ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
27 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2008 tas-26 ta’ Settembru 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/756/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1/2008 ta’ Assoċjazzjoni UE/Eġittu ta' l-14 ta' Ġunju 2004 dwar l-istabbiliment tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

5

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/757/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Settembru 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn jew li jiġu kkunsinjati miċ-Ċina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5599)  ( 1 )

10

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/758/KE

 

*

Linja ta’ Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-26 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (BĊE/2008/6)

12

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/759/PESK tal-25 ta' Settembru 2008 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

15

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/760/PESK tal-25 ta’ Settembru 2008 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

16

 

 

Corrigendum

 

 

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98 ( ĠU L 258, 26.9.2008 )

19

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 952/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

30,0

TR

118,2

ZZ

74,1

0707 00 05

JO

156,8

TR

88,7

ZZ

122,8

0709 90 70

TR

103,8

ZZ

103,8

0805 50 10

AR

70,0

EG

71,4

TR

110,6

UY

65,9

ZA

78,7

ZZ

79,3

0806 10 10

TR

93,8

US

132,8

ZZ

113,3

0808 10 80

BR

56,2

CL

101,6

CN

71,3

NZ

122,3

US

115,6

ZA

90,1

ZZ

92,9

0808 20 50

CN

95,0

TR

134,5

ZA

113,7

ZZ

114,4

0809 30

TR

89,5

US

170,8

ZZ

130,2

0809 40 05

IL

102,8

TR

78,6

XS

53,9

ZZ

78,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 953/2008

tas-26 ta’ Settembru 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 930/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 255, 23.9.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mis-27 ta’ Settembru 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,98

3,81

1701 11 90  (1)

24,98

9,04

1701 12 10  (1)

24,98

3,66

1701 12 90  (1)

24,98

8,61

1701 91 00  (2)

26,80

11,83

1701 99 10  (2)

26,80

7,31

1701 99 90  (2)

26,80

7,31

1702 90 95  (3)

0,27

0,38


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 1/2008 TA’ ASSOĊJAZZJONI UE/EĠITTU

ta' l-14 ta' Ġunju 2004

dwar l-istabbiliment tar-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

(2008/756/KE)

IL-KUNSILL TA’ ASSOĊJAZZJONI UE/EĠITTU,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra, u b’mod partikolari l-Artikoli 74 sa 80 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2004.

(2)

Ir-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE/Eġittu għandhom jiġu adottati,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut alternattivament għal perijodi ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Presidenza tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data ta’ l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2004.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jiltaqa’ regolarment fuq livell ministerjali mill-inqas darba fis-sena. Jekk il-Partijiet jaqblu hekk jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, fuq talba ta’ waħda mill-Partijiet.

Dment li l-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, kull sessjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandha ssir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f’ data li jaqblu dwarha ż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b’mod konġunt mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bi qbil mal-President.

Artikolu 3

Rappreżentazzjoni

Il-membri tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistgħu jkunu rappreżentati jekk ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jkun rappreżentat b’dan il-mod, huwa għandu jinnotifika lill-President dwar l-isem tar-rappreżentant tiegħu qabel il-laqgħa li fiha hu ser ikun hekk rappreżentat.

Ir-rappreżentant ta’ membru tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta’ dak il-membru.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Il-membri tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta’ kull Parti.

Rappreżentant tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment għandu jattendi l-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni bħala osservatur meta kwistjonijiet li jikkonċernaw lill-Bank ikunu jidhru fuq l-aġenda.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz ta’ qbil bejn il-Partijiet, jista’ jistieden persuni li m’humiex membri biex jattendu l-laqgħat tiegħu sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.

Artikolu 5

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u uffiċjal ta’ l-Ambaxxata tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu fi Brussell għandhom jaġixxu flimkien bħala segretarji tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 6

Korrispondenza

Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fl-indirizz tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.

Iż-żewġ segretarji għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tiġi mgħoddija lill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u, fejn xieraq, tiġi ċċirkolata lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Korrispondenza ċċirkolata għandha tintbagħat lis-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni, lir-Rappreżentanti Permanenti ta’ l-Istati Membri u lill-Ambaxxata tar Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu fi Brussell.

Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu miż-żewġ segretarji lid-destinatarji u jiġu ċċirkolati, fejn xieraq, lill-membri l-oħrajn tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fl-indirizzi indikati fit-tieni paragrafu.

Artikolu 7

Pubbliċità

Dment li ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 8

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tiġi mgħoddija mis-segretarji tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fir-rigward tagħhom il-President jkun irċieva talba għall-inklużjoni fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, ħlief li tali punti m’għandhomx jinkitbu fl-aġenda proviżorja dment li ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni sekondarja lis-segretarji mhux aktar tard mid-data tat-trasmissjoni ta’ l-aġenda.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa. Jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda xi punt ieħor barra minn dawk li jidhru fuq l-aġenda proviżorja jekk il-Partijiet jaqblu hekk.

2.   Il-President jista’, bi qbil mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta’ żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jittieħed kont tal-ħtiġiet ta’ xi każ partikolari.

Artikolu 9

Minuti

L-abbozz tal-minuti ta’ kull laqgħa għandhom jitfasslu miż-żewġ segretarji.

Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta’ kull punt fuq l-aġenda:

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni,

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ikun talab li jiddaħħlu,

id-deċiżjonijiet meħuda, id-dikjarazzjonijiet li jkun sar qbil dwarhom u l-konklużjonijiet adottati.

L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Dawn għandhom jiġu approvati fi żmien sitt xhur wara kull laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Meta jiġu approvati, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ segretarji. Il-minuti għandhom jiġu ffajljati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea; kopja awtentika ċċertifikata għandha tintbagħat lil kull wieħed mill-indirizzati msemmija fl-Artikolu 6.

Artikolu 10

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu permezz tal-qbil reċiproku tal-Partijiet.

Fil-perijodu ta’ bejn il-laqgħat, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jadotta deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet permezz ta’ proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.

2.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fis-sens ta’ l-Artikolu 76 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju għandhom ikunu intestati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni” segwiti minn numru ta’ serje progressiva, id-data ta’ l-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tispeċifika d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom ikunu ffirmati mill-President u awtentikati miż-żewġ segretarji.

Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jintbagħtu lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 6.

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jordna l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fil-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Artikolu 11

Lingwi

Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali taż-żewġ Partijiet.

Dment li ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f’dawk il-lingwi.

Artikolu 12

Spejjeż

Il-Komunità u r-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu għandhom iħallsu kull wieħed għall-ispejjeż li huma jagħmlu bħala riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, kemm rigward n-nefqa għall-persunal, l-ivjaġġar u s-sussistenza kif ukoll rigward in-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet.

In-nefqa konnessa ma’ l-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Komunità, bl-eċċezzjoni tan-nefqa konnessa ma’ l-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni għall-Għarbi jew minnu, li għandhom jitħallsu mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Nefqa oħra rrelatata ma’ l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandha titħallas mill-Parti li tospita l-laqgħat.

Artikolu 13

Kumitat ta’ Assoċjazzjoni

1.   Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jiġi assistit fit-twettiq tad-doveri tiegħu mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Il-Kumitat għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u tar-rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, min-naħa l-waħda, u minn rappreżentanti tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu, min-naħa l-oħra.

2.   Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni fejn xieraq u, b’mod ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta’ l-Assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Huwa għandu jikkunsidra kull kwistjoni riferita lilu mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni kif ukoll ta’ kull kwistjoni li tista’ tinqala’ waqt l-implimentazzjoni ta’ kuljum tal-Ftehim Ewro-Mediterranju. Huwa għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta’ deċiżjonijiet/rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni tiegħu.

3.   F’każijiet fejn il-Ftehim Ewro-Mediterranju jirreferi għal obbligu ta’ konsultazzjoni jew għall-possibbiltà ta’ konsultazzjoni, tali konsultazzjoni tista’ ssir fil-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni. Il-konsultazzjoni tista’ tkompli fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.

4.   L-abbozz tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni huma annessi għal din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 14 ta’ Ġunju 2004.

Għall-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni

Il-President

B. COWEN


ANNESS

REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA’ ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Presidenza

Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut alternattivament għal perijodi ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej f’isem il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u minn rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data ta’ l-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2004.

Artikolu 2

Laqgħat

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandu jiltaqa’ meta ċ-ċirkostanzi jitolbu dan, bil-qbil taż-żewġ Partijiet.

Kull laqgħa tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandha ssir f’ħin u post miftiehem miż-żewġ Partijiet.

Il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandhom jissejħu mill-President.

Artikolu 3

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-President għandu jiġi infurmat dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta’ kull Parti.

Artikolu 4

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea u uffiċjal tar-Gvern tar-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu għandhom jaġixxu flimkien bħala segretarji tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Il-komunikazzjonijiet kollha lill-President tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jew minn għandu fil-qafas ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu indirizzati lis-segretarji tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u s-segretarji u l-President tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.

Artikolu 5

Pubbliċità

Dment li ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi.

Artikolu 6

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-segretarji tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fir-rigward tagħhom il-President jkun irċieva talba għall-inklużjoni fl-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum qabel il-bidu tal-laqgħa, ħlief li tali punti m’għandhomx jinkitbu fl-aġenda proviżorja dment li ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni sekondarja lis-segretarji mhux aktar tard mid-data tad-dispaċċ ta’ l-aġenda.

Il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jista’ jitlob lill-esperti sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari.

L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni fil-bidu ta’ kull laqgħa.

Jista’ jitqiegħed fuq l-aġenda xi punt li m’huwiex wieħed minn dawk li jidhru fuq l-aġenda proviżorja jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu hekk.

2.   Il-President jista’, bi qbil maż-żewġ Partijiet, iqassar il-perijodi speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex jittieħed kont tal-ħtiġiet ta’ każ partikolari.

Artikolu 7

Minuti

Għandhom jittieħdu l-minuti għal kull laqgħa u dawn għandhom ikunu bbażati fuq rikapitulazzjoni mill-President tal-konklużjonijiet li jkun wasal għalihom il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni.

Meta jiġu approvati mill-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u mis-segretarji u ffajljati minn kull waħda mill-Partijiet. Kopja tal-minuti għandha tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4.

Artikolu 8

Deliberazzjonijiet

Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jingħata s-setgħa mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni taħt il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jadotta d-deċiżjonijiet/r-rakkomandazzjonijiet, dawk l-atti għandhom ikunu intestati rispettivament “Deċiżjoni” u “Rakkomandazzjoni”, segwiti minn numru ta’ serje progressiva, id-data ta’ l-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom.

Kull meta il-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni jieħu deċiżjoni, għandhom jiġu applikati mutatis mutandis l-Artikoli 10 u 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/2004 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni li jadottaw ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura.

Artikolu 9

Spejjeż

Kull Parti għandha tħallas għall-ispejjeż irrelatati mal-parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħat tal-Kumitat ta’ Assoċjazzjoni u ta’ kull grupp jew korp ta’ ħidma li jistgħu jiġu stabbiliti skond l-Artikolu 80 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, kemm rigward n-nefqa għall-persunal, l-ivjaġġar u s-sussistenza kif ukoll rigward in-nefqa għall-posta u t-telekomunikazzjonijiet.

In-nefqa konnessa ma’ l-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Komunità, bl-eċċezzjoni tan-nefqa konnessa ma’ l-interpretazzjoni u/jew it-traduzzjoni għall-Għarbi jew minnu, li għandhom jitħallsu mir-Repubblika Għarbija ta’ l-Eġittu.

Nefqa oħra rrelatata ma’ l-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat għandha titħallas mill-Parti li tospita l-laqgħat.


Kummissjoni

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Settembru 2008

li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw l-importazzjoni ta’ prodotti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn jew li jiġu kkunsinjati miċ-Ċina

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 5599)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/757/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji u r-rekwiżiti ġenerali tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53 (2), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta’ emerġenza Komunitarji xierqa għal ikel u għalf importati minn pajjiż terz biex tkun imħarsa s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

Dan l-aħħar il-Kummissjoni Ewropea ġiet mgħarrfa li nstabu livelli għolja ta’ melamina fil-ħalib tat-trabi u fi prodotti oħra tal-ħalib fiċ-Ċina. Il-melamina hija kimika intermedjarja użata fil-manifattura ta’ reżini amminiċi u plastik u tintuża bħala monomeru u bħala addittiv għall-plastik. Il-livelli għolja ta’ melamina fl-ikel jistgħu jirriżultaw f'effetti serji ħafna fuq is-saħħa.

(3)

L-importazzjonijiet ta’ ħalib u ta' prodotti tal-ħalib, inkluż it-trab tal-ħalib, li joriġinaw miċ-Ċina mhumiex permessi fil-Komunità; Madankollu, ċerti prodotti kompożiti (jiġifieri prodotti li fihom, fl-istess waqt, prodott ipproċessat li joriġina mill-annimali u prodott li ma joriġinax mill-annimali) li fihom komponenti ta’ ħalib ipproċessat setgħu waslu fis-swieq tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Minkejja li t-tagħrif fattwali jindika li m' hu importat l-ebda prodott kompożitu li huwa maħsub għall-użi nutrizzjonali partikolari tat-trabi jew tfal żgħar, ċerti prodotti kompożiti bħal dawn, skont il-formulazzjoni speċifika tagħhom u b'mod partikolari l-proporzjon ta' kontenut tal-prodott tal-ħalib, setgħu ġew ippreżentati għall-importazzjoni mingħajr ma għaddew minn kontrolli sistematiċi fuq il-fruntieri skond id-Deċiżjoni 2007/275/KE li tikkonċerna l-listi ta' annimali u prodotti li għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri skond id-Direttivi tal-Kunsill 91/496/KEE u 97/78/KE. Meta jitqies li tali prodotti jirrappreżentaw is-sors primarju, u f’xi każijiet uniku, ta’ nutriment għat-trabi u t-tfal żgħar, huwa xieraq li tiġi pprojbita l-importazzjoni fil-Komunità ta’ kull prodott ta' dan it-tip li joriġina miċ-Ċina.

(5)

Fir-rigward ta’ prodotti kompożiti oħra (bħal gallettini u ċikkulata), li huma biss parti żgħira minn dieta varjata, wara talba mill-Kummissjoni Ewropea għal evalwazzjoni tar-riskji relatati mal-preżenza ta' melamina fi prodott kompożitu, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ħarġet stqarrija li fiha qed tikkonkludi li l-ogħla riskju jkun irrappreżentat mill-agħar xenarju possibbli li skontu tfal b’konsum għoli ta’ kuljum ta’ gallettini u ċikkulata li fihom l-ogħla proporzjon ta’ trab tal-ħalib (li jvarja bejn 16 % u aktar minn 20 %), b’kontaminazzjoni ugwali għall-ogħla livell misjub fit-trab tal-ħalib miċ-Ċina, jistgħu potenzjalment jaqbżu l-limitu tollerat tal-konsum ta’ kuljum (LTK) ta’ melamina (0,5 mg/kg ta’ piż tal-ġisem).

(6)

Biex jaffrontaw ir-riskju għas-saħħa li jista’ jirriżulta minn espożizzjoni għall-kontenut ta’ melamina ta’ prodotti kompożiti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti kompożiti kollha li fihom mill-inqas 15 % ta’ prodott tal-ħalib, li joriġinaw miċ-Ċina, jiġu ttestjati b’mod sistematiku qabel l-importazzjoni fil-Komunità u li l-prodotti kollha bħal dawn li ntwera li fihom il-melamina li taqbeż it-2,5 mg/kg jinqerdu minnufih. Dan il-livell massimu jwieġeb għall-ħtieġa li jiġi żgurat marġinu kbir ta’ sikurezza. Il-prekawzjoni tissuġġerixxi li prodotti kompożiti, li l-kontenut tagħhom ta’ prodott tal-ħalib ma jistax jiġi stabbilit, għandhom jiġu ttestjati wkoll. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-prodotti kompożiti li diġà huma preżenti fil-Komunità jiġu ttestjati b'mod xieraq u jekk ikun meħtieġ, jiġu rtirati mis-suq. L-ispejjeż tat-testijiet għall-importazzjoni u tal-miżuri uffiċjali meħuda fir-rigward ta’ prodotti misjuba li mhumiex konformi mal-livell massimu kkonċernat għandhom jitħallsu mill-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għall-prodotti.

(7)

Biex il-Kummissjoni tkun tista’ tevalwa mill-ġdid kemm huma xierqa dawn il-miżuri, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati mhux favorevoli permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf u għandhom jirrapportaw ir-riżultati favorevoli kull ġimgħatejn.

(8)

Minħabba l-urġenza, fl-istennija tal-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u wara li ġew mgħarrfa l-awtoritajiet Ċiniżi, huwa xieraq li jiġu adottati dawn il-miżuri ta’ ħarsien interim skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 53(2), l-ewwel subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta mill-ġdid skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 53(2), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 178/2002.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti kompożiti li fihom il-ħalib jew prodotti tal-ħalib, maħsuba għall-użu nutrizzjonali partikolari tat-trabi u t-tfal żgħar skond it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 89/398/KEE dwar ikel għal użi nutrizzjonali partikolari, li joriġinaw jew jiġu kkunsinjati miċ-Ċina.

2.   L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli tad-dokumentazzjoni, tal-identità u dawk fiżiċi, inkluża analiżi tal-laboratorju, fuq il-kunsinni kollha li joriġinaw jew li jiġu kkunsinjati miċ-Ċina ta’ prodotti kompożiti li fihom aktar minn 15 % ta’ prodotti tal-ħalib, u fuq il-kunsinni kollha ta’ prodotti kompożiti bħal dawn li l-ammont tagħhom ta’ kontenut ta’ prodott tal-ħalib ma jistax jiġi stabbilit. Dawn il-kontrolli għandhom b’mod partikolari jimmiraw li jaċċertaw li l-livell ta’ melamina, jekk hemm, ma jaqbiżx it-2,5 mg/kg ta’ prodott. Il-kunsinni għandhom jinżammu sakemm joħorġu r-riżultati tal-analiżi tal-laboratorju.

3.   L-Istati Membri għandhom jirraportaw kull riżultat mhux favorevoli tal-analiżi tal-laboratorju msemmija fil-paragrafu 2 permezz tas-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf. Dawn għandhom jirrapportaw lill-Kumissjoni ir-riżultati favorevoli kull ġimgħatejn.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti msemmija fil-paragrafu 2 li diġà tpoġġew fis-suq jiġu soġġetti għal livell xieraq ta' kontrolli bl-għan li jaċċertaw il-livell ta’ melamina.

5.   Kull prodott li jinstab li fih melamina li taqbeż it-2,5 mg/kg ta' prodott, wara l-kontrolli mwettqa skont il-paragrafi 2 u 4, għandu jinqered mingħajr dewmien.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispejjeż li jintefqu fl-implimentazzjoni tal-paragrafu 2 jitħallsu mill-operaturi responsabbli għall-importazzjoni, u li n-nefqa ta’ miżuri uffiċjali meħuda fir-rigward ta’ prodotti misjuba li jaqbżu t-2,5 mg/kg ta’ prodott titħallas mill-operatur tan-negozju tal-ikel responsabbli għal dak il-prodott.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


ORJENTAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/12


LINJA TA’ GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-26 ta’ Awwissu 2008

li temenda l-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali

(BĊE/2008/6)

(2008/758/KE)

IL-BORD EŻEKUTTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u 5.2, l-Artikolu 12.1 u l-Artikolu 14.3,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 tal-21 ta’ Novembru 2002 dwar l-obbligi ta’ rappurtar ta’ l-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-kontijiet finanzjarji trimestrali (1),

Wara li kkunsidra l-Artikolu 14.1 tar-Regoli dwar Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-programm ta’ trasmissjoni rivedut taħt is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 1995 (minn hawn ‘il quddiem “ESA 95”) (2) ħeġġeġ l-introduzzjoni ta’ standards ta’ kodifikar iktar effettivi ta’ data statistika. Biex jikkontribwixxu għall-armonizzazzjoni kumplessiva ta’ l-istandards ta’ trasmissjoni ta’ statistika dwar kontijiet finanzjarji madwar l-Unjoni Ewropea, l-istandards ta’ kodifikar imwaqqfa taħt l-Anness II tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 għandhom jiġu allineati ma’ l-istandards ta’ kodifikar tal-programm ta’ trasmissjoni ta’ l-ESA 95.

(2)

Skond Artikolu 9 tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7, il-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt li jemenda teknikament l-annessi tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7, iżda dawn l-emendi la għandhom ibiddlu l-qafas konċettwali sottolineat u lanqas ma għandhom jaffetwaw il-piż tar-rapport.

(3)

L-armonizzazzjoni ta’ l-istandards ta’ kodifikar ipprovduta f’din il-Linja ta’ Gwida hija emenda teknika li la tibdel il-qafas konċettwali sottolineat taħt l-obbligi ta’ rappurtar ta’ data u d-derogi taħthom stabbiliti fl-Annessi I u III tal-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 u lanqas taffettwa l-piż tar-rapport.

(4)

Il-Bord Eżekuttiv ikkunsidra l-veduti tal-Kumitat ta’ l-Istatistika,

ADOTTA DIN IL-LINJA TA’ GWIDA:

Artikolu 1

Tibdil ta’ l-istandards ta’ trasmissjoni u kkodifikar

L-Anness II għall-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness għal din il-Linja ta’ Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din il-Linja ta’ Gwida għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru, 2008.

Artikolu 3

Indirizzati

Din il-Linja ta’ Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali ta’ l-Istati Membri li adottaw il-euro.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 26 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 334, 11.12.2002, p. 24.

(2)  Kif imniżżel fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea ta’ kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1).


ANNESS

“ANNESS II

Standards fuq it-Trasmissjoni u l-Kodifikar

Għat-trasmissjoni elettronika ta’ l-informazzjoni statistika kif deskritt fl-Artikolu 2, il-BĊNi għandhom jużaw il-faċilità pprovduta mis-SEBĊ, li hija bbażata fuq in-netwerk tat-telekomunikazzjoni ‘SEBĊ-Net’. Il-format tal-messaġġ żviluppat għal dan l-iskambju ta’ informazzjoni statistika huwa l-format ‘GESMES/TS’. Kull serje temporali hija kkodifikata bl-użu ta’ kontijiet ekonomiċi integrati (IEA) kif jidher hawn isfel.

Familja tal-kodiċi IEA

Numru

Isem

Deskrizzjoni

Lista tal-Kodici

1

Frekwenza

Tindika l-frekwenza tas-serje rapportata

CL_FREQ

2

Żona ta’ referenza

Kodiċi tal-pajjiż ISO b’żewġ ċifri alfanumeriku

CL_AREA_EE

3

Indikatur ta’ aġġustament

Tindika jekk ikunx ġie applikat xi tip ta’ aġġustament għas-serje temporali, bħal aġġustamenti staġjonali u/jew tal-jum ta’ xogħol

CL_ADJUSTMENT

4

Valutazzjoni

Tipprovdi informazzjoni fuq il-valutazzjoni tal-prezz

CL_ESA95TP_PRICE

5

Transazzjoni

Tispeċifika t-tip ta’ kont (jiġifieri l-karti tal-bilanċ, it-transazzjonijiet finanzjarji u flussi oħrajn)

CL_ESA95TP_TRANS

6

Assi

Jindika l-assi finanzjarju jew il-kategorija ta’ dejn

CL_ESA95TP_ASSET

7

Settur

Jidentifika s-settur istituzzjonali ta’ rappurtar

CL_ESA95TP_SECTOR

8

Żona tal-kontroparti

Jidentifika ż-żona ta’ residenza tas-settur tal-kontroparti

CL_AREA_EE

9

Settur tal-kontroparti

Jidentifika s-settur istituzzjonali tal-kontroparti

CL_ESA95TP_SECTOR

10

Debitu/kreditu

Jidentifika (tibdil fl-) assi jew (tibdil fid-) dejn

CL_ESA95TP_DC_AL

11

Konsolidazzjoni

Jindika l-istatus ta’ konsolidazzjoni

CL_ESA95TP_CONS

12

Denominazjoni

Unità ta’ kejl

CL_ESA95TP_DENOM

13

Suffiss

Jidentifika t-tabelli inklużi fil-Linja ta’ Gwida BĊE/2002/7

CL_ESA95TP_SUFFIX”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/15


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/759/PESK

tal-25 ta' Settembru 2008

li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta' Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja (EUMM Georgia) (1) b'ammont finanzjarju ta' referenza ta' EUR 31 000 000.

(2)

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-EUMM Georgia għandu jiżdied biex jittieħed kont tal-ħtiġijiet operattivi addizzjonali tal-Missjoni,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Artikolu 14(1) ta' l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK huwa b'dan sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni huwa ta' EUR 35 000 000.”.

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/16


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/760/PESK

tal-25 ta’ Settembru 2008

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-ewwel ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew iddikkjara li kien imħasseb serjament dwar il-konflitt li faqqa’ fil-Ġeorġja u indika li l-Unjoni Ewropea (UE) kienet lesta timpenja ruħha sabiex tappoġġa l-isforzi kollha bil-ħsieb ta’ soluzzjoni paċifika u dejjiema ta’ dan il-konflitt.

(2)

Il-Kunsill Ewropew iddeċieda li kien meħtieġ li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja.

(3)

Fil-15 ta’ Settembru 2008 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-missjoni ta’ osservazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1).

(4)

Fl-istess okkażjoni, il-Kunsill iddeċieda li kien meħtieġ li jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-RSUE għall-kriżi fil-Ġeorġja.

(5)

Ir-RSUE għandu jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Pierre Morel huwa b’dan maħtur Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja għall-perijodu mill-jum tal-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta sat-28 ta’ Frar 2009.

Artikolu 2

Objettivi

Il-mandat tar-RSUE huwa bbażat fuq l-objettivi definiti mill-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew straordinarju ta’ Brussell tal-1 ta’ Settembru 2008 u mill-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Ġeorġja adottati fil-15 ta’ Settembru 2008.

Ir-RSUE għandu jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni Ewropea (UE) fl-għajnuna mogħtija għar-riżoluzzjoni tal-konflitt fil-Ġeorġja.

Artikolu 3

Mandat

Il-mandat tar-RSUE huwa li:

(a)

min-naħa waħda, jikkontribwixxi fit-tħejjija tad-diskussjonijiet internazzjonali previsti mill-punt 6 tal-Ftehim tat-12 ta’ Awwissu 2008, li ser jiffokaw partikolarment fuq:

il-modalitajiet ta’ sigurtà u ta’ stabbiltà fir-reġjun,

il-kwistjoni tar-refuġjati u ta’ dawk spostati internament abbażi tal-prinċipji rikonoxxuti fil-livell internazzjonali, u

kwalunkwe suġġett ieħor bil-qbil komuni tal-Partijiet,

u, min-naħa l-oħra, jikkontribwixxi sabiex tiġi definita l-pożizzjoni tal-UE u jirrappreżentaha, fil-livell tiegħu, matul dawn id-diskussjonijiet;

(b)

jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-Ftehim konkluż fit-8 ta’ Settembru 2008 f’Moska u f’Tbilisi, kif ukoll il-Ftehim tat-12 ta’ Awwissu 2008, f’koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u mal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE);

fil-qafas tal-attivitajiet, imsemmija hawn fuq, bħala kontribut għall-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-qasam tad-drittijiet umani u tal-linji politiċi tagħha f’dan il-qasam, partikolarment dawk dwar it-tfal u n-nisa.

Artikolu 4

Eżekuzzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-mandat tiegħu filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità u d-direzzjoni operattiva tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

2.   Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) għandu jżomm kuntatt privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta’ kuntatt mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u d-direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri l-ispejjeż irrelatati mal-mandat tar-RSUE huwa ta’ EUR 390 000 għall-perijodu mill-jum tal-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta sat-28 ta’ Frar 2009.

2.   In-nefqa ffinanzjata mill-ammont previst fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli mill-jum tal-adozzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta. L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha ssir konformement mal-proċeduri u mar-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

3.   L-amministrazzjoni tal-infiq għandha tkun suġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli lejn il-Kummissjoni għal kull infiq.

Artikolu 6

Kostituzzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tiegħu u l-mezzi finanzjarji korrispondenti disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni tal-iskwadra tiegħu, f’konsultazzjoni mal-Presidenza, assistita mis-SĠ/RGħ, u f’assoċjazzjoni sħiħa mal-Kummissjoni. L-iskwadra għandha tinkludi l-kompetenzi meħtieġa dwar kwistjonijiet speċifiċi ta’ politika, konformement mal-ħtiġijiet tal-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lis-SĠ/RGħ, lill-Presidenza u lill-Kummissjoni informati dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra tiegħu.

2.   L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jipproponu l-issekondar ta’ persunal sabiex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju tal-persunal sekondat lir-RSUE minn Stat Membru jew minn istituzzjoni tal-UE għandu jiġi kopert, rispettivament, mill-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-UE kkonċernati. L-esperti sekondati mill-Istati Membri għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jistgħu jiġu stazzjonati wkoll mar-RSUE. Il-persunal internazzjonali b’kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru tal-UE.

3.   Il-persunal sekondat kollu għandu jibqa’ taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti jew tal-istituzzjoni mandanti tal-UE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tiegħu

Il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni u l-funzjonament korrett tal-missjoni tar-RSUE u l-membri tal-persunal tiegħu għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn mal-Parti jew Partijiet ospitanti, skont il-każ. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards ta’ sigurtà minimi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2), b’mod partikolari fil-ġestjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kull informazzjoni li tkun rilevanti.

2.   Il-Presidenza, il-Kummissjoni, u/jew l-Istati Membri, skond il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

Konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà ta’ persunal skjerat f’kapaċità operattiva barra mill-UE taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, konformement mal-mandat tiegħu u abbażi tas-sitwazzjoni ta’ sigurtà fiż-żona ġeografika taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sabiex jiżgura s-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tiegħu, speċjalment billi:

(a)

jistabbilixxi, jekk ikun il-każ, pjan ta’ sigurtà speċifiku għall-missjoni abbażi tad-direzzjoni mogħtija mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, li jipprovdi għal miżuri ta’ sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali adatti għall-missjoni, li jirregolaw il-immaniġġjar, b’mod sikur, tal-moviment tal-persunal lejn u fiż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-immaniġġjar ta’ inċidenti ta’ sigurtà, u li jipprovdi għal pjan ta’ kontinġenza u pjan ta’ evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-UE jkun kopert b’assigurazzjoni ta’ “riskju għoli” b’kont meħud tas-sitwazzjoni fiż-żona tal-missjoni;

(ċ)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tiegħu li jiġu skjerati barra mill-UE, inkluż persunal ingaġġat lokalment, ikunu ħadu taħriġ ta’ sigurtà adatt qabel u mal-wasla fiż-żona tal-missjoni, ibbażat fuq il-livell ta’ riskju mogħti liż-żona tal-missjoni mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha miftiehma, magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta’ sigurtà, u jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta’ sigurtà fil-qafas tar-rapport intermedju u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu.

Artikolu 11

Rapporti

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment, bil-fomm u bil-kitba, rapporti lis-SĠ/RGħ u lill-KPS. Jekk ikun meħtieġ, ir-RSUE għandu jippreżenta rapport ukoll lill-Gruppi ta’ Ħidma. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari bil-miktub permezz tan-network COREU. Fuq ir-rakkomandazzjoni tas-SĠ/RGħ u tal-KPS, ir-RSUE jista’ jgħaddi r-rapporti lill-Kunsill “Affarijiet Ġenerali u Relazzjonijiet Esterni”.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jippromwovi l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-UE. Huwa għandu jgħin sabiex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-UE jintużaw b’mod koerenti sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-UE. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma’ dawk tal-Presidenza u tal-Kummissjoni, kif ukoll ma’ dawk tar-RSUE l-oħra attivi fir-reġjun, u partikolarment ma’ dawk tar-RSUE għall-Kawkasu tan-Nofsinhar filwaqt li jkunu rispettati l-objettivi speċifiċi tal-mandat ta’ dan ta’ l-aħħar. Ir-RSUE għandu jinforma regolarment lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Kummissjoni.

2.   Għandhom jinżammu kuntatti mill-qrib mal-Presidenza, mal-Kummissjoni u mal-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu sabiex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tiegħu. Ir-RSUE għandu wkoll jikkopera ma’ atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta u l-koerenza tagħha ma’ inizjattivi oħrajn tal-UE għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lis-SĠ/RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport komprensiv dwar it-twettiq tal-mandat tiegħu fil-15 ta’ Diċembru 2008. Dan ir-rapport għandu jifforma l-bażi għall-valutazzjoni ta’ din l-Azzjoni Konġunta mill-Gruppi ta’ Ħidma rilevanti u mill-KPS. Fil-kuntest tal-prijoritajiet ġenerali għall-iskjerament, is-SĠ/RGħ għandu jagħti rakkomandazzjonijiet lill-KPS fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid, l-emendament jew it-terminazzjoni tal-mandat.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 15

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.


Corrigendum

27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/19


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2008 tal-25 ta’ Settembru 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-importazzjoni ta' ross fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2008 bir-Regolament (KE) Nru 327/98

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 258, tas-26 ta' Settembru 2008 )

F'paġna 65, fl-Anness, punt (c), in-nota ta' qiegħ il-paġna 1:

minflok:

“(1)

l-ebda koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja”;

aqra:

“(1)

l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma anqas jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: l-applikazzjonijiet kollha jistgħu għalhekk jiġu milqugħa.”.


27.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 259/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.