ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
25 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 934/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 935/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tal-15 ta’ u tad-19 ta’ Settembru 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 936/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 937/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 938/2008 ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Roquefort (PDO))

10

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 939/2008 ta’ l-24 ta' Settembru 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rocamadour (DPO))

12

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/89/KE ta’ l-24 ta’ Settembru 2008 li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom ( 1 )

14

 

 

IV   Atti oħrajn

 

 

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

 

 

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

 

*

Deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 299/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 li japprova l-programm ta’ kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-kliewi sottomess min-Norveġja

16

 

*

Deċiżjoni ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza ta’ l-EFTA Nru 300/08/COL tal-21 ta' Mejju 2008 li tapprova pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza tat-Tjur sottomess min-Norveġja

18

 

 

Kumitat Konġunt taż-ŻEE

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 60/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

19

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 62/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 66/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

29

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XI (is-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

30

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 68/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

31

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (it-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

32

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

33

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 71/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

34

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 73/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

47

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 934/2008

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

29,1

TR

143,2

ZZ

86,2

0707 00 05

JO

156,8

TR

77,6

ZZ

117,2

0709 90 70

TR

97,2

ZZ

97,2

0805 50 10

AR

70,0

UY

60,6

ZA

78,8

ZZ

69,8

0806 10 10

TR

95,0

US

132,8

ZZ

113,9

0808 10 80

BR

56,2

CL

94,6

CN

80,5

NZ

120,2

US

115,6

ZA

87,2

ZZ

92,4

0808 20 50

AR

68,9

CN

75,8

TR

141,0

ZA

93,1

ZZ

94,7

0809 30

TR

131,0

US

162,0

ZZ

146,5

0809 40 05

IL

131,9

TR

66,7

XS

53,9

ZZ

84,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 935/2008

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tal-15 ta’ u tad-19 ta’ Settembru 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tal-15 ta’ u tad-19 ta’ Settembru 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4336 u 09.4316 (2007-2008).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tal-15 ta’ u tad-19 ta’ Settembru 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

Intlaħqu

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

0

Intlaħqu

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

0

Intlaħqu


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

96,5348

Intlaħqu


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 15.9.2008-19.9.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 936/2008

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li għandu x’jaqsam mal-istandards għat-tqegħid fis-suq tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 121(e) tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Sar żball fil-pubblikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 543/2008 (2). Fil-każ tal-qatgħat tat-tjur ippakkjati minn qabel, l-iżball negattiv massimu tollerat għandu jkun l-istess kemm għall-każijiet ta’ piż nominali ta’ bejn 1 100 u 2 400 gramma kif ukoll għall-każijiet fejn jinqabżu l-2 400 gramma.

(2)

Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 543/2008 għandu jiġi emendat.

(3)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 9(9) tar-Regolament (KE) Nru 543/2008, it-tabella tinbidel b’li ġejja:

(fi grammi)

“Piż nominali

Żball negattiv massimu tollerat

Karkassi

Qatgħat

anqas minn 1 100

25

25

1 100 – < 2 400

50

50

2 400 u aktar

100

50 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 157, 17.6.2008, p. 46.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 937/2008

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Bleu de Gex Haut-Jura” jew “Bleu de Septmoncel”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b’dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 298, 11.12.2007, p. 21.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Bleu de Gex Haut-Jura jew Bleu de Septmoncel (DPO)


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 938/2008

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Roquefort (PDO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta’ emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Roquefort”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi (3). Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oġġezzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)  ĠU C 298, 11.12.2007, p. 28.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Roquefort (PDO)


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 939/2008

ta’ l-24 ta' Settembru 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Rocamadour (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Rocamadour”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2).

(2)

Ġaladarba l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skond l-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni, ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)  ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.

(3)  ĠU C 291, 5.12.2007, p. 14.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.3.   Ġobnijiet

FRANZA

Rocamadour (DPO)


DIRETTIVI

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/14


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/89/KE

ta’ l-24 ta’ Settembru 2008

li temenda, għall-għanijiet ta’ l-adattament tagħha għall-progress tekniku, id-Direttiva tal-Kunsill 76/756/KEE rigward l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropej,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2007/46/KE tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 76/756/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl fuq vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (2) hija waħda mid-Direttivi separati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-approvazzjoni tat-tip tal-KE li ġiet stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 70/156/KEE tas-6 ta’ Frar 1970 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom (3). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 70/156/KEE marbuta ma’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi għall-vetturi għalhekk japplikaw għad-Direttiva 76/756/KEE.

(2)

Sabiex tiżdied is-sigurtà fit-triq billi tittejjeb il-viżibilità ta’ vetturi bil-mutur l-obbligazzjoni biex jitwaħħlu dwal apposta li jinxtegħlu bi nhar fuq dawn il-vetturi għandha tkun introdotta fid-Direttiva 76/756/KEE.

(3)

Teknoloġiji ġodda bħas-Sistema Adattiva tad-Dwal ta’ Quddiem (AFS) u s-Sinjal ta’ Emerġenza ta’ Waqfien (ESS) huma mistennija li jkollhom influwenza pożittiva fuq is-sigurtà fit-triq. Id-Direttiva 76/756/KEE għandha għalhekk tkun emendata sabiex tippermetti t-twaħħil ta’ dawn il-mezzi.

(4)

Sabiex ikunu kkunsidrati aktar emendi mar-Regolament UN/ECE Nru 48 (4) li l-Komunità diġa vvotat dwarhom, hu xieraq li tiġi adottata d-Direttiva 76/756/KEE għall-progress tekniku billi tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament UN/ECE. Fl-interess taċ-ċarezza l-Anness II tad-Direttiva 76/756/KEE għandu jkun emendat.

(5)

Id-Direttiva 76/756/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness II, il-paragrafu 1 tad-Direttiva 76/756/KEE huwa emendat kif ġej:

“1.

Ir-rekwiżiti tekniċi għandhom ikunu dawk stipulati fil-paragrafi 2, 5 u 6 tar-Regolament UN/ECE Nru 48 (*) u l-Annessi 3 sa 11 tagħhom.

Artikolu 2

B’effett mis-7 ta’ Frar 2011 għal vetturi ta’ kategoriji M1 u N1 u mis-7 ta’ Awwissu 2012 għal vetturi ta’ kategoriji oħrajn, jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 76/756/KEE, kif emendati minn din id-Direttiva, ma jkunux konformi ma’, l-Istati Membri, fuq raġunijiet relatati ma’ l-istallazzjoni ta’ dawl u mezzi ta’ senjalazzjoni bid-dawl, għandhom jirrifjutaw li jagħtu approvazzjoni tat-tip KE jew approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal tipi ġodda ta’ vetturi.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ottubru 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mis-16 ta’ Ottubru 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali referenza dakinhar tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 1.

(3)  ĠU L 42, 23.2.1970, p. 1.

(4)  ĠU L 135, 23.5.2008, p. 1.


IV Atti oħrajn

SPAZJU EKONOMIKU EWROPEW

Awtorità ta' Sorveljanza EFTA

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/16


DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 299/08/COL

tal-21 ta' Mejju 2008

li japprova l-programm ta’ kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-kliewi sottomess min-Norveġja

L-AWTORITA TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-Ftehim taż-ŻEE), partikolarment l-Artikolu 109 u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar l-Istabbiliment ta' Awtorità tas-Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, partikolarment l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.1.5 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/67/ŻEE li tikkonċerna l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta' l-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodottii akwakulturali,

kif emendat u b’mod partikolari għall-Artikolu 12 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-Punt 4.2.79 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I tal-Ftehim taż-ŻEE,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE tad-29 ta’ April 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE fir-rigward ta’ miżuri kontra ċertu mard tal-ħut ta’annimali akwakulturali,

kif emendat,

BILLI n-Norveġja fasslet programm biex tikkontrolla bil-għan li terqred il-Mard Batterjali tal-Kliewi, li hu waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness A, il-kollonna 1, il-lista III tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KE,

BILLI l-kriterji minimi għall-programmi nazzjonali ta’ kontroll u ta’ qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi huma stipulati fl-Anness II, il-Kapitolu I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE,

BILLI, fl-4 ta’ Jannar 2007, in-Norveġja ssottomettiet lill-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-Awtorità) il-programm ta’ kontroll u ta’ qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi,

BILLI, permezz ta’ ittra ta’ l-10 ta’ Jannar 2008 u skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE, in-Norveġja applikat għall-approvazzjoni tal-programm nazzjonali tagħha ta’ kontroll u qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi bil-għan li takkwista status liberu mill-marda.

BILLI, l-awtorità, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, eżaminat il-Programm Norveġiż ta’ kontroll u qerda,

BILLI l-eżami juri li l-programm sottomess min-Norveġja jissodisfa l-ħtiġiet minimi għall-programmi ta’ kontroll u ta’ qerda stipulati fil-Kapitoli I ta’ l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE u għalhekk għandu jiġi approvat,

BILLI l-Awtorità bid-Deċiżjoni tagħha 272/08/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju ta' l-EFTA li jassisti l-Awtorità,

BILLI l-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-programm ta’ kontroll u tal-qerda tal-Mard Batterjali tal-Kliewi sottomess min-Norveġja hu hawn approvat

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta’ Mejju 2008.

3.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/18


DEĊIŻJONI TA' L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TA’ L-EFTA

Nru 300/08/COL

tal-21 ta' Mejju 2008

li tapprova pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza tat-Tjur sottomess min-Norveġja

L-AWTORITÀ TA’ SORVELJANZA TA’ L-EFTA,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (minn hawn ‘il quddiem magħruf bħala l-Ftehim taż-ŻEE), partikolarment l-Artikolu 109 u Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati ta' l-EFTA dwar it-twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2)(d) u l-Protokoll 1 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT l-Att imsemmi fil-punt 3.1.5a tal-Kapitolu I ta’ l-Anness Ital-Ftehim taż-ŻEE,

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE,

BILLI, skond l-Artikolu 62(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/EC, in-Norveġja fasslet pjan ta’ kontinġenza li jispeċifika l-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati fil-każ li tfaqqa’ l-Influenza tat-Tjur,

BILLI, fid-29 ta’ Ottubru 2007, u skond l-Artikolu 62(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE, in-Norveġja ssottomettiet għall-approvazzjoni ta’ l-Awtorità ta’ Sorveljanza ta’ l-EFTA (minn hawn ’il quddiem magħrufa bħala l-Awtorità) il-pjan ta’ kontinġenza tagħha dwar l-Influenza tat-Tjur (avveniment nru 449330),

BILLI fil-31 ta’ Marzu 2008 kienet sottomessa lill-Awtorità traduzzjoni bl-Ingliż tal-pjan ta’ kontinġenza Norveġiż dwar l-Influenza ta-Tjur(avveniment nru 471610),

BILLI, l-Awtorità eżaminat mill-qrib il-pjan ta’ kontinġenza Norveġiż dwar l-Influenza tat-Tjur, b’kooperazzjoni mill-qrib tal-Komunitajiet Ewropej

BILLI l-eżami juri li l-pjan sottomess min-Norveġja jissodisfa l-ħtiġiet minimi għal pjani nazzjonali ta' kontinġenza dwar l-Influenza tat-Tjur stipulata fl-Anness X tad-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE u għalhekk kienet approvata,

BILLI l-Awtorità bid-Deċiżjoni tagħha 270/08/COL irreferiet il-kwistjoni lill-Kumitat Veterinarju ta' l-EFTA li jassisti lill-Awtorità,

BILLI l-miżuri ppruvati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju EFTA li jassisti lill-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

1.

Il-pjan ta’ kontinġenza għall-Influenza Avjarja sottomess min-Norveġja hu approvat

2.

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-21 ta' Mejju 2008.

3.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lin-Norveġja.

4.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun awtentika fil-lingwa Ingliża.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Awtorità tas-Sorveljanza ta' l-EFTA

Per SANDERUD

Il-President

Kristján Andri STEFÁNSSON

Membru tal-Kulleġġ


Kumitat Konġunt taż-ŻEE

25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 44/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/852/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2005/5/KE rigward provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żrieragħ u materjal ta’ propagazzjoni ta’ l-Asparagus officinalis skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/853/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żerriegħa u materjal għat-tixrid ta’ l-Asparagus officinali skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE (3) u li nbdew fl-2005 għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Parti 2 ta’ Kapitolu III ta’ L-Anness I tal-Ftehim għandha tkun emenda kif inhu ġej:

(1)

Li ġej għandu jinżdied fil-punt 39 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/5/KE):

“, kif emendat b’li ġej:

32007 D 0852: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/852/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 57).”

(2)

Il-punt li ġej għandu jkun miżjud wara l-punt 50 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/66/KE):

“51.

32007 D 0853: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/853/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 dwar il-kontinwazzjoni fis-sena 2008 ta’ provi u testijiet komparattivi tal-Komunità fuq żerriegħa u materjal għat-tixrid ta’ l-Asparagus officinali skond id-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE u li nbdew fl-2005 (ĠU L 335, 20.12.2007, p. 59)”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet 2007/852/KE u 2007/853/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 37.

(2)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 57.

(3)  ĠU L 335, 20.12.2007, p. 59.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m’huma indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 61/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal bifenazate, pethoxamid, pyrimethanil u rimsulfuron (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 li temenda ċerti Annessi tad-Direttivi tal-Kunsill 86/362/KEE u 90/642/KEE rigward il-livelli massimi ta’ residwi għal acetamiprid, atrazine, deltamethrin, imazalil, indoxacarb, pendimethalin, pymetrozine, pyraclostrobin, thiacloprid u trifloxystrobin (3) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punti 38 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE) u 54 (id-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim:

“—

32007 L 0062: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/62/KE ta’ l-4 ta’ Ottubru 2007 (ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4),

32007 L 0073: Id-Direttiva 2007/73/KE tat-13 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2007/62/KE u 2007/73/KE fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 40.

(2)  ĠU L 260, 5.10.2007, p. 4.

(3)  ĠU L 329, 14.12.2007, p. 40.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 62/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 46/2008 tal-25 ta’ April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/141/KE tħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE (3) li hi inkorporata mal-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar skond il-Ftehim.

(4)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII ta’ l-Anness II għall-Ftehim se jiġi emedat kif ġej:

(1)

It-test ta’ punt 54a (id-Direttiva tal-Kummissjoni 91/321/KEE) għandu jitħassar.

(2)

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punt 54w (id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE):

“—

32006 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).”

(3)

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzu (ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“54zzzv.

32006 L 0141: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta’ Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli tal-prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 11, l-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnablanda’ u ‘Stoðblanda’,

bin-Norveġiż: ‘morsmelkerstatning’ u ‘tilskuddsblanding’.

(b)

Fl-Artikolu 12, l-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda:

bl-Iżlandiż: ‘Ungbarnamjólk’ u ‘Mjólkurstoðblanda’,

bin-Norveġiż: ‘morsmelkerstatning basert på kumelk’ u ‘tilskuddsblanding basert på kumelk’.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/141/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 40.

(2)  ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 175, 4.7.1991, p. 35.

(*)  M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 63/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1323/2007 tat-12 ta' Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel ta’ oriġini mill-annimali, fir-rigward ta’ firocoxib (2) għandu jkun integrat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2007 ta' l-20 ta' Novembru 2007 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti ta’ l-ikel li joriġinaw mill-annimali, fir-rigward ta’ Monensin, Lasaloċidu u Tylvalosin (3) għandu jkun integrat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin għandhom jiżdiedu fil-punt 14 (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90) tal-Kapitolu XIII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:

“—

32007 R 1323: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1323/2007 tat-12 ta' Novembru 2007 (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 11),

32007 R 1353: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1353/2007 ta' l-20 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 303, 21.11.2007, p. 6).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1323/2007 u 1353/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 42.

(2)  ĠU L 294, 13.11.2007, p. 11.

(3)  ĠU L 303, 21.11.2007, p. 6.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 65/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 li għandha x'taqsam mal-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjoni ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (2) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ir-riorganizzazzjoni u l-likwidazzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (3) għandha tkun integrata fil-Ftehim.

(4)

Id-Direttiva 2006/48/KE tħassar id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim.

(5)

Id-Direttiva 2006/49/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE (5), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim.

(6)

Id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE tfassil mill-ġdid ta' l-att imħassar u għalhekk l-adattamenti preżenti taż-ŻEE għal din ta' l-aħħar għandhom jinżammu parzjalment,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

It-test ta' punt 14 (id-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) għadu jiġi mibdul b'dan li ġej:

32006 L 0048: Id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).

Il-ftehimiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 għal Ċipru (Anness VII, Kapitolu 2), l-Ungerija (Anness X, Kapitolu 2, Punt 2) il-Polonja (Anness XII, Kapitolu 3, Punt 2) u s-Slovenja (Anness XIII, Kapitolu 3, Punt 4) dwar id-Direttiva 2001/12/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-addattamenti li ġejjin:

(a)

is-segwenti għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 2:

‘—

Fl-Iżlanda “Byggingarsjóðir ríkisins”.’;

(b)

L-Artikolu 10(2) għandu jinqara:

“Parti Kontraenti tista' tiddeċiedi li l-istituzzjonijiet ta' kreditu diġà eżistenti fl-1 ta' Jannar 1994, li l-fondi tagħhom ma jkunux jilħqu l-livelli preskritti għal kapital inizjali fil-paragrafi (1) u (2) ta' l-Artikolu 9, jistgħu jibqgħu iwettqu l-attivitajiet tagħhom. F'dak il-każ, il-fondi tagħhom ma jistgħux jaqgħu taħt l-għola livell milħuq b'effett mit-2 ta' Mejju 1992.”;

(c)

L-Artikoli 38(2) u 38(3) ma japplikawx;

(d)

Kull meta Parti Kontraenti tkun iddeċidiet li tibda n-negozjati kif msemmi fl-Artikolu 39 tad-Direttiva, din għandha tinforma lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE b'dan. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fuq liema direzzjoni għandhom jieħdu, kull meta din tkun ta' interess reċiproku.”

(2)

It-test tal-punt 31 (id-Direttiva tal-Kunsill 93/6/KEE) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32006 L 0049: Id-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital tal-kumpaniji ta' l-investiment u l-istituzzjonijiet tal-kreditu (riformulazzjoni) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201).

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bit-tibdil li ġej:

Fl-Artikolu 10(1), it-tieni subparagrafu, il-kliem ‘id-data tan-notifika fid-Direttiva 93/6/KEE’ għandu jinqara ‘id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat taż-ŻEE Nru 7/94 li tinkorpora d-Direttiva 93/6/KEE fil-Ftehim’.”.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE fil-lingwa Iżlandiza u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 49.

(2)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 177, 30.6.2006, p. 201.

(4)  ĠU L 126, 26.5.2000, p. 1.

(5)  ĠU L 141, 11.6.1993, p. 1.

(*)  ħtiġijiet kostituzzjonali huma indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 66/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness IX (Is-servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 51/2008 tas-25 ta' April 2008 (1).

(2)

id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta’ Marzu 2007 li temenda d-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew fir-rigward ta’ l-esklużjoni jew l-inklużjoni ta’ ċerti istituzzjonijiet mill-ambitu ta’ l-applikazzjoni u t-trattament ta’ l-espożizzjonijiet tal-banek multilaterali ta’ żvilupp (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied mal-punt 14 (id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness IX li jinsab mal-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32007 L 0018: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/18/KE tas-27 ta' Marzu 2007 (ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9).”

Artikolu 2

Id-dokumenti testwali tad-Direttiva 2007/18/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta’ Ġunju 2008 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ZEE (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 65/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008, liema data tkun l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 49.

(2)  ĠU L 87, 28.3.2007, p. 9.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XI (is-Servizzi tat-Telekomunikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XI tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 11/2008 ta’ l-1 ta' Frar 2008 (1).

(2)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/804/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2002/627/KE li tistabbilixxi l-Grupp Regulatorju Ewropew għan-netwerks u s-Servizzi ta’ Komunikazzjoni Elettroniċi (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 5ci (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/627/KE) ma’ l-Anness XI tal-Ftehim:

“—

32007 D 0804: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/804/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 323, 8.12.2007, p. 43).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2006/804/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta' Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 154, 12.6.2008, p. 23.

(2)  ĠU L 323, 8.12.2007, p. 43.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/31


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 68/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 37d (id-Direttiva 2001/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għall-Ftehim:

“37da.

32007 D 0756: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/756/KE tad-9 ta’ Novembru 2007 li tadotta speċifikazzjoni komuni tar-reġistru nazzjonali tal-vetturi previst fl-Artikoli 14(4) u (5) tad-Direttivi 96/48/KE u 2001/16/KE (ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2007/756/KE fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU L 305, 23.11.2007, p. 30.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 69/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XIII (it-Trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummisskomi (KE) Nru 181/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar politika Komunitarja tal-kapaċità tal-flotta biex tippromwovi t-trasport fil-passaġġi nterni ta' l-ilma navigabbli (verżjoni kkodifikata) (2) għandu jiġi inkorporat mal-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 181/2008 iħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999 (3), li hu inkorporat mal-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

It-test tal-punt 45b (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 805/1999) ta’ l-Anness XIII mal-Ftehim għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

32008 R 0181: Ir-Regolament tal-Kummissjomi (KE) Nru 181/2008 tat-28 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxxi ċerti miżuri għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar politika Komunitarja tal-kapaċità tal-flotta biex tippromwovi t-trasport fil-passaġġi nterni ta' l-ilma navigabbli (verżjoni kkodifikata) (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament 181/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta' Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 8.

(3)  ĠU L 102, 17.4.1999, p. 64.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/33


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 70/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn “ ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

l-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta' Diċembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar il-ħtiġijiet tekniċi komuni u l-proċeduri amministrattivi li japplikaw għat-trasport kummerċjali bl-ajruplan (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 66a (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91) ta' l-Anness XIII għall-Ftehim:

“—

32008 R 0008: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008 tal-11 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 8/2008 fil-lingwi ta' l-Iżlanda u n-Norveġja, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmule fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU L 10, 12.1.2008, p. 1.

(*)  Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/34


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 71/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien ta’ l-ajru uniku Ewropew (2), ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu 2004 dwar il-forniment ta’ servizzi ta’ navigazzjoni ta' l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (3), ir-Regolament (KE) Nru 551/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Marzu dwar l-organizzazzjoni u l-użu ta’ l-ispazju ta’ l-ajru fl-ajru uniku Ewropew (4) u r-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tan-Netwerk Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku ta' l-Ajru (5) kienu inkorporati fil-Ftehim b’deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (6), b'addattamenti speċifiċi għal kull pajjiż.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (7) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim għandu jkun emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej għandu jidħol wara l-punt 66y (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2150/2005):

“66ya.

32007 R 1315: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar sorveljanza tas-sikurezza fl-amministrazzjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16).”

2.

Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66x (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005):

“, kif emendat b'li ġej:

32007 R 1315: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1315/2007 tat-8 ta’ Novembru 2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1315/2007 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(4)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 20.

(5)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(6)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 18.

(7)  ĠU L 291, 9.11.2007, p. 16.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 72/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XIII (It-Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 52/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2008 tal-11 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji ta' l-ajru li huma suġġetti għall-projbizzjoni ta' operar fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan l-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 66zab (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim:

“—

32008 R 0331: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 331/2008 tal-11 ta’ April 2008 (ĠU L 102, 12.4.2008, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 331/2008 bl-Islandiż u n-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 50.

(2)  ĠU L 102, 12.4.2008, p. 3.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/37


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 73/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XX (l-Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX mal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 56/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar konsenji dwar l-iskart (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 iħassar, b'effett mit-12 ta' Lulju 2007, ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE (4) li huma inkorporati fil-Ftehim u li konsegwentement għandhom jitħassru taħt dan il-Ftehim.

(4)

L-adattazzjonijiet preżenti għar-Regolament (KEE) Nru 259/93 u d-Deċiżjoni 94/774/KE fir-rigward ta' Liechtenstein għandhom, fis-sustanza, jibqgħu l-istess,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1)

It-test ta' punt 32c (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

32006 R 1013: Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar konsenji ta' skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

L-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tas-16 ta' April 2003 għal-Latvja (Aness VIII, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1), l-Ungerija (Anness X, Kapitolu 8, Sezzjoni A, punt 1), Malta (Anness XI, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1), il-Polonja (Anness XII, Kapitolu 13, Sezzjoni B, punt 1) u s-Slovakkja (Anness XIV, Kapitolu 9, Sezzjoni B, punt 1) li jikkonċernaw ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis.

L-arranġamenti tranżizzjonali stabbiliti fl-Annessi ta' l-Att dwar l-Adeżjoni tal-25 ta' April 2005 għall-Bulgarija (Anness VI, Kapitolu 10, Sezzjoni B, punt 1) u r-Rumanija (Anness VII, Kapitolu 9, Sezzjoni B, punt 1) li jikkonċernaw ir-Regolament (KEE) Nru 259/93 għandhom ikunu applikabbli mutatis mutandis.

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjonijiet li ġejjin:

(a)

Fir-rigward ta' l-esportazzjoni ta' l-iskart għall-irkupru (Titolu IV, Kapitolu 2 tar-Regolament), Liechtenstien għandu jitqies bħala pajjiż li għalih tapplika d-Deċiżjoni OECD.

(b)

Għall-iskart perikoluż li jiġi dispost jew irkuprat fl-Iżvizzera, il-Liechtenstein jista' juża n-notifika u d-dokumenti tal-moviment Żvizzeru minflok il-formoli standard annessi mar-Regolament.

(c)

Fl-Artikolu 2(29) il-kliem “jew fit-territorju ta' l-Istati ta' l-EFTA” għandhom jiżdiedu wara l-kliem “it-territorju doganali tal-Komunità”.”

2)

Fit-test ta' adattazzjoni ta' punt 32aa (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532 KE) il-kliem “u msemmi mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 259/93” fl-aħħar sentenza għandu jinbidel mal-kliem “u msemmi mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”.

3)

It-test tal-punt 32ca (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/774/KE) għandu jitħassar.

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 54.

(2)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 30, 6.2.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 310, 3.12.1994, p. 70.

(*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 74/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT taż-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 57/2008 tal-25 ta' April 2008 (1).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun tal-forza tax-xogħol fil-Komunità (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96 dwar it-trażmissjoni tad-dejta tal-kontijiet nazzjonali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 18a (Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98):

“—

32007 R 1372: ir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).”

(2)

L-inċiż li jmiss se jkun miżjud fil-punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96):

“—

32007 R 1392: ir-Regolament (KE) Nru 1392/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1).”

(3)

It-test ta' l-adattament (d) fil-punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96) għandu jkun mibdul b'dan li ġej:

“fl-Anness B, taħt ‘Id-Derogi skond l-Istat Membru’, għandu jiżdied li ġej wara l-punt 27 (Ir-Renju Unit):

28.   IN-NORVEĠJA

28.1.   Derogi għall-iskedi

Numru ta' l-Iskeda:

Element varjabbli/punt

Deroga

Il-perjodu kopert bid-deroga

L-ewwel trażmissjoni

L-iskedi kollha

Settur S.1314

Settur S.1314 mhux speċifikat (data integrata fis-settur S.1311)

Il-perijodi kollha

M'għandux ikun trażmess

1, 8

Firda ta' l-S2 Il-kumplament tad-dinja

L-ewwel trażmissjoni fl-2009

Data retrospettiva mill-1999 biss

Qabel l-1999

Dejta qabel l-1999 li m'għandhiex tkun trażmessa. Snin oħra: l-ewwel trażmissjoni 2009

3

Il-varjanti kollha skond l-industrija A 60

Dejta skond l-A 60 li trid tkun trażmessa f'T+23

Il-perjodi kollha

Dejta skond l-A 60 li trid tkun trażmessa f'T+23

6

L-elementi varjabbli kollha/punti

Sena 1995 m'għandux ikun trażmess

1995

M'għandux ikun trażmess

10, 12, 13

L-elementi varjabbli kollha/punti

Snin 1995 u 1996 m'għandhomx ikunu trażmessi

Dejta li trid tkun trażmessa f'T+28 xahar

1995, 1996

1995, 1996 m'għandhomx ikunu trażmessi Skedi li jridu jkunu trażmessi f'T+28 xahar

28.2.   Derogi għal varjanti individwali/punti fl-iskeda

Numru ta' l-Iskeda:

Element varjabbli/punt

Deroga

Il-perjodu kopert bid-deroga

L-ewwel trażmissjoni fl-

6, 7

Derivattivi finanzjarji AF.34

Snin 1995-2009: m'għandhomx ikunu trażmessi l-ewwel trażmissjoni fl-2011

1995-2009

M'għandux ikun trażmess

6, 7

Krediti kummerċjali u self antiċipat AF.71

AF.79 oħra

Snin 1995-2006: m'għandhomx ikunu trażmessi l-ewwel trażmissjoni fl-2008

1995-2006

2008”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1372/2007 u 1392/2007 fl-ilsien Iżlandiz u dak Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Ġunju 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 223, 21.8.2008, p. 56.

(2)  ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42.

(3)  ĠU L 324, 10.12.2007, p. 1.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 75/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-Protokoll 30 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar dispożizzjonijiet speċifiċi fl-organizzazzjoni ta’ kooperazzjoni fil-qasam ta’ l-istatistika

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem msejjaħ “il-Ftehim”, u partikolarment l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 30 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2004 tat-8 ta' Ġunju 2004 (1).

(2)

Il-programm statistiku taż-ŻEE għall-1998 sal-2002 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim.

(3)

L-istruttura tal-Protokoll 30 għandha tiġi simplifikata.

(4)

Din is-simplifikazzjoni strutturali m’għandu jkollha l-ebda influwenza fuq is-sustanza dwar il-kooperazzjoni statistika taż-ŻEE 2003 sal-2007, kif inkluża fil-Protokoll 30 bid-Deċiżjonijiet tal-Kumitati Konġunti taż-ZEE Nri 163/2003 (2) u 90/2004.

(5)

Il-Programm Statistiku taż-ŻEE 2008 sal-2012 għandu jkun ibbażat fuq id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 (3) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti kollha relevanti ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(6)

Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista' tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll 30 tal-Ftehim għandhu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-lista ta' kumitati miftiehma mill-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim u li qiegħda fil-Minuti Miftiehma Ad Protokoll 30 tan-negozjati għal ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Istati Membri tagħhom u l-Istati ta' l-EFTA fiż-Żona Ekonomika Ewropea għandha tkun bla ħsara għall-parteċipazzjoni mill-Istati ta' l-EFTA f'kumitati jew korpi tal-KE oħra bi qbil mal-paragrafu 1(2) tal-Protokoll 30 kif emendat b'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Din għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 349, 25.11.2004, p. 52.

(2)  ĠU L 41, 12.2.2004, p. 64.

(3)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


ANNESS

It-test tal-Protokoll 30 tal-Ftehim għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Konferenza ta' rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet nazzjonali ta' l-istatistika tal-Partijiet Kontraenti, l-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat) u l-Uffiċċju ta' l-Istatistika ta' l-Istati ta' l-EFTA (–ESO) għandhom jiggwidaw il-kooperazzjoni statistika u jiżviluppaw programmi u proċeduri għall-kooperazzjoni fl-istatistika b'koordinazzjoni mill-qrib ma' dawk tal-Komunità u jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tagħhom. Din il-konferenza u l-Kumitat tal-Programm ta' Statistka (Statistical Programme Committee – (SPC) għandhom jorganizzaw il-ħidmiet tagħhom għall-għanijiet tal-Protokoll f'laqgħat konġunti bħala l-Konferenza SPC/ŻEE bi qbil ma' regoli ta' proċedura speċifiċi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Konferenza SPC/ŻEE.

2.   L-Istati ta' l-EFTA sa mill-bidu tal-kooperazzjoni b'konnessjoni mal-programmi u l-azzjonijiet li hemm referenza għalihom fil-Protokoll, għandhom jipparteċipaw b'mod sħiħ mingħajr id-dritt għall-vot fil-kumitati u korpi oħra tal-KE li jgħinu lill-Kummissjoni tal-KE fil-ġestjoni u l-iżvilupp ta' dawn il-programmi u azzjonijiet.

3.   L-informazzjoni statistika mill-Istati ta’ l-EFTA għandha tiġi trasmessa mill-Istati ta’ l-EFTA lill-Eurostat għall-ħażna, l-ipproċessar u t-tixrid. Għal dan il-għan, l-ESO għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati ta' l-EFTA u l-Eurostat sabiex jiżgura li d-data mill-Istati ta' l-EFTA tiġi trasmessa kif imiss u mxerrda lill-gruppi varji ta' l-utenti permezz tal-mezzi normali ta' tixrid bħala parti mill-istatistika ŻEE.

4.   L-Istati ta’ l-EFTA għandhom iħallsu l-ispejjeż addizzjonali li jsiru mill-Eurostat għall-ħażna, l-ipproċessar u t-tixrid tad-data minn pajjiżhom.

5.   L-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-ispejjeż ġenerali tal-Komunità li jkunu ġejjin mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi u l-azzjonijiet imsemmija f’dan il-Protokoll ħlief dawk li jsiru għall-ħażna, it-tixrid u l-ipproċessar tad-data skond l-Artikolu 82(1)(b) tal-Ftehim.

6.   Il-ġestjoni ta' l-istatistika mill-Istati ta’ l-EFTA għandha tkun irregolata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta' Frar 1997 dwar Statistika tal-Komunità (ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1).

7   Għandu jsir rapport annwali konġunt ta’ l-ESO/Eurostat li jivvaluta jekk intlaħqux il-miri, il-prijoritajiet u l-azzjonijiet ippjanati b’rabta ma’ dan il-Protokoll, u dan jintbagħat lill-konferenza SPC/ŻEE li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1 u lill-Kumitat Konġunt ŻEE.

Artikolu 2

Programm statistiku 2003 sal-2007

1.   Il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 4 għandhom jikkostitwixxu l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2003 u l-31 ta' Diċembru 2007. L-oqsma prinċipali kollha u t-temi statistiċi tal-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 għandhom ikunu kkunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika ŻEE u għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati ta' l-EFTA.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2003, għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku għaż-ŻEE kull sena mill-Uffiċċju Statistiku b'konsultazzjoni mal-Kapijiet tal-Gruppi ta' Ħidma ta’ l-Istituzzjonijiet Statistiċi Nazzjonali EFTA. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta' ħidma u jkun parallel mal-programm ta' ħidma ta' kull sena elaborat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 4.

3.   Mill-1 ta' Jannar 2003, l-Istati ta' l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija ta' l-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit B5-600A u B5-600B jew artikolu li jissostitwih (Politika dwar Informazzjoni Statistika) imdaħħal fil-baġit tal-Komunità.

4.   L-atti Komunitarji li ġejjin huma s-suġġett ta' dan l-artikolu:

32002 D 2367: Id-Deċiżjoni Nru 2367/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar il-programm statistiku tal-Komunità 2003 sal-2007 (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 1), kif emendat minn:

32004 D 0787: Id-Deċiżjoni Nru 787/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 12).

Artikolu 3

Programm Statistiku 2008 sal-2012

1.   Il-programm statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 kif stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li għaliha hemm referenza fil-paragrafu 4 għandu jikkostitwixxi l-qafas għall-azzjonijiet statistiċi ŻEE li għandhom jitwettqu bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru 2012. L-oqsma prinċipali kollha u t-temi statistiċi tal-programm statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 għandhom ikunu kkunsidrati li huma relevanti għall-kooperazzjoni statistika ŻEE u għandhom ikun miftuħa għall-parteċipazzjoni sħiħa mill-Istati ta' l-EFTA.

2.   Mill-1 ta’ Jannar 2008, għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku għaż-ŻEE kull sena b’mod konġunt mill-Uffiċju ta’ l-Istatistika u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun ibbażat fuq subsett tal-programm ta' ħidma u jkun parallel mal-programm ta' ħidma ta' kull sena elaborat mill-Kummissjoni skond id-Deċiżjoni tal-Parlament u tal-Kunsill imsemmija fil-paragrafu 4. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jkun approvat mill-Partijiet Kontraenti skond il-proċeduri interni tagħhom.

3.   Mill-1 ta' Jannar 2008, l-Istati ta’ l-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament skond l-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija ta' l-ammont muri fl-intestaturi tal-baġit 29 02 03 u 29 01 04 01 (Politika dwar Informazzjoni Statistika) imdaħħla fil-baġit tal-Komunità.

4.   L-att Komunitarju li ġej huwa l-għan ta' dan l-Artikolu:

32007 D 1578: Id-Deċiżjoni Nru 1578/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2007 dwar il-Programm Statistiku tal-Komunità 2008 sal-2012 (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 15).”


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 76/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 23/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perjodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku “Prevenzjoni u Informazzjoni dwar id-Droga” bħala parti mill-Programm Ġenerali “Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja” (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 16(1) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32007 D 1150: Deċiżjoni Nru 1150/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi għall-perijodu 2007-2013 il-Programm Speċifiku ‘Prevenzjoni u Informazzjoni dwar id-Droga’ bħala parti mill-Programm Ġenerali ‘Drittijiet Fundamentali u Ġustizzja’ (ĠU L 257, 3.10.2007, p. 23).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għanda tapplika mill-1 ta’ Jannar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 52.

(2)  ĠU L 257, 3.10.2007, p. 23.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 77/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi 'l barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt tal-KEE Nru 23/2005 tat-8 ta’ Frar 2005 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim jiġi estiż sabiex jinkludi d-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 li tadotta program ta' azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2013) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tista tibda taħdem mill-1 ta' Jannar 2008,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 16(1) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32007 D 1350: Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 li tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 52.

(2)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 78/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi lil hinn mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 23/2005 tat-8 ta' Frar 2005 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet li qed jikkuntrattaw tinkludi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE tat-18 ta' Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 2000/96/KE dwar mard li jittieħed elenkat f'dawk id-deċiżjonijiet (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Dan li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż tal-Artikolu 16(1) (Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“, kif emendat b'li ġej:

32007 D 0875: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/875/KE tat-18 ta’ Diċembru 2007 (ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48).”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 161, 23.6.2005, p. 52.

(2)  ĠU L 344, 28.12.2007, p. 48.

(*)  M'huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


25.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 257/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/2008 ġiet ritirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.