ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
16 ta' Ottubru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1000/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1001/2008 tat-13 ta’ Ottubru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

18

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2008 tal-15 ta’ Ottubru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

32

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1003/2008 tal-15 ta’ Ottubru 2008 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2008

34

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1004/2008 tal-15 ta’ Ottubru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 ( 1 )

37

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/799/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-10 ta’ Ottubru 2008 li tistipula għas-sena finanzjarja 2008 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għall-Istati Membri, għal ċertu għadd ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5738)

42

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni ta’ l-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 318/05/COL tal-14 ta’ Diċembru 2005 biex tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 1(2) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fejn jidħlu l-eżenzjonijiet minn drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni b’rabta mat-twaqqif ta’ Entra Eiendom AS (In-Norveġja)

45

 

*

Rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 119/07/COL tas-16 ta’ April 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli fl-isfond tad-diossini, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini, u tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel

65

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1000/2008

tat-13 ta’ Ottubru 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-Indja wara investigazzjoni għar-reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F’Lulju 2002, bir-Regolament (KE) Nru 1339/2002 (2), il-Kunsill impona dazju anti-dumping definittiv (il-“miżuri eżistenti”) ta’ 21 % fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921421060) li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u rata ta’ dazju residwu ta’ 18,3 % fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja. Il-miżuri imposti ġew ibbażati fuq ir-riżultati ta’ proċediment anti-dumping li nbeda skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku (“l-investigazzjoni oriġinali”).

(2)

Fl-istess waqt, bir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 (3), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ kumpens ta’ 7,1 % fuq l-importazzjonijiet tal-istess prodott li joriġina fl-Indja.

(3)

Fil-qafas tal-proċedimenti anti-dumping u ta’ kumpens imsemmija hawn fuq, il-Kummissjoni, bis-saħħa tad-Deċiżjoni 2002/611/KE (4) aċċettat impenn ta’ prezz offrut minn produttur esportatur Indjan wieħed, Kokan Synthetics and Chemicals Pvt. Ltd (“Kokan”).

(4)

Fi Frar 2004, wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment skont l-Artikolu 12 tar-Regolament bażiku, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 236/2004 (5), żied ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-RPĊ minn 21 % għal 33,7 %.

(5)

F’Diċembru 2003, Kokan informat lill-Kummissjoni li din xtaqet tirtira l-impenn tagħha b’mod volontarju. B’hekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-impenn tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/255/KE (6).

(6)

F’April 2005, wara talba li ġiet ippreżentata minn Kokan, il-Kummissjoni bdiet (7) reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (8) (“ir-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju”), li hija limitata fil-kamp ta’ applikazzjoni għall-eżami tal-aċċettabbiltà ta’ impenn sussegwenti li kellu jiġi offrut minn Kohan.

(7)

Bid-Deċiżjoni 2006/37/KE (9), il-Kummissjoni aċċettat l-impenn sussegwenti offrut minn Kokan b’rabta mal-proċedimenti anti-dumping u ta’ kumpens li jikkonċernaw l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja.

(8)

Fl-istess waqt, ir-Regolament (KE) Nru 1338/2002 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina mill-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1339/2002 li jimponi dazju ta’ anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina, inter alia fl-Indja, ġew emendati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 123/2006 (10), biex tiġi kkunsidrata l-aċċettazzjoni tal-impenn imsemmi.

2.   Talba għal reviżjoni

(9)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż tal-iskadenza imminenti (11), il-Kummissjoni, fl-24 ta’ April 2007, irċeviet talba għal reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Din it-talba ġiet ippreżentata minn żewġ produtturi tal-Komunità (l-“applikanti”) li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni Komunitarja tal-aċidu sulfaniliku.

(10)

L-applikanti allegaw u pprovdew evidenza prima facie suffiċjenti li kien hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni u/jew rikorrenza ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fir-RPĊ u fl-Indja (il-“pajjiżi kkonċernati”).

(11)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm evidenza biżżejjed għall-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza, fl-24 ta’ Lulju 2007, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (12), il-bidu ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   Investigazzjonijiet paralleli

(12)

B’avviż ta’ bidu li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fl-24 ta’ Lulju 2007 (13), il-Kummissjoni bdiet ukoll investigazzjoni ta’ reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju b’rabta mal-miżuri ta’ kumpens li huma fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku li joriġina fl-Indja. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja.

(13)

B’avviż ta’ bidu li ġie ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Settembru 2007 (14), il-Kummissjoni bdiet b’inizjattiva tagħha stess reviżjoni interim parzjali limitata għal-livell ta’ sussidji, skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju, billi l-Kummissjoni kellha evidenza prima facie suffiċjenti li ċ-ċirkostanzi marbuta mas-sussidji, u li abbażi tagħhom ġew stabbiliti l-miżuri, kienu nbidlu u dawn kienu ta’ natura permanenti. Din l-investigazzjoni għadha għaddejja.

4.   Investigazzjoni

4.1.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(14)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew tar-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-2003 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-reviżjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

4.2.   Partijiet ikkonċernati bl-investigazzjoni

(15)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa li huma kkonċernati, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-applikanti, bit-tnedija tar-reviżjoni ta’ skadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jikkomunikaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta ta’ smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ bidu.

(16)

Il-partijiet interessati kollha, li talbu hekk u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta’ smigħ.

(17)

Intbagħtu kwestjonarji lill-partijiet kollha li kien magћruf li huma kkonċernati, jiġifieri liż-żewġ produtturi tal-Komunità u lill-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti magħrufa kollha.

(18)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarji miż-żewġ produtturi tal-Komunità u minn esportatur wieħed fl-Indja, kif ukoll minn erba’ utenti. Ħadd mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ u mill-importaturi ma wieġeb għall-kwestjonarju, u ħadd minn dawn ma għamel lilu nnifsu magħruf waqt din l-investigazzjoni.

(19)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset neċessarju għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u tad-dannu li jirriżulta kif ukoll tal-interessi tal-Komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet żjarat ta’ verifika fil-bini ta’ dawn il-kumpaniji:

(a)

Produttur esportatur fl-Indja:

Kokan Synthetics & Chemicals Pvt Ltd, Mumbai, l-Indja;

(b)

Produtturi tal-Komunità:

Ardenity, Givet, Franza,

CUF Químicos Industriais, Estarreja, il-Portugall;

(ċ)

Utenti:

Kemira Germany GmbH, Leverkusen, il-Ġermanja,

Robama SA, Palafolls, Spanja.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa l-istess bħal dak tal-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-aċidu sulfaniliku li bħalissa huwa klassifikat fil-kodiċi NM ex 2921 42 10. Bażikament jeżistu żewġ gradi ta’ aċidu sulfaniliku, li jiġu determinati skont il-purità tagħhom: grad tekniku u grad purifikat. Barra minn hekk, kultant il-grad purifikat jiġi kummerċjalizzat fil-forma ta’ melħ tal-aċidu sulfaniliku. L-aċidu sulfanliku jintuża bħala materja prima fil-produzzjoni ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika, addittivi tal-konkrit, koloranti tal-ikel u żebgħa speċjali. Filwaqt li l-aċidu sulfaniliku għandu użi differenti, il-gradi u l-forom kollha huma meqjusin mill-utenti li jistgħu jiġu sostitwiti b’mod raġonevoli, jintużaw bħallikieku l-istess f’bosta applikazzjonijiet u, għaldaqstant, huma ttrattati, bħal fil-każ tal-investigazzjoni oriġinali, bħala prodott wieħed.

2.   Prodott simili

(21)

Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din ir-reviżjoni kkonfermat li l-aċidu sulfaniliku huwa prodott purament ta’ komodità u l-kwalità u l-karatterisitiċi fiżiċi tiegħu huma identiċi minkejja l-pajjiż tal-oriġini. Il-prodott ikkonċernat u l-prodotti manifatturati u mibjugħin mill-produttur esportatur fl-Indja fis-suq domestiku tiegħu u f’pajjiżi terzi, kif ukoll dawk manifatturati u mibjugħin mill-produtturi tal-Komunità fis-suq tal-Komunità, għaldaqstant instabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi, u għalhekk huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI U/JEW RIKORRENZA TA’ DUMPING

(22)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed iseħħ matul il-PIR u jekk l-iskadenza tal-miżuri kellhiex twassal jew le għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza tad-dumping.

1.   Rimarki preliminari

(23)

Ta’ min jinnota li, billi l-Komunità kibret għal 25 Stat Membru fl-2004 u għal 27 Stat Membru fl-2007, il-volumi tal-esportazzjonijiet u l-ishma tas-suq tal-importazzjonijiet fl-investigazzjoni preċedenti u fir-reviżjoni tal-iskadenza preżenti ma jistgħux jitqabblu direttament.

1.1.   Indja

(24)

Biex tiġi rispettata informazzjoni kunfidenzjali dwar in-negozju u minħabba li Kokan tirrappreżenta 100 % tal-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Indja, kien neċessarju li l-informazzjoni rilevanti tiġi ppreżentata fi stadji jew fil-forma ta’ indiċi.

(25)

Dan l-eżami kien ibbażat fuq it-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju mill-produttur esportatur fl-Indja li kkoopera b’mod sħiħ fl-investigazzjoni. Mill-informazzjoni fornuta mill-kumpanija u mid-data disponibbli tal-Eurostat jidher li l-importazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR saru minn dan il-produttur esportatur.

(26)

Instab li matul il-PIR fil-Komunità ġew importati madwar 800 sa 1 000 tunnellata ta’ aċidu sulfaniliku mill-Indja, jiġifieri madwar 8-10 % tal-konsum Komunitarju. Fl-investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mill-Indja ammontaw għal 1 712 tunnellata.

1.2.   Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(27)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-eżami dwar jekk twettaqx dumping jew le kellu jiġi bbażat fuq l-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni minn sorsi oħrajn. F’dan ir-rigward, u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, id-data uffiċjali tal-Eurostat intużat biex jiġu stabbiliti l-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet.

(28)

Abbażi tad-data disponibbli, instab li matul il-PIR, fil-Komunità ġew importati 1 482 tunnellata ta’ aċidu sulfaniliku mir-RPĊ, jiġifieri madwar 15 % tal-konsum Komunitarju. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali, l-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu jammontaw għal 2 950 tunnellata.

2.   Probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping

2.1.   Indja

(29)

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, intużat l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni preċedenti biex jiġi stabbilit l-marġini ta’ dumping. Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ 24,6 %.

(a)   Valur Normali

(30)

Għad-determinazzjoni tal-valur normali, l-ewwel ġie stabbilit, fir-rigward tal-produttur esportatur li kkoopera, jekk il-bejgħ domestiku totali tiegħu tal-prodott ikkonċernat kienx wieħed rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ tal-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità. Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat bħala wieħed rappreżentattiv meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali kien mill-inqas 5 % tal-bejgħ tal-esportazzjoni totali tiegħu lejn il-Komunità. L-investigazzjoni żvelat li l-bejgħ domestiku kien wieħed rappreżentattiv.

(31)

Sussegwentement, dawk it-tipi tal-prodott ikkonċernat li nbiegħu lokalment mill-produttur esportatur u kellhom bejgħ domestiku rappreżentattiv ġenerali, u li kienu identiċi jew kumparabbli direttament għat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, kienu identifikati. Il-kriterji użati għall-identifikazzjoni tat-tipi tal-prodott differenti kienu l-grad (pur jew tekniku), il-forma (trab tal-aċidu jew melħ tas-sodju) u l-konċentrazzjoni tal-aċidu.

(32)

Għal kull tip ta’ prodott mibjugħ mill-produttur esportatur fis-suq domestiku tiegħu li nstab li kien kumparabbli direttament mat-tip mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum tal-bejgħ domestiku totali ta’ dak it-tip matul il-PIR kien jirrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum tal-bejgħ totali tat-tip tal-prodott kumparabbli esportat lejn il-Komunità. L-investigazzjoni żvelat li mit-tliet tipi esportati mill-produttur esportatur ikkonċernat, tnejn inbiegħu fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku.

(33)

Sar ukoll eżami dwar jekk il-bejgħ domestiku tal-kumpanija setax ikun ikkunsidrat li qiegħed isir fl-andament ordinarju tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(34)

Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgħ domestiku lil konsumaturi indipendenti, ta’ kull wieħed miż-żewġ tipi mibjugħin fi kwantitajiet rappreżentattivi li ma nbigħux b’telf matul il-PIR. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti, fejn aktar minn 80 % skont il-volum ma nbigħux b’telf fis-suq domestiku u fejn il-prezz medju tal-bejgħ ikkalkolat kien ugwali għal jew ogħla mill-ispiża medja tal-produzzjoni kkalkolata, il-valur normali, skont it-tip tal-prodott, ġie kkalkolat bħala l-medja kkalkolata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiċi kollha, imħallsa jew li jistgħu jitħallsu minn konsumaturi indipendenti, tal-prodott ikkonċernat, kif stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku.

(35)

Għat-tip ta’ prodott li ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, kellu jinbena l-valur normali. Sabiex jiġi stabbilit il-valur normali kostrutt, il-bejgħ tal-produttur esportatur li kkoopera stess, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (BĠA) magħmula u l-profitt medju ikkalkolat li sar fuq il-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fl-andament ordinarju tal-kummerċ, matul il-PIR, żdiedu mal-ispiża medja tal-manifattura matul il-PIR, skont l-Artikolu 2(3) u 2(6) tar-Regolament bażiku.

(b)   Prezz tal-esportazzjoni

(36)

L-investigazzjoni żvelat li l-esportazzjonijiet tal-produttur esportatur Indjan kienu saru biss lil konsumaturi mhux relatati fil-Komunità.

(37)

Għaldaqstant, il-prezz tal-esportazzjoni kien stabbilit skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, jiġifieri fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament tħallsu jew jistgħu jitħallsu.

(ċ)   Tqabbil

(38)

Il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tqabblu fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Sabiex jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati, fil-forma ta’ aġġustamenti, id-differenzi li jaffettwaw il-prezz u t-tqabbil fil-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni.

(d)   Marġini ta’ dumping

(39)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju ikkalkolat ta’ kull tip ta’ prodott tal-prodott ikkonċernat li ġie esportat lejn il-Komunità fil-PIR tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni medju ikkalkolat ta’ kull tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat.

(40)

Dan it-tqabbil żvela n-nuqqas ta’ dumping min-naħa tal-produttur esportatur fl-Indja li kkoopera li esporta lejn il-Komunità matul il-PIR.

(41)

Rigward in-nuqqas ta’ dumping mill-esportatur li kkoopera fil-PIR, ta’ min jinnota li, kif imsemmi fil-premessa (7) hawn fuq, matul il-PIR, kien hemm fis-seħħ impenn ta’ prezz li kien jeħtieġ li l-produttur esportatur jirrispetta ċertu livell ta’ prezz għall-esportazzjonijiet lejn il-Komunità. Ċerti transazzjonijiet instabu li kienu ftit ogħla mil-livell tal-prezzijiet minimi tal-importazzjoni (“PMI”) tal-impenn, iżda l-maġġoranza tal-bejgħ kienu fil-livell tal-PMI.

2.2.   Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

(42)

Skont l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku, l-istess metodoloġija bħal fl-investigazzjoni preċedenti ntużat biex jiġi stabbilit il-marġini ta’ dumping. Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali kien ġie stabbilit marġini ta’ dumping ta’ 21 %. Madankollu, wara investigazzjoni mill-ġdid ta’ kontra l-assorbiment li bdiet f’Ġunju 2003, il-marġini ta’ dumping ġie vvalutat mill-ġdid u nstab li dan kien żdied għal 33,7 %, kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 236/2004.

(e)   Pajjiż analogu

(43)

Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku, ir-RPĊ mhix pajjiż b’ekonomija tas-suq u għalhekk, il-valur normali tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kellu jiġi bbażat fuq id-data minn pajjiż terz b’ekonomija tas-suq.

(44)

Fl-avviż ta’ bidu, l-Indja kienet prevista bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq adatt fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità tar-RPĊ. L-Indja ntużat ukoll bħala l-pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali.

(45)

Madankollu, l-applikanti ssuġġerew, li jkun iżjed adatt li l-Istati Uniti tal-Amerika jintuża bħala l-pajjiż analogu f’dan il-każ. Ġie argumentat li kuntrarju għall-Indja, il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku fl-Istati Uniti huma mmexxija minn forzi tas-suq normali mingħajr distorsjoni. Barra minn hekk, ġie ddikjarat ukoll li l-proċess tal-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku fl-Istati Uniti jsir b’mod kumparabbli ma’ dak tar-RPĊ u li l-kwantitajiet prodotti u mibjugħin fl-Istati Uniti huma rappreżentattivi. Aktar minn hekk, l-applikanti argumentaw ukoll li l-aċċess għall-materja prima fl-Indja m’huwiex kumparabbli mal-aċċess għall-materja prima fir-RPĊ, billi l-produtturi Indjani, minħabba l-Iskema għall-Avvanz tal-Liċenzja, jippreferu jimpurtaw il-materja prima milli jixtru l-materja domestika.

(46)

Rigward is-suġġeriment li l-Istati Uniti jintuża bħala l-pajjiż analogu, ta’ min jinnota li l-Istati Uniti, għal diversi snin, kellha miżuri protettivi stabbiliti fil-forma ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja kif ukoll ta’ miżuri ta’ kumpens kontra l-importazzjonijiet mill-Indja. Għal din ir-raġuni, ma jistax jiġi eskluż li l-prezzijiet ġew influwenzati minn dawn il-miżuri ta’ ħarsien tan-negozju.

(47)

Rigward l-aċċess għall-materja prima, instab ukoll li l-manifatturi Indjani tal-aċidu sulfaniliku xtraw materja prima fis-suq domestiku. Għaldaqstant, ma jistax jiġi argumentat li l-aċċess għall-materja prima jagħmel lill-Indja pajjiż analogu mhux adatt. Barra minn hekk, hemm diversi produtturi tal-aċidu sulfaniliku fl-Indja u importaturi, pereżempju fir-RPĊ, li huma preżenti wkoll fis-suq. Għalhekk, m’hemmx evidenza li tissuġġerixxi nuqqas ta’ kompetizzjoni fl-Indja.

(48)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, u fin-nuqqas ta’ argumenti oħra konvinċenti ta’ ċirkostanzi li nbidlu mill-investigazzjoni oriġinali, huwa konkluż li l-Indja tikkostitwixxi pajjiż analogu adatt sabiex jiġi stabbilit il-valur normali skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku fil-kuntest ta’ din ir-reviżjoni ta’ skadenza.

(f)   Determinazzjoni tal-valur normali

(49)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien stabbilit fuq il-bażi ta’ informazzjoni vverifikata li waslet mill-produttur esportatur li kkoopera fil-pajjiż analogu. B’mod aktar speċifiku, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz li tħallas jew li jista’ jitħallas fl-Indja mill-konsumaturi mhux relatati għat-tipi tal-prodott komparabbli, billi dawn instabu li saru fl-andament ordinarju tan-negozju.

(g)   Prezz tal-esportazzjoni

(50)

Meta jiġi kkunsidrat in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni kellu jiġi bbażat fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Il-figuri uffiċjali tal-Eurostat intgħażlu bħala l-bażi adatta li fuqha ġie stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni.

(h)   Tqabbil

(51)

Sabiex isir tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, ġew ikkunsidrati d-differenzi li setgħu jaffettwaw it-tqabbil fil-prezz. Dawn l-aġġustamenti saru fir-rigward tal-ispejjeż tat-trasport u l-assigurazzjoni skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Il-valur normali fil-livell tal-prezzijiet tal-fabbrika fl-Indja mbagħad tqabbel mal-prezz tal-esportazzjoni aġġustat taċ-Ċina fl-istess livell.

(i)   Marġini ta’ dumping

(52)

It-tqabbil tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni żvela l-eżistenza ta’ dumping, fejn il-marġini ta’ dumping kien ugwali għall-ammont li bih il-valur normali qabeż il-prezz tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-marġini tad-dumping li nstab, bħala perċentwali tal-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Komunità, kien fl-ordni ta’ bejn 15 u 20 %.

3.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jiġu revokati

3.1.   Indja

(j)   Rimarki preliminari

(53)

Fin-nuqqas ta’ dumping matul il-PIR, ġie eżaminat jekk setax iseħħ dumping mill-Indja li kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati. Biex jiġi vvalutat jekk kienx hemm il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping, ġew eżaminati l-imġiba tal-ipprezzar ta’ Kokan, jiġifieri l-prezzijiet tagħha lis-swieq l-oħra tal-esportazzjoni meta mqabbla mal-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità u mal-prezzijiet domestiċi tagħha, u l-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni kif ukoll il-ħażniet tagħha. L-analiżi kienet ibbażata fuq l-informazzjoni fornuta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju u vverifikata fil-proprjetà ta’ Kokan matul l-investigazzjoni.

(k)   Relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fl-Indja

(54)

Il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità kienu ogħla minn dawk miksuba minn Kokan fis-suq domestiku tagħha matul il-PIR. Madankollu, dan l-iżvilupp għandu jiġi kkunsidrat fid-dawl tal-fatt li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ta’ din il-kumpanija kienu soġġetti għad-dixxipplina tal-PMI tal-impenn.

(l)   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Komunità u l-prezzijiet domestiċi fl-Indja

(55)

Ġie żvelat li l-prezz medju tal-esportazzjoni mitlub minn Kokan lill-pajjiżi terzi kien ferm inqas mill-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Instab ukoll li dawn il-prezzijiet kienu l-oġġett ta’ dumping billi dawn instabu li kienu ferm iktar baxxi mill-prezzijiet mitluba minn Kokan fis-suq domestiku tagħha.

(56)

Kif issemma fil-premessi (7) u (41) hawn fuq, matul il-PIR Kokan kienet soġġetta għal impenn ta’ prezz minimu għall-esportazzjonijiet tagħha lejn il-Komunità, waqt li l-prezzijiet mitluba lill-konsumaturi fil-pajjiżi terzi l-oħra ġew stabbiliti b’mod liberu. F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-prezzijiet tal-aħħar huma indikazzjoni tal-livell tal-prezz probabbli għall-esportazzjoni lejn il-Komunità li kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu. Ġie għalhekk konkluż li Kokan x’aktarx li tnaqqas il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħha lejn il-Komunità u li huwa mistenni li jerġa’ jseħħ dumping fis-suq tal-Komunità li kieku l-miżuri jiġu revokati.

(m)   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezz fis-suq tal-Komunità

(57)

Ta’ min jonnota wkoll li l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi kienu, bħala medja, taħt il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità fis-suq Komunitarju. Dan ifisser li l-livell tal-prezz prevalenti għall-prodott ikkonċernat fis-suq tal-Komunità jagħmel dan is-suq attraenti ħafna għall-produttur esportatur fl-Indja. Fuq din il-bażi, qed jiġi kkunsidrat li fil-fatt jeżisti inċentiv ekonomiku biex il-bejgħ jiġi trasferit lejn is-suq tal-Komunità bi prezz ogħla li kieku l-miżuri fis-seħħ kellhom jiġu revokati.

(n)   Kapaċitajiet żejda u ħażniet

(58)

L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur li kkoopera ma beniex il-ħażniet matul il-PIR. Madankollu, instab li l-kumpanija setgħet iżżid il-produzzjoni tagħha minħabba li matul il-PIR ir-rata tal-utilizzazzjoni tal-kapaċità tagħha kienet ta’ madwar 65 %. F’dan ir-rigward ta’ min jinnota li l-kapaċità żejda tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera kienet tikkorrispondi għal aktar minn 30 % tal-konsum Komunitarju.

(o)   Konklużjoni dwar l-Indja

(59)

L-investigazzjoni żvelat b’mod ċar li l-livelli tal-prezzijiet fis-suq tal-Indja u f’dawk tal-pajjiżi terzi l-oħra huwa ferm iktar baxx mil-livelli tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju. Li kieku l-miżuri anti-dumping eżistenti kellhom jiġu revokati, kien ikun hemm inċentiv b’saħħtu għall-produttur esportatur Indjan li kkoopera biex mhux biss juża l-kapaċitajiet żejda, iżda wkoll li jittrasferixxi aktar bejgħ lejn is-suq Komunitarju u għalhekk ikompli jesporta, anki fi kwantitajiet miżjuda. Il-valutazzjoni magħmula hawn fuq tindika li l-kwantitajiet miżjuda tal-esportazzjonijiet lejn il-Komunità x’aktarx isiru bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

3.2.   RPĊ

(p)   Rimarki preliminari

(60)

Minbarra s-sejba ta’ dumping matul il-PIR, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping li kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati ġiet eżaminata wkoll. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-konklużjonijiet ta’ hawn taħt huma bbażati fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-informazzjoni mressqa mill-applikanti, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, flimkien mad-data estrattata mill-Eurostat.

(q)   Kapaċità tal-produzzjoni

(61)

Id-data disponibbli pubblikament tiżvela li l-volum tal-produzzjoni Ċiniża huwa ta’ madwar 22 000 tunnellata, li huwa aktar mid-doppju tal-konsum fil-Komunità matul il-PIR. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, ma kien hemm l-ebda informazzjoni dwar jekk jeżistux kapaċitajiet żejda fir-RPĊ. Madankollu, skont l-informazzjoni disponibbli, il-produtturi Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jużaw il-proċess relattivament sempliċi tal-lott li jintuża bħalissa sabiex issir żebgħa speċjali u kimiċi għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. Barra minn hekk, kif jissemma fil-premessa (63) ta’ hawn taħt, is-suq Komunitarju kompla għal bosta snin ikun suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi. Għalhekk, huwa raġonevoli li jiġi preżunt illi kieku l-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping kellhom jiġu revokati, kwalunkwe kapaċità żejda ta’ produzzjoni li setgħet teżisti fir-RPĊ kienet tintuża sabiex tidderieġi kwantitajiet addizzjonali lejn is-suq Komunitarju u/jew il-produzzjoni eżistenti miżjuda b’tibdil fil-produzzjoni bejn iż-żebgħa speċjali u l-kimiċi kienet tiġi diretta mill-ġdid lejn il-Komunità.

(r)   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Komunità

(62)

Skont id-data disponibbli, matul il-PIR il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-pajjiżi terzi kienu taħt il-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn il-Komunità. Għalhekk, hemm probabbiltà kbira illi, kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati, l-esportaturi Ċiniżi jidderieġu mill-ġdid l-esportazzjonijiet preżenti tagħhom lejn il-pajjiżi terzi lejn is-suq Komunitarju u dawn kienu jkomplu jkunu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(s)   Prattiki tal-assorbiment

(63)

Kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 236/2004, instab li fir-rigward tal-esportazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-Komunità kien hemm assorbiment tad-dazju anti-dumping. Din il-prattika żvelat kif is-suq Komunitarju kompla jkun ta’ attrazzjoni kontinwa għall-produtturi esportaturi Ċiniżi. Billi l-esportazzjonijiet instabu li saru bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping matul il-PIR, jista’ jiġi konkluż illi kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu d-dumping x’aktarx ikompli u l-volumi tal-esportazzjoni jiżdiedu.

(t)   Konklużjoni dwar ir-RPĊ

(64)

L-investigazzjoni żvelat li matul il-PIR l-esportaturi Ċiniżi komplew fuq livell sinifikanti bil-prattiki ta’ dumping tagħhom. Fuq il-bażi tar-riżultati fil-premessi (62) u (63) aktar ‘il fuq, qiegħed jiġi konkluż li hemm probabbiltà illi kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati, dumping fuq livell sinifikanti jkompli għaddej. Barra minn hekk, huwa probabbli li l-volum ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping jiżdied b’mod sinifikanti fin-nuqqas tal-miżuri.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping

(65)

Fuq il-bażi ta’ dak ta’ hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż illi kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati, id-dumping x’aktarx li jkompli fir-rigward tal-esportaturi Ċiniżi u jkompli jseħħ fir-rigward tal-produtturi esportaturi Indjani.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-KOMUNITÀ

(66)

Fil-Komunità, il-prodott simili jiġi manifatturat minn żewġ produtturi li l-produzzjoni tagħhom titqies li tikkostitwixxi l-produzzjoni Komunitarja totali tal-prodott simili fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(67)

Ta’ min jinnota li meta mqabbla mal-investigazzjoni oriġinali, il-kumpaniji “Sorochimie Chimie Fine” u “Quimigal SA” bidlu isimhom, b’tal-ewwel issir “Ardenity” u tal-aħħar issir “CUF Químicos Industriais”.

(68)

Dawn iż-żewġ produtturi kkooperaw fl-investigazzjoni u appoġġjaw it-talba għar-reviżjoni. Għalhekk, dawn jikkostitwixxu l-industrija tal-Komunità fit-tifsira tal-Artikoli 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

E.   QAGĦDA FIS-SUQ KOMUNITARJU

1.   Konsum fis-suq Komunitarju

(69)

Il-konsum Komunitarju evidenti ġie stabbilit fuq il-bażi ta’:

l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju derivati mill-Eurostat,

il-bejgħ totali tal-industrija tal-Komunità fis-suq Komunitarju derivati mit-tweġibiet għall-kwestjonarji.

(70)

Il-konsum Komunitarju tal-aċidu sulfaniliku fil-PIR kien ta’ madwar 10 000 tunnellata. Matul il-perjodu kkunsidrat kien osservat tnaqqis ta’ 6 % fil-konsum.

Tabella 1

Konsum fis-suq Komunitarju

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Konsum (tunnellati)

10 684

10 443

10 899

9 939

9 997

Indiċi

100

98

102

93

94

2.   Importazzjonijiet preżenti mill-pajjiżi kkonċernati

(71)

Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali dwar in-negozju, minħabba li Kokan tirrappreżenta 100 % tal-importazzjonijiet li joriġinaw mill-Indja u li l-industrija tal-Komunità tikkonsisti minn żewġ produtturi biss, l-informazzjoni fit-Tabelli 2 sa 5 ta’ hawn taħt qed tiġi ppreżentata fil-forma ta’ indiċi.

2.1.   Volum tal-importazzjoni u sehem fis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati matul il-PIR

(72)

Il-volumi u l-ishma fis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u mill-Indja żviluppaw kif stabbilit fit-tabelli t’hawn taħt. Id-data dwar il-volum tal-importazzjonijiet hija bbażata fuq l-Eurostat.

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Importazzjonijiet (indiċi)

2003

2004

2005

2006

PIR

RPĊ

100

106

128

86

84

Indja

100

54

59

56

60

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

100

81

95

72

73

Sors: Eurostat

Tabella 3

Sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati

Ishma fis-suq (indiċi)

2003

2004

2005

2006

PIR

RPĊ

100

109

126

92

90

Indja

100

55

58

60

64

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

100

83

94

77

78

(73)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b’27 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem fis-suq tal-pajjiżi kkonċernati naqas bi 22 % bejn l-2003 u l-PIR.

(74)

Meta kull pajjiż jiġi kkunsidrat b’mod separat, il-volumi tal-importazzjonijiet mill-Indja naqsu b’40 % bejn l-2003 u l-PIR, filwaqt li s-sehem fis-suq tal-importaturi Indjani naqas b’36 %.

(75)

Il-volum tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ naqas b’16 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li matul l-istess perjodu s-sehem fis-suq naqas b’10 %.

2.2.   Evoluzzjoni tal-prezz u mġiba tal-prezz tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat

Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjonijiet ikkonċernati

Prezzijiet ta’ unità (Euro/tunnellata)

2003

2004

2005

2006

PIR

RPĊ

773

876

1 138

1 128

1 040

Indiċi

100

113

147

146

135

Indja (forma ta’ indiċi)

100

85

96

110

111

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

956

910

1 131

1 180

1 138

Indiċi

100

95

118

123

119

Sors: Eurostat

(76)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw mir-RPĊ żdied b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-istess perjodu l-prezz medju tal-importazzjonijiet ikkonċernati li joriġinaw fl-Indja żdied bi 11 %.

(77)

Biex jiġi kkalkulat il-livell tat-traħħis fil-prezz matul il-PIR, il-prezzijiet tal-fabbrika tal-industrija tal-Komunità lill-konsumaturi mhux relatati tqabblu mal-prezzijiet CIF tal-importazzjoni fuq il-fruntiera tal-Komunità tal-pajjiżi kkonċernati, aġġustati kif jixraq sabiex jirriflettu l-prezz ta’ wara l-kunsinna. Dan l-aġġustament sar biż-żieda fil-prezzijiet tad-dazju doganali normali u tal-ispejjeż ta’ wara l-importazzjoni, kemm għar-RPĊ kif ukoll għall-Indja, u billi mal-prezzijiet taċ-Ċina kompla żdied id-dazju anti-dumping. It-tqabbil żvela li l-prezzijiet aġġustati taċ-Ċina u tal-Indja ma kinux irħas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità.

3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Tabella 5

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Bqija tad-dinja

2003

2004

2005

2006

PIR

Importazzjonijiet (Indiċi)

100

80

100

97

97

Sehem fis-suq (Indiċi)

100

82

98

104

104

Prezzijiet medji (EUR/tunnellata)

935

927

1 100

1 255

1 285

Indiċi

100

99

118

134

137

Sors: Eurostat

(78)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra naqas ftit bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, minħabba n-nuqqas fid-domanda, is-sehem fis-suq tagħhom żdied b’0,7 punti perċentwali. Matul il-perjodu kkunsidrat il-pajjiż esportatur ewlieni, jiġifieri l-Istati Uniti, kien responsabbli għall-maġġoranza ta’ dawn l-importazzjonijiet.

(79)

Il-prezzijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi terzi l-oħra kienu ftit inqas minn dawk tal-industrija tal-Komunità u segwew ix-xejriet fil-prezz Indjan mill-2005 ‘l quddiem.

4.   Qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

(a)   Rimarki preliminari

(80)

Sabiex tiġi rispettata l-informazzjoni kunfidenzjali tan-negozju, l-informazzjoni rigward iż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw l-industrija Komunitarja qiegħda tiġi ppreżentata f’forma ta’ indiċi.

(81)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, ġew eżaminati l-fatturi ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċijiet li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità.

(b)   Data rigward l-industrija tal-Komunità

—   Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni installata u rata tal-użu tal-kapaċità

Tabella 6

Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni installata, użu tal-kapaċità

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Tunnellati ta’ kapaċità (indiċi)

100

100

100

105

112

Tunnellati ta’ produzzjoni (indiċi)

100

119

115

115

117

Użu tal-kapaċità (indiċi)

100

119

115

109

105

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

(82)

Il-livell tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kien 17 % ogħla mil-livell reġistrat fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità wkoll żdiedet matul il-perjodu kkunsidrat bi 12 % bħala riżultat li wieħed mill-produtturi tal-Komunità żied il-kapaċità tiegħu b’investiment f’tagħmir biex jipproduċi aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi wasslet biex matul il-perjodu kkunsidrat ikun hemm żieda ġenerali fir-rata tal-użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Komunità. Ta’ min jinnota wkoll li matul il-PIR l-industrija tal-Komunità laħqet livell sodisfaċenti fl-utilizzazzjoni tal-kapaċità (fil-medda ta’ 75-80 %).

—   Inventarji

(83)

Matul il-perjodu kkunsidrat il-livelli ta’ ħażniet ta’ għeluq is-sena tal-industrija tal-Komunità naqsu bi 22 %. Il-livelli tal-ħażna waqgħu b’mod sinifikanti fl-2004 u l-2005 iżda żdiedu progressivament fl-2006 u matul il-PIR.

Tabella 7

Ħażna fl-għeluq f’volumi

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Tunnellati ta’ ħażniet (indiċi)

100

35

38

64

78

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

—   Volum tal-bejgħ, sehem fis-suq u tkabbir

(84)

Il-volumi ta’ bejgħ tal-industrija tal-Komunità matul il-PIR kienu 5 % ogħla meta mqabbla mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Billi l-konsum tal-Komunità naqas b’6 % matul il-perjodu kkunsidrat (ara l-premessa (70) hawn fuq), is-sehem fis-suq li kellha l-industrija tal-Komunità żdied bi 12 % matul l-istess perjodu. B’mod speċifiku, matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kisbet madwar 7 punti perċentwali tas-sehem fis-suq. Is-sehem fis-suq tal-industrija tal-Komunità nżamm ‘il fuq minn 50 % matul il-perjodu kkunsidrat.

Tabella 8

Volum ta’ bejgħ u sehem fis-suq

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Volumi ta’ bejgħ - tunnellati (indiċi)

100

114

107

105

105

Sehem fis-suq % (indiċi)

100

116

105

113

112

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

(85)

Ta’ min jinnota li t-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u matul il-PIR affettwa xi ftit it-tkabbir tal-industrija tal-Komunità. Iż-żieda fis-sehem fis-suq huwa spjegat kważi b’mod ugwali b’żieda fil-volumi ta’ bejgħ u bil-konsum iktar dgħajjef lejn tmiem il-perjodu kkunsidrat.

—   Fatturi li affettwaw il-prezzijiet tal-Komunità

(86)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu sostanzjalment b’26 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-iżviluppi osservati mill-2005 ‘l quddiem jidhru li jirriflettu b’mod partikolari l-effetti tal-miżuri ta’ kontra l-assorbiment imposti fl-2004. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Komunità żdiedu b’mod sinifikanti bejn l-2004 u l-2005 u baqgħu tista’ tgħid stabbli minn hemm ‘il quddiem. Madankollu, din iż-żieda kienet f’rata aktar baxxa miż-żieda fil-prezz tal-anilina, li hija l-iktar materja prima importanti għall-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku. L-anilina, li hija derivattiv tal-benżin, kienet tirrappreżenta madwar 50 % tal-ispiża totali tal-manifattura matul il-PIR, ikkaratterizzata b’żieda fil-prezz ta’ madwar 45 % bejn l-2003 u l-PIR.

Tabella 9

Prezzijiet tal-bejgħ

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Prezz medju tal-bejgħ (indiċi)

100

104

124

125

126

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

—   Impjiegi u produttività

(87)

Il-livell tal-impjiegi naqas b’9 % bejn l-2003 u l-PIR, filwaqt li l-produzzjoni żdiedet, li b’hekk tirrifletti żieda fil-produttività u fil-kompetittività tal-industrija tal-Komunità. L-ispiża medja għal kull impjegat, madankollu, telgħet matul l-istess perjodu bi 15 %.

Tabella 10

Impjiegi u produttività

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Impjiegi (indiċi)

100

96

96

98

91

Produttività (indiċi)

100

125

120

117

129

Spiża medja tax-xogħol (indiċi)

100

82

94

106

115

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

—   Profitabilità

Tabella 11

Profitabilità

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Indiċi

100

–1 286

1 519

335

191

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

(88)

Il-profitabilità tal-industrija tal-Komunità, ħlief għas-sena 2005, kien ta’ madwar jew taħt il-1 % tal-fatturat tagħha. Fl-2004, ġie rreġistrat telf importanti, filwaqt li l-industrija tal-Komunità rreġistrat profitti fl-2005, l-2006 u l-PIR. Billi l-profitt tal-industrija tal-Komunità kien baxx ħafna fl-2003, iż-żieda evidenti fil-perjodu kkunsidrat wasslet għal livell ta’ profitabilità ferm aktar baxx minn dak aċċettabbli f’din it-tip ta’ industrija.

(89)

Ta’ min jinnota wkoll li l-profitabilità tal-industrija tal-Komunità kienet influwenzata bl-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima. L-ispiża medja tal-produzzjoni żdiedet b’25 % bejn l-2003 u l-PIR. Kif issemma fil-premessa (86) hawn fuq, l-anilina hija l-iktar materjal importanti fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku u dan jammonta għal madwar nofs l-ispiża tal-manifattura. Meta jitqies li l-prezzijiet tal-anilina telgħu b’mod sinifikanti fl-2004, l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-prezz fuq il-konsumaturi, u allura ġarrbet telf. Is-sitwazzjoni għall-industrija tal-Komunità tjiebet fl-2005 billi l-prezzijiet tal-anilina stabbilizzaw ruħhom u l-industrija tal-Komunità setgħet iżżid il-prezzijiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku sakemm kien possibbli sabiex tkopri ż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima. Fl-2006 u fil-PIR, ikkonfrontata biż-żieda ġdida fil-prezzijiet tal-analina, il-profitt tal-industrija tal-Komunità, f’relazzjoni mal-fatturat, naqas għal-livelli taħt il-1 %.

—   Investimenti, qligħ fuq l-investiment u l-kapaċità li jinġabar il-kapital

Tabella 12

Investimenti, qligħ fuq l-investiment

 

2003

2004

2005

2006

PIR

Investimenti (indiċi)

100

39

57

255

305

Qligħ fuq l-investiment (indiċi)

100

–1 779

2 498

420

224

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

(90)

Matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kompliet tagħmel investimenti fl-attivitajiet tagħha tal-aċidu sulfaniliku. Fl-2006 u matul il-PIR, minbarra l-investimenti relatati primarjament maż-żamma tal-assi kapitali eżistenti, wieħed mill-produtturi tal-Komunità għamel investimenti biex iżid il-kapaċità tiegħu fil-produzzjoni ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Madankollu, ta’ min jinnota li din il-kapaċità ġdida hija mistennija li tibda topera b’mod sħiħ biss mill-2008.

(91)

Waqt li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità kellha profitti baxxi, il-qligħ fuq l-investiment, li jesprimi r-riżultat ta’ qabel it-taxxa bħala perċentwali tal-valur medju nett tal-ftuħ u l-għeluq tal-assi kif imniżżel fil-kotba użat fil-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku, ukoll baqa’ baxx ħafna, jiġifieri madwar 2 % matul il-PIR.

(92)

L-investigazzjoni żvelat li r-rekwiżiti tal-kapital tal-industrija tal-Komunità ġew affettwati b’mod ħażin minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli. Għalkemm wieħed mill-produtturi tal-Komunità jifforma parti minn grupp kbir, ir-rekwiżiti tal-kapital mhux dejjem intlaħqu sal-livell mixtieq, billi f’dan il-grupp ir-riżorsi finanzjarji jiġu ġeneralment allokati għall-aktar entitajiet li jagħmlu qligħ.

—   Likwidità

(93)

Il-likwidità naqset b’mod sinifikanti, b’85 % bejn l-2003 u l-PIR, iżda xorta waħda baqgħet waħda pożittiva. Il-likwidità mhux qiegħda ssegwi x-xejra tal-profitt billi dan kien influwenzat b’elementi mhux kontanti, bħalma huma d-deprezzament u l-movimenti tal-inventarju.

Tabella 13

Likwidità

Likwidità

2003

2004

2005

2006

PIR

Indiċi

100

41

64

32

15

Sors: Tweġibiet għall-kwestjonarju tal-industrija tal-Komunità

5.   Konklużjoni

(94)

Bejn l-2003 u l-PIR, ħafna mill-indikaturi li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità żviluppaw b’mod pożittiv: il-volumi tal-bejgħ, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-produzzjoni, il-ħażniet fl-għeluq, il-produttività, l-investimenti u l-qligħ fuq l-investiment. Madankollu, matul il-PIR il-profitabilità tagħha baqgħet taħt il-1 % tal-fatturat.

(95)

L-industrija tal-Komunità bbenefikat minn żieda fil-prezz tal-aċidu sulfaniliku l-aktar mill-2004 sa tmiem il-PIR. Madankollu, iż-żieda fil-prezz tal-bejgħ ma setgħetx tikkompensa b’mod sħiħ għaż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u, għalhekk, il-marġini ta’ profitt naqas.

(96)

Barra minn hekk, it-tnaqqis fil-konsum tal-Komunità fl-2006 u fil-PIR xekkel xi ftit l-irkupru tal-industrija tal-Komunità.

(97)

B’mod ġenerali, l-introduzzjoni tal-miżuri ta’ anti-dumping ippermettiet lill-industrija tal-Komunità sabiex tistabbilizza, iżda mhux biex tirkupra b’mod sħiħ mis-sitwazzjoni dannuża li kienet fiha minħabba fil-preżenza kontinwa ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ, kif ukoll iż-żieda fl-ispiża tal-materja prima, li l-industrija tal-Komunità ma setgħetx tgħaddi fuq il-konsumaturi tagħha. Minkejja dan, l-investigazzjoni żvelat li matul il-perjodu kkunsidrat l-industrija tal-Komunità bdiet tinvesti f’tagħmir ġdid.

(98)

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, ħareġ, minn naħa waħda, li l-indikaturi tal-volum żviluppaw b’mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Min-naħa l-oħra, l-indikaturi finanzjarji li jappartjenu għall-industrija tal-Komunità, bħall-profitt u l-likwidità, żvelaw li l-industrija tal-Komunità għadha f’sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli. Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja ma tistax tirkupra b’mod sħiħ mill-effetti ta’ dumping dannuż.

F.   PROBABBILTÀ TAR-RIKORRENZA TAD-DANNU

1.   Ġenerali

(99)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, saret analiżi dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu li kieku l-miżuri eżistenti kellhom jiġu revokati. F’dan ir-rigward, ġie eżaminat b’mod partikolari l-iżvilupp probabbli tal-volumi u tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll l-effetti probabbli ta’ dawn fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità fin-nuqqas ta’ dawn il-miżuri.

2.   Żvilupp tal-volumi u tal-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati kieku l-miżuri kellhom jiġu revokati

(100)

Ta’ min ifakkar li anki bil-miżuri ta’ anti-dumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kellhom sehem fis-suq ta’ 24,6 % matul il-PIR.

(101)

L-investigazzjoni żvelat li l-produttur esportatur Indjan li kkoopera kellu kapaċità żejda sinifikanti, li tikkorrispondi għal aktar minn 30 % tal-konsum tal-Komunità. Barra minn hekk, l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni żvelat li l-produzzjoni eżistenti tal-aċidu sulfaniliku fir-RPĊ hija ta’ madwar 22 000 tunnellata, li tikkorrispondi għal aktar mid-doppju tal-konsum tal-Komunità. Fuq il-bażi tal-istess informazzjoni, jidher ukoll li l-produtturi Ċiniżi jistgħu faċilment jaqilbu l-produzzjoni minn dik taż-żebgħa speċjali u l-kimiċi għal dik tal-aċidu sulfaniliku. Dawn il-kapaċitajiet li jistgħu jkunu disponibbli fil-pajjiżi kkonċernati jindikaw li l-produtturi esportaturi għandhom il-possibbiltà li jżidu l-produzzjoni preżenti tagħhom, u għalhekk li jżidu wkoll l-esportazzjonijiet tagħhom tal-aċidu sulfaniliku lejn il-Komunità.

(102)

Ta’ min jinnota wkoll li l-konsum tal-Komunità naqas bi ftit matul il-perjodu kkunsidrat u mhux mistenni li f’xi ftit snin li ġejjin id-domanda tkun tali li tassorbi ż-żieda potenzjali fl-importazzjonijiet mir-RPĊ u l-Indja li kieku l-miżuri jiġu revokati. F’dan ix-xenarju, l-esportazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mir-RPĊ u l-Indja x’aktarx jissostitwixxu sehem kbir mill-bejgħ imwettaq mill-industrija tal-Komunità, billi l-prezzijiet tal-importazzjoni x’aktarx ikunu aktar baxxi.

(103)

L-investigazzjoni żvelat li s-suq tal-Komunità ser jibqa’ attraenti kemm għall-produtturi esportaturi taċ-Ċina kif ukoll dawk tal-Indja. Fil-fatt, kif issemma fil-premessi (57) u (62) hawn fuq, instab li l-prezz medju tal-esportazzjoni tal-bejgħ Indjan u Ċiniż lil pajjiżi terzi oħra kien sew taħt il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn il-Komunità. Minkejja li ma nstabet l-ebda evidenza ta’ traħħis fil-prezz fir-rigward tal-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi u Indjani, meta aġġustati bl-anti-dumping preżenti u d-dażji doganali normali, il-prezzijiet CIF tal-esportazzjoni Ċiniżi u Indjani nstabu, bħala medja, li kienu sostanzjalment aktar baxxi (madwar 18 %) mill-prezz medju tal-industrija tal-Komunità. Għalhekk, mingħajr l-ebda miżura fis-seħħ, l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku mill-pajjiżi kkonċernati fil-Komunità x’aktarx jiżdiedu b’mod sinifikanti fid-dawl ta’ (i) il-kapaċitajiet mhux użati (jiġifieri fl-Indja), (ii) id-direzzjoni mill-ġdid tal-esportazzjonijiet destinati lejn pajjiżi terzi oħra fis-suq tal-Komunità, (iii) il-possibbiltà li taqleb il-produzzjoni minn dik taż-żebgħa speċjali u l-kimiċi għal dik tal-aċidu sulfaniliku (jiġifieri fir-RPĊ), bi prezzijiet li huma sew taħt il-livelli tal-prezzijiet preżenti fil-Komunità.

3.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu

(104)

Fuq il-bażi ta’ dan li għadu kif ġie diskuss hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż illi, kieku l-miżuri kellhom jiskadu, l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità mill-pajjiżi kkonċernati x’aktarx iseħħu f’volumi sinifikati bi prezzijiet iddampjati, li jkunu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-industrija tal-Komunità. Probabbilment dan ikollu l-effett li jintroduċi xejra ta’ tnaqqis fil-prezz fuq is-suq tal-Komunità, b’impatt negattiv mistenni fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari dan jista’ jreġġa’ lura l-irkupru miksub matul il-perjodu kkunsidrat, li jwassal għal rikorrenza tad-dannu.

G.   INTERESS TAL-KOMUNITÀ

1.   Introduzzjoni

(105)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx jew le kontra l-interess tal-Komunità b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq apprezzament ta’ diversi interessi involuti.

(106)

Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li għalhekk tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping ikunu diġà fis-seħħ, jippermetti l-valutazzjoni ta’ kwalunkwe impatt negattiv mhux dovut fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri anti-dumping li hemm fis-seħħ.

(107)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping dannuż, kienx hemm raġunijiet konvinċenti li setgħu jwasslu għall-konklużjoni li m’huwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   Interess tal-industrija tal-Komunità

(108)

Wieħed għandu jistenna b’mod raġonevoli li l-industrija tal-Komunità sejra tkompli tibbenefika mill-miżuri li huma imposti bħalissa u tkompli tirkupra aktar billi tikseb mill-ġdid is-sehem fis-suq u ttejjeb il-profitabilità tagħha. Jekk il-miżuri ma jinżammux, l-industrija tal-Komunità x’aktarx tibda tbati d-dannu għal darb’oħra, minħabba l-importazzjonijiet miżjuda bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati, u s-sitwazzjoni finanzjarja fraġli preżenti tagħha tmur għall-agħar.

(109)

Fuq din il-bażi, qiegħed jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri tkun fl-interess tal-industrija tal-Komunità.

3.   Interess tal-importaturi

(110)

Ta’ min ifakkar li fl-investigazzjoni oriġinali, kien instab li l-impożizzjoni tal-miżuri ma kellhiex impatt serju fuq in-negozjanti tal-Komunità tal-aċidu sulfaniliku. Kif indikat hawn fuq, l-ebda importatur ma kkoopera f’din l-investigazzjoni; għalhekk, ma ġiet ippreżentata l-ebda raġuni konvinċenti li tissuġġerixxi li l-impożizzjoni tal-miżuri tmur kontra l-interess tal-importaturi.

4.   Interess tal-utenti

(111)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 31 utent magħruf, li minnhom erbgħa biss wieġbu għall-kwestjonarju. Tliet tweġibiet waslu mingħand il-kumpaniji tal-Komunità li jipproduċu sustanzi li joħolqu luminożità ottika filwaqt li tweġiba waħda waslet mingħand kumpanija li tipproduċi ż-żebgħa. Madankollu, l-informazzjoni fornuta minn dawn l-utenti fir-rigward tal-effett tal-miżuri u l-proporzjon li l-aċidu sulfaniliku rrappreżenta fl-ispejjeż tal-manifattura tagħhom ma kinitx sinifikattiva.

(112)

Il-volumi tal-prodott ikkonċernat importat minn dawn l-erba’ utenti jirrappreżentaw 47,3 % tal-importazzjonijiet totali fil-Komunità. Barra minn hekk, billi dawn l-erba’ utenti xtraw volumi sinifikanti ta’ aċidu sulfaniliku mill-industrija tal-Komunità, dawn kienu jammontaw għal madwar 40 % tal-konsum tal-Komunità matul il-PIR.

(113)

Tliet utenti għamlu l-istess kummenti li jopponu l-kontinwazzjoni tal-miżuri minħabba li l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Komunità m’hijiex biżżejjed sabiex tlaħħaq mad-domanda domestika, u minħabba li l-miżuri qed ikunu ta’ dannu għall-kompetittività tagħhom fuq il-prodotti downstream. Ir-raba’ utent ma qal xejn dwar jekk kienx favur jew kontra ż-żamma tal-miżuri.

(114)

Rigward is-sitwazzjoni tal-provvista fis-suq tal-Komunità, ta’ min jinnota li l-kapaċità tal-produzzjoni eżistenti tal-industrija tal-Komunità tista’ tissodisfa madwar 80 % tal-konsum tal-Komunità. Ta’ min jenfasizza wkoll li l-industrija tal-Komunità investiet f’faċilitajiet ġodda sabiex iżżid il-produzzjoni tagħha ta’ aċidu sulfaniliku ta’ grad pur. Fi kwalunkwe eventwalità, l-għan tal-miżuri m’huwiex li jiġu evitati l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati li jidħlu fis-suq tal-Komunità, iżda li jiġi żgurat li dawn ma jsirux bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u lanqas bi prezzijiet li jkunu dannużi. Għalhekk, ta’ min jistenna li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ser ikomplu jidħlu fis-suq kif ġara wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2002.

(115)

Ta’ min jinnota wkoll li l-produzzjoni tal-aċidu sulfaniliku barra l-Komunità issa hija ristretta għal ftit pajjiżi fid-dinja, bħall-Indja, ir-RPĊ u l-Istati Uniti. Għalhekk huwa importanti li l-industrija tal-Komunità titħalla topera taħt kondizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva sabiex il-provvisti domestiċi tal-prodott ikomplu jkunu disponibbli għall-utenti kollha fil-Komunità.

(116)

Rigward il-kompetittività tal-utenti, ta’ min jinnota li, minkejja n-nuqqas ta’ informazzjoni miksuba mill-utenti fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni, fl-investigazzjoni oriġinali ġie żvelat li l-miżuri ta’ anti-dumping setgħu jżidu b’inqas minn 1 % l-ispejjeż sħaħ fir-rigward ta’ sustanzi li joħolqu luminożità ottika u ta’ żebgħa li jkollhom fihom l-aċidu sulfaniliku.

(117)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa kkunsidrat ukoll fil-qafas ta’ din l-investigazzjoni għal reviżjoni tal-iskadenza, li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt ħażin kbir fuq is-sitwazzjoni tal-utenti.

5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Komunità

(118)

Minn dan li ġie spjegat hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li m’hemmx raġunijiet konvinċenti kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping preżenti.

H.   MIŻURI TA’ ANTI-DUMPING

(119)

Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien maħsub li tiġi rakkomandata ż-żamma tal-miżuri eżistenti. Dawn ingħataw ukoll perjodu biex matulu jippreżentaw il-fehmiet u l-kummenti tagħhom. Ma wasal l-ebda kumment li kien ta’ sustanza sabiex jinbidlu l-konklużjonijiet spjegati aktar ‘il fuq.

(120)

Minħabba fil-konklużjonijiet milħuqa dwar il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku mir-RPĊ, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet mill-Indja, dwar il-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu u dwar l-interess tal-Komunità, il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċidu sulfaniliku għandhom jinżammu sabiex jiġi evitat li jkun hemm rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità minħabba l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(121)

Ir-rata ta’ dazju m’għandhiex tapplika għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li jiġi manifatturat u mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-kumpanija Indjana li mingħandha ġie aċċettat impenn bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv qiegħed jiġi b’dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu sulfaniliku li jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2921 42 10 (kodiċi TARIC 2921421060) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mill-Indja.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett tas-CIF ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Dazju definittiv (%)

Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

33,7

Indja

18,3

3.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju anti-dumping definittiv m’għandux japplika għall-importazzjonijiet li jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa skont l-Artikolu 2.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet dikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li jiġu fatturati minn kumpaniji li mingħandhom ġew aċċettati impenji mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom huma elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/37/KE, kif emendata minn żmien għall-ieħor, għandhom jiġu eżentati mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1, bil-kondizzjoni li:

dawn ikunu manifatturati, trasportati u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; u

dawn l-importazzjonijiet ikunu akkumpanjati b’fattura ta’ impenn li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, u

il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrispondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ impenn.

2.   Dejn doganali għandu jiġi impost mill-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa kulmeta jiġi stabbilit, fir-rigward tal-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1 u eżentati mid-dazji taħt il-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1, li waħda minn dawn il-kondizzjonijiet jew aktar ma ġewx rispettati. Il-kondizzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1 għandha titqies bħala mhux milħuqa meta l-fattura tal-impenn tinstab li ma tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Anness jew tinstab li mhijiex awtentika jew fejn il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 jew l-Artikolu 13(9) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidju b’Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjoni(jiet) partikolari u tiddikjara li l-fattura/i tal-impenn rilevanti hija/huma invalida/i.

3.   L-importaturi għandhom jaċċettaw bħala riskju normali tan-negozju, li meta ma tintlaħaqx, minn kwalunkwe parti, waħda mill-kondizzjonijiet jew aktar elenkati fil-paragrafu 1 u definiti fil-paragrafu 2 dan jista’ jwassal għall-impożizzjoni ta’ dejn doganali skont l-Artikolu 201 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi doganali tal-Komunità (15). Id-dejn doganali impost għandu jiġi rkuprat meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazjoni tal-impenn.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 11.

(3)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1.

(4)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 36.

(5)  ĠU L 40, 12.2.2004, p. 17.

(6)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 29.

(7)  ĠU C 101, 27.4.2005, p. 34.

(8)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.

(9)  ĠU L 22, 26.1.2006, p. 52.

(10)  ĠU L 22, 26.1.2006, p. 5.

(11)  ĠU C 272, 9.11.2006, p. 18.

(12)  ĠU C 171, 24.7.2007, p. 18.

(13)  ĠU C 171, 24.7.2007, p. 14.

(14)  ĠU C 229, 29.9.2007, p. 9.

(15)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

L-elementi li ġejjin għandhom jiġu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ mill-kumpanija tal-aċidu sulfaniliku fil-Komunità li huwa soġġett għal impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦALL-IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija, imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjomi tal-Kummissjoni 2006/37/KE li taċċetta l-impenn, li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fil-fattura jiġu rilaxxati mid-dwana fuq il-fruntiera tal-Komunità.

6.

Id-deskrizzjoni eżatta tal-oġġetti, inklużi:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (PCN) użat għall-iskopijiet tal-investigazzjoni u l-impenn (pereżempju “PA99”, “PS85” jew “TA98”),

l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi/fiżiċi tal-PCN, jiġifieri għal “PA99” u “PS85” white free flowing powder, u għal “TA98” grey free-flowing powder,

il-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC) (jekk japplika),

il-kodiċi NM,

il-kwantità (għandha tingħata f’tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet tal-bejgħ, inklużi:

il-prezz kull tunnellata,

it-termini ta’ ħlas applikabbli,

it-termini tal-kunsinna applikabbli,

tnaqqis fil-prezz u roħs totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li qiegħda taġixxi ta’ importatur fil-Komunità li fuqha hija maħruġa direttament mill-kumpanija l-fattura kummerċjali li qiegħda takkumpanja l-oġġetti soġġetti għal impenn.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-oġġetti koperti minn din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u skont it-termini tal-Impenn offrut minn [IL-KUMPANIJA], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2006/37/KE. Niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija kompluta u korretta.”


16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/18


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1001/2008

tat-13 ta’ Ottubru 2008

li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(2) tiegħu,

Wara li kkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

F’Awwissu 2002, il-miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (“ATP” jew “il-prodott ikkonċernat”) li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja (il-“pajjiżi kkonċernati”) ġew imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1514/2002 (2) (l-“investigazzjoni oriġinali”). Id-dazji anti-dumping fis-seħħ għall-Malasja huma: 59,2 % għal Anggerik Laksana Sdn Bhd u 75 % għall-kumpaniji l-oħra kollha; għar-Repubblika tal-Korea d-dazju huwa 44 % għall-kumpaniji kollha.

(2)

Barra mill-ambitu ta’ dan il-proċediment, bħalissa hemm fis-seħħ miżuri anti-dumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 (3) fuq esportazzjonijiet mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (58,6 %) u mit-Tajlandja (58,9 %), bl-eċċezzjoni ta’ żewġ kumpaniji fit-Tajlandja, u dawk ikkunsinnati mit-Tajwan, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan sew jekk le. Il-miżuri għall-prodott ikkonċernat li joriġina miċ-Ċina ġew estiżi għal importazzjonijiet tal-istess prodott ikkunsinnat mill-Indonesja bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2052/2004 (4), mis-Sri Lanka bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2053/2004 (5) u mill-Filippini bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 655/2006 (6), sew jekk iddikjarat li joriġina mill-Filippini, l-Indonesja, is-Sri Lanka sew jekk le.

2.   Talba għal reviżjoni

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (7) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta’ ATP li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, il-Kummissjoni rċeviet talba biex tirrevedi dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba kienet ippreżentata fit-23 ta’ Mejju 2007 mill-Kumitat tad-Difiża tal-iSteel Butt-Welding Fittings Industry tal-Unjoni Ewropea (“l-applikant”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw proporzjon kbir, f’dan il-każ aktar minn 50 %, tal-produzzjoni totali tal-Komunità ta’ ċerti aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet.

(5)

It-talba kienet imsejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u dannu lill-industrija Komunitarja.

(6)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ reviżjoni, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni ta’ skadenza (8) skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

3.   Investigazzjoni

(7)

Il-Kummissjoni tat parir b’mod uffiċjali lill-produtturi Komunitarji applikanti, lill-produtturi Komunitarji l-oħra, lill-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi/kummerċjanti, lill-utenti u lill-assoċjazzjonijiet tagħhom li hu magħruf li huma kkonċernati, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-gvernijiet taż-żewġ pajjiżi esportaturi, dwar il-bidu tar-reviżjoni.

(8)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil dawn il-partijiet kollha u lil dawk li introduċew ruħhom fiż-żmien stipulat fl-avviż tal-bidu.

(9)

Il-Kummissjoni tat ukoll l-opportunità lill-partijiet interessati li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stipulat fl-avviż tal-bidu.

(10)

Fid-dawl tal-għadd apparentament għoli ta’ produtturi esportaturi fir-Repubblika tal-Korea, importaturi/kummerċjanti tal-prodott ikkonċernat u produtturi Komunitarji, it-teħid ta’ kampjuni ġie mbassar fl-avviż tal-bidu, skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. Biex tkun tista’ tiddeċiedi jekk it-teħid ta’ kampjuni għandux ikun neċessarju u, jekk dan huwa l-każ, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni bagħtet formoli għat-teħid ta’ kampjuni fejn talbet tagħrif speċifiku dwar il-volum ta’ bejgħ u l-prezzijiet medji ta’ kull produttur Komunitarju, produttur esportatur u importatur ikkonċernat. Ma waslet tweġiba mill-ebda produttur esportatur Korean u waslu ħdax-il tweġiba mill-importaturi. Erba’ produtturi Komunitarji biss wieġbu għall-formola ta’ teħid ta’ kampjuni. Għaldaqstant ġie deċiż li t-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ.

(11)

Erba’ produtturi Komunitarji wieġbu l-kwestjonarju, iżda wieħed bagħat tweġiba parzjali u naqas li jwieġeb wara li kienet intbagħtet ittra ta’ nuqqasijiet. Fir-rigward tal-Malasja, waslu żewġ tweġibiet għall-kwestjonarju, waħda minn kumpanija ġdida u l-oħra minn kumpanija li aktar tard irrifjutat iż-żjara ta’ verifika. L-ebda produttur esportatur Korean ma wieġeb il-kwestjonarju. Żewġ importaturi ppreżentaw tweġiba għall-kwestjonarju.

(12)

Il-Kummissjoni talbet u vverifikat it-tagħrif kollu li hi qieset neċessarju bl-għan li tistabbilixxi l-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza probabbli ta’ dumping u dannu kif ukoll l-interess Komunitarju. Żjarat ta’ verifika twettqu fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)

Produtturi Komunitarji applikanti

Erne Fittings GmbH, Schlins, l-Awstrija

Interfit S.A., Maubeuge, Franza

Virgilio Cena & Figli S.p.A, Brescia, l-Italja

(b)

Produttur ġdid fil-Malasja

Pantech Steel Industries SDN. BHD., Selangor, il-Malasja

4.   Perjodu ta’ investigazzjoni

(13)

L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza ta’ dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007 (il-“PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għal-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem il-PI (il-“perjodu meqjus”).

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(14)

Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (għajr aċċessorji fonduti, flanġijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew xi użi oħra, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, li bħalissa huma klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90.

(15)

L-ATP huma mmanifatturati essenzjalment permezz tal-qtugħ u l-ifformar ta’ tubi u pajpijiet. Huma jintużaw biex jgħaqqdu t-tubi u l-pajpijiet u jistgħu jkunu ta’ għamliet differenti: liwjiet minkeb, forom ridotti, forom ta’ “T” u tappijiet, kif ukoll daqsijiet u gradi materjali differenti. Dawn jintużaw prinċipalment fl-industrija petrokimika, bini, ġenerazzjoni tal-enerġija, bini tal-bastimenti u stallazzjonijiet industrijali. Meta jinbiegħu biex jintużaw fl-industrija petrokimika, l-istandard globali użat huwa l-istandard ANSI. Għal għanijiet oħra, l-aktar standard komuni użat fil-Komunità huwa l-istandard DIN.

2.   Prodott simili

(16)

Bħalma ġara fl-investigazzjoni oriġinali, l-investigazzjoni wriet li l-ATP prodotti fil-pajjiżi kkonċernati, mibjugħa fid-djar u/jew esportati lejn il-Komunità, għandhom l-istess karatteristiċi bażiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi u l-istess użi aħħarija bħall-prodotti mibjugħa fil-Komunità mill-produtturi Komunitarji applikanti u għalhekk jitqiesu li huma prodotti simili fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING

(17)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni ta’ dumping jew le.

1.   Rimarki preliminari

(18)

Kif imsemmi hawn fuq, fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kull produttur esportatur fil-Korea u fil-Malasja, għajr għal kumpanija ġdida waħda, dan l-eżami kellu jkun imsejjes fuq tagħrif disponibbli lill-Kummissjoni minn għejun oħra. F’dan ir-rigward, u skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, id-data tal-Eurostat li tirreferi għall-kodiċi NM bi 8 ċifri, imqabbla ma’ għejun oħra, intużat biex tistabbilixxi l-kwantitajiet u l-prezzijiet tal-importazzjoni. Intużaw fatti disponibbli biex jiġi kkalkolat il-marġni ta’ dumping, jiġifieri f’dan il-każ it-tagħrif li jinsab fit-talba u l-istatistika tal-Istati Uniti.

(19)

Minħabba l-volum żgħir li hemm bħalissa ta’ importazzjonijiet ta’ ATP mill-Korea u mill-Malasja fl-UE, il-Kummissjoni kellha tuża data minn pajjiż ieħor. L-Istati Uniti tqiesu adatti, billi s-suq huwa ta’ daqs simili, b’ħafna produtturi domestiċi iżda wkoll bi proporzjon kbir ta’ importazzjonijiet, li jagħmlu dan is-suq wieħed kompetittiv ferm. Barra minn hekk, l-Istati Uniti huma d-destinazzjoni ewlenija għal esportazzjonijiet mill-Korea u mill-Malasja.

2.   Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni

(a)   Valur normali

(20)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u fin-nuqqas ta’ xi kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Koreani jew Malasjani, għajr minn kumpanija ġdida waħda, il-valur normali kien imsejjes fuq id-data li ngħatat fit-talba, jiġifieri spiża stmata ta’ manifattura li magħha żdiedu 12,3 % u 15,1 % għall-ispejjeż ġenerali, amministrattivi u tal-bejgħ u 5,6 % u 6 % għall-qligħ għall-Korea u l-Malasja rispettivament, espressa bħala perċentwali tal-fatturat. Jitqies li l-perċentwali ta’ hawn fuq huma pjuttost konservattivi.

(b)   Prezz tal-esportazzjoni

(21)

Skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni kemm mill-produtturi esportaturi Koreani kif ukoll dawk Malasjani, għajr minn kumpanija ġdida waħda, il-prezz ta’ esportazzjoni ġie kkalkolat billi ntużaw il-prezzijiet ta’ esportazzjoni Koreani u Malasjani għall-prodott ikkonċernat lill-Istati Uniti, li ġejjin mill-istatistika ta’ importazzjoni tal-Istati Uniti. Dawn iċ-ċifri ġew aġġustati skont it-tipi ta’ prodott proporzjonalment għat-tunnellaġġ ta’ kull tip ta’ prodott imsejjes fuq it-tagħrif mogħti fit-talba.

(ċ)   Tqabbil

(22)

Il-valur normali medju ikkalkolat kien imqabbel mal-prezz medju ikkalkolat tal-esportazzjoni tal-ATP, skont l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, it-tnejn f’livell ta’ ex-works.

(23)

Bl-għan li jiġi żgurat tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, tqiesu d-differenzi fil-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet u t-tqabbil tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. F’dan ir-rigward, ġew magħmula aġġustamenti għall-merkanzija fuq l-art u fuq il-baħar, l-assigurazzjoni, it-tqandil, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari.

(d)   Marġni ta’ dumping

(24)

It-tqabbil tal-valur normali kostrutt u tal-prezz ta’ esportazzjoni kostrutt juri l-eżistenza ta’ dumping fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati, bil-marġni ta’ dumping ikun ugwali għall-ammont li bih il-valur normali qabeż il-prezz ta’ esportazzjoni. Il-marġni ta’ dumping li nstab, bħala perċentwali tal-prezz CIF tal-importazzjoni fil-fruntieri tal-Komunità, kien 15,1 % għall-Korea u 61,3 % għall-Malasja.

3.   Żviluppi tal-importazzjonijiet f’każ li l-miżuri jiġu rrevokati

(a)   Rimarki preliminari

(25)

Wara l-analiżi tal-eżistenza ta’ dumping matul il-PI, il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping ġiet eżaminata wkoll. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn kull produttur esportatur Korean u Malasjan, għajr għal kumpanija ġdida waħda, u minħabba n-nuqqas ta’ tagħrif disponibbli pubblikament dwar l-industrija ATP, il-konklużjonijiet ta’ hawn taħt jiddependu prinċipalment fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, jiġifieri d-data tal-Eurostat, it-talba ta’ reviżjoni, u l-Istatistika tal-Istati Uniti.

(b)   Kapaċità ta’ produzzjoni Koreana u Malasjana

(26)

Il-kapaċità disponibbli kemm fil-Korea kif ukoll fil-Malasja hija stmata għal 35 300 tunnellata u l-kapaċità ta’ esportazzjoni tagħhom għal 20 000 tunnellata. Din tirrappreżenta aktar minn kwart tal-konsum Komunitarju.

(ċ)   Prezzijiet tal-esportazzjonijiet Koreani u Malasjani lejn il-Komunità

(27)

Kif isemmi fir-rimarki preliminari, l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miż-żewġ pajjiżi kkonċernati lejn is-suq Komunitarju huma kważi ineżistenti. Fir-rigward tal-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi oħra, fit-talba huwa allegat li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Istati Uniti saru bi prezzijiet li kienu l-oġġett ta’ dumping.

(d)   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping

(28)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jiġifieri l-marġnijiet għolja ta’ dumping, il-kapaċità żejda enormi li hi disponibbli f’dawn il-pajjiżi flimkien mal-kapaċitajiet għolja ta’ esportazzjoni tagħhom, jista’ jiġi konkluż li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping lejn l-UE jissoktaw jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Barra minn hekk, minkejja l-livell għoli ta’ dazji anti-dumping imposti fuq l-esportazzjonijiet tagħhom, li kważi waqfu għal kollox, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-Malasja ma talab reviżjoni interim. Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-kumpaniji esportaturi Koreani qatt ma kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni f’din l-investigazzjoni tissuġġerixxi wkoll li dawn il-produtturi esportaturi ma ridux jew ma setgħux juru li l-ebda dumping ma kien se jseħħ jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

D.   DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA KOMUNITARJA

(29)

Tliet kumpaniji kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Dawn il-kumpaniji jinsabu fi Franza (Interfit), fl-Awstrija (Erne Fittings) u fl-Italja (Virgilio Cena). Il-grupp Awstrijak għandu wkoll kumpanija relatata fil-Ġermanja (Siekmann Fittings). L-investigazzjoni stabbiliet li t-tliet produtturi Komunitarji li applikaw u li kkooperaw bis-sħiħ kienu jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-produzzjoni Komunitarja ta’ ATP u għalhekk jikkostitwixxu l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4(1) u 5(4) tar-Regolament bażiku.

E.   QAGĦDA FIS-SUQ KOMUNITARJU

1.   Konsum fis-suq Komunitarju

(30)

Il-konsum Komunitarju kien imsejjes fuq il-volum ikkombinat ta’ bejgħ li sar mill-produtturi Komunitarji applikanti u produtturi Komunitarji oħra, ibbażat fuq it-talba, u fuq importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, it-tnejn ibbażati fuq l-Eurostat.

(31)

Fuq din il-bażi, matul il-perjodu meqjus, il-konsum Komunitarju żdied b’26 %, minn 58 561 tunnellata fl-2002 għal 73 519-il tunnellata matul il-PI. L-aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet jintużaw prinċipalment fl-industrija petrokimika, bini, ġenerazzjoni tal-enerġija, bini ta’ bastimenti u installazzjonijiet industrijali li, flimkien mal-irkupru tal-industrija tal-azzar, jistgħu jispjegaw din iż-żieda.

(32)

Tabella 1

Konsum Komunitarju

Konsum Komunitarju

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

58 561

62 122

64 480

56 255

65 667

73 519

Indiċi

100

106

110

96

112

126

Varjazzjoni annwali

100

6

4

–14

16

13

Sors: Eurostat, talba, tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(a)   Volum u sehem fis-suq

(33)

Il-volumi importati mill-Malasja u mill-Korea naqsu b’mod drastiku minn 404 għal 11-il tunnellata. Dan jidher li huwa r-riżultat tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ sa minn Frar 2002. Is-sehem tas-suq tagħhom huwa de minimis.

(34)

Tabella 2

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

404

22

54

94

17

11

Indiċi

100

5

13

23

4

3

Varjazzjoni annwali

100

–95

8

10

–19

–1

Sehem tas-suq f’% tal-Konsum Komunitarju

1

0,04

0,08

0,17

0,03

0,01

Sors: Eurostat.

(b)   Evoluzzjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet u t-tnaqqis

(35)

Minħabba fl-importazzjonijiet limitati ferm mill-pajjiżi kkonċernati u fid-dawl tal-varjetà kbira ta’ tipi differenti ta’ prodotti, il-prezzijiet ipprovduti mill-Eurostat ma jistgħux jitqiesu bħala sors affidabbli għal analiżi dettaljata.

(36)

Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-pajjiżi kkonċernati, il-marġnijiet ta’ tnaqqis ġew ikkalkolati billi ntużat l-istess metodoloġija bħal fit-talba, jiġifieri, billi ġew imqabbla l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati lill-Istati Uniti u l-prezzijiet tal-applikanti mitluba fis-suq Komunitarju. Il-marġni ta’ tnaqqis huwa 25,2 % għall-Korea u 53,3 % għall-Malasja.

3.   Qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja

(a)   Produzzjoni, kapacità tal-produzzjoni u kapaċità tal-utilizzazzjoni

(37)

Il-produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedet b’5 % matul il-perjodu meqjus, filwaqt li l-konsum Komunitarju żdiedet b’26 %.

(38)

Tabella 3

Volum ta’ produzzjoni

Volum tal-produzzjoni

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

46 454

43 504

47 155

40 881

49 300

48 922

Indiċi

100

94

102

88

106

105

Varjazzjoni annwali

100

–6

8

–14

18

–1

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(39)

Matul il-perjodu meqjus, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-industrija Komunitarja żdiedet b’6 %, minkejja tnaqqis żgħir fl-2003.

(40)

Tabella 4

Kapaċità tal-produzzjoni

Kapaċità tal-produzzjoni

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

89 400

87 800

89 700

90 300

94 800

95 000

Indiċi

100

98

100

101

106

106

Varjazzjoni annwali

100

–2

2

1

5

0

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(41)

Matul il-perjodu meqjus l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqset b’1 %.

(42)

Tabella 5

Kapaċità ta’ utilizzazzjoni

Kapaċità ta’ utilizzazzjoni

2002

2003

2004

2005

2006

PI

%

52

50

53

45

52

51

Indiċi

100

95

101

87

100

99

Varjazzjoni annwali

100

–5

6

–14

13

–1

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(b)   Volum ta’ bejgħ u prezzijiet tal-bejgħ

(43)

Il-bejgħ tal-industrija Komunitarja lill-klijenti mhux relatati fis-suq Komunitarju żdied bi 11 % bejn l-2002 u l-PI.

(44)

Tabella 6

Bejgħ tal-industrija Komunitarja lil partijiet mhux relatati

Bejgħ tal-industrija Komunitarja lil partijiet mhux relatati

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

34 968

34 893

38 401

32 841

36 908

38 750

Indiċi

100

100

110

94

106

111

Varjazzjoni annwali

100

–0,2

10

–16

12

5

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(45)

Matul il-perjodu meqjus, il-prezzijiet medji ta’ bejgħ applikati mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdiedu gradwalment. Iż-żieda totali bejn l-2002 u l-PI kienet ta’ 63 %. Din iż-żieda hija spjegata parzjalment miż-żieda fl-ispiża tal-materja prima ewlenija, it-tubi tal-azzar, u parzjalment minn bidla fl-ambitu ta’ produzzjoni ta’ żewġ produtturi Komunitarji biex jiffokaw fuq tipi speċjali aktar għaljin.

(46)

Tabella 7

Prezz tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja

Prezz tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja

2002

2003

2004

2005

2006

PI

EUR/tunnellata

1 553

1 652

1 783

2 133

2 217

2 528

Indiċi

100

106

115

137

143

163

Varjazzjoni annwali

100

6

8

23

5

20

Sors: It-tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(ċ)   Sehem tas-suq

(47)

Is-sehem globali tas-suq miżmum mill-industrija Komunitarja mill-2002 sal-PI naqas b’seba’ punti perċentwali.

(48)

Tabella 8

Sehem tas-suq tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja

Sehem tas-suq tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Perċentwali tas-suq

60  %

56  %

60  %

58  %

56  %

53  %

Sors: Eurostat u tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(d)   Tkabbir

(49)

Filwaqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’26 % matul il-perjodu meqjus, il-volum ta’ bejgħ tal-industrija Komunitarja fis-suq żdied bi 11 % biss u s-sehem tas-suq tal-industrija Komunitarja fis-suq naqas b’seba’ punti perċentwali. Għalhekk, ix-xejra li dejjem qed tikber fil-konsum Komunitarju ma kinitx segwita minn żieda korrispondenti fil-bejgħ tal-industrija Komunitarja.

(e)   Profittabilità u r-redditu fuq l-investimenti

(50)

Matul il-perjodu meqjus il-profittabilità, espressa bħala perċentwali tal-valur nett ta’ bejgħ għall-partijiet mhux relatati, żviluppat kif ġej:

(51)

Tabella 9

Profittabilità

Profittabilità

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Perċentwali tal-valur nett tal-bejgħ

2  %

1  %

4  %

1  %

6  %

10  %

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(52)

Il-profittabilità tal-industrija Komunitarja segwiet xejra pożittiva, b’konformità maż-żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija Komunitarja. Minkejja tnaqqis sinifikanti fl-2003 u fl-2005, il-profittabilità globali laħqet l-10 %. Dan kien minħabba bidla għall-produzzjoni ta’ prodotti b’valur miżjud ogħla matul il-perjodu meqjus, meta l-profitt medju li sar mill-industrija Komunitarja kien ta’ 4 %.

(53)

Ir-redditu mill-investimenti, espress bħala profitti/telf b’rabta mal-valur nett deprezzat tal-investimenti, segwa l-istess xejra bħall-profittabilità.

(54)

Tabella 10

Redditu mill-investimenti

Redditu mill-investimenti

2002

2003

2004

2005

2006

PI

%

6

2

11

4

18

37

Indiċi

100

37

184

62

310

618

Varjazzjoni annwali

100

–63

147

– 122

248

309

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(f)   Likwidità

(55)

Kien hemm varjazzjonijiet konsiderevoli fil-likwidità bejn l-2002 u l-2005 u żieda drammatika fl-2006 u matul il-PI. Din iż-żieda ta’ likwidità tindika wkoll li l-industrija kienet qed tirkupra. Dan il-livell ta’ likwidità jippermetti lill-kumpaniji jerġgħu jinvestu fin-negozju tal-ATP wara perjodi baxxi.

(56)

Tabella 11

Likwidità

Likwidità

2002

2003

2004

2005

2006

PI

EUR

1 310 693

3 826 570

2 378 520

1 233 797

7 559 501

10 040 180

Indiċi

100

292

181

94

577

766

Varjazzjoni annwali

100

192

– 110

–87

483

189

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(g)   Investimenti u ħila li jinġabar kapital

(57)

L-industrija Komunitarja żiedet l-investimenti b’65 % matul il-perjodu meqjus. Ħafna minnhom kienu kkonċentrati fuq il-makkinarju biex iżidu l-produttività. L-ebda waħda mill-kumpaniji investigati ma semmiet xi diffikultà attwali biex tiġbor il-kapital.

(58)

Tabella 12

Investimenti

Investimenti

2002

2003

2004

2005

2006

PI

EUR

5 839 416

5 824 908

3 438 352

7 422 926

9 986 636

9 643 822

Indiċi

100

100

59

127

171

165

Varjazzjoni annwali

100

–0,2

–41

68

44

–6

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(h)   Ħażniet

(59)

It-tabella hawn taħt turi li l-ħażniet tal-għeluq żammew kurva stabbli; madankollu, fil-perjodu meqjus hemm tnaqqis żgħir ta’ madwar 1 %.

(60)

Tabella 13

Ħażniet

Ħażna tal-għeluq f’Volum

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellata

7 233

7 115

7 449

7 206

7 580

7 190

Indiċi

100

98

103

100

105

99

Varjazzjoni annwali

100

–2

5

–3

5

–5

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(i)   Impjiegi, produttività u spiża tax-xogħol

(61)

Wara tnaqqis ta’ 5 % fl-2003, matul il-perjodu meqjus l-għadd globali ta’ ħaddiema naqas bi 2 %.

(62)

Tabella 14

Impjiegi

Impjiegi

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Numru ta’ impjegati

760

725

719

692

729

741

Indiċi

100

95

95

91

96

98

Varjazzjoni annwali

100

–5

–0,8

–3

5

2

Sors: Tweġibiet verifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

(63)

B’konformità maż-żieda fil-produzzjoni u mat-tnaqqis fl-impjiegi, il-produttività tjiebet bi 8 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(64)

Tabella 15

Produttività

Produttività

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati/impjegat

61

60

66

59

68

66

Indiċi

100

98

107

97

111

108

Varjazzjoni annwali

100

–2

9

–11

14

–3

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(65)

Matul il-perjodu meqjus, l-ispejjeż tax-xogħol tal-industrija Komunitarja żdiedu gradwalment. Iż-żieda totali fl-ispiża tax-xogħol għall-perjodu meqjus kienet ta’ 22 %. Iż-żieda ewlenija fl-ispejjeż tax-xogħol saret f’kumpanija li biddlet it-taħlita tal-prodott tagħha minn prodotti essenzjali għal prodotti speċjalizzati, li kienu jeħtieġu kwalifiki professjonali ogħla.

(66)

Tabella 16

Spejjeż tax-xogħol

Spejjeż tax-Xogħol/Pagi

2002

2003

2004

2005

2006

PI

EUR

28 941 652

28 436 139

29 607 915

29 754 664

33 069 402

35 312 821

Indiċi

100

98

102

103

114

122

Varjazzjoni annwali

100

–2

4

1

11

8

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja.

4.   Effett ta’ fatturi oħra

(a)   Attività ta’ l-esportazzjoni tal-industrija Komunitarja

(67)

L-esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet matul il-perjodu meqjus ma kinux stabbli ħafna, filwaqt li wrew varjazzjonijiet b’saħħithom. B’mod ġenerali, il-livell ta’ esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi naqas bi 15 %, b’dan it-tnaqqis ikun dovut prinċipalment għar-rata tal-kambju EUR/USD mhux favorevoli.

(68)

Tabella 17

Esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja

Esportazzjonijiet tal-industrija Komunitarja

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

10 893

8 003

9 358

8 410

11 890

9 278

Indiċi

100

73

86

77

109

85

Varjazzjoni annwali

100

–27

12

–9

32

–24

Sors: Tweġibiet ivverifikati tal-kwestjonarju tal-industrija Komunitarja

(b)   Volumi u prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

(69)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 964/2003 impona dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ATP mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (58,6 %) u mit-Tajlandja (58,9 %). Il-miżuri huma applikabbli għall-prodott ikkonċernat li oriġina miċ-Ċina u ġie kkunsinnat minn wieħed mill-pajjiżi li ġejjin: il-Filippini, l-Indonesja, is-Sri Lanka u t-Tajwan. Minkejja l-miżuri fis-seħħ kontra importazzjonijiet miċ-Ċina, l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-UE qed jiżdiedu b’mod kostanti.

(70)

It-total ta’ volumi ta’ importazzjonijiet ta’ ATP minn pajjiżi terzi għajr għall-pajjiżi kkonċernati aktar minn irdoppja matul il-perjodu meqjus, filwaqt li żdied minn 9 654 tunnellata fl-2002 għal 24 105 tunnellati fi tmiem il-PI.

(71)

Il-volumi ta’ importazzjonijiet ta’ ATP fil-Komunità minn pajjiżi għajr għall-Korea u l-Malasja żviluppaw kif ġej:

(72)

Tabella 18

L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Tunnellati

9 654

12 453

11 488

13 344

19 020

24 105

Indiċi

100

129

119

138

197

250

Varjazzjoni annwali

100

29

–10

19

59

53

Sors: Eurostat

(73)

Is-sehem tas-suq ta’ importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi għajr għall-pajjiżi kkonċernati laħaq it-33 % tal-konsum tal-UE. Dan ifisser żieda ta’ 99 % fil-perjodu meqjus, minn 16 għal 33 %.

(74)

Tabella 19

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Sehem tas-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Perċentwali tas-suq

16  %

20  %

18  %

24  %

29  %

33  %

Indiċi

100

122

108

144

176

199

Varjazzjoni annwali

100

22

–14

36

32

23

Sors: Eurostat u tagħrif dwar is-suq mogħti mill-produtturi applikanti

(75)

Tabella 20

Importazzjonijiet ewlenin lejn l-UE

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra f’tunnellati

2002

2003

2004

2005

2006

PI

Ċina

859

1 428

1 772

2 236

5 846

8 339

Tajwan

1 101

2 372

1 894

2 540

4 774

5 854

Vjetnam

1 835

1 214

767

694

1 224

1 475

Indja

1 522

1 569

1 537

1 763

1 552

2 096

Tajlandja

676

1 508

778

558

1 622

2 334

(ċ)   Rkupru mill-effetti ta’ dumping

(76)

Kif muri mill-evoluzzjoni pożittiva tal-biċċa l-kbira tal-indikaturi elenkati hawn fuq, fis-snin 2002 sa nofs l-2007 l-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja rkuprat b’mod parzjali mill-effett inġurjuż ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li joriġinaw fiż-żewġ pajjiżi kkonċernati.

5.   Konklużjoni dwar il-qagħda tal-industrija Komunitarja

(77)

Il-miżuri fis-seħħ wasslu għal irkupru parzjali tal-industrija Komunitarja sa mill-2002. L-industrija Komunitarja rnexxielha żżid il-volumi ta’ bejgħ tagħha u l-prezzijiet tagħha. L-indikaturi ta’ dannu bħall-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni, il-profittabilità, l-investimenti, ir-redditu mill-investimenti u l-produttività wrew ukoll żvilupp pożittiv. Dan juri li l-industrija Komunitarja għamlet sforzi biex ittejjeb il-kompetittività tagħha. B’riżultat ta’ dan, il-bejgħ tal-industrija Komunitarja fil-Komunità kien ilu jagħmel profitt sa mill-2002.

(78)

Madankollu, l-industrija Komunitarja ma rnexxilhiex tieħu vantaġġ mit-tkabbir sinifikanti fil-konsum fil-Komunità u xi wħud mill-fatturi pożittivi huma wkoll ir-riżultat tal-għejbien ta’ produttur Komunitarju sinifikanti fir-Renju Unit, li l-attivitajiet tiegħu waqgħu f’idejn tnejn mill-kumpaniji li qed jappoġġjaw it-talba.

(79)

Madankollu wieħed jista’ jikkonkludi li l-introduzzjoni tal-miżuri kontra l-Korea u l-Malasja kellha impatt pożittiv fuq il-qagħda ekonomika tal-industrija Komunitarja.

(80)

Fid-dawl tat-tentattivi ta’ rkupru tal-industrija Komunitarja, il-kontinwazzjoni tad-dannu kkawżata minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping ma setgħetx tiġi stabbilita. Għalhekk ġie eżaminat jekk kienx ser ikun hemm rikorrenza ta’ dannu f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

F.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TA’ DANNU

(81)

Kif imsemmi hawn fuq, il-produtturi Koreani u Malasjani għandhom il-potenzjal li jindirizzaw mill-ġdid volumi kbar ta’ esportazzjonijiet lejn is-suq Komunitarju jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Skont it-talba, dawn il-pajjiżi jiddependu b’mod qawwi fuq is-swieq tal-esportazzjoni: 75 % għall-Korea u 84 % għall-Malasja. Barra minn hekk, jidher li swieq oħra ta’ esportazzjoni, bħall-Istati Uniti u l-Ġappun, ma setgħux jassorbu l-kapaċità żejda, billi l-volumi ta’ esportazzjoni lejn dawn il-pajjiżi diġà huma sinifikanti, u għalhekk dawn jiġu diretti lejn is-suq Komunitarju. Barra minn hekk, jidher li hemm kapaċità żejda ġenerali fis-suq Asjatiku.

(82)

Fir-rigward tal-prezzijiet, instab mill-istatistika tal-Istati Uniti li l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Malasjani u Koreani lejn l-Istati Uniti kienu aktar baxxi minn dawk tal-industrija Komunitarja. Minkejja li ma setgħetx issir analiżi dettaljata minħabba l-ħafna tipi differenti ta’ prodotti, x’aktarx li dawn l-esportaturi ser jallinjaw il-prezzijiet tagħhom ma’ dawk l-aktar baxxi mill-pajjiżi Asjatiċi l-oħra biex jiksbu mill-ġdid is-sehem tagħhom tas-suq li kienu tilfu. Din l-imġiba fl-ipprezzar, kif muri min-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom flimkien mal-abilità tagħhom li jdaħħlu kwantitajiet sinifikanti tal-prodott ikkonċernat fis-suq Komunitarju, tissuġġerixxi impatt negattiv fuq l-industrija Komunitarja.

(83)

Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f’moħħu li l-industrija Komunitarja jeħtieġ li tibqa’ kompetittiva biex tipproduċi ċertu volum ta’ prodotti standard, li għalhekk huma f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet mill-Korea u l-Malasja, biex jinħolqu ekonomiji ta’ skala.

(84)

Fid-dawl ta’ dak ta’ hawn fuq, huwa konkluż li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan x’aktarx jirriżulta f’rikorrenza ta’ dannu lill-industrija Komunitarja kkawżata mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

G   INTERESS KOMUNITARJU

1.   Daħla

(85)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk estensjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-industrija Komunitarja kollha kemm hi. L-interess Komunitarju ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ stima tad-diversi interessi involuti kollha, jiġifieri dawk tal-industrija Komunitarja, tal-importaturi/negozjanti kif ukoll tal-utenti tal-prodott ikkonċernat. Ma waslet l-ebda sottomissjoni mill-utenti.

(86)

Biex tevalwa l-impatt li x’aktarx ikollha l-kontinwazzjoni jew in-nuqqas ta’ kontinwazzjoni tal-miżuri, il-Kummissjoni talbet tagħrif mill-partijiet kollha interessati msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji tat-teħid ta’ kampjuni lil 64 importatur tal-prodott ikkonċernat u rċeviet ħdax-il tweġiba. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil dawn il-ħdax-il kumpanija u rċeviet biss żewġ tweġibiet parzjali li ma jagħtu l-ebda evidenza li l-miżuri fis-seħħ kienu affettwawhom b’mod materjali. Jidher ċar li l-importaturi sabu għejun oħra ta’ forniment, kif jista’ jidher mis-sehem sinifikanti tas-suq (33 %) miżmum minn pajjiżi terzi oħra, li wrew li l-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni fis-suq Komunitarju huma żgurati.

(87)

Barra minn hekk, il-fatt li l-investigazzjoni preżenti hija reviżjoni, li għalhekk qed tanalizza sitwazzjoni li fiha l-miżuri anti-dumping diġà kienu jeżistu, jippermetti stima ta’ kull impatt negattiv mhux meħtieġ fuq il-partijiet ikkonċernati bil-miżuri anti-dumping attwali.

(88)

Fuq din il-bażi, ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping u l-probabbiltà ta’ rikkorrenza ta’ dannu, kinux jeżistu raġunijiet tant qawwija li jwasslu għall-konklużjoni li mhuwiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f’dan il-każ partikolari.

2.   Interessi tal-industrija Komunitarja

(89)

L-industrija Komunitarja wriet li hija industrija strutturalment vijabbli. Dan ġie kkonfermat mill-iżvilupp pożittiv tal-qagħda ekonomika tagħha fi żmien meta ġiet stabbilita mill-ġdid kompetizzjoni effettiva wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping li jinsabu fis-seħħ bħalissa. Tabilħaqq, l-isforzi li saru mill-industrija Komunitarja biex tirrazzjonalizza l-produzzjoni tagħha u ssaħħaħ il-kompetittività tagħha wasslu għal profitt raġonevoli fl-aħħar sentejn tal-perjodu meqjus.

(90)

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jidher li jeħtieġ li jinżammu l-miżuri eżistenti biex jiġu evitati l-effetti negattivi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, li jistgħu jipperikolaw il-proċess ta’ rkupru tal-industrija Komunitarja u eventwalment l-eżistenza tagħha stess. Wieħed għandu jżomm f’moħħu li jekk tgħib l-industrija Komunitarja, ikun hemm ukoll impatt negattiv fuq l-industrija aktar ’l isfel fil-proċess, billi din tal-aħħar tara tnaqqis sinifikanti fl-għażla tagħha ta’ fornituri.

3.   Interessi tal-importaturi/negozjanti

(91)

Kif intqal hawn fuq, tnejn biss mill-64 importatur mhux relatat wieġbu l-kwestjonarju tal-Kummissjoni. Madankollu, ma esprimew l-ebda opinjoni negattiva fuq kontinwazzjoni possibbli tal-miżuri. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni huwa fih innifsu indikazzjoni li dan is-settur ma ġarrab l-ebda effett negattiv sostanzjali fuq il-qagħda ekonomika tiegħu b’riżultat tal-miżuri. Dan huwa kkonfermat mill-fatt li l-importaturi ssoktaw jinnegozjaw il-prodott ikkonċernat f’volumi sinfikanti, anki billi żiedu il-volum importat matul il-perjodu meqjus.

(92)

Għaldaqstant ġie konkluż li l-qagħda ekonomika tal-importaturi tal-prodott ikkonċernat ma ġietx influwenzata b’mod negattiv bl-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping li jinsabu fis-seħħ bħalissa. Għall-istess raġunijiet, huwa wkoll improbabbli li kontinwazzjoni tal-miżuri tkun twassal għal deterjorament fil-qagħda ekonomika tagħhom fil-ġejjieni.

4.   Interessi tal-utenti

(93)

L-ebda utent ma introduċa ruħu fl-investigazzjoni attwali. L-utenti tal-prodott ikkonċernat huma prinċipalment l-industriji petrokimiċi u tal-bini. In-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom jidher li jikkonferma li l-aċċessorji ta’ tubi jew pajpijiet jirrappreżentaw parti żgħira ħafna tal-ispejjeż totali ta’ produzzjoni u li l-miżuri fis-seħħ ma jidhrux li kkawżaw xi telf ta’ kompetittività għalihom.

(94)

Ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri fl-istess livell ma tkun timplika l-ebda deterjorament fil-qagħda tal-utenti.

5.   Konklużjoni dwar l-interess Komunitarju

(95)

L-investigazzjoni wriet li l-miżuri anti-dumping eżistenti ppermettew li l-industrija Komunitarja tirkupra sa ċertu punt. Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan jipperikola l-proċess ta’ rkupru u possibbilment iwassal għall-għejbien tal-industrija Komunitarja. Għaldaqstant, il-kontinwazzjoni tal-miżuri hija fl-interess tal-industrija Komunitarja.

(96)

Barra minn hekk, fil-passat, jidher li l-miżuri eżistenti ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq il-qagħda ekonomika tal-utenti u tal-importaturi. Għaldaqstant ġie konkluż li m’hemm l-ebda raġuni qawwija kontra l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti.

H.   MIŻURI ANTI-DUMPING

(97)

Il-partijiet kollha kkonċernati kienu mgħarrfa bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li tiġi rrakkomandata ż-żamma tal-miżuri eżistenti. Huma ngħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara l-iżvelar. Ma wasal l-ebda kumment mill-Korea; wasal kumment wieħed minn kumpanija Malasjana, iżda mhux tali li jbiddel il-konklużjonijiet ta’ hawn fuq.

(98)

Minn dak ta’ hawn fuq jirriżulta li, kif previst mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, id-dazji anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1514/2002, għandhom jinżammu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa b’dan impost fuq l-importazzjonijiet ta’ aċċessorji ta’ tubi u pajpijiet (għajr aċċessorji fonduti, flanġijiet u aċċessorji bil-kamin), tal-ħadid jew tal-azzar (ma jinkludix l-istainless steel), bl-akbar dijametru ta’ barra li ma jaqbiżx is-609,6 mm, tat-tip li jiġi użat għall-issaldjar jew xi użi oħra, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Korea u mill-Malasja u li jaqgħu fil-kodiċi NM ex 7307 93 11, ex 7307 93 19, ex 7307 99 30 u ex 7307 99 90 (Kodiċi TARIC 7307931191, 7307931193, 7307931194, 7307931195, 7307931199, 7307931991, 7307931993, 7307931994, 7307931995, 7307931999, 7307993092, 7307993093, 7307993094, 7307993095, 7307993098, 7307999092, 7307999093, 7307999094, 7307999095, 7307999098).

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett u ħieles mal-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Pajjiż

Kumpanija

Rata ta’ dazju

(%)

Kodiċi Addizzjonali TARIC

Malasja

 

Anggerik Laksana Sdn Bhd,

Selangor Darul Ehsan

59,2

A324

 

Il-kumpaniji l-oħra kollha

75

A999

Repubblika tal-Korea

 

Il-kumpaniji kollha

44

3.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieћor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji doganali li huma fis-seħħ.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 13 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1.

(2)  ĠU L 228, 24.8.2002, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 6.6.2003, p. 1.

(4)  ĠU L 355, 1.12.2004, p. 4.

(5)  ĠU L 355, 1.12.2004, p. 9.

(6)  ĠU L 116, 29.4.2006, p. 1.

(7)  ĠU C 286, 23.11.2006, p. 8.

(8)  ĠU C 192, 18.8.2007, p. 15.


16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/32


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1002/2008

tal-15 ta’ Ottubru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

73,5

MK

51,9

TR

86,7

ZZ

70,7

0707 00 05

MK

81,9

TR

100,5

ZZ

91,2

0709 90 70

TR

117,4

ZZ

117,4

0805 50 10

AR

77,7

TR

104,7

UY

95,7

ZA

84,1

ZZ

90,6

0806 10 10

BR

261,2

TR

97,8

US

224,7

ZZ

194,6

0808 10 80

AR

67,2

CL

64,0

CN

53,8

MK

37,6

NZ

89,9

US

121,5

ZA

82,2

ZZ

73,7

0808 20 50

CL

60,3

CN

50,9

TR

128,9

ZA

83,4

ZZ

80,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1003/2008

tal-15 ta’ Ottubru 2008

li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Ottubru 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Ottubru 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Ottubru 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Ottubru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fis-16 ta’ Ottubru 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

19,11  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

0,00  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

19,11  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

1.10.2008-14.10.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

195,25

123,95

Prezz FOB USA

281,83

271,83

251,83

116,56

Tariffa fuq il-Golf

15,20

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

4,76

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

22,09  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

21,36  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/37


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1004/2008

tal-15 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1725/2003 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 725/2003 (2) tad-29 ta’ Settembru 2003, ġew adottati ċerti standards internazzjonali u interpretazzjonijiet li kienu fis-seħħ fl-14 ta’ Settembru 2002.

(2)

Fit-13 ta’ Ottubru 2008, il-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Kontabilità (IASB) adotta l-Emendi għall-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità (IAS) 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, minn hawn ‘il quddiem “emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7”. L-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7 jippermettu li ċerti strumenti finanzjarji jiġu riklassifikati barra mill-kategorija ‘miżmuma għan-negozju’ f’ċirkostanzi rari. Il-kriżi finanzjarja kurrenti titqies li hija ċirkostanza rari ta’ dan it-tip, li tiġġustifika l-użu ta’ din il-possibbiltà min-naħa tal-kumpaniji.

(3)

F’konformità mal-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7, il-kumpaniji għandhom jitħallew jirriklassifikaw ċerti strumenti finanzjarji mill-1 ta’ Lulju 2008.

(4)

Il-konsultazzjoni mal-Grupp Tekniku ta’ Esperti (TEG) tal-Grupp Konsultattiv Ewropew dwar l-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) tikkonferma li l-emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7 jissodisfaw il-kriterji tekniċi għall-adozzjoni stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/505/KE tal-14 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi Grupp ta' Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi fil-qasam tal-kontabilità biex jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-oġġettività u n-newtralita’ tal-opinjonijiet tal-Grupp Konsultattiv Ewropew għall-Informazzjoni Finanzjarja (EFRAG) (3), il-Grupp ta’ Reviżjoni tal-Konsulenza dwar Normi kkonsidra l-opinjoni tal-EFRAG dwar l-approvazzjoni u ta l-parir tiegħu lill-Kummissjoni Ewropea li din l-opinjoni hija bbilanċjata sewwa u oġġettiva.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1725/2003 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Fid-dawl tal-kuntest tat-taqlib finanzjarju kurrenti u l-fatt li ċerti strumenti finanzjarji ma għadhomx fil-kummerċ, jew li swieq relatati saru inattivi jew inkella ma jiffunzjonawx sewwa, jeħtieġ li jingħataw effett immedjat l-emendi li jippermettu r-riklassifikazzjoni ta’ ċerti strumenti finanzjarji, u għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju dwar il-Kontabilità,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1725/2003, l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità IAS 39, Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl, u l-Istandard Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar, huma emendati kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 261, 13.10.2003, p. 1.

(3)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 33.


ANNESS

STANDARDS INTERNAZZJONALI TAL-KONTABILITÀ

IAS 39

Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl

IFRS 7

IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar

Riproduzzjoni permessa fiż-Żona Ekonomika Ewropea. Id-drittijiet eżistenti kollha huma rriservati lil hinn miż-ŻEE, għajr għad-dritt tar-riproduzzjoni għall-finijiet ta’ użu persunali jew użu ġust ieħor. Aktar tagħrif jinkiseb mill-IASB fl-indirizz www.iasb.org

Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 Strumenti Finanzjarji: Rikonoxximent u Kejl u l-IFRS 7 Strumenti Finanzjarji: Żvelar)

Emendi għall-IAS 39

Il-paragrafu 50 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 50B–50F u 103G.

KEJL

Riklassifikazzjoni

50

Entità:

(a)

ma għandhiex tirriklassifika derivattiv barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf filwaqt li dan jinżamm jew jinħareġ;

(b)

ma għandhiex tirriklassifika kwalunkwe strument finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf jekk waqt ir-rikonoxximent inizjali tiegħu kien identifikat mill-entità skont il-valur ġust permezz tal-profitt jew telf; kif ukoll

(c)

tista', jekk assi finanzjarju ma jkunx aktar miżmum għall-iskop tal-bejgħ jew xiri mill-ġdid tiegħu fit-terminu qrib (minkejja li l-assi finanzjarju jista' jkun inkiseb jew iġġarrab prinċipalment għall-iskop tal-bejgħ jew xiri mill-ġdid tiegħu fit-terminu qrib), tirriklassifika dak l-assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf jekk ir-rekwiżiti fil-paragrafu 50B u 50D jintlaħqu.

Entità ma għandhiex tirriklassifika strument finanzjarju fil-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf wara r-rikonoxximent inizjali.

50B

Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) (ħlief assi finanzjarju tat-tip deskritt fil-paragrafu 50D) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf f'ċirkostanzi rari biss.

50C

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B, l-assi finanzjarju għandu jiġi riklassifikat fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Any gain or loss already recognised in profit or loss shall not be reversed. The fair value of the financial asset on the date of reclassification becomes its new cost or amortised cost, as applicable.

50D

Assi finanzjarju li għalih japplika l-paragrafu 50(c) li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx jeħtieġ li jiġi kklassifikat kif miżmum għall-kummerċjalizzazzjoni fir-rikonoxximent inizjali) jista' jiġi riklassifikat barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profit jew telf jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura.

50E

Assi finanzjarju kklassifikat bħala disponibbli għall-bejgħ li jissodisfa d-definizzjoni ta' self u dovuti (jekk l-assi finanzjarju ma jkunx ġie identifikat bħala disponibbli għal bejgħ) jista' jiġi riklassifikat barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ għall-kategorija tas-self u d-dovuti jekk l-entità jkollha l-intenzjoni u l-abbiltà li żżomm l-assi finanzjarju għall-ġejjieni prevedibbli jew sakemm jimmatura.

50F

Jekk entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50D jew barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E, hi għandha tirriklassifika l-assi finanzjarju fil-valur ġust tiegħu fid-data tar-riklassifikazzjoni. Għal assi finanzjarju riklassifikat skont il-paragrafu 50D, kwalunkwe qligħ jew telf diġà rrikonoxxut fil-profitt jew telf għandhom jitreġġgħu lura. Il-valur ġust tal-assi finanzjarju fid-data tar-riklassifikazzjoni ikun il-kost il-ġdid jew il-kost ammortizzat tiegħu, skont kif applikabbli. Għal assi finanzjarju riklassifikat fil-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E, kwalunkwe qligħ jew telf preċedenti fuq dak l-assi li kien ġie rrikonoxxut f'introjtu ieħor komplessiv skont il-paragrafu 55(b) għandu jiddaħħal fil-kotba skont il-paragrafu 54.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

103G

Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġa f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafi 50 u AG8, u jżid il-paragrafi 50B-50F. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008. Entità ma għandhiex tirriklassifika assi finanzjarju skont il-paragrafu 50B, 50D jew 50E qabel l-1 ta’ Lulju 2008. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju mwettqa matul il-perjodi li jibdew fl-1 ta’ Novembru 2008 jew wara għandhom jidħlu fis-seħħ biss mill-jum meta ssir ir-riklassifikazzjoni. Kwalunkwe riklassifikazzjoni ta' assi finanzjarju skont il-paragrafi 50B, 50D jew 50E ma għandhiex tiġi applikata b'lura għal perjodi mitmuma qabel d-data effettiva stipulata f'dan il-paragrafu.

Fl-Appendiċi A Gwida għall-applikazzjoni, il-paragrafu AG8 huwa emendat.

Rata effettiva tal-imgħax

AG8

Jekk entità tirrevedi l-estimi tagħha tal-ħlasijiet u l-irċevuti, l-entità għandha taġġusta l-ammont li jiżamm fil-kotba mill-assi finanzjarju jew obbligazzjoni finanzjarja (jew grupp ta' strumenti finanzjarji) biex jirrifletti l-flussi tal-flus stmati attwali jew riveduti. L-entità tirrikalkola l-ammont li jinżamm fil-kotba billi taħdem il-valur ġust tal-istima tal-flussi futuri tal-flus skont ir-rata tal-imgħax oriġinali effettiva tal-istrument finanzjarju. L-aġġustament ikun rrikonoxxut bħala introjtu nefqa fil-profitti jew telf. Jekk assi finanzjarju jkun riklassifikat skont il-paragrafu 50B, 50D, jew 50E, u sussegwentement l-entità żżid l-estimi tagħha tal-irċevuti tal-flussi tal-flus bħala riżultat ta' rkuprabbiltà akbar ta' dawk l-irċevuti ta' flus, l-effett ta' dik iż-żieda għandha tiġi rrikonoxxuta bħala aġġustament għar-rata tal-imgħax effettiva mid-data tal-bidla fl-estimi aktar minn aġġustament għall-ammont li jinżamm fil-kotba mill-assi fid-data tal-bidla fl-estimi.

Emendi għall-IFRS 7

Il-paragrafu 12 huwa emendat u jiżdiedu l-paragrafi 12Au 44E.

IS-SINIFIKAT TAL-ISTRUMENTI FINANZJARJI GĦALL-POŻIZZJONI U L-PRESTAZZJONI FINANZJARJA

Stqarrija dwar il-pożizzjoni finanzjarja

Riklassifikazzjoni

12

Jekk l-entità rriklassifikat assi finanzjarju (skont il-paragrafi 5154 tal-IAS 39) bħala wieħed imkejjel:

(a)

skont il-kost jew il-kost ammortizzat, minflok skont il-valur ġust; jew

(b)

skont il-valur ġust, minflok skont il-kost jew il-kost ammortizzat,

hi għandha tiżvela l-ammont tar-riklassifikazzjoni f'kull kategorija u 'l barra minnha u r-raġuni għal dik ir-riklassifikazzjoni.

12A

Jekk l-entità tirriklassifika assi finanzjarju barra mill-valur ġust permezz tal-kategorija tal-profitt jew telf skont il-paragrafu 50B jew 50D tal-IAS 39 jew barra mill-kategorija ‘lesti għall-bejgħ’ skont il-paragrafu 50E tal-IAS 39, hi għandha tiżvela:

(a)

l-ammont riklassifikat f'kull kategorija jew 'il barra minnha;

(b)

għal kull perjodu tar-rappurtar sal-irtirar tar-rikonoxximent, l-ammonti li jinżammu fil-kotba u l-valuri ġusti tal-assi finanzjarji kollha li ġew riklassifikati fil-perjodi tar-rappurtar attwali u preċedenti;

(ċ)

jekk assi finanzjarju jkun ġie riklassifikat skont il-paragrafu 50B, is-sitwazzjoni rari, u l-fatti u ċ-ċirkostanzi li jindikaw li dik is-sitwazzjoni kienet rari;

(d)

għall-perjodu tar-rappurtar meta l-assi finanzjarju kien ġie riklassifikat, il-qligħ jew telf fil-valur ġust tal-assi finanzjarju rrikonoxxut fil-profitt jew telf jew f'introjtu ieħor komplessiv matul dak il-perjodu tar-rapportar u l-perjodu preċedenti tar-rapportar.

(e)

għal kull perjodu tar-rapportar wara r-riklassifikazzjoni (inkluż il-perjodu tar-rapportar li fih l-assi finanzjarju jkun ġie riklassifikat) sal-irtirar tar-rikonoxximent tal-assi finanzjarji, il-qligħ jew telf fil-valur ġust li kieku jiġi rrikonoxxut fil-profitt jew telf jew fl-introjtu ieħor komplessiv jekk l-assi finanzjarju ma jkunx ġie riklassifikat, u l-qligħ, telf, introjtu u nefqa rrikonoxxuti fil-profitt jew telf; kif ukoll

(f)

ir-rata effettiva tal-imgħax u l-ammonti stmati ta' flussi tal-flus li l-entità tistenna li tirkupra, fid-data tar-riklassifikazzjoni tal-assi finanzjarju.

DATA EFFETTIVA U TRANŻIZZJONI

44E

Riklassifikazzjoni tal-Assi Finanzjarji (Emendi għall-IAS 39 u l-IFRS 7), maħruġa f'Ottubru 2008, jemenda l-paragrafu 12 u jżid il-paragrafu 12A. Kull entità għandha tapplika dawk l-emendi mill-1 ta’ Lulju 2008.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-10 ta’ Ottubru 2008

li tistipula għas-sena finanzjarja 2008 allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għall-Istati Membri, għal ċertu għadd ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5738)

(Huma awtentiċi biss it-testi bil-lingwa Bulgara, Spanjola, Ċeka, Ġermaniża, Griega, Franċiża, Taljana Ungeriża, Maltija, Portugiża, Rumena, Slovena u Slovakka)

(2008/799/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-regoli dwar ir-ristrutturar u l-konverżjoni tal-dwieli huma stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1227/2000 tal-31 ta’ Mejju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid f’dak li jirrigwarda l-potenzjal tal-produzzjoni (2).

(2)

Ir-regoli dettaljati dwar l-ippjanar finanzjarju u l-parteċipazzjoni fil-finanzjament tal-iskema tar-ristrutturar u konverżjoni, stipulati bir-Regolament (KE) Nru 1227/2000, jipprovdu li r-referenzi għal sena finanzjarja partikolari għandhom jikkorrispondu għall-ħlasijiet li effettivament isiru mill-Istati Membru bejn is-16 ta’ Ottubru u l-15 ta’ Ottubru tas-sena sussegwenti.

(3)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999, kull sena l-Kummissjoni tagħmel allokazzjoni inizjali tal-krediti lill-Istati Membri, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, b’qies għas-sitwazzjonijiet u l-ħtiġijiet partikolari kif ukoll għall-isforzi li jridu jsiru fid-dawl tal-għan tal-iskema.

(4)

Il-Kummissjoni ffissat l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi għas-sena finanzjarja 2007/2008 bid-Deċiżjoni 2007/719/KE (3).

(5)

Skont l-Artikolu 17(4) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, għandha tiġi applikata penali meta l-ispejjeż reali ta’ Stat Membru għal kull ettaru jeċċedu dawk previsti fl-allokazzjoni inizjali. Għas-sena finanzjarja 2008, din il-penali tapplika għas-Slovakkja, għas-somma ta’ EUR 6 169.

(6)

Skont l-Artikolu 16(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-Istati Memrbi jistgħu jippreżentaw appplikazzjoni ulterjuri fil-qafas tas-sena finanzjarja kurrenti. Għas-sena finanzjarja 2008, dan kien il-każ għar-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, l-Ungerija u r-Rumanija.

(7)

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament (KE) Nru 1227/2000, l-applikazzjonijiet għal finanzjament ulterjuri nnotifikati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni għandhom jintlaqgħu pro rata, bl-użu tal-krediti disponibbli wara li mill-ammont totali allokat lill-Istati Membri titnaqqas is-somma, għall-Istati Membri kollha, tal-ammonti nnotifikati skont l-Artikolu 16(1)(a) u (b) tar-Regolament imsemmi. Din id-dispożizzjoni tapplika għas-sena finanzjarja 2008 għar-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Italja, l-Ungerija u r-Rumanija. Ġaladarba t-talbiet għal finanzjament ulterjuri mressqa mill-Istati Membri huma anqas mill-ammont disponibbli għar-riallokazzjoni, setgħu jintlaqgħu t-talbiet tal-Istati Membri msemmija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-allokazzjonijiet finanzjarji definittivi għas-sena finanzjarja 2007/2008 għall-Istati Membri kkonċernati, fir-rigward ta’ ċertu numru ta’ ettari, għar-ristrutturar u l-konverżjoni tad-dwieli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, għall-perjodu tas-sena finanzjarja 2008, jidhru fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Bulgara, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Griega, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika Ungeriża, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika Awstrijaka, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika Slovena u r-Repubblika Slovakka.

Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1.

(2)  ĠU L 143, 16.6.2000, p. 1.

(3)  ĠU L 289, 7.11.2007, p. 59.


ANNESS

ALLOKAZZJONIJIET FINANZJARJI INIDIKATTIVI GĦALL-2007/2008

(sena finanzjarja 2008)

Stat Membru

Il-medda (ettari)

Allokazzjoni finanzjarja (EUR)

Il-Bulgarija

1 200

9 013 796

Ir-Repubblika Ċeka

706

11 883 827

Il-Ġermanja

1 406

12 097 072

Il-Greċja

647

6 360 118

Spanja

21 154

169 516 302

Franza

8 977

69 071 668

L-Italja

12 358

101 761 476

Ċipru

150

2 131 684

Il-Lussemburgu

5

38 001

L-Ungerija

1 852

14 813 090

Malta

3

38 157

L-Awstrija

888

5 068 342

Il-Portugall

2 711

23 511 590

Ir-Rumanija

4 205

35 050 228

Is-Slovenja

124

2 401 900

Is-Slovakkja

228

863 646

TOTAL

56 614

463 620 897


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/45


DEĊIŻJONI TA’ L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 318/05/COL

tal-14 ta’ Diċembru 2005

biex tagħlaq il-proċedura formali ta’ investigazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 1(2) f’Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti fejn jidħlu l-eżenzjonijiet minn drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni b’rabta mat-twaqqif ta’ Entra Eiendom AS (In-Norveġja)

L-AWTORITÀ TAS-SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), b’mod partikolari l-Artikoli 61 u 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar il-ħolqien ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (2), u partikolarment l-Artikolu 24 u l-Artikolu 1 tal-Parti I tal-Protokoll 3 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Linji-Gwida ta’ l-Awtorità (3) dwar l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ l-Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim taż-ŻEE,

WARA LI TALBET lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (4) u wara li l-kummenti tagħhom ittieħdu f’kunsiderazzjoni,

BILLI:

I.   IL-FATTI

1.   Il-proċedura u l-korrispondenza

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-22 ta’ Mejju 2002 (Dok. Nru: 02-3856 D), l-Awtorità talbet lill-Gvern Norveġiż li jissottometti l-informazzjoni rilevanti dwar it-twaqqif ta’ Entra Eiendom AS (minn issa ‘l quddiem “Entra”) biex l-Awtorità tkun tista’ tevalwa jekk it-twaqqif ta’ l-impriża kienx skond ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-awtoritajiet Norveġiżi wieġbu permezz ta’ ittra mill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tal-25 ta’ Ġunju 2002, u magħha hemżu ittra li ġġib id-data ta’ l-20 ta’ Ġunju 2002 mill-Ministeru tax-Xogħol u Amministrazzjoni Governattiva, it-tnejn li huma rċevuti u rreġistrati mill-Awtorità fis-26 ta’ Ġunju 2002 (Dok. Nru: 02-4850 A).

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data ta’ l-10 ta’ Ottubru 2002 (Dok. Nru: 02-7036 D) l-Awtorità talbet aktar informazzjoni. L-ittra indirizzat, skond il-punt 1, l-eżenzjoni minn drittijiet għad-dokumenti u minn miżati ta’ reġistrazzjoni fil-każ ta’ bdil fis-sidien ta’ propjetajiet immobbli, u, skond il-punt 2, it-tnaqqis fil-valur stmat fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet speċjali ta’ terminazzjoni. L-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw l-informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittra mill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data ta’ l-14 ta’ Novembru 2002, u magħha hemżu ittra mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li ġġib id-data tas-7 ta’ Novembru 2002, it-tnejn li huma rċevuti u rreġistrati mill-Awtorità fl-14 ta’ Novembru 2002 (Dok. Nru: 02-8219 A).

Permezz ta’ messaġġ telefax mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li jġib id-data tad-9 ta’ Diċembru 2002, irċevut u rreġistrat mill-Awtorità dakinhar stess (Dok. Nru: 02-8912 A), il-Gvern Norveġiż talab li l-Awtorità tippreżenta l-konklużjoni tagħha fil-każ dwar it-twaqqif ta’ Entra. Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Diċembru 2002 (Dok. Nru: 02-9062 D) lill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea, l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi li l-Awtorità tista’ tkun f’pożizzjoni li tagħlaq parti mill-każ fejn jidħol it-tnaqqis fil-valur stmat fuq il-bażi ta’ kundizzjonijiet speċjali ta’ terminazzjoni, sakemm tintbagħat aktar dokumentazzjoni speċifika u dettaljata dwar din il-kwistjoni.

Dokumentazzjoni dettaljata bħal din intbagħtet permezz ta’ messaġġ telefax mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li jġib id-data tat-23 ta’ Jannar 2003, irċevut u rreġistrat mill-Awtorità fit-23 ta’ Jannar 2003 (Dok. Nru: 02-424 A). Permezz ta’ ittra lill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tal-31 ta’ Jannar 2003 (Dok. Nru: 03-588 D), l-Awtorità infurmat lill-awtoritajiet Norveġiżi li – peress li ma jidhirx li tidħol xi għajnuna fil-kwistjoni – “hija mhix se tqajjem xi oġġezzjoni dwar l-istima tal-valur li sar fil-bilanċ tal-ftuħ ta’ proprjetà immobbli li ġiet trasferita mill-Istat Norveġiż lil Entra Eiendom AS”. Madankollu, l-Awtorità saħqet li din id-dikjarazzjoni kienet mingħajr preġudizzju għall-kwistjoni dwar id-drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni.

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-2 ta’ April 2003 (Dok. Nru: 03-1827 D), l-Awtorità għal darb’oħra indirizzat il-kwistjoni ta’ l-eżenzjoni minn miżati ta’ reġistrazzjoni u dazji tas-sisa u talbet lill-awtoritajiet Norveġiżi biex jagħtu aktar informazzjoni biex tkompli tiċċara l-affarijiet. Permezz ta’ ittra mill-Missjoni tan-Norveġja għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tal-5 ta’ Ġunju 2003, u li magħha kien hemm mehmuża ittra mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003, it-tnejn li huma rċevuti u rreġistrati mill-Awtorità fl-10 ta’ Ġunju 2003 (Dok. Nru: 03-3631 A), ingħatat aktar informazzjoni.

Fis-16 ta’ Ġunju 2004, l-Awtorità iddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali (Dec. Nru: 132/04/COL). Id-deċiżjoni biex tinfetaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali ġiet ippubblikata fit-23 ta’ Diċembru 2004.

Permezz ta’ messaġġ bit-telefax li jġib id-data tat-13 ta’ Awwissu 2004 (Okkorrenza Nru: 290206) u ittra mill-Missjoni Norveġiża għall-Unjoni Ewropea li ġġib id-data tas-17 ta’ Awwissu 2004, irċevuta u rreġistrata mill-Awtorità fit-18 ta’ Awwissu 2004 (Okkorrenza Nru: 290456), l-awtoritajiet Norveġiżi talbu estenszjoni ta’ xahar biex ikunu jistgħu jibagħtu l-kummenti tagħhom.

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tas-17 ta’ Awwissu 2004 (Okkorrenza Nru: 290305), l-Awtorità aċċettat li żżid xahar ieħor żmien.

Permezz ta’ messaġġ bit-telefax li jġib id-data tas-16 ta’ Settembru 2004 (Okkorrenza Nru: 292867) u ittra mill-Missjoni tan-Norveġja għand l-Unjoni Ewropea li ġġib id-data ta’ l-20 ta’ Settembru 2004, u li magħha kien hemm mehmuża ittra mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 2004, irċevuti u rreġistrati mill-Awtorità fil-21 ta’ Settembru 2004 (Dok. Nru: 293392), l-awtoritajiet Norveġiżi issottomettew il-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni tal-ftuħ. L-awtoritajiet Norveġiżi kkonkludew li l-eżenzjoni minn drittijiet għad-dokumenti u minn miżati tar-reġistrazzjoni, stipulata fit-twaqqif ta’ Entra ma tikkostitwixxix għajnuna mill-istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-Awtorità ma rċeviet l-ebda kumment għad-deċiżjoni tal-ftuħ minn partijiet interessati oħra fi ħdan il-perjodu limitat ta’ xahar wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Mejju 2005, li waslet u ġiet rreġistrata għand l-Awtorità fid-9 ta’ Mejju 2005 (Nru ta’ l-Okkorrenza: 318691), il-kumpanija ta’ l-avukati Selmer, li tirrappreżenta lil Entra, ippreżentat il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni (ara l-punt 3.4 hawn taħt).

Il-każ ġie diskuss f’laqgħa f’Oslo fid-19 ta’ Mejju 2005, fil-preżenza ta’ rappreżentanti minn Ministeri Norveġiżi differenti u minn rappreżentanti mill-Awtorità.

Permezz ta’ messaġġ bit-telefax mill-Ministeru ta’ l-Immodernizzar li ġġib id-data tas-26 ta’ Lulju 2005 (Nru ta’ l-Okkorrenza: 327938), u ittra mill-Missjoni tan-Norveġja għall-UE li ġġib id-data ta’ l-1 ta’ Awwissu 2005, li waslet u ġiet rreġistrata fit-3 ta’ Awwissu 2005 (Nru ta’ l-Okkorrenza: 329110), li magħha kien hemm mehmuża ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, l-awtoritajiet Norveġiżi ppreżentaw aktar informazzjoni dwar jekk l-eżenzjoni hix ta’ vantaġġ ekonomiku għal Entra. Il-konklużjoni tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija kienet li l-eżenzjoni ma kienet ta’ l-ebda vantaġġ għal Entra.

2.   It-twaqqif ta’ Entra

2.1.   Proposta biex titwaqqaf kumpanija ta’ responsabbiltà limitata ġdida

Il-Gvern Norveġiż ippreżenta r-riorganizzazzjoni ta’ l-entità pubblika, id-Direttorat tal-Kostruzzjoni u l-Proprjetà Pubblika (“Statsbygg”), u t-twaqqif ta’ Entra, fl-4 ta’ Ġunju 1999 (5). Dakinhar stess, il-Gvern ippreżenta Att speċjali dwar il-konverżjoni ta’ parti mill-attivitajiet fejn jidħol in-negozju fi proprjetà immobbli ta’ Statsbygg għal kumpanija b’responsabbiltà limitata biex jiġu solvuti xi kwistjonijiet tranżizzjonali dwar it-trasformazzjoni u t-twaqqif ta’ Entra (6). Il-Paragrafu 3 ta’ dan l-Att (minn issa ‘l quddiem “l-Att ikkontestat”) jiddikjara li r-reġistrazzjoni mill-ġdid fir-reġistru tal-proprjetà immobbli u reġistri oħra pubbliċi għandhom isiru bħala bidla fl-isem. Bħala konsegwenza ta’ dan, Entra ma kellhiex l-obbligu li tħallas drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni, iżda xorta saret id-detentur tat-titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli.

Statsbygg hija entità amministrattiva (“Forvaltningsbedrift”), responsabbli għall-Ministeru ta’ l-Immodernizzar. Statsbygg taġixxi f’isem il-Gvern Norveġiż bħala manager u konsulent fejn tidħol il-kostruzzjoni u proprjetà u toffri spazju għall-uffiċċji ta’ organizzazzjonijiet governattivi. Statsbygg kompliet topera u tmexxi dik il-proprjetà immobbli li ma ġietx mgħoddija lil Entra. Bħalissa Statsbygg tmexxi madwar 2,2 miljun metru kwadru ta’ spazju għall-uffiċċji, fin-Norveġja kif ukoll barra. Il-proprjetà tikkonsisti f’binjiet ta’ uffiċċji, skejjel, akkomodazzjoni kif ukoll bini speċjalizzat madwar il-pajjiż, ambaxxati u djar ta’ reżidenza barra n-Norveġja. L-allokazzjoni annwali għall-bini hija ta’ madwar NOK 2,3 biljun (madwar EUR 288 miljun). Statsbygg għandha 669 impjegat (Ottubru 2005) (7).

F’St.prp. nr. 84 (1998-1999) jintqal fost affarijiet oħra li l-iskop tar-riorganizzazzjoni hu dak li jiġu ċċarati r-rwoli differenti ta’ Statsbygg u biex jinkiseb użu aktar effiċjenti tal-bini li hu proprjetà ta’ l-Istat. Biex ikun hemm żgur kundizzjonijiet ta’ qafas aħjar għal dik il-parti ta’ Statsbygg li tinsab f’kompetizzjoni ma’ impriżi privati oħra, il-bini li jopera f’suq kompetittiv (“konkuranseutsatte bygg”) kellu jiġi maqtugħ mill-bini għal skopijiet speċjali u jsir parti minn sett ġdid ta’ proprjetà immobbli li s-sid tagħha tkun Entra. Il-gvern indika li, akar tard, jista’ jiġri li, alternattivament, parti mill-kumpanija tinbiegħ lil interessi privati.

Entra għandha l-klawżola li ġejja fil-bye-laws tagħha: “L-iskop ewlieni tal-kumpanija huwa li l-aġenziji ta’ l-istat ikollhom l-ispazju għall-uffiċċji tagħhom. Il-kumpanija tista’ tkun is-sid, tista’ tbigħ, topera u tamministra proprjetà immobbli u tagħmel negozju ieħor li jkollu x’jaqsam ma’ dan. Il-kumpanija tista’ wkoll ikollha ishma jew interessi fi, u tkun parteċipi, f’kumpaniji oħra li jwettqu attivitajiet bħal dawk imsemmija fis-sentenza ta’ qabel” (traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità).

2.2.   Il-bilanċ tal-ftuħ ta’ Entra

Fil-proposta ppreżentata lill-Parlament, il-Gvern Norveġiż fassal il-prinċipji bażiċi għat-trasferiment ta’ assi lejn l-impriża ‘l ġdida. Ma nġibdet l-ebda konklużjoni fejn jidħol il-valur attwali ta’ l-assi li għandhom jiġu trasferiti. Pjuttost jingħad li din il-kwistjoni kellha tkun diskussa fi stadju aktar tard, peress li hemm miktub li: “il-bilanċ finali tal-ftuħ tal-kumpanija għandu jkun ippreżentat fl-estimi għas-sena 2000 (8). Lanqas ma ġiet speċifikata xi metodoloġija speċifika biex jiġi stabbilit dan il-valur.

Fil-perjodu bejn l-4 ta’ Ġunju 1999 u sakemm saret il-valutazzjoni finali permezz ta’ Digriet Irjali tat-22.6.2000, il-valur ta’ l-assi li kellhom jiġu trasferiti kien mifli b’mod estensiv ħafna. L-għan kien li wieħed jistabbilixxi l-valur korrett tat-tranżazzjoni skond il-prinċipji mill-Proposta Nru 84 (1998-99) għat-trasferiment ta’ l-assi. Ġew ikkunsidrati ħafna metodi u suppożizzjonijiet biex ġie deċiż dan il-prezz.

L-ewwelnett, Statsbygg talbet lill-konsulent independenti Catella Eiendom Consult AS (CEC) biex jagħmel valutazzjoni tal-proprjetajiet immobbli li għandhom jiġu trasferiti. Din il-valutazzjoni saret skond il-qafas għall-valutazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Valuers u Surveyors Norveġiża (NTF), billi saret evalwazzjoni ta’ kull proprjetà u imbagħad ġie magħdud flimkien il-valur tal-proprjetajiet individwali biex jinġieb il-valur total tal-portafoll. Ir-riżultat li nkiseb kien ta’ NOK 3 852 110 000. Din il-valutazzjoni ġiet ivverifikata aktar tard mill-Assoċjazzjoni tal-Valuers u tas-Surveyors Norveġiża, li kkonkludiet li l-valur miksub kien aċċettabbli, iżda vvalutat b’mod kawt.

It-tieni, Statsbygg għamlet il-valutazzjoni tagħha stess ta’ l-assi. Din saret skond metodoloġija oħra. Statsbygg użat il-flussi skontati għal portafoll totali bħala bażi għall-kalkoli tagħhom, minflok ma qieset kull proprjetà bħala kalkolu separat li għandu jiżdied mat-total. Ir-riżultat li nkiseb kien ta’ NOK 3 137 500 000.

It-tielet, il-Ministeru ta’ l-Agrikoltura ukoll għamel valutazzjoni, ibbażata fuq l-istess prinċipji li użat Statsbygg, iżda b’suppożizzjonijiet differenti. Ir-riżultat li nkiseb kien ta’ NOK 3 337 500 000.

Id-differenza bejn l-ogħla u l-anqas valutazzjoni f’dan il-punt kienet ta’ NOK 714 610 000, jew differenza ta’ 22 % relattiv ma’ l-anqas prezz stmat. Mingħajr ma wieħed jidħol f’aktar dettalji wieħed irid jgħid li hemm differenzi sinifikanti bejn il-metodi użati. Din l-osservazzjoni saret ukoll f’verifika indipendenti li saret mill-PricewaterhouseCoopers (PWC), fejn ġew evalwati t-tliet valuri li ssemmew.

Fl-evalwazzjoni li għamlu, PWC ikkonkludew li quddiem id-differenzi metodoloġiċi kbar, tqabbila dettaljata bejn it-tliet valutazzjonijiet tkun biċċa xogħol ikkumplikata u, aktar importanti minn hekk, tkun ta’ ftit rilevanza. Huma kkonkludew li “Fil-fehma tagħna, it-tliet valuri kollha jinsabu fi ħdan firxa raġjonevoli”. Barra minn dan, il-PWC saħqu fuq il-punt li kien impossibbli li wieħed jasal għal xi numru speċifiku li jista’ jitqies bħala l-valur “korrett”. Pjuttost, dan il-prezz jista’ jkun is-suġġett ta’ negozjati bejn il-partijiet, u b’hekk jista’ jvarja skond is-suppożizzjonijiet li jsiru.

Ir-raba’, il-Ministeru ddeċieda li jerġa’ jagħmel valutazzjoni tal-valur. Wara diskussjoni fit-tul dwar jekk il-fatt li l-aġenziji tal-gvern jistgħu jitterminaw il-kirjiet tagħhom b’avviż ta’ 12-il xahar jistax jew le jaffettwa l-valur fuq is-suq tal-proprjetà, il-valur tal-proprjetajiet ġie issa stabbilit għal NOK 2 837 550 000. Dan il-valur ġie ppreżentat lil Stortinget (9) fil-kuntest tal-baġit ta’ l-Istat għall-1999-2000. Madankollu, il-proposta irreżervat id-dritt għall-Gvern li jagħmel aġġustamenti finali.

Il-ħames, dan id-dritt biex il-bilanċ finali jkun aġġustat ġie eżerċitat mill-Ministeru, li wara li aġġusta, fost affarijiet oħra, xi wħud mill-kuntratti tal-kirjiet ta’ Entra, u b’hekk reġa’ bidel is-suppożizzjonijiet tal-mudell, wasal għal prezz ogħla. Permezz ta’ Digriet Irjali, il-valur fil-bilanċ finali tal-ftuħ ġie ffissat għal NOK 3 222 871 000.

Il-proċess hu miġbur fil-qosor hawnhekk. Kif jidher, il-firxa ta’ valuri li ġiet suġġerita tvarja minn NOK 3 852 110 000 għal NOK 2 837 550 000. Din id-differenza ta’ NOK 1 014 560 000, jew 35,8 % f’relazzjoni mal-prezz l-aktar baxx, tista’ tiġi spjegata sew bid-differenzi fil-metodoloġija użata, kif ukoll bis-suppożizzjonijiet li saru fil-mudelli differenti.

Il-valutazzjoni minn Catella Eiendoms Consult (CEC) (10)

NOK 3 852 110 000

Ir-rakkomandazzjoni ta’ Statsbygg

NOK 3 137 500 000

Il-valutazzjoni tal-Ministeru

NOK 3 337 500 000

Il-valur tal-Ministeru rivalutat minħabba kundizzjonijiet ta’ terminazzjoni (11)

NOK 2 837 550 000

Il-bilanċ finali tal-ftuħ (12)

NOK 3 222 871 000

Il-bilanċ finali tal-ftuħ kien ibbażat fuq il-likwidità tal-portafoll kollu kemm hu, kif użata fir-rakkomamandazzjoni oriġinali ta’ Statsbygg, iżda bbażata fuq ċerti tibdil fis-suppożizzjonijiet.

Entra ġiet oriġinarjament imwaqqfa bħala kumpanija “minima” ibbażata fuq kontributi fi flus. Sussegwentement, il-proprjetà, il-kapital u l-persunal (attiv u passiv) ġew trasferiti mill-Istat lil Entra bi tpartit mal-ħruġ ta’ ishma, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2000. Il-proprjetà u t-titolu tal-proprjetajiet imsemmija ġew trasferiti mill-Istat Norveġiż lil Entra u rreġistrati f’isem Entra. Fuq il-bażi ta’ l-Att li jistabbilixxi Entra, ma tħallsu l-ebda drittijiet fuq dokumenti jew miżati ta’ reġistrazzjoni. Il-kumpanija hija kumpanija ta’ responsabbiltà limitata, li hi 100 fil-mija proprjetà ta’ l-Istat Norveġiż.

Il-kumpanija (grupp (13)) kellha dħul mill-operazzjonijiet ta’ NOK 1 072 miljun (madwar EUR 128 miljun (14)) fl-2004, u qligħ qabel it-taxxa ta’ NOK 134 miljun (madwar EUR 16-il miljun). Il-valur kontabbli tal-grupp fil-31.12.2004 kien ta’ NOK 1 288 miljun (madwar EUR 154 miljun). Fi tmiem is-sena, il-portafoll ta’ proprjetajiet tal-grupp (valur kontabbli) kien ta’ NOK 8 768 miljun (madwar EUR 1 047 miljun). Fil-31.12.2004 Entra kellha 133 impjegat. Il-portafoll totali ta’ proprjetajiet jikkonsisti f’110 proprjetajiet, li għandhom firxa totali ta’ 900 000 m2  (15).

Skond l-awtoritajiet Norveġiżi, id-drittijiet għad-dokumenti akkumulati kif stimulati hu stmat li jitilgħu għal NOK 80 571 775, u l-miżati tar-reġistrazzjoni miġbura huma stmati li jitilgħu għal NOK 147 300 (150 proprjetà * NOK 982), b’kollox NOK 80 719 075 (madwar EUR 9,87 miljun) (16).

3.   L-evalwazzjoni tal-Gvern tan-Norveġja dwar jekk l-eżenzjoni mid-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni hix konformmi mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE

3.1.   L-evalwazzjoni tal-Gvern ippreżentata b’rabta mat-twaqqif ta’ l-Entra

Evalwazzjoni mill-Gvern Norveġiż dwar jekk l-eżenzjoni mid-dritt tal-bolla u l-miżati tar-reġistrazzjoni hix konformi mad-dispożizzjonjiet dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Ftehim taż-ŻEE tingħata fil-Proposta Nru 84 (1998-99), kapitolu 7.6.1. It-test huwa kif ġej (traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità):

“Id-domanda li jmiss hi dwar jekk il-kumpanija tistax tiġi eżentata mid-dmir li tirreġistra t-trasferiment tat-titolu minn Statsbygg għal Statens utleiebygg AS u b’hekk ma tħallasx il-miżata tar-reġistrazzjoni u d-dazju tas-sisa. Skond l-Att dwar il-Miżati tal-Qorti kapitlu 6 u Artikolu 7 ta’ l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti, drittijiet b’rabta mar-reġistrazzjoni ta’ dokumenti li jittrasferixxu drittijiet fuq il-proprjetà għandhom jitħallsu lit-Teżor. Id-dmir li jitħallsu spejjeż għalhekk isir dovut biss meta t-trasferiment tat-titolu jkun irreġistrat fir-reġistru tal-proprjetà immobbli. Il-ħlas tad-dazju tas-sisa mhux meħtieġ għal bidla fl-isem fir-reġistru.

Il-Ministeru jqis li hija ħaġa inċerta ħafna dwar jekk id-diviżjoni ta’ proprjetà bejn l-Istat u Statens utleiebygg AS tkunx timplika trasferiment ta’ titolu li jkun irid jiddaħħal fir-reġistru tal-proprjetà immobbli. Tidher ħaġa aktar naturali li s-sitwazzjoni titqies bħala bidla organizzattiva fil-portafoll ta’ proprjetà ta’ l-Istat fejn l-Istat jibqa’ jżomm id-drittijiet ta’ reġistrazzjoni tal-proprjetajiet. Mhix kwistjoni ta’ trasferiment ta’ titolu, iżda sempliċement bidla ta’ isem fir-reġistru. Bħala konsegwenza ta’ dan hemm li s-sitwazzjoni ma tinħtieġx il-ħlas ta’ dazju tas-sisa. Il-kumpanija mhix obbligata għalhekk li tħallas miżati ta’ reġistrazzjoni u dazju tas-sisa. Il-Ministeru, madanakollu, jkompli jissuġġerixxi, fi proposta separata lill-Odelsting, li r-reġistrar mill-ġdid b’konnessjoni ma’ tibdil organizzattiv jsir biss bħala bidla fl-isem. Fejn jidħol ir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli, dan ikun jimplika li mhux se jkun hemm l-ebda ħtieġa ta’ trasferiment ta’ titolu. Id-dispożizzjoni timplika li żgur mhux se jkun hemm bżonn ta’ trasferiment ta’ titolu. Il-proposta tikkorrispondi ma’ regoli mogħtija b’rabta ma’ trasformazzjonijiet oħra għal impriżi proprjetà ta’ l-Istat, ref. pereż. L-Att ta’ l-24 ta’ Ġunju 1994, nru 45 dwar it-twaqqif ta’ Televerket bħala kumpanija b’responsabbiltà limitata, u l-Att tat-22 ta’ Novembru 1996 nru 65 dwar it-twaqqif tal-kumpanija tal-Posta proprjetà ta’ l-Istat. Il-kwistjoni hi dwar jekk din il-prassi twassalx għal sitwazzjoni ta’ kompetizzjoni differenti għal kumpaniji b’responsabbiltà limitata ta’ l-Istat minn dik ta’ entitajiet privati li jifirdu partijiet mill-attività ta’ proprjetà immobbli tagħhom u jitfgħuhom taħt kumpanija b’responsabbiltà limitata li tkun għal kollox tagħhom.

L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (ESA) ippubblikat linji-gwida dwar l-użu tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fl-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE b’konnessjoni ma’ tranżazzjonijiet finanzjarji bejn impriżi pubbliċi u l-awtoritajiet, ref. Linji-Gwida għal Għajnuna mill-Istat, kapitoli 19-20. Il-kriterju ċentrali ta’ evalwazzjoni dwar jekk tkunx teżisti għajnuna mill-Istat hu, skond dawn il-linji-gwida, l-hekk imsejjaħ ‘prinċipju ta’ l-investitur fis-suq’. Dan ifisser li l-Istat fid-dispożizzjonijiet ekonomiċi tiegħu hu obbligat li jaġixxi daqslikieku kien investitur privat fl-istess sitwazzjoni fil-konfront ta’ kumpanija privata simili jew kumparabbli.

Il-punt tat-tluq fi ħdan il-liġi Norveġiża huwa li t-trasferiment ta’ drittijiet fuq proprjetà minn entità legali għal oħra għandha tkun rreġistrata biex din tkun tista’ ssir valida f’relazzjoni ma’ parti terza. L-investituri privati, għalhekk, mill-bidu, ikunu obbligati li jirreġistraw it-trasferiment tat-titolu u li jħallsu l-bolol. Punt tat-tluq simili jimplika li kumpanija b’responsabbiltà limitata li tkun proprjetà ta’ l-Istat għandha dmir simili li tirreġistra trasferiment ta’ titolu mill-Istat.

Min-naħa l-oħra, mhux probabbli li investitur razzjonali jagħżel soluzzjoni li fiha huwa, meta jkun wettaq separazzjoni ta’ parti mill-impriża li jkollha x’taqsam ma’ proprjetà immobbli, jirreġistra trasferiment ta’ titolu b’mod li bħala effett ikun hemm dak li jkollu jħallas dazju tas-sisa. Peress li trasferiment ta’ titolu bħal dan jiġi jiswa lill-kumpanija ħafna flus, ftit li xejn jidher li hu probabbli li investitur razzjonali jagħżel soluzzjoni bħal din. Aktar jidher li jkun probabbli li wieħed jagħżel soluzzjoni li permezz tagħha wieħed ikun jista’ jevita ħlas ta’ miżati, pereżempju billi jinżamm it-titolu mal-kumpanija ewlenija, jew billi joħloq holding company. Dawn l-għażliet l-Istat ma jistax jagħmilhom. Meta l-Istat jagħżel li jidħol fis-suq, ikun aktar konvenjenti li jifred din il-parti tan-negozju u jorganizzaha bħala kumpanija separata. Għaldaqstant, l-Istat jinsab f’sitwazzjoni fejn ikollu jittrasferixxi l-proprjetà immobbli tiegħu lejn entità legali oħra. Dan hu argument qawwi favur li r-reġistrazzjoni tat-trasferiment tad-drititjiet mhux f’kunflitt mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Il-Ministeru għalhekk għandu jassumi li l-eċċezzjoni mill-obbligu li t-trasferiment tad-drittijiet ta’ l-art ikun irreġistrat ma jpoġġix lil Statens utleiebygg AS f’sitwazzjoni kompetittiva differenti minn dik li jkollu quddiemu investitur privat fuq is-suq. L-eċċezzjoni ma jidhrix li hi f’kunflitt mal-Ftehim taż-ŻEE.

Barra minn dan, wieħed ġeneralment jassumi li l-valur stmat tal-proprjetajiet li għandhom jiġu trasferiti lil Statens utleiebygg AS ikun dak ta’ fuq is-suq, u li kull trasferiment possibbli ta’ kapital mill-Istat li jista’ jsir aktar tard, isir bl-istess mod daqslikieku jkun investitur privat li jkun qed jagħti kontributi għall-impriża.”

3.2.   Argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Norveġiżi qabel ma l-Awtorità ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali

Permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Ġunju 2002, il-Ministeru tax-Xogħol u l-Amministrazzjoni tal-Gvern ħareġ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet ta’ qafas għal Entra u l-kalkolu tal-bilanċ oriġinali tagħha. Il-Ministeru ddeskriva l-metodu ta’ likwidità li ntuża biex ikun evalwat il-valur totali tal-portafoll ta’ proprjetà u ddikjara li dan il-metodu kien użat “peress li jkun aktar konformi ma’ dak li hu mitlub mill-Proposta Nru 84 lill-Istorting (1998-99) biex il-kumpanija tingħata l-kundizzjonijiet ta’ qafas fuq bażi indaqs ma’ parteċipanti oħrajn fl-istess settur”. L-ittra ma ddeskrivietx jekk, u jekk iva, kif u safejn in-nuqqas ta’ pagament tad-dazju tas-sisa affettwa l-bilanċ tal-ftuħ. Lanqas ma daħlet fil-kwistjoni dwar jekk il-paragrafu 3 ta’ l-Att li qed ikun ikkontestat jeżiġix li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għandhiex tiġi kkumpensata b’żieda fl-evalwazzjoni tal-portafoll li tkun tikkorrispondi għall-ammont li kien ikun irid jitħallas, li kieku r-reġistrazzjoni fir-reġistru reali tal-proprjetà immobbli tqieset bħala bidla ta’ titolu u mhux bħala bidla ta’ isem.

Permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Novembru 2002, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija żviluppa f’aktar dettall l-argument li kien diġà ppreżenta fil-ħidmiet preparatorji tiegħu li investituri privati jistgħu jagħżlu soluzzjonijiet li jevitaw trasferiment formali ta’ l-att u b’hekk jiffrankaw li jħallsu tariffi għal dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni. Peress li r-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ titolu ma kinitx obbligatorja, l-impriżi setgħu, irrispettivament minn jekk huma kinux ta’ l-Istat jew inkella tal-privat, b’mod legali jevitaw li jħallsu drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni billi sempliċement ma jirreġistraw l-ebda trasferiment ta’ proprjetà. Kieku t-titolu kellu jibqa’ għand is-sid oriġinali, dan kien ikun riskju għas-sid il-ġdid fejn tidħol il-“bona fede” lejn parti terza. Madankollu, kien possibbli li dan ir-riskju jiġi eliminat permezz tar-reġistrazzjoni ta’ “restrizzjoni tad-dritt tal-proprjetà”. Ir-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar ir-restrizzjoni tad-dritt tal-proprjetà ma eskludietx ir-riskju ta’ proċedimenti eżekuttivi u li s-suċċessur leġittimu tad-debitur jitlef id-dritt għall-proprjetà. Skond l-awtoritajiet Norveġiżi, dak il-metodu kien użat ħafna minn impriżi kkontrollati mill-privat, speċjalment bejn partijiet relatati.

Fl-opinjoni tal-Ministeru, kien ikun ħafna probabbli li sid privat ta’ Statsbygg kien jifred il-kumpanija mingħajr ma jkun hemm l-obbligu li titħallas il-miżata ta’ reġistrazzjoni jew id-dazju tas-sisa. Dan il-metodu ma kienx għażla realistika fil-każ tat-twaqqif ta’ Entra. Jiġifieri, fost affarijiet oħra, minħabba ostakoli li qamu mill-fatt li Statsbygg taqa’ taħt kontroll pubbliku u politiku. Metodi bħal ma huma ż-żamma tat-titolu tal-proprjetajiet ma’ Statsbygg ikunu jimplikaw li Entra tkun saret dipendenti fuq l-approvazzjoni ta’ entità pubblika għal tranżazzjonijiet dwar il-proprjetajiet. Kieku t-titolu fuq il-proprjetajiet kellu jibqa’ għand Statsbygg, dan ikun jimplika li l-Istat hu sew il-kerrej kif ukoll id-detentur tat-titolu fuq il-proprjetajiet. Kieku kellhom jintużaw metodi bħal dawn għal Statsbygg/Entra, ma tibqax tidher ċara d-distinzjoni bejn ir-rwoli differenti taż-żewġ entitajiet. Statsbygg hija fdata biex iżżomm il-proprjetà ta’, u biex topera, bini pubbliku mhux kummerċjali, filwaqt li Entra topera fuq bażi kummerċjali.

Fl-ittra li ġġib id-data tas-7 ta’ Novembru 2002, il-Ministeru ressaq ukoll argument kontra l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE li ma kienx issemma fil-ħidmiet ta’ tħejjija li ssemmew qabel. Il-Ministeru saħaq li l-valur tal-portafoll ta’ proprjetà immobbli kien ibbażat fuq il-metodu ta’ “kapitalizzazzjoni netta”. Fil-qosor, dan il-metodu jimplika li l-likwidità fil-futur tal-proprjetà (dħul nett mill-kiri skond kuntratti eżistenti flimkien ma’ evalwazzjoni ta’ kiri nett fil-futur wara li jkunu skadew il-kuntratti eżistenti) kienet tnaqqset għall-valur preżenti tagħha permezz ta’ fattur li huwa skond rata rilevanti ta’ obbligu ta’ redditu. Din ir-rata ġiet stabbilita fuq il-livell ta’ 9,5 % peress li kienet tirrifletti livell ta’ referenza ma’ operaturi simili privati f’dan il-kummerċ. Skond il-Ministeru, f’każ li kellhom jitħallsu drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni, l-ispejjeż kienu jkunu rreġistrati bħala attiv, filwaqt li l-valur tal-proprjetajiet immobbli kienu jitnaqqsu kif xieraq. Għaldaqstant, dan ma kienx jidher bħala tnaqqis fuq il-karta tal-bilanċ ta’ Entra, jew fil-valutazzjoni totali ta’ l-assi. B’kuntrast ma’ dan, kieku d-dazju tas-sisa kellu jiddaħħal mingħajr ma jsir aġġustament tal-valur tal-proprjetajiet, dan kien iwassal għal “valur ogħla ta’ l-assi totali, li jwassal għal rata ta’ redditu ta’ 9,1 % biss, li hija ferm taħt il-livell rikjest ta’ Entra Eiendom AS. Dan jagħti lil Entra Eiendom AS żvantaġġ konsiderevoli fil-konfront ta’ operaturi privati”.

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija ssottometta informazzjoni addizzjonali u argumenti dwar, fost affarijiet oħra, il-miżuri li jittieħdu minn impriżi privati. Il-Ministeru, barra minn dan, saħaq fuq l-argumenti li hemm fl-ittra li ġġib id-data tas-7 ta’ Novembru 2002 dwar ir-raġuni li minħabba fiha jemmen li n-nuqqas ta’ pagament tad-dazju m’affettwax l-istruttura kapitali, is-solidità u l-valur totali tal-kumpanija.

Bħala t-tielet argument addizzjonali biex l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa ma titqiesx bħala għajnuna, il-Ministeru rrefera għall-hekk imsejjaħ “prinċipju tal-kontinwità” fil-liġi Norveġiża. Jingħad li dan il-prinċipju huwa terminu ġenerali għal għadd ta’ regoli li jippresupponu li l-impriża li tkun qed takkwista tkun qed tieħu fuqha l-pożizzjoni legali tal-kumpanija li tkun qed tittrasferixxi. L-iskop tal-prinċipju tal-kontinwità hu sabiex jitħaffu l-amalgamazzjonijiet kif ukoll il-firdiet. Meta jkun japplika l-prinċipju tal-kontinwità, is-sitwazzjoni legali ta’ l-impriża li tkun qed tittrasferixxi titqies bħala li tkompli fil-kumpanija li tkun qed takkwista. Skond il-Ministeru, il-kontinwità fejn tidħol is-sitwazzjoni tat-taxxa u tad-dazju kien aspett importanti tal-prinċipju. Tabilħaqq, l-Att ta’ Reġistrazzjoni imsejjes fid-dawl tal-leġiżlazzjoni tal-kumpanija jimplika li r-riorganizzazzjoni ta’ attivitajiet privati f’ħafna każi tista’ sseħħ mingħajr ma jinħolqu talbiet għal miżati ta’ reġistrazzjoni u drittijiet għad-dokumenti. Abbażi ta’ dan, il-Ministeru saħaq li l-eżenjoni kienet miżura ġenerali, li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Il-Punt 9, Konklużjoni, ta’ l-ittra li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 hija kif ġej:

“Is-sistema komuni dwar il-miżata tar-reġistrazzjoni u d-drittijiet għad-dokumenti hija dik li l-prinċipju tal-kontinwità għandu jiddetermina jekk il-proċessi ta’ konverżjoni, sew pubbliċi kif ukoll privati, ikunux jistgħu jsiru bħala bidla fl-isem f’relazzjoni fost affarijiet oħra mar-regoli dwar il-miżata tar-reġistrazzjoni u d-drittijiet fuq dokumenti. L-iskop tal-prinċipju tal-kontinwità huwa biex titħaffef l-implimentazzjoni ta’ l-amalgamazzjonijiet, tal-firdiet u tar-ristrutturar, li jitqiesu bħala mixtieqa mil-lat soċjo-ekonomiku. Il-leġiżlazzjoni speċjali u r-rifuzjoni tad-drittijiet miġbura għad-dokumenti li jirriżultaw mir-riorganizzazzjoni ta’ kumpaniji li jipproduċu l-enerġija mill-ilma, jew kumpaniji li jipproduċu l-elettriku huma riżultat ta’ l-istess kunsiderazzjonijiet. Għaldaqstant, il-prassi hija miżura ġenerali, li skond il-każistika stabbilita sew ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE.”

3.3.   Argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Norveġiżi wara li l-Awtorità fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali

Fl-ittra mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 2004, l-awtoritajiet Norveġiżi kkummentaw fuq id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità biex tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. L-opinjoni tal-Gvern Norveġiż kienet dik li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ma ġiet issodisfata. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ ħlas mill-Entra ta’ dazju tas-sisa ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Il-Ministeru saħaq, fl-ewwel post, fuq l-argument li ġab qabel li l-miżura ma kinitx tagħti xi vantaġġ lil Entra. Ma bidlitx la l-istruttura kapitali, la s-solidità u lanqas il-valur totali tal-kumpanija. Kieku d-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni kienu ġew dovuti fil-karta tal-bilanċ tal-ftuħ, kien ikun hemm bilanċ tal-ftuħ alternattiv. Jingħad li l-Gvern Norveġiż hu tal-fehma li l-miżura tat-taxxa li qed tissemma m’għandhiex tkun mifruda mill-bilanċ tal-ftuħ tal-kumpanija. Barra minn dan, l-iskop tar-regola ewlenija dwar id-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni hija biex ikunu ntaxxati trasferimenti reali bejn entitajiet ekonomiċi differenti. Meta t-trasferiment ikun biss apparenti u l-entitajiet li jkunu qed jittrasferixxu u li jkunu qed jakkwistaw ikunu b’mod sostanzjali l-istess, il-prinċipju ewlieni fil-liġi Norveġiża, skond il-Ministeru, ikun dak li l-impriża li tkun qed takkwista titħalla żżomm il-pożizzjoni legali ta’ l-impriża li tkun qed tittrasferixxi (il-prinċipju tal-kontinwità). Il-Ministeru jqis li l-prinċipju tal-kontinwità mhux ristrett għal trasferimenti speċifiċi, iżda jitqies bħala r-regola ewlenija meta l-entità li tkun qed tittrasferixxi u l-entità li tkun qed takkwista jkunu b’mod sostanzjali l-istess. Entra għalhekk ma kinitx meħlusa minn spejjeż li s-soltu jinħarġu mill-baġits tagħhom, skond l-awtoritajiet Norveġiżi.

It-tieni, il-Ministeru rrefera għall-fatt li t-trasferiment tat-titolu fil-każ li qed jissemma, bil-paragrafu 4 ta’ l-Att ikkontestat, sar bħala bdil ta’ isem u mhux permezz ta’ trasferiment ta’ titolu. Għalhekk, l-obbligu fuq Entra li tħallas id-drittijiet għal dokumenti ma ġie qatt imħassar u ma kien hemm, skond l-awtoritajiet Norveġiżi, l-ebda telf ta’ dħul mit-taxxa u b’hekk, l-ebda użu ta’ riżorsi ta’ l-Istat.

It-tielet, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li l-miżura li qed tissemma ma taffettwax il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti. Il-Ministeru jqis li l-istħarriġ tas-suq jista’ juri jekk is-suq tal-proprjetà immobbli għal spażju kummerċjali fl-ibliet fin-Norveġja hux ta’ karattru purament nazzjonali u mhux suġġett ta’ kompetizzjoni ġejja minn lil hinn mill-fruntiera. Il-Ministeru jqis li ħlief għal investimenti barranin f’istituzzjonijiet finanzjarji, investituri mhux Norveġiżi ma joperawx fis-suq tal-proprjetà immobbli tan-Norveġja.

Ir-raba’, il-Ministeru ressaq l-argument li l-eżenzjoni mid-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni ma kinitx miżura selettiva. Il-Ministeru rrefera għall-fatt li kriterju ewlieni fl-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE għal miżura fiskali hu li l-miżura għandha tistipula eċċezzjoni għall-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa affavur ċerti impriżi fl-Istati EFTA. L-ewwelnett għalhekk trid tiġi determinata s-sistema komuni applikabbli. Jekk miżura fiskali tkun tidderoga mis-sistema komuni, irid jiġi eżaminat jekk id-deroga tkunx ġustifikata min-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema tat-taxxa. Il-Ministeru jqis li l-prassi fejn jidħol tibdil ta’ isem bħala proċedura ta’ trasferiment ta’ titolu ta’ proprjetà ma jikkostitwixxix deroga mis-sistema fiskali. F’każ li l-Awtorità tasal għal konklużjoni li l-prassi tikkostitwixxi deroga mis-sistema tat-taxxa, il-Ministeru jqis id-deroga bħala ġustifikata minħabba n-natura jew l-iskema ġenerali tas-sistema fiskali.

Fl-aħħarnett, il-Ministeru rrefera għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 27/99 tal-5 ta’ Ġunju 2002 (17) dwar l-eżenzjonijiet minn taxxi tat-trasferiment fil-kaz ta’ ristrutturazzjoni ta’ ċerti impriżi pubbliċi fl-Italja biex isiru kumpaniji. Skond il-Ministeru, is-sitwazzjoni fattwali fil-każ ta’ l-Italja kienet tixbah lill-każ li qed jissemma u li jistgħu jsiru l-istess kunsiderazzjonijiet. Il-Ministeru kkonkluda li l-eżenzjoni kienet ġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali tas-sistema u li ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

Permezz ta’ ittra li ġġib id-data tat-30 ta’ Ġunju 2005, il-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija ssottometta aktar argumenti favur it-teżi li l-eżenzjoni minn drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni mhix ta’ vantaġġ ekonomiku għal Entra. Il-Ministeru rrefera għall-fatt li l-bilanċ tal-ftuħ ta’ Entra tħejja bl-użu tal-metodu Valur Preżenti Nett (NPV). Id-dħul ta’ likwidità mistennija fil-futur minn kull bini kien stmat u ġie skontat b’rata rikjesta ta’ rendiment. Ir-rata ta’ rendiment ġiet iffissata billi ntuża Mudell ta’ Ipprezzar ta’ l-Attiv Kapitali (Capital Asset Pricing Model) wara li sar tqabbil ma’ kumpaniji kompetituri oħra tal-proprjetà immobbli. Il-valur proprjetarju ġie stabbilit fuq livell ta’ bejn wieħed u ieħor 40 % li kien kumparabbli ma’ kumpaniji oħra simili.

Il-Ministeru qies li l-valur ikkalkulat tal-proprjetajiet immobbli kien l-aħjar stima ta’ dak li investitur “mingħajr ma jkollu jħallas id-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni”, kien ikun lest li jħallas għall-portafoll. Li kieku x-xerrej tal-portafoll (f’dan il-każ Entra) kellu jħallas id-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni, il-prezz li l-investitur ikun lest iħallas jonqos bl-ammont li jkun ekwivalenti għal dak tad-drittijiet għad-dokumenti u tal-miżati ta’ reġistrazzjoni. Il-valur ta’ ass fiss tal-proprjetajiet immobbli fil-karta tal-bilanċ kien jonqos bl-istess ammont, filwaqt li l-attiv finanzjarju fiss kien jiżdied bl-istess ammont, sabiex il-valur totali ta’ l-assi kien ikun l-istess. Fuq in-naħa tal-passiv, il-valur proprjetarju u d-dejn totali ma kinux jinbidlu għalkemm id-dejn fuq perjodu ta’ żmien qasir kien jiżdied skond il-valur tad-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni. Il-Ministeru wasal għall-konklużjoni li l-pożizzjoni finanzjarja ta’ Entra ma nbidlitx bħala konsegwenza ta’ l-eżenzjoni mid-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni.

Il-Ministeru għaraf li wieħed ma jistax jasal għal konklużjoni ġenerali li se jkun dejjem il-bejjiegħ ta’ proprjetà li de facto jġorr il-piż ta’ dazju tas-sisa, peress li dan ir-riżultat jiddependi fuq ċirkostanzi partikolari. Madankollu, fil-każ li qed jissemma, ikun il-bejjiegħ li jkun ġarr il-piż, peress li l-metodu li ġie użat fil-bilanċ tal-ftuħ biex il-valur tal-proprjetà immobbli fil-każ ta’ Entra jkun stmat kien jimplika dan (traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità): “F’każ bħal dan, u fejn jintuża l-metodu NPV, kull tip ta’ spejjeż b’konnessjoni max-xiri jitnaqqas mill-prezz tal-bejgħ, peress li l-elementi kollha huma parti mill-metodu innifsu ta’ kif jiġi stmat il-valur, peress li x-xerrej inkella ma jakkwistax ir-rata ta’ rendiment meħtieġa ….”

3.4.   Il-kummenti ta’ dawk li għandhom interess

B’ittra ta’ l-4 ta’ Mejju 2005, il-kumpanija ta’ avukati Selmer, li tirrappreżenta lil Entra, ippreżentat il-kummenti tagħħa dwar id-deċiżjoni ta’ l-Awtorità li tiftaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni. Selmer ressqet l-argument li l-eżenzjoni mid-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni ma kinux ta’ vantaġġ għal Entra, u li l-eżenzjoni kienet fi ħdan in-natura u l-loġika ġenerali tas-sistema Norveġiża.

L-ewwelnett, Selmer irreferiet għall-fatt li kien deċiż li l-kumpanija tkun stabbilita b’valur proprjetarju ta’ 40 % tal-kapital totali. Bħala konsegwenza ta’ dan, kieku Entra kellha tħallas id-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni, il-valur tal-proprjetajiet kien jonqos bl-istess ammont tad-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni, u l-Istat Norveġiż kien ikun irid ipoġġi dan l-istess ammont fil-kumpanija, biex il-valur proprjetarju jinżamm fuq il-livell ta’ 40 %. Selmer tqis li dan ma kienx se jibdel is-sitwazzjoni ekonomika tal-kumpanija u li Entra ma ħadet l-ebda vantaġġ ekonomiku.

It-tieni, Selmer stqarret li kull riorganizzazzjoni statali saret b’mod konsistenti abbażi tal-prinċipju tal-kontinwità, u rreferiet għar-riorganizzazzjonijiet tal-Korporazzjoni Norveġiża tax-Xandir (NRK), tat-Telenor, tal-Kumpanija Nazzjonali tal-Ferrovija (NSB), tal-Posten Norge, ta’ l-Avinor, tal-Mesta u ta’ Statkraft. Selmer għalhekk tqis li l-eżenzjoni mid-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni kien fi ħdan in-natura u l-loġika ġenerali tas-sistema Norveġiża.

4.   Il-leġiżlazzjoni Norveġiża dwar id-drittijiet għad-dokumenti u l-miżata ta’ reġistrazzjoni fil-każ ta’ reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ proprjetà immobbli

4.1.   Kif joriġina l-obbligu li jitħallsu d-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati ta’ reġistrazzjoni?

Il-proprjetà immobbli fin-Norveġja hija identifikata fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli (“Eiendomsregisteret”), li mill-1995 ‘l quddiem fih informazzjoni minn “Tinglysingsregisteret/Grunnboken” u “GAB-registeret (Grunneiendommer, Adresser og Bygninger)” (18).

Tinglysingsregisteret kienet stabbilita skond l-Att ta’ Reġistrazzjoni 1935 Nru 2 (“Lov om tinglysing”). Kull proprjetà hija identifikata permezz ta’ identità fuq ir-reġistru li fiha tista’ tiddaħħal informazzjoni dwar il-proprjetà (ownership), it-titolu u impedimenti, eċċ. Ir-reġistru fih, fost affarijiet oħra, informazzjoni dwar diversi drittijiet u obbligi dwar il-proprjetà in kwistjoni. Dawk kollha li għandhom interess, u li jkunu qed jaġixxu bona fede għandhom id-dritt li jistrieħu fuq l-informazzjoni fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli.

Skond is-Sezzjoni 7(1) ta’ l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti 1975 Nru 59 (“Lov om dokumentavgift”), ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ titolu ta’ proprjetà (“hjemmelsoverføring”) fuq proprjetà immobbli toħloq l-obbligu li jitħallsu d-drittijiet għad-dokumenti (“dokumentavgift”). Ir-rata ta’ taxxa hi ta’ 2,5 %, ibbazat fuq il-valur tal-proprjetà. Id-detentur il-ġdid tal-proprjetà hu responsabbli li jħallas id-drittijiet, ara sezzjoni 2-6 tar-Regolament dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti, Ministeru tal-Finanzi, is-16 ta’ Settembru 1975, u emendi li saru wara.

B’żieda ma’ dan, ir-reġistrazzjoni ta’ trasferiment ta’ titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli hija suġġetta għal miżata ta’ reġistrazzjoni (“tinglysingsgebyr”) skond l-Att dwar il-Mizati tal-Qorti 1982 Neu 86 (“Rettsgebyrloven”). Meta Entra ġiet stabbilita, din il-miżata kienet iffissata fil-livell ta’ NOK 982 (madwar EUR 123) għal kull dokument irreġistrat. Id-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet biex jinġabru d-drittijiet għad-dokumenti u l-mizati tar-reġistrazzjoni huma identiċi.

Kif intqal qabel, id-dazju tas-sisa irid jitħallas meta ssir reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ titolu lejn entità legali oħra (“hjemmelsoverføring”). Għalhekk, jekk ma jkunx hemm trasferiment ta’ titolu lejn entità legali oħra, iżda biss bidla fl-isem ta’ l-istess entità legali fir-reġistru (“grunnboken”), ma jkollu jitħallas l-ebda dazju tas-sisa.

Ma hemm l-ebda obbligu legali biex jiġu rreġistrati drittijiet (“tinglyse”) marbuta mal-proprjetà immobbli (proprjetà, eċċ) fir-reġistru. Mhux meħtieġ li jiġi rreġistrat trasferiment ta’ titolu biex ikun jista’ jseħħ it-trasferiment tal-proprjetà. Id-detentur tad-drittijiet jista’ madankollu jagħżel li jirreġistra d-drittijiet tiegħu biex jipproteġi d-drittijiet tiegħu kontra partijiet terzi.

4.2.   Meta jkun jista’ jinbidel id-detentur tat-titolu mingħajr ma jsir dovut id-dazju tas-sisa?

Il-prassi fejn jidħol il-pagament ta’ dazji tas-sisa mill-1990 sa l-1 ta’ Lulju 2005 - u għalhekk fi żmien meta ġiet imwaqqfa Entra – hu deskritt f’żewġ settijiet ta’ ċirkolari, jiġifier ċ-Ċirkolari G-37/90 tal-25 ta’ Mejju 1990 mill-Ministeru Norveġiż tal-Ġustizzja u ċ-ċirkolarijiet li ħarġu kull sena mid-dipartiment Norveġiż tad-Dazju u s-Sisa (NCE) (“Toll- og Avgiftsdirektoratet”) (19). Skond il-punt 1.1 fl-aħħar ċirkolarijiet, eżenzjoni mill-bolla ma tingħatax sakemm ma jkunx hemm bażi ġuridika diretta fl-Att dwar id-Drittijiet tad-Dazju jew permezz ta’ deċizjonijiet tal-Parlament (20).

(i)   Amalgamazzjonijiet

Fil-każ ta’ amalgamazzjonijiet, ma jeżisti skond il-Ministeru tal-Ġustizzja Norveġiż, l-ebda trasferiment ta’ titolu għall-iskop ta’ l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti. Huwa għalhekk biżżejjed li l-amalgamazzjoni tiġi rreġistrata fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli billi jkun ikkonfermat li l-kumpanija tkun ġiet amalgamata ma’ oħra. Konferma bħal din tista’ tinħareġ mir-Reġistru tal-Kumpanija u ma toħloqx l-obbligu li jitħallsu l-miżati tar-reġistrazzjoni u d-dazju tas-sisa. Dan japplika għal amalgamazzjonijiet bejn kumpaniji b’responsabbiltà limitata skond it-tifsira ta’ sezzjoni 14(7) tal-Liġi Nru 59 ta’ l-4 ta’ Ġunju 1976 (l-“Att dwar il-Kumpani b’Responsabbiltà Limitata”) (21), kif ukoll għal amalgamazzjonijiet oħra li jkunu saru abbażi tal-Kapitolu 14 fl-istess liġi u amalgamazzjonijiet bejn banek tat-tifdil (Kapitolu 8 tal-Liġi nru 1 ta’ l-24 ta’ Mejju 1961; l-“Att dwar il-Banek tat-Tifdil”) (22).

(ii)   Firdiet skond l-Att dwar il-Kumpaniji b’Responsabbiltà Limitata ta’ l-1976

Fejn, fil-każ ta’ firdiet, il-proprjetà ta’ immobbli tkun ġie trasferita mill-kumpanija oriġinali (“A”) lejn il-kumpanija li tkun inħarġet minnha (“B”), sew iċ-Ċirkolari G-37/90 kif ukoll il-punt 1.4 fiċ-ċirkolarijiet ta’ kull sena mid-Direttorat Norveġiż tad-Dazju u s-Sisa, jistipulaw li sew il-miżata ta’ reġistrazzjoni kif ukoll id-drittijiet għad-dokument ikunu jridu jitħallsu (23).

B’kuntrast ma’ dan, fil-każ li l-proprjetà immobbli tibqa’ għand il-kumpanija oriġinali (A) li minna nħarġet parti (B), ma kien hemm l-ebda obbligu biex jitħallsu miżati ta’ reġistrazzjoni u drittijiet għad-dokumenti (24). Dan għax f’dan il-każ il-proprjetà immobbli ma tkunx trasferita għal entità legali ġdida (li kien ikun il-każ li kieku l-proprjetà immobbli kienet ġiet trasferita lejn il-kumpanija li tkun inħarġet mill-ewwel waħda).

(iii)   Trasferiment ta’ proprjetà minn proprjetà konġunta għal forma ta’ soċjetà

Fil-perjodu rilevanti, it-trasferiment tal-proprjetà ta’ l-immobbli minn proprjetà konġunta għal soċjetà ġenerali jew soċjetà limitata (jew bil-maqlub) jimplika trasferiment minn entità legali waħda għal entità legali oħra. Għalhekk, sew iċ-Ċirkolari G-37/90 u l-punt 1.5 fiċ-ċirkolarijiet ta’ kull sena mid-Direttorat Norveġiż tad-Dwana u s-Sisa jgħidu li dan għalhekk ikun joħloq l-obbligu li jitħallas id-Dazju tas-Sisa.

(iv)   Konverżjoni minn forma inkorporata waħda għal oħra

Sitwazzjoni li ma tissemmiex fiċ-Ċirkolari hija dik meta impriża tiġi trasformata minn forma waħda ta’ inkorporazzjoni għal oħra. Fl-ittra tal-Gvern Norveġiż ta’ l-4 ta’ Ġunju 2002 jingħad li r-regola ewlenija f’sitwazzjonijiet bħal dawn hi li “irid ikun hemm trasferiment ta’ titolu. Għaldaqstant, il-mizata tar-reġistrazzjoni u d-drittijiet għad-dokumenti għandhom jitħallsu. Dan huwa l-mod kif ġiet imwettqa l-leġiżlazzjoni.” Il-Gvern Norveġiż, madankollu, ressaq l-argument li għandu jkun possibbli li wieħed jikkunsidra eżenzjonijiet għal din ir-regola skond il-kunsiderazzjonijiet marbuta mal-prinċipju tal-kontinwità (25).

Għal dan, l-Awtorità tinnota li l-Qorti ta’ l-Appell (Frostating Lagmannsrett) f’ordni li tat fid-9 ta’ Ottubru 1997 ppubblikata f’LF-1997-671 iddeċidiet li konverżjoni minn “kommandittselskap” għal “aksjeselskap” (“North West Terminalen AS”) ma toħloqx obbligu li jitħallas id-dazju tas-sisa. F’dan is-sens, il-Lagmannsrett irrefera għal dawn iċ-ċirkolarijiet msemmija tal-Ministeru tal-Ġustizzja u tad-Direttorat tad-Dwana u tas-Sisa u stqarr li mill-Att tad-Drittijiet għad-Dokumenti jirriżulta li d-dritt irid jitħallas sakemm ma jkunx intqal xort’oħra direttament fl-Att innifsu, jew ikunu saru dispożizzjonijiet dwar dan. Peress li li l-kumpanija ġdida kienet entità legali differenti mill-ewwel waħda, ma jimpurtax li kienu l-istess sidien li baqgħu fil-kumpanija l-ġdida u għalhekk li l-unika bidla fil-verità kienet il-forma li biha l-kumpanija kienet qed topera.

Barra minn dan, tista’ ssir referenza għall-każ imsemmi fl-Anness 1 ta’ l-ittra tal-Gvern Norveġiż ta’ l-4 ta’ Ġunju 2002 li fiha l-awtoritajiet Norveġiżi ċaħdu l-eżenzjoni mid-dazju fil-każ ta’ konverżjoni minn “selveiende institusjon” għal “allmenaksjeselskap”.

(v)   Trasferiment ta’ proprjetà minn muniċipalità lejn entità legali separata li tkun għal kollox proprjetà tal-muniċipalità

F’laqgħa bejn l-awtoritajiet Norveġiżi u l-Awtorità fid-19 ta’ Mejju 2005, l-awtoritajiet Norveġiżi indikaw li kien probabbli ħafna li skond iċ-ċirkularijiet applikabbli fi żmien it-twaqqif ta’ Entra, riedet titħallas il-bolla b’konnessjoni ma’ riorganizzazzjoni li fiha l-proprjetà ta’ bini tiġi trasferita minn muniċipalità lejn kumpanija b’responsabbiltà limitata li tkun proprjetà ta’ dik il-muniċipalità. B’kuntrast, kienet għal ċertu żmien il-prassi li ma titħallas l-ebda bolla fil-każ ta’ trasferiment ta’ titolu b’konnessjoni ma’ riorganizzazzjonijiet skond l-Att Norveġiż tad-29 ta’ Jannar 1999 dwar il-kumpaniji inter-muniċipali (26).

(vi)   Il-prassi wara l-1 ta’ Lulju 2005

Peress li r-reġistrazzjoni tat-tibdil ta’ l-isem fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli seħħ b’rabta mat-twaqqif ta’ Entra, ir-regoli msemmija hawn fuq jiffurmaw it-tqabbila rilevanti mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 3 ta’ l-Att ikkontestat. Ta’ min, iżda, jsemmi li fil-21 ta’ Ġunju 2005, il-Ministeru tal-Ġustizzja adotta Ċirkolari ġdida (G-6/05) dwar il-proċedura tat-trasferiment ta’ proprjetà immobbli b’rabta ma’ amalgamazzjonijiet, firdiet u trasformazzjoni ta’ kumpaniji (27). Iċ-ċirkolari introduċiet, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2005, prassi ġdida fejn jidħlu sitwazzjonijiet fejn id-detentur ta’ titolu jkun jista’ jinbidel mingħajr ma dan ikun meqjus bħala trasferiment ta’ titolu. Skond iċ-Ċirkolari l-ġdida, reġistrazzjoni b’rabta ma’ firdiet ibbażata fuq il-prinċipju tal-kontinwità issa se tibda’ tiġi ttrattata bl-istess mod bħal amalgamazzjonijiet fejn jidħlu r-regoli dwar id-dazji tas-sisa u għalhekk mhux aktar soġġetti għall-bolla. L-istess jgħodd għal konverżjonijiet imwettqa fuq il-bażi tar-regoli tal-Kapitolu 13, 14 u 15 ta’ l-Att dwar il-Kumpaniji b’Responsabbiltà Limitata u l-Att dwar il-Kumpaniji Pubbliċi b’Responsabbiltà Limitata.

B’kuntrast ma’ dan, skond iċ-Ċirkolari l-ġdida, id-dazju tas-sisa jkun għad irid jitħallas meta l-proprjetà immobbli tkun trasferita skond sett ta’ regoli li ma jkunux ibbażati fuq il-kontinwità (per eżempju amalgamazzjoni ta’ soċjetajiet ġenerali (“ansvarlige selskaper”)). Trasferiment minn forma waħda ta’ kumpanija għal oħra, pereżempju minn soċjetà ġenerali għal kumpanija b’responsabbiltà limitata, ukoll se jibqa’ każ fejn id-dazju tas-sisa jrid jitħallas.

5.   Riorganizzazzjonijiet oħra ta’ impriżi pubbliċi

Kif jingħad fl-ittra li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003, mill-awtoritajiet Norveġiżi, riorganizzazzjonijiet oħra kien fihom dispożizzjonijiet simili għall-Att ikkontestat (Posten AS, NSB AS, Mesta AS, Avinor AS, Telenor AS u l-impriżi tas-saħħa) (28).

L-Awtorità tinnota li saru wkoll riorganizzazzjonijiet oħra fejn ma ġietx adottata dispożizzjoni simili għal dik li tinstab fl-Att ikkontestat. Ir-riorganizzazzjonijiet li l-Awtorità saret taf bihom, fejn dispożizzjoni bħal din ma ġietx adottata jinkludu t-twaqqif ta’ BaneTele AS, Secora AS u Statkraft AS.

BaneTele AS hija fornitur ta’ netwerk ta’ fiber broadband madwar il-pajjiż kollu. Il-kumpanija b’responsabbiltà limitata ġiet stabbilita fl-1 ta’ Lulju 2001. Qabel din id-data, l-attivitajiet li saru kienu parti mill-Amministrazzjoni tal-Ferrovija Nazzjonali (“Jernbaneverket”). BaneTele hija kumpanija b’responsabbiltà limitata li hi 100 % proprjetà ta’ l-Istat Norveġiż, rappreżentat mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija. L-Amministrazzjoni Nazzjonali tal-Ferrovija hija responsabbli għall-ġestjoni tas-sistema nazzjonali ta’ trasport bil-ferrovija, f’isem il-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Il-proposta biex titwaqqaf kumpanija b’responsabbiltà limitata, il-BaneTele ġiet ippreżentata lill-Parlament f’St.prp. nr. 80 (2000-2001) Omdanning av BaneTele til aksjeselskap  (29) kif ukoll Ot.prp. nr. 93 (2000-2001) Om lov om omdanning av Jernbaneverkets kommersielle televirksomhet til aksjeselskap  (30). Ot.prp. nr. 93 (2000-2001) u l-liġi sussegwenti (Liġi tal-15 ta’ Ġunju 2001) ma fihom l-ebda dispożizzjoni li tixbah lill-paragrafu 3 fl-Att ikkontestat.

Secora As hija kuntrattur speċjalizzat fl-iżvilupp ta’ portijiet u passaġġi marittimi bla perikli u effiċjenti. Il-kumpanija b’responsabbiltà limitata ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2005. L-attivitajiet qabel kienu jsiru mill-unità tal-produzzjoni ta’ l-Amministrazzjoni Kostali tan-Norveġja (“Kystverket”). Secora AS hija 100 % ta’ l-Istat Norveġiż, irrappreżentat mill-Ministeru tas-Sajd u ta’ l-Affarijiet Kostali. L-Amministrazzjoni Kostali Norveġiża hija l-aġenżija nazzjonali tan-Norveġja għall-immaniġġjar tal-kosta, is-sigurtà marittima, u l-komunikazzjoni. Il-proposta biex titwaqqaf Secora AS ġiet ippreżentata f’St.prp. nr. 1 (2004-2005) Om omdanning av Kystverkets produksjonsvirksomhet til statlig aksjeselskap m.m  (31) u f’Ot.prp. nr 20 (2004-2005) Om lov om omdanning av Kystverkets produksjonsvirksomhet til statsaksjeselskap  (32). Ot.prp. nr. 20 (2004-2005) u l-liġi sussegwenti (Liġi tas-17 ta’ Diċembru 2004) ma fihom l-ebda dispożizzjoni li tixbah lill-paragrafu 3 fl-Att ikkontestat.

Statkraft AS hija l-akbar produttur ta’ l-elettriku fin-Norveġja. Il-kumpanija b’responsabbiltà limitata ġiet stabbilita fl-1 ta’ Ottubru 2004. Il-kumpanija qabel kienet impriża ta’ l-Istat (“Statsforetak (SF)”), u l-impriża ta’ l-Istat Statkraft SF għadha teżisti bħala s-sid formali ta’ Statkraft AS. L-ewwel proposta biex titwaqqaf kumpanija b’responsabbiltà limitata ġiet ippreżentata lill-Parlament f’St.meld. nr.22 (2001-2002) Et mindre og bedre statlig eierskap  (33) u wara f’St.prp.nr. 53 (2003-2004) Statens eierskap i Statkraft SF  (34) u f’Ot.prp. nr. 63 (2003-2004) Om lov om omorganisering av Statkraft SF  (35). F’St. Prp.nr. 53 (2003-2004) il-Gvern iddikjara li r-riorganizzazzjoni għandha tfisser li Statkraft AS tkun trid tħallas id-dazji tas-sisa (traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità) “skond ir-regoli normali ta’ l-att” fejn jidħlu d-dazji tas-sisa u li l-ispejjeż se jnaqqsu l-bilanċ pożittiv għall-impriża u għalhekk ukoll il-bażi għad-dividendi. Id-dazji tas-sisa kienu stmati li kienu NOK 1 500 miljun (bejn wieħed u ieħor Eur 188 miljun) (36).

II.   VALUTAZZJONI

1.   L-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa kif ġej:

“Ħlief kif xort’oħra ipprovdut f’dan il-Ftehim, kull għajnuna mogħtija minn Stati Membri tal-KE, mill-Istati ta’ l-EFTA, jew permezz ta’ riżorsi Statali fi kwalunkwe forma li xxekkel jew thedded li xxekkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi impriżi partikolari jew il-produzzjoni ta’ merkanzija partikolari għandha, sakemm taffetwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, tkun inkompatibbli mat-tħaddim ta’ dan il-Ftehim.”

Biex titqies bħala għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE, miżura trid tkun konformi ma’ dawn l-erba’ kriterji:

(1)

l-għajnuna trid tkun mogħtija mill-Istat jew minn riżorsi ta’ l-Istat;

(2)

l-għajnuna trid tkun tali li tagħti vantaġġ lil dawk li jeħduha, b’mod li jonqsulhom l-ispejjeż li normalment ikollhom iġorru meta jkunu qed jagħmlu n-negozju;

(3)

il-vantaġġ irid ikun speċifiku jew selettiv, fis-sens li jkun jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti;

(4)

l-għajnuna trid tkun tali li xxekkel jew li thedded li xxekkel il-kompetizzjoni u tkun taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

Filwaqt li l-Awtorità, fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ investigazzjonijiet formali, waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kundizzjonijiet kollha msemmija kienu twettqu, il-Gvern Norveġiż ressaq l-argument li l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet ma twettqet (37). L-Awtorità trid għalhekk teżamina l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dazju tas-sisa fid-dawl tal-każistika rilevanti biex tara jekk din tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.1.   L-għajnuna trid tkun mogħtija mill-Istat jew minn riżorsi ta’ l-Istat

Fejn tidħol l-ewwel kundizzjoni msemmija hawn, fil-każistika (38) hija ħaġa stabbilita li din il-kundizzjoni titwettaq meta miżura direttament jew indirettament twassal għal xi forma ta’ piż finanzjarju fuq il-finanzi pubbliċi.

Fid-deċiżjoni tagħha biex tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li d-dispożizzjoni fil-paragrafu 3 fl-Att ikkontestat ifisser li d-dazju tas-sisa li f’każijiet oħra jitħallas, ma tħallasx. Din l-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dazju tas-sisa tfisser telf dirett ta’ dħul ta’ taxxa għall-Istat Norveġiż li hu daqslikieku konsum ta’ riżorsi ta’ l-Istat. Għaldaqstant, l-Awtorità waslet għall-konklużżjoni preliminari li l-ewwel kundizzjoni kienet twettqet.

Fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Norveġiżi, iżda, ressqu l-argument (37) li peress li Entra qatt ma nħolqilha l-obbligu li tħallas id-dritt għad-dokumenti (peress li “it-trasferiment tat-titolu fil-każ imsemmi sar bħala bdil ta’ isem u mhux bħala trasferiment ta’ titolu”), ma kien hemm l-ebda telf ta’ dħul ta’ taxxa u għaldaqstant, l-ebda konsum ta’ riżorsi ta’ l-Istat.

L-Awtorità ma tistax taqbel ma’ dak l-argument. Tipikament, benefiċċju fil-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa kopert bl-Artikolu 61(1) isir permezz ta’ eżenzjoni espliċita. Madankollu, peress li l-Artikolu 61(1) jiffoka fuq l-effett ta’, u mhux il-formalità fil-bażi ta’, is-sistema legali nazzjonali, huwa jkopri wkoll sitwazzjoni fejn eżenzjoni mit-taxxa tirriżulta b’mod indirett permezz ta’ referenza għal xi nozzjoni legali partikolari (in casu“bdil ta’ isem”) li r-riżultat tagħha jkun li l-ebda taxxa ma tkun dovuta. Fiż-żewġ sitwazzjonijiet, u b’referenza għall-każ imsemmi, l-effett hu li reġistrazzjoni fir-reġistru tal-proprjetà immobbli tista’ sseħħ mingħajr ma jsiru dovuti dazji tas-sisa minħabba d-dispożizzjoni leġiżlattiva partikolari. L-ebda reġistrazzjoni b’eżenzjoni ta’ taxxa ma setgħet saret li kieku ma kienx għad-dispożizzjoni speċjali.

Fil-proposta lill-Parlament (39), il-Gvern Norveġiz stqarr li kien hemm inċertezza kbira dwar jekk it-trasferiment tal-proprjetajiet minn Statsbygg lejn Entra kinux joħolqu l-obbligu tal-ħlas ta’ dazju tas-sisa. Madankollu, kif jintwera aktar ‘l isfel fil-punt 1.2, il-Gvern Norveġiż ma uriex b’mod konvinċenti li r-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta’ proprjetajiet mill-Istat lejn Entra setgħet kienet eżenti mid-dażju tas-sisa fl-assenza tad-dispożizzjoni partikolari fil-paragrafu 3 ta’ l-Att tat-18 ta’ Frar 2000. L-ebda dispożizzjoni oħra fil-liġi Norveġiża b’mod espliċitu ma tistipula li tranżazzjoni bħal din kienet eżenti mir-regola ġenerali li r-reġistrazzjoni ta’ bdil ta’ proprjetà toħloq l-obbligu tal-ħlas tad-dazju tas-sisa. Barra minn dan, l-Awtorità ma tistax tara kif ir-riorganizzazzjoni ta’ Statsbygg – fl-assenza ta’ Paragrafu 3 fl-Att tat-18 ta’ Frar 2000 – setgħet tkun eżenti skond l-Att ta’ Reġistrazzjoni kif kien interpretat dakinhar.

L-Awtorità għaldaqstant temmen li l-ewwel kundizzjoni twettqet.

1.2.   Il-miżura trid tkun speċifika jew selettiva, fis-sens li tkun tiffavorixxi “ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti”

1.2.1.   Selettività materjali

Fid-deċiżjoni tagħha li tiftaħ investigazzjonijiet formali, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-adozzjoni ta’ liġi speċjali li teżentaha milli tħallas id-dazju tas-sisa (għal kumpanija waħda biss (Entra)), għandha tkun klassifikata bħala miżura selettiva.

B’kuntrast ma’ dan, b’referenza għall-argumenti tagħhom ippreżentati hawn fuq dwar il-prinċipju tal-kontinwità, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li l-prassi fejn jidħol bdil ta’ isem bħala proċedura biex jiġi trasferit it-titolu ta’ proprjetà ma jikkostitwix deroga de facto mis-sistema ta’ taxxa komuni. Kienet, għalhekk, miżura ta’ natura ġenerali.

L-Awtorità tirreferi għall-Kapitolu 17B.3.1 tal-Linji-Gwida ta’ l-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar it-tassazzjoni diretta fuq in-negozju fejn tidħol l-ispeċifiċità jew is-selettività ta’ miżuri fiskali, li jgħid li:

“Miżuri fiskali li jkunu miftuħa għall-aġenti ekonomiċi kollha li jkunu qed joperaw fi ħdan Stat ta’ l-EFTA, huma fil-prinċipju miżuri ġenerali. Għandhom ikunu effettivament miftuħa għall-kumpaniji kollha fuq il-bażi ta’ aċċess ugwali, u de facto ma jistax jitnaqqsilhom l-ambitu tagħhom, pereżempju, bis-setgħa ta’ diskrezzjoni li għandu l-Istat, jew permezz ta’ fatturi oħra li jirrestrinġu l-effett prattiku tagħhom.”

L-Att ikkontestat japplika biss għal tranżazzjoni partikolari bejn Statsbygg u Entra. Huwa minnu li atti simili ġew adottati meta kumpaniji oħra ta’ l-Istat b’responsabbiltà limitata kienu ġew stabbiliti (ara fuq parti I). Madankollu, il-fatt li regoli simili ġew introdotti fejn tidħol firxa ta’ privatizzazzjonijiet oħra ta’ l-Istat ma jfissirx li l-lex specialis ikkonċernata ssir mhux selettiva.

L-ewwelnett wieħed m’għandux jinsa li f’riorganizzazzjonijiet oħra ta’ l-Istat, ma ġewx adottati dispożizzjonijiet oħra simili fl-Att ikkontestat. Pereżempju, meta twaqqfet BaneTele AS (40), il-kumpanija l-ġdida b’responsabbiltà limitata ma ġietx eżentata milli tħallas id-dazji fuq is-sisa. L-istess jgħodd meta twaqqfet Secora AS (41). Fil-każ tar-riorganizzazzjoni ta’ Statkraft, il-Gvern Norveġiż iddikjara li l-kumpanija għandha tħallas dazji tas-sisa skond ir-regoli normali (42).

It-tieni, kull liġi fiskali li fil-każ tar-riorganizzazzjoni ta’ impriżi statali tagħti kundizzjonijiet aktar favorevoli mill-kundizzjonijiet li jkun hemm fil-każ ta’ ristrutturazzjoni ta’ impriżi privati titqies bħala selettiva skond l-Artikolu 61(1). Mandankollu, skond l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti, il-punt tat-tluq kien li kull trasferiment ta’ titolu bejn entitajiet differenti jwassal għall-obbligu tal-ħlas ta’ dazju tas-sisa mingħajr kunsiderazzjoni għal jekk is-sid il-ġdid ikomplix l-istess attività li kien qed jagħmel ta’ qablu. Kif ingħad qabel sa Lulju 2005, sew iċ-ċirkolari ta’ l-1990 mill-Ministeru tal-Ġustizzja kif ukoll għadd ta’ ċirkolarijiet konsekuttivi mid-Direttorat tad-Dwana u s-Sisa kienu jipprovdu biss eċċezzjoni waħda għal din ir-regola. Iż-żewġ settijiet ta’ ċirkolarijiet iddikjaraw mingħajr dubju li huwa biss fil-każ fejn il-proprjetà tkun trasferita fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni bejn kumpaniji b’responsabbiltà limitata li kunsiderazzjonijiet ta’ kontinwità jimplikaw li reġistrazzjoni b’detentur ġdid tat-titolu tista’ ssir permezz ta’ bdil ta’ isem u mhux bdil ta’ titolu li minħabba fih jinħoloq l-obbligu tal-ħlas ta’ dazju tas-sisa. B’kuntrast ma’ dan, l-obbligu tal-ħlas tad-dazju tas-sisa jinħoloq meta ssir reġistrazzjoni jew trasferiment jew il-proprjetà ta’ titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli fil-każ ta’ firdiet, konverżjonijiet minn forma inkorporata għal oħra, trasferimenti ta’ proprjetà minn proprjetà konġunta għal forma ta’ soċjetà u trasferiment ta’ proprjetà minn muniċipalità għal entità legali separata li tkun kollha proprjetà ta’ muniċipalità (43). Dan deher ċar ukoll fis-sentenza tal-Frostating lagmannsrett, li ġiet iċċitata qabel, li ddikjarat li d-dazji tas-sisa għandhom jitħallsu meta tip ta’ kumpanija b’responsabbilt illimitata (“kommandittselskap”) tiġi kkonvertita għal waħda b’responsabbiltà limitata anki jekk jibqgħu l-istess sidien fil-kumpanija u l-unika bidla li tkun saret tkun il-forma li biha l-kumpanija topera.

L-Awtorità ddeċidiet li t-twaqqif ta’ Entra ma jistax jitqies bħala amalgamazzjoni. Jixbah ħafna aktar jew firda, konverżjoni minn entità legali waħda għal oħra, jew inkella separazzjoni li muniċipalità tista’ tagħmel ta’ xi attività partikolari biex issir suġġett legali għalih. Għaldaqstant, l-eżenzjonijiet minn dazji tas-sisa bħal dawk li hemm fil-paragrafu 3 ta’ l-Att ikkontestat ma kinux, fil-mument li fih ġiet imwaqqfa Entra, miftuħa għat-transazzjonijiet li magħhom l-aktar jista’ jsir tqabbil.

Għaldaqstant, il-paragrafu 3 fl-Att ikkontestat ma jistax jingħad li hu espansjoni ta’ regola (mhux selettiva) li diġà hija ġenerali dwar in-nuqqas ta’ ħlas fil-każ ta’ ċerti tipi ta’ trasferiment ta’ titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli. Għaldaqstant, il-miżura kienet materjalment selettiva.

1.2.2.   L-eżenzjoni mill-ħlas ta’ dazju tas-sisa hija ġustifikata min-natura jew mill-format ġenerali tas-sistema tat-taxxa?

Skond il-każistika tal-ECJ (44), tista’ ssir distinzjoni bejn:

Trattament differenzjat li jiġi mill-applikazzjoni, f’sitwazzjonijiet speċifiċi, ta’ l-istess prinċipji bħal dawk li jkunu l-bażi tar-regoli normali (l-ebda għajnuna);

Trattament differenzjat li, billi jkun jiffavorixxi ċerti impriżi, ma jżommx mal-loġika interna tar-regoli normali (għajnuna) (45).

Din id-distinzjoni hija wkoll deskritta fil-Kapitolu 17B.3.4(1) tal-Linji Gwida ta’ l-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat dwar tassazzjoni diretta fuq in-negozju fejn tidħol il-ġustifikazzjoni ta’ deroga min-’natura jew il-format ġenerali tas-sistema’: “In-natura differenzjata ta’ xi wħud mill-miżuri ma jfissirx neċessarjament li għandhom jitqiesu li huma Għajnuna mill-Istat. Dan ikun il-każ fejn jidħlu miżuri li minħabba l-ħsieb ekonomiku tagħhom ikunu neċessarji għat-tħaddim bla xkiel u għall-effettività tas-sistema fiskali. Madankollu, sta għall-Istat EFTA li jipprovdi ġustifikazzjoni bħal din.” Din ir-regola ta’ prova ta’ l-aħħar ġiet ikkonfermata mill-ECJ (46).

L-Awtoritajiet tan-Norveġja ressqu l-argument li “anki jekk l-Awtorità tkun tqis li l-prassi (ta’ bdil ta’ l-isem bħala proċedura għat-trasferiment tat-titolu ta’ proprjetà mingħajr ma jinħoloq l-obbligu tal-ħlas ta’ dazju tas-sisa) tikkostitwixxi eżenzjoni mir-regola ewlenija, hija ġustifikata min-natura jew mill-format ġenerali tas-sistema tat-taxxa”. Biex isostnu din il-pożizzjoni, l-awtoritajiet Norverġiżi saħqu li l-prinċipju tal-kontinwità u l-kunsiderazzjonijiet biex dan il-prinċipju jkun applikat effettivament, fost affarijiet oħra, għal skopijiet ta’ dazju tas-sisa fil-każ li qed jissemma fisser li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa taqa’ fi ħdan il-loġika u n-natura tal-leġiżlazzjoni Norveġiża rilevanti. Fl-opinjoni tagħhom, l-Att ikkontestat jirrifletti l-prinċipju tal-kontinwità u kien konformi mar-regoli ġenerali li jirregolaw ir-ristrutturazzjonijiet.

Dwar dan l-argument, l-Awtorità tirreleva li, fil-każ li qed jissemma, il-kwistjoni hija dwar l-ambitu tal-prinċipju tal-kontinwità fejn jidħol l-obbligu li jitħallsu drittijiet fuq dokumenti u mhix l-ambitu tal-prinċipju tal-kontinwità bħala tali, u l-applikazzjoni tiegħu fil-liġi tal-kumpaniji.

Abbażi ta’ analiżi tar-regoli dwar id-dazji tas-sisa msemmija hawn fuq taħt il-punt I.4, l-Awtorità hija tal-fehma li filwaqt li l-prinċipju tal-kontinwità seta’ kellu post fundamentali fil-leġiżlazzjoni Norveġiża fi żmien li twaqqfet l-Entra, ma kinitx, f’dak il-mument, parti integrali u ġenerali tar-regoli u l-prassi dwar id-dazji tas-sisa b’konnessjoni ma’ tipi oħra ta’ riorganizzazzjonjiet ta’ kumpaniji.

Kif diġà ntqal, sa Lulju 2005, kien biss fil-każ fejn il-proprjetà tkun trasferita fil-kuntest ta’ amalgamazzjoni bejn kumpaniji b’responsabbiltà limitata li kunsiderazzjonijiet ta’ kontinwità implikaw li reġistrazzjoni b’detentur ġdid tat-titolu tista’ ssir permezz ta’ bdil ta’ isem u mhux bdil ta’ titolu li minħabba fih jinħoloq l-obbligu tal-ħlas ta’ dazju tas-sisa.

B’kuntrast ma’ dan, l-obbligu tal-ħlas tad-dazju tas-sisa inħoloq bħala riżultat tar-reġistrazzjoni jew tat-trasferiment jew il-proprjetà ta’ titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli għall-firdiet, konverżjonijiet minn forma inkorporata għal oħra, trasferimenti ta’ pussess minn pussess konġunt għal forma ta’ soċjetà, kif ukoll trasferiment ta’ proprjetà minn muniċipalità għal entità legali separata li tkun kollha kemm hi proprjetà ta’ muniċipalità (47).

L-awtoritajiet Norveġiżi spjegaw li l-loġika li fuqha huma bbażati l-eżenzjonijiet mir-regola ġenerali dwar id-dazju tas-sisa tista’ tinstab fil-prinċipju tal-kontinwità. Mandankollu, l-awtoritajiet ma spjegawx il-loġika li fuqha hu bbażat it-trattament differenti tat-tipi ta’ trasferimenti msemmija hawn fuq. Għall-kuntrarju, il-Gvern Norveġiż qal biss li jkun fil-fatt aktar jagħmel sens li l-amalgamazzjonijiet u ċerti riorganizzazzjonijiet oħra jiġu ttrattati l-istess. Madanakollu, kien biss b’effett minn Lulju 2005, madwar ħames snin wara li twaqqfet Entra, li l-interpretazzjoni ta’ l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti tbiddlet sabiex it-trattament ta’ ċerti sitwazzjonijiet differenti issa ġie allinjat. Abbażi ta’ dan, l-Awtorità ssibha bi tqil biex issib xi loġika oħra li fuqha tista’ tkun ibbażata l-interpretazzjoni ta’ l-Att dwar id-Drittijiet għad-Dokumenti li kienet qed tintuża fi żmien it-twaqqif ta’ Entra ħlief dik li ġejja li tinstab fiċ-ċirkolarijiet ikkwotati, jiġifieri li huma biss amalgamazzjonijiet bejn kumpaniji b’responsabbiltà limitata li ma jħallsux dazji tad-dwana illi kieku kienu jkunu dovuti. L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-kontinwità fejn jidħol l-Att dwar id-Drititjiet għad-Dokumenti kienet limitata għal każijiet bħal dawn u mhux għal każijiet oħra kif intqal qabel.

Kif intqal hawn fuq taħt il-punt 1.2.1 l-Awtorità, f’kull każ, tqis li t-twaqqif ta’ Entra jixbah ħafna aktar dawn is-sitwazzjonijiet fejn reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli fil-mument rilevanti kien joħloq l-obbligu li jitħallsu d-dazji tas-sisa milli sitwazzjonijiet fejn dan l-obbligu ma jinħoloqx. Abbażi ta’ dan, l-Awtorità ma tistax tara li l-eżenzjoni fl-Att ikkontestat tista’ tiġi ġġustifikata min-natura u l-loġika tar-regoli Norveġiżi dwar id-dazju tas-sisa fi żmien li ġiet applikata l-eżenzjoni. Ma tinbidilx l-evalwazzjoni li saret li riorganizzazzjonijiet simili ta’ attivitajiet kummerċjali pubbliċi kienu wkoll eżentati mid-dazju tas-sisa. It-twettiq ta’ l-għanijiet li huma fil-bażi tal-prinċipju tal-kontinwità ma jistgħux jiġġustifikaw li għandha tiġi applikata eżenzjoni mir-regola ġenerali dwar id-dazji tas-sisa għal riorganizzazzjonijiet speċifiċi jekk ir-riorganizzazzjonijiet privati kumparabbli ma jkunux suġġetti għal eżenzjonijiet simili.

1.2.3.   Il-“każ Taljan”

L-Awtoritajiet Norveġiżi rreferew għal deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea u ressqu l-argument li s-sitwazzjoni konkreta f’dan il-każ hija l-istess bħal tal-każ Entra.

Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ġunju 2002 (48), il-Kummissjoni eżaminat il-liġi Taljana li tistipula li għandu jkun hemm sistema fiskali speċjali għal kumpaniji b’kapital azzjonarju li fihom il-maġġoranza ta’ l-ishma jkunu tas-settur pubbliku, u li jkunu mwaqqfa bis-saħħa ta’ liġi speċifika. F’dan is-sens, il-liġi Taljana tistipula b’mod speċifiku li għandu jkun hemm eżenzjoni mit-taxxi kollha konnessi mat-trasferiment fejn tidħol il-konverżjoni ta’ impriżi speċjali u muniċipali f’kumpaniji b’kapital azzjonarju (“l-eżenzjoni mit-taxxa tat-trasferiment”). Fis-sistema legali Taljana, taxxi ta’ trasferiment ikunu normalment applikati mal-ħolqien ta’ entità ekonomika ġdida jew mat-trasferiment ta’ assi bejn entitajiet ekonomiċi differenti. Madankollu, l-awtoritajiet Taljani kienu spjegaw li l-liġi Taljana b’mod ġenerali tirrifletti l-prinċipju ta’ newtralità fiskali (li tfisser li ma ssir dovuta l-ebda taxxa) fil-kuntest tal-konverżjoni ta’ l-istatut legali ta’ kumpanija (jiġifieri “meta l-istatut legali ta’ kumpanija jinbidel iżda l-kumpanija tibqa’ l-istess mill-punto di vista ekonomiku”) (49).

Il-Kummissjoni rat li għalkemm jidher bħallikieku l-istralċ ta’ l-impriża muniċipali u t-twaqqif ta’ kumpanija “ġdida” b’kapital azzjonarju jkun qisu l-ħolqien ta’ entità ekonomika ġdida, dan jidher biss minħabba teknikalitajiet legali. Fil-verità, il-kumpanija ġdida b’kapital azzjonarju hija l-istess entità ekonomika bħall-impriża muniċipali li tkun qed taħdem taħt statut legali differenti. Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni aċċettat li l-prinċipju ġenerali ta’ newtralità fiskali fil-liġi Taljana kien applikat b’mod simili f’sitwazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt is-sistema fiskali speċjali. Għaldaqstant ma kellha titħallas l-ebda taxxa ta’ trasferiment (50).

L-Awtorità tifhem li l-Kummissjoni qed tirraġuna li meta l-liġi nazzjonali dwar il-ħlas tal-bolla fil-każ ta’ konverżjonijiet magħmula minn impriżi privati hija ibbażata fuq prinċipju ġenerali ta’ newtralità fiskali - sabiex il-konċentrazzjoni tkun fuq il-kontinwazzjoni ta’ l-istess entità ekonomika aktar milli dwar jekk is-suġġett legali jkunx l-istess – ikun fi ħdan il-loġika ta’ sistema fiskali bħal din li l-prinċipju jkun estiż ukoll biex ikopri sitwazzjonijiet li fihom l-Istat jew muniċipalità tifred entità ekonomika li sa dak il-mument kienet immexxija bħala parti mill-Istat jew muniċipalità u tagħmilha entità legali separata.

L-Awtorità taqbel għal kollox ma’ raġunar bħal dan. Madankollu, il-loġika ta’ kull sistema fiskali trid tkun evalwata fuq il-merti tagħha stess. Id-deċizjoni tal-Kummissjoni kienet ibbażata fuq il-fatt li s-sistema legali Taljana taħseb għall-possibbiltà li ssir eżenzjoni mit-taxxa fuq it-trasferiment fil-kuntest ta’ konverżjoni minn forma inkorporata waħda għal oħra. B’kuntrast ma’ dan, il-leġiżlazzjoni Norveġiża, kif interpretata u applikata mill-awtoritajiet tat-taxxa, ma tistipulax possibbiltà bħal din. Fil-fatt, kif diġà intqal, każijiet li jistgħu jitqabblu ma’ dak ta’ Entra ta’ riorganizzazzjonijiet privati (firdiet, jew il-konverżjoni minn forma inkorporata għal oħra) ma kinux eżenti mid-dazji tas-sisa. Fl-opinjoni ta’ l-Awtorità, is-sitwazzjonijiet fattwali taż-żewġ każijiet huma għalhekk differenti. Meta wieħed ikun qed jevalwa x-xebh bejn is-sitwazzjoni fl-Italja u dik fin-Norveġja wieħed ma jistax jieħu f’kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni li l-prinċipju tal-kontinwità seta’ eżista f’partijiet oħra tal-liġi Norveġiża, inkluż speċjalment il-liġi tal-kumpaniji u l-leġiżlazzjoni dwar it-tassazzjoni diretta fuq l-entità ikkonċernata.

1.2.4.   Konklużjoni dwar is-selettività

Bħala konklużjoni, il-miżura għandha titqies li hija selettiva fis-sens ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE u ma tistax tinħarab dik il-klassifikazzjoni billi ssir referenza għan-natura u l-loġika tar-regolamenti Norveġiżi dwar id-dazji tas-sisa.

1.3.   Il-miżura trid tkun tali li tagħti vantaġġ lil dawk li jeħduha, b’mod li jonqsulhom l-ispejjeż li normalment ikollhom iġorru meta jkunu qed jagħmlu n-negozju

Skond il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (ECJ) (51) u l-Kapitolu 17B.3.1(2) tal-Linji Gwidi ta’ l-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat “il-miżura trid tkun tali li tagħti vantaġġ lil dawk li jeħduha, billi tiffrankalhom spejjeż li s-soltu jkollhom iġorru mill-kontijiet tagħhom. Il-vantaġġ jista’ jingħata permeżż ta’ tnaqqis fil-piż tat-taxxa tal-kumpanija b’diversi modi, inkluż:” (…) “tnaqqis totali jew parzjali fl-ammont ta’ taxxa (bħal eżenzjoni jew kreditu ta’ taxxa)”.

Permezz ta’ l-adozzjoni tad-dispożizzjoni statutorja fil-paragrafu 3 ta’ l-Att ikkontestat, Entra inħafrulha l-ispejjeż tad-dazju tas-sisa għall-valur ta’ madwar NOK 81 miljun (qrib EUR 10 miljun). Kif intwera hawn fuq fil-punti 1.1 u 1.2, dawn id-drittijiet kien ikollhom jitħallsu mill-kontijiet tagħha. Abbażi ta’ dan, l-Awtorità, fid-deċizjoni li tiftaħ investigazzjoni formali, waslet għall-konklużjoni preliminari li Entra ma kinitx qed tirċievi vantaġġ skond l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ZEE.

B’kuntrast ma’ dan, l-Awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li l-kundizzjoni mhix imwettqa minħabba żewġ raġunijiet. L-ewwelnett, peress li l-eżenzjoni ma poġġietx lil Entra f’pożizzjoni kompetittiva aħjar meta mqabbla ma’ investitur privat. It-tieni, peress li l-istruttura kapitali, is-solidità u l-valuri totali fil-kumpanija ma kinux jinbidlu kieku d-dazju tas-sisa tħallas. Fil-parti li ġejja, l-Awtorità se tgħarbel dawn l-argumenti wieħed wara l-ieħor.

1.3.1.   It-tqabbil ma’ kumpaniji privati

Kif intqal fil-punt I.3.1, fil-proposta lill-Parlament, il-Gvern Norveġiż iddikjara li sid privat jista’ jagħżel li ma jittrasferix it-titolu, iżda, pereżempju, iżomm it-titolu f’holding company, meta titwaqqaf kumpanija ġdida. L-Istat, skond l-awtoritajiet Norveġiżi, jista’ jittrasferixxi l-proprjetajiet għal għand entità legali ġdida. Għalhekk, skond l-awtoritajiet Norveġiżi, m’hemmx tgħawwiġ tal-kompetizzjoni meta Entra tkun eżentata milli tħallas id-drittijiet għad-dokumenti.

Skond il-Qorti Ewropea tal-Prim’istanza, vantaġġ skond l-Artikolu 87(1) KE (li jikkorrispondi ma’ l-Artikolu 61(1) ŻEE) mhux bilfors li jkun jeżisti f’kull sitwazzjoni fejn tiddaħħal miżura biex kumpanija pubblika tinħeles minn żvantaġġ strutturali li jkollha meta mqabbla ma’ kompetituri tagħha fis-settur privat (52). L-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE huwa maħsub biss biex jipprojbixxi vantaġġi għal ċerti impriżi, u l-kunċett ta’ għajnuna jkopri biss benefiċċji jew il-ħelsien minn piżijiet li impriża s-soltu jkollha tissodisfa mill-kontijiet tagħha u li għandhom jitqiesu bħala vantaġġ ekonomiku, li l-impriża li tkun qed tirċievi ma kinitx takkwista taħt ċirkostanzi normali. Mandankollu, l-Awtorità ma taqbilx ma’ l-awtoritajiet Norveġiżi li l-argumenti li ressqet in-Norveġja jistgħu jwasslu għall-konklużjoni li tqabbil ma’ operaturi privati juri li Entra ma rċeviet l-ebda vantaġġ bl-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa.

Il-metodi li sid privat jista’ juża biex ma jħallasx dazju tas-sisa huma wkoll disponibbli għal impriżi stabbiliti b’rabta ma’ privatizzazzjonijiet statali. L-iżvantaġġ strutturali li l-awtoritajiet Norveġizi qed isostnu li kellhom quddimhom ma kienx ta’ natura legali. Il-liġi Norveġiża ma teskludix it-twaqqif u t-trasferiment tal-proprjetajiet lil Entra mingħajr ma dan ikun rreġistrat fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli. Barra minn dan, Entra u l-awtoritajiet Norveġiżi setgħu kieku riedu ħadu l-istess prekawzjonijiet li kien jieħu operatur privat. Ir-raġuni li minħabba fiha dawn il-metodi ma ntużawx fil-każ ta’ Statsbygg u Entra kienet sempliċement li l-awtoritajiet Norveġiżi sabu li l-inkonvenjent politiku, maniġerjali u prattiku ikkawżat minn metodi bħal dawn kien ikun tant negattiv li ppreferew li jittrasferixxu t-titolu tal-proprjetà lil Entra.

Fl-opinjoni ta’ l-Awtorità, kunsiderazzjonijiet bħal dawn ma jistgħux iwasslu għall-konklużjoni li Entra ma kinitx ingħatat vantaġġ bl-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa. Dan jirriżulta diġà mill-fatt li l-metodi li jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dazji tas-sisa huma kollha bbażati fuq in-non-reġistrazzjoni ta’ traferiment ta’ proprjetà (żamma tat-titolu). Jekk it-titolu (“grunnbokshjemmel”) ma jkunx trasferit, ma jkun jista’ jitħallas l-ebda dazju tas-sisa. Iżda l-protezzjoni offerta bir-reġistrazzjoni m’hix għad-dispożizzjoni ta’ operaturi privati li ma jkunux qed jittrasferixxu t-titolu, filwaqt li Entra fil-fatt akkwistat din il-protezzjoni. Metodi bħal dawn huma għalhekk mhux ekwivalenti għall-proċedura li saret fil-każ preżenti fejn Entra saret id-detentur il-ġdid tat-titolu.

Barra minn dan, anki li kieku dan kien il-każ, l-Awtorità ma tistax taqbel li l-problema strutturali li l-Istat Norveġiż qed jippretendi li hemm hija ta’ xi natura b’mod fundamentali differenti minn dik li jiffaċċjaw operaturi privati. Jista’ jkun minnu li nuqqas ta’ trasferiment ta’ titolu fil-prattika jista’, f’ċerti każi, joħloq aktar inkonvenjenza lil entità li hija proprjetà tas-settur pubbliku milli lil kumpanija tal-privat. Madankollu, fl-opinjoni ta’ l-Awtorità, kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni inter partes bejn is-sid ta’ qabel u dak preżenti tal-proprjetà immobbli għandha tiġi kkunsidrata apparti mid-diskussjonijiet dwar ir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli. Din ir-reġistrazzjoni normalment ma taffettwax ir-relazzjoni inter partes bejn iż-żewġ suġġetti legali iżda jkollha importanza biss f’relazzjoni ma’ partijiet terzi. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni tista’ tkun importanti biex il-bejjiegħ jevita li parti terza, li bona fede, aktar tard tixtri l-proprjetà mis-sid ta’ qabel, ikollha titolu aktar b’saħħtu għall-proprjetà immobbli. Għandha wkoll implikazzjoni importanti dwar il-protezzjoni kontra l-kredituri tas-sid ta’ qabel, hekk kif tista’ tinfluwenza l-abbiltà tax-xerrej li jikseb ipoteka u self ieħor. F’dawn is-sitwazzjonijiet kollha, l-iżvantaġġi tan-nuqqas ta’ reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli huma fundamentalment l-istess għal impriżi privati u pubbliċi. Fil-fatt, f’ċerti aspetti, il-metodi deskritti jistgħu ikunu anqas favorevoli għal impriżi privati meta mqabbla ma’ oħrajn pubbliċi, peress li r-reġistrazzjoni ta’ dikjarazzjoni dwar ir-restrizzjoni tad-dritt tal-proprjetà ma teskludix ir-riskju ta’ proċedimenti eżekuttivi u li s-suċċessur leġittimu tad-debitur jitlef id-dritt għall-proprjetà.

Fl-aħħarnett l-Awtorità tenfasizza li l-awtoritajiet Norveġiżi ma tawx prova li parti privata żgur tagħżel li ma tittrasferix it-titolu. In-Norveġja sempliċement ressqet l-argument li kien ikun aktar probabbli li operatur privat f’ċirkostanzi simili kien jiddeċiedi li ma jittrasferix it-titolu fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli.

1.3.2.   L-argument dwar il-bilanċ tal-ftuħ

Kif intqal qabel, l-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument (53) li l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa m’għandhiex titqies b’mod separat mill-karta tal-bilanċ tal-ftuħ tal-kumpanija. Huma ressqu l-argument li l-miżura msemmija ma biddlet la l-istruttura kapitali, la s-solidità u lanqas il-valur totali tal-kumpanija. Teoretikament, kieku d-dazji tas-sisa kellhom jingħaddu mal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ, kien ikun hemm karta tal-bilanċ alternattiva fejn il-valur tal-proprjetajiet kien ikun imnaqqas bl-istess ammont bħad-dazju tas-sisa.

Kif intwera hawn fuq fil-punt 1.2, skond ir-regoli normali tas-sistema fiskali Norveġiża, Entra kellha l-obbligu li tħallas id-dazju tas-sisa. Għaldaqstant, irrispettivament minn kif kien ġie stabbilit il-bilanċ tal-ftuħ, huwa l-valur tat-tranżazzjoni bejn il-bejjiegħ u x-xerrej li jifforma l-bażi fiskali għad-dazju tas-sisa. Ikunu x’ikunu l-kunsiderazzjonijiet li x-xerrej (Entra) jew il-bejjiegħ (l-Istat) jista’ jkollhom fejn jidħol il-prezz miftiehem, ikun biss dak il-prezz u xejn aktar li l-awtoritajiet tat-taxxa japplikaw meta jikkalkulaw id-dazju tas-sisa li għandu jitħallas.

Bħala prinċipju, l-Awtorità ma taqbilx ma’ l-Awtoritajiet Norveġiżi li l-eżistenza ta’ dan il-ħelsien mit-taxxa ma jkunx ta’ vantaġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE la l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa tkun influwenzat it-twaqqif tal-karta tal-bilanċ ta’ Entra b’mod li, allegatament, tkun innewtralizzat il-vantaġġ li jkun ġej mill-eżenzjoni tat-taxxa. Skond il-liġi tan-Norveġja, fin-nuqqas tal-paragrafu 3 fl-Att ikkontestat, Entra kienet tkun obbligata tħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa d-dazju tas-sisa fuq il-prezz miftiehem tat-tranżazzjoni għar-reġistrazzjoni li tkun saret, mingħajr ma jkun rilevanti jekk il-prezz setax kien jidher differenti. It-taxxa qatt ma tħallset u huwa dan il-pagament tat-taxxa nieqes li f’dan il-każ preżenti qed jiġi kkunsidrat. Id-dehra tal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ta’ Entra influwenzata minn ċirkostanzi oħra, b’mod partikolari jekk il-bejjiegħ kienx jaċċetta valur iżgħar fuq il-bini li kieku Entra ħallset id-dazju tas-sisa, huma fatturi li ma jistgħux jittieħdu f’kunsiderazzjoni meta jkun qed jiġi determinat jekk il-kumpanija rċevietx vantaġġ jew le.

L-argument ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi li l-eżenzjoni mit-taxxa għandha titqies b’rabta ma’ prezz, li kien ikun differenti, tal-proprjetà immobbli, huwa mibni fuq ir-raġunar li l-għajnuna li ġejja mill-eżenzjoni tat-taxxa wasslet lil Entra biex iġġarrab telf nett fil-forma ta’ prezz ogħla għall-proprjetà immobbli trasferita. Madankollu, li jittieħed kont tal-konsegwenzi diretti kollha li huma ftit jew wisq possibbli bħala riżultat ta’ miżura ta’ għajnuna għal benefiċċju ta’ min jeħodha tkun, fl-opinjoni ta’ l-Awtorità, kuntrarju għall-approċċ li ġeneralment jittieħed f’dawn il-każijiet. Fl-istess vena, normalment wieħed ma jkunx jista’ jaċċetta li l-effetti ekonomiċi li jiġu bħala riżultat tal-miżura ta’ għajnuna f’relazzjonijiet kontrattwali bejn il-benefiċjarju ta’ l-għajnuna u suġġetti oħra legali għandha tittieħed f’kunsiderazzjoni meta wieħed jiġi biex jevalwa jekk, u sa liema grad, il-miżura ta’ għajnuna tkun tikkwalifika bħala vantaġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. F’dan is-sens, l-Awtorità tenfasizza li l-Istat Norveġiż bħala kollettur tat-taxxa u min-naħa l-oħra bħala bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli għandu jiġi kkunsidrat bħala żewġ entitajiet distinti fejn tidħol is-sistema ta’ għajnuna mill-Istat.

L-Awtorità ma tistax għalhekk taqbel mal-Gvern tan-Norveġja li Entra ma ħaditx vantaġġ fis-sens ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE billi kienet eżenti milli tħallas id-dazju tas-sisa, u billi baqgħet tirċievi l-protezzjoni mogħtija bir-reġistrazzjoni fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli.

Fl-ittra ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Ministeru jistqarr li: “Teoretikament, kieku d-drittijiet għad-dokumenti u l-miżati tar-reġistrazzjoni kellhom jingħaddu mal-karta tal-bilanċ tal-ftuħ, il-bilanċ tal-ftuħ alternattiv kif aġġustat kien ikun kif spjegat fil-mehmuż 2”). Il-Mehmuż nru 2 jiddeskrivi karta tal-bilanċ tal-ftuħ alternattiva fejn l-assi totali u l-attiv/passiv huma l-istess, iżda fejn, fost affarijiet oħra, il-valur tal-proprjetajiet huwa mnaqqas bl-ammont ekwivalenti tad-dazju tas-sisa. Il-Ministeru wasal għall-konklużjoni li Entra ma rċevietx xi vantaġġ ekonomiku bħala konsegwenza ta’ l-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa.

Il-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ipotetika kif deskritta mill-awtoritajiet Norveġiżi hija bbażata fuq il-presuppożizzjoni li x-xerrej (Entra) ma jnaqqasx ir-rata ta’ ritorn mitluba tiegħu (9,5 %) u l-proporzjon ta’ ekwità (40 %) kieku d-dazju tas-sisa kellu jitħallas. Dan jimplika li l-karta tal-bilanċ tal-ftuħ ipotetika hija bbażata fuq il-presuppożizzjoni li l-bejjiegħ dejjem se jħallas 100 % tad-dazju tas-sisa u li l-valur tal-bini b’bilanċ tal-ftuħ alternattiv kien jitnaqqas b’eżatt l-istess ammont ekwivalenti tad-dazju tas-sisa.

L-Awtorità m’għandha l-ebda raġuni biex tixħet dubji dwar il-leġittimità tal-metodu tal-valur nett skontat (NPV) użat meta kien ġiet stabbilit il-bilanċ tal-ftuħ ta’ Entra. Madankollu, kif juru d-drabi stess li l-Gvern Norveġiż ipprova jsib il-valur korrett tal-proprjetà immobbli (ara l-punt I 2.2 hawn fuq u d-diffikultajiet konsiderevoli bejn il-valuri alternattivi), setgħu ġew użati metodi oħra. Presuppożizzjonjiet oħra setgħu jintużaw ukoll, u dawk il-metodi u s-suppożizzjonijiet l-oħra setgħu wkoll wasslu għal sitwazzjoni fejn il-piż tat-taxxa ma kienx ikollu jinġarr 100 % mill-bejjiegħ. F’sitwazzjoni normali tas-suq fejn ikun hemm diversi parteċipanti, ikun aktar probabbli li l-piż addizzjonali tad-dazju tas-sisa jinqasam bejn ix-xerrej u l-bejjiegħ permezz tal-prezz tat-tranżazzjoni li jintlaħaq qbil dwaru.

L-Awtorità ma tarax li hu possibbli li tiġi stabbilita regola ġenerali skond liema il-prezz tal-bini fuq is-suq dejjem se jiżdied b’eżatt l-istess ammont li l-bejjiegħ normalment ikollu jħallas f’taxxi indiretti biex jirreġistra dak il-bini f’sitwazzjonijiet fejn dawk it-taxxi jew diġà tħallsu jew inkella mhux se jsiru dovuti minħabba eżenzjoni leġiżlattiva. Tassew, f’ittra tat-30 ta’ Ġunju 2005, mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija, il-Ministeru għaraf li wieħed ma jistax jasal għal konklużjoni ġenerika bħal din u li l-argument tal-Gvern dwar l-effett nett tan-nuqqas ta’ pagament tad-dazju tas-sisa huwa bbażat purament fuq l-użu tal-metodu speċifiku għall-evalwazzjoni tal-valur li l-Gvern għażel biex applika fil-każ ta’ Entra.

F’dan il-każ preżenti, in-Norveġja għażlet li ma tiġborx id-dazju tas-sisa mingħand Entra u speċifikat li l-evalwazzjoni tal-valur tal-proprjetà immobbli li ssir wara għandha tkun tiddependi fuq din il-premessa. In-Norveġja, għalhekk, bażikament taqbel li kieku hija kellha tiddeċiedi li Entra kellha tkun soġġetta għal dazju tas-sisa normali, kienet xorta tuża l-metodu NPV u l-istess suppożizzjonijiet biex tikkalkula l-prezz tal-bejgħ. Kieku dan l-argument kellu jkun aċċettat, l-ambitu ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE ikun jiddependi fuq kemm Stat taż-ŻEE jkollu l-ħila li jipperswadi lill-Awtorità u lill-Qorti ta’ l-EFTA li jkun jieħu passi imaġinarji f’sitwazzjonijiet ipotetiċi.

Fl-aħħarnett, l-Awtorità tenfasizza li f’dawk il-ftit każijiet fejn il-Qorti tal-Ġustizzja – f’tipi differenti ta’ sitwazzjonijiet - aċċettat argument quid pro quo, dejjem kienet prekundizzjoni li l-mekkaniżmu kontravalenti jkun deċiż minn qabel (u mhux wara l-fatt), b’mod definit biċ-ċar, oġġettiv u trasparenti (54). Madankollu, imkien fil-ħidmiet preparatorji għal-leġiżlazzjoni rilevanti m’hu speċifikat li kienet prekundizzjoni biex jingħata l-vantaġġ li jirriżulta mill-eżenzjoni mill-ħlas tad-dazju tas-sisa, li dan il-vantaġġ iġib miegħu evalwazzjoni ogħla tal-valur tal-proprjetà immobbli relevanti milli xi ħadd privat kien iħallas għall-bini f’bejgħ miftuħ. Għall-kuntrarju, l-argument ta’ l-awtoritajiet Norveġiżi li Entra ma rċevietx vantaġġ meta mqabbla ma’ sitwazzjoni li fiha kien ikollha tħallas id-dazju tas-sisa, jidher li jmur kontra l-għan, iddikjarat b’mod espliċitu, tat-tneħħija ta’ l-obbligu li Entra tħallas id-dazju tas-sisa. Kif intqal hawn fuq fil-punt I.3.1, fil-proposta tal-Gvern lil Stortinget, kien spjegat li l-iskop tal-klawżola ta’ l-eżenzjoni kien li Entra m’għandhiex tbati l-piż ekonomiku tad-dazju tas-sisa, peress li impriżi privati kompetituri għandhom possibilitajiet kbar li jaħarbu dan il-piż permezz ta’ mezzi oħra. Fi kliem ieħor, fil-proposta lill-Parlament, hemm presuppost li l-pagament tad-dazju tas-sisa sejjer tassew ipoġġi lil Entra f’pożizzjoni ekonomikament anqas vantaġġuża milli kieku Entra kellha ma tħallasx id-dazji. Aktar minn hekk, l-intenzjoni tal-Parlament kienet li Entra m’għandhiex titqiegħed f’din il-pożizzjoni ta’ vantaġġ.

1.3.3.   Il-konklużjoni dwar il-vantaġġ

Bħala konklużjoni, l-Awtorità temmen li l-paragrafu 3 ta’ l-Att ikkontestat fil-fatt kien jagħti vantaġġ lil Entra skond is-sens ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

1.4.   Il-miżura għandha tkun tali li xxekkel jew li thedded li xxekkel il-kompetizzjoni u tkun taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-Awtorità waslet għall-konklużjoni preliminari li l-miżura fil-fatt kienet qed thedded il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. B’kuntrast ma’ dan, l-awtoritajiet Norveġiżi jargumentaw li l-miżura in kwistjoni “mhix se taffettwa l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti” u li l-Awtorità trid tevalwa s-suq rilevanti. Aktar minn hekk, l-awtoritajiet Norveġiżi jsostnu li “investituri mhux Norveġiżi m’operawx fis-suq tal-proprjetà immobbli fin-Norveġja (55).

Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (56) ddikjarat li l-kompetizzjoni hija mxekkla mill-mument li l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ imprizi oħra kompetituri. L-għoti ta’ l-għajnuna tnaqqas l-ispejjeż u b’hekk tagħti lill-benefiċjarji vantaġġ kompetittiv fuq dawk li jkollhom iġorru l-ispejjeż kollha huma. Abbażi ta’ dan, l-Awtorità tqis li l-għajnuna mogħtija lil Entra fil-forma ta’ eżenzjoni mill-obbligu li tħallas dazju tas-sisa xekklet il-kompetizzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. Fil-fatt, l-awtoritajiet Norveġiżi ma ressqux argument fis-sens li l-kompetizzjoni ma xxekklitx (iżda biss li l-kummerċ mhux affettwat).

Meta wieħed jgħaddi biex iqis il-kwistjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ, wieħed irid jara jekk bl-għajnuna in kwistjoni impriża tkunx tista’ ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha meta mqabbla ma’ impriżi kompetituri fil-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE (57). Kif kienet iddeċidiet il-Qorti ta’ l-EFTA, l-Awtorità mhux obbligata li tistabbilixxi li l-għajnuna għandha effett li jista’ jitkejjel fuq il-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti, iżda biss li teżamina jekk l-għajnuna setgħetx ikollha effett bħal dan (58). Għaldaqstant, il-kriterju ta’ effett fuq il-kummerċ tradizzjonalment kien jiġi interpretat b’mod mhux restrittiv b’tali mod li, f’termini ġenerali, miżura tkun titqies bħala għajnuna mill-Istat jekk minħabba fiha jkun affettwat il-kummerċ bejn l-Istati taż-ŻEE (59).

Skond il-Kapitlu 17B.3(2) tal-Linji Gwida ta’ l-Awtorità dwar l-Għajnuna mill-Istat, “skond il-każistika, għall-iskop ta’ din id-dispożizzjoni, il-kriterju ta’ l-effett fuq il-kummerċ ikun milqut jekk il-kumpanija li tkun qed tieħu l-għajnuna tkun qed tagħmel attività ekonomika li tkun tinvolvi kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti”. Madankollu, l-għajnuna tista’ taffettwa l-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE anki jekk l-impriża li tkun qed tirċievi ma tipparteċipax hija stess f’attivitajiet f’pajjiżi oħra (60). Dan hu hekk peress li l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat lil impriża jista’ jwassal biex il-provvista interna tinżamm jew tiżdied, bil-konsegwenza li jitnaqqsu l-opportunitajiet għal impriżi stabbiliti fi Stati taż-ŻEE oħra biex joffru s-servizzi tagħhom fuq is-suq ta’ dak l-Istat (61).

Skond il-Kontijiet Annwali ta’ Entra stess għall-2001, Entra hija involuta fl-“iżvilupp, il-kiri, il-ġestjoni, it-tħaddim, il-bejgħ u x-xiri ta’ proprjetà immobbli fin-Norveġja”.

Entra hija membru ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Kummerċjali (“Foreningen Næringseiendom”) (62), li l-membri tagħha, jew għal kollox jew parzjalment iwettqu l-istess attivitajiet bħal ma twettaq Entra. L-Assoċjazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Kummerċjali għandha 74 membru (f’Ottubru 2005). Il-membri jinkludu kumpaniji bħal ma huma ABB, AS-Eiendkom, Aberdeen Property Investors, Avantor AS, ICA Eiendom Norge AS, KLP Eiendom AS, Linstow ASA, Mustad Eiendom AS, NCC Property Development AS, Reitan Eiendom AS, Skanska Eiendomsutvikling AS, Smedvig Eiendom AS, Steen & Strøm ASA, Storebrand Eiendom AS, Umoe Sterkorder AS, Veidekke Eiendom AS, Vesta Forsikring AS-Eiendom u Vital Eiendomsforvaltning AS (63).

L-akbar kumpanija (jew grupp ta’ kumpaniji) tal-proprjetà immobbli b’sidien Norveġiżi hija l-Olav Thon Gruppen. Il-Grupp kien ukoll attiv fl-2000 meta twaqqfet Entra. Olav Thon Gruppen bħalissa għandha 320 proprjetà fin-Norveġja u 18 barra (l-aktar fi Brussell). L-ewwel proprjetà fi Brussell inxtrat fl-1988 (Thon Belgium SA). Il-Grupp jimpjega madwar 3 400 ruħ. Barra milli jikri l-uffiċċji, il-Grupp hu involut ukoll f’lukandi, ristoranti, u ċentri tax-xiri (64).

Waħda mill-kumpaniji msemmija hawn fuq, Linstow AS, hija proprjetarja ta’, u tiżviluppa, proprjetà immobbli fin-Norveġja kif ukoll fil-pajjiżi Baltiċi, fil-Portugall u fl-Isvezja. Linstow AS hija kollha kemm hi proprjetà tal-Grupp Anders Wilhelmsen, li xtara l-kumpanija u ħassar ir-reġistrazzjoni tagħha fuq il-Borża ta’ Oslo fl-1999. Il-Grupp Anders Wilhelmsen huwa wieħed mill-proprjetarji tal-kumpanija tat-tbaħħir Royal Caribbean Cruise Line (RCCL). Linstow AS, fost affarijiet oħra tiġġestixxi l-portafoll Norveġiż (Nordea Portfolo) ta’ proprjetajiet tal-Curzon Global Partners. Il-portafoll jikkonsisti minn 31 proprjetà (sa Novembru 2005), mifruxa madwar in-Norveġja kollha. Curzon Global Partners hija kumpanija ta’ l-immaniġġjar ta’ l-investimenti proprjetà ta’ IXIS AEW Europe (IAE). IAE hija ġestur ta’ l-investiment fil-qasam tal-proprjetà immobbli, proprjetarja ta’ Groupe Caisse d’Epargne u Caisse des Dépôts fi Franza. IAE għanda f’idejha r-responsabbiltà għal madwar EUR 11-il biljun ta’ assi li tiġġestixxi (65).

Waħda mill-kumpaniji l-oħra, ICA Eiendom Norge AS, hija kumpanija dipendenti ta’ ICA Fastigheter AB, kumpanija Żvediża. ICA Fastigheter AB hija sussidjarja li hi kollha kemm hi proprjetà ta’ ICA AB. ICA Fastigheter AB tibni, tiġġestixxi u tbigħ proprjetà immobbli fl-Iskandinavja u fil-pajjiżi Baltiċi. Il-portafoll għandu valur fuq il-kotba ta’ SEK 5,7 biljun u jikkonsisti l-aktar minn faċilitajiet ta’ ħażna. Barra l-imħażen u l-kumpaniji ta’ l-ICA, il-kumpanija toffri wkoll proprjetà immobbli lil klijenti esterni. Il-Grupp ICA (ICA AB) huwa wieħed mill-kumpaniji ġenerali ewlenin fir-reġjun Nordiku, bi ftit aktar minn 2 600 ħwienet minn tagħha, u oħrajn assoċjati, fl-Iskandinavja u fil-pajjiżi Baltiċi (66).

Fl-istess żmien li kienet twaqqfet Entra (fl-2000), Aberdeen Property Investor Norway AS ġiet stabbilita bħala kumpanija dipendenti ta’ Aberdeen Property Investors. Aberdeen Property Investors hija parti minn Aberdeen Asset Management PLS, grupp indipendenti ta’ amministrazzjoni ta’ fondi, irreġistrat fuq il-Borża ta’ Londra. Bħalissa, Aberdeen Property Investors tiġġestixxi EUR 7,8 biljun f’investimenti ta’ proprjetà fl-Ewropa ta’ Fuq, li minnhom NOK 9 biljun (madwar EUR 1,1 biljun), jinsabu fin-Norveġja. Fl-2001, Aberdeen Property Investors Norway AS xtraw lil Norske Liv Eiendom, kumpanija oħra ta’ proprjetà immobbli fuq is-suq Norveġiż, u llum il-kumpanija tiġġestixxi l-portafolli ta’ proprjetà immobbli ta’, fost oħrajn, NSB, NOrdea Liv u API Eiendomsfond. Aberdeen Property Investors għandha 200 impjegat fin-Norveġja (67).

Mill-kumpaniji msemmija hawn fuq, li huma attivi fl-istess suq bħal Entra (l-iżvilupp, il-kiri, il-ġestjoni, l-operazzjoni, il-bejgħ u x-xiri ta’ proprejtà immobbli fin-Norveġja), u li kienu attivi fl-2000, meta Entra twaqqfet, huwa ċar li ħafna kellhom sidien mhux Norveġiżi, ħafna kienu attivi sew fin-Norveġja kif ukoll barra n-Norveġja, u ħafna kienu jiġġestixxu portafolli ta’ proprjetà immobbli li hi ta’ klijenti barranin.

Mid-deskrizzjoni li hemm f’punt I hawn fuq, jirriżulta li l-assi u l-attivitajiet ittrasferiti lil Entra kienu esposti għall-kompetizzjoni. Għaldaqstant, Entra tikkompeti ma’ fornituri oħra ta’ bini/proprjetajiet. Dan jgħodd għal Entra bħala sid, bejjiegħ, xerrej, operatur kif ukoll amministratur tal-proprjetà immobbli. Entra topera kullimkien fin-Norveġja, f’suq fejn huma attivi aġenti ekonomiċi minn Stati oħra taż-ŻEE. Għaldaqstant, anki l-kundizzjoni 4 hija ssodisfata, peress li l-miżura taffettwa jew thedded li taffettwa l-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.   Il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet hawnhekk ippreżentati, l-eżenzjoni mit-taxxa li qed tiġi kkunsidrata tikkostitwixxi għajnuna skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE.

L-awtoritajiet Norveġiżi ressqu l-argument li l-miżura li qed tiġi kkunsidrata ma fihiex element ta’ għajnuna, u ma ressqu l-ebda argument dwar il-kompatibbiltà. Madankollu, wara li ġie kkunsidrat l-involviment possibbli ta’ għajnuna mill-Istat, irid jitqies jekk għajnuna bħal din tistax tkun kompatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 61(2) u (3) tal-Ftehim.

L-applikazzjoni ta’ l-eżenzjonijiet skond l-Artikolu 61(2) mhix xierqa. It-twaqqif ta’ Entra ma jimplikax għajnuna ta’ karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali jew għajnuna biex tagħmel tajjeb għal ħsarat ikkawżati minn diżastri naturali jew ġrajjiet mhux mistennija.

Skond l-Artikolu 61(3)(a) għajnuna tista’ titqies bħala kumpatibbli mal-Ftehim taż-ŻEE meta tingħata biex jinġieb ‘il quddiem l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni fejn il-livell ta’ l-għejxien ikun bil-bosta anqas mill-medja jew fejn hemm problema serja ta’ qgħad. Peress li l-miżura in kwistjoni mhux limitata għal dawn l-oqsma, din id-dispożizzjoni ma tapplikax. Lanqas l-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 61(3)(b) m’hi applikabbli. Fl-aħħarnett, fejn tidħol l-eżenzjoni stipulata fl-Artikolu 61(3)(c), l-Awtorità ma tistax taqbel li l-għajnuna tista’ titqies bħala waħda li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi fit-tifsira ta’ dan l-Artikolu. Għaldaqstant, l-għajnuna ma tikkwalifika għall-ebda waħda mill-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

3.   Obbligi ta’ proċedura u l-għamla ta’ l-għajnuna

3.1.   L-obbligu tan-notifika

L-Artikolu 1(3) fil-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jistipula li: “L-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA għandha tkun infurmata, fi żmien biżżejjed qabel biex jippermettilha li tippreżenta l-kummenti tagħha, b’kull intenzjoni li tingħata, jew li tkun modifikata, xi għajnuna.” L-għajnuna mogħtija mingħajr notifikazzjoni, jew għajnuna li tiġi notifikata tard, jiġifieri wara li “tidħol fis-seħħ” hija meqjusa bħala għajnuna illegali.

L-eżenzjoni minn dazji tas-sisa stipulati fit-twaqqif ta’ Entra twettqet mingħajr ma kienet notifikata lill-Awtorità.

3.2.   Irkupru

L-Awtorità tiġbed l-attenzjoni tal-Gvern Norveġiż għall-Artikolu 1 f’Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti. L-eżenzjoni mid-dazji tas-sisa ddaħħlet wara d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim taż-ŻEE. Kull għajnuna f’dan il-każ għandha għalhekk tiġi kklasifikata bħala għajnuna ġdida. Kif intqal qabel, ma ġiet notifika l-ebda għajnuna bħal din. L-għajnuna f’dan il-każ għandha titqies bħala illegali skond id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 1(f) tal-Parti II tal-Protkoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

Skond l-Artikolu 14 fil-Parti II tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, f’każi ta’ għajnuna illegali, jekk din tinstab li tkun inkompatibbli, l-Awtorità bħala regola tordna lill-Istat ta’ l-EFTA ikkonċernat biex jitlob lura l-għajnuna mingħand min ħadha.

L-Awtorità hi tal-fehma li ma hemm l-ebda prinċipju ġenerali li jeskludi l-ħlas lura f’dan il-każ. Skond il-każistika, it-tneħħija ta’ għajnuna illegali permezz ta’ l-irkupru hija l-konsegwenza loġika meta jinstab li din tkun illegali. Għaldaqstant, l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija illegalment, sabiex terġa’ tinkiseb is-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel ma kienet ingħatat l-għajnuna, ma jistax fil-prinċipju jitqies bħala sproporzjonat ma’ l-għanijiet tal-Ftehim taż-ŻEE fejn tidħol l-għajnuna mill-Istat. Bil-ħlas lura tal-għajnuna, min jirċievi jkun qed iċedi l-vantaġġ li kellu fuq il-kompetituri tiegħu fis-suq, u terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni li kien hemm qabel il-ħlas ta’ l-għajnuna (68). Minn dik il-funzjoni tal-pagament ta’ l-għajnuna jirriżulta wkoll li, bħala regola ġenerali - ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali - l-Awtorità ma taqbiżx il-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, magħrufa mill-każistika tal-Qorti, jekk titlob lill-Istat EFTA kkonċernat biex jirkupra s-somom mogħtija bħala għajnuna illegali peress li kull ma jkun qed isir hu li terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni kif kienet qabel (69). Barra minn dan, fid-dawl tan-natura obbligatorja tas-superviżjoni ta’ l-għajnuna mill-Istat mill-Awtorità skond il-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, imprizi li lilhom tkun ingħatat għajnuna ma jistgħux, bħala prinċipju, jkollhom aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali sakemm ma tkunx ingħatata skond il-proċedura stipulata fid-dispożizzjonijiet ta’ dak il-Protkoll (70).

4.   Konklużjoni

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li qed isiru hawn, l-Awtorità tqis li l-eżenzjoni minn drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni b’rabta mat-twaqqif ta’ Entra hija għajnuna mill-Istat li mhix kompatibbli mat-tħaddim tal-Ftehim taż-ŻEE. Għaldaqstant, l-Awtorità tagħlaq il-proċedura stipulata fl-Artikolu 1(2) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti b’deċiżjoni negattiva u tordna lill-Awtoritajiet Norveġiżi biex jirkupraw l-għajnuna mill-Istat, bl-interessi akkumulati, mingħand Entra.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

L-eżenzjoni minn drittijiet għad-dokumenti u miżati ta’ reġistrazzjoni stipulati fit-twaqqif ta’ Entra Eiendom AS (ref. Paragrafu 3 tal-Liġi tat-18 ta’ Frar 2000, Nru 11) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim taż-ŻEE. L-għajnuna ingħatat kontra l-obbligi proċedurali ta’ l-Artikolu 1(3) fil-Parti 1 tal-Protokoll 3 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, u ma tikkwalifikax għal eżenzjonijiet skond l-Artikoli 61(2) jew 61(3) tal-Ftehim taż-ŻEE.

2.

Il-Gvern Norveġiż għandu jirkupra mingħand Entra l-bolla u l-miżati tar-reġistrazzjoni mhux imħallsa, bl-interessi akkumulati abbażi tar-rata ta’ imgħax ta’ referenza, minn dakinhar li kellhom jitħallsu d-dazji tas-sisa, sal-jum ta’ l-irkupru.

3.

Il-Gvern Norveġiż għandu jkun infurmat permezz ta’ ittra li tkun tinkludi kopja ta’ din id-Deċiżjoni.

4.

Il-Gvern Norveġiż għandu jinforma lill-Awtorità fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li jkun ħa biex jikkonforma magħha.

5.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tkun infurmata, skond il-punt (d) tal-Protokoll 27 tal-Ftehim taż-ŻEE, permezz ta’ kopja ta’ din id-Deċiżjoni.

6.

Stati EFTA, Stati Membri tal-KE, u partijiet interessati għandhom ikunu infurmati bil-pubblikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni fil-verżjoni tagħha bil-lingwa awtentika fis-Sezzjoni taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u s-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

7.

Id-Deċiżjoni hija awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Diċembru 2005.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA

Einar M. BULL

President

Kurt JÄGER

Membru tal-Kulleġġ


(1)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim taż-ŻEE

(2)  Minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

(3)  Regoli Proċedurali u Sostantivi fil-Qasam ta’ l-Għajnuna mill-Istat (Linji-Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat, adattati u maħruġa mill-Awtorità tas-Sorveljanza ta’ l-EFTA fid-19 ta’ Jannar 1994, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali L 231, 3.9.1994. Il-linji-gwida dwar l-għajnuna mill-Istat jinsabu fuq il-websajt ta’ l-Awtorità: www.eftasurv.int

(4)  Deċ. Nru: 132/04COL. Id-deċiżjoni li tinfetaħ proċedura formali ta’ investigazzjoni ġiet ippubblikata fil-ĠU C 319, 23.12.2004, p. 17, u fis-suppliment taż-ŻEE nru 64, ta’ l-istess data, p. 46 Id-deċiżjoni tinstab ukoll fuq il-homepage ta’ l-Awtorità: http://www.eftasurv.int/fieldsofwork/fieldstateaid/stateaidregistry/sadecinor04/132_04_entra.DOC

(5)  “St prp nr 84 (1998-99) Om ny strategi for Statsbygg og etablering av Statens utleiebygg AS”. L-isem oriġinali tal-kumpanija kien “Statens utleiebygg AS”. Minn issa tintuża “Entra” għal Entra Eiendom AS u Statens utleiebygg AS.

(6)  “Ot prp nr 83 (1998-99) Om lov om omdanning av deler av Statsbyggs eiendomsvirksomhet til aksjeselskap”. Liġi tat-18 ta’ Frar 2000, Nru 11.

(7)  Sors: http://www.statsbygg.no/english/

(8)  Traduzzjoni mhux uffiċjali mill-Awtorità.

(9)  “St.prp. nr. 1 Tillegg nr. 10 (1999-2000) Om etablering av Statens utleiebygg AS”.

(10)  “Porteføljevurdering konkurransebyggene Statsbygg” Ittra lil Statsbygg li ġġib id-data 10.8.99 bil-valutazzjonijiet tas-CEC.

(11)  “St.prp. nr. 1 Tillegg nr. 10 (1999-2000) Om etablering av Statens utleiebygg AS”.

(12)  “Statens utleiebygg AS – Fastsettelse av åpningsbalanse og endelige bevilgninger til egenkapital og lån” Kongelig resolusjon av 22.6.2000

(13)  Il-Grupp jikkonsisti minn, barra Entra eiendom AS, Entra Service AS, Universitetsgaten 2 AS, Biskop Gunnerus gate 14 AS, Iinstituttveiein 24 AS, Entra Kultur 1 AS, Langkaia 1 AS, Kr Augustgate 23 AS, Nonnen utbygging AS u Krambugt 3 AS. Sors: Rapport Annwali 2004 Ara http://www.entraeiendom.no/files/Entra_Eiendom_Arsrapport_2004.pdf

(14)  Rata tal-kambju għall-2004: 1 EUR = 8,3715 NOK.

(15)  Sors: Rapport Annwali ta’ Entra 2004.

(16)  Rata tal-kambju fit-30 ta’ Ġunju 2000: 1 EUR = 8,1815 NOK.

(17)  ĠU L 77, 24.3.2003, p. 21.

(18)  Sors: Statens Kartverk – Tinglysingen, ara: http://www.statkart.no/IPS/tinglysing/?module=Articles;action=ArticleFolder.publicOpenFolder;ID=2207

(19)  f. inter alia Dokumentavgift 2000 – S12-DOK-2001 u Rundskriv nr. 12/2005 S, li għalihom issir referenza hawn taħt. Ara wkoll http://www.toll.no/upload/dokumentavgift1_1.pdf

(20)  It-test bin-Norveġiż huwa kif ġej: “Det gis ikke fritak for dokumentavgift med mindre det er direkte hjemmel i loven eller stortingsvedtak”.

(21)  Għandha ssir referenza wkoll għal-liġi nru 44 u l-liġi nru 45 tat-13 ta’ Ġunju 1997 dwar il-kumpaniji b’responsabbiltà limitata u l-kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata, rispettivament.

(22)  Wieħed jista’ jirreferi, fiċ-Ċirkolari G-37/90, għal paġna 1, punt 1.3 fid-Dokumentavgift 2000 u għal punt 1.3 fir-Rundskriv nr. 12/2005 S.

(23)  L-Awtorità tieħu nota tal-kumment tal-Gvern Norveġiż fil-punt 4.3 fl-ittra tiegħu ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003 li wieħed jista’ jiddiskuti dwar “jekk ir-reġistrazzjoni ta’ dokument għandhiex tkun aktar meħtieġa bħala espressjoni ta’ trasferiment tat-titolu. Il-kwistjoni għadha madankollu tiġi kkunsidrata mill-Ministeru tal-Ġustizzja”. Madankollu, l-fatt jibqa’ li ċirkolari wara l-oħra tal-Gvern żammet ma’ dik il-pożizzjoni sa Ġunju 2005 u bidlet biss il-prassi ta’ reġistrazzjoni fejn jidħlu reġistrazzjonijiet wara dik id-data.

(24)  Dan iseħħ anki jekk il-kumpanija li nħolqot wara l-firda (B) tibqa’ ġġorr isem il-kumpanija oriġinali (A), peress li fil-verità sid il-proprjetà immobbli jibqa’ l-istess wieħed, jiġifieri l-kumpanija oriġinali (A). Dan jitqies sempliċement bħala bdil fl-isem. Ara wkoll l-opinjoni tal-Minsteru Norveġiż tal-Ġustizzja ppubblikata f’U87-4.

(25)  Cf. Punt 7h) ta’ l-ittra.

(26)  Cf. Pereż. Punt 3.9 in Rundskriv nr. 12/2005 S.

(27)  “Rundskriv G-6/05: Den tinglysingsmessige fremgangsmåten når fast eiendom blir overført i forbindelse med fusjon, fisjon og omdanning”. Iċ-Ċirkolari tinstab fuq il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja: http://odin.dep.no/jd/norsk/dok/regelverk/rundskriv/012081-250018/dok-bn.html

(28)  F’ċerti każi ta’ riorganizzazzjoni fil-ħidmiet ta’ tħejjija ma ngħataw l-ebda raġunijiet għall-eżenzjonijiet. F’oħrajn, id-dispożizzjoni hija meqjusa bħala devjazzjoni mir-regoli normali dwar id-dazju tas-sisa. Jingħad, barra minn hekk, li d-dispożizzjoni tikkorrispondi għal dispożizzjoni simili fejn jidħlu trasformazzjonijiet oħra ta’ impriżi statali f’kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata. Fl-aħħarnett, jingħad ta’ spiss li d-dispożizzjoni kkonċernata tikkorrispondi għall-istrateġija dwar it-trasferiment ta’ proprjetà immobbli fil-każ ta’ amalgamazzjonjiet ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata u banek.

(29)  Ara http://www.odin.dep.no/repub/00-01/stprp/80

(30)  Ara http://www.odin.dep.no/repub/00-01/stprp/93

(31)  Ara http://www.odin.dep.no/filarkiv/226433/STP0405001-T06-TS.pdf

(32)  Ara http://www.odin.dep.no/repub/00-01/stprp/20

(33)  Ara http://odin.dep.no/nhd/norsk/dok/regpubl/stmeld/024001-040006/dok-bn.html

(34)  Ara http://www.odin.dep.no/filarkiv/208116/STP0304053-TS.pdf

(35)  Ara http://odin.dep.no/filarkiv/207892/OTP0304063-TS.pdf

(36)  It-test bin-Norveġiż huwa kif ġej: “Den foreslåtte omorganiseringen av Statkraft vil medføre at det påløper dokumentavgift til staten, jf Stortingets vedtak om dokumentavgift § 1 første ledd. Utgiften vil være i størrelsesorden 1,5 milliarder kroner. Departementet legger til grunn at Statkraft betaler dokumentavgift i tråd med lovens normalordning. Utgifter til dokumentavgift vil redusere overskuddet til selskapet og dermed også utbyttegrunnlaget”.

(37)  Ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 2004 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija.

(38)  Cf. Każijiet konġunti 67/85 u 70/85 Van der Kooy v Commission [1988] ECR 219; Każ C-290/83, Il-Kummissjoni v Franza [1985] ECR 439; Każ C-482/99, Ir-Repubblika Franċiża v Il-Kummissjoni [2002] ECR I-4397; Każ C-379/98 Preussen Elektra AG v Schleswag AG [2001] ECR-I 2099.

(39)  “St prp nr 84 (1998-99) Om ny strategi for Statsbygg og etablering av Statens utleiebygg AS”. Ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 1999.

(40)  Lov av 15.6.2001“Om omdanning av Jernbaneverkets kommersielle televirksomhet til aksjeselskap”.

(41)  Lov av 17.12.2004“Om omdanning av Kystverkets produksjonsvirksomhet til statsaksjeselskap”.

(42)  It-test bin-Norveġiż huwa kif ġej: “Departementet legger til grunn at Statkraft betaler dokumentavgift i tråd med lovens normalordning.

(43)  Ara punt I.4 hawn fuq.

(44)  Ara f’dan il-kuntest: Każ 173/73 L-Italja v Il-Kummissjoni [1974] ECR 709 (paragrafu 33) u Każ C-75/97 Ir-Renju tal-Belġju v. Il-Kummissjoni [1999] ECR Paġna I-3671.

(45)  Cf. Inter alia Każijiet Konġunti E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil, Pil u r-Renju tan-Norveġja v l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, sentenza tal-21 ta’ Lulju 2005 (paragrafi 82-85); Każ 173/73 L-Italja v Il-Kummissjoni, [1974] ECR 709 (paragrafu 33), Każ C-143/99 Adria Wien Pipeline ECR I-8365 (paragrafu 42); Każ C-157/01 Ir-Renju ta’ l-Olanda v. Il-Kummissjoni, iċċitat aktar qabel (paragrafu 42), u Każ C-308/01 GIL Insurance Ltd, iċċitati aktar qabel.

(46)  Cf. Pereż il-Każ C-157/01 Ir-Renju ta’ l-Olanda v. Il-Kummissjoni iċċitat qabel, paragrafu 43.

(47)  Ara punt I.4 hawn fuq.

(48)  Każ C 27/9 ippubblikat fil-ĠU L 77, 24.3.2003, p. 21.

(49)  Cf. Paragrafu 37 tad-deċiżjoni.

(50)  Cf. Paragrafi 76-81 tad-deċiżjoni.

(51)  Cf. Każ 173/73 L-Italja v Il-Kummissjoni [1974] ECR 709.

(52)  Cf. Każ T-157/01 Danske Busvognmænd v Il-Kummissjoni, sentenza tas-16 ta’ Marzu 2004, para. 57.

(53)  Ittra li ġġib id-data ta’ l-4 ta’ Ġunju 2003, tas-16 ta’ Settembru 2004 u tat-30 ta’ Ġunju 2005 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija.

(54)  Cf għal approċċ rispettiv fi ħdan qasam relatat ta’ għajnuna mill-Istat, il-Każ C-280/00 Altmark Trans GmbH [2003] ECR I-7747 (paragrafi 83-95). Ara wkoll il-punti 117 sa 129 ta’ l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Każ C-126/01 GEMO [2003] ECR I-13769.

(55)  Ara l-ittra li ġġib id-data tas-16 ta’ Settembru 2004 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija.

(56)  Każi 730/79, Philip Morris Holland BV v il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, paragrafu 11.

(57)  Cf. Inter alia Każ C-126/01 Gemo, sentenza ta’ l-20 ta’ Novembru 2003; Każ E-6/98, Il-Gvern tan-Norveġja v L-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA [1999] Rapport tal-Qorti ta’ l-EFTA, paġ. 76, para 59 Każ 730/79, Philip Morris v il-Kummissjoni [1980] ECR 2671, paragrafu 11.

(58)  Każijiet Konġunti E-5/04, E-6/04 u E-7/04 Fesil, Pil u r-Renju tan-Norveġja v l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA, sentenza tal-21 ta’ Lulju 2005 (paragrafi 94).

(59)  Każi Konġunti T-298/97 – T-312/97 e.a Alzetta a.o. v Il-Kummissjoni, [2000] ECR-2319, paragrafi 76-78.

(60)  Każ T-55/99, CETM v Il-Kummissjoni [2000] ECR II-3207, paragrafu 86.

(61)  Każ C-303/88, L-Italja v Il-Kummissjoni [1991] ECR I-1433, paragrafu 27; Każi konġunti C-278/92 sa C-280/92 Spanja v Il-Kummissjoni [1994] ECR I-4103, paragrafu 40.

(62)  L-Assoċjazzjoni tal-Proprjetà Immobbli Kummerċjali hija parti mill-Federazzjoni ta’ l-Industriji tal-Bini Norveġiża (“Byggenæringens Landsforening (BNL)”). Il-BNL hija parti mill-Konfederazzjoni ta’ l-Intrapriża Norveġiża (NHO).

(63)  Sors: http://www.foreningen-naringseiendom.no/medlemsbedriftene

(64)  Sors: http://www.olavthon.no/

(65)  Sors: http://www.ne.no/linstow

(66)  Sors: http://www.ica.no/FrontServlet?s=eiendom&state=eiendom_dynamic&viewid=919&expand=1

(67)  Sors: http://www.aberdeenpropertyinvestors.no

(68)  Cf. Każ C-350/93 Il-Kummissjoni v L-Italja [1995] ECR I-699, paragrafu 22.

(69)  Cf. Il-każ C-75/97 Il-Belġju v il-Kummissjoni [1995] ECR I-3671, paragrafu 66, u l-Każ C-310/99 L-Italja v Il-Kummissjoni [2002] ECR I-2289, paragrafu 99.

(70)  Cf. Każ C-169/95 Spanja v Il-Kummissjoni [1997] ECR I-135, paragrafu 51.


16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/65


RAKKOMANDAZZJONI TA’ L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 119/07/COL

tas-16 ta’ April 2007

dwar il-monitoraġġ tal-livelli fl-isfond tad-diossini, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini, u tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim taż-ŻEE”), b’mod partikolari l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta’ l-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att li jissemma fil-Punt 54zn a tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 tat-8 ta' Marzu 2001 li jistabbilixxi livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta' l-ikel  (1),

kif emendata u adattata għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att li jissemma fil-Punt 54zzc tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE,

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE tat-26 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi l-metodi għat-teħid ta' kampjuni u l-metodi ta' l-analiżi għall-kontroll uffiċjali tad-diossini u d-determinazzjoni ta' PCBs li jixbħu d-diossini fl-oġġetti ta' l-ikel  (2),

kif emendat u adattat għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT id-Deċiżjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA 37/07/COL tas-27 ta’ Frar 2007, fejn il-Membru tal-Kulleġġ kompetenti jingħata struzzjonijiet biex jadotta r-Rakkomandazzjoni jekk l-abbozz tar-Rakkomandazzjoni ikun skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel ta’ l-EFTA (EFC),

BILLI r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 jistabbilixxi livelli massimi għad-diossini u għas-somma tad-diossini u tal-Bifenili Poliklorinati (PCBs) li jixbhu lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel,

BILLI jeħtieġ li tiġi ġenerata data affidabbli maż-Żona Ekonomika Ewropea kollha dwar il-preżenza tad-diossini, tal-furani u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini fl-akbar firxa ta’ oġġetti ta’ l-ikel sabiex ikun hemm stampa ċara tat-tendenzi maż-żmien fil-preżenza fl-isfond ta’ dawn is-sustanzi fl-oġġetti ta’ l-ikel,

BILLI r-Rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA 144/06/COL tal-11 ta’ Mejju 2006 dwar it-tnaqqis tal-preżenza tad-diossini, tal-furani u tal-PCBs fl-oġġetti ta’ l-għalf u fl-oġġetti ta’ l-ikel tirrakkomanda li l-Istati ta’ l-EFTA jwettqu monitoraġġ mhux sistematiku tal-preżenza tad-diossini, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini u, jekk ikun possibbli, tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel skond ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2004/705/KE (3),

BILLI r-Rakkomandazzjoni 2004/705/KE tirrakkomanda lill-Istati Membri frekwenza minima ta’ kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment għall-kategoriji differenti ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel kif ukoll il-format tar-rapportaġġ tar-riżultati għall-monitoraġġ tal-preżenza fl-isfond tad-diossini, tal-furani u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel,

BILLI huwa xieraq li jiġi emendat il-programm kurrenti ta’ monitoraġġ stabbilit fir-Rakkomandazzjoni 2004/705/KE billi jitqiesu l-esperjenzi miksuba u li l-Istati ta’ l-EFTA taż-ŻEE jipparteċipaw fl-investigazzjoni fil-livelli tad-diossini, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini u tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel,

BILLI huwa importanti li d-data miġbura skond din ir-Rakkomandazzjoni tiġi rapportata fuq bażi regolari lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA u li, skond l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA tgħaddi dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea, li se tiżgura l-kompilazzjoni ta’ dik id-data f’database. Għandha wkoll tkun ipprovduta data minn snin reċenti miksuba billi sar użu minn metodu ta’ analiżi li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/69/KE,

BILLI l-miżuri provduti f’din ir-Rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Oġġetti ta’ l-Ikel ta’ l-EFTA li qed jgħin lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA,

HAWNHEKK TIRRAKKOMANDA LI L-ISTATI TA’ L-EFTA:

1.

Mis-sena 2007 ’il quddiem sal-31 ta’ Diċembru 2008 iwettqu l-monitoraġġ tal-preżenza fl-isfond tad-diossini, tal-furani u tal-bifenili poliklorinati (PCBs) li jixbhu lid-diossini fl-oġġetti ta’ l-ikel billi tintuża l-frekwenza minima rakkomandata tal-kampjuni li għandhom jiġu analizzati annwalment, kif inhu previst fit-tabella ta’ l-Anness I bħala gwida.

2.

Jekk ikun possibbli, li jwettqu anki l-analiżi tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini fl-istess kampjuni.

3.

Li jipprovdu fuq bażi regolari lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA d-data ta’ monitoraġġ bl-informazzjoni u fil-format kif previst fl-Anness II għall-kompilazzjoni f’database waħda. Għandha wkoll tkun ipprovduta data minn snin reċenti miksuba billi sar użu minn metodu ta’ analiżi li jikkonforma mar-rekwiżiti, stabbiliti mid-Direttiva 2002/69/KE u li jirriflettu l-livelli fl-isfond.

4.

Ir-referenzi għar-Rakkomandazzjoni 2004/705/KE fir-Rakkomandazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA 144/06/COL tal-11 ta’ Mejju għandhom jiġu interpretati bħal referenzi għal din ir-Rakkomandazzjoni.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ April 2007.

Għall-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ

Niels FENGER

Direttur


(1)  ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1.

(2)  ĠU L 209, 6.8.2002, p. 5.

(3)  ĠU L 321, 22.10.2004, p. 45.


ANNESS I

Tabella:

Ħarsa ġenerali lejn in-numru minimu rakkomandat ta’ kampjuni ta’ l-ikel sabiex ikunu analizzati annwalment. Id-distribuzzjoni tal-kampjuni hija bbażata fuq il-produzzjoni f’kull pajjiż. Tingħata attenzjoni partikolari lill-oġġetti ta’ l-ikel li mistennija jkollhom varjzzjoni kbira fil-livelli fl-isfond tad-diossini, tal-furani u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini. Dan jgħodd partikolarment għall-ħut.


Il-prodott, inklużi wkoll il-prodotti derivati

L-akwakultura

(*)

Il-ħut selvaġġ maqbud

(**)

Il-laħam

(***)

Il-ħalib

(****)

Il-bajd

(*****)

Oħra

(******)

Total

In-Nru. ta’ kampjuni

 

 

 

 

 

 

 

In-Norveġja

 

 

 

 

 

 

 

L-Iżlanda

 

 

 

 

 

 

 

Rimarki dwar it-Tabella

Il-figuri li jissemmew fit-tabella huma figuri minimi. L-Istati ta’ l-EFTA taż-ŻEE huma mistiedna jieħdu aktar kampjuni.

(*)   L-akwakultura: Il-kampjuni għall-akwakultura għandhom jinqasmu bl-ispeċijiet ta’ ħut bi proporzjon għall-produzzjoni.

(**)   Il-ħut selvaġġ maqbud: Il-kampjuni għall-ħut selvaġġ maqbud għandhom jinqasmu bl-ispeċijiet ta’ ħut bi proporzjon għall-qabda. Għandha tiingħata attenzjoni speċjali għas-sallur selvaġġ maqbud.

(***)   Il-laħam: Minbarra l-laħam u l-prodotti tal-laħam li joriġinaw mill-bovini mrobbijin għal-laħam, mill-ħnieżer, mit-tjur u min-ngħaġ, għandu jittieħed numru sinifikanti ta’ kampjuni mil-laħam taż-żiemel, mil-laħam tar-renni, mil-laħam tal-mogħoż, mil-laħam tal-fniek, mil-laħam taċ-ċriev u mil-laħam ta’ l-annimali tal-kaċċa.

(****)   Il-ħalib: Proporzjon kbir ta’ kampjuni tal-ħalib għandhom jittieħdu minn ħalib ta’ l-irziezet (prinċipalment ħalib il-baqar). Huwa wkoll xieraq li jittieħdu kampjuni ta’ ħalib u ta’ prodotti tal-ħalib għajr minn ħalib il-baqar (ħalib il-mogħoż, eċċ …).

(*****)   Il-bajd: Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-bajd tat-tiġieġ imrobbijin barra, u għandhom jittieħdu kampjuni wkoll tal-bajd tal-papri, tal-wiżż u tas-summien.

(******)   Oħra: F’din il-kategorija għandha tingħata attenzjoni partikolari lil:

supplimenti ta’ l-ikel (partikolarment dawk ibbażati fuq żejt tal-baħar),

ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar,

prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw minn reġjuni fejn minħabba, eż. kundizzjonijiet klimatiċi li rriżultaw f’għargħar, kien hemm bidliet fil-kundizzjonijiet tal-produzzjoni li possibbilment setgħu jaffetwaw il-konċentrazzjoni tad-diossini u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini tal-prodotti ta’ l-ikel fir-reġjun.


ANNESS II

A.   Noti ta’ spjegazzjoni għall-formola għar-riżultati analitiċi tad-diossini, tal-furani u tal-PCBs li jixbhu lid-diossini u ta’ PCBs oħra fl-ikel

1.   Informazzjoni ġenerali dwar il-kampjuni analizzati

Il-kodiċi tal-kampjun: kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-kampjun.

Il-pajjiż: isem l-Istat Membru fejn twettaq il-monitoraġġ.

Is-sena: is-sena meta twettaq il-monitoraġġ.

Il-prodott: l-oġġett ta’ l-ikel analizzat – iddeskrivi l-oġġett ta’ l-ikel bl-aktar mod preċiż possibbli.

L-istadju tal-kummerċjalizzazzjoni: il-post fejn inġabar il-prodott (il-kampjun).

It-tessut: il-parti tal-prodott li ġiet analizzata.

L-espressjoni tar-riżultati: Ir-riżultati għandhom jiġu espressi fuq il-bażi li fuqha ġew stabbiliti l-livelli massimi. Fil-każ ta’ l-analiżi tal-PCBs li ma jixbhux lid-diossini, huwa ferm rakkomandat li l-livelli jiġu espressi fuq l-istess bażi.

It-tip ta’ teħid ta’ kampjuni: teħid ta’ kampjuni mhux sistematiku — jistgħu jiġu rapportati wkoll ir-riżultati analitiċi minn teħid ta’ kampjuni mmirat imma jrid jiġi indikat b’mod ċar li t-teħid ta’ kampjuni kien immirat u mhux bilfors jirrifletti l-livelli normali fl-isfond.

In-numru ta’ sottokampjuni: jekk il-kampjun analizzat huwa kampjun ippuljat, għandu jiġi notifikat in-numru ta’ sottokampjuni (in-numru ta’ individwi). Jekk ir-riżultat analitiku jkun ibbażat biss fuq kampjun wieħed, għandu jkun notifikat wieħed. In-numru ta’ sottokampjuni f’kampjun ippuljat jista’ jvarja, allura jekk jogħġbok speċifika dan għal kull kampjun.

Il-metodu ta’ produzzjoni: konvenzjonali/organiku (l-aktar dettaljat possibbli).

Iż-żona: sakemm ikun rilevanti, id-distrett jew ir-reġjun fejn inġabar il-kampjun, jekk ikun possibbli b’indikazzjoni jekk jikkonċernax żona rurali, żona urbana, żona industrijali, port, medda ta’ baħar lilhinn mill-art, eċċ., eż. Brussell – żona urbana, Il-Mediterran – medda ta’ baħar lilhinn mill-art. Huwa partikolarment importanti li ż-żona tkun indikata b’mod ċar f’każ li l-kampjun ikun inġabar minn ikel li ġie prodott f’reġjuni li ġew mgħarrqa.

Il-kontenut ta’ xaħam (%): il-perċentwali tal-kontenut ta’ xaħam fil-kampjun.

Il-kontenut ta’ rtuba (%): il-perċentwali tal-kontenut ta’ rtuba fil-kampjun (jekk ikun disponibbli).

2.   Informazzjoni ġenerali dwar il-metodu ta’ analiżi li ntuża

Il-metodu ta’ analiżi: irreferi għall-metodu li ntuża.

L-istatus ta’ akkreditazzjoni: speċifika jekk il-metodu analitiku hux akkreditat jew le.

L-inċertezza: l-inċertezza tal-limitu tad-deċiżjoni jew il-perċentwali ta’ l-inċertezza mkabbra tal-kejl inkluż fil-metodu analitiku.

Il-metodu ta’ estrazzjoni tal-lipidi: speċifika l-metodu ta’ estrazzjoni tal-lipidi li ntuża sabiex ikun iddeterminat il-kontenut ta’ xaħam tal-kampjun.

3.   Ir-riżultati analitiċi

Id-diossini, il-furani, il-PCBs li jixbhu lid-diossini: ir-riżultati ta’ kull congener (sustanza kimika relatata ma’ oħra) għandhom ikunu rapportati f’ppt — pikogramma/gramma (pg/g).

Il-PCBs li ma jixbhux lid-diossini: ir-riżultati ta’ kull congener għandhom jiġu raporatati f’ppb —nanogramma/gramma jew mikrogramma/kilò (ng/g jew μg/kg).

LOQ: Il-limitu ta’ kwantifikazzjoni f’pg/g (għad-diossini, għall-furani u għall-PCBs li jixbhu lid-diossini) jew μg/kg — ng/g (għall-PCBs li ma jixbhux lid-diossini).

Għall-congeners iddeterminati imma li huma taħt l-LOQ (il-limitu ta’ kwantifikazzjoni) il-każ għandu jiġi mmarkat bħala < LOQ (il-LOQ għandu jkun irrapportat bħala valur).

Għall-congeners tal-PCBs li ġew analizzati minbarra l-PCB-6 u l-PCBs li jixbhu lid-diossini, in-numru ta’ congeners tal-PCBs jeħtieġ li jiġu miżjuda mal-formola, eż. 31, 99, 110, eċċ. Jekk il-kampjun jiġi analizzat għal aktar congeners tal-PCBs milli hemm ringieli mmarkati, kemm iżżid ringieli ġodda fil-qiegħ tal-formola.

4.   Rimarki ġenerali dwar it-tabella

Ir-rapportaġġ tar-rata ta’ rkupru

Ir-rapportaġġ tar-rata ta’ rkupru huwa fakultattiv jekk ir-rata ta’ rkupru għall-congeners individwali taqa’ fil-firxa ta’ 60-120 %. F’każ li r-rata ta’ rkupru għal uħud mill-congeners individwali taqa’ barra minn dik il-firxa, ir-rapportaġġ tar-rata ta’ rkupru jkun fakultattiv.

Ir-rapportaġġ tal-LOQ

Ir-rapportaġġ tal-LOQ mhux meħtieġ imma fil-kolonna tar-riżultati, il-congeners li mhumiex ikkwantifikati jridu jiġu rapportati bħala < LOQ (il-figura effettiva).

Ir-rapportaġġ tal-valur tat-TEQ għall-congeners individwali

Il-kolonna għall-valuri tat-TEQ għall-congeners individwali hija fakultattiva.


ANNESS III

B.   Formola għar-rapportaġġ tar-riżultati analitiċi speċifiċi għall-congeners tad-diossini, tal-furani, tal-PCBs li jixbhu lid-diossini u ta’ PCBs oħra fl-ikel

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

16.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 275/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.