa qed jingħataw f’Tabella III hawn taħt.

Tabella III

Is-sehem mis-suq tal-IBIDEN fil-livell ta’ grupp fl-Ewropa

(Dejta f’unitajiet)

 

2003

2008

Bejgħ mill-grupp IBIDEN

(…)

(…)

Is-suq totali tad-DPF

702 000

6 340 000

Sehem mis-suq tad-DPF

[…] %

[…] %

Sors: Frost & Sullivan Ltd ().

(103)

L-istudji sottomessi mill-awtoritajiet Ungeriżi juru li s-sehem mis-suq ta’ IBIDEN fil-livell ta’ grupp fis-suq tad-DPF qabel u wara l-investiment jammonta għal […] %- […] % fl-Ewropa f’termini ta’ volum (31) u għalhekk jaqbeż sostanzjalment il-limitu ta’ 25 % (32). Għalhekk il-kundizzjoni fil-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002 mhix rispettata.

6.4.3.4.   Iż-żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni/it-test tas-suq li qed jikber

(104)

Il-paragrafu 24 tal-MSF 2002 jipprovdi li proġetti notifikabbli individwalment ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 24 ma tkunx sosdisfatta. Minkejja li, kif indikat hawn fuq, il-kundizzjoni fil-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002 mhijiex rispettata, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk il-proġett ta’ investiment huwiex konformi ma’ kundizzjoni oħra stipulata fil-paragrafu 24(b) tal-MSF 2002. Skont il-paragrafu 24(b) tal-MSF 2002, il-proġett notifikabbli individwalment ma jkunx eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment jekk il-kapaċità kkreata bil-proġett hija aktar minn 5 % tad-daqs tas-suq imkejjel bl-użu tad-dejta tal-konsum apparenti tal-prodott ikkonċernat, sakemm ir-rata medja tat-tkabbir annwali tal-konsum apparenti tiegħu matul l-aħħar ħames snin tkun ‘il fuq mill-medja tar-rata ta’ tkabbir annwali tal-PGD taż-Żona Ekonomika Ewropea matul l-istess perjodu.

(105)

F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tosserva li, kif inhu muri fit-Tabella IV hawn taħt, il-medja tat-tkabbir annwali tal-konsum apparenti (imkejjel permezz tal-bejgħ totali) fl-Ewropa tad-DPF matul l-aħħar 5 snin hija sostanzjalment ‘il fuq mir-rata medja tat-tkabbir annwali tal-PGD taż-ŻEE (33).

Tabella IV

It-test tas-suq li qed jikber

(Bejgħ f’unitajiet)

 

2001

2002

2003

2004

2005

2006

CAGR (**)

DPF

29 000

290 000

702 000

1 169 000

1 791 000

2 957 000

152,17  %

PGD (miljuni ta’ EUR fi prezzijiet kostanti tal-1995) (UE 27)

8 197 605,0

8 295 193,5

8 402 482,6

8 610 427,6

8 765 680,7

9 027 663,9

1,95  %

(106)

Konsegwentement, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna taħt skrutinju hija konformi mal-paragrafu 24(b) tal-MSF 2002, madankollu, kif muri hawn fuq, l-għajnuna mhix konformi mal-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002.

6.5.   L-effetti negattivi tal-għajnuna u konklużjoni

(107)

Skont ir-regoli dwar l-għajnuna reġjonali, l-għajnuna li tammonta għal HUF 7 411 828 735 (EUR 29,73 miljun) fil-valur preżenti (HUF 11 745 422 640 jew EUR 47,12 miljun f’valur nominali) diġà ingħatat lil IBIDEN HU fuq il-bażi tal-iskemi eżistenti tal-għajnuna reġjonali (34) sal-limitu tan-notifika individwali stabbilit fil-paragrafu 24 tal-MSF 2002. L-ammont tal-għajnuna, li hu suġġett għan-notifika preżenti, huwa d-differenza bejn l-ammont totali tal-għajnuna u l-appoġġ li ngħata diġà, jiġifieri HUF 2 381 981 198 (EUR 9,56 miljun) fil-valur preżenti (fil-valur nominali dan l-ammont huwa ta’ HUF 3 845 801 110 jew EUR 15,43 miljun).

(108)

Il-paragrafu 24 tal-MSF 2002 jipprovdi li proġetti notifikabbli individwalment ma jkunux eliġibbli għall-għajnuna għall-investiment jekk xi waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 24 ma tkunx sodisfatta. Bħal ma ntwera hawn fuq, l-għajnuna taħt skrutinju mhix konformi mal-paragrafu 24(a) tal-MSF 2002 għaliex is-sehem mis-suq ta’ IBIDEN fil-livell ta’ grupp fis-suq tad-DPF fl-Ewropa kemm qabel kif ukoll wara l-investiment jaqbeż b’mod sostanzjali l-limitu ta’ 25 %.

(109)

Is-sehem mis-suq kbir ta’ IBIDEN jirrifletti l-pożizzjoni prevalenti tal-kumpanija fis-suq tad-DPF. Skont l-istudju ta’ Frost & Sullivan Ltd (“F&S”) (35) u kummenti pprovduti minn partijiet interessati, IBIDEN tgawdi minn pożizzjoni eċċellenti fis-suq Ewropew għad-DPF, għax hija waħda miż-żewġ manifatturi l-kbar tal-filtri sustrati fid-dinja (il-manifattur l-ieħor huwa l-NGK). Il-Kummissjoni tosserva li s-suq tad-DPF fl-Ewropa għadda minn tkabbir tremend f’dawn l-aħħar snin, hekk kif il-manifatturi kollha tal-karozzi qed jadottaw it-teknoloġija biex jilħqu l-limiti Euro tal-emissjonijiet. Huwa suq li jħalli qligħ kbir u l-iżvilupp futur f’saħħtu tiegħu jidher assikurat ukoll. L-għajnuna suġġetta għan-notifika kieku tkompli ssaħħaħ aktar il-pożizzjoni minn ta’ quddiem ta’ IBIDEN f’dan is-suq u tagħmilha aktar diffiċli għal dawk li jidħlu ġodda fis-suq biex jikkonsolidaw il-pożizzjoni tagħhom fis-suq. L-għajnuna suġġetta għan-notifika tista’ għalhekk toħloq distorsjoni sostanzjali tal-kompetizzjoni.

(110)

Fuq il-bażi tal-konsiderazzjonijirt imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna suġġetta għan-notifika mhijiex kompatibbli mas-suq komuni. Minħabba li l-għajnuna ta’ HUF 2 381 981 198 (EUR 9,56 miljun) fil-valur preżenti (f’valur nominali dan l-ammont huwa ta’ HUF 3 845 801 110 jew EUR 15,43 miljun) ma ngħatatx, m’hemmx il-ħtieġa li tiġi rkuprata,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tal-Ungerija qed tippjana li timplimenta għal IBIDEN Hungary Gyártó Kft. li tammonta għal HUF 2 381 981 198 fil-valur preżenti (HUF 3 845 801 110 f’termini nominali) hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Għalhekk l-għajnuna ma tistax tiġi implimentata.

Artikolu 2

Ir-Repubblika tal-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li ttieħdu biex tikkonforma magħha.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Ungerija.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membnru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 224, 25.9.2007, p. 2.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas multisettorali dwar għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (ĠU C 70, 19.3.2002, p. 8) kif immodifikat permezz tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-modifikazzjoni tal-Qafas multisettorali dwar l-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (2002) fir-rigward tat-tfassil ta’ lista ta’ setturi li qed jiffaċċjaw problemi strutturali u proposta ta’ miżuri xierqa skont l-Artikolu 88(1) tat-Trattat tal-KE, rigward is-settur tal-vetturi bil-mutur u s-setturi tal-fibri sintetiċi (ĠU C 263, 1.11.2003, p. 3).

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(4)  L-ittra tal-Kummissjoni datata d-9 ta’ Lulju 2004, C(2004) 2773/5 rigward l-HU 12/2003 - Mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Ungerija għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2004 sal-31 ta’ Diċembru 2006.

(5)  Is-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2006.

(6)  Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u s-sorveljar effettiv dwar l-għajnuna reġjonali lil proġetti kbar ta’ investiment, il-paragrafu 36 tal-MSF 2002 jipprovdi għal “mekkaniżmu ta’ trasparenza” speċjali. Taħt il-mekkaniżmu ta’ trasparenza l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ format standard kull meta tingħata l-għajnuna taħt l-MSF 2002 għal proġetti mhux notifikabbli bi spejjeż eliġibbli li jaqbżu l-50 miljun Euro.

(7)  Ikkalkulat, skont ir-regoli tal-iskema bażi tal-għajnuna, fuq il-bażi tar-rata tal-kambju ta’ 249,28 HUF/EUR (applikabbli fil-31 ta’ Awwissu 2004) u rata ta’ referenza ta’ 8,59 %.

(*)  Kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali.

(8)  HU 1/2003 “Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” kienet ippreżentata skont il-proċedura interim u aċċettata mill-Kummissjoni bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira ta’ Anness IV, Kapitolu 3 paragrafi (1)(c) (taħt l-Artikolu 22) tat-Trattat tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja.

(9)  HU 3/2004 “Skema tal-Benefiċċju tat-Taxxa tal-Iżvilupp” kienet mibgħuta skont il-proċedura interim u aċċettata mill-Kummissjoni bħala għajnuna eżistenti skont it-tifsira ta’ Anness IV, Kapitolu 3 paragrafi (1)(c) (taħt l-Artikolu 22) tat-Trattat tas-Sħubija fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja. L-emenda tal-iskema kienet innotifikata lill-Kummissjoni (każ numru N 504/2004) u approvata mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Diċembru 2004 (ref. C(2004) 5652).

(10)  F’din id-deċiżjoni, l-ekwivalenti tal-għotja netta (NGE) hija kkalkulata fuq il-bażi tar-rata standard tat-taxxa korporattiva applikabbli fl-Ungerija (16 %).

(11)  Il-benefiċċju tat-taxxa għandu limitu massimu f’termini tal-valur preżenti globali tiegħu.

(12)  HU 1/2003 “Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” u N 504/2004 (ex HU 3/2004) “Skema tal-Benefiċċju tat-Taxxa għall-Iżvilupp”.

(13)  Id-differenzi fl-użu maħsub bejn il-prodotti lesti, DPF u DOC, huma riflessjoni tal-użi differenti tas-sustrat rispettivi tagħhom. Għalhekk, minn issa ‘l quddiem fid-deċiżjoni se tintuża DPF minflok is-sustrat tad-DPF.

(14)  “Analiżi strateġika tas-suq Ewropew għall-Filtri tal-partikuli tad-Dijżil”, Ottubru 2006. Il-kumpanija Frost&Sullivan hija attiva fis-suq/industrija tal-konsulenza u r-riċerka.

(15)  “Studju tas-suq tal-apparati tat-trattament ta’ wara tat-tnaqqis tal-PM”, Marzu 2007. Il-Lista AVL hija involuta mill-qrib fit-tfassil u l-iżvilupp tal-magni b’kombustjoni interna. L-istudju AVL, li kien ikkummissjonat minn IBIDEN HU għal dan il-każ, jargumenta li kemm id-DOC u d-DPF huma tal-istess suq relevanti tal-prodott, madankollu, d-dejta u l-analiżi ppreżentati fl-istudji tal-AVL ma jikkonfermawx dan l-argument, jiġifieri diversi elementi/informazzjoni fl-istudji jindikaw li mhumiex sostitwibbli, u mhux l-oppost.

(16)  ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.

(17)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(18)  Il-kunċett tal-ġenerazzjonijiet sussegwenti tal-prodott huwa użat minn IBIDEN HU biex tirreferi għall-evoluzzjoni tat-teknoloġija.

(19)  Madankollu, fir-rigward tal-prezz tas-suq tad-DOC ta’ EUR 102, kif ipprovdut fl-istudju tal-AVL, jidher li jirreferi għall-prezz tad-DOC wara l-kisi f’TIER 2 ukoll, u għalhekk il-prezz tas-sustrat tad-DOC ikun irid jiġi aġġustat ‘l isfel bl-istess mod li l-IBIDEN aġġustat il-prezzijiet tas-sustrati tad-DPF.

(20)  Id-differenzi fl-użu maħsub bejn il-prodotti lesti, DPF u DOC, huma riflessjoni tal-użi differenti tas-sustrati rispettivi tagħhom.

(21)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(22)  HU 1/2003 “Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” u N 504/2004 (ex HU 3/2004) “Skema tal-Benefiċċju tat-Taxxa tal-Iżvilupp”.

(23)  Minħabba li proġetti ta’ investiment jistgħu jibqgħu għaddejjin għal bosta snin, dak il-perjodu ta’ tliet snin huwa kkalkulat, fil-prinċipju, mill-bidu tax-xogħlijiet fuq kull proġett.

(24)  Id-DPF għadu mhux rikjest mill-leġiżlazzjoni Ewropea preżenti, imma diġà huwa installat f’ċerti vetturi bil-mutur. Minn Settembru 2009 ‘l quddiem, se jsiru mandatorji valuri ġodda ta’ limiti għal tipi ġodda ta’ karozzi dijżil tal-passiġġieri (kategorija M1) u vetturi kummerċjali żgħar (kategorija N1 klassi I) b’massa ta’ referenza li ma taqbiżx l-2 610 kg (dawn il-limiti se japplikaw għall-klassijiet II u III ta’ vetturi N1 u N2 minn Settembru 2010). Fil-prattika dan jirriżulta fl-istallazzjoni tad-DPFs sabiex dawn il-valuri tal-limiti jintlaħqu.

(25)  L-awtoritajiet Ungeriżi kkonfermaw li IBIDEN Deutschland GmbH hija kumpanija tal-kummerċ u tal-marketing, u ma tipproduċix partijiet tat-trattament tal-gass tal-egżost. L-ebda kumpanija oħra tal-Grupp IBIDEN ma twettaq proċessi ulterjuri fuq il-partijiet prodotti minn IBIDEN HU.

(26)  SOF: frazzjoni organika li tinħall bħal materjal organiku mnissel minn żejt li jillubbrifika l-magna u mill-fjuwil.

(27)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(28)  Din it-tendenza, kif spejgata minn Saint-Gobain, hija enfasizzata minn diversi preżentazzjonijiet waqt diversi fora esperti fl-2007 minn General Motors, DaimlerChrysler, Johnson Matthey, Hyundai u Arvin Meritor.

(29)  Skont l-istudju tas-suq ta’ AVL, sistemi moderni tat-trattament ta’ wara tal-egżost għandhom bżonn fjuwil tad-dijżil mingħajr kubrit biex jaħdmu b’mod effettiv u fit-tul. Fjuwil tad-dijżil b’livell baxx ta’ kubrit ġie ntrodott fl-UE fl-2005 u se jkun mandatorju fl-2009.

(30)  Id-dejta miġbura mill-AVL tirrifletti suq kemmxejn iżgħar mill-F&S u tista’ tirriżulta f’inkonsistenzi minħabba li l-volum tal-bejgħ tal-benefiċjarju fl-Ewropa qabel l-investiment (jiġifieri fl-2003) huwa akbar mill-bejgħ totali stmat mill-AVL. Għalhekk ġew użati l-figuri tas-suq tad-DPF li jinsabu fl-istudju tal-F&S fejn ma rriżultat l-ebda inkonsistenza bħal din. Aktar minn hekk, il-fatt li wieħed jieħu d-dejta tal-F&S jaħdem favur il-benefiċjarju, imma anke f’dan ix-xenarju, l-ishma mis-suq huma ‘l fuq sew minn 25 %. L-istudju tal-F&S jirreferi direttament għan-numru ta’ DPFs li nbiegħu jew huma mistennija li jinbiegħu fis-suq meta jiġu kkunsidrati l-manifatturi kollha tad-DPFs. Għandu jiġi nnutat ukoll li minkejja li l-istudji jirreferu għad-DPF, jiġifieri l-prodott downstream magħmul lest, fil-prattika l-volum tas-sustrati mibjugħa huwa ugwali għan-numru tad-DPfs li nbiegħu.

(31)  Is-sustrat taċ-ċeramika ta’ IBIDEN HU huwa prodott intermedjarju li huwa suġġett għal ipproċessar addizzjonali (jiġifieri kisi, inkapsulament) f’livelli sussegwenti tal-katina tal-valur (magħmul minn kumpaniji indipendenti). Minħabba li d-dejta f’termini ta’ valur li hemm fl-istudji sottomessi tirreferi biss għad-DPF magħmul lest li l-prezz tiegħu huwa sostanzjalment ogħla minn dak tal-prodott ta’ IBIDEN, u minħabba li l-ebda dejta ta’ min jorbot fuqha ma ġiet sottomessa fir-rigward tal-prezz tal-prodott intermedju, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ, għandha tiġi użata l-analiżi f’termini ta’ volum. F’kull każ, anke jekk IBIDEN tbigħ is-sustrati tad-DPF bi prezz viċin il-prezz medju tas-suq, l-ishma mis-suq f’termini ta’ valur ikunu komparabbli.

(32)  Skont id-dejta pprovduta minn Saint-Gobain, anke f’suq ipotetiku li jinkludi sustrati kemm tad-DPF u tad-DOC (suq tad-DPF + DOC), is-sehem mis-suq ta’ IBIDEN huwa ‘l fuq minn 25 % f’termini ta’ valur fiż-ŻEE. Madankollu, dan l-argument mhux ikkonfermat mill-istudju tal-AVL (li kien ikkummissjonat mill-benefiċjarju), għaliex hu jindika prezzijiet sostanzjalment ogħla għad-DOCs u għalhekk sehem mis-suq f’termini ta’ valur jibqa’ taħt il-25 % fis-suq kombinat (madankollu, fir-rigward tal-prezz fis-suq tad-DOC kif ipprovdut fl-istudju tal-AVL, jidher li dan jirreferi għall-prezz tad-DOC wara l-kisja f’TIER 2, li tispjega l-prezz notevolment ogħla kkumparat ma’ dak indikat għas-sustrat minn Saint-Gobain). Għalhekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli ma jistax jiġi konkluż jekk f’tali suq ipotetiku is-sehem mis-suq ta’ IBIDEN ikunx ‘il fuq jew ‘l isfel minn 25 % f’termini ta’ valur fiż-ŻEE.

(33)  Għal raġinijiet prattiċi, ġew ikkunsidrati l-figuri tal-PGD tal-UE 27.

(**)  CAGR: Rata Komposta tat-Tkabbir Annwali.

(34)  HU 1/2003 “Skema Immirata għall-Promozzjoni tal-Investiment” u N 504/2004 (ex HU 3/2004) “Skema tal-Benefiċċju tat-Taxxa tal-Iżvilupp”.

(35)  “Analiżi strateġika tas-suq Ewropew għall-Filtri tal-Partikuli tad-Dijżil”, Ottubru 2006. Il-kumpanija Frost&Sullivan hija attiva fil-konsulenza u r-riċerka dwar is-suq/l-industrija.


4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Ottubru 2008

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/831/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ sustanzi / kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-data ta’ skadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-8 ta’ Novembru 2007, dik l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Għalhekk għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun l-1 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta' prodotti li d-data ta' skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija l-1 ta' Diċembru 2009

Isem

Numru EC

Numru CAS

Tip ta’ prodott

SMR

1,2-benżisotijażol-3(2H)-on

220-120-9

2634-33-5

2

ES

2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid]

219-768-5

2527-58-4

6

PL

2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid]

219-768-5

2527-58-4

13

PL

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

1

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

2

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

3

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

6

HU

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

3

EE

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

6

EE

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

13

EE

Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidin

237-030-0

13590-97-1

6

ES

Ossidu ta’ l-etilene

200-849-9

75-21-8

2

NO

Glijossal

203-474-9

107-22-2

2

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

3

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

4

FR

Aċidu eża-2,4-dienojku/Aċidu sorbiku

203-768-7

110-44-1

6

DE

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol

255-953-7

42822-86-6

1

UK

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol

255-953-7

42822-86-6

2

UK

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

1

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

5

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

6

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

13

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

1

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

5

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

6

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

13

FR

Jodju polivinilpirrolidon

Polimer

25655-41-8

1

SE

Potassju-(E,E)-eża-2,4-dienoat

246-376-1

24634-61-5

6

DE

Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju

223-296-5

3811-73-2

2

SE

Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju

223-296-5

3811-73-2

3

SE

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

1

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

2

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

3

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

4

LT

Diossidu tas-silikon – amorfuż

231-545-4

7631-86-9

3

FR

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

3

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

4

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

5

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

13

SE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

1

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

2

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

4

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

5

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

6

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

13

DE

Tijabendażol

205-725-8

148-79-8

2

ES

Tijabendażol

205-725-8

148-79-8

13

ES

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

3

DK

Polimer ta’ formaldeide u akrolein

Polimer

26781-23-7

3

HU


4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Novembru 2008

dwar in-noninklużjoni tal-bromuconazole fl-Anness I għad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u l-irtirar tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom din is-sustanza

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6290)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/832/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (1), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li Stat Membru, matul perjodu ta’ tnax-il sena min-notifika ta’ din id-Direttiva, jista’ jawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mhux elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva li jkunu diġà jinsabu fis-suq sentejn wara d-data tan-notifika, filwaqt li dawn is-sustanzi jkunu qegħdin jiġu eżaminati bil-mod fil-qafas ta’ programm ta’ ħidma.

(2)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati bl-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE. Din il-lista tinkludi l-bromuconazole.

(3)

Għall-bromuconazole l-effetti fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent ġew ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti (KE) Nru 451/2000 u (KE) Nru 1490/2002 għal firxa ta’ użi proposti min-notifikant. Barra minn hekk, dawn ir-Regolamenti jaħtru lill-Istati Membri relaturi li għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta’ evalwazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002. Għall-bromuconazole l-Istat Membru relatur kien il-Belġju u t-tagħrif kollu rilevanti kien ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2005.

(4)

Ir-rapport ta' evalwazzjoni saritlu reviżjoni esperta mill-Istati Membri u l-EFSA fil-Valutazzjoni tal-Grupp ta' Ħidma tagħha u kien ippreżentat lill-Kummissjoni fis-26 ta' Marzu 2008 fil-format tal-konklużjoni tal-EFSA fir-rigward tar-reviżjoni esperta tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bromuconazole (4). Dan ir-rapport ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzat fil-11 ta' Lulju 2008 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-bromuconazole.

(5)

Matul il-valutazzjoni ta' din is-sustanza attiva, ġie identifikat xi tħassib. B’mod partikolari, fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli, ma kienx possibli li tiġi vvalutata l-kontaminazzjoni potenzjali tal-ilmijiet tal-wiċċ u ta’ taħt l-art. Barra minn hekk, fir-rigward tal-ekotossikoloġija, hemm tħassib minħabba r-riskju għoli għal organiżmi akkwatiċi. Għaldaqstant, ma kienx possibbli li tintlaħaq konklużjoni fuq il-bażi tat-tagħrif disponibbli li l-bromuconazole laħaq il-kriterji għall-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(6)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikant biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar ir-riżultati tar-reviżjoni esperta u dwar jekk kienx beħsiebu jkompli jappoġġja s-sustanza. In-notifikant ressaq il-kummenti tiegħu li ġew eżaminati bir-reqqa. Madankollu, minkejja l-argumenti mressqa min-notifikant, it-tħassib identifikat ma setax jitneħħa, u l-evalwazzjonijiet li saru fuq il-bażi tat-tagħrif ippreżentat u vvalutat matul il-laqgħat esperti tal-EFSA ma wrewx li wieħed jista' jistenna li, skont il-kundizzjonijiet ta' użu proposti, il-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole jissodisfaw b'mod ġenerali r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE.

(7)

Għaldaqstant il-bromuconazole ma għandux jiġi inkluż fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

Għandhom jittieħdu miżuri biex ikun żgurat li awtorizzazzjonijiet mogħtija għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole jiġu rtirati f’perjodu ta' żmien preskritt u li ma jiġġeddux u li ma tingħata l-ebda awtorizzazzjoni ġdida għal prodotti bħal dawn.

(9)

Kull perjodu ta' konċessjoni mogħti minn Stat Membru għar-rimi, il-ħażna, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-ħażniet eżistenti ta' prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole għandu jkun limitat għal perjodu ta' tnax-il xahar biex jippermetti li l-ħażniet eżistenti jintużaw fi staġun ieħor tat-tkabbir, li jiżgura li l-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole jibqgħu disponibbli għall-bdiewa sa 18-il xahar wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(10)

Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax is-sottomissjoni ta' applikazzjoni għall-bromuconazole skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, li r-regoli ta’ implimentazzjoni dettaljati tagħha ġew stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 33/2008 (5), fid-dawl ta’ inklużjoni possibbli fl-Anness I tagħha.

(11)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-bromuconazole ma għandux jiġi inkluż bħala sustanza attiva fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorizzazzjonijiet għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole jiġu rtirati sat-3 ta’ Mejju 2009;

(b)

l-ebda awtorizzazzjoni għal prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-bromuconazole mhi se tingħata jew tiġġedded mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Kull perjodu ta' konċessjoni mogħti minn Stati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 91/414/KEE, għandu jkun qasir kemm jista' jkun u għandu jiskadi sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25.

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23.

(4)  Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 136, il-Konklużjoni dwar ir-reviżjoni esperta tal-evalwazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva bromuconazole, iffinalizzat fis-26 ta’ Marzu 2008.

(5)  ĠU L 15, 18.1.2008, p. 5.


4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.