|
ISSN 1725-5104 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
|
||
|
|
* |
||
|
|
|
|
|
|
Corrigendum |
|
|
|
|
|
|
|
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1073/2008
tal-31 ta’ Ottubru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
36,8 |
|
MK |
43,0 |
|
|
TR |
108,9 |
|
|
ZZ |
62,9 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
168,2 |
|
MA |
28,7 |
|
|
TR |
136,0 |
|
|
ZZ |
111,0 |
|
|
0709 90 70 |
MA |
40,7 |
|
TR |
128,7 |
|
|
ZZ |
84,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
74,8 |
|
MA |
81,6 |
|
|
TR |
101,3 |
|
|
ZA |
91,9 |
|
|
ZZ |
87,4 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
233,7 |
|
TR |
114,1 |
|
|
US |
265,5 |
|
|
ZA |
218,0 |
|
|
ZZ |
207,8 |
|
|
0808 10 80 |
CA |
96,2 |
|
CL |
68,1 |
|
|
CN |
66,8 |
|
|
MK |
37,6 |
|
|
NZ |
81,7 |
|
|
US |
113,0 |
|
|
ZA |
89,7 |
|
|
ZZ |
79,0 |
|
|
0808 20 50 |
CN |
64,7 |
|
US |
208,3 |
|
|
ZA |
94,6 |
|
|
ZZ |
122,5 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ ZZ ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1074/2008
tal-31 ta' Ottubru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1249/96 dwar regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 f’dak li jirrigwarda d-dazji tal-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali
Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 143(b) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 2(5), it-tieni inċiż, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 (2) jipprevedi li l-garanzija addizzjonali ta’ EUR 24 kull tunnellata għall-qamħirrum iebes mhix meħtieġa jekk l-applikazzjoni għal ċertifikat tal-importazzjoni jkollha magħha ċertifikat ta’ konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria tal-Arġentina. Fil-prattika, dan iċ-ċertifikat ta’ konformità jinhemeż mad-dokumenti tat-trasport u għalhekk isegwi l-merkanzija. Din is-sitwazzjoni ma tħallix, għal raġunijiet amministrattivi, lill-operaturi jiksbu l-eżenzjoni mill-ħtieġa għall-garanzija kif previst fir-regoli. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, huwa xieraq li jiġu emendati l-kundizzjonijiet li fihom l-operaturi huma marbuta li jipprovdu l-provi meħtieġa. |
|
(2) |
L-Artikolu 5(1), l-ewwel inċiż, punt b), tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 jipprevedi li, fil-każ tal-importazzjoni ta’ qamħ komuni ta’ kwalità għolja, il-prinċipju ta’ garazija speċifika addizzjonali għall-garanziji previsti Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (3). Din il-garanzija addizzjonali ta’ EUR 95 kull tunnellata hija ġustifikata mid-differenza tad-drittijiet tad-dwana applikabbli għall-importazzjoni tal-qamħ komuni skond jekk ikunx qamħ ta’ kwalità għolja inkella qamħ ta’ kwalità baxxa u medja. Fil-każ ta’ sospensjoni tad-drittijiet tad-dwana għall-kategoriji kollha kwalitattivi tal-qamħ komuni skond l-Artikolu 187 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, il-garanzija addizzjonali msemmija ma tibqax ġustifikata, u għalhekk ikun meħtieġ li jiġi pprovdut li din il-garanzija ma tkunx meħtieġa matul il-perjodu kollu li matulu tapplika s-sospensjoni tad-drittijiet. |
|
(3) |
L-Anness IV B tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 fih modell ta’ ċertifikat ta’ konformità awtorizzat mill-Gvern tal-Kanada għal dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tal-gradi għall-esportazzjonijiet ta’ qamħ komuni u ta’ qamħ durum lejn il-Komunità Ewropea. Permezz ta’ ittra uffiċjali tal-20 ta’ Mejju 2008, l-awtoritajiet Kanadiżi infurmaw is-servizzi tal-Kummissjoni dwar emenda fil-mudell nazzjonali taħghom. Għalhekk huwa xieraq li dan il-mudell jiġi adattat. |
|
(4) |
Għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 għandu jiġi emendat. |
|
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1249/96 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “B’deroga mill-Artikolu 293(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2454/93, l-importatur għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’garanzija addizzjonali ta’ EUR 24 għall kull tunnellata ta’ qamħirrum iebes, ħlief jekk iċ-ċertifikat tal-importazzjoni jkollu miegħu ċertifikat ta’ konformità maħruġ mis-Servicio Nacional de Sanidad y Calidad Agroalimentaria (Senesa) tal-Arġentina f’konformità mal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament. F’dan il-każ, l-applikazzjoni għal ċertifikat tal-importazzjoni u ċ-ċertifikat tal-importazzjoni, fil-kaxxa 24 għandu jkun fihom referenza għat-tip ta’ ċertifikat ta’ konformità u n-numru tiegħu.” |
|
(2) |
L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Anness IV B il-mudell ta’ ċertifikat ta’ konformità awtorizzat mill-Gvern tal-Kanada għal dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tal-gradi ta’ qamħ komuni u ta’ qamħ durum huwa sostitwit bil-mudell li jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS
MUDELL TA’ ĊERTIFIKAT TA’ KONFORMITÀ AWTORIZZAT MILL-GVERN TAL-KANADA GĦAL DAK LI JIRRIGWARDA L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET T’A GRADI GĦALL-ESPORTAZZJONI TA’ QAMĦ KOMUNI U DURUM
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1075/2008
tal-31 ta’ Ottubru 2008
li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002 , ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
|
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
|
(3) |
Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00 , 1001 90 91 , ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00 , 1005 10 90 , 1005 90 00 u 1007 00 90 , huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Novembru 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
|
(5) |
Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Novembru 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-1 ta’ Novembru 2008
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
28,01 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
2,90 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
2,90 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
28,01 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
17.10.2008-30.10.2008
|
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2008
li temenda l-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6042)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/827/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 tal-Anness VI tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1). |
|
(2) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5), 2008/547/KE (6) u 2008/672/KE (7). |
|
(3) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li sitt stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa huma konformi b’mod sħiħ mal-leġiżlzzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti għandhom il-permess li jirċievi u jipproċessaw ħalib nej mhux konformi mingħajr separazzjoni. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI. |
|
(4) |
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(3) ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.
(5) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.
ANNESS
Fil-Kapitolu I tal-Appendiċi tal-Anness VI tal-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdiedu l-annotazzjonijiet li ġejjin:
|
Nru |
Nru veterinarju |
Isem tal-istabbiliment |
Belt/Triq jew Raħal/Reġjun |
||
|
“7. |
BG 1212029 |
SD ‘Voynov i sie’ |
|
||
|
8. |
0712001 |
‘Ben Invest’ OOD |
s. Kostenkovtsi, obsht. Gabrovo |
||
|
9. |
1512012 |
ET ‘Ahmed Tatarla’ |
|
||
|
10. |
2212027 |
‘Ekobalkan’ OOD |
|
||
|
11. |
2312030 |
ET ‘Favorit- D. Grigorov’ |
s. Aldomirovtsi |
||
|
12. |
2312031 |
ET ‘Belite kamani’ |
s. Dragotintsi” |
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta’ Ottubru 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2007/716/KE rigward ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6044)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/828/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att tal-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 42 tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/716/KE (2) tistabbilixxi miżuri tranżitorji għar-rekwiżiti strutturali ta’ ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib fil-Bulgarija previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 (3) u (KE) Nru 853/2004 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sakemm dawk l-istabbilimenti jkunu fi tranżizzjoni, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom jitqiegħdu biss fis-suq domestiku jew jintużaw għal iktar ipproċessar fi stabbilimenti Bulgari fi tranżizzjoni. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/716/KE ġiet emendata mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2008/290/KE (5), 2008/330/KE (6), 2008/552/KE (7) u 2008/678/KE (8). |
|
(3) |
Skond dikjarazzjoni uffiċjali mill-awtorità kompetenti Bulgara, ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-laħam u l-ħalib waqqfu l-attivitajiet tagħhom jew lestew il-proċess ta’ aġġornament tagħhom u issa jinsabu f’konformità sħiħa mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti għalhekk għandhom jitneħħew mil-lista ta’ stabbilimenti fi tranżizzjoni. |
|
(4) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE għandu jkun emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 14.
(3) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1.
(4) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
(6) ĠU L 114, 26.4.2008, p. 94.
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/716/KE huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjonijiet li jmiss għall-ipproċessar tal-laħam huma mħassra:
|
|
(2) |
L-annotazzjonijiet li jmiss għall-ipproċessar tal-ħalib huma mħassra:
|
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta' Ottubru 2008
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE li tistabbilixxi l-istatus tal-ESB ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tagħhom tal-ESB
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6274)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/829/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 5(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (transmissible spongiform encephalopathie - TSEs) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (‘pajjiżi jew reġjuni’) għandu jiġi ddeterminat permezz ta' klassifikazzjoni f'waħda minn tliet kategoriji skond ir-riskju tal-ESB involut, jiġifieri riskju ta' ESB negliġibbli, riskju ta' ESB kkontrollat u riskju ta' ESB mhux determinat. |
|
(2) |
L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-ESB tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta' ESB (2) tagħhom telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skond l-istatus ta' riskju ta' ESB tagħhom: |
|
(3) |
Sakemm tintlaħaq konklużjoni finali dwar l-istatus ta' riskju ta' ESB tal-Istati Membri, l-Istati Membri kollha kellhom għarfien proviżorju ta' pajjiżi ta' riskju ta' ESB ikkontrollat kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE. Matul is-Sessjoni Ġenerali tal-OIE f'Mejju 2008, ġiet adottata Riżoluzzjoni marbuta mal-istatus ta' ESB tal-pajjiżi differenti. L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-OIE. Sakemm tintlaħaq konklużjoni finali dwar l-istatus ta' riskju ta' ESB ta’ ċerti Stati Membri u meqjusa l-miżuri protettivi stretti armonizzati ta' ESB applikati fi ħdan il-Komunità, l-Istati Membri għandhom jibqgħu b'għarfien proviżorju ta' pajjiżi b'riskju kontrollat ta' ESB. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2008.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI
A. Pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta' ESB
Stati Membri
|
— |
Il-Finlandja |
|
— |
L-Iżvezja |
Pajjiżi EFTA
|
— |
L-Iżlanda |
|
— |
In-Norveġja |
Pajjiżi terzi
|
— |
L-Arġentina |
|
— |
L-Awstralja |
|
— |
New Zealand |
|
— |
Il-Paragwaj |
|
— |
Singapor |
|
— |
L-Urugwaj |
B. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' ESB
Stati Membri
|
— |
Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit |
Pajjiżi EFTA
|
— |
L-Iżvizzera |
|
— |
Il-Liechtenstein |
Pajjiżi terzi
|
— |
Il-Brażil |
|
— |
Il-Kanada |
|
— |
Iċ-Ċilì |
|
— |
It-Tajwan |
|
— |
Il-Messiku |
|
— |
L-Istati Uniti |
C. Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' ESB
|
— |
Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta' dan l-Anness. |
Corrigendum
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/16 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1072/2008 tat-30 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1003/2008 li jiffissa d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Ottubru 2008
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 290, tal-31 ta' Ottubru 2008 )
F'paġna 21, L-Anness I huwa mibdul bit-test li ġej:
“ANNESS I
Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mill-31 ta’ Ottubru 2008
|
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
|
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 |
|
ta' kwalità medja |
0,00 |
|
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 |
|
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
|
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 |
|
1002 00 00 |
SEGALA |
24,16 |
|
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
2,87 |
|
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2) |
2,87 |
|
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
24,16 |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
|
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
|
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.”
|
1.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 294/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.