ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248 |
|
![]() |
||
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
|
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/734/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 57/07 (ex N 843/06) li qed tipprova timplementa r-Repubblika tas-Slovakkja għal Alas Slovakia, s.r.o. (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2254) ( 1 ) |
|
|
|
2008/735/KE |
|
|
* |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
|
|
||
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 897/2008
tas-16 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-17 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
28,9 |
TR |
68,0 |
|
ZZ |
48,5 |
|
0707 00 05 |
EG |
162,5 |
MK |
43,3 |
|
TR |
95,0 |
|
ZZ |
100,3 |
|
0709 90 70 |
TR |
90,1 |
ZZ |
90,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
69,5 |
TR |
104,3 |
|
UY |
47,5 |
|
ZA |
88,3 |
|
ZZ |
77,4 |
|
0806 10 10 |
IL |
248,7 |
TR |
101,8 |
|
US |
110,9 |
|
ZZ |
153,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
92,1 |
AU |
195,4 |
|
BR |
74,2 |
|
CL |
109,7 |
|
CN |
78,4 |
|
NZ |
107,1 |
|
US |
100,5 |
|
ZA |
80,5 |
|
ZZ |
104,7 |
|
0808 20 50 |
AR |
76,1 |
CN |
90,5 |
|
TR |
139,0 |
|
ZA |
89,8 |
|
ZZ |
98,9 |
|
0809 30 |
TR |
142,7 |
US |
150,3 |
|
ZZ |
146,5 |
|
0809 40 05 |
IL |
122,2 |
TR |
82,5 |
|
XS |
62,1 |
|
ZZ |
88,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 898/2008
tas-16 ta’ Settembru 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 896/2008 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Settembru 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Settembru 2008 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 896/2008 (3). |
(2) |
Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 896/2008. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 896/2008 għandu jiġi emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 896/2008 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-17 ta’ Settembru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.
(3) ĠU L 247, 16.9.2008, p. 20.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fis-17 ta' Settembru 2008
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 (2) |
ta' kwalità medja |
0,00 (2) |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 (2) |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 (2) |
1002 00 00 |
SEGALA |
4,57 (2) |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3) |
0,00 (2) |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
9,56 (2) |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.
(3) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
15 ta’ Settembru 2008
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 899/2008
tal-15 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II minn bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008. |
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008. |
(3) |
Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu abbord, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Fokion FOTIADIS
Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
ANNESS
Nru |
36/T&Q |
Stat Membru |
GBR |
Stokk |
COD/1N2AB. |
Speċi |
Merluzz (Gadus morhua) |
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni I u II |
Data |
14.8.2008 |
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/8 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 900/2008
tas-16 ta’ Settembru 2008
li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ l-arranġamenti għall-importazzjoni ta’ ċertu merkanzija li tirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1) u partikolarment l-Artikolu 9 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 tat-22 ta’ Diċembru 1987 li jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi u d-dispożizzjonijiet tekniċi l-oħrajn meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 3033/80 tal-Kunsill li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (2) ġie emendat (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament uniformi ta’ l-importazzjoni mill-Komunità ta’ l-oġġetti koperti bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (4), huwa meħtieġ li jkunu stabbiliti l-metodi ta’ analiżi u d-dispożizzjonijiet oħra ta’ karattru tekniku filwaqt li tittieħed konsiderazzjoni ta’ l-evoluzzjoni xjentifika u teknika. |
(3) |
Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tat-taqsima tat-tariffi u l-istatistika tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-metodi ta’ l-analiżi Komunitarji meħtieġa għall-implimentazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 3448/93 safejn f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjonijiet u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1460/96 (5), jew, fin-nuqqas ta’ metodi ta’ analiżi, in-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi li għandhom jitwettqu jew dwar il-prinċipju ta’ metodu li għandu jkun applikat.
Artikolu 2
Skond id-definizzjonijiet ta’ l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1460/96 li jikkonċerna: l-kontenut f’lamtu/glukożju, l-kontenut f’sukrożju/zokkor invertit/il-kontenut f’iżoglukożju u għall-finijiet li jiġu implimentati l-Annessi II u III ta’ dak ir-Regolament, il-formuli, il-proċeduri u l-metodi li ġejjin għandhom jiġu użati għall-kontenuti f’lamtu/glukożju u f’sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju:
(1) |
Il-kontenut f’lamtu jew figlukożju: (espress bħala kontenut 100 % f’lamtu anidruż tal-prodotti kif ippreżentati)
fejn:
Fil-każ ta’ punt (a), meta l-preżenza f’lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu fil-kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju jkun ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandu jiġi mnaqqas mill-kontenut figlukożju (Z) qabel ma ssir xi kalkolazzjoni oħra. |
(2) |
Il-Kontenut f’suktożju/zokkor invertit/iżoglukożju: (espress bħala kontenut f’sukrożju tal-prodotti)
fejn:
Meta l-preżenza tal-lattożju idrolisat hija ddikjarata u/jew jinstabu kwantitajiet tal-lattożju u l-galattożju, il-kontenut figlukożju (G), ekwivalenti għall-kontenut f’galattożju (determinat mill-HPLC) għandhom jitnaqqsu mill-kontenut f’glukożju qabel isir xi kalkolu ieħor. |
(3) |
Il-Kontenut fi grass tal-ħalib
|
(4) |
Il-Kontenut- fi proteina tal-ħalib
|
Artikolu 3
Għall-iskopijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1460/96, għandhom jintużaw il-metodi jew il-proċeduri segwenti:
(1) |
Għall-iskop li jiġu klassifikati prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0403 10 51 sa 0403 10 59, 0403 10 91 sa 0403 10 99, 0403 90 71 sa 0403 90 79 u 0403 90 91 sa 0403 90 99, il-kontenut fi grass tal-ħalib għandu jkun iddeterminat bil-metodu riferut fl-Artikolu 2(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(2) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1704 10 11 sa 1704 10 99 u 1905 20 10 sa 1905 20 90, il-kontenut f’sukrożju, li jinkludi iz-zokkor invertit espress bħala sukrożju, għandu jkun iddeterminat bil-metodu HPLC. Iz-zokkor invertiti espress bħala sukrożju tfisser is-somma ta’ l-ammonti egwali tal-glukożju u l-fruttożju immultiplikati bi 0,95. |
(3) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 1806 10 10 sa 1806 10 90, il-kotenut tas-sukrożju/zokkor invertit/iżoglukożju għandha tkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 2(2) ta’ dan ir-Regolament. |
(4) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3505 20 10 sa 3505 20 90, il-lamtu, id-destrin jew kontenut f’lamtu ieħor mibdul għandu jkun iddeterminat skond il-formuli, il-metodu u l-proċeduri stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(5) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 3809 10 10 sa 3809 10 90, is-sustanza amilakuża għandha tkun iddeterminata bil-metodu stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
(6) |
Għall-iskopijiet tal-klassifikazzjoni tal-prodotti li jaqgħu jew taħt il-kodiċi NM 1901 90 11 jew 1901 90 19, id-distinzjoni bejn iż-żewġ kodiċi għandha ssir fuq il-bażi ta’ l-estratt xott determinat bit-tnixxif f’temperatura ta’ 103 ± 2 oC għall-piż kostanti. |
(7) |
Għall-iskop li jkunu klassifikati prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 1902 19 10 u 1902 19 90, il-metodu stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament għandu jiġi użat biex tinstab il-preżenza ta’ dqiq komuni tal-qamħ u s-smid fl-għaġin. |
(8) |
Il-kontenut f’mannitolu u D-glukitol (sorbitol) tal-prodotti li jidħlu fil-kodiċi NM 2905 44 11 sa 2905 44 99 u 3824 60 11 sa 3824 60 99, huma stabbiliti bl-użu ta’ HPLC. |
Artikolu 4
1. Għandu jitħejja rapport dwar it-testijiet.
2. Ir-rapport dwar it-testijiet għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja:
— |
l-informazzjoni kollha meħtieġa biex ikun identifikat il-kampjun, |
— |
il-metodu Komunitarju użat u r-referenza preċiża għall-istrument legali li fih jinstab, jew, meta xieraq, ir-referenza dettaljata għall-metodu, waqt li tiġi speċifikata n-natura ta’ l-operazzjonijiet analitiċi jew il prinċipju tal-metodu li għandu jkun applikat, kif indikat f dan ir-Regolament, |
— |
kwalunkwe fatturi li setgħu jinfluwenzaw dawn ir-riżultati, |
— |
ir-riżultati ta’ l-analiżi, filwaqt li jitqies il-mod li bih jitfissru fil-metodu użat biex jiġu espressi u l-metodu ta’ l-espressjoni iddettata mill-ħtiġiet tad-dwana jew tad-dipartimenti amministrattivi li jkunu talbu l-analiżi. |
Artikolu 5
Ir-Regolament (KEE) Nru 4154/87 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness V.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jkun jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(2) ĠU L 392, 31.12.1987, p. 19.
(3) Ara l-Anness IV.
(4) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18.
(5) ĠU L 187, 26.7.1996, p. 18.
ANNESS I
Il-mod ta’ kif ikun iddeterminat il-kontenut f’lamtu u tad-degredazzjoni tal-prodotti tiegħu inkluż il-glukożju
1. L-ISKOP U L-QASAM TA’ L-APPLIKAZZJONI
(a) |
Dan il-metodu jippermetti d-determinazzjoni tal-kontenut f’lamtu, il-prodotti tad-degredazzjoni tiegħu li jinkludu l-glukożju li minn issa ’l quddiem huwa referut bħala “lamtu”. |
(b) |
Il-kontenut f’“lamtu” riferut f’punt (a) huwa ugwali għall-valur ta’ E, kif kalkolat f’punt 6 (a) ta’ dan l-Anness. |
2. IL-PRINĊIPJU
Il-kampjun jitkisser permezz ta’ l-idrossidu tas-sodju u l-“lamtu” jinqasam f’unitajiet ta’ glukożju ma’ l-amiloglukosidażju. Id-determinazzjoni tal-glukożju għandha ssir permezz tar-rotta enżimatika.
3. KIMIKA
(Irid jintuża ilma distillat darbtejn).
3.1. 0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (0,5 mol/l).
3.2. Mill-inqas 96 % aċidu glaċċjali (aċidiku).
3.3. Soluzzjoni ta’ amiloglukossidu:
Immedjatament qabel l-użu, għandu jinħall madwar 10 mg ta’ l-amiloglukossidu (KE 3.2.1.3) (60 U/mg) f’ ml wieħed ta’ l-ilma (1).
3.4. Is-soluzzjoni ta’ barriera tat-tritanolamina:
Dewweb 14,0 tat-tritanolamina idroklorika (tris (2-idrosietilu) kloridu ammoniaku) u 0,25 g tas-sulfat tal-manjeżju (MgSO47H2O) fi 80 ml ta’ ilma, żid approssimament 5 ml ta 5 N soluzzjoni idrossidu tas-sodju (5 mol/l) u l-pH għandu jkun aġġustat sa 7,6, filwaqt li jintuża 1 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (1 mol/l).
Żid sakemm isiru 100 ml bl-ilma. Din is-soluzzjoni ta’ barriera tista’ tinżamm għal mill-inqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.5. Soluzzjoni ta’ NADP (nikotinamida adenina dinukleotida fosfat, melħ dissodju):
Dewweb 60 mg ta’ NADP f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm għal mill-anqas erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.6. Soluzzjoni ta’ ATP (adenossina – 5 – trifosfata – melħ dissodju):
Iridu jinħallu 300 mg ATP. 3H2O fl-ilma u 300 mg ta’ sodju ta’ l-idroġenu karbonat (NaHCO3) f’ 6 ml ta’ l-ilma. Din is-soluzzjoni tista’ tinżamm mill-anqas għal erba’ ġimgħat f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
3.7. Is-sospensjoni ĦK/G6P-DĦ (Ħeksokinażi – KE 2.7.1.1) u glukożju-6-fosfat-deidroġinaże (KE 1.1.1.49):
issospendi 280 U ĦK u 140 U ta’ G6P-DĦ f’ml ta’ 3,2 M soluzzjoni tas-sulfat ta’ l-ammonju. Din is-sospensjoni tista’ tinżamm għal mill-inqas sena f’temperatura ta’ 4 °Ċ.
4. APPARAT
4.1. Banjumarija b’aġitatur manjetiku f’temperatura ta’ 60 °Ċ.
4.2. Vireg manjetiċi.
4.3. UV spettrofotometru b’ ċelloli ottiċi ta’ 1 ċm.
4.4. Pipetti għal analiżi enżimatiċi.
5. IL-METODU
5.1. Il-kampjun jiġi maħsul bl-etanol, maħlul fis-sodju idrossidu u l-“lamtu” soġġett għall-idroliżi enżimatika:
5.1.1. |
Il-piż tal-kampjun għandu jiġi magħżul kif ġej, skond il-kontenut “lamtu” (li ma jistax jeċċedi l-0,4 g kull kampjun kif ġej):
|
5.1.2. |
Iżen il-kampjun (eżattament sa 0,1 mg). |
5.1.3. |
Żid 50 ml ta’ 0,5 N soluzzjoni ta’ l-idrossidu tas-sodju (punt 3.1) u ħawwad kontinwament għal 30 minuta fil-banjumarija (punt 4.1) bi stikka manjetika fi 60 °Ċ. |
5.1.4. |
Żid ftit ml ta’ aċidu aċetiku kkonċentrat (punt 3.2) u wasal il-pH lejn 4,6 sa 4.8. |
5.1.5. |
Poġġi fil-banjumarija bl-istikka manjetika (punt 4.1) fi 60 °Ċ, żid 1,0 ml ta’ soluzzjoni ta’ l-enżimi (punt 3.3) u ħallihom bir-reazzjoni waqt li tħawwad kontinwament għal 30 minuta. |
5.1.6. |
Wara li jibirdu, trasferixxi l-kwantità f’garafina gradwata (punt 5.1.1) u żid bl-ilma sal-marka. |
5.1.7. |
Jekk meħtieġ, iffiltra minn filtru forma ta’ lembut (ara n-Nota 1). |
5.2. Determinazzjoni kwantitattiva tal-glukożju
5.2.1. |
Is-soluzzjoni tat-test għandha jkun fiha 10 sa 1 000 mg ta’ glujkożju kull litru, li jikkorrispondi għal ΔΕ340 ta’ bejn 0,1 - 1,0. L-assorbenza tas-soluzzjoni tat-test fi 1 + 30 trattib bl-ilma m’għandhiex teċċedi 0,4 (imkejla kontra l-arja), fi 340 nm. |
5.2.2. |
Wassal is-soluzzjoni tal-barriera (punt 3.4) sat-temperatura ambjentali (20 °Ċ). |
5.2.3. |
It-temperatura tar-reaġenti u tal-kampjun għandha tkun ta’ bejn 20 °Ċ u 25 °Ċ. |
5.2.4. |
Kejjel l-assorbenza fi 340 nm kontra l-arja (i.e. bl-ebda ċellola ottika fil-passaġġ tar-referenza). |
5.2.5. |
Ipproċedi bi qbil mal-grafika tal-pipetta, ta’ hawn taħt:
|
5.2.6. |
Għandhom imbagħad ikunu kkalkulati d-differenzi fl-assorbiment għall-kimika u l-kampjun E2 – E1. Naqqas id-differenza fl-assorbenza tal-kimika minn dak tal-kampjun (= ΔΕ): ΔΕ = ΔΕ sample – ΔΕ reagent blank Din id-differenza tagħti lill-kontenut fi glukożju s-soluzzjoni tat-test: Il-kontenut fi glukożju li jkun jinsab fis-soluzzjoni tat-test, g/l Gl = ((3,22 × 180,16)/(6,3 × 1 × 0,1 × 1 000)) × ΔΕ340 = 0,921 × ΔΕ340 (3,22: il-volum tas-soluzzjoni għandha tkun mwieżna; il-volum tas-soluzzjoni tal-kampjun; il-piż molekulari tal-glukożju huwa 180,16 (g/mol). |
5.2.7. |
Jekk, għal xi raġuni, ma jistax isir kejl ta’ 340 nm, il-kejl jista’ jsir b’tul ta’ mewġa ta’ 365 nm jew ta’ 334 nm. Il-figura 6,3 fil-formola ta’ G1 ta’ hawn fuq għandha tieħu post il-figura 3,5 jew 6,18 rispettivament. |
6. KALKOLAZZJONI U L-ESPRESSJONI TAR-RIŻULTATI
(a) |
E = il-kontenut f’“lamtu” fi g/100 g: E = ((100 × 0,9 × Gl)/(p × f)) |
(b) |
Z = Il-Kontenut fi“Glukożju” kull g/100 g: Z = ((100 × Gl)/(p × f)) |
meta:
Gl |
= |
glukożju fi g/l (5.2.6); |
f |
= |
il-fattur tat-trattib (5.1.1); |
p |
= |
il-piż tal-kampjun fi g; |
0,9 |
= |
skond il-fattur tal-konverżjoni tal-glukożju għal-lamtu. |
Noti:
1. |
Meta s-soluzzjoni tat-test ma tistax tkun iffiltrata skond punt 5.1.7 għandhom jiġu adottati metodi xierqa biex tinħareġ soluzzjoni ċara. |
2. |
Meta jkun hemm inibizzjoni ta’ l-enżima, huwa konsiljabbli li jkun applikat metodu li jinvolvi ż-żieda ta’ ammonti magħrufin ta’ lamtu pur. |
(1) U hija l-unità internazzjonali ta’ l-attività ta’ l-enżima.
L-ANNESS II
Id-determinazzjoni tal-lamti jew tad-destrini jew tal-kontenut f’lamtu ieħor modifikat fil-prodotti tal-kodiċi NK 3505 20 10 sa 3505 20 90 u tal-kontenut amilaċeji tas-sustanzi fil-prodotti tal-kodiċi NK 3809 10 10 sa 3809 10 90
I. PRINĊIPJU
Il-lamtu jiġi konvertit bl-aċidu idroliżu f’zokkor li huma determinati bil-volum bl-użu tas-soluzzjoni ta’ Fehling.
II. L-APPARAT U L-KIMIKA
1. |
Garafina ta’ madwar 250 ml; |
2. |
Garafina gradwata ta’ 200 ml; |
3. |
Buretta gradwata 25 ml; |
4. |
Aċtu idrokloriku b’densità ta’ 1,19; |
5. |
Soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju; |
6. |
Faħam tal-kannol għad-dekolarizzazzjoni; |
7. |
Is-Soluzzjoni Fehling; |
8. |
Soluzzjoni blu tal-metilene (1 %). |
III. METODU:
Figarafina ta’ 250 ml poġġi kampjun li jkun fih madwar 1 g ta’ lamtu. Żid 100 ml ta’ l-ilma distillat u 2 ml ta’ aċidu idrokloriku. Wassal għat-togħlija u għal rifluss għal tliet sigħat.
Ittrasferixxi l-kontenut tal-garafina u tat-tlaħlil figarafina gradwata ta’ 200 ml. Berred u kważi nnewtralizza bis-soluzzjoni ta’ l-idrossidu tal-potassju. Żid ilma distillat sa 200 ml u ffiltrah fuq ftit faħam tal-kannol tal-dikolarizzazzjoni.
Ferra s-soluzzjoni f’buretta gradwata u naqqas għal 10 ml tas-soluzzjoni Fehling bil-metodu segwenti:
Figarafina bil-qiegħ ċatt ta’ madwar 250 ml ferra 10 ml tas-soluzzjoni Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Ħawwad sakemm isir ċar u żid 40 ml ta’ ilma distillat u kwantità żgħira ta’ kwarz jew ħaffiefa.
Il-garafina għandha titpoġġa fuq dixx kwadru ta’ l-asbestos li jkollu toqba tonda ta’ diametru ta’ madwar 6 ċm fiċ-ċentru, filwaqt li l-asbestos jitpoġġa fuq garża tal-fildiferru. Saħħan il-garafina fir-rata tali li l-likwidu jibda jagħli wara xi żewġ minuti.
Mill-buretta, żid mal-likwidu jagħli kwantitajiet suċċessivi tas-soluzzjoni taz-zokkor sakemm il-kulur blu tas-soluzzjoni ta’ Fehling bilkemm jibqa’ jintagħraf; imbagħad għandhom jiżdiedu 2 jew 3 qatriet tas-soluzzjoni blu tal-metilene bħala indikatur u, għandha titkompla t-titrazzjoni billi kwantitajiet oħra jiżiedu mas-soluzzjoni taz-zokkor, qatra wara qatra sakemm il-kulur blu ta’ l-indikatur jisparixxi.
Għal aktar eżattezza t-titrazzjoni għandha tirrepeti ruħha taħt l-istess kondizzjonijiet, pero’ għandha tinżied mingħajr ebda pawsa s-soluzzjoni taz-zokkor meħtieġa biex tirriduċi s-soluzzjoni ta’ Fehling. F’din it-tieni titrazzjoni, it-tnaqqis tas-soluzzjoni ta’ Fehling għandha ssir fi żmien tliet minuti. Għandha tkompli tagħli għal preċiżament żewġ minuti oħra, filwaqt li tinżied il-kimika f’ħin ta’ minuta qatra b’qatra għas-soluzzjoni tat-togħlija sakemm il-kulur blu jisparixxi.
Dan il-persentaġġ bil-piż tal-lamtu fil-kampjun għandu jiġi determinat skond il-formula li ġejja:
lamtu % = ((T × 200 × 100)/(n × p)) × 0,95
meta:
T |
: |
hija il-kwantita tal-grammi tad-destrożju anidrożju li jikkorrispondi sa 10 ml tas-soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B). Din it-titrazzjoni tikkorrispondi għal 0,04945 g tad-destrożju androżju tas-soluzzjoni A li jkun fiha 17,636 g ta’ ramm għal kull litru; |
n |
: |
hija in-numru ta’ ml tas-soluzzjoni taz-zokkor użata għat-titrazzjoni; |
p |
: |
hija il-piż ta’ l-ammont tal-kampjun; |
0,95 |
: |
hija ir-rata tal-konverżjoni tad-destrożju anidruż fil-lamtu. |
IV. IL-PREPARAZZJONI TAS-SOLUZZJONIJIET TA’ FEHLING
Soluzzjoni A |
: |
F’garafina gradwata għandu jkun maħlul 69,278 g ta’ sulfat tar-ramm kristallizzat – Reaġent Analitiku (CuSO4 5H2O) - ħieles mill-ħadid f’ilma distillat u li jwassal il-volum ta’ litru wieħed bl-ilma distillat. Il-qawwa korretta ta’ din is-soluzzjoni għandha tkun verifikata b’determinazzjoni kwantitattiva tar-ramm. |
Soluzzjoni B |
: |
F’garafina gradwata 100 g ta’ sodju idrossidu u 346 g ta’ tarttrat tas-sodju tal-potassju doppju (melħ ta’ Rochelle) għandhom jinħallu f’ilma distillat u l-volum għandu jiżdied għal-litru wieħed b’ilma distillat. |
Iż-żewġ soluzzjoni A u B għandhom ikunu imħaltin bi kwantitajiet egwali immedjatament qabel l-użu. 10 ml ta’ soluzzjoni ta’ Fehling (5 ml tas-soluzzjoni A u 5 ml tas-soluzzjoni B) huma kompletament imnaqqsa, taħt il-kondizzjonijiet deskritti fil-punt III, bi 0,04945 g ta’ destrożju anidruż.
ANNESS III
Skoperta ta’ dqiq tal-qamħ komuni jew smida f’makkaroni, spagetti u prodotti simili (Għaġin)
(bil-metodu Young u Giles, modifikat minn Bernaerts u Gruner)
I. PRINĊIPJU
Estratt tal-kampjun ta’ l-għaġin għall-analiżi li huwa ppreparat billi jintuża solvent mhux polari.
Dan l-estratt huwa kromatografat fuq saff irqiq ta’ ġel silika biex jiġu separati l-isterols preżenti fid-diversi frazzjonijiet tal-band form.
Huwa possibli li jiġi determinat jekk il-prodott eżaminat ġiex manifatturat esklużivament minn qamħ durum jew minn qamħ komuni, jew minn taħlita tat-tnejn skond in-numru ta’ bands b’kuluri vivaċi. Huwa possibli li jiġi determinat ukoll jekk ġewx miżjuda bajd.
II. L-APPARAT U L-KIMIKA
1. |
Omoġenizzatur jew mitħna biex jinkiseb qamħ għat-tħin li jkun jista’ jgħaddi minn passatur ta’ qies standard b’ xibka ta’ 0,200 mm. |
2. |
Passatur ta’ qies standard b’xibka ta’ 0,200 mm. |
3. |
Evaporatur b’banjumarija għall-evaporazzjoni taħt pressjoni mnaqqsa. |
4. |
Folja rqiqa tal-ħġieġ, pjanċa rqiqa ta’ l-aluminju jew rinforz xieraq ieħor b’qisien ta’ 20 ċm × 20 ċm miksi b’saff irqiq ta’ ġel silika. Jekk is-saff irqiq jrid jiġi ppreparat, għandu jiġi użat ġel silika mħallat b’13 % ġips, u għandu jiġi applikat f’saff ta’ 0,25 mm b’apparat xieraq skond l-istruzzjonijiet tal-manifattur. |
5. |
Mikropipetta biex tqis 20 mikrolitri. |
6. |
Kontenitur bl-għatu tajjeb biex jiġu żviluppati il-kromatogrammi. |
7. |
Atomizzatur. |
8. |
Etere tal-petroleum b’punt tat-tgħollija bejn l-40 °Ċ u s-60 °Ċ, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża. |
9. |
Etere etile anidru għall-analiżi. |
10. |
Karbonju tetrakloridu għall-kromatografija, iddistillat mill-ġdid qabel jintuża. |
11. |
Aċidu fosfomolibdiku għall-analiżi. |
12. |
94° alkoħol etile. |
III. METODU
Itħan madwar 20 g tal-kampjun għall-analiżi ħalli jgħaddi mill-passatur. Poġġi l-kampjun fi flixkun Erlenmeyer u iksi b’150 ml etere tal-petroleum. Ħallih f’temperatura normali sal-ġurnata ta’ wara. Ħawwad minn ħin għall-ħin.
Imbgħad iffiltra minn lembut Büchner li għandu apparat ta’ filtrazzjoni jew minn filtru sintered. Ittrasferixxi is-soluzzjoni ċara hekk miksuba bil-mod il-mod fi flixkun ikkalibrat ta’ 100 ml. Evaporizza s-solvent taħt pressjoni mnaqqsa billi ssaħħan il-flixkun f’banjumarija f’temperatura ta’ 40 °Ċ sa 50 °Ċ. Meta s-solvent ikun evaporizza, saħħan taħt pressjoni imnaqqsa għal-għaxar minuti oħra.
Meta l-flixkun jiksaħ, iddetermina il-piż ta’ l-estratt. Iddilwixxi l-estratt bl-etile etere fuq bażi ta’ 1 ml etile etere għal kull 60 mg ta’ l-estratt.
Attiva s-saffi rqaq billi twassalhom għal temperatura ta’ 130 °Ċ għal tlett sigħat. Ħallihom jiksħu f’dessikatur li jikkontjeni ġel silika. Folji li mhumiex użati mmedjatament jistgħu jiġu ppreservati fl-istess dessikatur.
Applika, qatra qatra, 20 mikrolitru tas-soluzzjoni ċara biex tifforma band ta’ wisa’ konstanti u tul ta’ 3 ċm fuq saff preferibbilment attivat riċentement. Ħalli s-solvent jevaporizza.
Uża kontenitur kromatografiku li l-ħitan tiegħu huma miksija b’karta li tiffiltra mxarrba kompletament bis-solvent biex tiżviluppa l-kromatogramma taħt temperatura normali b’karbonju tetrakloridu. Madwar xi siegħa wara s-solvent jilħaq għoli ta’ 18 ċm. Neħħi l-folja u ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ. Għall-separazzjoni aħjar tal-bands, żviluppa l-kromatogramma għat-tieni darba. Erġa’ ħalli s-solvent jevaporizza fil-miftuħ.
Sprejja s-saff irqiq tal-ġel silika b’soluzzjoni ta’ 20 % aċidu fosfomolibdiku f’alkoħol etile. Il-kulur tas-saff jrid ikun isfar uniformi. Żviluppa l-bands billi ssaħħan il-folja sprejjata b’temperatura 110 °Ċ għal ħames minuti.
IV. INTERPRETAZZJONI TAL-KROMATOGRAMMA
Jekk il-kromatogramma turi band waħedha ewlenija b’kulur vivaċi b’Rf ta’ madwar 0,4 sa 0,5, il-qamħ użat għall-manifattura tal-għaġin in kwistjoni huwa qamħ durum. Jekk, minflok, jidhru żewġ bands ewlenin ta’ vivaċità ugwali, il-materja prima użata huwa il-qamħ komuni. Taħlitiet ta’ qamħ durum u qamħ komuni jistgħu jiġu assessjati b’valutazzjoni tal-vivaċità relatttiva taż-żewġ bands.
Jekk hemm tlett bands (żewġ bands ta’ għoli bħal-dak tal-bands ewlenin għal-qamħ kumuni u band oħra fosthom) ikun ġie miżjud bajd ma’ l-għaġin. F’dan il-każ, il-materja prima użata huwa qamħ durum jekk il-band tan-nofs hija iktar vivaċi mill-band ta’ fuq. Imma, jekk il-band ta’ fuq hija iktar vivaċi mill-band tan-nofs, il-materja prima użata huwa qamħ komuni.
ANNESS IV
Regolament imħassar flimkien mal-lista ta’ l-emendi suċċessivi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 4154/87 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 203/98 |
ANNESS V
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 4154/87 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 sa 4 |
Artikoli 1 sa 4 |
Artikolu 5 |
— |
— |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Annessi I, II u III |
Annessi I, II u III |
— |
Anness IV |
— |
Anness V |
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 901/2008
tas-16 ta' Settembru 2008
li jissuspendi l-applikazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta' zokkor industrijali għall-kampanja tal-kummerċjalizzazzjoni 2008/2009
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 142 tiegħu flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 142 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistabbilixxi li biex jiġu garantiti l-proviżjonijiet meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament imsemmi, il-Kummissjoni tista' tissospendi għalkollox jew parzjalment l-applikazzjoni tad-dazji tal-importazzjoni fuq ċerti kwantitajiet taz-zokkor. |
(2) |
L-Artikoli 30 sa 30d tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi, għall-kampanji tal-kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009, il-modalitajiet tal-applikazzjoni għall-importazzjoni u r-raffinar tal-prodotti fis-settur taz-zokkor fl-ambitu ta' ċerti kwoti tariffarji u ftehimiet preferenzjali [titlu mhux uffiċjali] (2) stabbilixxew il-modalitajiet tal-applikazzjoni għall-importazzjoni taz-zokkor industrijali msemmija fl-Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(3) |
Sabiex jiġu garantiti l-proviżjonijiet meħtieġa għall-fabbrikazzjoni tal-prodotti msemmijin f'Artikolu 62, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 bi prezz li jikkorrispondi għall-prezz dinji, huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi totalment id-dazju fuq l-importazzjoni taz-zokkor għall-fabbrikazzjoni ta' dawn il-prodotti għall-kampanja tal-kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, fuq kwantità li tikkorrispondi għan-nofs tal-bżonnijiet tagħhom taz-zokkor industrijali. |
(4) |
B'hekk hemm bżonn li jiġu ffissati l-kwantitajiet taz-zokkor tal-importazzjoni industrijali għall-kampanja 2008/2009. |
(5) |
Il-kumitat tal-ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli ma tax opinjoni tiegħu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-kampanja 2008/2009, id-dazji fuq l-importazzjoni ġew sospiżi totalment fuq kwantità ta' 400 000 tunnellata ta' zokkor industrijali bil-kodiċi NM 1701 u bin-numru tas-serje 09.4390, skont l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 950/2006.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-4 ta’ Ġunju 2008
dwar l-għajnuna mill-Istat C 57/07 (ex N 843/06) li qed tipprova timplementa r-Repubblika tas-Slovakkja għal Alas Slovakia, s.r.o.
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2254)
(Il-verżjoni Slovakka biss hi awtentika)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/734/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim taż-Zona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) tiegħu,
Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom skond dawk id-dispożizzjonijiet (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
I. IL-PROĊEDURA
(1) |
Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Diċembru 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Diċembru 2006 (A/40324), l-awtoritajiet Slovakki, skont l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, innotifikaw l-intenzjoni tagħhom li jagħtu għajnuna għal investiment reġjonali individwali fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa fuq l-attivitajiet tal-investiment minn Alas Slovakia, s.r.o. f’disa’ postijiet differenti (2). |
(2) |
It-talbiet għall-informazzjoni ntbaghtu fit-13 ta’ Frar 2007 (D/50598), 8 ta’ Mejju 2007 (D/51936), 25 ta’ Lulju 2007 (D/53139) u 12 ta’ Ottubru 2007 (D/54058) rispettivament. L-awtoritajiet Slovakki ttrażmettew informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri datati 12 ta’ Marzu 2007 (A/32162), 4 ta’ Ġunju (A/34580), 13 ta’ Awwissu 2007 (A/36769) u 31 ta’ Ottubru 2007 (A/39017). |
(3) |
Permezz ta’ ittra datata 11 ta’ Diċembru 2007 (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni tal-ftuħ”) il-Kummissjoni informat lis-Slovakkja li kienet iddeċidiet li tibda proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward tal-miżura. |
(4) |
Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinbeda l-proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jibagħtu l-kummenti tagħhom. |
(5) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment mill-partijiet interessati u lanqas mir-Repubblika tas-Slovakkja. |
II. DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURA
2.1. L-għan tal-miżura
(6) |
L-għan tal-miżura tal-għajnuna hija li tippromwovi l-iżvilupp reġjonali tar-reġjuni ta’ Nitra (4), Trnava (5) u Trenčín (6), ilkoll fil-Punent tas-Slovakkja, li fil-mument tan-notifika kienet żona assistita skont l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE; Il-limitu tal-intensità tal-għajnuna skond il-mappa tal-għajnuna reġjonali tas-Slovakkja għall-2004-2006 (7) huwa ta’ 50 % NGE. |
(7) |
Il-proġett propost jikkostitwixxi miżura individwali ta’ għajnuna nnotifikata mill-awtoritajiet Slovakki, jiġifieri mhijiex garantita taħt l-iskema eżistenti tal-għajnuna skond it-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (8). |
2.2. Il-forma u n-natura tal-għajnuna
(8) |
Il-miżura notifikata għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa applikata fuq bażi annwali bejn l-2007 u l-2011. Il-konċessjoni annwali hija limitata għal 50 % tar-responsabbiltà għat-taxxa tal-kumpaniji ta’ Alas Slovakia, s.r.o. L-ammont totali ta’ din il-konċessjoni mit-taxxa huwa limitat għal SKK 100 813 444 fil-valur preżenti (9) (madwar EUR 2.89 miljun). L-għajnuna ma tistax tiġi utitilizzata fl-istess ħin ma’ għajnuna minn sorsi oħra biex tkopri l-istess spejjeż eliġibbli. |
(9) |
L-għajnuna notifikata ssegwi għajnuna preċedenti fil-forma ta’ konċessjoni mit-taxxa (bbażata fuq Taqsima 35a tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul) li kienet approvata mill-Uffiċċju Slovakk għall-Għajnuna mill-Istat qabel is-sħubija tar-Repubblika Slovakka fl-UE (10). |
(10) |
Skond tit-taqsima 35a tal-Att dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, benefiċjarju tal-għajnuna jingħata kreditu fuq it-taxxa tal-kumpaniji ta’ 100 % fuq perjodu ta’ ħames snin konsekuttivi u sussegwentement, huwa għandu l-possibbiltà li japplika għal kreditu addizjonali ta’ 50 % fuq it-taxxa matul il-ħames snin ta’ wara. In-notifika sottomessa tikkonċerna t-tieni perjodu ta’ ħames snin. L-għajnuna notifikata tikkonċerna spejjeż oħra eliġibbli u parzjalment stabbilimenti oħra wkoll minn dawk li huma koperti mill-għajnuna ta’ qabel l-adeżjoni. |
2.3. Bażi legali tal-għajnuna individwali
(11) |
Il-bażi legali nazzjonali għall-għajnuna hija l-Att Nru 231/1999 Coll. dwar l-għajnuna mill-Istat, kif emendat, l-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, u l-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003, b’mod partikolari t-Taqsima 52(3) tal-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 35a tal-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003 (11). |
2.4. Benefiċjarji
(12) |
Il-benefiċjarja tal-għajnuna, Alas Slovakia, s.r.o., hija intrapriża kbira. Hija ħadet f’idejha l-attivitajiet tal-intrapriżi li kienu tal-Istat “Západoslovenské kameňolomy a štrkopiesky” and “Strmáč Comp.Ltd”. Il-benefiċjarja hija attiva fl-estrazzjoni u l-ipproċessar ta’ minerali mhux riżervati (żrar, ġebel) li jaqgħu taħt id-Diviżjoni 08, Grupp 08.1, Klassijiet 08.11 u 08.12 tal-klassifikazzjoni statistika NACE tal-attivitajiet ekonomiċi. Hija involuta wkoll fil-produzzjoni u l-bejgħ tas-siment u t-taħlit tal-konkrit – Diviżjoni 23, Grupp 23.6 tal-klassifikazzjoni NACE. |
(13) |
Skond l-informazzjoni pprovduta fuq il-websajt tal-kumpanija, Alas Slovakia, s.r.o. hija fost il-produtturi ewlenin tax-xogħol tal-ġebel fir-Repubblika tas-Slovakkja. Is-sehem mis-suq tagħha fis-Slovakkja huwa ta’ madwar 15 %. |
(14) |
L-akbar azzjonista (67.45 %) tal-Alas Slovakia, s.r.o. hija Alas International Baustoffproduktions AG (minn hawn ‘il quddiem “Alas International”) ibbażata f’Ohlsdorf (Austria), li min-naħa tagħha hija proprjetà ta’ ASAMER holding group. Alas International twaqqfet fl-1998 bħala kumpanija holding biex topera f’azzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-aggregati u l-konkrit. |
2.5. Il-proġett tal-investiment
(15) |
Skond is-Slovakkja, l-għajnuna tikkonċerna kemm it-twaqqif ta’ tliet stabbilimenti ġodda (Červeník, Okoč and Prievidza) u l-modernizzazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u d-diversifikazzjoni ta’ sitt faċilitajiet eżistenti tal-produzzjoni (Veľký Grob, Veľký Cetín, Komjatice, Kamenec pod Vtáčnikom, Hontianske Trsťany – Hrondín and Nitra). Il-proġett tal-investiment se jinvolvi x-xiri ta’ tagħmir tekniku modern u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent minn partijiet terzi u l-konstruzzjoni u t-titjib ta’ siti diversi għall-estrazzjoni ta’ materjal mhux maħdum (ġebel u żrar, aggregati). Milli jidher dawn l-istabbilimenti kollha huma komplemtament indipendenti minn xulxin minħabba li m’hemm l-ebda konnessjoni ta’ xogħol jew rabta ekonomika bejniethom. |
(16) |
Permezz ta’ dawn l-attivitajiet tal-investiment il-kumpanija tixtieq li ttejjeb il-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħha u tiggarantixxi s-serħan il-moħħ tal-provvista tal-kwantitajiet u l-varjetajiet mitluba mill-investituri fil-kostruzzjoni. L-ispejjeż eliġibbli tal-proġett huma stmati li jlaħħqu SKK 345 026 285 (madwar EUR 9.90 miljun) fil-valur preżenti. |
(17) |
Ix-xogħlijiet fuq il-proġetti tal-investiment kienu notifikati biex jibdew fl-2007. L-implimentazzjoni tal-proġett għandha titlesta sal-2011. Id-dettalji qed jingħataw fit-tabella t’hawn taħt.
|
III. RAĠUNIJIET BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA
(18) |
Il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha biex tinbeda l-proċedura fil-każ preżenti, innotat li kellha dubji fir-rigward tal-kompatibilità tal-għajnuna mas-suq komuni skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE u fuq il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna Reġjonali Nazzjonali (12) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa bħala “RAG 1998”) għar-raġunijiet li ġejjin.
|
IV. KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA SLOVAKKA U L-PARTIJIET INTERESSATI
(19) |
Ma kinux irċevuti kummenti mill-awtoritajiet Slovakki jew minn partijiet terzi biex ineħħu d-dubji li tqajmu meta bdiet l-investigazzjoni formali. |
V. L-EVALWAZZJONI TAL-MIŻURA
V.1. Il-legalità tal-miżura
(20) |
Permezz ta’ notifika għall-miżura tal-għajnuna bi klawsola ta’ waqfien totali sakemm tkun awtorizzata mill-Kummissjoni, l-awtoritajiet Slovakki kienu konformi mal-obbligi proċedurali tal-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. |
V.2. Il-karattru tal-għajnuna mill-Istat tal-miżura
(21) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE għar-raġunijiet li ġejjin, diġà indikati fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
V.2.1. Il-preżenza ta’ riżorsi tal-Istat
(22) |
Ir-riżorsi tal-Istat ikunu involuti mindu tiġi ppjanata l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa tad-dħul tal-kumpaniji. |
V.2.2. Vantaġġ ekonomiku
(23) |
Il-miżura teħles lil Alas Slovakia, s.r.o. minn spejjeż li kieku kien ikollha ġġorr taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Għalhekk tkun qed tagħti vantaġġ lil Alas Slovakia, s.r.o. fuq kumpaniji oħra. |
V.2.3. Il-preżenza tas-selettività
(24) |
Il-miżura hi selettiva minħabba li tindirizza biss impriża waħda. |
V.2.4. Id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-kummerċ
(25) |
Finalment, il-produzzjoni koperta mill-proġett hija suġġetta għall-kummerċ. Għalhekk, il-kummerċ bejn l-Istati Membri se jkun affettwat. Barra minn hekk, il-vantaġġ li jingħata lil Alas Slovakia, s.r.o. u l-produzzjoni tagħha se joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni jew jhedded li joħloq tali distorsjoni. |
V.3. Kompatibilità
(26) |
Safejn il-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, il-kompatibilità tiegħu għandha tiġi evalwata fid-dawl tal-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(2) u (3) tat-Trattat tal-KE. L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE, li huma dwar l-għajnuna ta’ natura soċjali mogħtija lill-konsumatur individwali, għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata mid-diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali u għajnuna mogħtija lil ċerti oqsma tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ma japplikawx f’dan il-każ. Il-miżura ma tistax tiġi kkunsidrata bħala proġett importanti għall-interess komuni Ewropew jew għajnuna biex tirrimedja interruzzjoni serja fl-ekonomija Slovakka, kif ipprovdut mill-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat tal-KE. Il-miżura ma tikkwalifikax la għall-eċċezzjoni permessa mill-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE li tipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti oqsma ekonomiċi, fejn tali għajnuna ma taffettwax b’mod ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali sal-punt li jmur kontra l-interess komuni. Bl-istess mod, m’għandhiex bħala l-għan tagħha l-promozzjoni tal-konservazzjoni tal-kultura u l-wirt kif ipprovdut fl-Artikolu 87(3)(d) tat-Trattat tal-KE. |
(27) |
L-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE jipprovdi l-awtorizzazzjoni tal-għajnuna biex ikun promoss l-iżvilupp ekonomiku fl-oqsma fejn il-livell tal-għajxien ikun baxx b’mod mhux normali jew fejn ikun hemm nuqqas serju ta’ impjiegi. Ir-reġjuni ta’ Nitra, Trnava and Trenčín (il-Punent tas-Slovakkja) huma eliġibbli taħt din id-deroga. |
(28) |
Fid-deċiżjoni tagħha biex tibda l-proċedura ta’ investigazzjoni formali, il-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet, li kienu miġbura fil-qosor f’Sezzjoni III ta’ din id-Deċiżjoni, li dwarhom kellha dubju kemm il-miżura li qed tiġi eżaminata tkunx tista’ tikkwalifika għal deroga skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment mir-Repubblika tas-Slovakkja jew minn partijiet terzi, il-Kummissjoni tista’ tqis li dawn id-dubji huma kkonfermati. |
VI. KONKLUŻJONI
(29) |
Il-Kummissjoni ssib li l-miżura nnotifikata mir-Repubblika tas-Slovakkja, kif stabbilita f’paragrafi 6 sa 10 aktar ‘il fuq, mhijiex kompatibbli mas-suq komuni taħt kwalunkwe deroga stabbilita fit-Trattat tal-KE, u għandha tiġi pprojbita. Skond l-awtoritajiet Slovakki, l-għajnuna ma ngħatatx u, għalhekk, ma hemmx bżonn li tiġi rkuprata. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-konċessjoni mit-taxxa nnotofikata tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.
L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika tas-Slovakkja qed tippjana biex timplimenta għal Alas Slovakia, s.r.o. li tammonta għal SKK 100 813 444 (madwdar EUR 2.89 miljun) mhix kompatibbli mas-suq komuni.
Minħabba dan, l-għajnuna m’għandhiex tiġi implimentata.
Artikolu 2
Ir-Repubblika tas-Slovakkja għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex tkun kompatibbli magħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tas-Slovakkja.
Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Neelie KROES
Membru tal-Kummissjoni
(2) Permezz ta’ ittra datata 13 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Slovakki biex jissottomettu għall-evalwazzjoni disa’ notifiki differenti biex hi tkun tista’ teżamina l-kompatibbiltà ta’ kull wieħed mid-disa’ proġetti skont il-bażi tal-merti invidwali tagħhom. Fit-tweġiba tagħhom tat-12 ta’ Marzu 2007, l-awtoritajiet Slovakki spjegaw lill-Kummissjoni li Alas Slovakia s.r.o. tikkostitwixxi entità taxxabbli waħda b’bosta stabbilimenti, bi ħlas wieħed tat-taxxa. Il-leġiżlazzjoni Slovakka applikabbli ma tippermettix lil dawk li jħallsu t-taxxa biex jikkalkulaw il-bażi tat-taxxa u t-taxxa tal-kumpaniji għal kull taqsima tal-organizzazzjoni separatament. Għalhekk, l-awtoritajiet Slovakki jqisu li mhux possibbli li jikkalkolaw l-ammont tal-għajnuna li rċieva kull stabbiliment.
(3) Ara l-ewwel nota f’qiegħ il-paġna.
(4) Fil-muniċipalitajiet ta’: Nitra, Komjatice, Veľký Cetín, Hontianske Trsťany-Hrondín.
(5) Fil-muniċipalitajiet ta’: Červeník, Veľký Grob, Okoč.
(6) Fil-muniċipalitajiet ta’: Kamenec pod Vtáčnikom, Prievidza.
(7) Għajnuna mill-Istat SK 72/2003 – ir-Repubblika tas-Slovakkja – “Mappa għall-għajnuna reġjonali mill-Istat tar-Repubblika tas-Slovakkja”.
(9) F’espressjoni tal-valur tal-2007 u kkalkulata b’rata referenzjali ta’ 5.62 % applikabbli fid-data tan-notifika.
(10) Permezz tan-notifika Nru 1108/2003 tal-Uffiċċju Slovakk għall-Għajnuna mill-Istat, maħruġa fil-25 ta’ Awwissu, l-għajnuna mill-Istat kienet approvata għal Alas Slovakia, s.r.o. (2003-2012), skont it-Taqsima 35a tal-Att Nru 471/2002, kif emendat, u Att Nru 366/1999, għal livell massimu ta’ SKK 87 145 485. Taħt proċedura interim, din l-għajnuna mill-Istat (SK 53/03) kinet ikkunsidrata bħala “għajnuna eżistenti”.
(11) L-Att Nru 231/1999 Coll. dwar l-għajnuna mill-Istat, kif emendat, l-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, u l-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003, b’mod partikolari t-Taqsima 52(3) tal-Att Nru 595/2003 Coll. dwar it-taxxa fuq id-dħul, kif emendat, taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fit-Taqsima 35a tal-Att Nru 366/1999 Coll. dwar it-taxxi fuq id-dħul, kif emendat, kif daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2003.
(12) ĠU C 74, 10.3.1998, p. 9.
(13) Ittra mill-Ministeru tal-Finanzi Slovakk, datata l-31 ta’ Mejju 2007 (ref. MF/8790/2007-832)
(14) F’dan ir-rigward, għandu jkun issottolineat 16-il impjieg ġdid mill-81 għandhom ikunu maħluqa fis-sit Červeník, li għaliha l-permess tal-estrazzjoni għandu ma ngħatax.
(15) “Studju soċjo-ekonomiku fis-settur ta’ prodotti finali magħmula minn minerali juri li n-numru ta’ impjiegi maħluqa fis-settur tal-ipproċessar tal-minerali huwa 30-40 darba akbar min-numru ta’ impjiegi fis-settur tal-minerali” (ikkwotat f’paġna 31 tal-istudju intitolat “Stħarriġ tal-politiki tal-ippjanar tal-minerali fl-Ewropa”- ikkummissjonat mid-DĠ tal-Intrapriża u l-Industrija.
(16) ĠU C 372, 9.12.1997, p. 5.
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-16 ta' Settembru 2008
li taħtar rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċinali
(2008/735/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistipula proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u dak veterinarju u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 65 tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 726/2004, il-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċinali (minn hawnhekk ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) għandu jinkludi żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. |
(2) |
Minħabba t-tqassim mill-ġdid tal-kompetenzi fi ħdan il-Kummissjoni huwa neċessarju li jinħatar membru ġdid fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u sostitut li jkun jista’ jissostitwixxi lill-membru fl-assenza tiegħu u jivvota minfloku, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċinali għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:
(a) |
Konsulent prinċipali b’interess speċjali fuq is-Saħħa Pubblika, li joffri konsulenza lid-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi dwar strateġija tas-saħħa u jgħin lid-Direttur tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u Valutazzjoni tar-Riskji. |
Ir-rappreżentant alternattiv għandu jkun persuna li tokkupa l-pożizzjoni u li teżerċita l-funzjonijiet mniżżla hawn taħt:
(b) |
Il-Kap tal-Unità “Strateġija għas-Saħħa u s-Sistemi tas-Saħħa”, li tinkludi l-funzjonijiet ta’ determinazzjoni u formolazzjoni ta’ politiċi u azzjoni għas-saħħa pubblika, inkluż fil-kamp tal-farmaċewtika, u d-determinazzjoni tad-direzzjoni ġenerali tal-attivitajiet fl-unità skont il-bażi tal-programm ta’ xogħol tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi u/jew il-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u Valutazzjoni tar-Riskji. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-persuni li jokkupaw, anke jekk fuq bażi temporanja, il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1 fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, jew għal kull suċċessur tal-persuni f’dawk il-pożizzjonijiet.
Artikolu 3
Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Konsumaturi għandu jinforma lill-President tal-Bord Amministrattiv u d-Direttur tal-Aġenzija bl-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-pożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1, u b’kull bdil f’dan ir-rigward.
Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/26 |
AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/736/PESK
tal-15 ta' Settembru 2008
dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 14 u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-1 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill Ewropew esprima t-tħassib serju tiegħu dwar il-kunflitt miftuħ li beda fil-Ġeorġja, u esprima r-rieda tal-Unjoni Ewropea (EU) li timpenja ruħha sabiex tappoġġa kull sforz sabiex tiġi żgurata soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-kunflitt. |
(2) |
Il-Kunsill Ewropew fakkar ukoll li soluzzjoni paċifika u dejjiema għall-kunflitt fil-Georġja għandha tkun ibbażata fuq ir-rispett sħiħ għall-prinċipji ta’ indipendenza, sovranità u integrità territorjali rikonoxxuti mid-dritt internazzjonali, mill-Att Finali tal-Konferenza ta’ Ħelsinki dwar is-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u minn riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti. |
(3) |
Il-Ftehim ta’ sitt punti li sar fit-12 ta’ Awwissu 2008 abbażi tal-isforzi ta’ medjazzjoni tal-UE, kif supplimentat bil-ftehim milħuq fit-8 ta’ Settembru 2008 għall-implimentazzjoni tiegħu, jibqa’ l-bażi għall-proċess ta’ stabbilizzazzjoni. |
(4) |
Il-Kunsill Ewropew fakkar ukoll fl-1 ta’ Settembru 2008 li l-ħatra f’Diċembru ta’ l-2003 ta’ Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Kawkasu tan-Nofsinhar kien pass ieħor fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet mal-Ġeorġja u maż-żewġ pajjiżi l-oħra tar-reġjun (l-Armenja u l-Azerbajġan). L-Unjoni Ewropea ddeċidiet li, b’żieda ma’ dan, għandu jinħatar RSUE għall-kriżi fil-Ġeorġja. |
(5) |
Fit-2 ta’ Settembru 2008, intbagħtet fil-Ġeorġja missjoni esploratorja u din bdiet topera fid-dawl tal-ġbir ta’ informazzjoni relevanti u tħejji missjoni ċivili possibbli tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD). Hija għandha tieħu kont sħiħ ta’ u taġixxi b’komplementarjetà mal-mandati tal-preżenzi eżistenti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa u tan-Nazzjonijet Uniti fil-Ġeorġja. |
(6) |
Fit-3 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill approva miżura ta’ tħejjija għal Missjoni PESD eventwalment possibbli fil-Ġeorġja. |
(7) |
F’ittra ddatata l-11 ta’ Settembru 2008, il-Gvern tal-Ġeorġja stieden lill-UE sabiex tiskjera missjoni PESD ta’ monitoraġġ ċivili fil-Ġeorġja. |
(8) |
Kwalunkwe parteċipazzjoni fil-Missjoni minn Stat terz għandha tkun konformi mal-linji gwida ġenerali definiti mill-Kunsill Ewropew. |
(9) |
L-istruttura ta’ kmand u kontroll tal-Missjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. |
(10) |
Il-Kapaċità tal-Għassa stabbilita fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tiġi attivata għal din il-Missjoni. |
(11) |
Il-Missjoni PESD ser titwettaq fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:
Artikolu 1
Il-Missjoni
1. L-Unjoni Ewropea (UE) b’dan tistabbilixxi Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, minn hawn ’il quddiem imsejħa “EUMM Georgia”. L-EUMM Geogia għandha tiġi skjerata f’fażijiet, bl-iskjerament jibda f’Settembru ta’ l-2008 u bil-fażi operattiva tibda mhux iżjed tard mill-1 ta’ Ottubru 2008.
2. EUMM Georgia għandha topera konformement mad-dikjarazzjoni tal-missjoni stabbilita fl-Artikolu 2 u għandha twettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3.
Artikolu 2
Mandat tal-missjoni
1. L-EUMM Georgia għandha tipprovdi monitoraġġ ċivili tal-azzjonijiet tal-Partijiet, inkluża l-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u miżuri implimentattivi sussegwenti fuq bażi ġenerali fil-Ġeorġja kollha, b’ħidma kollaborattiva mill-qrib mal-imsieħba, partikolarment in-Nazzjonijiet Uniti (NU) u l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), u konsistentement ma’ attivitajiet oħra tal-UE, sabiex tikkontribwixxi għall-istabbilizzazzjoni, in-normalizzazzjoni u l-bini ta’ fiduċja waqt li tikkontribwixxi wkoll għall-formazzjoni tal-politika Ewropea b’appoġġ għal soluzzjoni politika dewwiema fil-Ġeorġja.
2. L-objettivi partikolari tal-Missjoni għandhom ikunu:
(a) |
li tikkontribwixxi għall-istabbiltà fit-tul fil-Ġeorġja kollha u fir-reġjun ta’ madwarha; |
(b) |
fuq perijodu qasir, l-istabbilizzazzjoni tas-sitwazzjoni b’anqas riskju ta’ bidu mill-ġdid ta’ ostilitajiet, f’konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti u mal-miżuri implimentattivi sussegwenti. |
Artikolu 3
Kompiti tal-missjoni
Bil-għan li twettaq il-Missjoni, il-kompiti tal-EUMM Ġeorġja ser ikunu:
(1) |
Stabbilizzazzjoni: Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ stabbilizzazzjoni, iċċentrat fuq il-konformità sħiħa mal-Ftehim ta’ sitt punti, inkluż l-irtirar ta’ truppi, u fuq il-libertà tal-moviment u azzjonijiet minn sakkeġġatturi, kif ukoll fuq vjolazzjonijiet tad-drittijiet umani u d-dritt umanitarju internazzjonali. |
(2) |
Normalizzazzjoni: Tissorvelja, tanalizza u tirraporta dwar is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-proċess ta’ normalizzazzjoni tal-governanza ċivili, b’attenzjoni speċjali għall-istat tad-dritt, għal strutturi effikaċi tar-rinfurzar tal-liġi u għal sitwazzjoni adegwata ta’ ordni pubbliku. Il-Missjoni se tissorvelja wkoll is-sigurtà tal-konnessjonijiet tat-trasport, ta’ infrastrutturi ta’ l-enerġija u ta’ utilitajiet, kif ukoll l-aspetti ta’ politika u sigurtà tar-ritorn tal-persuni internament spostati u tar-refuġjati. |
(3) |
Bini ta’ fiduċja: Tikkontribwixxi għat-tnaqqis ta’ tensjonijiet permezz tal-kuntatti, għall-faċilitazzjoni ta’ kuntatti bejn il-partijiet u għal miżuri oħrajn ta’ bini ta’ fiduċja. |
(4) |
Tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-politika Ewropea u għall-involviment futur tal-UE. |
Artikolu 4
Struttura tal-Missjoni
1. L-EUMM Georgia għandha tkun strutturata kif ġej:
(a) |
Kwartier Ġenerali (KĠ). Il-KĠ għandu jikkonsisti mill-Uffiċċju tal-Kap tal-Missjoni u tal-Persunal tal-KĠ, li jkun jipprovdi l-funzjonijiet neċessarji kollha ta’ kmad u kontroll u appoġġ għall-missjoni. Il-KĠ għandu jkun fi Tbilisi. |
(b) |
Uffiċċji Lokali. Uffiċċji Lokali distribwiti ġeografikament ser iwettqu kompiti ta’ monitoraġġ u jipprovdu funzjonijiet meħtieġa ta’ appoġġ għall-missjoni. |
(c) |
Element ta’ Appoġġ. L-Element ta’ Appoġġ għandu jkun stabbilit fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fi Brussell. |
2. Bħala kapaċità ta’ potenzjament inizjali, għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta’ monitoraġġ ta’ komponenti pre-ekwipaġġati provduti mill-Istati Membri fi ħdan l-EUMM Georgia.
3. L-elementi ta’ hawn fuq għandhom ikunu suġġetti għal iżjed arranġamenti dettaljati fil-Pjan Operattiv (OPLAN).
Artikolu 5
Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili
1. Id-Direttur tal-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) għandu jkun il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għall-EUMM Georgia.
2. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tas-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jiżgura implimentazzjoni korretta u effikaċi tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill kif ukoll tad-deċiżjonijiet tal-KPS, anke bil-ħruġ ta’ istruzzjonijiet fil-livell strateġiku kif meħtieġ lill-Kap tal-Missjoni u billi jagħtih pariri u appoġġ tekniku.
4. Il-persunal kollu sekondat għandu jibqa’ taħt il-kmand sħiħ tal-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE kkonċernata. L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jittrasferixxu l-Kontroll Operattiv (OPCON) tal-persunal, gruppi u unitajiet tagħhom lill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
5. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu r-responsabbiltà ġenerali sabiex jiżgura li d-dmir ta’ diliġenza tal-UE jiġi attwat korrettament.
6. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u r-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għandhom jikkonsultaw lil xulxin kif meħtieġ.
Artikolu 6
Kap tal-Missjoni
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jieħu r-responsabbiltà u jeżerċita kmand u kontroll tal-Missjoni fil-livell operattiv fuq il-post.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll fuq il-persunal, gruppi u unitajiet minn Stati kontribwenti kif allokati mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili flimkien mar-responsabbiltà amministrattiva u loġistika inkluża dik mill-assi, mir-riżorsi u mill-informazzjoni mqiegħdin għad-dispożizzjoni tal-Missjoni.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-persunal kollu tal-Missjoni, inkluż f’dan il-każ l-element ta’ appoġġ fi Brussell, għat-twettiq effikaċi ta’ EUMM Georgia fuq il-post, jassumi l-koordinazzjoni u l-amministrazzjoni ta’ kuljum tagħha, u jsegwi l-istruzzjonijiet fil-livell strateġiku tal-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
4. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Missjoni. Għal dan l-għan, il-Kap tal-Missjoni għandu jiffirma kuntratt mal-Kummissjoni.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għall-kontroll dixxiplinari fuq il-persunal. Għall-persunal sekondat, l-azzjoni dixxiplinarja għandha tiġi eżerċitata mill-awtorità nazzjonali, jew tal-UE, konċernata.
6. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrappreżenta lill-EUMM Georgia fiż-żona tal-operazzjonijiet u għandu jiżgura l-viżibbiltà adatta tal-Missjoni.
7. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina, adegwatament, ma’ atturi oħrajn tal-UE fuq il-post. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jirċievi gwida politika lokali mir-RSUE.
8. Il-Kap tal-Missjoni għandu jfassal l-OPLAN għall-Missjoni sabiex dan jiġi preżentat għall-approvazzjoni tal-Kunsill. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiġi assistit f’dan il-kompitu mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.
Artikolu 7
Persunal
1. L-EUMM Georgia għandha tikkonsisti primarjament f’persunal sekondat mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE. Kull Stat Membru jew istituzzjoni tal-UE għandu jerfa’ l-ispejjeż ta’ kwalunkwe persunal sekondat minnu, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-post tal-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances, minbarra allowances tal-ġurnata applikabbli kif ukoll allowances għat-tbatija u għar-riskju.
2. Il-persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali għandhom jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali mill-Missjoni jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux provduti minn persunal sekondat mill-Istati Membri. Eċċezzjonalment, u f’każijiet debitament ġustifikati fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kwalifikata mill-Istati Membri, jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti.
3. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-istandards operattivi minimi ta’ sigurtà speċifiċi għall-missjoni u l-pjan ta’ sigurtà tal-Missjoni li jappoġġaw il-politika tal-UE ta’ sigurtà fuq il-post. Fir-rigward tal-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE li l-persunal ikun fdat biha waqt li jwettaq dmirijietu, il-persunal għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mir-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill (1).
Artikolu 8
Status tal-Missjoni u tal-persunal
1. L-istatus tal-Missjoni u tal-persunal tagħha, inklużi meta adatt il-privileġġi, l-immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għat-twettiq u l-funzjonament bla xkiel tal-Missjoni, għandhom jiġu miftiehma konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li jgħin lill-Presidenza, jista’ jinnegozja tali ftehim f’isimha.
2. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE li jkunu ssekondaw membru tal-persunal għandhom ikunu responsabbli sabiex iwieġbu għal kwalunkwe pretensjoni marbuta mas-sekondar, minn jew dwar il-membru tal-persunal. L-Istat jew l-istituzzjoni tal-UE in kwistjoni għandhom ikunu responsabbli għall-bidu ta’ kwalunkwe azzjoni kontra l-persuna sekondata.
3. Il-kondizzjonijiet tal-impjieg u d-drittijiet u l-obbligi tal-persunal ċivili internazzjonali u lokali għandhom jiġu stabbiliti fil-kuntratti bejn il-Kap tal-Missjoni u l-membri tal-persunal.
Artikolu 9
Linja ta’ kmand
1. L-EUMM Georgia għandha jkollha linja ta’ kmand unifikata bħala operazzjoni ta’ maniġġar ta’ kriżi.
2. Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EUMM Georgia.
3. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tas-SĠ/RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EUMM Georgia fil-livell strateġiku u, bħala tali, għandu joħroġ istruzzjonijiet lill-Kap tal-Missjoni u jipprovdilu konsulenza u appoġġ tekniku.
4. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tas-SĠ/RGħ.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jeżerċita kmand u kontroll tal-EUMM Georgia fil-livell operattiv fuq il-post u għandu jkun direttament responsabbli lejn il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili.
Artikolu 10
Kontroll politiku u direzzjoni strateġika
1. Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti konformement mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 25 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat sabiex jinħatar Kap tat-TPUE, fuq proposta mis-SĠ/RGħ, u sabiex jiġu emendati il-Kunċett ta’ Operazzjonijiet (CONOPS) u l-OPLAN. Is-setgħat deċiżjonali fir-rigward tal-objettivi u t-terminazzjoni tal-Missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.
2. Il-KPS għandu jirrapporta lill-Kunsill f’intervalli regolari.
3. Il-KPS għandu jirċievi, fuq bażi regolari u kif meħtieġ, rapporti mill-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili u mill-Kap tal-Missjoni dwar kwistjonijiet fl-oqsma tar-responsabbiltà tagħhom.
Artikolu 11
Parteċipazzjoni ta’ Terzi Stati
1. Mingħajr preġudizzju għall-awtonomija deċiżjonali tal-UE u l-qafas istituzzjonali uniku tagħha, jistgħu jiġu mistiedna Stati terzi sabiex jikkontribwixxu għall-Missjoni, sakemm dawn jerfgħu l-ispejjeż tal-persunal sekondat minnhom, inklużi s-salarji, l-assigurazzjoni li tkopri r-riskji kollha, l-allowances ta’ sussistenza ta’ kuljum u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-Georġja, u sakemm dawn jikkontribwixxu għall-ispejjeż operattivi tal-Missjoni, kif meħtieġ.
2. L-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-Missjoni għandu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi f’termini ta’ ġestjoni ta’ kuljum tal-Missjoni daqs l-Istati Membri tal-UE.
3. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet relevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti u sabiex jistabbilixxi Kumitat ta’ Kontributuri.
4. L-arranġamenti dettaljati dwar il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi għandhom ikunu koperti minn strumenti ta’ ftehim konklużi konformement mal-Artikolu 24 tat-Trattat. Is-SĠ/RGħ, li għandu jassisti lill-Presidenza, jista’ jinnegozja strumenti ta’ ftehim bħal dawn f’isem din tal-aħħar. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ dak l-Istat terz f’operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-Missjoni.
Artikolu 12
Is-sigurtà
1. Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jidderieġi l-ippjanar tal-miżuri tas-sigurtà tal-Kap tal-Missjoni u jiżgura l-implimentazzjoni korretta u effikaċi tagħhom għall-EUMM Georgia konformement mal-Artikoli 5 u 9, f’koordinazzjoni mal-Uffiċċju tas-Sigurtà tal-Kunsill.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun responsabbli għas-sigurtà tal-Missjoni u sabiex jiżgura konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ sigurtà applikabbli għall-Missjoni, konformement mal-politika tal-UE dwar is-sigurtà tal-persunal skjerat barra l-UE f’kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, u mad-dokumenti li jappoġġawha.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkun assistit minn Uffiċjal tas-Sigurtà tal-Missjoni (MSO), li għandu jirrapporta lill-Kap tal-Missjoni u jżomm ukoll relazzjoni funzjonali mill-qrib mal-Uffiċċju ta’ Sigurtà tal-Kunsill.
4. Il-persunal tal-EUMM Georgia għandu jingħata taħriġ obbligatorju ta’ sigurtà qabel ma jibda xogħlu, konformement mal-OPLAN. Huwa għandu jingħata wkoll taħriġ regolari ta’ aġġornament fuq il-post tal-operazzjoni organizzat mill-MSO.
5. Il-Kap tal-Missjoni għandu jiżgura l-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill.
Artikolu 13
Kapaċità tal-Għassa
Il-Kapaċità tal-Għassa għandha tiġi attivata għall-EUMM Georgia.
Artikolu 14
Dispożizzjonijiet finanzjarji
1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-Missjoni għandu jkun ta’ EUR 31 000 000.
2. L-ispiża kollha għandha tiġi amministrata konformement mar-regoli Komunitarji u mal-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE. Suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, il-Kap tal-Missjoni jista’ jikkonkludi arranġamenti tekniċi ma’ Stati Membri tal-UE, ma’ Stati terzi parteċipanti, u ma’ atturi internazzjonali oħrajn fir-rigward tal-provvista ta’ tagħmir, servizzi u siti lill-EUMM Georgia. Iċ-ċittadini ta’ Stati terzi għandhom ikunu permessi li jressqu offerti għall-kuntratti.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jirrapporta b’mod sħiħ lill-Kummissjoni, u għandu jkun sorveljat minnha, rigward l-attivitajiet imwettqin fil-qafas tal-kuntratt tiegħu.
4. L-arranġamenti finanzjarji għandhom josservaw ir-rekwiżiti operattivi tal-Missjoni, inkluża l-kompatibbiltà tat-tagħmir u l-interoperabbiltà tal-gruppi tagħha.
5. In-nefqa relatata mal-Missjoni għandha tkun eliġibbli mid-dħul fis-seħħ ta’ din l-Azzjoni Konġunta.
Artikolu 15
Koordinazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għal-linja ta’ kmand, il-Kap tal-Missjoni għandu jaġixxi f’koordinazzjoni mill-qrib mad-delegazzjoni tal-Kummissjoni sabiex jiżgura l-konsistenza tal-azzjoni tal-UE b’appoġġ għall-Ġeorġja.
2. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkoordina mill-qrib mal-Presidenza lokali tal-UE u ma’ Kapijiet oħrajn ta’ Missjonijiet tal-UE.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jikkopera mal-atturi internazzjonali l-oħrajn preżenti fil-pajjiż, partikolarment in-NU u l-OSKE.
Artikolu 16
Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata
1. Is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, skond il-każ u skond il-ħtiġijiet tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “CONFIDENTIEL UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’ konformità mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill.
2. Is-SĠ/RGħ għandu jkun ukoll awtorizzat jirrilaxxa lin-NU u lill-OSKE, konformement mal-ħtiġijiet operattivi tal-Missjoni, informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, f’ konformità mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill. Għandhom jitfasslu arranġamenti lokali għal dan l-għan.
3. Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat ukoll jirrilaxxa lill-Istat ospitanti kwalunkwe informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell “RESTREINT UE” li jiġu ġenerati għall-finijiet tal-Missjoni, konformement mar-Regolamenti ta’ Sigurtà tal-Kunsill. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, din l-informazzjoni u dawn id-dokumenti għandhom jiġu rrilaxxati lill-Istat ospitanti f’ konformità mal-proċeduri applikabbli għall-koperazzjoni mill-Istat ospitanti mal-UE.
4. Is-SĠ/RGħ huwa awtorizzat jirrilaxxa lill-Istati terzi assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta kwalunkwe dokumenti mhux klassifikati tal-UE relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill dwar il-Missjoni u li jkunu koperti mill-obbligu ta’ segretezza professjonali f’ konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (2).
Artikolu 17
Reviżjoni tal-Missjoni
Sitt xhur wara l-bidu tal-Missjoni għandu jiġi ppreżentat lill-KPS reviżjoni tal-Missjoni, abbażi ta’ rapport mill-Kap tal-Missjoni u mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
Artikolu 18
Dħul fis-seħħ u tul ta’ żmien
Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha u t-tul ta’ żmien tagħha għandu jkun ta’ 12-il xahar.
Artikolu 19
Pubblikazzjoni
1. Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
2. Id-deċiżjonijiet tal-KPS f’ konformità mal-Artikolu 10(1) fir-rigward tal-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għandhom ukoll jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-Regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/683/KE, Euratom tal-15 ta’ Settembru 2006 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 285, 16.10.2006, p. 47).
17.9.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 248/s3 |
NOTA LILL-QARREJ
L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.
Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.