ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
6 ta' Settembru 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 871/2008 tal-5 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 872/2008 tat-3 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 873/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

5

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/85/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-thiabendazole bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha ( 1 )

6

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/86/KE tal-5 ta' Settembru 2008 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-tebuconazole bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha ( 1 )

9

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/717/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Frar 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 46/07 (ex NN 59/07) implimentata mir-Rumanija għal Automobile Craiova (ex Daewoo Romania) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 700)  ( 1 )

12

 

 

2008/718/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ April 2008 dwar il-miżura C 29/07 (ex N 310/06) li l-Ungerija qed tippjana biex timplimenta fil-forma ta’ garanzija għal kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien lil Impriżi ta’ daqs Medju u ta’ daqs Żgħir (SME’s) b’fatturat ta’ esportazzjoni limitat (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1332)  ( 1 )

26

 

 

2008/719/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2008 dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1625)  ( 1 )

32

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 116/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran ( ĠU L 35, 9.2.2008 )

55

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 117/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea ( ĠU L 35, 9.2.2008 )

56

 

 

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 3 tal-qoxra)

s3

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 871/2008

tal-5 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fìs-6 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

20,7

ZZ

20,7

0707 00 05

JO

156,8

MK

64,6

TR

106,2

ZZ

109,2

0709 90 70

TR

95,3

ZZ

95,3

0805 50 10

AR

73,6

UY

72,4

ZA

81,4

ZZ

75,8

0806 10 10

IL

235,4

TR

102,2

US

188,9

XS

61,0

ZZ

146,9

0808 10 80

BR

55,2

CL

104,1

CN

111,7

NZ

104,5

US

94,6

ZA

81,6

ZZ

92,0

0808 20 50

CN

60,9

TR

139,7

ZA

93,1

ZZ

97,9

0809 30

TR

138,3

US

166,3

XS

61,2

ZZ

121,9

0809 40 05

IL

137,8

MK

53,9

TR

69,0

XS

53,4

ZZ

78,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 872/2008

tat-3 ta’ Settembru 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-petriċi fiż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta' CECAF 34.1.1 min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

33/T&Q

Stat Membru

Il-Portugall

Stokk

ANF/8C3411

Speċi

Petriċa (Lophiidae)

Żona

VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE ta’ CECAF 34.1.1

Data

4.8.2008


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 873/2008

tal-5 ta' Settembru 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 43 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 (2) fetaħ sejħiet permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta' intervent tal-Istati Membri. Il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għall-aħħar sejħa parzjali jiskadi fil-10 ta' Settembru 2008.

(2)

Bil-għan li r-raħħala tal-bhejjem u l-industrija tal-għalf tal-bhejjem ikollhom provvista żgurata bi prezzijiet kompetittivi għall-ewwel ftit xhur tas-sena tas-suq 2008/2009, jeħtieġ li l-ħażniet ta' intervent miżmuma mill-aġenzija ta' intervent tal-Ungerija, l-unika waħda li għad għandha ħażniet, jissuktaw isiru disponibbli fis-swieq taċ-ċereali, kif ukoll li jkunu speċifikati l-ġranet u d-dati li fihom l-operaturi jistgħu jressqu offerti, skont il-laqgħat ipprogrammati tal-kumitat ta' ġestjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli.

(3)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 712/2007 jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat ta’ ġestjoni għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 712/2007, għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Mill-15 ta’ Settembru 2008 'l quddiem, il-perjodu għat-tressiq tal-offerti għas-sejħiet parzjali jintemm fis-13:00 (ħin ta’ Brussell) l-Erbgħa l-24 ta’ Settembru 2008, il-15 ta’ Ottubru 2008, id-29 ta’ Ottubru 2008, it-12 ta’ Novembru 2008, is-26 ta’ Novembru 2008, it-3 ta' Diċembru 2008 u s-17 ta’ Diċembru 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 7.


DIRETTIVI

6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/6


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/85/KE

tal-5 ta' Settembru 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-thiabendazole bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. Dik il-lista tinkludi t-thiabendazole.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, it-thiabendazole ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif definit fl-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Spanja nħatret bħala l-Istat Membru Rapporteur u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fid-9 ta' Mejju 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie rivedut mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali fit-22 ta' Frar 2008, f’rapport ta’ valutazzjoni.

(5)

Mill-eżamijiet li saru, jidher li l-prodotti bijoċidali wżati bħala preservattivi ta' l-injam u li fihom it-thiabendazole jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li t-thiabendazole jiġi inkluż fl-Anness I, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala preżervattivi ta’ l-injam u li fihom it-thiabendazole jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE.

(6)

Madankollu, ġew identifikati riskji mhux aċċettabbli għat-trattament fil-post ta' njam fl-apert, u għall-injam ittrattat espost għall-elementi. Għalhekk, m’għandhomx jingħataw awtorizzazzjonijiet għal dawn l-użi sakemm ma tkunx tressqet data biex turi li l-prodotti jistgħu jintużaw mingħajr riskji mhux aċċettabbli għall-ambjent.

(7)

Meta jitqiesu r-riżultati tar-rapport ta' valutazzjoni, huwa f'loku li, għall-prodotti li fihom it-thiabendazole u li jintużaw bħala preservattivi ta' l-injam, ikun hemm l-esiġenza li jittieħdu miżuri ta' tnaqqis tar-riskju fuq il-livell ta' l-awtorizzazzjoni tal-prodott, biex jiġi żgurat li r-riskji jitnaqqsu għal livell aċċettabbli skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE u l-Anness VI għaliha. B’mod partikolari, għandhom jittieħdu miżuri f’lokhom sabiex iħarsu l-kompartimenti tal-ħamrija u akkwatiċi għaliex waqt l-evalwazzjoni ġew identifikati riskji li mhumiex aċċettabbli f’dawn il-kumpartimenti u l-prodotti intenzjonati għall-użu industrijali u/jew professjonali għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv xieraq jekk ir-riskju identifkat għall-utenti industrijali u/jew professjonali ma jistax jitnaqqas b’xi mod ieħor.

(8)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva thiabendazole u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE, jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(10)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fi prodotti tat-tip 8 li fihom it-thiabendazole biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan.

(12)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat skond l-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva, sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2009. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

L-entrata li ġejja “Nru 13” tiddaħħal fl-Anness I għad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ Identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif imqiegħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

(ħlief għall-prodotti li fihom iktar minn sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Data ta’ skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“13

Thiabendazole

2-thiazol-4-yl-1H-benzoimidazole

Nru tal-KE: 205-725-8

Nru tal-CAS: 148-79-8

985 g/kg

1 ta’ Lulju 2010

30 ta’ Ġunju 2012

30 ta’ Ġunju 2020

8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Meta jitqiesu s-suppożizzjonijiet li saru waqt il-valutazzjoni tar-riskju, il-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali u/jew professjonali, f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħidmiet ta’ applikazzjoni ta’ vakwu doppju u ta’ immersjoni, jeħtiġilhom jintużaw bit-tagħmir persunali protettiv xieraq, sakemm ma jistax jintwera fl-applikazzjoni li r-riskji għall-utenti industrijali u/jew professjonali jistgħu jitrażżnu għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

 

Meta jitqiesu r-riskji identifikati għall-kompartimenti tal-ħamrija u akkwatiċi, jeħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa għat-taffija tar-riskji sabiex jipproteġu dawk il-kompartimenti. B'mod partikolari, it-tikketti u/jew il-fuljetti tad-data tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali għandhom jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli biex ma jitħalliex li jkun hemm rilaxxi diretti fil-ħamrija jew fl-ilma, u li kwalunkwe materjal li jiskula mill-injam jeħtieġlu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

 

Il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għat-trattament fil-post ta' njam fl-apert jew għall-injam li se jkun espost għall-elementi, sakemm ma titressaqx data biex turi li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5 u ta' l-Anness VI, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri xierqa tat-taffija tar-riskji.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/9


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/86/KE

tal-5 ta' Settembru 2008

li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi t-tebuconazole bħala sustanza attiva fl-Anness I tagħha

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/8/KE tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta' l-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidiali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB tad-Direttiva 98/8/KE. Din il-lista tinkludi t-tebuconazole.

(2)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1451/2007, t-tebuconazole ġie evalwat skond l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE għall-użu fi prodotti tat-tip 8, preservattivi ta’ l-injam, kif definit fl-Anness V tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Id-Danimarka nħatret bħala l-Istat Membru Referent u ressqet ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti, flimkien ma’ rakkomandazzjoni, lill-Kummissjoni fil-11 ta' Jannar 2006 skond l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(4)

Ir-rapport ta’ l-awtorità kompetenti ġie analizzat mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sejbiet mill-analiżi ġew inkorporati f’rapport ta’ evalwazzjoni, fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-29 ta' Novembru 2007.

(5)

L-analiżi tat-tebuconazole ma kixfet l-ebda kwistjoni jew tħassib mhux solvuti li għandhom jiġu ttrattati mill-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent.

(6)

Mill-eżamijiet li saru jidher li prodotti bijoċidjali li jintużaw bħala preżervattivi ta’ l-injam u jkun fihom it-tebuconazole jistgħu jiġu preżunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE. Għalhekk huwa xieraq li t-tebuconazole jiġi inkluż fl-Anness I għal prodotti tat-tip 8, sabiex ikun żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet għall-prodotti bijoċidali użati bħala preservattivi ta’ l-injam u li fihom it-tebuconazole jistgħu jingħataw, jiġu mmodifikati jew ikkanċellati skond l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE. Madankollu, ġew identifikati riskji mhux aċċettabbli għat-trattament fil-post ta' njam fl-apert, u għall-injam ittrattat li jkun f'kuntatt kontinwu ma' l-ilma. L-awtorizzazzjonijiet ta' dawn l-użi sejrin jirrikjedu s-sottomissjoni ta' data li turi li l-prodotti jistgħu jintużaw mingħajr riskji mhux aċċettabbli għall-ambjent.

(7)

Fid-dawl tas-sejbiet tar-rapport ta' evalwazzjoni, huwa f'loku li ssir l-esiġenza li l-prodotti li jkun fihom li jingħataw struzzjonijiet biex l-injam ittrattat ikun irid jinħażen wara t-trattament fuq bażi iebsa impermeabbli biex ma jitħalliex li jkun hemm rilaxxi diretti fil-ħamrija u biex materjal li jiskula mill-injam ikun jista' jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi, skond l-Artikolu 10(2)(i)(d) tad-Direttiva 98/8/KE.

(8)

Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu applikati b’mod simultanju fl-Istati Membri kollha sabiex jiżguraw trattament ugwali tal-prodotti bijoċidali fis-suq li fihom is-sustanza attiva tebuconazole u wkoll biex jiffaċilitaw l-operat kif suppost tas-suq ġenerali tal-prodotti bijoċidali.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli qabel ma sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex jippermetti lill-Istati Membri u lill-partijiet interessati jippreparaw ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda involuti u jiżgura li l-applikanti li ppreparaw id-dokumentazzjoni jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mill-perjodu ta’ għaxar snin ta’ protezzjoni tad-data, li skond l-Artikolu 12(1)(c)(ii) tad-Direttiva 98/8/KE jibda mid-data ta’ l-inklużjoni.

(10)

Wara l-inklużjoni, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu raġonevoli biex jimplimentaw l-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 98/8/KE u b’mod partikolari biex jagħtu, jimmodifikaw jew jikkanċellaw l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali fil-prodotti tat-tip 8 li fihom it-tebuconazole biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mad-Direttiva 98/8/KE.

(11)

Id-Direttiva 98/8/KE għalhekk għandha tiġi emendata kif jixraq.

(12)

Il-miżuri provduti f’din id-Direttiva huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Marzu 2009, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u t-tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Settembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p.3.


ANNESS

L-entrata li ġejja “Nru 6” għandha tiddaħħal fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE:

Nru

Isem Komuni

Isem IUPAC

Numri ta’ identifikazzjoni

Purezza minima tas-sustanza attiva fil-prodott bijoċidali kif jitqieħed fis-suq

Data ta’ l-inklużjoni

Skadenza sa meta għandha tiġi ddeterminata l-konformità ma’ l-Artikolu 16(3)

sustanza attiva waħda li għalihom l-iskadenza sa meta għandhom jikkonformaw ma’ l-Artikolu 16(3) għandha tkun dik stipulata fl-aħħar deċiżjoni minn dawk dwar l-inklużjoni marbuta mas-sustanzi attivi tagħhom)

Skadenza ta’ l-inklużjoni

Tip ta’ prodott

Dispożizzjonijiet speċifiċi (*)

“6

tebuconazole

1-(4-chlorophenyl)-4,4-dimethyl-3-(1,2,4-triazol-1-ylmethyl)pentan-3-ol

Nru tal-KE: 403-640-2

Nru tal-CAS: 107534-96-3

950 g/kg

l-1 ta’ April 2010

il-31 ta’ Marzu 2012

il-31 ta’ Marzu 2020

8

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

Fid-dawl tar-riskju identifikat għall-kompartimenti tal-ħamrija u akkwatiċi, jeħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa għat-taffija tar-riskju sabiex jipproteġu dawk il-kompartimenti. B'mod partikolari, it-tikketi u/jew il-fuljetti tad-data tas-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għall-użu industrijali għandhom jindikaw li l-injam li jkun għadu kemm ġie ttrattat jeħtieġlu jinħażen wara t-trattament taħt għata jew fuq bażi iebsa impermeabbli biex ma jitħalliex li jkun hemm rilaxxi diretti fil-ħamrija, u li kwalunkwe materjal li jiskula mill-injam jeħtieġlu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

 

Barra minn hekk, il-prodotti ma jistgħux jiġu awtorizzati għat-trattament fil-post ta' njam fl-apert jew għall-injam ittrattat i jkun f'kuntatt kontinwu ma' l-ilma, sakemm ma titressaqx data biex turi li l-prodott jissodisfa r-rekwiżiti ta' l-Artikolu 5 u l-Anness VI, jekk meħtieġ bl-applikazzjoni ta' miżuri adegwati tat-taffija tar-riskju.”


(*)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni ta’ l-Anness VI, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta’ valutazzjoni huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/comm/environment/biocides/index.htm


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-27 ta’ Frar 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat C 46/07 (ex NN 59/07) implimentata mir-Rumanija għal Automobile Craiova (ex Daewoo Romania)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 700)

(Il-verżjoni bir-Rumen biss hija awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/717/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1) (a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   IL-PROĊEDURA

(1)

Fis-17 ta’ Jannar 2007 il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar diversi impriżi pubbliċi Rumeni, inkluż SC Automobile Craiova SA (minn issa “l quddiem “Automobile Craiova” ”), ex Daewoo Romania (*), fil-kuntest tal-proċess ta’ privatizzazzjoni nazzjonali. Ir-Rumanija ssottomettiet l-informazzjoni permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Frar 2007. Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni fit-8 ta’ Marzu u fit-22 ta’ Mejju 2007 u din ġiet sottomessa mir-Rumanija permezz ta’ l-ittri tal-21 ta’ Marzu, tal-25 ta’ Mejju u tal-31 ta’ Mejju 2007. Saret laqgħa ma’ l-awtoritajiet Rumeni fit-3 ta’ Mejju 2007.

(2)

Permezz ta’ ittra tal-5 ta’ Lulju 2007, il-Kummsisjoni talbet lill-awtoritajiet Rumeni sabiex jinteħħew il-kundizzjonijiet speċifiċi mehmuża mal-kuntratt ta’ privatizzazzjoni għal Automobile Craiova, filwaqt li fl-istess ħin indikat li n-nuqqas ta’ sospensjoni ta’ kwalunkwe għajnuna illegali jista’ jwassal għall-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ deċiżjoni sabiex jinbdew proċedura ta’ investigazzjoni formali fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE u inġunzjoni ta’ sospensjoni fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 11(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 (2).

(3)

Permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Lulju 2007, l-awtoritajiet Rumeni għarrfu lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni ta’ Automobile Craiova għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. Permezz ta’ ittra ta’ l-20 ta’ Awwissu 2007, il-Kummissjoni fakkret lir-Rumanija li l-privatizzazzjoni ta’ Automobile Craiova trid tiġi nnotifikata qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura li torbot lill-awtoritajiet pubbliċi.

(4)

F’Settembru ta’ l-2007 il-Kummissjoni semgħet mill-istampa li fit-12 ta’ Settembru 2007 ir-Rumanija kienet iffirmat ftehim ta’ bejgħ u xiri (“SPA”) ma’ l-uniku offerent, il-Ford.

(5)

Permezz ta’ ittra ta’ l-10 t’Ottubru 2007, il-Kummissjoni għarrfet lir-Rumanija li kienet iddeċidiet li tagħti bidu għall-proċedura stipulata fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE fir-rigward ta’ l-għajnuna illegali u li toħroġ inġunzjoni ta’ sospensjoni. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura flimkien ma’ l-inġunzjoni ta’ sospensjoni ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(6)

Ir-Rumanija ssottomettiet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007. Ford issottomettiet il-kummenti tagħha permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Novembru 2007, imbagħad dawn intbagħtu lir-Rumanija fit-30 ta’ Novembru 2007. Ir-Rumanija ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti tal-Ford permezz ta’ ittra tas-7 ta’ Diċembru 2007.

(7)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tat-12 ta’ Ottubru 2007, tas-17 ta’ Ottubru 2007, tad-19 ta’ Ottubru 2007, ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 u ta’ l-14 ta’ Jannar 2008. Ir-Rumanija ssottomettiet l-informazzjoni addizzjonali permezz ta’ ittri tat-18 ta’ Ottubru 2007, ta’ l-24 ta’ Ottubru 2007, tas-6 ta’ Novembru 2007, tat-12 ta’ Novembru 2007, tad-19 ta’ Novembru 2007, tat-23 ta’ Novembru 2007, tas-7 ta’ Diċembru 2007, tat-8 ta’ Jannar 2008 u tat-23 ta’ Jannar 2008.

(8)

Il-Kummissjoni ltaqgħet ma’ l-awtoritajiet Rumeni u r-rappreżentanti tal-Ford fil-5 ta’ Ottubru 2007, fit-12 ta’ Ottubru 2007, fis-7 ta’ Novembru 2007, fil-15 ta’ Novembru 2007, fis-17 ta’ Diċembru 2007 u fl-24 ta’ Jannar 2008.

2.   ID-DESKRIZZJONI

2.1.   L-impriża ikkonċernata

(9)

L-Automobile Craiova hija kumpanija attiva fil-kummerċ ta’ partijiet ta’ rikambju tal-karozzi. Tipproduċi wkoll kaxxi ta’ l-egżost u xogħol tal-PVC. L-Istat Rumen għandu 72.4 % mill-ishma tagħha permezz ta’ l-aġenzija ta’ privatizzazzjoni Rumena, AVAS. Is-27.6 % ta’ l-ishma li jibqgħu huma propjetà ta’ fond privat ta’ investiment (SIF Oltenia) u ta’ persuni naturali u ġuridiċi tal-liġi privata. L-ishma tagħha huma elenkati fil-Borża ta’ Bucharest. L-Automobile Craiova għamlet qligħ ta’ EUR 83 479 fl-2005 u ta’ EUR 51 125 fl-2006. Il-fatturat tagħha kien ta’ EUR 2.15 miljun fl-2005 u EUR 2.14 miljun fl-2006.

(10)

Il-kumpanija għandha sussidjarja waħda, Daewoo Romania (“DWAR”), li hija wkoll l-azzjonista maġġuri f’Mecatim. Il-produttur tal-karozzi DWAR ġie stabbilit fl-1994 bħala impriża konġunta, fejn l-Istat Rumen kellu 49 % ta’ l-ishma u d-Daewoo Motors South Korea 51 %. Wara li d-Daewoo Motors falliet, id-DWAR akkwistat 51 % ta’ l-ishma tagħha fl-2006. Fid-dawl tal-leġiżlazzjoni Rumena għall-kumpaniji, il-51 % ta’ l-ishma ġew annullati f’Novembru 2007 u b’hekk id-DWAR saret kollha kemm hi l-propjetà ta’ l-Automobile Craiova.

(11)

Fl-2007 id-DWAR impjegat 3 959 persuna. Fl-2006 ipproduċiet 24 898 karozza, li l-parti l-kbira tagħhom kienu mudelli żgħar. Il-pjan fl-2007 kien li tipproduċi madwar 19 000 karozza. F’Jannar ta’ l-2008 il-produzzjoni tal-karozzi waqfet. Barra minn hekk, id-DWAR tipproduċi magni għal sussidjarji differenti tal-GM Daewoo. Il-fabbrika ta’ Craiova għandha kapaċità ta’ produzzjoni ta’ 100 000 karozza fis-sena.

(12)

Id-DWAR iġġenerat telf ta’ madwar EUR 350 miljun fl-2006 u ta’ madwar EUR 3.4 miljun sat-30 ta’ April 2007. Fl-2006 kellha dejn totali ta’ madwar EUR 88 miljun, li minnhom EUR 56 miljun kienu dovuti lill-baġit pubbliku u EUR 25 miljun lill-fornituri.

(13)

Skond id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, fl-2006 il-kumpanija kellha art u assi fissi li jiswew EUR 193 miljun, materja prima u materja oħra li jiswew 55 miljun EUR, flus kontanti disponibbli li jammontaw għal EUR 96 mliljun, u assi riċevibbli u spejjeż b’total ta’ EUR 108 miljun. Fl-aħħar netto, skond il-karti tal-bilanċ fl-aħħar ta’ l-2006, id-DWAR kellha assi netti ta’ EUR 419 miljun fl-2006.

(14)

Il-Mecatim hija sussidjarja tad-DWAR li tipposjedi 75 % ta’ l-ishma tagħha; 20 % huma l-propjetà ta’ l-AVAS u l-5 % li jibqgħu huma l-propjetà ta’ azzjonisti privati minoritarji. Il-kumpanija tinsab f’Timișoara. L-attività ewlenija tagħha hija l-produzzjoni ta’ partijiet ta’ rikambju għal vetturi u magni tal-vetturi. Madankollu, il-kumpanija waqfet din il-produzzjoni u fil-preżent hija involuta fil-kummerċ ta’ vetturi.

(15)

L-Automobile Craiova hija bbażata f’reġjun eliġibbli għall-għajnuna skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE.

2.2.   Il-proċess ta’ privatizzazzjoni

(16)

Fid-19 u l-21 ta’ Mejju 2007 l-aġenzija ta’ privatizzazzjoni Rumena, l-AVAS, ħabbret il-bejgħ tal-parteċipazzjoni tagħha ta’ 72 % fl-Automobile Craiova. Għalkemm diversi impriżi kienu ssottomettew minn qabel ittri ta’ interess mhux vinkolanti, żewġ investituri potenzjali biss, il-Ford Motor Company (“Ford”) u l-General Motors (“GM”), xtraw il-Memorandum ta’ Informazzjoni (jiġifieri l-fajl tal-preżentazzjoni, li tahom aċċess għall-informazzjoni li kienet tinstab fil-Kamra tad-Data u wassalhom sabiex eventwalment jissottomettu offerta finali u vinkolanti.

(17)

Il-fajl tal-preżentazzjoni kien fih ċerti kundizzjonijiet li jirrelataw b’mod partikolari għall-produzzjoni minima, l-impjieg u l-livelli ta’ investimenti. It-tabella tal-punti wriet li l-prezz offrut irrappreżenta 35 % biss tal-punti totali, b’investimenti aggregati li jirrappreżentaw 25 %, il-kisba ta’ livell ta’ integrazzjoni tal-produzzjoni ta’ 60 % fir-raba’ sena li tirrappreżenta 20 % u l-impenn għall-livell ta’ produzzjoni ta’ 200 000 karozza fir-raba’ sena li jirrappreżenta l-20 %. Jekk il-livell ta’ integrazzjoni offrut kien inqas minn 60 % u/jew jekk dan il-livell ikun jista’ jinkiseb biss wara erba’ snin, l-investitur jikseb 0 punti. L-istess japplika għall-livell tal-produzzjoni, fejn, jekk il-livell ta’ produzzjoni offrut kien inqas minn 200 000 karozza fir-raba’ sena u/jew jekk perjodu aktar twil ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq dan il-livell tal-produzzjoni, l-investitur jikseb ukoll 0 punti.

(18)

Id-data ta’ skadenza għas-sottomissjoni ta’ offerti finali kienet il-5 ta’ Lulju 2007. Billi kienet l-unika parti li ssottomettiet offerta vinkolanti, il-Ford rebħet it-tender. Inizjalment offriet il-prezz ta’ EUR 55 miljun u, wara n-negozjati sussegwenti, offriet il-prezz ta’ EUR 57 miljun.

(19)

Matul il-fażi tan-negozjati wara l-proċess ta’ l-offerti, il-partijiet ftehmu li l-Ford, ix-xerrej, kien se jikseb permezz ta’ riorganizzazzjoni, il-pussess ta’ l-assi industrijali ta’ l-Automobile Craiova, id-DWAR u l-Mecatim, filwaqt li l-assi mhux essenzjali (il-parti l-kbira minnhom propjetà immobbli u flus kontanti żejda netti) jitwarrbu u jibqgħu il-propjetà ta’ l-Istat. L-Istat intrabat ukoll sabiex jagħmel ħiltu kollu sabiex jixtri l-28 % li jibqgħu mingħand l-azzjonisti privati u jbigħhom lill-Ford.

(20)

Il-ftehim tal-bejgħ u x-xiri ġie ffirmat fit-12 ta’ Settembru 2007.

3.   ID-DEĊIŻJONI GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA’ INVESTIGAZZJONI FORMALI U GĦALL-ĦRUĠ TA’ INĠUNZJONI TA’ SOSPENSJONI

(21)

Il-proċedura ta’ investigazzjoni formali nbdiet minħabba f’suspetti li l-proċess ta’ privatizzazzjoni involviet għajnuna mill-istat.

(22)

L-ewwel nett, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk l-offerta nnifisha kienitx miftuħa, trasparenti u non-diskriminatorja. Skond l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument, li l-parti kbira tagħha kienet ibbażata fuq artikli ta’ l-istampa, il-Kummissjoni kellha raġunijiet sabiex tassumi li ċerti investituri privati kienu żvantaġġjati sa mill-bidu u ġew skuraġġiti milli jissottomettu offerta.

(23)

It-tieni, il-Kummissjoni kellha d-dubju li l-kundizzjonijiet marbuta mal-privatizzazzjoni ma kienux iwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, u b’hekk jingħata vantaġġ lill-impriża li se tiġi privatizzata. Skond l-informazzjoni disponibbli fil-mument tad-deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura, l-AVAS għamlet erba’ kundizzjonijiet li setgħu inaqqsu l-prezz tal-bejgħ u setgħu skuraġġew lill-partijiet potenzjalment interessati oħra milli jissottomettu offerta. Il-prezz offrut irrappreżenta biss 35 % tal-punti totali.

(24)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni staqsiet jekk l-awtoritajiet Rumeni kienux żiedu garanzija ta’ impjieg mal-privatizzazzjoni. Skond il-fajl tal-preżentazzjoni, l-offerenti potenzjali kellhom jippreżentaw pjan ta’ negozju, inkluż l-impenn tagħhom li jżommu n-numru attwali ta’ impjegati. Flimkien ma’ dan, l-abbozz ta’ l-SPA mehmuż mal-fajl tal-preżentazzjoni jistipula l-obbligu tax-xerrej li jżomm in-numru attwali ta’ impjegati għall-ħames snin li ġejjin; f’każ li x-xerrej jikser l-obbligu tiegħu, l-SPA de jure isir null u invalidu, mingħajr kwalunkwe notifika jew formalità addizzjonali. Finalment, l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lix-xerrejja potenzjali qabel il-pubblikazzjoni tat-tħabbira tal-privatizzazzjoni li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-privatizzazzjoni kien li jinżammu l-ħaddiema attwali.

(25)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni kellha s-suspett li n-negozjar mill-ġdid ta’ ċerti termini matul il-fażi tan-negozjati wara s-sejħa għall-offerti tat vantaġġ lil Ford, ix-xerrej. Skond l-informazzjoni disponibbli f’dak l-istadju, kien jidher li l-Istat Rumen intrabat li jieħu f’idejh it-talbiet attwali u potenzjali kontra l-Automobile Craiova, inkluż talba doganali ta’ EUR 800 miljun. Barra minn hekk, matul in-negozjati sussegwenti, l-Istat u l-Ford laħqu ftehim li jirriorganizzaw il-kumpanija b’tali mod li l-attività ewlenija (il-produzzjoni tal-karozzi) tiġi sseparata mill-assi mhux essenzjali, b’mod partikolari l-propjetà immobbli. Wara din ir-riorganizzazzjoni, il-Ford tkun tista’ takkwista u tħallas għall-attività industrijali biss u l-Istat iżomm il-pussess ta’ l-art.

(26)

Ladarba r-Rumanija pproċediet u ffirmat il-kuntratt tal-privatizzazzjoni minkejja t-twissijiet ripetuti tagħha, il-Kummissjoni ħarġet fl-istess ħin inġunzjoni ta’ sospensjoni.

4.   KUMMENTI MIR-RUMANIJA

(27)

L-ewwel nett, ir-Rumanija tenfasizza li l-proċess ta’ l-offerti kien miftuħ, trasparenti, non-diskriminatorju u bla kundizzjonijiet. L-ewwel tħabbira rigward l-intenzjoni li tiġi privattizzata d-DWAR, ippubblikata fil-5 ta’ Diċembru 2006, u t-tħabbira ppubblikata fid-9/t-12 ta’ Marzu 2007 ma kienet tinkludi l-ebda kriterji ta’ preċertifikazzjoni jew għażla minn qabel, wisq inqas kwalunkwe kundizzjoni li kien meħtieġ li tiġi sodisfatta mill-offerenti. Barra minn hekk, it-tħabbira dwar il-privatizzazzjoni ppubblikata fit-18/il-21 ta’ Mejju 2007 ma kienet tinkludi l-ebda kundizzjoni mandatorja, imma sempliċement kriterji ta’ għoti li jippermettu li l-offerti differenti jingħataw il-punti. Ir-Rumanija tiddikjara wkoll li ż-żieda fil-livell ta’ l-impjieg qatt ma kien kriterju fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Fl-aħħar nett, l-offerenti potenzjali kollha kellhom aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli ladarba l-proċess sħiħ ta’ privatizzazzjoni kien trasparenti. Għalhekk, l-ebda offerent potenzjali ma kien skuraġġit milli jissottometti offerta.

(28)

It-tieni, ir-Rumanija targumenta li la l-fajl tal-preżentazzjoni u lanqas l-abbozz ta’ l-SPA ma kienu jimponu kundizzjonijiet mandatorji mingħajr il-possibbiltà li offerenti potenzjali jinnegozjawhom. Tispjega li l-AVAS kellha l-ħsieb inizjalment li tipprivatizza d-DWAR b’mod sħiħ imma, matul il-proċess tal-privatizzazzjoni iddeċidiet li tagħti lill-offerenti potenzjali l-għażla li jagħmlu offerta għall-assi industrijali biss (jiġifieri bl-esklużjoni tal-propjetà immobbli). Tenfasizza li, mill-bidunett l-offerenti potenzjali kollha kienu konxji li l-propjetà immobbli ma kienitx inkluża fl-offerta tal-privatizzjoni imma kienet se tinbiegħ separatament.

(29)

It-tielet, ir-Rumanija tenfasizza li l-kriterji fil-fajl tal-preżentazzjoni ma kellhom l-ebda effett fuq l-offerenti, speċjalment ladarba l-partijiet potenzjalment interessati kollha kienu impriżi tal-vetturi bil-mutur. Tissottometti wkoll li dawn il-kriterji ma kellhom l-ebda influwenza fuq il-prezz tax-xiri offrut mill-Ford, ladarba kienu kompatibbli mal-pjan tan-negozju tagħha. Skond ir-Rumanija, il-livell tal-produzzjoni ta’ 200 000 karozza kull sena, kif mitlub mill-AVAS fil-fajl tal-preżentazzjoni, jeħtieġ li jinkiseb għal raġunijiet ekonomiċi: fid-dawl tad-daqs u l-kapaċità tal-fabbrika tal-karozzi, li hija attrezzata għall-bini ta’ mudelli żgħar, il-produzzjoni ta’ inqas minn 200 000 karozza kull sena ma tkunx profitabbli.

(30)

Ir-raba’, ir-Rumanija targumenta li aġixxiet bħala operatur f’ekonomija tas-suq meta biegħet il-parteċipazzjoni tagħha fl-Automobile Craiova. Issostni li l-prezz miksub jirrappreżenta l-valur tas-suq u ppreżentat l-argumenti li ġejjin: id-DWAR xtrat 51 % ta’ l-ishma fl-2006 mill-ex kumpanija prinċipali id-Daewoo Motors Ltd. għal prezz tal-bejgħ ta’ USD 50 miljun. Għalhekk, il-valur totali ta’ l-ishma kollha f’dak il-mument kien ta’ EUR 78 miljun. Il-Ford offriet EUR 57 miljun għat-72.4 % ta’ l-ishma fl-Automobile Craiova, li jikkorrespondu ma’ EUR 78 miljun għall-ishma kollha. Barra minn hekk, jekk jittieħed il-valur għal kull sehem innegozjat fil-borża, il-valur ta’ l-ishma kollha fl-Automobile Craiova fis-16 ta’ Marzu 2007 kien ta’ madwar EUR 59 miljun. Għalhekk, il-prezz tax-xiri ta’ EUR 57 miljun imħallas mill-Ford għal 72 % ta’ l-ishma huwa aktar mill-prezz tas-suq. Flimkien ma’ dan, skond il-proċess ta’ ristrutturar, l-AVAS tibqa’ ukoll is-sid ta’ l-assi mhux essenzjali. Finalment, skond il-valutazzjoni tad-DWAR magħmula minn espert indipendenti KPMG wara l-falliment tal-kumpanija prinċipali, il-kumpanija ġiet ivvalutata fl-2004 għal bejn USD 18-il miljun u USD 81 miljun, skond il-metodu ta’ valutazzjoni wżat.

(31)

Il-ħames, fir-rigward ta’ l-indennità allegata, ir-Rumanija ssottomettiet informazzjoni dettaljata dwar l-arranġament tad-dejn inkluż fil-liġi speċjali dwar il-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova. Targumenta li, skond il-prattika normali tan-negozju, l-AVAS tieħu biss id-dejn li mhuwiex prevvist u ma jistax jiġi kwantifikat. Tenfasizza li l-Automobile Craiova u d-DWAR m’għandhomx dejn pendenti lejn l-Istat, minbarra dak li joħroġ mill-proċess normali tan-negozju. Flimkien ma’ dan, minħabba fil-ħlasijiet li jammontaw għal 10 miljun USD li tħallsu fl-2006 lill-kumpanija priniċipali (4), id-DWAR m’għandha l-ebda dejn pendenti lejn l-ex-sussidjarji tad-Daewoo.

(32)

Is-sitt, fir-rigward tat-talba doganali ta’ EUR 800 miljun, ir-Rumanija spjegat l-oriġini tagħha. Skond il-Liġi 71/1994 dwar l-promozzjoni ta’ l-investiment barrani, il-kumpaniji Rumeni ġew eżentati minn dazji doganali u t-tassazzjoni fuq il-profitti jekk jissodisfaw erba’ kundizzjonijiet: il-kapital sottoskritt barrani huwa mill-inqas ta’ USD 50 miljun; mill-inqas 50 % tal-produzzjoni hija esportata; jinkiseb livell ta’ integrazzjoni tal-produzzjoni ta’ mill-inqas 60 %; u s-sehem kapitali ma’ jonqosx fi żmien 14-il sena mid-data tas-sottoskrizzjoni barranija bir-riżultat li l-parteċipazzjoni barranija ma taqax taħt il-USD 50 miljun.

(33)

L-awtorità doganali lokali kkalkolat il-livell ta’ integrazzjoni tal-produzzjoni tal-kumpanija fl-2005 u waslet għall-konklużjoni li l-limitu ta’ 60 % ma ntlaħaqx. B’hekk, talbet il-ħlas lura ta’ l-eżenzjonijiet tat-taxxa, li ammontaw għal EUR 800 miljun. Id-DWAR ikkontestat id-deċiżjoni quddiem l-Awtorità Doganali Nazzjonali. Ladarba l-qorti tal-prim’istanza laqgħet id-deċiżjoni ta’ ħlas lura, id-DWAR ressqet appell ġdid. Il-qorti ta’ l-appell, f’sentenza tas-27 ta’ Ġunju 2007, annullat l-ordni tal-ħlas lura.

(34)

Fl-aħħar nett, ir-Rumanija tenfasizza li d-DWAR ma bbenefikatx mill-ebda rinunzja ta’ dejn.

(35)

Is-seba’, l-awtoritajiet Rumeni jargumentaw li ż-żamma tal-ħaddiema attwali qatt ma kienet kundizzjoni tal-privatizzazzjoni minħabba li ma kienitx kriterju ta’ għoti. Flimkien ma’ dan, l-abbozz ta’ l-SPA mehmuż mal-fajl tal-preżentazzjoni kien biss indikattiv u għalhekk l-offerenti potenzjali setgħu fehmu li t-termini individwali tal-kuntratt setgħu jiġu soġġetti għal negozjati bilaterali. Għalhekk, l-offerenti potenzjali li ma ppjanawx li jżommu l-ħaddiema attwali setgħu madankollu jissottomettu offerta bi pjan ta’ negozju differenti.

(36)

Fl-aħħar nett, dwar in-negozjati sussegwenti fuq termini kuntrattwali oħrajn, ir-Rumanija ssostni li kienu parti mill-proċess ta’ negozjati normali qabel il-konklużjoni ta’ l-SPA.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

(37)

Permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Novembru 2007, il-Ford intervjeniet bħala parti interessata fil-proċedura mibdija mill-Kummissjoni.

(38)

L-ewwel nett, il-Ford targumenta li l-proċess tal-privatizzazzjoni kien miftuħ, trasparenti, non-diskriminatorju u bla kundizzjonijiet. Il-korrispondenza kollha bejn il-Ford u l-AVAS matul il-proċess tal-privatizzazzjoni ġiet żvelata fil-Kamra tad-Data.

(39)

It-tieni, il-kriterji ta’ għoti ma kienux kundizzjonijiet mandatorji li setgħu jiskuraġġixxu lill-offerenti potenzjali. Għall-kuntrarju, il-Ford iddikjarat li kien fil-fehma tagħha li dawn il-kriterji kienu negozjabbli. Barra minn hekk, il-kriterji tal-punti ma kellhom l-ebda impatt fuq l-offerta tal-Ford minħabba li l-pjan ta’ negozju tal-Ford qabeż faċilment ir-rekwiżiti stipulati fil-fajl tal-preżentazzjoni.

(40)

It-tielet, il-prezz tax-xiri mħallas mill-Ford lill-AVAS jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-ishma koperti mill-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Il-Ford iddikjarat li kellha l-ħsieb li tħallas prezz massimu ta’ xiri ta’ USD 100 miljun (jiġifieri EUR 71.4 miljun) għall-ishma kollha, li jkun jikkorrispondi għal prezz ta’ EUR 51.7 miljun għal 72.4 % (5). Ma kellhiex il-ħsieb li toffri prezz aktar għoli, anke fin-nuqqas tal-kriterji ta’ għoti. Inizjalment, il-Ford offriet prezz ta’ xiri ta’ EUR 55 miljun u, wara n-negozjati ma’ l-awtoritajiet Rumeni, waħda ta’ EUR 57 miljun. Barra minn hekk, il-Ford kienet l-uniku offerent, għalhek l-offerta tagħha tirrapreżenta l-valur tas-suq.

(41)

Fl-aħħar nett, il-Ford targumenta li l-indennitajiet inklużi fl-SPA kienu prattika standard tan-negozju għall-akkwist ta’ kumpaniji u b’hekk kienu konformi mas-suq u ma waslux għal bejgħ bi prezz aktar baxx mill-offerta l-aktar għolja possibbli. Il-Ford tenfasizza l-fatt li dawn l-indennitajiet għandhom x’jaqsmu biss ma’ riskji barra mill-proċess ordinarju tan-negozju u mhuwiex possibbli li jiġu stmati minn investitur ġdid li jkun qed jieħu f’idejh kumpanija. Il-Ford ħadet fuqha id-dejn u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ l-Automotive Craiova, inkluż id-DWAR, li kienu nħolqu fil-proċess ordinarju tan-negozju u li ġew kwantifikatu u żvelati fil-Kamra tad-Data. Madankollu, il-Ford ma kienitx lesta li tieħu fuqha r-riskji potenzjali li ma setgħetx tistma u tikkwantifika fuq il-bażi tad-diliġenza dovuta.

6.   L-EVALWAZZJONI

6.1.   L-eżistenza ta’ għajnuna statali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(42)

L-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE jiddikjara li, ħlief fejn provdut mod ieħor fit-Trattat, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz tar-riżorsi ta’ l-istat li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti hija, fil-każ li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq komuni.

6.1.1.   Ir-riżorsi ta’ l-Istat u l-għoti ta’ vantaġġ

(43)

Il-kundizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kuntratt tal-privatizzazzjoni ġew mehmuża mill-aġenzja tal-privatizzazzjoni pubblika Rumena, l-AVAS. Billi hemżet dawn il-kundizzjonijiet, li setgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ, kif muri hawn taħt, l-Istat Rumen aċċetta li ma jiksibx l-aktar prezz għoli possibbli. B’hekk, il-prezz aktar baxx għall-parteċipazzjoni ta’ 72,4 % jitħallas mid-dħul rinunzjat mill-Istat. Għalhekk, il-miżuri jinvolvu r-riżorsi ta’ l-Istat.

(44)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota l-fatt li l-azzjonijiet ta’ l-aġenzja tal-privatizzazzjoni pubblika, l-AVAS, huma attribbwibbli lill-Istat. Dan il-fatt mhuwiex ikkontestat mill-awtoritajiet Rumeni.

(45)

Miżura partikolari ma tistax titqies li tkikostitwixxi l-għajnuna jekk ma tagħtix vantaġġ (6). Għaldaqstant, il-Kummissjoni trid tiddetermina jekk il-miżura ikkonċernata tagħtix vantaġġ.

(46)

Impriża tibbenefika minn vantaġġ jekk tikseb xi ħaġa pożittiva mill-Istat li ma kienitx se tikseb taħt kundizzjonijiet tas-suq normali. Għal dan il-għan, l-ewwel irid jiġi evalwat jekk l-Istat aġixxiex bħala operatur f’ekonomija tas-suq jew bħala awtorità ta’ l-Istat li biegħ kumpanija taħt kundizzjonijiet li ma jikkorrispondux għal kundizzjonijiet normali tas-suq.

(47)

Skond l-Artikolu 86(1) tat-Trattat tal-KE, kumpaniji pubbliċi huma soġġetti għal regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 295 tat-Trattat tal-KE jistipula li r-regoli Komunitarji huma newtrali fir-rigward ta’ sjieda pubblika u privata.

(48)

B’mod konformi mal-ġurisprudenza kostanti tal-Qrati Ewropej (7) u mar-regoli u l-prattika żviluppata mill-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntest ta’ privatizzazzjonijiet (8), meta Stat Membru jew jakkwista jew ibigħ l-ishma f’kumpaniji, l-ebda vantaġġ ma jingħata jekk l-imġiba ta’ l-Istati Membri tkun l-istess bħal dik li jkollu investitur ekonomiku fis-suq.

(49)

Għaldaqstant, meta sseħħ il-privatizzazzjoni permezz tal-bejgħ ta’ l-ishma fil-borża, jiġi preżunt b’mod ġenerali li hija skond il-kundizzjonijiet tas-suq u li ma tinvolvix għajnuna. Madankollu, meta titwettaq il-privatizzazzjoni permezz ta’ bejgħ kummerċjali, jista’ jiġi preżunt biss li l-ebda għajnuna ma hija involuta jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: l-ewwel nett, il-kumpanija tinbiegħ minn sejħa għall-offerti kompetittiva li hija miftuħa, trasparenti u non-diskriminatorja; it-tieni, ma hija marbuta l-ebda kundizzjoni li mhijiex użata b’mod kurrenti f’tranżazzjonijiet komparabbli bejn partijiet privati u li huma kapaċi li jnaqqsu potenzjalment il-prezz tal-bejgħ; it-tielet, il-kumpanija tinbiegħ lill-offerent li joffri l-iktar; u r-raba’, l-offerenti jridu jingħataw biżżejjed żmien u informazzjoni sabiex iwettqu valutazzjoni xierqa ta’ l-assi li qed issir offerta għalihom (9). F’każijiet oħra, il-bejgħ kummerċjali irid jiġi eżaminat għal xi għajnuna possibbli u jrid għalhekk jiġi notifikat.

(50)

F’dawn il-każijiet, li wieħed jevalwa jekk tranżazzjoni li tikkonċerna l-assi ta’ l-Istat tinvolvix l-għajnuna ġeneralment tfisser li wieħed jiddetermina jekk operatur f’ekonomija tas-suq li jkun f’sitwazzjoni simili jkunx ġab ruħu bl-istess mod, jiġifieri jkunx biegħ il-kumpanija bl-istess prezz. Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ l-investitur ekonomiku tas-suq, kunsiderazzjonijiet li mhumiex ekonomiċi, bħal raġunijiet ta’ politika industrijali, kunsiderazzjonijiet ta’ impjieg jew għanijiet ta’ żvilupp reġjonali, li ma jkunux aċċettabbli għall-operatur f’ekonomija tas-suq, ma jistgħux jitqiesu bħala raġunijiet sabiex jiġi aċċettat prezz aktar baxx imma, għall-kuntrarju, jindikaw l-eżistenza ta’ l-għajnuna. Dan il-prinċipju ġie spjegat ripetutament mill-Kummissjoni (10) u ikkonfermat kostantament mill-Qorti (11).

(51)

Għalhekk, jekk xi wieħed mir-rekwiżiti imsemmija hawn fuq ma jiġix sodisfatt, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-privatizzazzjoni għandha tiġi evalwata sabiex jiġi determinat jekk tinvolvix l-għanjuna mill-istat u għalhekk trid tiġi notifikata (12). Għaldaqstant. il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti tiżgura li l-Istat jikseb l-ogħla prezz, jiġifieri l-prezz tas-suq, għall-ishma tagħha u għalhekk l-ebda għajnuna mill-istat ma hija involuta.

(52)

Bl-impożizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet fuq ix-xerrej fil-privatizzazzjoni, l-Istat ibaxxi potenzjalment il-prezz tal-bejgħ u b’hekk jirrinunzja dħul addizzjonali. Barra minn hekk, xi kundizzjonijiet jistgħu jiskoraġġixxu lill-investituri potenzjalment interessati milli jissottomettu offerta fl-ewwel lok, għalhekk l-ambjent kompetittiv tas-sejħa għall-offerti jiġi mfixkel u anke l-offerta l-aktar għolja li eventwalment tiġi sottomessa mhux neċessarjament tirrappreżenta l-valur attwali tas-suq (13).

(53)

Bl-impożizzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet sabiex b’hekk jiġi aċċettat li mhuwiex se jirċievi l-aħjar prezz għall-ishma jew l-assi li huma fil-pussess tiegħu, l-Istat ma jaġixxix bħala operatur f’ekonomija tas-suq, li normalment jipprova jikseb l-ogħla prezz possibbli. Minflok, l-Istat jagħżel li jbigħ l-impriża bi prez aktar baxx mill-valur tas-suq. Operatur f’ekonomija tas-suq ma jkollux interess ekonomiku f’li jagħmel kundizzjonijiet komparabbli (b’mod partikolari, iż-żamma tal-livell ta’ impjieg, il-kundizzjonijiet li huma ta’ benefiċċju għar-reġjun ġeografiku kkonċernat jew li jiżgura ċertu livell ta’ investiment) imma jbiegħ il-kumpanija lill-offerent li joffri l-iktar, li imbagħad ikun liberu li jiddetermina l-ġejjieni tal-kumpanija jew l-assi akkwistati (14).

(54)

Dan ma jfissirx li l-kundizzjonijiet kollha ta’ privatizzazzjoni jirriżultaw awtomatikament fil-preżenza ta’ xi elementi ta’ l-għajnuna mill-istat. L-ewwel nett, il-kundizzjonijiet li huma normalment affaċċjati wkoll fit-tranżazzjonijiet bejn partijiet privati (ċerti forom standard ta’ indennità minħabba l-likwidità ta’ l-offerent jew il-konformità mal-leġiżlazzjoni domestika dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol) ma jikkostitwixxux problema. It-tieni, il-kundizzjonijiet li normalment ma jidhrux li huma preżenti fit-tranżazzjonijiet bejn persuni privati jirriżultaw biss fil-preżenza ta’ l-għajnuna mill-istat sal-punt li jagħmluha possibbli li jitnaqqas il-prezz tal-bejgħ u li jista’ jingħata vantaġġ. Il-fatt li dawn il-kundizzjonijiet ma jirriżultawx f’għajnuna jrid jiġi dimostrat f’kull każ ikkonċernat (15).

Il-kundizzjonijiet marbuta mal-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova

(55)

F’dan il-każ speċifiku, il-proċedura tas-sejħa għall-offerti organizzata mill-awtoritajiet Rumeni kienet immirata primarjament biex jiġi akkwistat il-livell ikkonċernat tal-produzzjoni u l-ammont ta’ l-impjiegi f’Craiova. L-awtoritajiet Rumeni ma pproduċewx xi xhieda li turi li dawn il-kundizzjonijiet ġew imposti għar-raġunijiet li kienu jitqiesu minn operatur f’ekonomija tas-suq.

(56)

Fil-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova, l-aġenzija tal-privatizzazzjoni stabbilixxiet erba’ kundizzjonijiet fil-forma ta’ kriterji ta’ għoti sabiex jintgħażel l-offerent li rnexxielu jirbaħ is-sejħa għall-offerti: il-prezz offrut irrappreżenta 35 % tal-punti totali, l-investimenti totali rrappreżentaw 25 %, il-ksib ta’ livell ta’ integrazzjoni tal-produzzjoni ta’ 60 % fir-raba’ sena 20 %, u l-impenn għal livell tal-produzzjoni ta’ 200 000 karozza fir-raba sena 20 %. Jekk dawn l-aħħar żewġ rekwiżiti ma jiġux sodisfatti mill-investitur potenzjali, l-offerta tingħata 0 punti fuq dawk il-kriterji partikolari. B’hekk, kien prattikament impossibbli li investitur potenzjali li qed jagħmel użu industrijali differenti mill-fabbrika tal-karozzi jirbaħ biss minħabba fi prezz tal-bejgħ aktar għoli, mingħajr ma jinkisbu l-livelli tal-produzzjoni u ta’ l-integrazzjoni meħtieġa (fil-waqt li jiġi preżunt li l-livell ta’ l-investiment kien l-istess).

(57)

Jekk wieħed jassumi li investitur kompetittiv seta’ ppropona livell simili ta’ investimenti imma ma kienx ikun jista’ jissodisfa l-kriterju tal-livell tal-produzzjoni, dan l-offerent kompetittiv kien ikollu (sabiex jirbaħ l-offerta) jipproponi prezz ekwivalenti għal 230 % tal-prezz propost mill-Ford (16). F’termini konkreti, sabiex, investitur potenzjali joffri aktar mill-offerta tal-Ford ta’ EUR 57 miljun, ikollu jipproponi prezz tal-bejgħ ta’ aktar minn EUR 133 miljun (jiġifieri EUR 76 miljun aktar) sabiex jikkumpensa għall-fatt li ma ġietx sodisfatta l-kundizzjoni relatata mal-livell tal-produzzjoni. Dawn il-fatturi kellhom jitqiesu kemm mill-Ford kif ukoll mill-kompetituri potenzjali tagħha u b’hekk influwenzaw id-deċiżjoni tagħhom li jissottomettu offerta u l-prezz offrut.

(58)

Il-Kummissjoni tinnota li, għalkemm it-tħabbira formali tal-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova ma inkludietx kwalunkwe referenza għall-kundizzjonijiet, il-kundizzjonijiet preċiżi li kienu stabbiliti biss fil-Memorandum ta’ Informazzjoni sussegwenti, l-għan ġenerali ta’ l-awtoritajiet Rumeni fir-rigward taż-żamma ta’ ċertu livell ta’ impjieg u ċertu livell ta’ produzzjoni tal-karozzi fuq is-sit kien magħruf pubblikament. Għall-Kummissjoni, hemm indikazzjonijiet li ċerti investituri potenzjali li setgħu kkunsidraw strateġija industrijali differenti kienu ġew skuraġġiti milli juru interess konkret fil-kumpanija f’dan l-istadju inizjali.

(59)

Hawnhekk għandu jiġi enfasizzat li l-produzzjoni ta’ 200 000 karozza kull sena tirrappreżenta l-irduppjar tal-kapaċità attwali, li, b’mod partikolari fil-mument preżenti, mhijiex, b’mod sinifikanti, utilizzata biżżejjed. Il-livell tal-produzzjoni li jeħtieġ li jinkiseb huwa speċifikat fid-detall u għalhekk iwassal ċertament għal żieda sostanzjali fil-preżenza fis-suq. Il-Kummissjoni tikkunsidra li din is-sitwazzjoni hija komparabbli ma’ dik li fiha l-kondotta ekonomika ta’ kumpanija hija influwenzata mill-miżuri ta’ l-istat li jnaqqsu l-ispejjeż ta’ l-istat li normalment ikollhom kumpaniji jew sussidjarji diretti.

(60)

Fir-rigward tad-distinzjoni mfassla mill-awtoritajiet Rumeni bejn il-kundizzjonijiet u l-mudell ta’ l-għoti tal-punti, il-Kummissjoni ma tirrikonoxxix ir-relevanza ta’ l-argument. L-għoti tal-punti tal-livelli tal-produzzjoni u ta’ l-integrazzjoni jammonta de facto għall-kundizzjonijiet attwali marbuta mal-privatizzazzjoni, li, fil-fehma tal-Kummissjoni, naqqsu l-prezz tal-bejgħ. Ma tistax taċċetta l-argument li l-prezz tal-bejgħ li inkiseb jirrifletti l-valur tas-suq tal-kumpanija. Anke f’dan il-każ, hemm indikazzjonijiet għall-Kummissjoni li investituri potenzjali bi strateġija tal-produzzjoni jew attività industrijali differenti li ma pprevedewx il-produzzjoni ta’ 200 000 karozza kull sena u l-kisba ta’ livell ta’ integrazzjoni ta’ 60 % setgħu ġew skuraġġiti milli bidu milli jissottomettu offerta u li l-pożizzjoni kompetittiva tagħhom fis-sejħa għall-offerti kienet mingħajr dubju imxekkla b’mod sinifikanti. Dawn jidhru li huma ċ-ċirkostanzi li fihom l-awtoritajiet Rumeni għażlu l-metodu ta’ l-għoti tal-punti deskritt hawn fuq. Fil-fatt, offerent bi strateġija industrijali differenti iddeċieda fl-aħħar li ma jissottomettix offerta wara li pparteċipa fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti.

(61)

Fir-rigward tan-negozjabbiltà tal-kundizzjonijiet marbuta, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tar-Rumanija li l-negozjabbiltà tal-kundizzjonijiet kienet magħrufa lill-investituri potenzjali kollha u setgħet tiġi konkluża mid-dokumenti tas-sejħa għall-offerti. Huwa veru li l-AVAS, bi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Ford, ikkonfermat li l-abbozz ta’ l-SPA kien biss indikattiv u serva bħala bażi għal aktar negozjati. Madankollu, din id-dikjarazzjoni tirreferi biss għall-dawk in-negozjati kuntrattwali li huma inerenti fil-bejgħ ta’ l-ishma permezz ta’ negozjati bbażati fuq offerti finali, imtejba u irrevokabbli u ġeneralment ma tipprovdix konferma li aktar negozjati fuq it-termini mandatorji stipulati fit-tħabbira pubblika u, b’mod partikolari, l-elementi tat-tabella tal-punti kienu fil-fatt possibbli. Ir-Rumanija ma pprovdietx evidenza li turi li l-kriterji tat-tabella tal-punti setgħu ġew ikkunsidrati bħala negozjabbli. Fil-fatt, li kieku l-kriterji ta’ l-għoti tal-punti kienu negozjabbli, il-mudell ta’ l-għoti tal-punti kien jitlef kwalunkwe relevanza prattika.

(62)

Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ l-argument imressaq mir-Rumanija skond liema l-AVAS ikkonfermat li kien possibbli li tinbidel il-pożizzjoni tagħha matul in-negozjati. Din it-tweġiba tirreferi esklussivament għall-mistoqsija tal-Ford dwar il-ħtieġa ppjanata għax-xerrej li jirrinunzja d-dritt li jitlob il-protezzjoni u r-rimborż mill-Istat fil-każ li l-assi ta’ l-Automobile Craiova jintalbu b’suċċess minn partijiet terzi. Il-Kummissjoni hija ta’ l-opinjoni li ma jistax jiġi konkluż minn din id-dikjarazzjoni li l-kundizzjonijiet ikunu negozjabbli b’mod ġenerali.

(63)

Il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-kalkoli mressqa mir-Rumanija, li jippruvaw juru li l-prezz imħallas mill-Ford jirrappreżenta l-valur tas-suq ta’ l-Automobile Craiova. L-ewwel nett, il-prezz tal-bejgħ imħallas mill-Ford għal 72 % ta’ l-Automobile Craiova, inklużi DWAR u Mecatim, ma jistax jiġi mqabbel mal-prezz li d-DWAR ħallset fl-2006 għal 51 % ta’ l-ishma tagħha. Barra minn hekk, il-kuntest ekonomiku ġenerali fil-mumenti tal-bejgħ imsemmi l-aħħar irid jitqies: meta d-Daewoo Motors falluti ftehmu li jbiegħu 51 % fl-2006, DWAR ġiet ikkonfrontata b’obbligazzjonijiet sinifikanti (it-talba doganali pendenti, dejn lejn sussidjari oħra tad-Daewoo, eċċ.).

(64)

It-tieni, il-paragun bejn il-prezz tal-bejgħ u l-valur tal-borża ta’ l-ishma fl-Automobile Craiova, li kien ta’ madwar EUR 50 miljun, ma jistax jiġi aċċettat. Ma jikkunsidrax il-fatt li, għall-akkwist ta’ l-ishma ta’ maġġoranza, il-valur ta’ l-ishma huwa ogħla, b’mod sinifikanti, mis-somma tal-prezz għall-ishma individwali. Flimkien ma’ dan, ladarba proporzjon żgħir ħafna biss huwa fil-fatt disponibbli fis-suq, il-prezz tal-borża jista’ ma jirriflettix il-valur reali tal-kumpanija.

(65)

Bl-istess mod, il-Kummissjoni trid tikkonkludi li l-kundizzjonijiet marbuta mal-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova naqqsu l-prezz tal-bejgħ u skuraġġew lill-offerenti potenzjali l-oħra milli jissottomettu offerta. Bħala riżultat dirett, l-Istat irrinunzja għad-dħul mill-privatizzazzjoni.

(66)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li, f’dan il-każ, ġie mogħti vantaġġ ekonomiku permezz ta’ riżorsi ta’ l-istat fuq l-attivitajiet ekonomiċi li qed jiġu privatizzati.

Offerta miftuħa, trasparenti u non-diskriminatorja

(67)

Fil-bidu tal-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni kellha dubju jekk l-offerta kinitx trasparenti u non-diskriminatorja u, b’mod partikolari, jekk il-partijiet potenzjalment interessati kollha kellhomx aċċess indaqs għall-informazzjoni dwar il-kumpanijia li kienet se tiġi privatizzata, l-kriterji ta’ għoti u l-possibblità li jiġu nnegozjati ċerti termini kuntrattwali ma’ l-aġenzija ta’ privatizzazzjoni. Skond l-informazzjoni disponibbli f’dak il-mument, l-awtoritajiet Rumeni kellhom diskussjonijiet preliminari ma’ ċerti produtturi tal-karozzi qabel ma ġiet ippubblikata t-tħabbira uffiċjali tal-privatizzazzjoni.

(68)

Ir-Rumanija targumenta li l-investituri potenzjali kollha kellhom aċċess indaqs għall-informazzjoni, u l-ebda wieħed minnhom ma ingħata preferenza. Il-kuntratti preliminari li l-gvern kellu mal-partijiet potenzjalment interessati m’affettwawx l-istrateġija u l-proċedura tal-privatizzazzjoni.

(69)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni fornuta minnhom, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Rumenti wettqu diskussjonijiet preliminari informali ma’ diversi investituri potenzjali li indirizzaw aspetti simili dwar il-kumpanija li se tiġi privatizzata: il-pussess sħiħ ta’ l-assi industrijali, id-dejn u l-obbligazzjonijiet tal-kumpanija, u proċess ta’ malajr ta’ privatizzazzjoni. Huwa preżunt li l-Istat bħala l-bejjiegħ jimpenja ruħu f’dawk id-diskussjonijiet bil-għan li jikseb l-informazzjoni preliminari bħad-domanda fis-suq, il-prezz minimu tal-bejgħ, eċċ. Sakemm dawn id-diskussjonijiet jitwettqu bl-għan jew ir-riżultat li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet li jintrabtu mas-sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni taqbel li jista’ jiġi kkunsidrat bħala normali li l-gvern jimpenja ruħu f’konsultazzjonijiet u diskussjonijiet preliminari ma’ investituri potenzjali qabel ma jippubblika tħabbira ta’ privatizzazzjoni.

(70)

Wara l-pubblikazzjoni tat-tħabbira tal-privatizzazzjoni, żewġ offerenti potenzjali biss, il-Ford u l-GM, xtraw il-fajl tal-preżentazzjoni, li ppermettilhom li jiksbu aċċess għall-Kamra tad-Data u li eventwalment jissottomettu offerta finali u vinkolanti. Huwa veru li, wara l-pubblikazzjoni tat-tħabbira tal-privatizzazzjoni, il-korrispondenza kollha bejn l-AVAS, min-naħa l-waħda, u l-Ford u l-GM min-naħa l-oħra, kienet disponibbli lilhom fil-Kamra tad-Data. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li, f’dak l-istadju partikolari tal-privatizzazzjoni, iż-żewġ investituri potenzjali kellhom aċċess indaqs għall-informazzjoni.

(71)

Jiġi konkluż, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni provduta mir-Rumanija, li d-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tan-natura miftuħa, trasparenti u non-diskriminatorja tas-sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni ta’ l-Automobile Craiova ittaffew.

Ir-rinunzja tad-dejn

(72)

Fil-bidu tal-prodċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni esprimiet id-dubju li l-AVAS tista’ tirrinunzja fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ċertu dejn tal-kumpanija (b’mod partikolari t-talba doganali li tammonta għal EUR 800 miljun) u li toffri garanzija li tikkonċerna l-ħlas tad-dejn lill-ex sussidjarji tad-Daewoo.

(73)

Fir-rigward tat-talba doganali, ir-Rumanija pprovdiet informazzjoni konklussiva li turi li t-talba doganali kienet ġiet iddikjarata bħala infondata minn qorti nazzjonali: it-talba oriġinat mill-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. B’hekk, it-talba doganali ġiet annullata. Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qrati nazzjonali jridu jagħtu effett sħiħ lid-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja dwar l-għajuna mill-istat. Barra minn hekk, il-qrati nazzjonali jistgħu jirrifjutaw, jekk ikun meħtieġ, li japplikaw kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja (17). Il-Kummissjoni evalwat ir-raġunijiet għall-annullament tat-talba doganali permezz tas-sentenza tal-qorti u kkonkludiet li ma wasslitx għall-għoti ta’ għajnuna ġdida.

(74)

Fir-rigward ta’ l-obbligazzjonijiet attwali li joħorġu mill-proċess normali tan-negozju, ir-Rumanija argumentat li dawn ma kienux se jittieħdu f’idejn l-AVAS imma kienu se jitħallsu minn DWAR.

(75)

Fir-rigward tal-garanzija offruta mill-AVAS kontra obbligazzjonijiet kontinġenti, l-awtoritajiet Rumeni spjegaw li l-garanzija ta’ l-istat tapplika biss għal talbiet mhux magħrufa relatati ma’ l-attività ta’ DWAR fil-passat, li l-ebda investitur ġdid ma seta’ evalwa u kkwantifika bid-diliġenza dovuta. Barra minn hekk, ir-Rumanija tiddikjara li, li wieħed jieħu f’idejh dawn l-obbligazzjonijiet hija prattika normali tan-negozju skond in-negozjati kuntrattwali normali.

(76)

Jiġi konkluż liI d-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rinunzja potenzjali tad-dejn espressi fid-deċiżjoni għall-bidu tal-proċedura ittaffew.

Il-fażi tan-negozjati

(77)

Fil-bidu tal-proċedura skond l-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni kellha d-dubju jekk, matul il-fażi tan-negozjati, l-AVAS kinitx bidlet it-termini tas-sejħa għall-offerti sal-punt li ġie ppreferut il-pjan tan-negozju tal-Ford. Ir-Rumanija turi li t-tibdil f’termini kuntrattwali oħra li seħħu matul il-fażi tan-negozjati huma prattika attwali tan-negozju u huma permessi taħt l-istrateġija tal-prvatizzazzjoni magħżula għal din il-kumpanija (jiġifieri n-negozjati bbażati fuq offerti finali, imtejba u irrevokabbli). Ir-Rumanija enfasizzat ukoll li l-offerta tal-Ford ipprevediet l-akkwist ta’ l-unità tal-produzzjoni (attwalment id-DWAR); fl-iskambju, il-Ford offriet pakett li jinkludi l-prezz tal-bejgħ ta’ EUR 57 miljun flimkien ma’ l-assi mhux essenzjali li se jibqgħu fil-pussess ta’ l-istat.

(78)

Matul il-fażi tan-negozjati, l-AVAS u l-Ford ftehmu dwar proċess ta’ ristrutturar korporattiv li kien stabbilit ukoll fl-SPA. Skond dan ir-ristrutturar korporattiv, l-Automobile Craiova u l-Mecatim se jamalgamaw mad-DWAR. L-assi essenzjali (jiġifieri l-assi industrijali) tat-tliet kumpaniji se jibqgħu fil-pussess tad-DWAR. Il-bqija ta’ l-assi mhux essenzjali (b’mod partikolari l-propjetà immobbli) se jiġu ttrasferiti f’kumpanija ġdida (Newco). Il-flus kontanti żejda netti disponibbli lid-DWAR se jiġu ttrasferiti wkoll lin-Newco). Barra minn hekk, l-AVAS intrabtet li tagħmel mill-aħjar sabiex takkwista l-bqija ta’ l-ishma tad-DWAR il-ġdida (jiġifieri l-assi essenzjali) mill-azzjonisti minoritarji u tbigħhom lill-Ford.

(79)

L-argumenti mressqa mir-Rumanija taffew d-dubji tal-Kummissjoni dwar il-fażi tan-negozjati.

6.1.2.   Is-selettività

(80)

Il-miżura hija selettiva billi tippreferi biss lill-Automobile Craiova, inkluż il-produttur tal-karozzi DWAR.

6.1.3.   It-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(81)

L-Automobile Craiova hija produttura tal-karozzi u tal-partijiet ta’ rikambju u d-DWAR hija produttura tal-karozzi, prodotti li huma nnegozjati b’mod wiesgħa tul l-Unjoni Ewropea. B’hekk, il-miżura thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.1.4.   Konklużjoni

(82)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet marbuta involvew l-għajnuna mill-istat minħabba li wasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ għall-parteċipazzjoni ta’ 72,4 % fl-Automobile Craiova u taw vantaġġ lill-entità ekonomika privatizzata. Id-deċiżjoni preżenti tapplika biss għal dan il-bejgħ tal-parteċipazzjoni ta’ 72,4 % mill-AVAS lill-Ford. Ma tippreġudikax kwalunkwe evalwazzjoni fil-ġejjieni ta’ bejgħ potenzjali tas-27,6 % ta’ l-ishma li jibqgħu.

(83)

Il-Kummissjoni tinnota li l-attività ekonomika tibbenefika mill-vantaġġ mogħti u mill-għajnuna mill-istat.

6.2.   Il-kwantifikazzjoni ta’ l-għajnuna

(84)

L-ammont ta’ l-għajnuna li tingħata mill-istat huwa daqs id-differenza bejn il-valur tas-suq tal-kumpanija (jiġifieri l-ogħla prezz possibbli l-AVAS tkun kisbet għall-parteċipazzjoni ta’ 72,4 % fl-Automobile Craiova li kieku ma kienet marbuta l-ebda kundizzjoni) u l-prezz li fil-fatt tħallas. Din id-differenza tħallset mill-Istat.

(85)

B’mod naturali, huwa diffiċli li wieħed jistma liema prezz kien jinkiseb f’sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti, non-diskriminatorja u bla kundizzjonijiet. L-aħjar soluzzjoni possibbli tkun li jiġi annullat ir-riżultat tas-sejħa għall-offerti u tiġi riorganizzata il-privatizzazzjoni, mingħajr ma jintrabtu kundizzjonijiet, biex b’hekk jiġi żgurat li ma tingħata l-ebda għajnuna mill-istat. Din is-soluzzjoni kienet proposta mill-awtoritajiet Rumeni imma ma ġietx aċċettata.

(86)

Sabiex jiġi stmat l-element ta’ l-għajnuna mogħtija lill-attività ekonomika privatizzata li tirriżulta mill-privatizzazzjoni, irid jiġi stmat il-valur tas-suq tal-kumpanija. Wara diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet Rumeni u l-Ford, u fid-dawl taċ-ċirkostanzi partikolari tal-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li f’dan il-każ ikun xieraq li l-analiżi tal-valur tas-suq tiġi bbażata fuq il-valur nett ta’ l-assi tal-kumpanija li nbiegħet.

(87)

Meta wieħed iħares lejn il-valur tal-kontabilità tal-kumpanija fil-mument tas-sejħa għall-offerti, skond il-karta tal-bilanċ tal-31 ta’ Marzu 2007 (jiġifieri l-aħħar data disponibbli għall-offerenti potenzjali għad-determinazzjoni ta’ l-offerti tagħhom), il-valur totali ta’ l-assi tal-kumpanija bid-dejn totali mnaqqas ammonta għal EUR -465 miljun. Dan il-valur ma jinkludix il-propjetà immobbli, li fl-aħħar mill-aħħar ma nxtratx mill-Ford. Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq, fl-SPA ż-żewġ partijiet iddeċidew li l-bejgħ jiġi segwit minn proċess ta’ ristrutturar korporattiv. L-ewwel nett, il-Ford ma kienitx takkwista assi mhux essenzjali ta’ valur, li kellhom jitfsasslu u jibqgħu ma’ l-AVAS. It-tieni, l-AVAS iżżomm ukoll il-flus kontanti netti ta’ RON 310 miljun (madwar EUR 92 miljun), flimkien ma’ l-obbligazzjonijiet korrispondenti tal-kumpanija (ġie stmat li l-flus kontanti jkunu biżżejjed sabiex jitħallsu l-obbligazzjonijiet). Fl-aħħar nett, il-karta tal-bilanċ ta’ Marzu 2007 inkludiet il-proviżjonijiet għall-ħlas lura potenzjali tat-talba doganali (deskritt f’punti (25) u (73)), li naqqsu b’mod sinifikanti l-valur nett ta’ l-assi tal-kumpanija; wara s-sentenza tal-qorti din it-talba sfaxxat fix-xejn u l-proviżjoni setgħet tiġi rilaxxata.

(88)

Flimkien ma’ dawn l-elementi, l-awtoritajiet Rumeni ssottomettew argumenti favur ċerti aġġustamenti fil-valuri fil-karta tal-bilanċ sabiex jiġi rifless b’mod adegwat il-valur attwali ta’ l-assi. B’mod partikolari, il-valur ta’ l-art u l-bini, il-makkinarju u t-tagħmir, affarijiet tanġibbli u inventarji oħra ġie aġġustat bl-istess mod sabiex jiġi rifless il-valur fis-suq atttwali tagħhom.

(89)

Jekk jitqiesu dawn il-fatturi kollha, jiġifieri jitnaqqsu l-flus kontanti netti, jekk ma jitqiesux l-obbligazzjonijiet u d-dispożizzjonijiet għat-talba doganali u jekk fl-aħħar nett, jiġu applikati l-aġġustamenti msemmija hawn fuq, il-valur ta’ l-assi nett ta’ 100 % tad-DWAR li jirriżulta jammonta għal EUR 115 923 000, li jfisser li l-valur nett ta’ l-assi ta’ 72,4 % tad-DWAR jammonta għal EUR 83 928 000.

(90)

Id-differenza bejn il-valur nett ta’ l-assi kif determinat u l-prezz li fil-fatt tħallas mill-Ford (EUR 57 miljun) jammonta għal EUR 26 928 000. Jiġi konkluż li l-għajnuna mill-istat tammonta għal EUR 26 928 000 miljun.

6.3.   Il-klassifikazzjoni tal-miżura ta’ l-istat bħala għajnuna illegali

(91)

Skond l-Artikolu 1(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 “għajnuna illegali” tfisser għajnuna ġdida li tiddaħħal fis-seħħ bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE.

(92)

L-awtoritajiet Rumeni ma nnotifikawx il-miżura qabel l-implimentazzjoni tagħha u daħħluha fis-seħħ f’kontravenzjoni ta’ l-Artikolu 88(3). Għaldaqstant, il-miżura tikkostitwixxi għajnuna illegali.

6.4.   Il-kompatibbiltà ta’ l-għajnuna illegali

(93)

Ladarba ġie stabbilit li l-miżura ta’ l-istat tikkostitwixxi għajnuna fit-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, huwa meħtieġ li jiġi kkunsidrat jekk il-miżura tistax tkun kompatibbli mas-suq komuni.

(94)

L-eżenzjonijiet fl-Artikolu 87(2) tat-Trattat tal-KE ma japplikawx f’dan il-każ minħabba li l-miżura ta’ l-għajnuna la għandha karattru soċjali u lanqas ma ngħatat lil konsumaturi individwali. Barra minn hekk, il-miżura ma tagħmilx tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jew ġrajjiet eċċezzjonali u ma tingħatax lill-ekonomija ta’ ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja li jiġu affettwati bid-diviżjoni tagħha.

(95)

Lanqas ma japplikaw l-eżenzjonijiet provduti fl-Artikolu 87(3)(b) u (d) tat-Trattat tal-KE. Jirreferu għal għajnuna li tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew li hija ta’ rimedju għal disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li tgħin biex tippromwovi l-kultura u l-konservazzjoni tal-wirt.

(96)

Għalhekk jibqgħu biss l-eżenzjonijiet provduti fl-Artikolu 87(3)(a) u (c) tat-Trattat tal-KE u fil-linji gwida rilevanti Komunitarji.

Il-linji gwida ta’ salvataġġ u ristrutturar

(97)

Il-Kummissjoni m’għandhiex f’idejha informazzjoni li turi li l-għajnuna tista’ titqies kompatibbli mat-Trattat tal-KE fuq il-bażi tal-linji gwida Komunitarji dwar l-għajuna mill-istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ ditti li jinsabu f’diffikultà (18).

(98)

Skond dawn il-linji gwida, il-kumpanija li qed tirċievi din l-għajnuna għal ristrutturar trid tkun f’diffikultà, jiġifieri ma tkunx f’sitwazzjoni, kemm permezz tar-riżorsi tagħha jew permezz ta’ fondi li tista’ takkwista mingħand sidha/azzjonisti jew kredituri tagħha, li tista’ tassorbi telf li, mingħajr għajnuna esterna mill-awtoritajiet pubbliċi, kważi ċertament se jwassalha biex tfalli malajr. Huwa veru li d-DWAR għamlet telf ta’ EUR 350 miljun fl-2006 u kellu dejn ta’ EUR 88 miljun; madankollu, il-kumpanija kellha assi bil-valur ta’ EUR 419 miljun (prinċipalment propjetà immobbli). Barra minn hekk, wara l-privatizzazzjoni u l-bejgħ lill-Ford, id-DWAR issir parti minn grupp akbar tan-negozju fit-tifsira tal-linji gwida li probabbli jkun jista’ jappoġġjaha finanzjarjament sabiex tegħleb id-diffikultajiet tagħha. Fl-aħħar nett, skond il-linji gwida, id-DWAR ma titqiesx bħala kumpanija f’diffikultà.

(99)

Flimkien ma’ dan, l-għoti ta’ għajnuna għal ristrutturar tiddependi fuq l-eżistenza ta’ pjan ta’ ristrutturar sod li t-tul ta’ żmien tiegħu jrid ikun qasir kemm jista’ jkun u li jreġġa’ lura l-vijabbiltà fuq terminu twil fi żmien raġunevoli skedat u fuq il-bażi ta’ preżunzjonijiet realistiċi rigward il-kundizzjonijiet ta’ operat fil-ġejjieni. Ir-Rumanija ma pprovdietx dan il-pjan ta’ ristrutturar.

(100)

Barra minn hekk, għandu jiġi evitat tgħawwiġ mhux xieraq tal-kompetizzjoni. Dan normalment jieħu l-forma ta’ limitazzjoni fuq il-preżenza li l-kumpanija tista’ tgawdi fis-suq jew is-swieq tagħha wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar (jiġifieri miżuri ta’ kumpens). Fir-rigward ta’ l-Automobile Craiova, il-kundizzjonijiet marbuta mal-privatizzazzjoni jiżguraw żieda sinifikanti fil-kapaċità u, b’hekk żieda fil-preżenza fis-suq rilevanti.

(101)

Minkejja d-dubji mqajma mill-Kummissjoni fil-bidu tal-proċedura formali ta’ l-investigazzjoni, ir-Rumanija ma stabbilixxietx li kienu ġew sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-linji gwida ma ġewx sodisfatti.

Il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali

(102)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Automobile Craiova tinsab f’żona megħjuna skond l-Artikolu 87(3)(a) tat-Trattat tal-KE li hija eliġibbli għal għajnuna reġjonali. Madankollu, ir-Rumanija ma pprovdietx informazzjoni li turi li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna reġjonali kif stabbilit fil-linji gwida għall-għajnuna reġjonali nazzjonali ġew sodisfatti.

(103)

Il-Kummissjoni tinnota li l-kundizzjonijiet marbuta mal-ftehim tal-privatizzazzjoni fil-fatt kienu jirrelataw ma’ l-investimenti ppjanati u ż-żamma ta’ l-impjieg, li setgħu jiġu mqabbla ma’ l-għanijiet ta’ l-għajnuna reġjonali. Madankollu, huwa indikat li l-prezz imnaqqas miksub mill-Ford ma kienx jiddependi fuq konformità mar-regoli stipulati fil-linji gwida għall-għajnuna reġjonali nazzjonali, bħaż-żamma tal-proġett fir-reġjun għal ċertu perjodu ta’ żmien, il-verifika ta’ spejjeż eliġibbli jew ir-regoli dwar il-kumulu ta’ għajnuna, trasparenza u monitoraġġ.

(104)

Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni tinnota li r-Rumanija nnotifikat l-għajnuna reġjonali separatament (19). Din l-għajnuna se tiġi stmata f’deċiżjoni ġdida fuq il-merti tagħha stess.

Linji gwida u oqfsa oħra

(105)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna mhijiex kompatibbli skond linji gwida jew oqfsa Komunitarji oħra. F’kull każ, l-awtoritajiet ma rreferew għall-ebda waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet.

Konklużjoni

(106)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet stipulati hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mhijiex kompatibbli mas-suq komuni.

7.   L-IRKUPRU

(107)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, fejn jittieħdu deċiżjonijiet negattivi f’każijiet ta’ għajnuna illegali, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.

(108)

Għajnuna inkompatibbli biss tista’ tiġi rkuprata. Il-Kummissjoni stabbiliet li għajnuna li tammonta għal EUR 26 928 000 ingħatat b’mod illegali. Din l-għajnuna ma hija kompatibbli taħt l-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ l-għajnuna mill-istat ta’ UE u għalhekk trid tiġi rkuprata.

(109)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-benefiċjarju ta’ l-għajnuna mill-istat huwa l-entità ekonomika li ġiet privatizzata, jiġifieri l-assi essenzjali industrijali miżmuma mill-Automobile Craiova u d-Dwar jew kwalunkwe entità suusegwenti. Tinnota li, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-SPA, wara l-proċess ta’ ristrutturar korporattiv, din l-entità ekonomika se tkun is-sid ta’ l-assi industrijali essenzjali biss, li jkunu bbenefikaw mill-kundizzjonijiet marbuta mal-privatizzazzjoni u mhux ta’ l-assi mhux essenzjali.

(110)

Fid-dawl ta’ klawsoli speċifiċi ta’ sospensjoni fl-SPA kif ukoll l-inġunzjoni ta’ sospensjoni maħruġa mill-Kummissjoni, l-SPA bejn l-AVAS u l-Ford għadha ma daħlitx fis-seħħ. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna għadha ma tqegħditx għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju u għalhekk l-ebda imgħax ta’ rkupru ma jeħtieġ li jitħallas.

(111)

Il-Kummissjoni tinnota li l-flus kontanti żejda netti ta’ l-Automobile Craiova u d-DWAR (kif ukoll l-assi l-oħra mhux essenzjali) mhumiex parti mit-tranżazzjoni bejn l-AVAS u l-Ford u għalhekk ma waqgħux f’idejn din ta’ l-aħħar. B’hekk, fil-kalkolu tal-valur nett ta’ l-assi tal-kumpanija għall-kwantifikazzjoni ta’ l-għajnuna, il-Kummissjoni ma qiesitx dawn il-flus kontanti żejda netti. Fl-aħħar nett, skond id-deċiżjoni preżenti, l-għajnuna mhijiex se titħallas minn dawn il-flus kontanti żejda netti. Il-Kummissjoni għalhekk titlob li tibqa’ infurmata dwar l-istrutturar korporattiv u b’mod partikolari li tingħata evidenza fuq il-livell tal-flus kontanti żejda netti fid-data ta’ l-SPA u fid-data tal-ħlas lura, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe differenza bejn dawk iż-żewġ dati,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-istat li r-Rumanija implimentat skond il-proċess ta’ privatizzazzjoni għall-Automobile Craiova, li tammonta għal EUR 26 928 000, hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Artikolu 2

1.   Ir-Rumanija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex tikrupra mingħand il-benefiċjarju l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 u li tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju b’mod illegali.

2.   Is-somom li jridu jiġu rkuprati għandhom jinkludu l-imgħax mid-data li fiha kienu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data ta’ l-irkupru tagħhom.

3.   L-imgħax għandu jkun ikkalkolat fuq bażi komposta skond il-Kapitlu V tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004.

4.   L-irkupru se jseħħ mingħajr dewmien u skond il-proċeduri tal-liġi nazzjonali jekk dawn jippermettu l-eżekuzzjoni immedjata u effettiva tad-Deċiżjoni.

Artikolu 3

1.   L-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 għandu jkun immedjat u effettiv.

2.   Ir-Rumanija għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-deċiżjoni, ir-Rumanija għandha tissottometti l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

l-ammot totali li jrid jiġi rkuprat mill-benefiċjarju;

(b)

id-deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri meħudin diġà u ppjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni;

(ċ)

id-dokumenti li juru li l-benefiċjarju kien ordnat irodd lura l-ħlas ta’ l-għajnuna;

(d)

id-dokumenti li juru li l-għajnuna tħallset lura;

(e)

id-documenti li juru li l-għajnuna ma tħallsitx lura mill-assi industrijali mhux essenzjali li jridu jiġu trasferiti lill-kumpanija l-ġdida ta’ l-AVAS u l-azzjonisti minoritarji (b’mod partikolari, flus kontanti żejda netti u l-propjetà immobbli) kif definit fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri;

(f)

deskrizzjoni dettaljata ta’ l-implimentazzjoni tal-proċess ta’ ristrutturar korporattiv kif definit fil-ftehim ta’ bejgħ u xiri.

2.   Ir-Rumanija għandha żżomm lill-Kummissjoni infurmata b’mod regolari bil-progress tal-miżuri nazzjonali meħuda għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni sakemm ikun sar l-irkupru ta’ l-għajnuna imsemmija fl-Artikolu 1. Għandha tibgħat immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, kull informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħuda u ppjanati għall-konformità ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti ta’ għajnuna u l-imgħaxxijiet diġà rkuprati mingħand il-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.

Magħmula fi Brussell, 27 ta’ Frar 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 248, 23.10.2007, p. 25.

(*)  Żball: it-test għandu jaqra “u s-sussidjarja tagħha d-Daewoo Romania”.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 83, 27.3.1999, pp. 1-9).

(3)  Ara n-nota 1 f’qiegħ il-paġna.

(4)  Fl-2006 id-DWAR akkwistat 51 % ta’ l-ishma mid-Daewoo Motors Ltd. għall-prezz tal-bejgħ ta’ USD 50 miljun flimkien mal-ħlas ta’ pagament ta’ USD 10 miljun għal kwalunkwe dejn mhux imħallas lis-sussidjarji l-oħra tad-Daewoo.

(5)  Ibbażat fuq ir-rata tal-kambju ta’ EUR 1 = USD 1.4.

(6)  Ara l-Kawża T-471/93 Tiercé Ladbroke SA vs I-Kummissjoni, punti 54 u 56-63.

(7)  Ara, per eżempju, l-Kawża T-296/97 Alitalia, il-Kawżi T-228/99 u T-233/99 WestLB vs Il-Kummissjoni, il-Kawża T-366/00 Scott SA, il-Kawżi C-328/99 u C-399/00 Italy u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni u l-Kawża T-358/94 Air France vs Il-Kummissjoni.

(8)  It-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1993), p. 255. Dan il-grupp ta’ regoli, speċifikament għas-settur ta’ l-avjazzjoni, jinsab fl-“Applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u Artikolu 61 tal-Ftehim taż-ŻEE fuq Għajnuniet Statali fis-settur ta’ l-avjazzjoni” (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), li tididkjara li “L-għajnuna hija eskluża […] jekk, mal-privatizzazzjoni, jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin: id-dispożizzjonijiet li jsiru permezz ta’ stedina pubblika għall-offerti bla kundizzjonijiet […]. Min-naħa l-oħra, il-bejgħ li ġej huwa soġġett għar-rekwiżiti ta’ pre-notifikazzjoni ta’ l-Artikolu 93(3) tat-Trattat tal-KE minħabba li hemm preżunzjoni li tinkludi l-għajnuna: […] il-bejgħ kollu li jitwettaq fuq kundizzjonijiet li ma jkunux aċċettabbli għal tranżazzjoni bejn investituri ekonomiċi tas-suq.”

(9)  Punti 402 et seq. tat-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1993). Ara wkoll il-punt 248 tal-XXI Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1991): “[…] l-ebda għajnuna ma hija involuta fejn l-ishma jinbiegħu lill-offerent li joffri l-aktar bħala riżultat ta’ proċedura ta’ offerti miftuħa u bla kundizzjonijiet. Jekk l-ishma jinbiegħu taħt kundizzjonijiet oħra, elementi ta’ għajnuna jistgħu jkunu preżenti.”

(10)  Ara, per eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar TASQ tat-3 ta’ Mejju 2000, li tiddikjara li “L-awtoritajiet Franċiżi urew ukoll li l-istedina għall-offerti kienet trasparenti u bla kundizzjonijiet […]. B’mod partikolari, id-dokumenti sottomessi lill-Kummissjoni urew li l-bejgħ ta’ TASQ ma kienx jiddependi fuq, per eżempju, iż-żamma ta’ l-impjiegi, il-post jew il-kontinwazzjoni ta’ l-attività.” Dan il-fatt għen lill-Kummissjoni sabiex tikkonkludi li ma kienet involuta l-ebda għajnuna f’dik il-privatizzazzjoni.

(11)  Ara, per eżempju, Kawżi T-228/99 u T-233/99 WestLB vs l-Kummissjoni, Kawża T-366/00 Scott SA, Kawżi C-328/99 u C-399/00 Italy u SIM 2 Multimedia vs l-Kummissjoni u Kawża T-358/94 Air France vs Il-Kummissjoni. Fil-Kawża T-296/97 Alitalia, il-Qorti tiddikjara li “Irid jiġi enfasizzat li l-imġiba ta’ investitur privat f’ekonomija tas-suq għandha tiġi ggwidata minn prospetti ta’ qligħ. Il-miżura ġiet immotivata mix-xewqa li jinżammu l-impjiegi u għalhekk, fuq kollox, minn kunsiderazzjonijiet li jappartjenu għall-vijabbiltà u s-sopravivenza ta’ l-applikant aktar milli minn prospetti ta’ qligħ.”

(12)  Ara t-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (1993), p. 255.

(13)  F’diversi deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, l-assenza ta’ kundizzjonijiet, jiġifieri n-natura bla kundizzjonijiet tas-sejħa għall-offerti, kien argument deċiżiv li ppermetta li l-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċeduri ta’ privatizzazzjoni ma kienux jinkludu l-għajuna mill-Istat. Ara, per eżempju, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Frar 2000 dwar Dessauer Geräteindustrie (ĠU L 1, 4.1.2001, p. 10), tat-13 ta’ Diċembru 2000 dwar SKET Walwerkstechnik (ĠU L 301, 17.11.2001, p. 37) u tat-30 ta’ Jannar 2002 dwar Gothaer Fahrzeugtechnik (ĠU L 314, 18.11.2002, p. 62), li fihom il-Kummissjoni spjegat: “Biex jiġi eskluż kwalunkwe element ta’ għajuna fit-tranżazzjoni, il-BvS kien ikollha titlob prezz li jikkorrisopondi għall-valur tal-kumpanija fis-suq. Il-Kummissjoni għalhekk tivverifika jekk il-proċedura tal-bejgħ kinitx waħda xierqa għall-għan li jiġi stabbilit il-valur tas-suq. […] il-prezz tal-bejgħ huwa l-prezz tas-suq jekk il-bejgħ jsir permezz ta’ proċedura tas-sejħa għall-offerti miftuħa u bla kundizzjonijiet u l-assi jmorru għandu l-offerent li joffri l-aktar jew l-uniku offerent.”

(14)  Ara, per eżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/81/KE tat-30 ta’ Lulju 1996 dwar Head Tyrolia Mares, fejn il-Kummissjoni tiddikjara li “Mhuwiex fl-interess ta’ investitur ekonomiku tas-suq li jiżgura, mingħajr raġunijiet ekonomiċi ċari, ċertu livell ta’ impjieg meta jkun qed jieħu d-deċiżjonijiet ta’ revoka tiegħu. Mingħajr il-kundizzjoni in kwistjoni, xerrej potenzjali jikseb indipendenza intraprenditorjali u jiżdied il-valur ta’ l-HTM, li jista’ jirriżulta fi prezz tal-bejgħ aktar għoli jew finanzjament imnaqqas mill-AT.” U d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/628/KE tal-11 ta’ April 2000 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja liċ- Centrale del Latte di Roma, fejn il-Kummissjoni tiddikjara b’mod ċar il-kriterji għall-privatizzazzjoni ta’ kumpanija pubblika li ma jinvolvux l-għajnuna mill-istat (ara l-premessa 32 et seq., u b’mod partikolari l-premessa 36): “Il-Kummissjoni temmen li l-valur tas-suq tal-kumpanija kellu jkun il-prezz li investitur privat kien iħallas li kieku l-bejgħ ma kien soġġett għall-ebda kundizzjoni, b’mod partikolari dawk relatati maż-żamma ta’ ċertu numru ta’ impjiegi u l-provvista ta’ materji primi minn produtturi lokali.”

(15)  Din l-analiżi twettqet, per eżempju, fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ġunju 2001 dwar il-GSG u għenet sabiex il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ebda għajnjuna ma kienet involuta anke fil-preżenza ta’ xi kundizzjonijiet mhux tas-soltu minħabba li sabet li dawk il-kundizzjonijiet setgħu jwasslu għal tnaqqis fil-prezz tal-bejgħ.

(16)  F’dawn il-kalkoli, il-Kummissjoni assumiet li l-impatt tal-kundizzjoni relatata mal-livell ta’ integrazzjoni jista’ jiġi injorat. Kif indikat b’mod xieraq mill-Ford u f’konformità mal-prattika tal-Kummissjoni, din il-ħtieġa kisret ir-regoli tas-suq intern dwar il-moviment ħieles ta’ l-oġġetti. Bl-istess mod, il-Ford għamlet ħilitha sabiex tikseb livell ta’ integrazzjoni ta’ 60 % fl-erba’ snin tal-privatizzazzjoni “bla ħsara għall-konsistenza mal-liġi ta’ l-UE”. Ladarba l-Ford enfasizzat dan l-aspett fil-korrispondenza tagħha ma’ l-AVAS, li kienet disponibbli wkoll lill-GM, huwa preżunt li l-GM ukoll fehmet li din il-ħtieġa setgħet tiġi aċċettata b’mod kondizzjonali mingħajr konsegwenzi prattiċi għall-offerta tagħha. Madankollu, li kieku il-prezz ikollu jikkumpensa wkoll għall-fatt li dan il-kriterju ma ġiex sodisfatt, il-prezz differenzjali jkun aktar wiesgħa milli spjegat hawn fuq.

(17)  Ara, per eżempju, Kawża C-119/05 Italy vs Lucchini.

(18)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(19)  Għajuna mill-Istat N 767/07: Proġett ta’ Investiment Kbir – ir-Rumanija – Ford Craiova.


ANNESS

Informazzjoni rigward l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 46/07 (ex NN 59/07) dwar l-għajnuna implimentata mir-Rumanija għall-Automobile Craiova

Informazzjoni dwar l-ammont ta’ għajnuna riċevuta, li trid tiġi rkuprata u li diġà ġiet irkuprata

Identità tal-benefiċjarju

L-ammont totali ta’ l-għajnuna riċevuta (1)

L-ammont totali ta’ l-għajnuna rkuprata (1)

(Prinċipal)

L-ammont totali diġà mħallas lura (1)

Prinċipal

Imgħax ta’ rkupru

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


(1)  

(°)

Fil-munita nazzjonali (miljuni).


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2008

dwar il-miżura C 29/07 (ex N 310/06) li l-Ungerija qed tippjana biex timplimenta fil-forma ta’ garanzija għal kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien lil Impriżi ta’ daqs Medju u ta’ daqs Żgħir (SME’s) b’fatturat ta’ esportazzjoni limitat

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1332)

(It-test Ungeriż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/718/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62.1(a) tiegħu,

Wara li l-partijiet interessati ġew mistiedna jressqu l-kummenti tagħhom skond id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li ġew ikkunsidrati l-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta’ notifika elettronika ddatata s-17 ta’ Mejju 2006, l-awtoritajiet Ungeriżi nnotifikaw il-miżura msemmija hawn fuq (minn hawn ‘il quddiem “il-miżura”) Skond l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. In-notifika ġiet ikkumplimentata b’ittra ddatata l-21 ta’ Ġunju 2006, irreġistrata mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Ġunju 2006.

(2)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz ta’ l-ittri ddatati l-1 ta’ Awwissu 2006, it-30 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ April 2007, li ngħatat mill-Ungerija permezz ta’ l-ittri ddatati t-12 ta’ Settembru 2006, il-21 ta’ Marzu 2007 u t-30 ta’ Mejju 2007, irreġistrati mill-Kummissjoni fl-istess jiem.

(3)

Permezz ta’ ittra ddatata t-18 ta’ Lulju 2007 (minn hawn ‘il quddiem “id-deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċedimenti”), il-Kummissjoni infurmat lill-Ungerija li kienet iddeċidiet li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat tal-KE b’rabta mal-miżura.

(4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-proċedura ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna.

(5)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kumment mingħand partijiet terzi interessati. Il-kummenti ta’ l-awtoritajiet Ungeriżi waslu f’ittra ddatata l-21 ta’ Settembru 2007.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURA

2.1.   Għan

(6)

L-għan tal-miżura hu li jingħataw garanziji ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien biex jiġu ffinanzjati t-tranżazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-SMEs (3) li għandhom fatturat annwali ta’ esportazzjoni li ma laqbiżx iż-2 miljun EUR (minn hawn ‘il quddiem “SMEs b’fatturat limitat ta’ esportazzjoni”). L-Ungerija tixtieq timplimenta l-miżura taħt il-punt 2.5 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Istati Membri skond l-Artikolu 93(1) tat-Trattat tal-KE bl-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat għal assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien (4) (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-“Komunikazzjoni dwar assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien” jew il-“Komunikazzjoni”).

2.2.   Termini u kundizzjonijiet tal-garanzija

(7)

Il-garanzija b’rabta mal-pagament lura ta’ self biex jiġu ffinanzjati t-tranżazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni tista’ tingħata:

(a)

Lil SME esportatriċi domestika b’fatturat ta’ esportazzjoni limitat sabiex tissaħħilha l-kapaċità biex tissellef mingħand bank kummerċjali. F’każ bħal dan, ir-riskji jistgħu jiġu assoċjati direttament mal-bejjiegħ (jiġifieri l-SME esportatriċi), u indirettament max-xerrej;

(b)

Lil xerrej barrani li jixtri l-oġġetti u s-servizzi mingħand SME domestika li għandha fatturat limitat ta’ esportazzjoni, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tax-xerrej biex jissellef mingħand bank kummerċjali. F’każ bħal dan, ir-riskji jistgħu jiġu assoċjati direttament max-xerrej. Ma teżisti l-ebda restrizzjoni fir-rigward tal-pajjiż tax-xerrej, jiġifieri x-xerrej jista’ jkun jew mill-pajjiżi li jinsabu fil-lista li tidher fl-Anness tal-Komunikazzjoni jew minn pajjiżi oħra. Barra minn hekk, ma jeżistux restrizzjonijiet fir-rigward tad-daqs tax-xerrej barrani (jiġifieri x-xerrej jista’ jkun impriża kbira).

(8)

L-awtoritajiet Ungeriżi jistqarru li fiż-żewġ każi msemmija hawn fuq il-garanzija trid tiffinanzja tranżazzjoni ta’ esportazzjoni. Il-maturità massima tal-garanzija għandha tkun sentejn.

(9)

L-ammont tal-garanzija ma jistax jaqbeż is-70 % tal-valur tal-kuntratt ta’ esportazzjoni (imnaqqas bi ħlas bil-quddiem ta’ mill-inqas 15 %) jew 70 % tas-self sottostanti.

(10)

L-SMEs li jesportaw imma li għandhom fatturat ta’ esportazzjoni limitat mhumiex eliġibbli għall-garanzija jekk ikunu involuti fi proċeduri ta’ falliment jew likwidazzjoni jew ikunu jinsabu f’riċevitura. Ma ngħatat ebda informazzjoni dwar l-eżistenza ta’ kwalunkwe restrizzjonijiet simili marbuta ma’ garanziji mogħtija lil xerrejja barranin.

Valutazzjoni tar-riskju

(11)

Fil-każ ta’ garanziji li jkopru riskji domestiċi (jiġifieri garanzija għal SME li tesporta), il-miżata tiddependi mill-kapaċità finanzjarja ta’ l-SME li tesporta u hi ffissata fuq il-bażi ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni f’ħames gradi msejsa fuq kriterji oġġettivi kif ukoll evalwazzjoni suġġettiva, imwettqa f’konformità ma’ prattika bankarja kummerċjali.

(12)

Fil-każ ta’ garanziji li jkopru riskji barranin (jiġifieri garanzija għax-xerrej barrani), ix-xerrejja jitqiegħdu f’kategoriji ta’ riskju fuq il-bażi tal-pajjiżi tagħhom.

Miżata għall-garanzija

(13)

Fir-rigward tal-miżata għall-garanzija, l-awtoritajiet Ungeriżi speċifikaw li din tkun ta’ 0,5 %-2,0 % fis-sena.

(14)

Barra minn hekk, titħallas ukoll kummissjoni ta’ darba għall-ġestjoni ta’ 0,1 % ta’ l-ammont garantit.

(15)

Skond l-awtoritajiet Ungeriżi d-dħul minn dawn il-miżati jkopri l-ispejjeż operattivi ta’ l-iskema u t-talbiet mill-garanziji. Il-miżati huma soġġetti għal reviżjoni ta’ kull xahar.

(16)

L-awtoritajiet Ungeriżi indikaw ukoll li l-kopertura b’garanzija għat-tip ta’ riskji kkonċernati mhix disponibbli fuq is-suq Ungeriż. Sabiex tissostanzja dan, l-Ungerija ssottomettiet dikjarazzjonijiet minn żewġ banek kummerċjali Ungeriżi li għandhom sfond internazzjonali, li jistqarru li dispożizzjoni ta’ garanzija għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet ta’ esportazzjoni ta’ l-SMEs b’fatturat ta’ esportazzjoni limitat ma tfixkilx l-attività tas-suq tal-banek kummerċjali u ssaħħaħ ir-rieda tagħhom biex jieħdu r-riskji. Barra minn hekk, l-Ungerija ssottomettiet ukoll dikjarazzjonijiet minn żewġ assiguraturi kbar internazzjonali tal-kreditu għall-esportazzjoni u minn assiguratur nazzjonali tal-kreditu li jikkonfermaw id-defiċit fis-suq u jistqarru li mhumiex attivi f’dan is-segment tas-suq.

2.3.   Entità implimentattiva

(17)

Il-garanzija tinħareġ mill-Bank Ungeriż ta’ l-Esportazzjoni-Importazzjoni (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Bankesim”), aġenzija ta’ kreditu għall-esportazzjoni li hija kompletament proprjetà ta’ l-Istat.

(18)

L-Eximbank jibbenefika minn sostenn mill-Istat fil-forma ta’ garanzija li tkopri kwalunkwe responsabbiltà li tirriżulta mill-implimentazzjoni tal-miżura.

2.4.   Bażi legali

(19)

Il-miżura hija bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) ta’ l-Att XLII ta’ l-1994 dwar il-kumpanija Bank Ungeriż għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni u l-kumpanija Assigurazzjoni Ungeriża fuq il-Krediti għall-Esportazzjoni kif ukoll fuq l-Artikoli 1(2) u 11/A(13) tad-Digriet tal-Gvern 85/1998 (V. 6.).

2.5.   Baġit

(20)

L-ammont totali ta’ kopertura mill-garanzija mogħti minn Eximbank tul il-perjodu ta’ sentejn tal-miżura huwa HUF 15-il biljun (EUR 60 miljun).

2.6.   Tul ta’ żmien

(21)

Il-miżura ttul għal mhux aktar minn sentejn wara li tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni.

2.7.   Raġunijiet għat-tnedija tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali

(22)

Fid-deċiżjoni biex tniedi l-proċedimenti l-Kummissjoni dehrilha li l-miżura qanqlet xi dubji minħabba li l-garanzija fuq l-esportazzjoni li kellha tingħata minn Eximbank u l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni koperta mill-Kummissjoni dehru li jiddifferixxu f’diversi aspetti, b’mod partikolari:

(a)

Huma jkopru tipi differenti ta’ riskji. Filwaqt li assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni dejjem tkopri riskji assoċjati max-xerrej (i.e. ir-riskju li x-xerrej jista’ ma jħallasx lill-fornitur), il-garanzija li trid tingħata minn Eximbank lil SME esportatriċi b’fatturat limitat fis-settur ta’ l-esportazzjoni tkopri r-riskji jekk l-esportatur innifsu jonqos li jħallas lura xi self dovut, u dan fil-fatt ifisser għajnuna għall-attivitajiet ta’ esportazzjoni mwettqa mill-SMEs b’fatturat limitat fis-settur ta’ l-esportazzjoni – għajnuna li mhix mogħtija esklussivament biex tkopri r-riskji tax-xerrej. Il-garanzija ta’ Eximbank tista’ tingħata wkoll lix-xerrej (inklużi kumpaniji kbar), għall-kopertura ta’ riskji assoċjati max-xerrej. Madankollu, dawn ir-riskji jinvolvu n-nuqqas ta’ ħlas lura ta’ self kummerċjali mix-xerrej, filwaqt li l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni tkopri ir-riskji ta’ nuqqas ta’ ħlas lura għall-oġġetti u s-servizzi mixtrija minn xerrej barrani. Minn dan isegwi li l-garanzija mogħtija lix-xerrej barrani tqawwilu l-kapaċità tiegħu biex jissellef b’kundizzjonijiet aktar favorevoli filwaqt li l-assigurazzjoni m’għandhiex dan l-effett.

(b)

Fl-Ungerija s-sisien legali għaż-żewġ attivitajiet ikkonċernati huma ddefiniti tajjeb u differenti minn xulxin: garanzija hi servizz finanzjarju li jista’ jiġi pprovdut biss minn istituzzjonijiet finanzjarji filwaqt li attività ta’ assigurazzjoni tista’ titwettaq biss minn assiguratur li jaqa’ fl-ambitu ta’ l-Att ta’ Assigurazzjoni. Dan il-fatt jista’ jispjega d-dikjarazzjonijiet ippreżentati mill-assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni li jistqarru li huma ma joperawx fis-settur tal-garanziji tal-kreditu għall-esportazzjoni (fil-fatt, skond il-liġi dan ma jistgħux jagħmluh). Id-dikjarazzjonijiet magħmula miż-żewġ banek Ungeriżi wkoll huma ambigwi minħabba li l-garanzija minn Eximbank kienet tnaqqas ir-riskji li dawn l-istituzzjonijiet kien ikollhom ibatu minnhom fl-assenza tagħha u b’hekk jidhru li jibbenefikaw minn din il-miżura.

(23)

Safejn il-Komunikazzjoni ma tapplikax, il-miżura tista’ tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat marbuta direttament ma’ l-esportazzjoni (fi ħdan kif ukoll ‘il barra mill-Komunità), u dan huwa inkompatibbli mas-suq komuni. Il-Kummissjoni diġà kkundannat strettament l-għajnuna għall-esportazzjoni fil-kummerċ intra-Komunitarju u s-sostenn għall-esportazzjoni barra mill-Komunità wkoll jista’ jkollu effett fuq il-kompetizzjoni fil-Komunità.

(24)

Fl-aħħarnett, ukoll jekk l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u l-garanzija ta’ Eximbank kienu ekwivalenti u l-Komunikazzjoni kienet tkun applikabbli, kien ukoll jifdal xi tħassib. Qabel ma l-Kummissjoni approvat, fit-22 ta’ Jannar 2007, il-miżura N 488/2006 – “Assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat” għal perjodu ta’ sentejn, l-MEHIB (l-aġenzija Ungeriża l-oħra tal-kreditu għall-esportazzjoni, li hija proprjetà ta’ l-Istat) diġà kienet qed tipprovdi assigurazzjoni fuq bażi ta’ perjodu ta’ żmien qasir fuq kreditu għall-esportazzjoni għar-riskji li jbatu SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat, u għalhekk din ix-xorta ta’ kopertura hi diġà disponibbli fis-suq. Barra minn hekk, jekk żewġ aġenziji tal-kreditu għall-esportazzjoni, it-tnejn sostnuti mill-Istat, jitħallew jipprovdu s-servizzi tagħhom u jistabbilixxu l-bażi tal-klijentela tagħhom f’dan is-settur, jista’ jagħti l-każ li dan jissuġġerixxi d-dħul fis-suq ta’ operaturi potenzjali oħra.

3.   KUMMENTI TA’ L-UNGERIJA

(25)

L-ebda parti terza ma kkummentat dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-proċedimenti. Il-kummenti ppreżentati mill-awtoritajiet Ungeriżi jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

(a)

L-Ungerija taqbel li, filwaqt li l-assigurazzjoni dejjem tkopri riskji marbuta max-xerrej, il-garanzija li trid tingħata minn Eximbank lil SME b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat tkopri r-riskji jekk l-esportatur innifsu jonqos milli jħallas lura s-self. Madankollu, l-Ungerija hi tal-fehma li wkoll f’dan il-każ, ir-riskji huma primarjament marbuta max-xerrej minħabba li l-ħlas lura tas-self maħruġ mill-SME esportatriċi jiddependi primarjament minn jekk ix-xerrej iħallasx għall-oġġetti mixtrija.

(b)

L-Ungerija taqbel li r-riskji koperti mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni u dawk koperti mill-garanzija ta’ Eximbank mogħtija lix-xerrej barrani huma differenti. Barra dan, l-Ungerija tirreferi wkoll għall-prassi tal-banek kummerċjali li jivvalutaw il-garanziji b’mod aktar favorevoli milli jivvalutaw assigurazzjoni bħala garanzija fuq self minħabba li l-assiguraturi spiss jirrifjutaw li jħallsu għax jattribwixxu lill-każ karattru ta’ kontroversja kummerċjali.

(ċ)

L-Ungerija tenfasizza l-fatt li hi kienet ippreżentat id-dikjarazzjonijiet magħmula mill-assiguraturi, li l-Kummissjoni kienet diġà aċċettat għall-miżura N 488/2006. L-Ungerija taqbel ukoll li l-garanzija mogħtija minn Eximbank kienet tnaqqas ir-riskji li l-banek kummerċjali kien ikollhom iħabbtu wiċċhom magħhom kieku ma kinitx hi, u huwa għalhekk li l-banek ipprovdew id-dikjarazzjonijiet tagħhom bħala partijiet interessati.

(d)

L-Ungerija tindika li l-iskema ma kenitx tiġi applikata b’mod parallel għall-iskema ta’ assigurazzjoni N 488/2006 diġà eżistenti ta’ kreditu għall-esportazzjoni fir-rigward ta’ l-istess tranżazzjoni. L-Ungerija tenfasizza wkoll li aġenzija unika ta’ kreditu għall-esportazzjoni ma tistax tkopri l-SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat kollha u dan jista’ jwassal għal għażla preġudikata fosthom. L-Ungerija tisħaq ukoll li l-iskema ta’ garanzija ta’ Eximbank kienet tippermetti lill-banek kummerċjali jakkumulaw l-esperjenza rigward ir-riskji involuti u jibnu suq għall-garanziji kummerċjali tal-kreditu għall-esportazzjoni fuq medda ta’ minn sentejn sa tliet snin.

(e)

L-Ungerija ssostni li r-regoli dwar il-krediti għall-esportazzjoni fuq medda medja ta’ żmien jew għat-tul (5) japplikaw ukoll għall-assigurazzjoni, il-garanziji u rifinanzjament tal-keditu għall-esportazzjoni. Għaldaqstant, mhux xieraq li wieħed jinterpreta l-Komunikazzjoni li tistabbilixxi r-regoli marbuta ma’ l-assigurazzjoni tal-krediti għall-esportazzjoni fuq medda medja ta’ żmien bħallikieku kienet tkopri biss l-assigurazzjoni u teskludi dawk it-tranżazzjonijiet l-oħra li huma fuq medda qasira ta’ żmien, għaliex dan ikun qed jiddiskrimina kontra l-istituzzjonijiet li joffru garanziji fuq kreditu għall-esportazzjoni.

4.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURA

(26)

In-notifika tikkonċerna biss parti waħda mill-attivitajiet pubbliċi ta’ Eximbank, jiġifieri l-iskema ta’ garanziji għall-kuntratti ta’ l-esportazzjoni. Għalhekk, il-valutazzjoni ta’ din l-iskema ta’ garanziji hija mingħajr ħsara għal kwalunkwe pożizzjoni meħuda mill-Kummissjoni rigward ir-relazzjoni ġenerali bejn l-Istat u Eximbank u kwalunkwe prodott ieħor ta’ Eximbank.

4.1.   Applikabbiltà tal-Komunikazzjoni fuq krediti għall-esportazzjoni li huma fuq medda qasira ta’ żmien

(27)

L-argumenti mressqa mill-awtoritajiet Ungeriżi (miġbura fil-qosor fil-paragrafu 25 aktar ‘il fuq) ma jneħħux id-dubji li kellha l-Kummissjoni fil-bidunett. Partikolarment:

(a)

Id-deċiżjoni li nidiet il-proċeduri kienet affermat li, imqabbla ma’ l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni, il-garanziji mogħtija mill-Eximbank lill-SMEs li jesportaw u li l-fatturat ta’ l-esportazzjoni tagħhom huwa limitat mhumiex marbuta esklussivament mar-riskji tax-xerrej. Jidher li din id-differenza hija kkonfermata mill-awtoritajiet Ungeriżi minħabba li skondhom ir-riskju ta’ nuqqas ta’ ħlas lura ta’ self mill-SME esportatriċi mhux marbut max-xerrej b’mod esklussiv imma biss b’mod parzjali.

(b)

Id-deċiżjoni li nidiet il-proċeduri kienet affermat ukoll li r-riskji koperti mill-garanzija li Eximbank tagħti lix-xerrej barrani u r-riskji koperti mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni huma differenti. L-argumenti mressqa mill-Ungerija ma jirrifjutawx dan il-punt.

(ċ)

Id-deċiżjoni li nidiet il-proċeduri kienet affermat li d-dikjarazzjonijiet ippreżentati mill-assiguraturi kummerċjali li jikkonfermaw li huma ma joperawx f’dan is-settur speċifiku tas-suq tal-garanziji, kienu irrelevanti, minħabba li huma ma kellhomx permess bil-liġi li jipprovdu garanziji. Fil-każ ta’ l-N 488/06 dawn l-istess dikjarazzjonijiet kienu relevanti billi din il-miżura kienet tikkonċerna assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien.

(d)

Id-deċiżjoni li nidiet il-proċeduri kienet semmiet li wkoll jekk iż-żewġ strumenti (il-garanzija u l-assigurazzjoni) ma kinux ser jiġu applikati għall-istess tranżazzjoni, miżura oħra setgħet tipprovdi benefiċċji ulterjuri lill-SMEs Ungeriżi li jesportaw u li l-fatturat ta’ l-esportazzjoni tagħhom huwa limitat. Jidher li dan ġie kkonfermat għaliex l-awtoritajiet Ungeriżi indikaw li, f’sens ġenerali, il-banek kummerċjali huma aktar disposti li jaċċettaw garanzija bħala kollateral, u dan ifisser li d-disponibbiltà ta’ dawn il-garanziji ġġorr magħha benefiċċji addizzjonali għall-SMEs.

(e)

Dwar ir-regoli li japplikaw għall-kreditu għall-esportazzjoni fuq medda medja ta’ żmien u għat-tul imsemmija mill-Ungerija, dawk id-dispożizzjonijiet huma msejsa fuq dispożizzjonijiet tat-Trattat marbuta mal-kummerċ estern (l-Artikolu 132 tat-Trattat). Kif ikkonfermat il-Qorti tal-Ġustizzja, ma jistgħux għalhekk jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat tat-Trattat tal-KE (6). Barra dan, il-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien għandha għan dikjarat li teħles mit-tfixkil għall-kompetizzjoni minħabba għajnuna mill-Istat fis-settur tan-negozju ta’ l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni meta ma tkunx teżisti kompetizzjoni bejn assiguraturi tal-kreditu għall-esportazzjoni fis-settur privat u dawk fis-settur pubbliku, i.e. il-Komunikazzjoni tirreferi biss għall-assigurazzjoni u tapplika biss għaliha.

(28)

Il-kummenti ta’ l-awtoritajiet Ungeriżi jikkonfermaw l-interpretazzjoni stabbilita fid-deċiżjoni li nidiet il-proċeduri li l-garanzija mogħtija minn Eximbank f’ħafna aspetti importanti hija differenti mill-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni. Għalhekk, il-miżura ma tistax tiġi vvalutata skond il-Komunikazzjoni fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal medda qasira ta’ żmien.

4.2.   Preżenza ta’ għajnuna mill-Istat

(29)

Billi l-miżura ma tistax tiġi vvalutata skond il-Komunikazzjoni fuq l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni għal medda qasira ta’ żmien, jeħtieġ li jiġi stabbilit jekk il-miżura tistax tiġi kkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE (7).

(30)

Biex miżura taqa’ fl-ambitu ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, iridu jiġu ssodisfati erba’ kriterji:

il-miżura trid tinvolvi l-użu ta’ riżorsi ta’ l-Istat;

il-miżura trid tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju;

il-miżura trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri;

il-miżura trid thedded it-tfixkil lill-kompetizzjoni.

Trasferiment ta’ riżorsi statali

(31)

Il-miżura hija attribwibbli lill-Istat minħabba li hija implimentata minn aġenzija ta’ l-esportazzjoni li hija kollha kemm hi proprjetà ta’ l-Istat imwaqqfa b’fondi mill-Istat, li twettaq tranżazzjonijiet kif meħtieġ mir-regolamenti statali u li tebbenefika minn kontrogaranzija mill-Istat għat-tipi ta’ riskji in kwistjoni.

Vantaġġ ekonomiku

(32)

Il-ħlas għall-garanziji huwa ffissat fuq il-bażi ta’ sistema ta’ tariffi msejsa fuq l-entità tar-riskju li normalment ifisser ħlas ogħla għall-klijenti li r-riskji tagħhom huma akbar. Għandu jiġi osservat f’dan ir-rigward li s-sistema ta’ tariffi fuq il-bażi ta’ riskju tqis firxa wiesgħa ta’ fatturi marbuta mar-riskji domestiċi imma tistrieħ fuq kriterju uniku (li hu l-pajjiż mnejn ikun ġej ix-xerrej) fejn għandhom x’jaqsmu r-riskji barranin.

(33)

L-awtoritajiet Ungeriżi jsostnu li t-tariffi li jridu jitħallsu huma konformi mas-suq tat-tariffi mitluba minn assiguraturi kummerċjali internazzjonali jew minn garanti ta’ garanziji għal dan it-tip ta’ riskju. Madankollu, l-Ungerija ma wrietx (e.g. permezz ta’ dejta indipendenti jew ta’ studju indipendeni) li t-tariffi li jirriżultaw mill-valutazzjoni tar-riskji huma fil-fatt konformi mal-livell fis-suq.

(34)

L-affermazzjoni li l-ħlasijiet għall-garanziji jkopru l-ispejjeż operattivi ta’ l-iskema u l-pretensjonijiet tal-garanzija trid titqies bħala aspett pożittiv. Madankollu, din l-affermazzjoni mill-Ungerija ma ġietx ikkorroborata b’dejta rilevanti.

(35)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ungeriżi jargumentaw li l-ebda kopertura ta’ garanzija għat-tip ta’ riskju in kwistjoni mhi disponibbli fis-suq Ungeriż. Għalhekk, il-miżura kkonċernata tipprovdi vantaġġ ekonomiku wkoll permezz tal-forniment ta’ kopertura ta’ garanzija li altrimenti ma kenitx tkun disponibbli fis-suq.

(36)

L-awtoritajiet Ungeriżi ma ssottomettew l-ebda kumment dwar dawn l-aspetti. Il-Kummissjoni għalhekk jidhrilha li l-miżura tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarji.

Selettività

(37)

Il-miżura hi selettiva għaliex tikkonċerna biss it-tranżazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni mwettqa mill-SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat u għaliex l-Att Baġitarju annwali jiffissa limitu ġenerali għall-ammont ta’ garanzija mogħti mill-Eximbank u kontrogarantita mill-Istat.

Effett fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ

(38)

Il-miżura għandha effett potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba li hija marbuta direttament mat-tranżazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ l-SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat. Ukoll, l-esportazzjoni intra-Komunitarja mhijiex eskluża.

(39)

Konsegwentement, il-miżura għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

4.3.   Kompatibbiltà tal-miżura

(40)

Għajnuna mill-Istat tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni jekk tkun konformi ma’ waħda mill-eċċezzjonijiet previsti fit-Trattat tal-KE. L-Artikolu 87(2) jipprovdi għal eżenzjonijiet awtomatiċi mill-projbizzjoni ġenerali ta’ l-għajnuna mill-Istat; madankollu, huwa ċar li fil-każ in kwistjoni ma tapplika l-ebda waħda minn dawn l-eċċezzjonijiet.

(41)

L-Artikolu 87(3) jispeċifika erba’ tipi ta’ każi li fihom l-għajnuna mill-Istat tista’ titqies li hi kompatibbli mas-suq komuni. L-Artikolu 87(3)(a) jkopri għajnuna għall-promozzjoni ta’ l-iżvilupp tar-reġjuni żvantaġġjati. Għandu jiġi osservat f’dan ir-rigward li, fil każ li qed jiġi kkunsidrat, il-kundizzjonijiet tal-garanzija mhumiex aġġustati skond il-livell ta’ nuqqas ta’ progress tar-reġjun li fih topera l-SME esportatriċi. Ukoll, l-iskema tkopri t-territorju sħiħ ta’ l-Ungerija filwaqt li skond il-mappa attwali għall-għajnuna reġjonali Ungeriża għall-2007-2013 (8), parti biss mill-Ungerija hi eliġibbli għall-għajnuna taħt l-Artikolu 87(3)(a). Il-miżura anqas ma tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (9). Konsegwentement, din l-eżenzjoni ma tapplikax fil-każ preżenti.

(42)

L-Artikolu 87(3)(b) jistabbilixxi li għajnuna għall-promozzjoni ta’ l-eżekuzzjoni ta’ proġett importanti ta’ interess komuni Ewropew jew għas-sejbien ta’ rimedju għal perturbazzjoni serja fl-ekonomija ta’ Stat Membru tista’ titqies li hija kompatibbli mas-suq komuni. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax fil-każ preżenti; u l-anqas l-Artikolu 87(3)(d) ma japplika għal għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u l-konservazzjoni tal-patrimonju.

(43)

L-Artikolu 87(3)(ċ) jistabbilixxi li għajnuna għall-iffaċilitar ta’ l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi tista’ titqies li hi kompatibbli mas-suq komuni, meta din l-għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa limitu li jmur kontra l-interess tas-suq komuni. Il-Kummissjoni żviluppat diversi linji gwida u komunikazzjonijiet li jistabbilixxu kif bi ħsiebha timplimenta dan l-Artikolu. Minħabba li xejn minn dan ma japplika fil-każ preżenti, kwalunkwe għajnuna mill-Istat marbuta mal-miżura kkonċernata għandha tiġi vvalutata direttament skond l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat.

(44)

F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li skema ta’ assigurazzjoni għall-esportazzjoni li toffri vantaġġ għat-tranżazzjonijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat diġà teżisti u diġà ġiet approvata mill-Kummissjoni (10) skond id-dispożizzjonijiet tal-Komunikazzjoni dwar l-assigurazzjoni ta’ kreditu għall- esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-Ungerija ma wrietx il-ħtieġa ta’ strument addizzjonali biex jagħti vantaġġ lit-trażazzjonijiet ta’ l- esportazzjoni ta’ SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat.

(45)

Barra minn hekk, irid jiġi mfakkar li l-Kummissjoni, fuq bażi ta’ prinċipju, ikkundannat bl-aħrax l-għajnuna għall-esportazzjoni fil-kummerċ intra-Komunitarju, minħabba li s-sussidji għall-esportazzjoni jaffettwaw b’mod dirett lill-kompetizzjoni fis-suq ta’ oġġetti u servizzi bejn fornituri rivali potenzjali. Billi hi marbuta mill-qrib u b’mod inseparabbli mat-tranżazzjoni kummerċjali sottostanti, din l-għajnuna għall-esportazzjoni x’aktarx ser taffettwa negattivament il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod konsiderevoli. Fid-deċiżjonijiet preċedenti tagħha (11), il-Kummissjoni indikat b’mod ċar li l-garanziji offruti bi prezz irħas minn dak tas-suq fil-kuntest tal-kuntratti ta’ l-esportazzjoni fi ħdan il-Komunità jikkostitwixxu għajnuna għall-esportazzjoni li hija inkompatibbli mas-suq komuni. Barra minn dan, is-sostenn ta’ l-Istati Membri għall-esportazzjoni tagħhom barra mill-Komunità jista’ wkoll jaffettwa l-kompetizzjoni fi ħdan il-Komunità.

5.   KONKLUŻJONI

(46)

Għar-raġunijiet li gew stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tinvolvi għajnuna mill-Istat fl-ambitu tat-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE. Minħabba li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi mingħajr ma taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali sa limitu li jmur kontra l-interess komuni, il-miżura ma tistax tiġi ġġustifikata skond l-Artikolu 87(3)(ċ) tat-Trattat tal-KE u għaldaqstant mhix kompatibbli mas-suq komuni. Billi l-miżura ma kenitx għadha ġiet implimentata, mhemmx il-ħtieġa ta’ rkupru ta’ għajnuna mill-Istat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna ta’ l-Istat li l-Ungerija qed tippjana biex timplimenta fil-forma ta’ garanzija fuq il-kreditu għall-esportazzjoni fuq medda qasira ta’ żmien għall-SMEs b’fatturat ta’ l-esportazzjoni limitat hija inkompatibbli mas-suq komuni.

Konsegwentement, din l-għajnuna ma tistax tiġi implimentata.

Artikolu 2

L-Ungerija għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri meħuda biex tikkonforma magħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Ungerija.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 234, 6.10.2007, p. 18.

(2)  idem.

(3)  Kif inhu definit fl-Att Ungeriż XXXIV ta’ l-2004. Din id-definizzjoni ta’ l-SMEs hija konformi mal-kriterji rilevanti li jinsabu fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(4)  ĠU C 281, 17.9.1997.

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/29/KE tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin li jirrigwardaw l-assigurazzjoni tal-kreditu għall-esportazzjoni ta’ kopertura ta’ medda medja ta’ żmien jew għat-tul.

(6)  Il-Kawża C-142/87 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (“Tubemeuse”) [1990] Ġabra I-959, il-paragrafu 32.

(7)  Il-Kummissjoni tinnota li l-iskema wkoll ma taqax taħt in-“notifika tal-garanziji” (ĠU C 71, 11.3.2000). Il-punt 1.2 tan-notifika tal-garanziji jafferma li din in-notifika ma tapplikax għall-garanziji mogħtija fuq il-krediti għall-esportazzjoni. Billi l-garanzija kkonċernata tipprevedi garanziji f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas lura ta’ self maħruġ biex tiġi ffinanzjata tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-Kummissjoni jidhrilha li n-notifika tal-garanziji mhix applikabbli.

(8)  N 487/06 – Ittra tal-Kummissjoni tat-13.9.2006, ĠU C 256, 24.10.2006, p. 7.

(9)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(10)  Għajnuna mill-Istat N 488/06.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 1982 dwar l-issussidjar tar-rati ta’ l-interess fuq krediti għall-esportazzjoni minn Franza għall-Greċja wara l-adeżjoni ta’ dak il-pajjiż mal-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU L 159, 10.6.1982, p. 44); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 1984 dwar l-intenzjoni tal-Gvern Franċiż li jikkonċedi kopertura speċjali kontra r-riskji ta’ skambju lill-esportaturi Franċiżi li kienu ssottomettew offerti għall-bini ta’ impjant ta’ l-enerġija fil-Greċja (ĠU L 230, 28.8.1984, p. 25).


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2008

dwar l-għajnuna mill-Istat C 56/06 (ex NN 77/06) implimentata mill-Awstrija għall-privatizzazzjoni tal-Bank Burgenland

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1625)

(Il-verżjoni bil-Ġermaniż biss hi awtentika)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/719/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 88(2) tat-Trattat,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tal-Ftehim,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom abbażi tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

I.   PROĊEDURA

(1)

Fl-4 ta’ April 2006, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn konsorzju ta’ investituri mill-Ukrajna/Awstrijaċi (iktar ’il quddiem imsejjaħ “il-Konsorzju”) (2) jisħaq li l-Awstrija kienet kisret ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat fil-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-Bank HYPO Bank Burgenland AG (iktar ’il quddiem imsejjaħ “BB”). B’mod partikulari, il-proċedura għall-offerti, li allegatament kienet inġusta, mhux trasparenti u diskriminatorja lejn il-kwerelant, irriżultat fil-bejgħ tal-BB, mhux lil dak li għamel l-ogħla offerta (l-kwerelant), imma lill-kumpanija ta’ assigurazzjoni Awstrijaka Grazer Wechselseitige Versicherung AG flimkien ma’ GW Beteiligungserwerbs- und –verwaltungs-G.m.b.H. (iktar ’il quddiem imsejħa “GRAWE”).

(2)

L-ewwel talba għall-informazzjoni ntbagħtet lill-Awstrija fit-12 ta’ April 2006. Fil-25 ta’ April 2006 l-Awstrija talbet estensjoni taż-żmien, li ngħatat parzjalment permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ April 2006. L-Awstrija rrispondiet permezz ta’ l-ittri datati l-15 ta’ Mejju 2006 u l-1 ta’ Ġunju 2006. Saret laqgħa ma’ l-awtoritajiet Awstrijaċi fis-27 ta’ Ġunju 2006. It-tieni talba għall-informazzjoni ntbagħtet fis-17 ta’ Lulju 2006 u r-risposta kompleta kienet irċevuta fit-18 ta’ Settembru 2006.

(3)

Sadanittant, permezz ta’ email u ittri datati 21 ta’ April 2006 u 2 ta’ Ġunju 2006, il-Kummissjoni rċeviet iktar informazzjoni mill-Konsorzju.

(4)

B’ittra datata 21 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni infurmat lill-Awstrija li ddeċidiet li tibda l-proċedura fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE dwar il-miżura.

(5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni (iktar ’il quddiem imsejħa “il-proċedura tal-ftuħ”) ġiet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea  (3). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-miżura.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn partijiet interessati. Parti Ungeriża ssottomettiet informazzjoni kemm fit-terminu, kif ukoll – mingħajr ma tat xi raġunijiet partikulari – barra mit-terminu stabbilit mid-deċiżjoni. Il-kummenti rċevuti fit-terminu stipulat ġew mibgħulta fit-22, fis-26 u fis-27 ta’ Frar 2007 u fid-9 ta’ Marzu 2007. Iktar informazzjoni mill-istess parti interessata ġiet irċevuta wara li skada t-terminu fid-19 u fit-28 ta’ Marzu 2007.

(7)

Dak li tefa’ l-offerta li rnexxiet GRAWE – il-benefiċjarju potenzjali ta’ l-għajnuna – ukoll ipprovda xi kummenti. Dawn il-kummenti ġew mibgħuta fid-9 ta’ Marzu 2007, flimkien ma’ talba għall-estensjoni taż-żmien, li ġiet mogħtija. GRAWE ssottomettiet iktar kummenti permezz ta’ ittra datata 19 ta’ April 2007; il-fajl komplet inklużi l-annessi wasal għand il-Kummissjoni fis-26 ta’ April 2007. Wara laqgħa mal-Kummissjoni fit-8 ta’ Jannar 2008, GRAWE ssottomettiet iktar kummenti fil-5 ta’ Frar 2008.

(8)

L-Awstrija ssottomettiet il-kummenti tagħha wara l-ftuħ tal-proċedura formali ta’ investigazzjoni fl-1 ta’ Marzu, wara li ngħatat estensjoni taż-żmien.

(9)

Il-kummenti kollha rċevuti fit-terminu inizjali (l-parti Ungeriża) jew fit-terminu estiż (GRAWE) ġew mibgħuta lill-Awstrija, li ngħatat l-opportunità li tirreaġixxi. Il-kummenti tagħha kienu rċevuti b’ittra datata 5 ta’ Ġunju 2007. Fi stadju ulterjuri, fit-8 ta’ Frar 2008, il-Kummissjoni bagħtet l-informazzjoni kollha l-oħra rċevuta barra miż-żmien minn GRAWE jew mit-terza persuna Ungeriża lill-Awstrija għall-kummenti tagħha.

(10)

Numru ta’ laqgħat kienu saru ma’ l-Awstrija, GRAWE u l-awtoritajiet Ukrajni. L-aħħar laqgħa ma’ l-Awstrija nżammet fl-1 ta’ April 2008. Iktar kummenti mill-Awstrija kienu rċevuti permezz ta’ e-mails datati 14 ta’ Diċembru 2007 u 23 ta’ Jannar, 25 ta’ Frar, 5 ta’ Marzu u 9 ta’ April 2008.

(11)

Fit-22 ta’ Marzu 2007, il-kwerelant, li ma kienx ikkummenta dwar id-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni, ipprovda lill-Kummissjoni b’aġġornamet tas-sitwazzjoni f’waħda mill-proċeduri tiegħu fil-qorti fl-Awstrija (deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali Għoli ta’ Vjenna (Oberlandesgericht) datata 5 ta’ Frar 2007 u l-appell sussegwenti mill-kwerelant lill-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof) ta’ l-Awstrija). Il-kwerelant ressaq numru ta’ azzjonijiet fil-qrati Awstrijaċi li sal-lum kienu kollha mingħajr suċċess.

II.   DESKRIZZJONI DDETTALJATA TA’ L-GĦAJNUNA

1.   Il-Konsorzju (l-kwerelant)

(12)

Il-kwerelant hu konsorzju Awstrijo-Ukrajn li, fiż-żmien tal-bejgħ tal-BB, kien jikkonsisti f’żewġ kumpaniji Ukrajni joint-stock, Ukrpodshipnik u Ilyich, u żewġ kumpaniji Awstrijaċi, SLAV AG u SLAV Finanzbeteiligung GmbH, din ta’ l-aħħar twaqqfet b’mod speċifiku bil-għan li takkwista l-BB. Ukrpodshipnik u Ilyich huma gruppi prinċipali Ukrajni li jimpjegaw kważi 100 000 persuna u li għandhom dħul totali annwali ta’ kważi 4 biljuni Dollari Amerikani f’setturi varji bħall-produzzjoni ta’ l-azzar, il-bini ta’ vapuri, katusi taħt l-art li jġorru l-ilma, ipproċessar ta’ metall u bini fejn tkun iġġenerata l-elettriċità. Ukropodshipnik hi ukoll attiva fis-swieq finanzjarji permezz tal-Bank Commercial Active Bank Ltd (iktar ’il quddiem imsejjaħ “Active Bank”), li ilu jopera fl-Ukrajna mill-2002 taħt liċenzja bankarja sħiħa. SLAV AG twaqqfet fi Vjenna fl-1992 bħala sussidjarja tal-korporazzjoni Ukrpodshipnik, u topera bħala kumpanija trading. L-ishma tagħha huma kkwotati fuq il-borża ta’ Vjenna. Il-fatt li kien hemm riorganizzazzjoni bejn il-membri tal-Konsorzju wara l-bejgħ li wassal biex SLVA AG tkun il-proprjetarja tal-kumpaniji bbażati fl-Ukrajna mhux rilevanti għall-eżaminazzjoni ta’ dan il-każ.

(13)

Permezz tal-potezjali akkwist tal-BB, il-Konsorzju kien qed isegwi żewġ oġġettivi strateġiċi prinċipali. L-ewwelnett, waqt li kien diġà attiv fi-settur tas-suq finanzjarju fl-Ukrajna, l-Konsorzju ried jikber f’dan is-settur tal-kummerċ. It-tieninett, billi hu jesporta parti kbira mill-prodotti tiegħu madwar id-dinja, BB seta’ jipprovdi aċċess lejn is-swieq finanzjarji internazzjonali u jsostni l-espansjoni internazzjonali tal-Konsorzju. Il-pjan ta’ kummerċ ta’ BB kif ippreparata mill-Konsorzju jirrifletti dawn l-oġġettivi strateġiċi u għalhekk, kien ser jibdel il-fokus reġjonali tal-BB.

(14)

La l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u lanqas il-kummenti minn terzi persuni sottomessi wara l-ftuħ tal-proċedura ma kienu jiddubitaw b’xi mod il-vijabilità ekonomika tal-Konsorzju. Matul l-investigazzjoni, l-ebda informazzjoni ma kienet irċevuta li tindika li l-Konsorzju ma kienx ser ikun entità serja, sakemm, fi stat avvanzat ħafna ta’ l-investigazzjoni, l-awtoritajiet Awstrijaċi ġibdu l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal każ Ġermaniż fejn il-Bundesanstalt für Finanzdienstleistungsaufsicht (iktar ’il quddiem imsejħa “BaFin”) ipprojbixxiet il-bejgħ ta’ l-ishma f’bank Ġermaniż lill-grupp Ukrajn mhux magħruf, minħabba dubji dwar l-oriġini mhux ċara tal-fondi – riżultat li kien ikkonfermat minn qorti amministrattiva Ġermaniża (4).

2.   GRAWE (il-benefiċjarju)

(15)

L-akkwirent GRAWE hu magħmul minn Grazer Wechselseitige Versicherung AG u GW Beteiligungserwerbs- und -verwaltungs-G.m.b.H. GRAWE hu grupp prinċipali Awstrijak tas-servizzi finanzjarji stabbilit sew. Hu attiv fl-assigurazzjoni, fis-settur bankarju u fil-proprjetà immobbli kemm fl-Awstrija kif ukoll f’numru kbir ta’ pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali, b’sussidjarji fis-Slovenja, fil-Kroazja, f’Belgrad, f’Sarajevo, f’Banja Luka, fl-Ungerija, fil-Bulgarija, fir-Rumanija, fl-Ukrajna, fir-Repubblika tal-Moldova u f’Podgorica. Uffiċċji ewlenin jinsabu b’mod prinċipali fil-kapitali nazzjonali. Grazer Wechselseitige Versicherung AG toffri kull tip ta’ assigurazzjoni normali, imma tipproponi ukoll servizzi finanzjarji u ta’ leasing. Il-kwartieri tagħha qegħdin fi Graz u hemm uffiċċji prinċipali fil-kapital provinċjali kollha. Id-dħul annwali mill-primjum fl-2006 laħaq madwar €660 miljun u n-numru ta’ kuntratti ta’ assigurazzjoni ġestiti kien ta’ madwar 3.3 miljuni.

(16)

Fl-2006 Grazer Wechselseitige Versicherung AG kellha interessi diretti f’żewġ entitajiet fis-settur bankarju u ta’ l-investiment. Dak prinċipali kien interess ta’ 43.43 % fil- HYPO Group Alpe Adria, grupp finanzjarju fir-reġjun mill-Alpi sa’ l-Adrijatiku. Hypo Group Alpe Adria għandu uffiċċji fl-Awstrija, l-Bosnija u Herzegovina, l-Bulgarija, l-Kroazja, l-Ġermanja, l-Ungerija, l-Italja, l-Liechtenstein, ir-Repubbika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Montenegro, s-Serbja, s-Slovenja u l-Ukrajna. Timpjega aktar minn 6 500 persuna biex taqdi 1.1 miljun klijent u kellha iktar minn EUR 30 biljun ta’ assi fl-2006. Fl-1989 GRAWE akkwistat il-Capital Bank, istituzzjoni indipendenti, li tispeċjalizza fis-settur bankarju privat u fis-settur ta’ l-investiment bankarju b’madwar 70 fondi ta’ investiment taħt il-ġestjoni tagħha.

(17)

Il-pjan ta’ kummerċ ippreparat minn GRAWE għall-akkwist tal-BB ma kien jipprovdi għall-ebda tibdil fil-mudell ta’ kummerċ tal-BB jew għall-integrazzjoni tal-BB fl-attivitajiet bankarji eżistenti tal-grupp.

(18)

Fl-2007 GRAWE biegħet madwar 15 % ta’ l-ishma tagħha fil-HYPO Group Alpe Adria u għamlet profitti konsiderevoli fil-kotba tagħha. Billi użat l-eżistenti loss carry-over ta’ EUR […] (*) miljun (5) tal-BB, GRAWE ffrankat fit-taxxa (6) u użat dawn biex offset il-prezz nett ta’ l-akkwist ta’ EUR […] miljun (7) imħallas għal BB.

3.   Hypo Bank Burgenland AG (BB)

(19)

Sakemm inbiegħ, il-HYPO Bank Burgenland AG kien korporazzjoni joint stock taħt il-liġi Awstrijaka bl-uffiċċju reġistrat f’Eisenstadt, l-Awstrija. Qabel il-bejgħ tal-BB lill-grupp Awstrijak ta’ l-assigurazzjoni GRAWE, li hi l-miżura ta’ l-għajnuna inkwistjoni, u mill-laqgħa tal-membri ta’ Marzu 2005, il-Provinċja Federal tal-Burgenland (iktar ‘il quddiem imsejħa “il-Provinċja tal-Burgenland”) kellha 100 % ta’ l-ishma (8). Il-grupp BB kien biss ta’ importanza reġjonali bil-valur tal-karta tal-bilanċ ikun ta’ madwar EUR 3.3 biljun fl-2005.

(20)

Qabel il-bejgħ, il-BB kien jopera taħt liċenzja sħiħa bankarja fil-Provinċja tal- Burgenland u fil-punent ta’ l-Ungerija, fejn kellha l-ishma kollha ta’ sussidjarja, s-Sopron Bank RT. Imwaqqaf bħala bank reġjonali biex isellef fuq proprjetà immobbli, l-funzjoni tal-BB kienet il-promozzjoni ta’ transazzjonijiet monetarji u ta’ kreditu fil-Provinċja tal-Burgenland. Storikament, il-kummerċ prinċipali tiegħu kien l-għoti ta’ self għax-xiri ta’ djar u l-ħruġ ta’ bonds ta’ ipoteka u bonds muniċipali. Fiż-żmien tal-bejgħ, kien jaġixxi ta’ bank universali u kien joffri s-servizzi kollha l-oħra bankarji u finanzjarji.

(21)

Sal-privatizzazzjoni tiegħu, il-BB kien għadu jieħu vantaġġ mill-hekk imsejħa Ausfallhaftung  (9). Wara ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Awstrija li wassal għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni K(2003) 1329 finali (10), Ausfallhaftung kellha tkun abolita sa l-1 ta’ April 2007. Bħala regola ġenerali, id-djun kollha eżistenti fit-2 ta’ April 2003 jibqgħu koperti mill-Ausfallhaftung sakemm tiskadi l-maturità tagħhom. Warat, Ausfallhaftung tista’ tinżamm bejn it-2 ta’ April 2003 u l-1 ta’ April 2007 għal djun ġodda sakemm il-maturità tagħhom ma teċċedix it-30 ta’ Settembru 2017. Madanakollu, il-privatizzazzjoni tal-BB kellha l-effett li dan il-perjodu tranżitorju spiċċa qabel iż-żmien, fil-ġurnata tal-konklużjoni tan-negozju ma’ GRAWE, jiġifieri fit-12 ta’ Mejju 2006 (11). Responsabbilitajiet ġodda li jseħħu wara dik id-data mhumiex aktar koperti mill-Ausfallhaftung. Fil-31 ta’ Diċembru 2005, djun koperti mill-Ausfallhaftung kienu jammontaw għal madwar EUR 3.1 biljun, mingħajr ma jinkludu l-ħruġ tal-bonds addizzjonali deskritti fil-paragrafu 44.

(22)

Minħabba telf tal-passat, il-BB kellu telf ta’ taxxa biex titmexxa għas-sena ta’ wara li laħqet madwar EUR 376.9 miljun fil-31 ta’ Diċembru 2004. Mill-1 ta’ Jannar 2005, il-liġi tat-taxxa ta’ l-Awstrija tippermetti lill-kumpaniji (fl-istess grupp) jibbilanċjaw profitti u telf kontra xulxin. Jiddependi mill-istruttura speċifika tal-kumpanija kemm dan jista’ jsir.

4.   Ir-ristrutturazzjoni tal-BB

(23)

B’deċiżjoni tas-7 ta’ Mejju 2004 (12) (iktar ’il quddiem imsejħa “d-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni”), il-Kummissjoni approvat għajnuna ta’ ristrutturazzjoni għall-BB ammontanti għal EUR 360 miljun konsistenti f’żewġ miżuri: ftehim ta’ garanzija datat 20 ta’ Ġunju 2000 bejn il-Pronvinċja ta’ Burgenland u BB (EUR 171 miljun flimkien ma’ interessi ta’ 5 % (13) u ftehim qafas datat 23 ta’ Ottubru 2000, li jikkonsisti f’ċediment ta’ drittijiet min-naħa tal-Bank Awstrija għall-BB li jammontaw għal 189 miljun, ftehim better-fortune bejn dawn iż-żewġ partijiet kontrajenti (14) u ftehim ta’ garanzija min-naħa tal-Provinċja ta’ Burgenland għall-BB ammontanti għal EUR 189 miljun (15).

(24)

Id-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni inkludiet l-emendi retrospettivi li ġejjin għall-ftehim ta’ garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000 u l-ftehim qafas. Il-ftehim ta’ garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000 kien emendat sabiex l-profitti annwali ta’ operat tal-BB ma jibqgħux jintużaw biex inaqqsu l-ammont kopert mill-garanzija pprovduta mill-Provinċja tal-Burgenland u l-BB ikun jista’ jirrikorri għall-garanzija mill-inqas meta jingħalqu l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2025. Il-Provinċja tal-Burgenland ikollha d-dritt li tagħmel il-pagament kollu jew parzjali tal-garanzija miftuħa lill-BB minn meta jingħalqu l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010. Il-ftehim qafas tat-23 ta’ Ottubru 2000 kien emendat kif ġej: il-profitti annwali tal-BB mhux ser jibqgħu jintużaw biex jissodisfaw l-obbligu tal-better-fortune lejn il-Bank Awstrija AG. Il-Provinċja tal-Burgenland ser tissodisfa l-obbligu lejn il-Bank Awstrija u ser tħallas l-ammonti li għadhom dovuti taħt il-ftehim ta’ garanzija immedjatament qabel il-privatizzazzjoni tal-BB permezz ta’ pagament wieħed.

(25)

L-emendi dwar l-użu tal-profitti annwali biex jitnaqqsu l-ammonti garantiti ma kinux ser jidħlu fis-seħħ kieku l-BB ma kienx privatizzat. Sakemm il-Provinċja tal-Burgenland tibqa’ l-proprjetarja tal-BB, iż-żewġ garanziji kienu ser jibqgħu mingħajr tibdil, l-ammonti garantiti kienu ser jonqsu iktar bil-profitti annwali tal-BB u l-obbligu tal-better-fortune tal-BB ma kienx ser jitbiddel.

(26)

Il-privatizzazzjoni tal-BB kienet komponent essenzjali tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni approvat mill-Kummissjoni. Il-Provinċja tal-Burgenland tikkunsidra l-privatizzazzjoni tal-BB bħala l-aqwa garanzija possibli tal-vijabilità fit-tul tal-bank.

(27)

Wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni u mill-2003, il-Provinċja tal-Burgenland għamlet żewġ tentattivi biex tbiegħ u tipprivatizza l-BB, it-tnejn li huma fallew. It-tielet tentattiv – il-miżura ta’ għajnuna deskritta iktar ‘il quddiem – beda permezz ta’ avviż fil-medja fit-18 ta’ Ottubru 2005.

5.   Il-privatizzazzjoni tal-BB

5.1   Il-proċess ta’ privatizzazzjoni

(28)

Il-Kummissjoni tinnota li l-partijiet li kienu involuti fil-bejgħ tal-BB ma jaqblux fid-deskrizzjoni tagħhom tal-proċess tal-bejgħ. Madanakollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-partijiet li l-elementi li ġejjin tal-bejgħ tal-BB, kif imniżżla fid-deċiżjoni tal-ftuħ u kif imsaħħa bil-kummenti ta’ l-Awstrija u l-kummenti ta’ GRAWE, mhumiex kontroversjali.

(29)

Fl-2005 il-Provinċja tal-Burgenland bdiet it-tielet proċedura ta’ sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni tal-BB. Il-bank internazzjonali ta’ investiment HSBC Trinkaus & Burkhardt KGaA, Düsseldorf, flimkien ma’ HSBC plc, Londra (flimkien iktar ’il quddiem imsejħa “HSBC”), li kienu kkummissjonati biex imexxu l-proċess ta’ privatizzazzjoni, ħabbru pubblikament l-intenzjoni li jinbiegħ il-BB fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ Vjenna (Amtsblatt zur Wiener Zeitung) fit-18 ta’ Ottubru 2005 fuq livell nazzjonali u fl-edizzjoni bl-Ingliż tal-Financial Times Europe fit-19 ta’ Ottubru 2005 fuq livell internazzjonali u sejħu lill-partijiet interessati li jakkwistaw ishma fil-BB.

(30)

Waqt li 24 persuna li potenzjalment kienu ser jagħmlu offerta kemm fl-Ewropa kif ukoll minn barra l-Ewropa rrispondew għall-avviż, 14 biss urew b’mod uffiċjali l-interess tagħhom fit-tfigħ ta’ offerti u għalhekk ġew ipprovduti b’“ittra ta’ proċess” biex jgħaddu għall-fażi sussegwenti tal-proċess tas-sejħa għall-offerti. Fl-ittra ta’ proċess, dawk li potenzjalment kienu ser jitfgħu offerta ġew mitluba jagħmlu offerta indikattiva u li ma torbotx għax-xiri tal-bank qabel is-6 ta’ Diċembru 2005.

(31)

Tlieta biss ressqu l-offerti tagħhom fil-ħin, b’valur ta’ EUR 65 miljun, EUR 100 miljun u EUR 140 miljun rispettivament (16), u għaddew għat-tieni fażi intiża li twassal għall-offerta li torbot u bi skadenza ffissata għas-6 ta’ Frar 2006. Din it-tieni fażi inkludiet, b’mod partikulari, fażi ta’ eżerċizzju ta’ diliġenza li kien ser isir f’Internet data room mis-7 ta’ Jannar sat-30 ta’ Jannar 2006, imsaħħa b’numru ta’ preżentazzjonijiet u laqgħat. Dawk li għamlu l-offerta kellhom ukoll l-opportunità li jsaqsu mistoqsijiet matul u wara l-proċess ta’ l-eżerċizzju ta’ diliġenza.

(32)

Fis-6 ta’ Frar 2006 tnejn minnhom issottomettew offerta li torbot, GRAWE fuq naħa, u l-Konsorzju fuq in-naħa l-oħra.

(33)

Ma’ dawn it-tnejn l-offerti li jorbtu kienu nnegozjati iktar b’mod individwali. Dawn in-negozjati għalqu fl-4 ta’ Marzu 2006.

(34)

Fil-5 ta’ Marzu 2006 il-Provinċja tal-Burgenland tat il-kuntratt lil GRAWE minkejja li l-prezz ta’ l-akkwist offrut minn GRAWE (EUR 100.3 miljun) kien inqas konsiderevolment mill-prezz offrut mill-Konsorzju (EUR 155 miljun). Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq rakkomandazzjoni bil-miktub ta’ l-HSBC (iktar ‘il quddiem imsejħa “r-rakkomandazzjoni”) datata 4 ta’ Marzu 2006, imsaħħa bi spjegazzjonijiet orali lill-membri tal-Gvern tal-Provinċja tal-Burgenland fil-ġurnata tad-deċiżjoni. Il- Gvern tal-Provinċja tal-Burgenland formalment qabel mal-bejgħ fis-7 ta’ Marzu 2006. L-għeluq tan-negozju sar fit-12 ta’ Mejju 2006.

(35)

Lejlet l-eqgħluq, il-BB ħareġ bonds ammontanti għal EUR 700 miljun. It-tbassir fl-2005 kien jindika l-ħruġ ta’ EUR 320 miljun biss f’bonds addizzjonali qabel il-privatizzazzjoni. Il-ħruġ sar taħt l-Ausfallhaftung. Capital Bank, sussidjarja ta’ GRAWE, issottoskriviet għal EUR 350 miljun mit-total ta’ EUR 700 miljun bond.

5.2   Il-kriterji ta’ għażla fl-ittra tal-proċess

(36)

Il-kriterji li ġejjin biex ikunu eżaminati l-offerti kienu bbażati fuq deċiżjoni tal-Gvern tal-Provinċja tal-Burgenland tas-6 ta’ Settembru 2005 u elenkati fl-ittra ta’ proċess:

(a)

il-prezz ta’ akkwist u kredibilità fil-ħlas tal-prezz ta’ l-akkwist

(b)

iż-żamma ta’ l-awtonomija tal-BB

(ċ)

kontinwazzjoni ta’ l-operat tal-BB waqt li fl-istess ħin, skansament fl-użu ta’ l-Ausfallhaftung

(d)

rieda biex jitwettqu żjidiet neċessarji fil-kapital

(e)

sigurtà tat-transazzjoni

(f)

konsiderazzjonijiet ta’ żmien fit-twettiq tat-transazzjoni.

(37)

L-ittra ta’ proċess qalet ukoll li l-membru tal-BB, fuq il-bażi tar-rakkomandazzjoni, għandu jagħmel għażla diskrezzjonarja dwar liema minn dawn li tefgħu l-offerti setgħu jgħaddu għat-tieni fażi tal-proċess tal-bejgħ.

5.3   Il-klawsola ta’ garanzija fil-kuntratt ma’ GRAWE

(38)

Il-kuntratt ma’ GRAWE fih garanzija mill-Provinċja tal-Burgenland li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat mhumiex miksura la fil-kuntest tal-ftehim ta’ garanzija li huma s-suġġett tad-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni, u lanqas fil-kuntest tal-kuntratt tal-bejgħ innifsu. Din il-garanzija hi supplimentata minn klawsola li tagħti d-dritt li l-akkwirent GRAWE jkun ikkumpensat mill-Provinċja tal-Burgenland għal kull irkupru ordnat mill-Kummissjoni f’deċiżjoni negattiva. Jekk ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jipprojibixxu dan l-aġġustament fil-prezz ta’ l-akkwist, l-akkwirent seta’, skond din il-klawsola, iħassar il-kuntratt.

5.4   Ir-rakkomandazzjoni ta’ l-HSBC

(39)

Ir-rakkomandazzjoni tqabbel iż-żewġ offerti minn GRAWE u l-Konsorzju fuq il-bażi tal-kriterji ta’ l-għażla msemmija hawn fuq. Din turi li l-prezz ta’ l-akkwist iwassal għal deċiżjoni favur il-Konsorzju. Madankollu, minħabba kriterji oħra – kredibilità fil-ħlas tal-prezz ta’ l-akkwist, il-kontinwazzjoni fl-operat tal-bank u skansament fl-użu ta’ l-Ausfallhaftung, żjidiet fil-kapital u sigurtà tat-transazzjoni – l-HSBC jirrakkomanda bejgħ lil GRAWE (ara paragrafi 27 sa 29 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għal aktar dettalji.)

III.   DEĊIŻJONI BIEX TINBEDA L-PROĊEDURA FORMALI TA’ INVESTIGAZZJONI TAĦT L-ARTIKOLU 88(2) TAT-TRATTAT KE

(40)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni taħt l-Artikolu 88(2) tat-Trattat KE għar-raġunijiet prinċipali li ġejjin.

(41)

Meta wieħed japplika l-prinċipji mniżżla fit-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (17), il-Kummissjoni ma setgħetx tistabilixxi li l-bejgħ kien sar mingħajr għajnuna mill-Istat, speċjalment minħabba li kien ovvju li l-Konsorzju, waqt li ssottometta offerta konsiderevolment ogħla, ma ġiex magħżul mill-Provinċja tal-Burgenland bħala l-akkwirent tal-BB. Barra minn hekk, kien hemm numru ta’ diskrepanzi fil-mod kif il-proċedura tat-tfigħ ta’ l-offerti kienet deskritta mill-kwerelant fuq naħa u mill-Awstrija fuq in-naħa l-oħra.

Dubji dwar il-proċedura għas-sejħa għall-offerti

(42)

Dwar il-proċedura tas-sejħa ta’ l-offerti, l-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk tistax titqies trasparenti, mhux kundizzjonata u diskriminatorja. Il-Kummissjoni speċjalment iddubitat jekk dawk li tefgħu l-offerti kinux ittrattati bl-istess mod matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti u wkoll jekk bejjiegħ privat kienx jimponi uħud mill-kundizzjonijiet marbutin mal-bejgħ kif imniżżel fl-ittra ta’ proċess ta’ l-HSBC.

(43)

Il-Kummissjoni esprimiet iktar dubji fuq it-trasparenza ta’ l-għażla finali, meta wieħed iqis li ma kienx hemm indikazzjoni tal-valur li kien ser jingħata lill-kriterji; barra minn hekk, il-kriterju ulterjuri ta’ l-“iffinanzjar mill-ġdid tal-BB wara l-bejgħ”, li kienet saret enfasi fuq matul in-negozjati, ma ġiex inkluż fil-lista (ara paragrafi 65 sa 69 tad-deċiżjoni tal-ftuħ għal iktar dettalji).

Konsiderazzjonijiet oħra

(44)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi l-possibilità li ngħata vantaġġ ekonomiku lil GRAWE, għar-raġunijiet li ġejjin.

(a)

id-differenza fil-prezz, li kienet tindika li l-prezz tas-suq ma tħallasx meta BB inbiegħ lil GRAWE;

(b)

il-ħruġ ta’ aktar ishma b’valur ta’ EUR 380 miljun koperti mill-Ausfallhaftung, li ma kienx element tal-pjan ta’ kummerċ tal-BB li ngħata lill-akkwirenti potenzjali u li milli jidher ma kienx ġie offrut lill-Konsorzju;

(ċ)

l-inċertezza dwar jekk offerti ogħla setgħux ġew magħmula jew jekk kompetituri oħra setgħux ipparteċipaw fil-bejgħ, kieku l-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq ma kinux imposti.

(45)

Il-Kummissjoni semmiet ukoll l-effett potenzjali tat-telf ta’ taxxa miġjub ‘il quddiem fuq il-valur ekonomiku ta’ l-offerti rispettivi. Il-klawsola ta’ garanzija f’dan il-kuntratt ma’ GRAWE kienet kwistjoni oħra ta’ tħassib.

(46)

Dwar id-dispożizzjoni fil-kuntratt dwar il-kumpens għall-ħlas qabel iż-żmien (Vorfälligkeitsentschädigung) tal-ftehim ta’ garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000, il-Kummissjoni tħassbet jekk l-Awstrija kinetx obdiet id-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni fl-intier tagħha.

IV.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(47)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti mill-benefiċjarju GRAWE u minn terza persuna Ungeriża (18). Il-kummenti ta’ GRAWE jinfurzaw u jsaħħu l-argumenti ta’ l-Awstrija u dawn huma kkunsidrati flimkien hawn taħt below.

(48)

Il-parti Ungeriża interessata ssottomettiet numru ta’ dokumenti li jirreferu għall-allegata frodi li saret aktar qabel konċernanti primarjament il-kummerċ tal-BB fl-Ungerija, fejn hemm is-sussidjarja tagħha Sopron Bank RT. Issostni li l-frodi setgħet tinżamm sigrieta biss billi BB jinbiegħ lil Awstrijak li jitfa’ offerta. Ħafna dokmenti kienu pprovduti, b’mod speċjali dwar numru ta’ sussidjarji bbażati fl-Ungerija konnessi mal-BB, bħal estratti minn reġistri tal-kummerċ, l-istatuti ta’ l-entitajiet konċernati, minuti tal-laqgħat ġenerali annwali jew data oħra tal-kumpanija, li jkopru b’mod ċar perjodi qabel il-bejgħ tal-BB. Il-Kummissjoni ma setgħetx tistabilixxi xi konnessjoni rilevanti bejn dawn id-dokumenti u l-proċess ta’ privatizzazzjoni li kellha teżamina taħt ir-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk ma setax jittieħed kont ta’ dawn id-dokumenti.

V.   KUMMENTI MILL-AWSTRIJA U MINN GRAWE

(49)

L-Awstrija enfasizzat u saħħet l-argumenti li kienet diġà preżentat quddiem il-Kummissjoni qabel ma’ l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni. F’dan ir-rigward, l-Awstrija kienet appoġġjata sew minn GRAWE.

1.   Ammissibilità

(50)

Fuq bażi proċedurali, l-Awstrija sostniet li l-Kummissjoni m’għandhiex tidħol fid-dettalji ta’ dan l-ilment billi l-Konsorzju, li kien għadu ma daħalx fis-suq bankarju Ewropew u għalhekk lanqas ma kien kompetitur, ma setax jiġi kkunsidrat bħala “parti interessata” skond is-sens ta’ l-Artikolu 1(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 93 [issa Artikolu 88] tat-Trattat tal-KE (19). Xi allegata diskriminazzjoni setgħet iktar tkun marbuta mal-libertà ta’ stabbiliment u l-moviment ħieles tal-kapital; wieħed ma jiksibx d-dħul fis-suq bankarju Ewropew permezz ta’ proċedura ta’ għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni għandha ukoll tikkunsidra l-fatt li l-Konsorzju ma kienx attiv wara d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-Kummissjoni u kienet għamel pubbliku l-fatt li m’għadx kellu interess fl-akkwist tal-bank.

(51)

Il-Kummissjoni tkun qiegħda teċċedi l-poteri diskrezzjonarji tagħha billi teżamina dan il-każ. L-Awstrija saħqet li l-Qrati Awstrijaċi eżaminaw il-każ taħt il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat b’mod estensiv, semgħu xiehda b’mod intensiv, vverifikaw il-fatti b’mod sħiħ u kkonkludew li l-proċedura tas-sejħa għall-offerti li kienet twettqet kienet miftuħa, ġusta u trasparenti. Il-Kummissjoni kellha taqbel ma’ din l-opinjoni minflok ma tibda proċedura formali ta’ investigazzjoni.

2.   Kwistjonijiet ġenerali dwar il-proċedura tas-sejħa ta’ l-offerti u r-riżultat tagħha

Iċ-ċirkostanzi tas-sejħa ta’ l-offerti

(52)

L-Awstrija saħqet li kien hemm proċedura tas-sejħa ta’ l-offerti li kienet miftuħa, ġusta u trasparenti, ikkonfermata mill-qorti fl-Awstrija li kellhom x’jaqsmu ma’ din il-kwistjoni. Id-deċiżjoni finali ma ttieħditx qabel l-4 ta’ Marzu 2006. Il-partijiet kollha kienu ngħataw l-istess opportunitajiet biex jiksbu l-informazzjoni li kellhom bżonn għall-eżerċizzju ta’ diliġenza tagħhom, anke jekk il-partijiet ma użawhiex bl-istess mod.

(53)

Anke jekk mill-bidu kien hemm riservi b’saħħithom kontra l-Konsorzju, kien leġittimu li l-Konsorzju jinżamm fil-proċedura ta’ sejħa għall-offerti kemm jista’ jkun possibbli, minflok ma jiġi eskluż fuq il-bażi ta’ offerti indikattivi. Tali komportament kien bħal dak ta’ bejjiegħ privat, li b’dak il-mod iżid il-kompetizzjoni bejn min kien ser jitfa’ l-offerti biex jgħolli l-prezz kemm jista’ jkun. Barra minn hekk, l-Awstrija baqgħet tistenna lill-Konsorzju li jressaq lilu nnifsu ’il quddiem bħala sieħeb tal-kummerċ finanzjarjament sod, kif kien ħabbar matul in-negozjati. Tali sieħeb kien ibiddel is-sitwazzjoni b’mod sostanzjali.

(54)

GRAWE ssottomettiet li ma setgħetx tipperċepixxi li kienet ittrattata b’mod preferenzjali matul il-proċedura tas-sejħa għall-offerti, kemm mill-Provinċja tal-Burgenland kif ukoll mill-Awtorità Awstrijaka tas-Suq Finanzjarju (FMA).

Ir-rakkomandazzjoni

(55)

L-Awstrija rrimarkat li r-rakkomandazzjoni ta’ l-HSBC ma kienet xejn ħlief ġabra tal-proċess tal-privatizzazzjoni u ma setgħetx titqies bħala l-unika bażi għad-deċiżjoni meħuda. Ir-rakkomandazzjoni kienet intiża biss biex tagħti stampa qasira tal-proċedura u l-offerti. Is-sejbiet tagħha kienu kkumplimentati minn spjegazzjonijiet orali mogħtija lil min kellu jieħu d-deċiżjoni. L-Awstrija saħħet din l-informazzjoni billi pprovdit nota li kienet miktuba mill-HSBC għall-Provinċja tal-Burgenland biex tgħina tipprepara r-risposta tagħha għall-ewwel talba tal-Kummissjoni għall-informazzjoni fit-12 ta’ April 2006, u li fiha kien kemm aktar kummenti fuq is-sejbiet tagħha. Skond l-Awstrija, ir-rakkomandazzjoni ma kellhiex titqies bħala opinjoni esperta fuq il-valur tal-bank, li ma kienetx mitluba mil-liġi Ewropea. Id-deċiżjoni magħmula fil-5 ta’ Marzu 2006 kienet minflok ibbażata fuq esperjenza akkwistata matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni, r-rakkomandazzjoni, valutazzjonijiet orali u spjegazzjonijiet kunfidenzjali minn rappreżentanti ta’ l-HSBC.

Il-komparabilità ta’ l-offerti minn GRAWE u l-Konsorzju

(56)

Numru ta’ elementi kemm fis-sottomissjonijiet ta’ l-Awstrija kif ukoll fil-kummenti ta’ GRAWE jindirizzaw il-komparabilità ta’ l-offerti magħmula miż-żewġ partijiet.

(57)

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-pagament qabel iż-żmien (Vorfälligkeitsentschädigung) tal-ftehim ta’ garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000, l-Awstrija argumentat li l-Kummissjoni ma kienetx interpretat sew l-arranġamenti rilevanti pprovduti fiż-żewġ offerti finali. Il-kumpens kellu x’jaqsam mal-fatt li l-Provinċja tal-Burgenland kienet ser tagħmel il-pagamenti tagħha taħt il-ftehim ta’ garanzija ħafna snin qabel milli ppjanat (20). Dan ma kienx element tal-prezz ta’ l-akkwist, kif jidher li assumiet il-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-iskema ma kienetx tiddiskuti d-deċiżjoni li ttieħdet qabel dwar ir-ristrutturazzjoni tal-BB, imma għenet biex titnaqqas l-għajnuna li f’dak iż-żmien kienet awtorizzata mill-Kummissjoni.

(58)

Dwar il-klawsoli ta’ garanzija u l-perjodi ta’ garanzija stipulati fil-kuntratti ta’ bejgħ ma’ GRAWE u l-Konsorzju, l-Awstrija argumentat li dawn kienu riżultat tan-negozjati li saru ma’ kull parti individwalment. L-arranġamenti differenti dwar il-limitu ta’ responsabbilità, l-ammonti ta’ l-eżenzjoni u l-perjodi ta’ garanzija (sentejn għall-Konsorzju u tlett snin għal GRAWE) ma kinux jiddiskriminaw bejniethom.

(59)

L-abbozz tal-kuntratt mal-Konsorzju biss kien jistipula ħlas annwali ta’ EUR 100 000 għall-Ausfallhaftung, li kellu jitħallas sa’ l-2017 lill-Provinċja tal-Burgenland. Fl-ispjegazzjoni, l-Awstrija rrimarkat li l-kuntratt ma’ GRAWE ma kienx jistipula ħlas annwali billi dan kien diġà inkluż fil-prezz tal-bejgħ offrut minn GRAWE.

(60)

Dwar il-ħruġ ta’ bonds ġodda, l-Awstrija argumentat li d-deċiżjoni tal-bord ta’ l-immaniġġjar li jinħarġu bonds ġodda b’valur ta’ EUR 380 miljun, li kkumplimentat id-deċiżjoni ta’ qabel – ibbażata fuq l-ippjanar fil-pjan ta’ kummerċ tal-BB – li jinħarġu bonds b’valur ta’ EUR 320 miljun f’Settembru ta’ l-2005, kienet indipendenti mill-privatizzazzjoni imminenti u mill-proprjetarju futur tal-BB. Il-Provinċja tal-Burgenland ma kienetx ta’ l-opinjoni li l-ħruġ ta’ dawk il-bonds addizzjonali kien ta’ min isemmih fl-ittra ta’ proċess, billi dan ma kienx deċisiv għall-bejgħ. Madanakollu, GRAWE u l-Konsorzju kienu infurmati matul l-eżerċizzju ta’ diliġenza u l-ħruġ kien ser isir xorta indipendentament mill-identità tal-bejjiegħ. GRAWE biss kien inkluda dan fl-abbozz tal-kuntratt. L-Awstrija saħqet li l-ħruġ ta’ bonds addizzjonali b’valur ta’ EUR 380 miljun sar biex wieħed jibbenefika kemm jista’ jkun mill-kundizzjonijiet favorevoli ta’ rifinanzjament taħt l-Ausfallhaftung. Dan kien imsemmi repetutament matul in-negozjati mal-Konsorzju. Fil-fatt, kieku l-BB inbiegħ lill-Konsorzju, dan kien ser jibbenefika konsiderevolment aktar minn GRAWE bħala akkwirent mill-kundizzjonijiet aħjar ta’ rifinanzjament. L-Awstrija argumentat li l-kundizzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-BB fil-każ ta’ bejgħ lill-Konsorzju kienu ser ikunu ogħla, u dan billi GRAWE kien ingħata grad u l-Konsorzju mhux talli kien ingħata grad, imma kellu s-sede tiegħu fl-Ukrajna u l-BB seta’ għalhekk l-iktar jistenna kundizzjonijiet ta’ rifinanzjament għal – ipotetikament – grad ta’ “BB” jew “B”, jekk mhux xejn.

(61)

Dwar l-arranġament speċjali ma’ GRAWE biex erbgħa mis-sussidjarji tal-proprjetà immobbli tal-BB ikunu transferiti lura lill-Provinċja tal-Burgenland qabel l-għeluq bil-valur tagħhom fil-kotba ta’ EUR 25 miljun, l-Awstrija rrimarkat li, billi l-awditur tal-BB ikkonferma li fil-31 ta’ Diċembru 2005 il-valur tas-suq tal-proprjetà kien ser ikun ugwali għall-valur fil-kotba, dan it-trasferiment kien ser ikollu biss effett ta’ likwidità. Wieħed għalhekk ma kellux għalfejn jikkunsidra dan l-effett ta’ likwidità meta wieħed iqabbel iż-żewġ offerti.

(62)

Il-Konsorzju offra pagament bil-quddiem ta’ EUR 15 miljun f’kont fiduċjarju ma’ l-Active Bank ibbażat fl-Ukrajna fil-ġurnata ta’ l-iffirmar tal-kuntratt. GRAWE kellha titrasferixxi l-prezz tal-bejgħ kollu fil-ġurnata ta’ l-għeluq.

Il-klawsola ta’ garanzija dwar l-għajnuna mill-Istat fil-kuntratt ma’ GRAWE

(63)

L-Awstrija kienet ta’ l-opinjoni li l-klawsola, li kienet ukoll parti mill-abbozz ta’ kuntratt mal-Konsorzju (21), kienet normali f’kull kuntratt ta’ bejgħ f’tali transazzjonijiet bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-bejgħ u l-prezz u kienet skond ir-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat. Kien fl-interess leġittimu ta’ l-akkwirent tal-BB, li ma kienx lest li joffri prezz ogħla u seta’ jiġi mitlub li jħallas iktar permezz ta’ ordni ta’ rkupru bħala konsegwenza ta’ deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha ukoll tikkunsidra l-fatt li l-klawsola kienet tinkludi d-dritt ta’ l-akkwirent li jirtira mill-kuntratt jekk il-klawsola kienet invalida taħt ir-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat.

(64)

Skond GRAWE, id-dubji tal-Kummissjoni kienu irrilevanti sakemm ma kienx hemm ordni ta’ rkupru. GRAWE enfasizzat li akkwirent fi proċedura tal-bejgħ kellu mezzi limitati ħafna biex jipprevjeni kompartament minn venditur pubbliku li kien potenzjalment relevant għall-analiżi ta’ għajnuna mill-Istat. GRAWE kkunsidrat li tali klawsola tat lill-Istat iktar raġuni biex jimxu mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u għalhekk kien min-naħa l-oħra fl-interess tal-Kummissjoni.

3.   Il-konformità mas-suq tal-prezz tal-bejgħ imħallas minn

(65)

Skond l-Awstrija, l-eżistenza ta’ proċedura ta’ sejħa għall-offerti miftuħa u transparenti li pproduċiet il-prezz tas-suq kienet tidher mill-fatt li t-tlieta resqu b’offerta indikattiva, bl-offerta ta’ GRAWE tkun it-tieni waħda. Dan wera li l-offerta ta’ GRAWE ma kienetx inqas mill-prezz tas-suq tal-BB.

(66)

L-Awstrija rreferiet għar-riżultat tat-tieni tentattiv biex il-BB ikun privatizzat. L-erba’ offerti ta’ dak iż-żmien kienu bejn EUR 85 miljun u EUR 93 miljun. Il-EUR 100.3 miljun imħallsa minn GRAWE setgħu għalhekk ikunu kkunsidrati li kienu skond il-kundizzjonijiet tas-suq.

(67)

Skond ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Awstrija ma kienetx bl-ebda mod obbligata li tbiegħ il-bank permezz ta’ proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti imma setgħet tagħżel bejn proċedura miftuħa ta’ sejħa għall-offerti jew valutazzjoni esperta. Sakemm il-prezz tal-bejgħ kien skond dawn il-evalwazzjonijiet li saru qabel, l-għajnuna mill-Istat ma kienetx involuta. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ma tatx każ tal-fatt li l-Awstrija kienet diġà ippreżentat numru ta’ studji fil-fażi bikrija ta’ l-investigazzjoni jikkonfermaw l-opinjoni tagħha li l-prezz imħallas minn GRAWE kien skond il-kundizzjonijiet tas-suq.

(68)

L-Awstrija u GRAWE sostnew l-argumenti tagħhom billi rreferew għall-istudji u d-dokumenti li ġejjin:

(a)

Evalwazzjoni indikattiva tal-BB magħmula mill-HSBC: dan l-istudju kkonkluda li, jekk il-BB kien ser jiġi pprivatizzat u mibjugħ lill-akkwirent b’reputazzjoni tajba ta’ kreditu, il-valur tiegħu jkun bejn EUR 50 miljun u EUR 70 miljun skond il-valur attribwit għat-telf ta’ taxxa li kien ser jiġi miġjub ’il quddiem. Il-valur ta’ l-ishma ikun għalhekk jammonta għal EUR 33.4 miljun (22).

(b)

Evalwazzjoni tal-valur tal-BB waħdu mwettqa minn gmc-unitreu Wirtschaftsprüfungs- und Steuerberatungs GmbH fl-okkażjoni ta’ l-akkwist ta’ l-ishma kollha mill-Provinċja tal-Burgenland bħala preparazzjoni għall-privatizzazzjoni tal-BB. Fuq il-bażi ta’ figuri simili għal dawk użati mill-HSBC, l-istudju kkonkluda li fit-30 ta’ Ġunju 2004 il-BB kien jiswa bejn EUR 44.4 miljun u EUR 53.9 miljun (23).

(ċ)

L-analiżi tal-Konsorzju nnifsu, li assuma valur waħdu ta’ l-ishma fir-reġjun ta’ EUR 50-75 miljun.

(69)

Barra dan, l-Awstrija argumentat li GRAWE u l-Konsorzju kienu taw prezz lill-kundizzjonijiet tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti u għalhekk iż-żewġ offerti kienu ogħla mill-valur attwali tas-suq.

(70)

L-Awstrija offriet li tordna studju ieħor minn espert indipendenti biex jistabilixxi li tħallas prezz skond il-kundizzjonijiet tas-suq.

4.   Ir-rwol ta’ l-Ausfallhaftung fil-bejgħ tal-BB

(71)

Matul l-investigazzjoni l-Awstrija ripetutament saħqet fuq l-importanza ta’ l- Ausfallhaftung u l-konsegwenti interess finanzjarju tal-Provinċja tal-Burgenland fil-bejgħ tal-BB, u f’dan kienet appoġġjata minn GRAWE. Il-kriterju ta’ “l-operat kontinwu tal-Bank Burgenland u fl-istess ħin l-iskansament ta’ l-użu ta’ l-Ausfallhaftung” kien wieħed mill-kundizzjonijiet li l-Awstrija kienet għamlet pubblika fil-proċedura tas-sejħa għall-offerti u għalhekk kien magħruf ma’ kull min kien konċernat. F’dan ir-rigward, l-Awstrija u GRAWE ppreżentaw b’mod partikulari dawn l-argumenti li ġejjin.

(72)

Il-bażi ta’ l-Ausfallhaftung tinsab fil-liġi. Madanakollu, bħala kumpanija limitata bl-ishm (“AG”), il-BB kellu forma legali fid-dritt privat u l-garanzija nnifisha kienet istituzzjoni tad-dritt privat (Sezzjoni 1356 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali); il-kundizzjonijiet u l-limitu tar-responsabbiltà tal-Provinċja tal-Burgenland kienet għalhekk regolata minn dispożizzjonijiet tad-dritt privat. L-Istat kien aġixxa ta’ proprjetarju tal-Bank ta’ Burgenland u mhux fil-kapaċità tiegħu taħt id-dritt pubbliku. Meta m’aċċettatx dan l-argument, il-Kummissjoni kienet qed tinjora s-separazzjoni tal-poter fl-Awstrija bejn il-leġislazzjoni (l-oriġini ta’ l-Ausfallhaftung), fuq naħa, u l-eżekuttiv (il-Provinċja tal-Burgenland, li kienet ħadet id-deċiżjoni li tbiegħ il-BB), fuq in-naħa l-oħra. Ir-relazzjoni bejn il-Provinċja tal-Burgenland u l-BB ma setgħetx tkun imxebbha mas-sitwazzjoni tal-kumpanija parent li tagħti garanzija għas-sussidjarja tagħha f’forma ta’ comfort letter (Patronatserklärung). Tali garanzija tkun ikkunsidrata meta tinbiegħ sussidjarja, bħal kull riskju ieħor barra mill-karta tal-bilanċ. L-Awstrija kompliet tikkonferma din l-opinjoni billi rreferiet għal deċiżjoni tal-Qorti Suprema ta’ l-Awstrija ta’ l-4 ta’ April 2006 (24).

(73)

Barra dan, il-Kummissjoni u l-Awstrija kienu qablu fuq l-abolizzjoni tal-garanzija bħala għajnuna eżistenti wara perjodu tranżitorju. Sakemm tiġi abolita, l-Ausfallhaftung tkun “legalizzata”, li għanda tippermetti lill-Provinċja tal-Burgenland tikkunsidraha meta tbiegħ lill-BB. Il-garanzija ma ngħatatx mill-Provinċja tal-Burgenland bil-ħsieb tal-proċess tal-privatizzazzjoni u l-Awstrija ma kellha l-ebda mezz legali li teħles mill-garanzija qabel il-bejgħ tal-BB. Kieku r-riskju assoċjat ma’ l-Ausfallhaftung ma setax jiġi kkunsidrat taħt dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tkun effettivament qiegħda tipprojibixxi lill-Provinċja tal-Burgenland milli tipprivatizza lill-BB. Dan jikkontradixxi l-kundizzjoni tal-privatizzazzjoni fid-deċiżjoni ta’ qabel tal-Kummissjoni dwar il-BB u illegalment jirrestrinġi l-libertà ta’ l-Istati Membri li jipprivatizzaw l-assi tagħhom.

(74)

L-opinjoni ta’ l-Awstrija kienet ikkonfermata mill-prattika tal-Kummissjoni nnifisha u mill-Qrati Ewropej. B’mod partikulari, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li d-djun u r-riskji mhux inklużi fuq il-karta tal-bilanċ setgħu jkunu kkunsidrati fi proċedura ta’ privatizzazzjoni (25). Fi Gröditzer Stahlwerke, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b’mod impliċitu rrikonoxxiet li garanzija mogħtija mill-Stat, li kienet rilevanti għall-likwidazzjoni ta’ entità, għandha tkun ikkunsidrata (26). Ir-rikonoxximent ta’ l-Ausfallhaftung bħala għajnuna eżistenti kienet għalhekk rilevanti.

(75)

Ir-riskju li jsir rikors għall-Ausfallhaftung jiddependi mill-profil futur tar-riskju tal-bank u, għalhekk, fuq il-profil tar-riskju tal-proprjetarju l-ġdid. Il-Provinċja tal-Burgenland kienet qieset bħala mhux aċċettabbli r-riskju assoċjat mal-Konsorzju bħala proprjetarju. Il-fatt li l-BB baqa’ taħt is-superviżjoni ta’ l-FMA ma bidletx din il-pronjosi, billi l- FMA tintervjeni biss ex post.

Ix-xenarju ta’ likwidazzjoni ppreżentat mill-Awstrija

(76)

L-Awstrija pprovdiet kalkolu għall-ammont garantit bl-Ausfallhaftung u xenarju ta’ likwidazzjoni. Irrimarkat li l-mod użat fil-kalkolu kien identiku għal dak ippreżentat mill-Kummissjoni fil-proċedura li wasslet għad-deċiżjoni ta’ ristrutturazzjoni.

(77)

GRAWE ssottomettiet li ma kienx korrett li tuża xenarju ta’ likwidazzjoni f’dan il-kuntest billi l-Provinċja tal-Burgenland kellha tiddeċidi, mhux fuq il-likwidazzjoni tal-BB, imma liema akkwirent kellha tagħżel. Ix-xenarju ta’ likwidazzjoni xenarju kien intiż għal sitwazzjoni differenti (deċiżjoni għall-għajnuna ta’ ristrutturazzjoni). Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ l-Ausfallhaftung, il-Provinċja tal-Burgenland ma tkunx tista’ titlob il-likwidazzjoni ta’ l-assi, billi l-kredituri kollha setgħu jirrikorru direttament għand il-Provinċja bit-talbiet tagħhom.

Il-finanzjament mill-ġdid tal-BB wara l-bejgħ tiegħu

(78)

L-Awstrija rabtet dan l-element mal-kriterju ta’ “l-operat kontinwu tal-BB u, fl-istess ħin, l-iskansament ta’ l-użu tal-garanzija”, waqt li saħqet li l-aħbar tal-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju setgħet wasslet għal żieda fil-bżonnijiet tal-finanzjament mill-ġdid tal-BB u ħruġ konsiderevoli ta’ likwidità, u eventwalment setgħet tat lok għall-Ausfallhaftung. Il-likwidità tal-BB fid-dawl tal-bejgħ kienet fattur kruċjali fit-teħid tad-deċiżjoni. Il- Konsorzju ma kienx ukoll eskluda l-possibilità ta’ l-irtirar tad-depożiti mill-klijenti jew il-kanċellament ta’ linji ta’ kreditu bejn il-banek, anke jekk b’mod konsiderevoli milli inqas milli kif stimat mill-Awstrija. Waqt li l-Konsorzju stenna massimu ta’ EUR 500 miljun f’irtirar ta’ depożiti, l-Awstrija ssottomettiet kalkoli li kkwantifikaw il-ħruġ nett ta’ likwidità, bħala l-aħjar, EUR 750 miljun u, l-agħar, EUR 1.25 biljun. Il-Konsorzju ħadha fuqu li jipprova li seta’ jiggarantixxi l-finanzjament mill-ġdid, imma falla milli jipprova dan. Minflok, ipprovda biss “ittri ta’ intenzjoni” li ma jorbtux mingħand banek varji.

(79)

Barra dan l-Awstrija enfasizzat li kienet tinkwieta inqas fuq dan l-aspett kieku l-Konsorzju ppreżenta sieħeb fil-kummerċ finanzjarjament sod, kif ħabbret matul in-negozjati.

5.   Kwistjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-bejgħ mill-FMA

(80)

L-Awstrija spjegat li, skond is-Sezzjoni 20 ta’ l-Att Bankarju, l-FMA setgħet biss twettaq l-hekk imsejjaħ “fit & proper test” ta’ l-akkwirent tal-bank meta l-partijiet kienu diġà daħlu fi ftehim li jorbot. Valutazzjoni ipotetika ta’ iktar minn akkwirent potenzjali wieħed kienet teċċedi l-poteri ta’ l-FMA. Għall-istess raġuni, ma kienx possibbli li tipprovdi lill-Kummissjoni ex post b’tali valutazzjoni, kif mitlub fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Għalhekk, l-FMA rrifjutat li teżamina d-dokumenti kemm tal-Konsorzju kif ukoll ta’ GRAWE, billi bħala akkwirenti potenzjali t-tnejn ipprovdew lill-FMA b’dokumenti biex jitolbu permess qabel il-bejgħ (27). L-FMA kienet mitluba teżamina kull negozju b’mod imparzjali.

(81)

L-Awstrija qalet li xorta waħda kienet ippruvat titlob dikjarazzjoni dwar it-tnejn li kien għad baqa’. B’mod informali, l-FMA indikat li valutazzjoni ta’ GRAWE, li kienet magħrufa sew ma’ l-Awtorità, kienet probbabilment tieħu biss ftit ġimgħat. Min-naħa l-oħra, valutazzjoni tal-Konsorzju kienet tinvolvi ukoll awtoritajiet oħra minn barra l-Unjoni Ewropea u għalhekk preżumibblment kienet ser tieħu aktar minn tliet xhur. Madanakollu, l-FMA kienet obbligata bil-liġi li tirrispondi fi żmien tliet xhur; jekk le, l-bejgħ kien jitqies awtorizzat. Għalhekk, bejgħ lill-Konsorzju kien b’mod inevitabbli ser iwassal biex l-FMA, bħala l-ewwel pass, provviżorjament ma tippermettix il-bejgħ. L- FMA setgħet, iżda, tkompli bl-eżaminazzjoni u, jekk neċessarju, tħassar ir-rifjut tagħha ta’ qabel. Il-proċess kollu seta’ jieħu sa sena. Skond l-FMA, ir-riżultat kien ser ikun “kompletament miftuħ”.

(82)

F’dan l-isfond, l-Awstrija saħqet li l-Provinċja tal-Burgenland kellha bżonn tbiegħ lill- BB fuq il-bażi tal-pronjosi tagħha tad-deċiżjoni finali ta’ l-FMA. Madanakollu, l-Awstrija kienet ikkunsidrat li l-FMA qatt ma kienet ser tippermetti bejgħ lill-Konsorzju. Il-konsiderazzjonijiet prinċipali tal-pronjosi tal-Provinċja tal-Burgenland kienu kif ġej:

(83)

Lura fl-1994 SLAV International Bank AG kienet applikat għal-liċenzja bankarja fl-Awstrija. L-applikazzjoni kienet rifjutata fis-17 ta’ Novembru 1997. Waħda mir-raġunijiet għar-rifjut kienet li l-fond Ukrajn li kien il-proprjetarju f’dak iż-żmien ma kienx japplika l-International Accounting Standards (IAS). Minbarra membru żgħir tal-Konsorzju, Active Bank Ltd b’attivitajiet fl-Ukrajna biss, l-ebda attivitajiet bankarji ma kienu mwettqa fil-grupp sa dak in-nhar. L-ebda wieħed mill-membri tal-Konsorzju ma kien mogħti grad minn aġenzija internazzjonali rikonoxxuta f’dan il-qasam. B’kuntrast ma’ dan, permezz ta’ GRAWE l-Bank Burgenland kienet ser jibbenefika minn sieħeb ta’ esperjenza fis-settur tas-suq bankarju u tal-kapital li kellu grad “A” u kien magħruf sew ma’ l-FMA.

(84)

B’mod simili, l-Awstrija rreferiet għall-esperjenza tagħha matul żewġ tentattivi bla suċċess biex ikun privatizzat il-BB. Speċjalment matul it-tieni tentattiv, li spiċċa f’falliment f’Awwissu 2005, kien ħa sehem bank ibbażat fil-Litwanja bi proprjetarju Russu u l-Awstrija kellha x’tifhem li l-FMA ma kienetx ser tippermetti tali negozju.

(85)

L-Awstrija nnutat ukoll li d-deċiżjoni kienet ser tieħu iktar ħin minħabba li ma kienx jeżisti memorandum ta’ ftehim bħala bażi għall-kooperazzjoni reċiproka u bdil ta’ informazzjoni bejn l-FMA u l-Bank Nazzjonali Ukrajn.

(86)

Barra minn hekk, biex iżomm ir-reputazzjoni tagħha, kien fl-interess ta’ GRAWE li tintervjeni fil-każ li l-BB kien qed jisperjenza xi diffikultajiet. Ma setgħax jingħad l-istess għall-Konsorzju. L-Awstrija saħqet ukoll li, bi proprjetarju bbażat fl-Ukrajna, l-BB ma kienx ser jikseb grad simili għall-grad “A” ta’ GRAWE, imma x’aktarx grad bejn “BB” u “B”, skond il-prinċipju li entità ma tistax tassigura grad aħjar minn dak tal-pajjiż fejn hi stabbilita.

6.   Elementi oħra tal-pronjosi tal-Provinċja tal-Burgenland

(87)

L-Awstrija ppreżentat ukoll nota mill-HSBC tikkonferma l-konsiderazzjonijeit kollha tal-Provinċja tal-Burgenland rigward il-probabbiltà li l-FMA tawtorizza n-negozju u li l- Ausfallhaftung setgħet tintuża fil-każ ta’ deċiżjoni favur GRAWE. Id-differenza fil-prezz kienet bil-wisq ikbar mir-riskju żgħir li kien jeżisti fil-każ ta’ bejgħ lil GRAWE.

(88)

Il-pjan ta’ kummerċ tal-Konsorzju kien ukoll kwistjoni ta’ ħsieb. Ma kienx sottomess ħlief tard fil-proċess fis-27 ta’ Frar 2006 u kien jipprovdi għall-integrazzjoni tal-bank ibbażat fl-Ukrajna l-Active Bank Ltd. Fil-fatt, il-Konsorzju għamel dan kundizzjoni għall-akkwist tal-BB. Madanakollu, kien hemm numru ta’ elementi f’dan il-pjan ta’ kummerċ li l-Provinċja tal-Burgenland kienet tqis bħala perikolużi ħafna għall-eżistenza nnifisha tal-BB.

(89)

B’mod partikolari, parti żgħira ħafna biss mill-kapital il-ġdid pleġġjat mill-Konsorzju kienet intiża biex ikunu rinfurzati l-attivitajiet reġjonali tal-BB (EUR 17 miljun minn totali ta’ EUR 85 miljun), il-bqija kienu ntiżi għall-Active Bank ibbażat fl-Ukrajna. Skond il-pjan ta’ kummerċ, iċ-ċentru prinċipali futur ta’ gravità tal-kummerċ kellu jkun fl-Ukrajna minflok fil-Provinċja tal-Burgenland – sitwazzjoni li involviet riskji tal-kambju.

(90)

Ukoll, il-Provinċja tal-Burgenland qatt ma rnexxila tiskopri kif il-Konsorzju kien fi ħsiebu jintegra l-Active Bank, li kien ivvalutat aktar milli mistħoqq. Għal raġunijiet ta’ prudenza, il-Provinċja tal-Burgenland assumiet l-agħar xenarju possibbli għall-BB fejn falliment ta’ l-Active Bank kien jqiegħed f’periklu serju l-BB u, fl-aħħar mill-aħħar, seta’ ukoll jirriżulta fil-falliment tal-BB.

(91)

Fuq bażi ta’ dak il-pjan ta’ kummerċ, il-Provinċja tal-Burgenland ma kienetx tbiegħ lill- BB anke jekk il-Konsorzju kien l-uniku wieħed li tefa’ offerta (28).

(92)

Barra dan, l-Awstrija kienet inkwetata dwar il-fatt li l-FMA kien ser ikollha bżonn ħafna aktar żmien biex teżamina l-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju. Privatizzazzjoni f’waqtha tal-BB kienet meħtieġa mid-deċiżjoni dwar ir-ristrutturazzjoni tal-BB. Barra minn hekk, GRAWE illimitat il-validità ta’ l-offerta tagħha sal-31 ta’ Marzu 2006. Il-Provinċja tal-Burgenland kienet għalhekk irriskjat li tibqa’ bla akkwirent jekk l-FMA kienet ser tipprojibixxi l-bejgħ.

(93)

Fil-5 ta’ Marzu 2008 l-Awstrija rreferiet għal deċiżjoni tal-Qorti Ġermaniza li kkonfermat deċiżjoni tal-BaFin li ma ppermettietx il-bejgħ ta’ l-ishma f’bank Ġermaniż lill-grupp Ukrajn. L-Awstrija ma ddikjaratx li l-grupp Ukrajn milqut minn dan il-każ kien il-Konsorzju, imma minkejja dan sabet li l-pronjosi tagħha kienet rinfurzata bid-deċiżjoni, li BaFin ħa 13-il xahar biex wasal għaliha.

(94)

Fl-opinjoni ta’ l-Awstrija, l-kwistjoni tal-bejgħ f’waqtu kienet konnessa ħafna mas-sigurtà tat-transazzjoni meħtieġa. Il-falliment tat-tielet tentattiv ta’ privatizzazzjoni kien ser iqiegħed lill-bank f’periklu u kien fiż-żmien ta’ wara seta’ jwassal anke għall-falliment tal-BB, u b’hekk jagħti lok għall-Ausfallhaftung.

7.   Metodi oħra ta’ evalwazzjoni tar-riskju ppreżentati mill-Awstrija u minn GRAWE

(95)

L-Awstrija ssottomettiet aktar spjegazzjonijiet tar-rakkomandazzjoni ta’ l-HSBC, li ssegwi opinjoni bbażata fuq djun totalment garantiti. Żieda moderata fil-probabbiltà li l- Ausfallhaftung tidħol fis-seħħ jekk il-BB jinbiegħ lill-Konsorzju kienet biżżejjed biex titqies iktar importanti mid-differenza bejn iż-żewġ offerti u għalhekk dan kien juri deċiżjoni favur GRAWE.

(96)

GRAWE, apporġġjata mill-Awstrija, ssottomettiet opinjoni esperta bbażata fuq mudell ta’ għażla ta’ prezz biex tispjega u tiġġustifika l-bejgħ lil GRAWE. Din l-opinjoni esperta waslet għall-konklużjoni li, anke jekk wieħed jassumi żieda żgħira ta’ 1.83 % fil-volatilità ta’ l-assi wara l-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju, ir-riskju li kien ser jirriżulta għall-Provinċja tal-Burgenland f’termini ta’ l-Ausfallhaftung kien ser jikber b’mod konsiderevoli. Għalhekk id-deċiżjoni tal-bejgħ tal-BB lil GRAWE kienet ġustifikata.

(97)

Tard ħafna matul il-proċedura, fit-22 ta’ Frar 2008, l-Awstrija ssottomettiet analiżi ta’ kif is-swieq tal-kapital kienu jivvalutaw garanzija bħall-Ausfallhaftung. Espożizzjoni aktar dettaljata tal-mod segwit fl-analiżi, prodotta minn Morgan Stanley, kienet ipprovduta fid-9 ta’ April 2008. L-analiżi bdiet mis-suppożizzjoni li l-Provinċja tal- Burgenland kienet ser terġa’ tassigura lilha nnifisha fis-swieq kapitali kontra r-riskju ta’ l-Ausfallhaftung permezz ta’ credit default swap. L-Awstrija argumentat li r-riżultati ta’ l-analiżi urew li d-deċiżjoni tal-Provinċja tal-Burgenland kienet ġustifikata. Il-prezz ta’ tali assigurazzjoni kien stmat EUR 51.3-EUR 64.1 miljun fil-każ ta’ bejgħ tal-BB lil GRAWE u EUR 521.6 miljun fil-każ ta’ bejgħ tal-BB lill-Konsorzju. L-istimi ta’ Morgan Stanley kienu inqas (EUR 354 miljun fit-12 ta’ Mejju 2006), imma xorta kienu jitqiesu bħala li jinfurzaw is-sejbiet ta’ l-Awstrija.

8.   Kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni

(98)

L-Awstrija ma ssottomettiet l-ebda kumment fuq il-kompatibilità ta’ l-għajnuna mas-suq komuni.

(99)

GRAWE argumentat li l-miżura, jekk ikkunsidrata bħala għajnuna mill-Istat, għandha tinstab kompatibbli mas-suq komuni fid-dawl ta’ l-Artikolu 87(3)(c) tat-Trattat tal-KE. Il-privatizzazzjoni tal-BB kienet marbuta mill-qrib mad-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni ta’ iktar qabel, skond liema l-BB kellu jibqa’ jopera bħala bank reġjonali fil-Provinċja tal-Burgenland. Mill-pjan ta’ kummerċ, kien jidher li l-Konsorzju bħala proprjetarju ma kienx qiegħed jipprevedi tali orjentazzjoni. Dan kien ser ikompli jqiegħed f’iżjed periklu l-implimentazzjoni xierqa tad-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni.

VI.   ANALIŻI LEGALI TA’ L-GĦAJNUNA

1.   Ammissibilità

(100)

L-ewwelnett, il-Kummissjoni tfakkar li, skond l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, għandha teżamina informazzjoni minn kwalunkwe oriġini dwar allegata għajnuna illegali. L-Awstrija għalhekk tassumi l-eżistenza ta’ marġinu ta’ diskrezzjoni li fir-realtà il-Kummissjoni ma tgawdix, billi hi marbuta bil-liġi li tieħu ħsieb ilment bħal dak imressaq mill-Konsorzju. Bħala l-uniku kompetitur ta’ GRAWE fl-istadju finali tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti biex ikun akkwistat il-BB, il-Konsorzju hi bla dubju “parti interessata” skond id-definizzjoni ta’ l-Artikolu 1(h) tar-Regolament fuq imsemmi. Żviluppi sussegwenti – bħall-rapporti fil-medja li jissuġġerixxu l-Konsorzju kien abbanduna l-pjani inizjali biex jixtri l-bank – m’għandhom l-ebda effett fuq l-obbligu tal-Kummissjoni biex tkompli bl-investigazzjoni tagħha. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tirrimarka li l-Konsorzju ma rtirax l-ilment tiegħu (29).

(101)

Il-Kummissjoni tirrimarka li d-deċiżjonijiet tal-Qorti nazzjonali li għalihom irreferiet l-Awstrija la jiddefinixxu minn qabel u lanqas jillimitaw il-kompetenza tagħha biex teżamina l-każ taħt l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota ukoll li r-riżultat ta’ l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet li ġiet ipprovduta bihom ma kienu fil-fatt ibbażati fuq il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat (30).

2.   Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skond l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE

(102)

Kif ipprovdut fl-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi statali f’kull forma tkun xi tkun li tgħawweġ jew li thudded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxiil-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti entitajiet jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni. Il-privatizzazzjoni tal-BB għandha tissodisfa l-kriterji kollha ta’ din l-Artikolu biex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat.

2.1   L-għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-privatizzazzjoni – il-qafas legali

(103)

Kif ipprovdut fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-analiżi tal-Kummissjoni fil-kuntest tal- privatizzazzjoni tibda minn numru ta’ prinċipji li huma mniżżla fit-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni (iktar ’il quddiem imsejjaħ “ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni”) u l-prattika sussegwenti (31).

(104)

Waħda miċ-ċirkustanzi msemmija fir-rapport li tippermetti lill-Kummissjoni tassumi, mingħajr iktar analiżi, li l-ebda għajnuna mill-istat mhi involuta, hi dik li l-entità tinbiegħ lil min jagħmel l-ogħla offerta. Madanakollu, hu evidenti f’dan il-każ li l-BB ma nbiegħx lill-min għamel l-ogħla offerta. Dan il-fatt waħdu hu biżżejjed fih innisfu biex jiġġustifika d-deċiżjoni li tinbeda l-proċedura formali ta’ investigazzjoni (32).

(105)

Element importanti ieħor li wieħed irid jikkunsidra fil-kuntest tal-privatizzazzjoni huma l-kundizzjonijiet marbuta mal-bejgħ. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni rreferiet għall-importanza marbuta ma’ dan fir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni meta, bħala kundizzjoni biex taċċetta li privatizzazzjoni hija ħielsa mill-għajnuna, talbet li “sejħa għall-offerti kompetittiva għandha ssir u tkun miftuħa għal kulħadd, tkun trasparenti u mhux kundizzjonali għat-twettiq ta’ atti oħra bħall-akkwist ta’ assi ħlief dawk li wieħed ikun qiegħed jagħmel offerta għalihom jew l-operat kontinwu ta’ ċerti negozji”.

(106)

Il-Kummissjoni semmiet ukoll is-sussegwenti deċiżjoni tagħha Stardust Marine, fejn kompliet tenfasizza l-importanza tal-karattru “mhux diskriminatorju” tal-proċedura (33). Skond il-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna Statli fil-bejgħ ta’ art u bini minn awtoritajiet pubbliċi (34) (iktar ‘il quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art”), il- Kummissjoni llum ħadet l-approċċ li bħala prinċipju jistgħu jiġu impost kundizzjonijiet, jekk l-akkwirenti potenzjali kollha jkollhom, u jistgħu jissodisfaw dak l-obbligu, irrispettivament min-natura tal-kummerċ ta’ l-akkwirent (35). F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnutat li l-kriterji ta’ għażla magħżula għall-bejgħ tal-bank setgħu jimplikaw kundizzjonijiet u għandhom ikun eżaminati bħala tali (ara paragrafi 141-143 hawn isfel għad-dettalji).

(107)

Matul il-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-Awstrija donnha pproċediet, l-ewwelnett, mill-assunzjoni li l-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art tista’ tiġi applikata direttament għall-privatizzazzjoni ta’ entità u, t-tieninett, l-Awstrija donnha assumiet li proċedura ta’ sejħa għall-offerti potenzjalment difettuża setgħet tkun megħluba billi wieħed jerġa’ lura għall-valutazzjonijiet indipendenti magħmula qabel li kienu magħmula fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-BB. L-Awstrija pproponiet ukoll lill-Kummissjoni studju ġdid dwar il-valur tas-suq tal-BB.

(108)

Ir-rilevanza speċifika tal-kundizzjonijiet marbuta mat-transazzjoni hi kkunsidrata fil-paragrafi 141-143. Bħala osservanza ġenerali dwar l-ewwel punt, madanakollu, wieħed għandu jinnota li hu neċessarju li ssir distinzjoni bejn ir-regoli dwar il-privatizzazzjoni u r-regoli dwar il-bejgħ ta’ art u bini. Waqt li ma mponix is-sejħa għall-offerti bħala l-unika proċedura possibbli għall-privatizzazzjoni, ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni b’mod espliċitu jirreferi għall-privatizzazzjoni u jipprovdi gwida għall-prerekwiżiti ta’ proċedura li tassigura li l-privatizzazzjoni ma tinkludix għajnuna mill-Istat. Ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni ma jgħidx li valutazzjoni indipendenti ta’ l-entità li ser tkun privatizzata, mwettqa qabel il-bejgħ, tkun biżżejjed biex tistabilixxi li bejgħ b’dak il-prezz ikun imbagħad awtomatikament ikkunsidrat ħieles mill-għajnuna. Dan hu b’mod partikolari evidenti fejn kien hemm proċess ta’ tfigħ ta’ offerti.

(109)

Il-possibilità li l-prezz tas-suq ikun stabbilit permezz ta’ valutazzjoni hi msemmija biss fil-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art bħala mezz kif ikun stabbilit il-prezz tas-suq fin-nuqqas ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ offerti. Anke fil-każ ta’ bejgħ ta’ art, mit-termini u l-istruttura tal-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art jidher li Stat Membru ma jistax jiġġustifika bejgħ lill-persuna għajr lil min ikun għamel l-ogħla offerta b’referenza għall-valutazzjoni. Fil-każ tal-bejgħ ta’ l-art bħal fil-każ ta’ privatizzazzjoni, proċedura ta’ tfigħ ta’ offerti għandha tkun ikkunsidrata li tirriżulta biex ikun stabbilit prezz tas-suq.

(110)

Madankollu, l-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li din mhix is-sitwazzjoni f’dan il-każ, anke waqt li tissoponi – għall-grazzja ta’ l-argument – li l-opinjoni ta’ l-Awstrija dwar l-“applikabilità” tal-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art tista’ tiġi aċċettata. Hu minnu li l-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art taċċetta kemm is-sejħa għall-offerti miftuħa kif ukoll valutazzjoni ex-ante bħala mezz validu kif turi li m’hemmx għajnuna mill-Istat. Madankollu, dan l-aħħar mod hu a priori hu ammissibbli biss jekk il-valutazzjoni ssir qabel il-bejgħ. Hekk kif il-Provinċja tal-Burgenland għażlet sejħa għall-offerti miftuħa li pproduċiet offerti validi fuq is-suq, tkun ħaġa inkonsistenti li wieħed jaċċetta valutazzjoni li saret qabel u ma jagħtiż każ offerti ogħla, kif suġġerti mill-Awstrija fit-tieni punt imsemmi fil-paragrafu 107.

(111)

Ikun hemm il-ħtieġa li wieħed jikkunsidra l-proposta ta’ l-Awstrija biss jekk ir-riżultat tal-proċedura tas-sejħa għall-offerti titqiegħed fil-ġenb minħabba li ma kienx hemm sejħa għall-offerti miftuħa, trasparenti u mhux kundizzjonali.

(112)

F’dan ir-rispett, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-offerta ipproduċa żewġ offerti valid, għalkemm il-Kummissjoni ma tistax teskludi kompletament li l-offerti setgħu kienu ogħla kieku l-kundizzjonijiet ma kinux applikati għall-bejgħ (l-impatt tal-kundizzjonijiet hu diskuss f’iktar dettall fil-paragrafi 141-143). Fil-preżenza taż-żewġ valutazzjonijiet indipendenti u offerta ogħla biex jinxtara l-BB, hi b’mod ċar din ta’ l-aħħar li tirrifletti l-aħjar il-valur tas-suq tal-proġett tal-bejgħ, billi tirrifletti mhux biss analiżi ipotetika, imma offerta attwali.

(113)

Ibbażata fuq dan, kull stima ta’ qabel tal-valur tal-BB ipppreżentata mill-Awstrija saret irrilevanti għall-analiżi ta’ dan il-każ (36). Barra dan, valutazzjoni ex-post, kif proposta mill-Awstrija, m’hi ta’ l-ebda rilevanza fil-preżenza ta’ din l-offerta u l-offerti validi li pproduċa.

(114)

Minħabba l-kundizzjonijiet applikati, l-Kummissjoni tinnota ukoll illi, anke jekk il-kumpanija tinbiegħ lil min għamel l-ogħla offerta għall-prezz b’mod konsiderevoli ogħla mill-valur stimat tagħha, xorta jista’ jkun hemm xi għajnuna mill-Istat involuta jekk il-prezz li biegħ l-investitur privat ikun inqas mill kien ser ikun fin-nuqqas ta’ tali kundizzjonijiet (37).

(115)

Fil-konklużjoni, il-Kummissjoni trid teżamina l-privatizzazzjoni tal-BB fid-dawl ta’ l- Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE, mingħajr ma tirreferi għall-Komunikazzjoni dwar il-bejgħ ta’ l-art jew ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni, stante li l-presunzjoni “ħieles mill-għajnuna” ma tapplikax skond dan ta’ l-aħħar.

2.2   Eżistenza ta’ għajununa statali

(116)

Il-Provinċja tal-Burgenland hija waħda mid-disa’ stati federali ta’ l-Awstrija. Ir-riżorsi tal-Provinċja tal-Burgenland jistgħu bħala prinċipju jkunu kkunsidrati “mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi statali” skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat tal-KE.

(117)

Barra dan, il-Kummissjoni tinnota l-attivitajiet cross-border u internazzjonali ta’ GRAWE, biex xi vantaġġ mir-riżorsi statali jaffettwa l-kompetizzjoni fis-suq bankarju u jkollu impatt fuq il-kummerċ fil-Komunità (38).

(118)

Madanakollu, il-bejgħ tal-BB lil GRAWE jinvolvi biss għajnuna mill-Istat jekk il-Provinċja tal-Burgenland ma taġixxix bħal operator ta’ l-ekonomija tas-suq, u b’hekk tipprovdi vantaġġ selettiv lill-akkwirent. Dan ikun il-każ jekk il-Provinċja tal-Burgenland ma taġixxix bħal venditur privat u taċċetta prezz tal-bejgħ li hu inqas mill-valur tas-suq tal- Meta teżamina din il-kwistjoni, il-Kummissjoni tapplika ‘l hekk imsejjaħ “test tal-venditur privat”.

(119)

Fl-applikazzjoni ta’ dan il-prinċipju, hu neċessarju li wieħed jeżamina l-proċedura ta’ l-offerta attwali u l-offerti li tipproduċi biex jinstab jekk u sa fejn ingħata vantaġġ lil GRAWE. Bħala prinċipju, hemm żewġ elementi li jistgħu jkunu l-oriġini ta’ vantaġġ. L-ewwelnett, il-bejgħ tal-kumpanija lil min għamel it-tieni l-ogħla offerta, u t-tieninett, l-influwenza tal-kundizzjonijiet fuq il-valur tal-kumpanija fuq dawk kollha li tefgħu offerta.

(120)

Il-Provinċja tal-Burgenland kienet konfrontata minn offerta mill-Konsorzju li meta tħares lejha kienet tidher li għaddiet l-offerta ta’ GRAWE b’EUR 54.7 miljun. Operatur privat tas-suq jista’ madanakollu b’mod eċċezzjonali jaċċetta l-inqas offerta jekk:

(a)

l-ewwelnett, ikun ovvju li l-bejgħ lil min tefa’ l-ogħla offerta ma kienx ser iseħħ; u

(b)

it-tieninett, ikun ġustifikat li tikkunsidra fatturi oħra li mhumiex il-prezz. Minkejja li l-offerta li rnexxiet ma kienetx meta tħares lejha, l-ogħla waħda, din mhix fiha nnifisha evidenza kkonfutabbli ta’ għajnuna. Il-kunċett ta’ “l-ogħla offerta” jista’ jiġi interpretat b’mod aktar wiesa’ biex ikunu kkunsidrati d-differenzi fir-riskji barra mill-karta tal-bilanċ ta’ bejn l-offerti (39).

(121)

L-ewwel aspett jiddependi essenzjalment fuq jekk il-Provinċja tal-Burgenland setgħetx tistenna li tirċievi pagament tal-prezz tal-bejgħ, li hi ġeneralment magħrufa bħala s-sigurtà tat-transazzjoni (l-ewwel element) u jekk il-Konsorzju kienx mistenni li jikseb il-permess neċessarju mill-Awtorità tas-Suq Finanzjarju (jew xi awtorità oħra involuta fin-negozju) (t-tieni element).

(122)

It-tieni aspett jiddependi fuq jekk hemmx fatturi oħra preżenti, bħal garanziji jew riskji barra mill-karta tal-bilanċ li jrid jittieħed kont tagħhom mill-venditur pubbliku, l-Provinċja tal-Burgenland, u li jgħaddu sew f’dik li hi importanza d-differenza fil-prezz meta mqabbla ma’ l-ogħla offerta.

L-ewwel element ta’ l-ewwel aspett: sigurtà tat-transazzjoni

(123)

Dwar is-sigurtà tat-transazzjoni bħala l-ewwel element ta’ l-ewwel aspett, il- Kummissjoni tisħaq għal raġunijiet ta’ kjarezza li din tirreferi għall-kapaċità ta’ l-akkwirent li jħallas il-prezz ta’ l-akkwist – f’dan il-kuntest – xejn iżjed (40). Il- Kummissjoni taqbel ma’ l-Awstrija li dan hu element vital ital-proċess tal-bejgħ. L-ebda venditur privat hu mistenni li jagħżel akkwirent jekk hemm il-possibilità realistika li l-prezz ta’ l-akkwist mhux ser jitħallas.

(124)

Matul it-tul tal-proċedura kollha, l-Awstrija m’argumentatx li l-Konsorzju mhux ser ikun kapaċi jħallas il-prezz ta’ l-akkwist. Minħabba l-poter ekonomiku tal-kumpaniji tal-Konsorzju (deskritti fil-paragrafu 12), il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni tiddubita li l-finanzjament ta’ EUR 155 miljun prezz ta’ akkwist hu possibbli. Il- Konsorzju ppropona pagament bil-quddiem ta’ EUR 15 miljun f’kont fiduċjarju ma’ l-Active Bank ibbażat fl-Ukrajna biex juri l-kapaċità tiegħu li jħallas l-EUR 155 miljun.

It-tieni element ta’ l-ewwel aspett: approvazzjoni ta’ l-FMA

(125)

Hu ukoll evidenti li venditur privat fis-suq ma jagħżilx akkwirent bi probabilità kbira li ma jiksibx il-permess neċessrju mill-FMA (jew xi awtorità oħra involuta fin-negozju). L-Awstrija argumentat li l-FMA ma kienetx ser tawtorizza l-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju – anke jekk din l-offerta kienet ser tkun l-unika waħda. Skond l-Awstrija, l-offerta ta’ GRAWE, anke kieku ma kienetx l-ogħla offerta, kienet the “l-ogħla offerta”.

(126)

Mill-aspett proċedurali, l-Kummissjoni ma targumentax li l-FMA kienet projibita mil-liġi Awstrijaka li twettaq ‘l hekk imsejjaħ “fit & proper test” ibbażat fuq Sezzjoni 20 ta’ l-Att Bankarju minħabba t-tnejn li tefgħu l-offerta; fil-fatt hu rekwiżit komuni f’kull prċedura komparabbli li akkwirent speċifiku għandu jkun identifikat qabel ma tingħata l-approvazzjoni regulatorja. Hu għalhekk koerenti li l-FMA rrifjutat “l-applikazzjonijiet” kemm tal-Konsorzju kif ukoll ta’ GRAWE għall-approvazzjoni qabel id-deċiżjoni tal-bejgħ. Fuq il-bażi tal-liġi Awstrijaka, l-Kummissjoni taċċetta ukoll li dikjarazzjoni ex-post mill-FMA ma kienetx possibbli.

(127)

Il-Kummissjoni tinnota, iżda, li l-FMA, waqt li tipprovdi informazzjoni fattwali dwar il-proċeduri tagħha jew l-applikazzjoni ta’ qabel ta’ SLAV AG, qatt ma aċċettat b’mod apert l-opinjonijiet ta’ l-Awstrija f’dak ir-rigward, imma kkonfermat lill-Kummissjoni li r-riżultat ta’ l-investigazzjoni tagħha kien “kompletament miftuħ”.

(128)

F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota ukoll li l-FMA waqfet milli tagħmel dikjarazzjonijiet ġenerali, indipendentament mill-każ in kwistjoni, dwar elementi li hija kienet tikkunsidra kruċjali għall-analiżi tagħha – bħal, per eżempju, l-eżistenza tal-grad ta’ l-akkwirent. Għalhekk m’hemm l-ebda element li jindika li din jew xi konsiderazzjonijiet oħra avvanzati mill-Awstrija setgħu affettwaw ħażin l-analiżi tagħha, aħseb u ara kemm wasslu neċessarjament għal riżultat negattiv.

(129)

Fin-nuqqas ta’ tali dikjarazzjonijiet mill-FMA jew xi evidenza oħra, l-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument ta’ l-Awstrija li l-FMA kienet żgur ser tipprojibixxi negozju mal-Konsorzju.

(130)

Barra dan, it-tul innifsu tal-proċedura ta’ l-FMA – inqas minn tlett xhur għal GRAWE, imma sa sena għall-Konsorzju – mhix biżżejjed biex tiskwalifika l- Konsorzju. L-Awstrija rrimarkat li l-BB kien ser isofri minn inċertezza fit-tul, u kien ser jispiċċa bħala bank fid-diffikultà. Madanakollu, la fil-prinċipju lanqas in concreto l-Kummissjoni ma tista’ taċċetta dan l-argument. Fil-prinċipju, dan ikun jammonta għal diskriminazzjoni kontra persuna minn barra mill-Unjoni Ewropea li titfa’ offerta – anke forsi minn Stat Membru ieħor, billi dan ir-raġunament seta’ jkun ugwalment applikat għal kull akkwirent potenzjali preżentament mhux magħruf mill-FMA, jiġifieri kull entità mhux Awstrijaka oħra. Dwar il-każ in kwistjoni, l-Kummissjoni tinnota li l-BB ma kienx fid-diffikultà fil-mumen tal-bejgħ. Billi l-proċeduri tal-bejgħ kienu ilhom għaddejjin mill-2003, l-urġenza ukoll mhix spjegata biżżejjed. F’dan il-kuntest, l-argument li GRAWE kienet imponiet limitu fuq l-offerta tagħha ukoll mhux aċċettabbli, billi dan kien ser jagħti opportunitajiet numerużi biex il-proċeduri tas-sejħa għall-offerti kienu influwenzati b’mod diskriminatorju.

(131)

Waqt li rreferiet għall-konsiderazzjonijiet tal-Provinċja tal-Burgenland innifisha biex tikkritika d-deċiżjoni ta’ l-FMA, il-Kummissjoni ma tistax ukoll taċċetta r-referenza ta’ l-Awstrija għall-applikazzjoni għall-liċenzja bankarja li saret qabel minn predeċessur ta’ SLAV AG fl-1994. Il-Kummissjoni tirrimarka li ż-żewġ sitwazzjonijiet mhumiex komparabbli, anke jekk il-“fit & proper-test” li jrid jitwettaq b’konnessjoni mal-bejgħ tal-BB hu parti mir-rekwiżiti iktar wiesa’ għal-liċenzja bankarja sħiħa – kif applikat fil-każ ta’ qabel (41). Madanakollu, l-istruttura ta’ proprjetà ta’ l-applikant ta’ qabel kienet differenti ħafna u s-sitwazzjoni politika fl-Ukrajna nbidlet b’mod konsiderevoli minn dak inhar ‘l hawn. Barra minn hekk, l-unika raġuni li ssottomettiet l-Awstrija dwar għalfejn il-permess kien inżamm – nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ l-International Accounting Standards (IAS) mill-fond proprjetarju ta’ l-entità – tidher li hi ta’ natura purament formali u m’hemm xejn li jindika li osservanza ta’ l-IAS kienet għadha problema għall-Konsorzju compost b’mod differenti fil-mument tal-bejgħ tal- BB. Billi l-FMA hi legalment marbuta li teżamina applikazzjoni ġdida b’mod mhux diskriminatorju, l-Kummissjoni ma taħsibx li din il-proċedura ta’ qabel relatata ma’ parti differenti kien ser ikollha xi influwenza jekk il-Provinċja tal-Burgenland biegħet il-BB lill-Konsorzju.

(132)

Il-Kummissjoni ukoll għandha tirrifjuta l-allegazzjonijet mhux sostanzjati li għamlet l-Awstrija biex tiskwalifika l-Konsorzju bħala akkwirent kredibbli. Id-deċiżjoni tal- Kummissjoni għandha tkun ibbażata fuq il-fatti. Dan il-punt jikkonċerna, l-ewwel, ir-referenza magħmula mill-Awstrija għat-tieni proċedura ta’ privatizzazzjoni, fejn, skond l-Awstrija, l-FMA kien implikat li l-bejgħ lil bank ibbżat fil-Litwanja bi proprjetarju Russu ma kienx ser ikun permess. Mhux biss din l-allegazzjoni ma kienetx sostanzjata imma rreferiet ukoll għall-parti kompletament differenti. It-tieni, l-awtoritajiet Awstrijaċi rreferew tard ħafna fil-proċeduri għal deċiżjoni tal-qorti Ġermaniża li kkonfermat id-deċiżjoni tal-BaFin li tipprojibixxi bejgħ ta’ ishma f’bank Ġermaniż lill- grupp Ukrajn mhux identifikat (42). Din l-informazzjoni ma kienetx ser tkun disponibbli fil-mument relevant u għalhekk ma setgħetx kellha xi rwol f’deċiżjoni possibbli ta’ l-FMA. L-aħħar u mhux l-inqas, kif diġà nnutat, il-Kummissjoni tinnota li l-FMA hi obbligata teżamina kull każ skond il-merti tiegħu.

(133)

Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li la hemm evidenza u lanqas xi indikazzjoni li l-FMA kienet ser tipprojibixxi bejgħ lill-Konsorzju. Venditur fis-suq privat għalhekk ma kienx ser jiskwalifika l-Konsorzju fuq din il-bażi.

It-tieni aspett: l-influwenza ta’ l-Ausfallhaftung fuq id-deċiżjoni tal-bejgħ

(134)

Bħal f’kull każ ieħor, il-Kummissjoni tikkonferma li jistgħu jkunu kkunsidrati biss dawk il-fatturi li kienu ser jittieħed kont tagħhom minn investitur ta’ l-ekonomija tas-suq (43). Dan jeskludi r-riskji li ġejjin minn obbligu potenzjali li titħallas l-għajnuna mill-Istat billi investitura ta’ l-ekonomija tas-suq ma jkunx ħallashom (44). Dwar dak li għandu x’jaqsam mal-privatizzazzjoni tal-BB, l-element deċisiv f’dan ir-rigward hu l-eżistenza ta’ l-Ausfallhaftung, li ssemmi l-Awstrija biex tiġġustifika l-bejgħ lil GRAWE.

(135)

Il-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li l-Ausfallhaftung hi element li ma kienx imissu ġie kkunsidrat mill-Provinċja tal-Burgenland. Kif intqal fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jekk jittieħed kont ta’ l-Ausfallhaftung wieħed kier ser iħallat ir-rwol tal-Provinċja tal-Burgenland bħala dak li jagħti l-għajnuna u r-rwol tal-Provinċja tal-Burgenland bħala venditur tal-bank.

(136)

Il-Kummissjoni l-ewwel għandha tirrifujut l-argumenti kollha ta’ l-Awstrija li jpoġġu fl-istampa l-kategorizzazzjoni ta’ l-Ausfallhaftung bħala għajnuna mill-Istat (eżistenti). Fid-dawl tad-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni K(2003) 1329 dwar l-abolizzjoni ta’ l-Ausfallhaftung  (45), li segwiet ftehim bejn l-Awstrija u l-Kummissjoni u li ma kienetx sfidata mill-Awstrija quddiem il-Qrati Ewropej, dan l-argument mhux aċċettabbli. Kieku l-Awstrija – kif jidher matul dawn il-proċeduri – fil-fatt ma qablitx mal-kategorizzazzjoni ta’ l-Ausfallhaftung bħala għajnuna mill-Istat, kienet ħielsa li tisfida dan quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

(137)

Barra dan, b’risposta għall-argument ta’ l-Awstrija li l-għajnuna eżistenti hi legali, għandu jkun enfasizzat li l-għajnuna eżistenti hi xorta għajnuna mogħtija minn awtorità pubblika. Id-deċiżjonijiet kollha tal-Qorti s’issa jiddikjaraw b’mod ċar li l-prinċipju bażiku li r-rwol ta’ l-Istat bħala venditur ta’ entità u r-rwol ta’ l-Istat u l-obbligi tiegħu bħala awtorità pubblika m’għandhomx jitħalltu meta jiġi applikat it-test ta’ l-investitur ta’ l-ekonomija tas-suq (46). M’hemmx preċedent biex jappoġġja l-veduta ta’ l-Awstrija li investitura ta’ l-ekonomija tas-suq kien ser jikkunsidra garanzija kategorizzata bħala għajnuna mill-Istat: ex hypothesi, l-ebda investitur tas-suq kien ser joħroġ garanzija li ma tikkonformax mal-prinċipju ta’ l-investitur tas-suq u d-deċiżjoni dwar l-abolizzjoni ta’ l-Ausfallhaftung tikkonferma li l-Ausfallhaftung ma kienetx mogħtija fuq termini tas-suq. Il-Qorti tal-Ġustizzja qalet li garanzij speċifiċi, li kienu kkunsidrati bħala għajnuna illegali, ma setgħux ikunu kkunsidrati waqt il-kalkulazzjoni ta’ l-ispejjeż potenzjali tal-likwidazzjoni (47). Dan ma jfissirx li a contrario miżura eżistenti ta’ għajnuna setgħet tkun ikkunsidrata. Il-Kummissjoni tħoss li mhux relevant jekk l-għajnuna kienetx illegali jew eżistenti. Sakemm il-miżura tikkwalifika bħala għajnuna, l-ebda venditur privat ma kien ser jagħtiha u għalhekk ma kienx ser jikkunsidra tali miżura (48).

(138)

Is-sitwazzjoni setgħet kienet differenti kieku l-Provinċja tal-Burgenland kienet tat garanzija kummerċjali, bħala investitur privat u mhux bħala għajnuna mill-Istat. Madanakollu dan mhux il-każ hawn.

(139)

L-Awstrija ma semmietx xi fatturi oħra, bħar-riskji barra mill-karta tal-bilanċ jew garanziji oħra iżda mhux l-Ausfallhaftung, li setgħa ttieħed kont tagħhom fil-valutazzjoni ta’ l-offerti.

(140)

Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet, minħabba li “l-operat kontinwu tal-BB u, fl-istess ħin, l-iskansament ta’ l-użu ta’ l-Ausfallhaftung” kien element deċisiv, jekk mhux l-iktar element deċisiv, fid-deċiżjoni tal-Provinċja tal-Burgenland li tbiegħ il-BB lil GRAWE indipendentament mill-offerta baxxa tagħha, l-Kummissjoni ssib li l-Awstrija ma aġixxitx kif kien jagħmel venditur privat tas-suq. Il-vantaġġ ekonomiku lil GRAWE hu almenu ugwali għad-differenza bejn l-offerta tal-Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ (49).

2.3   Il-kundizzjonijiet marbuta mal-bejgħ tal-BB

(141)

Anke jekk l-eżistenza ta’ l-għajnuna hi diġà ppruvata mill-għażla ta’ l-inqas offerta, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ukoll kellha tikkunsidra sa fejn kundizzjonijiet differenti tas-sejħa għall-offerti setgħu affettwaw il-prezz tal-bejgħ. Kif ġie ddikjarat, il-Kummissjoni kienet iddubitat fid-deċiżjoni tal-ftuħ jekk is-sejħa għall-offerti kinitx fil-fatt miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja; barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-impatt tal- kundizzjonijiet fuq persuni li potenzjalment kienu ser jagħmlu offerta u li setgħu waqqfu milli jagħmlu l-offerta tagħhom u dwar l-impatt tal-kundizzjonijiet fuq il-prezz offrut minnhom (dawk l-offerti li kienu potenzjalment inqas minn f’sejħa għall-offerti bla kundizzjonijiet).

(142)

Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miksuba matul il-proċedura formali ta’ investigazzjoni, l-Kummissjoni ssib li l-Konsorzju, min-naħa purament proċedurali (eżerċizzju ta’ diliġenza, possibilità ta’ laqgħat, FMA) ma jidhirx li kien żvantaġġjat mill-esperti ta’ l- HSBC imqabbda biex iwettqu l-proċedura tas-sejħa għall-offerti. Il-Kummissjoni ssib din l-opinjoni konfermata ukoll mill-eżerċizzju ta’ tiftix ta’ fatti estensiv imwettaq mill-Qorti Reġjonali ta’ Eisenstadt, kif jidher mid-deċiżjoni tiegħu ta’ l-20 ta’ Mejju 2006 (50).

(143)

Il-Kummissjoni evalwat l-impatt tal-kundizzjonijiet fuq l-offerti. Il-kundizzjonijiet ipprovduti fil-proċedura tal-privatizzazzjoni jistgħu jissuġġerixxu li l-Provinċja tal- Burgenland ma kienetx qed tipprova tikseb l-ogħla prezz għall-bank. Il-Kummissjoni m’għandha l-ebda bażi biex tikkunsidra li fil-fatt dan irrestrinġa l-numru ta’ persuni li kienu ser jagħmlu offerta jew li influwenza l-prezz. Ma kienu rċevuti l-ebda kummenti minn terzi persuni li jindikaw li huma kienu fil-bidu interessati li jixtru l-BB, imma kienu skoraġġuti milli jkomplu mill-proċess tas-sejħa għall-offerti minħabba dawn il-kundizzjonijiet fl-ittra tal-proċess. Is-sejħa għall-offerti saret pubbliku b’mod suffiċjenti. Anke jekk għad fadal xi dubji dwar ċerti kundizzjonijiet oħra tas-sejħa għall-offerti (“limiti ta’ żmien”, “rieda li jitwettqu żjidiet neċessarji fil-kapital” u “żamma ta’ l-awtonomija tal-BB”), l-impatt tagħhom fuq il-valur ta’ l-offerti mhux apparenti. Il-Kummissjoni għalhekk ma sabitx evidenza jew indikazzjonijiet li jissuġġerixxu li proċedura li tippermetti r-realizzazzjoni tal-potenzjal kollu setgħet wasslet għall-offerta ogħla. Lanqas ma l-Konsorzju ssuġġerixxa li l-kundizzjonijiet fl-ittra tal-proċess naqqsu l-livell ta’ l-offerta tiegħu stess. Il-Konsorzju, waqt li aċċetta li l-prezz ta’ l-akkwist u s-sigurtà tat-transazzjoni kienu kriterji validi għal kull bejjiegħ, irrimarka li kundizzjoni bħal “operat kontinwu tal-BB u, fl-istess ħin, l-iskansament fl-użu ta’ l-Ausfallhaftung” jew “rieda li jitwettqu xi żjidiet neċessarji fil-kapital” mhux ser ikunu jistgħu jiġu infurzati fil-futur. Għalhekk, f’dan il-każ partikulari fejn is-sejħa għall-offerti pproduċiet żewġ offerti validi (51) u minħabba l-impatt mhux daqshekk evidenti fuq il-kundizzjonijiet tal-prezz tal-bejgħ, l-ogħla offerta hi kkunsidrata bħala li tirrifletti tajjeb il-prezz tas-suq (52).

2.4   Konsiderazzjonijiet oħra dwar l-“Ausfallhaftung”

(144)

Għalkemm il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-pożizzjoni ta’ l-Awstrija dwar ir-rilevanza ta’ l-Ausfallhaftung għal dan il-każ, tat każ ta’ l-argumenti li l-Awstrija pprovdiet dwar din il-preżunzjoni – żbaljata. Madanakollu, il-Kummissjoni sabet illi, anke jekk il-pożizzjoni ta’ l-Awstrija tkun segwita u jittieħed kont ta’ l-eżistenza ta’ l- Ausfallhaftung, dan xorta ma kienx ser jibdel l-offerta ta’ GRAWE fl-“aħjar offerta”.

Irtirar tal-likwidità fid-dawl tal-bejgħ lill-Konsorzju u konsiderazzjoni ta’ l-Ausfallhaftung

(145)

Fil-każ tal-likwidazzjoni tal-BB, l-assi tiegħu jkunu evalwati u d-dħul użat biex kienu rimborsati l-kredituri. Jekk id-dħul mill-likwidazzjon ta’ l-assi ma kienx biżżejjed biex jitħallsu lura l-kredituri, il-fondi tal-BB innifsu ta’ madwar EUR 90 miljun kienu ser jinħlew. Xi defiċit rimanenti jkun allokat ugwalment bejn id-djun rimanenti u għalhekk jirriżulta f’nuqqas għall-kredituri. L-Ausfallhaftung, bħala talba diretta mill-kredituri tal-BB kontra l-Provinċja tal-Burgenland, toħloq obbligazzjoni għall-Provinċja tal-Burgenland biex tintervjeni u tikkompensa kompletament il-kredituri għan-nuqqas fil-pagament tad-djun koperti mill-Ausfallhaftung. Il-parti tad-djun koperti mill- Ausfallhaftung tonqos minn 100 % meta għalaq in-negozju (Mejju 2006) sa kważi 0 % fl- 2017.

(146)

Tali likwidazzjoni possibbli tal-BB tista’ tinħoloq minn diffikultajiet tal-bank jew biex jerġa’ jiffinanzja lilu nnifsu fis-swieq tal-kapital jew biex joqgħod għar-rekwiżiti regulatorji, bħall-proporzjonijiet tal-kapital minimu.

(147)

L-Awstrija argumentat li l-problema tal-likwidità kienet ser tinqala’ b’mod speċjali hekk kif il-bejgħ lill-Konsorzju kien imħabbar fl-istampa. Il-ħruġ nett kien ser ivarja minn EUR 500 miljun bħala l-aħjar għal EUR 1.25 biljun bħala l-agħar. Il-Konsorzju ma kienx ser ikun kapaċi li jipprovdi likwidità ġdida fuq tali skala. Għalhekk il-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju lanqas ma kien għażla.

(148)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-aħbar tal-bejgħ tal-BB lill-Konsorzju mill-Provinċja tal- Burgenland setgħet irriżultat fl-irtirar ta’ depożiti u linji inter-bankarji, imma l-kalkoli ppreżentati mill-Awstrija donnhom kienu ħżiena minħabba numru ta’ raġunijiet. Fuq il-baż ta’ sitwazzjonijiet komparabbli, s-suppożizzjoni li kien ser ikun hemm l-irtirar ta’ 50 - 60 % tad-depożiti ma kienetx realistika (53). Il-ħruġ tal-likwidità għall-kummerċ ġdid f’tali sitwazzjoni ta’ kriżi tiġi illimitata mill-BB għall-minimu mitlub (54). Barra minn hekk, meta wieħed iħares lejn il-kalkoli sottomessi mill-Awstrija, assi negozjabbli mhumiex jew huma biss parzjlament likwidati (55) u xi pożizzjonijiet ta’ ħruġ tal-likwidità ma jinftehmux (56). The Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li anke f’sitwazzjoni ta’ kriżi l-ħruġ tal-likwidità mistenni jkun ikkumpensat b’ġestjoni effettiva u preventiva tal-likwidità tal-BB u l-ħruġ nett riżultanti miżmum taħt kontroll. F’dan il-kuntest il-Kummissjoni tenfasizza l-miżuri preventiv li setgħu ttieħdu mill-BB u mill-proprjetarju biex il-ħruġ tal-likwidità jkun limitat u tinnota li l-Provinċja tal-Burgenland kienet diġà kkommettiet lilha nnifisha li tiġbor EUR 380 miljun ta’ liwidità ġdida għall-BB billi toħroġ bonds ġodda koperti mill-Ausfallhaftung qabel il-bejgħ tal-bank. Il-Kummissjoni ma tistax taqbel ma’ l-argument ta’ l-Awstrija li l-ħruġ ta’ bonds addizzjonali, li jipprovdu lill-BB b’likwidità addizzjonali li tlaħħaq €380 miljun, ma kinux ser ikunu fattur deċisiv għal kull wieħed minn dawk li jagħmlu offerta, meta fl-istess ħin l-Awstrija targumenta li n-nuqqas mistenni fil-likwidità kien raġuni biex il-BB ma jinbiegħx lill-Konsorzju. Wieħed jista’ ukoll jargumenta li l-Provinċja tal-Burgenland setgħet solviet il-kwistjoni tal-likwidità, jekk ikkunsidrata sinifikanti, billi toħroġ bonds addizzjonali fl-ammont tal-likwidità nieqsa, kif għamlet fil-każ ta’ GRAWE billi ħarġet EUR 380 miljun addizzjonali.

(149)

Fid-dawl ta’ dan, il-Kummissjoni tassumi li l-falliment jew il-likwidità tal-BB għandha l-oriġini tagħha iktar f’raġunijiet regulatorji milli fin-nuqqas ta’ likwidità li segwiet wara l-aħbar tan-negozju. L-Awstrija targumenta li r-riskju ta’ falliment fil-każ tal-bejgħ tal- BB lill-Konsorzju kien ser ikun aktar ogħla milli bi GRAWE bħala l-proprjetarju l-ġdid. GRAWE kien ikompli n-negozju reġjonali tal-BB iffukat fuq bejgħ bl-imnut u bil-grossa u mhux jibdel il-mudell ta’ kummerċ kurrenti tiegħu. Skond il-pjan ta’ kummerċ sottomess mill-Konsorzju, il-mudell ta’ kummerċ tal-BB kien ser jieħu direzzjoni aktar riskjuża inklużi attivitajiet bħal finanzjament internazzjonali tal-kummerċ. L-integrazzjoni possibbli ta’ l-Active Bank fil-BB kien ser jesponi lill-BB għall-varjazzjonijiet fir-rata tal-kambju ta’ l-euro kontra l-Hrywnja Ukrajna, li kienet għolja ħafna biex issir il-hedge. L-Awstrija argumentat ukoll li fatturi oħra bħal nuqqas ta’ esperjenza fis-settur bankarju u l-grad iktar baxx tal-Konsorzju kienu ser iżidu b’mod sinifikanti r-riskju ta’ falliment tal-BB.

(150)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hu ipotetiku ħafna li tbassar l-iżvilupp fit-tul tal-BB fiż-żewġ xenarji ta’ bejgħ. Il-Provinċja tal-Burgenland trid taċċetta li malli tbiegħ lill-BB lil proprjetarju ġdid, indipendentament jekk hux GRAWE jew il-Konsorzju, għandha biss influwenza limitata ħafna fuq l-orjentazzjoni strateġika ġdida tal-bank. F’dan il-kuntest hu importanti li wieħed jinnota li l-mudell futur tal-kummerċ tal-BB ma jistax ikun definit fil-kuntratt tal-bejgħ b’mod li jorbot, imma hi r-responsabbilità tal-proprjetarju l-ġdid li jiddeċidi l-orjentazzjoni strateġika ġdida tal-bank, inklużi ż-żjidiet neċessarji fil-kapital u l-integrazzjoni futura tal-kumpaniji l-oħra.

(151)

Anke hekk, il-proprjetarji l-ġodda huma marbut fl-immaniġġjar tal-kummerċ tagħhom bir-regolamenti bankarji eżistenti. Fuq naħa waħda, bank ibbażat l-Awstrija li jopera bl-liċenzja bankarja Awstrijaka, l-BB ikompli jkun sorveljat mir-regolatur bankarju Awstrijak u għalhekk irid jissodisfa l-istess rekwiżiti regolatorji (eż. proporzjonijiet minimi ta’ kapital) bħall-banek Ewropej l-oħra. Fuq in-naħa l-oħra, bħala parti integrali min-network globali finanzjarju, l-BB għandu bżonn mill-inqas grad ta’ investiment biex ikun jista’ jikseb finanzjament mill-ġdid mingħand banek oħra. Għalhekk il-BB hu ukoll espost għar-rekwiżiti dwar il-fondi tiegħu rikjesti mill-aġenziji tar-rating. It-teħid ta’ riskju ogħla għandu jkun akkumpanjat minn kapital ġdid adegwant, li għandu jkun injettat mill-proprjetarji.

(152)

Il-Kummissjoni bl-istess mod ma tistax taqbel ma’ l-argument ta’ l-Awstrija li hu indispensabbli li l-proprjetarju future tal-BB għandu jkollu esperjenza bankarja estensiva. Mhux ir-rwol tal-proprjetarji li jimmaniġġjaw il-BB, dan hu rwol ta’ jimmaniġġja lill-BB. Barra minn hekk il-Kummissjoni ma tifhimx għalfejn il-grad tal-BB wara l-bejgħ għandu jkun l-istess bħal dak ta’ GRAWE jew l-Istat Ukrajn, kif sottomess mill-Awstrija. Fuq naħa waħda, GRAWE ma saħqitx li kienet tat garanzija ġenerali (Patronatserklärung) għall-BB u l-bank ser ikun primarjament mogħti grad fuq il-bażi ta’ l-eżekuzzjoni tiegħu. Fuq in-naħa l-oħra, il-BB jibaq’ bank Awstrijak lokalizzat fl-Awstrija u għalhekk l-allegat grad B ta’ l-Istat ta’ l-Ukrajna – li seta’ kellu rwol fil-każ ta’ bank lokalizzat f’dak l-Istat – hu prima facie irrilevanti. F’dan il-kuntest hu importanti li wieħed jinnota li l-BB ser jibqa’ jkun kopert mill-garanzija Ausfallhaftung.

(153)

Minkejja dan, wieħed ma jistax jeskludi li l-BB, ikun min ikun il-proprjetarju l-ġdid, jista’ jiffaċċja diffikultajiet serji fil-futur u l-falliment/il-likwidazzjoni jistgħu jsiru inevitabbli. F’tali xenarju hu important li wieħed jifhem li l-BB hu bank żgħir ħafna (b’mod sinifikanti inqas minn 1 % tad-daqs tal-banek prinċipali Ewropej skond il- karta tal-kummerċ) u l-likwidazzjoni tal-BB ikollha impatt minuri jew negliġibbli fuq is-sistema bankarja Awstrijaka jew Ewropea. Il-bejgħ ta’ l-assi tal-BB fl-ammont ta’ madwar EUR 3.5 biljun (krediti, bonds, ishma, derivattivi, proprjetà immobbli) fis-swieq finanzjarji globali ma jwasslux għall-iffunzjonar ħażin tas-suq u għalhekk is-swieq u b’mod speċjali l-prezzijiet ta’ l-assi jibqgħu stabbli.

(154)

L-Awstrija ssottomettiet xenarju ta’ likwidazzjoni. Ix-xenarju ta’ likwidazzjoni jassumi li l-likwidazzjoni ta’ l-assi sseħħ fl-2006 u l-prezz li l-assi jistgħu jġibu jiddependi fuq il-piż tar-riskju tagħhom. L-aġġustamenti magħmula jvarjaw minn 2 % għal 0 % assi mkejla skond ir-riskju (RWA) sa 20 % għal 100 % RWA. Ix-xenarju ta’ likwidazzjoni jinkludi aġġustamenti ta’ EUR 90 miljun għal-likwidazzjoni ta’ oġġetti barra mill-karta tal-bilanċ. Wara t-tnaqqis tal-fondi proprji, x-xenarju jasal għall-konklużjoni li l-Ausfallhaftung u għalhekk il-Provinċja tal-Burgenland ikollha tintervjeni b’madwar EUR 270 miljun f’xenarju ta’ likwidazzjoni.

(155)

Il-Kummissjoni taqbel mal-metodoloġija ġenerali tax-xenarju ta’ likwidazzjoni pprovdut mill-Awstrija biex tinkiseb l-ewwel stima tat-telf potenzjali involut jekk ikun hemm il-falliment tal-BB. Il-Kummissjoni, madanakollu, hi ta’ l-opinjoni li l-aġġustamenti magħmula fuq l-assi huma għoljin wisq (eż. 10–20 % aġġustament fuq krediti assigurati bi proprjetà li jistgħu jiġu sekuritizzati u mibjugħa f’pakketti) u ma tistax tifhem l-aġġustamenti ta’ barra mill-karta tal-bilanċ. Madanakollu, l-Awstrija assumiet probabilità ta’ 100 % li l-likwidazzjoni sseħħ fl-2006 u għalhekk ittieħed kont tal-valuri nominali ta’ l-assi. Tali xenarju ma jidhirx li hu realistiku.

(156)

Meta wieħed jirrifletti fuq dawn il-kummenti fix-xenarju ta’ likwidazzjoni, l- Kummissjoni tikkonkludi li kull persentaġġ ta’ probabilità li l-Ausfallhaftung tintuża fil-futur għandu jkun ikkunsidrat b’massimu ta’ EUR 1 miljun mill-Provinċja tal-Burgenland. Dan ifisser li, biex tikkumpensa għad-differenza fil-prezz ta’ l-offerta tal- Konsorzju, wieħed għandu jassumi li l-probabilità ta’ falliment tal-BB bil-Konsorzju bħala l-proprjetarju l-ġdid tkun iktar minn 50 % ogħla milli fil-każ ta’ GRAWE. Il-Kummissjoni ma tara l-ebda raġuni għal tali preżunzjoni u għalhekk tikkonkludi li, anke jekk ttieħed kont ta’ l-Ausfallhaftung mill-Provinċja tal-Burgenland bħala fattur ta’ evalwazzjoni, l-offerta ta’ GRAWE ma kienetx l-aħjar waħda.

Metodoloġiji oħra ppreżentati mill-Awstrija u GRAWE

(157)

L-Awstrija u GRAWE ssottomettew ukoll metodi oħra (57) ta’ evalwazzjoni ta’ riskji differenti involuti magħhom. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-metodoloġija ġenerali applikata fix-xenarju ta’ likwidazzjoni hi l-aħjar li tirrifletti l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-każ ta’ falliment u għalhekk mhux biss li l-aktar waħda approprjata, imma hi ukoll l-aktar metodoloġija trasparenti u li tinftiehem li tistima r-riskji li ġejjin mill-Ausfallhaftung. Dawk il-metodi addizzjonali ppreżentati mill-Awstrija mhumiex rilevanti u, barra minn hekk, jew ma jinftehmux, jew ibbażati fuq suppożizzjonijiet improprji jew mhumiex applikabbli għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-każ.

2.5   Il-klawsola ta’ garanzija dwar l-għajnuna statli fil-kuntratt ma’ GRAWE

(158)

Il-kuntratt ta’ bejgħ bejn il-Provinċja tal-Burgenland u GRAWE barra minn hekk jinkludi klawsola ta’ garanzija li tistipula – fost affarijiet oħra – li l-Provinċja tal-Burgenland hi obbligata li tagħti lura lil GRAWE dak l-ammont li l-Kummissjoni tista’ tistabilixxi f’deċiżjoni ta’ rkupru (u l-ispejjeż proċedurali relatati kollha għall-akkwirent). Minkejja li l-akkwirent għandu d-dritt li jħassar il-kuntratt jekk aġġustament fil-prezz tal-bejgħ hu illegali, dan l-element tal-kuntratt ta’ akkwist jeħtieġ li jkun enfassizat f’deċiżjoni. L-ewwelnett, tali klawsola ta’ garanzija, nnegozjata wara l-proċedura tas-sejħa għall-offerti, tibdel il-kundizzjonijiet tal-bejgħ għall-akkwirent partikolari u setgħet wasslet biex GRAWE jersaq b’offerta ogħla; it-tieninett, u iktar importanti, tali klawsola ta’ garanzija tammonta għall-ħrib minn kull deċiżjoni ta’ rkupru li tista’ tieħu l-Kummissjoni. Dan jikkuntrasta sew ma’ l-obbligu ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw deċiżjonijiet u jikkooperaw mal-Kummissjoni. Għalhekk, din il-klawsola m’għandix tkun applikata, għaliex inkella tammont għall-għajnuna mill-Istat ġdida għall-GRAWE.

2.6   Konlużjoni finali dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat

(159)

Fil-konklużjoni, l-bejgħ tal-BB lil GRAWE jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 87(1) tat-Trattat KE.

3.   Kompatibilità mas-suq komuni

(160)

Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, donnha l-ebda waħda mir-raġunijiet biex l-għajnuna tkun iddikjarata kompatibbli ma’ l-Artikoli 87(2) jew (3) ma kienet tapplika.

(161)

L-Awstrija kkonċentrat fuq li turi li l-miżura ma kienetx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-uniċi argumenti dwar il-kompatibilità potenzjali mas-suq komuni ġew imressqa mill- benefiċjarju. Fl-opinjoni ta’ GRAWE, id-deċiżjoni ta’ qabel dwar l-għajnuna ta’ ristrutturazzjoni lill-BB implikat li anke jekk il-BB kien privatizzat – il-privatizzazzjoni kienet kundizzjoni neċessarja biex l-għajnuna tkun iddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - għandu jżomm l-orjentazzjoni reġjonali tiegħu. Il-pjan ta’ kummerċ ta’ GRAWE biss kien jissodisfa dan ir-rekwiżit.

(162)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni bl-ebda mod ma’ tappoġġja dan l-argument. Barra mill-miżuri operazzjonali, funzjonali u finanzjarji offruti mill-Awstrija u li qablet magħhom il-Kummissjoni, il-privatizzazzjoni hi element ieħor li jassigura l-vijabilità fit-tul tal-bank. Id-deċiżjoni ta’ qabel teżamina l-effetti ta’ likwidazzjoni ipotetika tal-BB, u f’dan il-kuntest il-Kummissjoni tikkonċedi li “jidher possibbli li ser ikun hemm nuqqas ta’ provvista tas-servizzi finanzjarji basiċi f’ċerti reġjuni rurali fil-Burgenland” (58). Madanakollu, din id-dikjarazzjoni ma timplikax kundizzjoni ta’ dan it-tip fil-proċess ta’ privatizzazzjoni, li mhi msemmija mkien ieħor.

(163)

Fuq il-bażi ta’ dan, is-sejba inizjali tal-Kummissjoni hi konfermata. L-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni.

4.   Effettività sħiħa tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/691/KE fuq ir-ristrutturazzjoni tal-Bank tal-Burgenland

(164)

Fuq id-deċiżjoni biex tinbeda l-proċedura investigattiva formali, il-Kummissjoni ddubitat jekk it-terminazzjon bikrija tal-ftehim ta’ garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000, kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fis-7 ta’ Mejju 2004, kienx permessibbli, minħabba li dan seta’ kien f’kunflitt mad-deċiżjoni tar-ristruturazzjoni tal-BB. Mandanakollu, wara li din il-kwistjon ġiet eżaminata aktar, il-Kummissjoni ssib li l-arranġament hu tassew konsistenti ma’ din id-deċiżjoni.

5.   Irkupru

(165)

Billi din il-miżura daħlet fis-seħħ mingħajr notifikazzjoni lill-Kummissjoni u hi inkompatibbli mar-regoli ta’ l-għajnuna mill-Istat, hu meħtieġ li l-Awstrija tirkupra l-għajnuna mill-benefiċjarju.

(166)

L-ammont li għandu jigi rkuprat għandu jkun tali li l-għajnuna tiġi eliminata. Ibbażata fuq is-sejbiet tas-sezzjonijiet VI 2.2 u 2.3, l-għajnuna f’dan il-każ tammonta għad-differenza bejn l-offerta tal-Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ.

(167)

Jekk wieħed isegwi din l-opinjoni, il-kalkolazzjoni tad-differenza, madanakollu, mhix ugwali għall-valur kif jidher taż-żewġ offerti, li jammonta għall-EUR 54.7 miljun. Biex tagħmel iż-żewġ offerti kompletament komparabbli, jridu jsiru aġġustamenti bħala konsegwenza ta’ arranġamenti kontrattwali differenti ma’ GRAWE u l-Konsorzju. Iż-żewġ offerti jinkludu numru ta’ kundizzjonijiet anċillari li għandhom jiġu kkwantifikati komparati mal-kundizzjoni rilevanti fl-offerta kompetittiva. Għalhekk il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenza msemmija hawn fuq bejn iż-żewġ offerti jeħtieġ li tkun aġġustata bil-mod kif ġej mill-Awstrija meta tirkupra l-ammont ta’ l-għajnuna:

(168)

Dwar il-kumpens relatat ma’ l-eżekuzzjoni bil-quddiem tal-kuntratt ta’ garanzija datat 20 ta’ Ġunju 2000, il-pagament mill-Provinċja tal-Burgenland lill-Konsorzju fl-ammont ta’ EUR 15-il miljun hu EUR 2.1 miljun ogħla mill-EUR 12.9 miljuni pagament lil GRAWE. Għalhekk għandu jsir aġġustamet li jnaqqas id-differeneza bejn l-offerta tal-Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ bi EUR 2.1 miljun.

(169)

Il-kwantifikazzjoni ta’ l-impatt ta’ l-arranġamenti differenti dwar il-limitu ta’ responsabbiltà, l-ammonti ta’ eżenzjoni u l-perjodi ta’ garanzija hi kumplessa. L-Awstrija argumentat li ġeneralment il-mod innegozjat ma’ GRAWE u l-Konsorzju kien ibbilanċjat u ma kien jagħti l-ebda vantaġġ sinifikattiv lil xi wieħed minnhom. Il-Kummissjoni taqbel ma’ l-Awstrija li l-impatt ta’ l-arranġamenti ta’ garanzija fuq id-differenza fil-prezz hu minuri imma xorta waħda tikkunsidra li l-kwantifikazzjoni tiegħu hi neċessarja. Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, l-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li teżamina jekk l-arranġamenti differenti ta’ garanzija jagħtux xi vantaġġ li xi wieħed minnhom u, għalhekk, l-Awstrija ser ikollha tipprovdi deskrizzjoni komparattiva qasira ta’ l-arranġamenti kollha ta’ garanzija. Barra minn hekk, l-Awstrija jeħtieġ li tikkwantifika l-impatt finanzjarju ta’ dawn l-arranġamenti fuq il-prezzijiet ta’ l-akkwist proposti mit-tnejn li huma.

(170)

Il-provvediment annwali ta’ EUR 100 000 li għandu titħallas mill-Konsorzju għall-kontinwazzjoni tal-garanzija ta’ l-Ausfallhaftung sa l-2017 jikkostitwixxi dħul addizzjonali għall-Provinċja tal-Burgenland u għalhekk hemm bżonn ta’ aġġustament li jżid id-differenza bejn l-offerta tal-Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ bil-valur preżenti ta’ l-ammonti mħallsa sa l-2017.

(171)

Il-ħruġ ta’ bonds addizzjonali fl-ammont ta’ EUR 380 miljun taħt il-garanzija ta’ l-istat la kien imsemmi fl-ittra ta’ proċess u lanqas fl-abbozz tal-kuntratt ma’ GRAWE. Il- Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li tali arranġament kien ta’ importanza konsiderevoli fil-proċess tal-bejgħ u kellu jkun imsemmi fl-abbozz tal-kuntratt mal-Konsorzju. Barra minn hekk il-Konsorzju kkonferma li ma kkunsidrax il-ħruġ ta’ bonds addizzjonali ġodda fl-offerta tiegħu. Għalhekk il-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li l-vantaġġ mogħti lil GRAWE rigward il-vantaġġ ta’ finanzjament mill-ġdid li rriżulta mill-EUR 380 miljun addizzjonali jeħtieġ aġġustament li jżid id-differenza bejn l-offerta tal-Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ. Il-bażi tal-kalkolu hi r-rata ta’ interessi mħallsa mill-BB għall-bonds addizzjonali fl-ammont ta’ EUR 380 miljun ikkomparata ma’ l-ispejjeż biex il-BB ikun iffinanzjat mill-ġdid wara l-għeluq.

(172)

Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni li biha tista’ finalment teżamina jekk l-arranġament biex ikunu trasferiti erba’ mis-sussidjarji tal-proprjetà immobbli tal-BB lura lill-Provinċja tal-Burgenland qabel l-għeluq bil-valur tagħhom fil-kotba ta’ EUR 25 miljun jikkostitwixxix vantaġġ li jitlob aġġustament fid-differenza bejn l-offerta tal- Konsorzju u l-prezz attwali tal-bejgħ. Dan jista’ jkun il-każ jekk il-valur tas-suq tal-proprjetà kien inqas jew ogħla mill-valur tiegħu fil-kotba. L-Awstrija jeħtieġ li tipprovdi valutazzjoni minn espert indipendenti, appuntat minn korp indipendenti, tal-valur tas-suq ta’ l-erba’ sussidjarji tal-proprjetà immobbli tal-BB. Din il-valutazzjoni għandha tikkunsidra kirjiet li wieħed jista’ jirċievi fis-suq.

(173)

Il-Kummissjon hi ta’ l-opinjoni li, sakemm l-interessi fuq il-pagament bil-quddiem ta’ EUR 15-il miljun li dwaru kien hemm ftehim li jsir mill-Konsorzju f’kont fiduċarju ma’ l-Active Bank ibbażat fl-Ukrajna għall-perjodu bejn il-ġurnata ta’ l-iffirmar tal-kuntratt u l-għeluq hu akkreditat lill-Konsorzju, dan ma jeħtieġx xi aġġustament.

(174)

Dwar il-kwistjoni msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ dwar it-telf ta’ taxxa miġjub ’il quddiem, il-Kummissjoni eżaminat jekk tridx jittieħed kont tagħha għall-kwantifikazzjoni ta’ l-ammont ta’ l-għajnuna u tikkonkludi li dan mhux il-każ. Madanakollu, l-Kummissjoni hi ta’ l-opinjoni li l-benefiċċju potenzjali għal terzi persuni tat-telf ta’ taxxa miġjub ‘il quddiem għandu jkun ikkunsidrat f’kull evalwazzjoni tal-BB (the best owner approach).

VII.   KONKLUŻJONI

(175)

Il-Kummissjoni sabet li l-Awstrija illegalment implimentat l-għajnuna lil GRAWE b’relazzjoni mal-privatizzazzjoni tal-BB bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE. L-għajnuna hi inkompatibbli mas-suq komuni. It-total kollu ta’ l-għajnuna jrid jiġi ikkwantifikat mill-Awstrija fuq bażi tad-differenza bejn iż-żewġ offerti finali mitfugħa bħala parti mill-proċedura ta’ sejħa għall-offerti, aġġustati b’mod xieraq kif muri hawn fuq,

ADDOTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li illegalment ġiet mogħtija lill-Awstrija, bi ksur ta’ l-Artikolu 88(3) tat-Trattat tal-KE, li tiffavorixxi lil GRAWE hi inkompatibbli mas-suq komuni. L-għajnuna tikkorrispondi mad-differenza bejn iż-żewġ offerti finali mitfugħa bħala parti mill- proċedura ta’ sejħa għall-offerti, aġġustata b’mod xieraq skond il-parametri stabbiliti fil-paragrafi 167-174 ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

1.   L-Awstrija tista’ tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 mill-benefiċjarju.

2.   Is-somom li ser ikunu rkuprati jakkumulaw interessi mid-data li ġew impoġġija għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sakemm jiġu fil-fatt irkuprati.

3.   L-interessi jiġu kkalkulati b’mod kompost skond ir-Regolament (KE) Nru. 794/2004.

Artikolu 3

1.   L-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Arikolu 1 ser ikun immedjat u effettiv.

2.   L-Awstrija għandha tassigura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifikazzjoni tagħha.

Artikolu 4

1.   Fi żmien xahrejn min-notifikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, l-Awstrija għandha tissottometti lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ammont totali (prinċipal u interess ta’ rkupru) li ser ikun irkuprat mill-benefiċjarju, stabbilit skond il-parametri ta’ din id-Deċiżjoni, flimkien ma’spjegazzjoni dettaljata tal-metodu użat biex ikun ikkalkulat dan l-ammont u l-evalwazzjoni tal-proprjeta’ minn espert indipendenti;

(b)

deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda u li huma ppjanati li jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni;

(ċ)

dokumenti li juri li l-benefiċjarju ġie ordnat li jħallas lura l-għajnuna.

2.   L-Awstrija għandha żżomm lill-Kummisjoni infurmata bil-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni sakemm l-irkupru ta’ l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 ikun kompletat. Għanda tissottometti immedjatament, fuq talba tal-Kummissjoni, informazzjoni fuq il-miżuri li diġà ttieħdu u fuq dawk ippjanati biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni. Għandha ukoll tipprovdi informazzjoni dettaljata fuq l-ammonti ta’ għajnuna u interess irkuprat diġà rkuprati mill-benefiċjarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU C 28, 8.2.2007, p. 8.

(2)  Ara aktar ’il quddiem għal deskrizzjoni ddettaljata.

(3)  Ara n-nota nru 1 tal-qiegħ.

(4)  Ara l-stqarrija għall-istampa Nru 7/2008 tat-22 ta’ Frar 2008 tal-Qorti Amministrattiva ta’ Frankfurt am Main, ipprovduta mill-Awstrija (www.vg-frankfurt.justiz.hessen.de).

(*)  Sigriet tal-kummerċ.

(5)  Telf mmexxi ’l quddiem fil-31 ta’ Diċembru 2004.

(6)  Ir-rata tat-taxxa tal-kumpaniji fl-Awstrija hi ta’ 25 %.

(7)  Erba’ kumpaniji tal-proprjetà immobbli b’valur nominali ta’ EUR […] miljuni ġew trasferiti direttament lil-Land qabel l-għeluq bi prezz ta’ EUR […] miljun.

(8)  Fil-laqgħa tal-membri ta’ Marzu ta’ l-2005 ġie deċiż li jiġu amalgamati l-ishma free float u li jiġu kkumpensati l-membri free float li bejniethom għandhom 6.79 % ta’ l-ishma.

(9)  L-Ausfallhaftung (deficiency liability) hi miżura ta’ garanzija għall-istituzzjonijiet pubbliċi ta’ kreditu li, f’April ta’ l-2003, kienet tkopri madwar 27 bank ta’ tifdil u seba’ Landeshypothekenbanken (banek pubbliċi ta’ self għall-xiri ta’ proprjetà). Tagħti lok għall-obbligazzjoni ta’ garanzija fejn, f’każ ta’ falliment jew likwidazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu, il-garanti (l-Istat, il-pronvinċja jew il-muniċipalità) hu obbligat li jintervjeni. Il-kredituri tal-bank għandhom azzjonijiet diretti kontra l-garanti, li iżda, madanakollu, hu obbligat li jaġixxi biss jekk l-assi tal-bank mhumiex biżżejjed biex jissodisfaw il-kredituri. Ausfallhaftung mhix limitata la biż-żmien u lanqas b’xi ammont. Il-BB ma jagħti l-ebda kunsiderazzjoni tal-garanzija.

(10)  ĠU C 175, 24.7.2003, p. 8. L-Awstrija aċċettat il-miżuri approprjati ssuġġeriti fid-Deċiżjoni b’ittra datata 15 ta’ Mejju 2003, irreġistrata bħala rċevuta fil-21 ta’ Mejju 2003.

(11)  Skond is-Sezzjoni 4, paragrafu 7 tal-Liġi dwar il-bank ta’ self pubbliku Burgenland, il-perjodu transitorju għad-djun koperti mill-Ausfallhaftung ma jibqax jeżisti għad-djun ġodda kollha jekk il-Bank Burgenland (jew il-biċċa l-kbira ta’ l-ishma tiegħu) jinbiegħ qabel tmiem il-perjodu transitorju miftiehem mal-Kummissjoni.

(12)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/691/KE dwar l-għajnuna mill-Istat K 44/03 (ex NN 158/01) li l-Awstrija qed tippjana li timplimenta għall-Bank Burgenland AG (ĠU L 263, 8.10.2005, p. 8).

(13)  Il-ftehim ta’ garanzija hu dwar l-obbligi ta’ self tal-kumpless HOWE. Il-profitti anwali ta’ operat ta’ BB’s jintużaw biex ikopru l-ammont tal-garanzija. Għalhekk, l-ammont tal-garanzija jitnaqqas bl-ammont tal-profitti annwali tal-BB fejn dawn mhumiex meħtieġa biex jitqassmu dividends ta’ preferenza. Il-BB ikun jista’ jirrikorri għall-garanzija pprovduta mill-Pronvinċja ta’ Burgenland mill-inqas meta jingħalqu l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2010.

(14)  Iċ-ċediment tad-drittijiet sar bi bdil mal-klawsola better-fortune tal-BB liema klawsola tirreferi ukoll għall-interessi u li tipprovdi għall-pagament ta’ l-ammont kollu tat-talba tal-Bank Awstrija, flimkien ma’ l-interessi, f’seba’ pagamenti li jibdew mit-30 ta’ Ġunju 2004. Minn dik id-data, il-BB kellu għalhekk iħallas id-drittijiet flimkien ma’ l-interessi akkumulati sa dik id-data. Ir-redenzjoni tal-klawsola better-fortune hi bbażata fuq il-profitti annwali tal-BB.

(15)  Fil-każ li BB ma tkunx tista’ tissodisfa l-obbligu tagħha tal-better-fortune, il-Provinċja tal-Burgenland assumiet guaranzija ta’ defiċjenza irrevokabbli lejn il-Bank Awstrija AG li hi effettiva għal kull sena fil-perjodu 2004-2010 u a bażi ta’ liema il-Provinċja tal-Burgenland għandha tkopri kull nuqqas ta’ pagament lill- Bank Awstrija AG. Taħt dan il-ftehim, kemm il-BB kif ukoll il-Provinċja tal-Burgenland huma ħielsa li jissodisfaw l-obbligu tal-better-fortune lejn il-Bank Awstrija AG qaebl iż-żmien stabbilit.

(16)  Ir-raba’ persuna għamlet offerta indikattiva ta’ EUR 115.5 miljun, madankollu barra ż-żmien u mhux kompleta. L-offerta għalhekk ma kinitx ikkusidrata aktar.

(17)  Kummissjoni Ewropea, t-XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni ta’ l-1993, paragrafu 402 et seq.

(18)  F’dan il-kuntest m’hemmx bżonn li wieħed jiddiskuti l-informazzjoni fattwali pprovduta mill-kwerelant.

(19)  ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1.

(20)  Kif intqal qabel, skond il-ftehim emendat tal- garanzija ta’ l-20 ta’ Ġunju 2000 il-Provinċja tal-Burgenland kellha d-dritt li tagħmel il-pagament tal-garanzija miftuħa lill-BB b’mod sħiħ jew parzjali minn meta jingħalqu l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja ta’ l-2010.

(21)  Madanakollu, il-garanzija fl-abbozz tal-kuntratt mal-Konsorzju ma kienetx tinkludi garanzija li l-kuntratt tal-bejgħ innifsu kien ħieles minn xi għajnuna.

(22)  L-HSBC ikkunsidrat biss it-telf ta’ taxxa miġjub ’il quddiem li l-BB seta’ fil-fatt juża fuq il-bażi tal-kummerċ tiegħu. F’dan ir-rigward, l-HSBC assuma li l-grad tajjeb ta’ l-akkwirent kien bejn wieħed u ieħor japplika awtomatikament għall-BB (hekk imsejjaħ “trasferiment tar-reputazzjoni tajba ta’ kreditu” – “Bonitätstransfer”). Totalment, l-HSBC ivvaluta l-BB billi uża tlett xenarji, inkluż xenarju bbażat fuq il-proprjetà kontinwa tal-BB mill-Provinċja tal-Burgenland, mingħajr ma ssir l-ebda privatizzazzjoni, u xenarju bbażat fuq proprjetarju futur mingħajr reputazzjoni/grad tajjeb ta’ kreditu (bħall-Konsorzju).

(23)  Ġie kkunsidrat telf ta’ taxxa miġjub ’il quddiem ta’ EUR 5.6 miljun.

(24)  Deċiżjoni tal-Qorti Suprema Awstrijaka ta’ l-4 ta’ April 2006, 1 Ob251/05a, ipprovduta ukoll minn GRAWE, fejn ġie ddikjarat li l-Ausfallhaftung kienet konnessa b’mod inseparabbli mar-rwol tal-Provinċja tal-Burgenland bħala membru.

(25)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 1999 dwar għajnuna li ngħatat minn Franza lil Stardust Marine (ĠU L 206, 15.8.2000, p. 6), paragrafu 82; Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ April 2000 dwar l-għajnuna mogħtija mill-Italja lil Centrale del Latte di Roma (ĠU L 265, 19.10.2000, p. 15), paragrafu 91.

(26)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ Jannar 2003 fil-Każ C-334/99 Gröditzer Stahlwerke [2003] ECR I-1139, paragrafu 136 et seq.

(27)  L-FMA kienet indirizzata mill-Konsorzju permezz ta’ ittra datata 6 ta’ Diċembru 2005 u minn GRAWE b’ittra datata 10 ta’ Jannar 2006. Iż-żewġ partijiet kienu sussegwentament infurmati mill-FMA li ma setgħetx tikkunsidra l-ittri tagħhom f’dak iż-żmien.

(28)  L-Awstrija u GRAWE għamlu enfasi partikulari fuq dan il-punt, waqt li rreferew għas-sejbiet simili mill-Qorti Reġjonali ta’ Eisenstadt.

(29)  Konsiderazzjonijiet irrelatati mal-libertà ta’ stabbiliment, imsemmija mill-Awstrija, m’hemmx għalfejn jiġu indirizzati fil-kuntest tal-proċedura ta’ l-għajnuna mill-Istat. Ara l-paragrafu 314 tad-Deċiżjoni tal-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza tat-12 ta’ Frar 2008 fil-Każ T-289/03 BUPA, li għadu mhux irrappurtat, u li jinsab fuq www.curia.europa.eu.

(30)  Ara, per eżempju, d-Deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali ta’ Eisenstadt, 27 Cg 90/06 p. 40 ta’ l-20 ta’ Mejju 2006, speċjalment p. 28 u d-Deċiżjoni tal-Qorti Reġjonali Ogħla ta’ Vjenna, 2 R 150/06b, tal-5 ta’ Frar 2007, speċjalment p. 15, it-tnejn li huma jagħmluha ċara li mhux neċessarju tadotta pożizzjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat.

(31)  Ara Kummissjoni Ewropea, XXIII Rapport dwar il-Politika tal-Kompetizzjoni 1993, paragrafu 402 et seq.; ara ukoll paragrafu 61 et seq. tad-deċiżjoni tal-ftuħ.

(32)  Ara ukoll ir-Rapport dwar il-Kompetizzjoni, paragrafu 402 et seq.

(33)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/513/KE tat-8 ta’ Setembru 1999 dwar għajnuna mogħtija minn Franza lil Stardust Marine (ĠU L 206, 15.8.2000, p. 6), paragrafu 7. L-annullament sussegwenti ta’ din id-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja ma tirreferix għal dan il-punt.

(34)  ĠU C 209, 10.7.1997, p. 3.

(35)  Ara Sezzjoni II 1.(c) tal-Komunikazzjoni.

(36)  Dan japplika b’mod speċjali għall-valutazzjoni ta’ l-HSBC fir-rakkomandazzjoni lill-Provinċja tal- Burgenland, l-evalwazzjoni tal-valur tal-BB waħdu minn gmc-unitreu fil-kuntest tar-ristrutturazzjoni tal-BB qabel xi tentattiv ta’ privatizzazzjoni, u l-valutazzjoni stand-alone tal-BB mill-Konsorzju (li m’hi ta’ l-ebda konsegwenza minħabba li l-Konsorzju hu ħieles li jikkunsidra l-valur ta’ iktar fatturi, speċifiċi għall-Konsorzju waħdu).

(37)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/628/KE tal-11 ta’ April 2000 dwar l-għajnuna mogħtija lill-Italja għaċ-Centrale del Latte di Roma (ĠU L 265, 19.10.2000, p. 15), paragrafu 82.

(38)  Ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ġunju 2007 fil-Każ C50/2006 BAWAG (ĠU L 83, 26.3.2008, p. 7), paragrafu 125.

(39)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 1999 dwar għajnuna mogħtija minn Franza lil Stardust Marine (ĠU L 206, 15.8.2000, p. 6) paragrafu 78.

(40)  L-Awstrija tuża t-terminu “sigurtà tat-transazzjoni” biex tispjega ukoll li eżaminazzjoni fit-tul mill-FMA kellha tkun evitata minħabba li inċertezza għal tul ta’ żmien kienet ser tqiegħed f’riskju l-vijabilità tal-BB.

(41)  Iż-żewġ sitwazzjonijiet huma koperti mis-Sezzjoni 20 ta’ l-Att Bankarju jew partijiet minnha.

(42)  Il-Kummissjoni tirrimarka li l-istqarrija għall-istampa pprovduta mill-Awstrija biex tinforza din l-informazzjoni ma ssemmix l-identità tal-grupp Ukrajn. Setgħet fil-fatt kienet kompletament differenti mill-Konsorzju.

(43)  Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każijiet Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja v Kummissjoni (Hytasa) [1994] ECR I-4103, paragrafu 22.

(44)  Ara fil-Każ C-334/99 Gröditzer Stahlwerke, paragrafu 134 et seq.

(45)  ĠU C 175, 24.7.2003, p. 8; għad-dettalji, ara fuq.

(46)  Ara, per eżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Każ C-334/99 Gröditzer Stahlwerke, paragrafu 134.

(47)  Ara, per eżempju, fil-Każ C-334/99 Gröditzer Stahlwerke, paragrafu 138.

(48)  Wieħed jista’ ukoll jirreferi għas-sentenza tal-Qorti ta’ l-Ewwel Istanza fil-Każ T-11/95 BP Chemicals [1998] ECR II-3235, paragrafi 170-171, 179-180 u 198. Skond din id-deċiżjoni, jekk l-Istat jagħti għajnuna u jintervjeni ftit wara fil-kumpanija waqt li jgħid li t-tieni intervent jikkonforma mal-prinċipju ta’ l-investitur ta’ l-ekonomija tas-suq (MEIP), il-Kummissjoni xorta għandha teżamina t-tieni intervent fid-dawl ta’ l-MEIP, waqt li jittieħed kont ta’ l-effetti ta’ l-ewwel miżura ta’ l-għajnuna. Jekk l-għajnuna jista’ jkollha reperkussjonijiet fuq interventi sussegwenti ta’ l-Istat, hu ukoll koerenti li wieħed jassumi li l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat tista’ tinfluwenza l-azzjoni tal-Provinċja tal-Burgenland meta tbiegħ lill-BB.

(49)  Sa fejn il-prezzijiet għandhom bżonn jiġu aġġustati biex ikunu komparabbli hu diskuss fis-sezzjoni VI.5.

(50)  Il-Qorti Reġjonali ta’ Eisenstadt, 20 ta’ Mejju 2006, 27 Cg 90/06 p – 40.

(51)  L-Awstrija ukoll ilmentat li fil-każ tal-Craiova l-Kummissjoni ma tatx każ is-sejħa għall-offerti u użat il-valur nett ta’ l-assi, minħabba li kien hemm kondizzjonijiet marbuta mas-sejħa għall-offerti. Argumentat illi, b’mod simili, il- Kummissjoni għandha ukoll taċċetta valutazzjoni esperta f’dan il-każ. F’dan ir-rigward hu kkunsidrat li ż-żewġ każijiet mhumiex komparabbli billi fil-Craiova l-kondizzjonijiet kienu tali li s-sejħiet għall-offerti (b’offerta waħda biss) ma setgħux jintużaw aktar biex ikun determinat il-prezz tas-suq, waqt li f’dan il-każ kien hemm żewġ offerti kompetittivi li jirriflettu tajjeb il-prezz tas-suq.

(52)  Ara ukoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 1999 dwar għajnuna mogħtija minn Franza lil Stardust Marine (ĠU L 206, 15.8.2000, paragrafu 82), fejn ittieħdet deċiżjoni simili. Din il-kwistjoni partikulari ma ġietx imsemmija fl-annullament sussegwenti tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.

(53)  Anke fil-każ BAWAG, fejn il-bank kien konfrontat b’“bank run” wara frodi fl-immaniġġjar tiegħu, l-irtirar tad-depożiti kien limitat għall-20-30 %.

(54)  It-tbassir tal-likwidità hu ta’ EUR 300 miljun għall-akkwist ta’ ishma/titoli ġodda u linji inter-bankarji.

(55)  F’sitwazzjoni fejn il-likwidità trid tkun iġġenerata l-BB ibigħ l-ishma u titoli oħra negozzjabbli, li jistgħu faċilment jinbiegħu mingħajr telf, biex jiġġeneraw likwidità gratwita.

(56)  L-effett tat-tħassir ta’ swaps with mutual put agreement fuq il-likwidità hu preżunt li hu negattiv u fl-ammont tal-valur nominali tas-swaps.

(57)  Evalwazzjoni tal-mod xjentifiku bbażat fuq il-finanzi, l-mod orjentat lejn is-suq kapitali, ta’ l-HSBC.

(58)  Ara l-paragrafu 80 tad-deċiżjoni tar-ristrutturazzjoni.


Corrigendum

6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/55


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 116/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 35, tad-9 ta' Frar 2008 )

F’paġna 54, taħt I.9B.004:

għal:

“oġġetti speċifikati f’9A005, I.9A.002”

aqra:

“oġġetti speċifikati f’I.9A.002”.


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/56


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 117/2008 tat-28 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea L 35, tad-9 ta' Frar 2008 )

F’paġna 121, taħt I.9B.004:

flok:

“oġġetti speċifikati f’9A005, I.9A.002”

aqra:

“oġġetti speċifikati f’I.9A.002”.


6.9.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 239/s3


NOTA LILL-QARREJ

L-istituzzjonijiet iddeċidew li ma jikkwotawx aktar fit-testi tagħhom l-aħħar emenda ta' l-atti kkwotati.

Sakemm mhux indikat mod ieħor, l-atti mmsemija fit-testi ppubblikati hawn jirreferu għall-atti li bħalissa huma fis-seħħ.