ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
15 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 812/2008 tal-11 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, fir-Russja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 813/2008 tal-11 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 814/2008 ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 815/2008 ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008 dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 816/2008 ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 817/2008 ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008 li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2008

16

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/670/ĠAI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE dwar l-istabbiliment ta’ regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-baġit tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta’ kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-installazzjoni u l-ħidma ta’ l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, Sisnet

19

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/671/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Awwissu 2008 dwar l-użu armonizzat ta’ l-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875–5905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4145)  ( 1 )

24

 

 

2008/672/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Awwissu 2008 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4269)  ( 1 )

27

 

 

2008/673/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/928/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4311)  ( 1 )

29

 

 

2008/674/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2007/683/KE li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku fil-ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni ta’ l-Ungerija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4321)

30

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/675/ĠAI ta’ l-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda

32

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999 ( ĠU L 148, 6.6.2008 )

35

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 812/2008

tal-11 ta’ Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 954/2006 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, fir-Russja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ l-dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 954/2006 tas-27 ta’ Ġunju 2006 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew ta’ l-azzar (PTMS) li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (2),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA

1.   Il-miżuri attwali

(1)

Wara investigazzjoni (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill permezz tar-Regolament (KE) Nru 954/2006, impona dazju definittiv antidumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew ta’ l-azzar (PTMS) li joriġinaw, inter alia, fir-Russja.

2.   Il-monitoraġġ speċjali

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 u wara li diġà kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv, il-Kummissjoni mmonitorjat b’attenzjoni speċjali l-evoluzzjoni ta’ l-importazzjonijiet tal-PTMS mill-pajjiżi kollha kkonċernati mill-miżuri. Il-monitoraġġ wera li l-esportazzjonijiet tal-grupp Russu tal-grupp esportaturi OAO TMK (OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant, OAO Seversky Tube Works u l-kumpaniji relatati tagħhom) (minn issa ‘l quddiem “TMK”, “il-kumpanija” jew “il-grupp”) lejn il-Komunità matul l-ewwel sitt xhur wara l-impożizzjoni tal-miżuri naqsu drammatikament. Indika wkoll li l-livell ta’ dazju fir-rigward ta’ TMK għandu jiġi analizzat mill-ġdid. Fil-fatt, l-ispiża u l-informazzjoni tal-prezz mogħtija minn TMK fil-kwestjonarju tal-monitoraġġ indikaw li l-marġini tad-dumping tal-grupp għandu jkun iktar baxx mill-35,8 % li hemm bħalissa.

3.   Il-bidu ta’ reviżjoni interim

(3)

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, ingħatat bidu reviżjoni parzjali interim tar-Regolament ta’ hawn fuq għal TMK, fuq il-bażi ta’ evidenza li waslet għand il-Kummissjoni mingħand l-esportatur. Il-kumpanija ddikjarat li ċ-ċirkostanzi li wasslu għat-twaqqif tal-miżuri fis-seħħ, inbidlu u li dawn il-bidliet kienu ta’ natura dejjiema. Qiegħed jitfakkar li l-grupp TMK ma kkooperax bis-sħiħ fl-investigazzjoni oriġinali u għalhekk il-marġini tad-dumping ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, jiġifieri l-valur normali ta’ grupp produttur ieħor Russu li kkoopera ma’ l-investigazzjoni u d-data ta’ l-Eurostat. Skond TMK, il-grupp kien naqas milli jikkoopera matul l-investigazzjoni oriġinali fil-biċċa l-kbira minħabba l-bidliet interni sinifikanti li kienu diġà bdew iseħħu fi ħdan il-grupp matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, li kellhom impatt fuq il-governanza korporattiva tal-grupp, kif ukoll fuq il-prassi tiegħu ta’ kontabilità u verifika finanzjarja, TMK ma setax jipprovdi evidenza xierqa tal-prezzijiet u l-ispejjeż tiegħu matul l-investigazzjoni oriġinali. Skond il-kumpanija, il-bidliet fl-organizzazzjoni tagħha minn mindu saret l-investigazzjoni oriġinali rriżultaw fi struttura korporattiva aktar sempliċi, governanza korporattiva mtejba kif ukoll inqalbet għall-kontabilità IFRS, li għandha tippermettilha li tikkoopera. Hija pprovdiet ukoll evidenza prima facie sabiex turi li t-tqabbil tal-valur normali bbażat fuq il-prezzijiet jew l-ispejjeż domestiċi u l-prezzijiet ta’ esportazzjoni tagħha stess lejn il-Komunità għandu jwassal għal tnaqqis ta’ dumping ‘l isfel sew mil-livell tal-miżura attwali. Għalhekk, hija ddikjarat li l-impożizzjoni ssuktata tal-miżura fil-livelli attwali, li kienet ibbażata fuq il-livell ta’ dumping stabbilit qabel, ma kenitx meħtieġa aktar biex tagħmel tajjeb għad-dumping.

(4)

Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed evidenza biex tingħata bidu reviżjoni parzjali interim, il-Kummissjoni ddeċidiet fuq inizjattiva tagħha nnfisha li tagħti bidu għal reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, li tkun limitata fl-ambitu għal-livell ta’ dumping sal-punt li fih huma kkonċernati l-produtturi/membri ta’ esportazzjoni tal-grupp TMK. Il-Kummissjoni ppubblikat avviż ta’ inizjazzjoni fit-22 ta’ Ġunju 2007 fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (3) u tat bidu għal investigazzjoni.

(5)

Il-Kummissjoni avżat b’mod uffiċjali, lil TMK u lill-kumpaniji relatati tiegħu, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur, bl-inizjazzjoni tar-reviżjoni interim. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta.

(6)

Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil TMK u lill-kumpaniji relatati tiegħu u rċeviet tweġibiet fiż-żmien ta’ skadenza stabbilit għal dak il-għan. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għad-determinazzjoni ta’ dumping u għamlet żjarat ta’ verifika fuq il-post tal-kumpaniji li ġejjin:

OAO Volzhsky Pipe Plant, ir-Russja

OAO Taganrog Metallurgical Works, ir-Russja

OAO Sinarsky Pipe Plant, ir-Russja

OAO Seversky Tube Works, ir-Russja

ZAO TMK Trade House, ir-Russja

TMK Europe GmbH, il-Ġermanja

TMK Global AG, L-Iżvizzera

TMK Italia s.r.l., l-Italja

4.   Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni

(7)

L-investigazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ April 2006 u l-31 ta’ Marzu 2007 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni” jew “il-PIR”).

B.   INVESTIGAZZJONI TAR-REVIŻJONI

1.   Il-prodott ikkonċernat

(8)

Il-prodott ikkonċernat mir-reviżjoni attwali huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew ta’ l-azzar bi profil trasversali ċirkulari, ta’ dijametru estern li ma jaqbiżx 406,4 mm b’Valur Ekwivalenti tal-Karbonju (VEK) li ma jaqbiżx 0,86 skond il-formola ta’ l-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW) u analiżi kimika (4) li joriġinaw fir-Russja (“il-prodott ikkonċernat”), attwalment klassifikabbli fil-kodiċi tan-NM ex 7304 11 00, ex 7304 19 10, ex 7304 19 30, ex 7304 22 00, ex 7304 23 00, ex 7304 24 00, ex 7304 29 10, ex 7304 29 30, ex 7304 31 80, ex 7304 39 58, ex 7304 39 92, ex 7304 39 93, ex 7304 51 89, ex 7304 59 92 u ex 7304 59 93 (5).

2.   Il-prodott simili

(9)

Il-prodott li huwa prodott u mibjugħ fis-suq domestiku Russu u dak esportat lejn il-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi u għalhekk meqjusa li huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   IR-RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI

1.   Il-valur normali

(10)

Il-bejgħ fis-suq domestiku jsir permezz tal-kumpanija relatata, ZAO TMK Trade House, li mbagħad tbigħ mill-ġdid il-prodott ikkonċernat lil klijenti indipendenti fir-Russja.

(11)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, l-ewwel ġie eżaminat, fir-rigward ta’ l-erba’ produtturi esportaturi li kkooperaw tal-grupp, jekk il-bejgħ domestiku tagħhom tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti kienx rappreżentattiv, jiġifieri jekk il-volum totali ta’ bejgħ ta’ din ix-xorta kienx daqs jew akbar minn 5 % tal-volum totali tal-bejgħ korrispondenti ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. Il-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili nstab li kien rappreżentattiv. Is-servizzi tal-Kummissjoni sussegwentement identifikaw dawk it-tipi tal-prodott simili mibjugħa fis-suq domestiku li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi esportati lejn il-Komunità.

(12)

Għal kull tip mibjugħ mill-produtturi esportaturi fis-suq domestiku tagħhom u li nstab li kien direttament komparabbli mat-tip tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità, kien stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-finijiet ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott partikolari tqies li kien rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ dan it-tip matul il-PI rrappreżenta 5 % jew iżjed tal-volum totali ta’ bejgħ tat-tip komparabbli tal-prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità.

(13)

Sussegwentement, kien eżaminat jekk kull tip ta’ prodott ikkonċernat mibjugħ domestikament fi kwantitajiet rappreżentattivi jistax jitqies bħala li qed jinbiegħ waqt l-andament normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta’ bejgħ profitabbli lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku tat-tip ta’ prodott ikkonċernat.

(14)

F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott relevanti, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett daqs l-ispiża kkalkolata tal-produzzjoni jew aktar minnha, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip u fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat kien daqs jew ogħla min-nefqa tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, ikkalkolat bħala medja bil-piż differenzjat tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu li sar matul il-PI, irrispettivament minn jekk dan il-bejgħ kienx profitabbli jew le. F’każijiet fejn il-volum tal-bejgħ profitabbli ta’ tip ta’ prodott irrappreżenta 80 % jew inqas tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip jew fejn il-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ dak it-tip kien iktar baxx mill-ispiża tal-produzzjoni, il-valur normali ġie bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, ikkalkolat bħala medja bil-piż differenzjat tal-bejgħ profitabbli ta’ dak it-tip biss, bil-kondizzjoni li dak il-bejgħ kien jirrappreżenta 10 % jew aktar tal-volum totali ta’ bejgħ ta’ dak it-tip. Fil-każijiet fejn il-volum ta’ bejgħ profitabbli ta’ kwanlunkwe tip ta’ prodott kien jirrappreżenta inqas minn 10 % tal-volum totali ta’ bejgħ, tqies li dan it-tip partikolari inbiegħ fi kwantitajiet mhux suffiċjenti għall-prezz domestiku sabiex jagħti bażi xierqa għat-twaqqif tal-valur normali.

(15)

Kulfejn il-prezzijiet domestiċi ta’ tip ta’ prodott partikolari mibjugħ minn produttur esportatur ma setgħux jintużaw sabiex jiġi stabbilit il-valur normali, kellu jiġi applikat metodu ieħor. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni użat il-valur normali kompost. Skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, il-valur normali nħadem billi saret żieda għall-ispejjeż tal-manifattura tal-produttur esportatur tat-tipi esportati, aġġustata fejn meħtieġ, ta’ perċentwali raġonevoli għall-ispejjeż tal-bejgħ, ġenerali u amministrattiv (“SG&A”) u marġini raġonevoli ta’ profitt. Skond l-Artikolu 2(6) tar-Regolament bażiku, il-perċentwali għas-SG&A u l-marġini ta’ profitt kienu bbażati fuq il-medja ta’ l-SG&A u l-marġini ta’ profitt tal-bejgħ fl-andament normali tal-kummerċ tal-prodott simili.

(16)

Fir-rigward ta’ l-ispejjeż tal-manifattura, u b’mod partikolari l-ispejjeż ta’ l-enerġija, f’dak li għandu x’jaqsam mal-gass, ġie eżaminat jekk il-prezzijiet tal-gass imħallsa mill-produtturi esportaturi kinux jirriflettu l-ispejjeż assoċjati mal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-gass.

(17)

Instab li l-prezz domestiku tal-gass li tħallas mill-produtturi esportaturi kien madwar kwart tal-prezz esportat tal-gass naturali mir-Russja. F’dan ir-rigward, id-data kollha disponibbli tindika li l-prezzijiet domestiċi tal-gass fir-Russja kienu prezzijiet regolati, li huma ferm inqas mill-prezzijiet tas-suq imħallsa fis-swieq gћall-gass naturali li mhumiex regolati. Għalhekk, minħabba li l-ispejjeż ma kinux riflessi b’mod raġjonevoli fir-reġistri tal-produtturi esportaturi kif previst fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, kellhom jiġu aġġustati skond dan. Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe prezz biżżejjed rappreżentattiv, mhux distort tal-gass relatat mas-suq domestiku Russu, tqies li jkun xieraq li l-aġġustament jiġi bbażat skond l-Artikolu 2(5), fuq il-bażi ta’ informazzjoni minn swieq oħra rappreżentattivi. Il-prezz aġġustat ġie bbażat fuq il-prezz medju tal-gass Russu meta mibjugħ għall-esportazzjoni fil-fruntiera Ġermaniża/Ċeka (Waidhaus), aġġustat għall-ispejjeż ta’ distribuzzjoni lokali. Waidhaus, billi huwa ċentru ewlieni għall-bejgħ tal-gass Russu lill-UE, li hija kemm l-akbar suq għall-gass Russu kif ukoll għandha prezzijiet li jirriflettu b’mod raġjonevoli l-ispejjeż, jista’ jitqies bħala suq rappreżentattiv fis-sens ta’ l-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku.

(18)

Għal dawn it-tipi ta’ prodott fejn il-valur normali nbena, kif deskritt hawn fuq, il-kompożizzjoni saret fuq il-bażi ta’ l-ispejjeż tal-manifattura tat-tipi esportati wara l-aġġustament għall-ispiża tal-gass.

2.   Il-prezz ta’ l-esportazzjoni

(19)

Il-bejgħ kollu ta’ l-esportazzjoni ta’ TMK sar permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu jew fil-Komunità inkella fl-Iżvizzera. Għalhekk, il-prezz ta’ l-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi ta’ l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, jiġifieri billi ntużaw il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid li jkunu effettivament tħallsu jew li għandhom jitħallsu lill-kumpanija relatata mill-ewwel xerrej indipendenti fil-Komunità waqt il-PIR, u ġew aġġustati għall-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid u għall-profitti.

(20)

F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni li qed jintalbu lill-klijenti fil-Komunità mill-kumpanija relatata fl-Iżvizzera, TMK Global AG, il-grupp TMK ddikjara li għandu jkun superfluwu li jitnaqqas mill-prezz ta’ l-esportazzjoni l-profitt, l-SG&A u l-kummissjonijiet jew il-miżati ta’ l-aġenziji, minħabba li l-kumpanija TMK Global taġixxi bħala dipartiment tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni kompletament integrat ‘il barra mill-Komunità. Skond TMK deduzzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu meħtieġa biss għal kumpaniji li jinsabu fil-Komunità u li jiffurmaw parti min-netwerk ta’ importazzjoni tal-grupp, kif previst fl-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(21)

Id-dikjarazzjoni ta’ hawn fuq intlaqgħet, minħabba li nstab li r-rwol ta’ TMK Global wara l-bidliet organizzazzjonali fi ħdan il-grupp evolva għal wieħed ta’ dipartiment ta’ l-esportazzjoni responsabbli għal esportazzjonijiet ‘il barra mill-Komunità kif ukoll mill-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità, minkejja li dawn niżlu għal volumi baxxi qabel u matul il-PIR. Fil-fatt, TMK Global jaġixxi bħala “ċentru tal-bejgħ”, li jissimplifika l-proċessi ta’ xiri u doukmentazzjoni għall-uffiċji ewlenin li jinsabu direttament fis-swieq ewlenin, jiġifieri TMK North America u TMK Middle-East. Huwa jwettaq ukoll funzjonijiet oħra ta’ dipartiment ta’ l-esportazzjoni fir-rigward tal-bejgħ ta’ esportazzjoni lejn is-swieq ewlenin tiegħu, kif ukoll lejn il-Komunità, bħalma hija l-ġestjoni tal-kontabilità u l-infurzar ta’ l-istandards ta’ l-intraċċar tal-prodotti. Fl-imgħoddi, dawn il-funzjonijiet kienu jitwettqu mid-dipartimenti lokali ta’ esportazzjoni ta’ kull fabbrika, iżda issa qed jitwettqu minn TMK Global bl-għan ta’ ċentralizzazzjoni u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza.

3.   Il-paragun

(22)

Il-paragun bejn il-valur normali bil-piż differenzjat u l-prezz ta’ l-esportazzjoni bil-piż differenzjat sar fuq bażi ex fabbrika u fl-istess livell ta’ kummerċ. Sabiex jiġi żgurat paragun ġust, tqiesu, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi li ntwerew li jaffettwaw il-prezzijiet u l-kapaċità ta’ paragun tal-prezzijiet. Fuq il-bażi ta’ dan, saru konċessjonijiet għal differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi, l-ispejjeż tat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ispejjeż tat-tagħbija, l-ispejjeż ta’ kreditu u ġew stabbiliti dazji doganali fejn kienu applikabbli u ġustifikati.

4.   Il-marġini ta’ dumping

(23)

Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju bil-piż differenzjat skond it-tip tqabbel mal-prezz medju bil-piż differenzjat ta’ l-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat. Dan il-paragun wera l-eżistenza tad-dumping.

(24)

Il-marġini tad-dumping ta’ TMK espress bħala perċentwali tal-prezz nett, bla ħlas fil-fruntieri tal-Komunità, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ iktar minn 27,2 %.

D.   IN-NATURA DEJJIEMA TAĊ-ĊIRKUSTANZI MIBDULA

(25)

Skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat ukoll jekk kienx raġjonevoli li ċ-ċirkustanzi mibdula jitqisux bħala ta’ natura dejjiema.

(26)

F’dan ir-rigward qiegħed jitfakkar li TMK ma kkooperax bis-sħiħ b’mod xieraq matul l-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk il-marġini ta’ dumping, li jifforma l-bażi tad-dazju attwalment applikabbli ta’ 35,8 %, ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. F’dak li jirrigwarda l-fatti disponibbli, il-Kummissjoni użat il-valur normali stabbilit għall-grupp Russu ieħor ta’ produtturi, li kkoopera, u d-data ta’ l-Eurostat.

(27)

Il-kooperazzjoni insuffiċjenti li wasslet għall-użu tal-fatti disponibbli kienet ikkawżata fil-biċċa l-kbira minn bidliet interni sinifikanti li kienu diġà bdew iseħħu fi ħdan il-grupp matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali. Minħabba dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, li kellhom impatt fuq il-governanza korporattiva tal-grupp kif ukoll fuq il-prassi tiegħu ta’ kontabilità u verifika finanzjarja, TMK ma setax jipprovdi evidenza xierqa tal-prezzijiet u l-ispejjeż tiegħu matul l-investigazzjoni oriġinali.

(28)

Fl-investigazzjoni attwali TMK kkoopera bis-sħiħ. Fil-fatt, b’kuntrast ma’ l-investigazzjoni oriġinali, meta l-grupp kien għadu fi stat ta’ instabilità, id-data mogħtija fit-tweġibiet tal-kwestjonarju fl-investigazzjoni attwali setgħu jiġu vverifikati b’mod sodisfaċenti. Għalhekk, minħabba li l-grupp ipprovda data attendibbli fir-rigward tal-valur normali u l-prezz ta’ l-esportazzjoni, il-marġini tad-dumping seta’ jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-data tiegħu stess.

(29)

Evidenza li nkisbet matul l-investigazzjoni wriet li l-bidliet fl-istruttura korporattiva ta’ TMK u fil-prassi tal-kontabilità, li ppermettew lill-grupp jikkoopera ma’ l-investigazzjoni attwali, għandhom jitqiesu bħala dejjiema bil-kondizzjoni li jirreferu għall-istruttura li tifrex fuq medda twila ta’ żmien tal-grupp.

(30)

Għalhekk qed jitqies li ċ-ċirkostanzi li wasslu biex tingħata bidu din ir-reviżjoni probabbli mhumiex se jinbidlu fil-futur qrib b’mod li jaffetwaw is-sejbiet tar-reviżjoni attwali. Għalhekk il-bidliet qed jitqiesu li huma ta’ natura dejjiema.

E.   IL-MIŻURI ANTIDUMPING

(31)

Fid-dawl tar-riżultati ta’ l-investigazzjoni, jitqies xieraq li d-dazju antidumping applikabbli fuq l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn TMK jiġi emendat għal 27,2 %. Id-dazju emendat għandu jiġi stipulat fil-livell tal-marġini misjub tad-dumping, minħabba li huwa inqas mill-marġini ta’ ħsara stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

(32)

Il-partijiet interessati kienu infurmati bil-fatti essenzjali u bil-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kienet maħsuba li tiġi rrakkomandata emenda tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw.

F.   L-IMPENN

(33)

Wara li saru magħrufa l-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tiġi rrakkomandata emenda tad-dazju definittiv antidumping applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat minn TMK, il-grupp offra impenn ta’ prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-impenn offrut minn TMK ma biddilx il-konklużjoni inizjali tal-Kummissjoni li l-prodott ikkonċernat mhuwiex adattat għal impenn kif stipulat fil-premessi (248)–(250) tar-Regolament (KE) Nru 954/2006. Fil-fatt, il-Kummissjoni tqis li l-impenn attwali ta’ TMK ma jindirizzax id-diffikultajiet tekniċi relatati mal-prodott ikkonċernat kif iddikjarat fil-premessa (248) tar-Regolament imsemmi hawn fuq b’mod li jagħmel l-impenn offrut tal-prezz prattikabbli,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa miżjud mat-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 954/2006:

Il-pajjiż

Il-kumpanija

Id-dazju ta’ l-antidumping

Il-kodiċi addizzjonali TARIC

“Ir-Russja

OAO Volzhsky Pipe Plant, OAO Taganrog Metallurgical Works, OAO Sinarsky Pipe Plant u OAO Seversky Tube Works

27,2  %

A859 ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 175, 29.6.2006, p. 4.

(3)  ĠU C 138, 22.6.2007, p. 37.

(4)  Il-VEK għandu jiġi ddeterminat skond ir-Rapport Tekniku, 1967, IIW dok. IX-535-67, ippubblikat mill-Istitut Internazzjonali tal-Welding (IIW).

(5)  Kif definit bħalissa fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 ta’ l-20 ta’ Settembru 2007, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffi u ta’ l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni Doganali (ĠU L 286, 31.10.2007, p. 1). Il-kopertura tal-prodott hija ddeterminata billi jingħaqdu flimkien id-deskrizzjoni tal-prodott fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 954/2006 u d-deskrizzjoni tal-prodott tal-kodiċi NM korrispondenti meħuda flimkien.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 813/2008

tal-11 ta’ Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta’ Jannar 2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja (2),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   IL-PROĊEDURA TA’ QABEL

(1)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ kontrobilanċ fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302210081, 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302229019), ex 6302 31 00 (kodiċi TARIC 6302310090) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302329019), li joriġinaw fl-Indja. Minħabba l-għadd kbir ta’ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat li kkooperaw fl-Indja, intgħażel kampjun b’konformità ma’ l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 2026/97 (“ir-Regolament bażiku”) u ġew imposti rati ta’ dazju individwali mifruxa minn 4,4 % sa 10,4 % fuq il-kumpaniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li l-kumpaniji l-oħra li kkooperaw imma ma ġewx inklużi fil-kampjun ġew attribwiti rata ta’ dazju ta’ 7,6 %. Rata ta’ dazju residwa ta’ 10,4 % ġiet imposta fuq il-kumpaniji l-oħra kollha.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali jistipula li meta kwalunkwe produttur esportatur ġdid fl-Indja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li ma esportax lejn il-Komunità l-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) ta’ dak ir-Regolament waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Ottubru 2001 sat-30 ta’ Settembru 2002) (“l-ewwel kriterju”), li ma hu relatat ma’ l-ebda esportatur jew produttur fl-Indja li huwa soġġett għall-miżuri ta’ kontra s-sussidji imposti minn dak ir-Regolament (“it-tieni kriterju”) u li effettivament esporta lejn il-Komunità il-prodotti kkonċernati wara l-perjodu ta’ l-investigazzjoni li l-miżuri huma bbażati fuqu, jew li daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli biex jesporta kwantità sinjifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità (“it-tielet kriterju”), allura l-Artikolu 1(3) ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi emendat billi jagħti lill-produttur esportatur il-ġdid ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw li ma ġewx inklużi fil-kampjun, jiġifieri 7,6 %.

(3)

Ir-Regolament oriġinali ġie emendat tliet darbiet, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2143/2004 (3), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/2006 (4) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1840/2006. It-tliet Regolamenti kollha żiedu ma’ l-Anness l-ismijiet ta’ kumpaniji li jesportaw il-prodott ikkonċernat, li laħqu il-kriterji stipulati fir-Regolament oriġinali.

B.   TALBIET TAL-PRODUTTUR/ESPORTATUR ĠDID

(4)

Għoxrin kumpanija Indjana applikaw biex jingħataw l-istess stat bħall-kumpaniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali mhux inklużi fil-kampjun (“stat ta’ ġodda”) mill-pubblikazzjoni tar-Regolament li jemenda preċedenti.

(5)

L-20 applikant kienu:

Kumpanija applikanti

Belt

K.K.P. Textiles Limited

Tamil Nadu

Kashmiri Lal Tarun Khanna PVT LTD

Amritsar

Premier Polyweaves Private Limited

Coimbatore

Home Fashions International

Kerala

Y.J. Enterprises

Mumbai

KaLaM Designs

Ahmedabad

Himatsingka Linens

Bangalore

S.K.T. Textile Mills

Coimbatore

Shetty Garments Private Ltd.

Mumbai

TAVOY Workwear

Mumbai

Orient Craft Limited

Haryana

GHCL Limited

Gujarat

Indo Count Industries Limited

Mumbai

Vijayeswari Textiles Limited

Coimbatore

Nest Exim

Mumbai

Prakash Textiles

Coimbatore

Prakash Woven Private Limited.

Coimbatore

Sotexpa Qualidis Textiles India Private Ltd

Coimbatore

BKS Textiles Pvt. Ltd

Coimbatore

JDA Textiles

Chennai

(6)

Ħdax-il kumpanija ma weġbux il-kwestjonarju maħsub biex jivverifika jekk issodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament oriġinali u t-talbiet tagħhom kellhom għalhekk jiġu miċħuda.

(7)

Id-disa’ kumpaniji li jifdal bagħtu tweġibiet kompluti għall-kwestjonarju u għalhekk tqiesu għall-istat ta’ ġodda.

(8)

L-evidenza miġjuba minn tnejn mill-esportaturi/produtturi Indjani msemmija hawn fuq tqieset li hija biżżejjed biex turi li huma jissodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament oriġinali u għalhekk biex tingħatalhom ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7,6 %) u għaldaqstant jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi fl-Anness tar-Regolament oriġinali, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 2143/2004, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 122/2006 u r-Regolament (KE) Nru 1840/2006.

(9)

L-applikazzjonijiet tas-seba’ kumpaniji li jifdal għall-istat ta’ produttur esportatur ġdid ġew miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin.

(10)

Żewġ kumpaniji naqsu milli jipprovdu evidenza li esportaw il-prodott ikkonċernat lill-Komunità wara l-perjodu ta’ investigazzjoni jew li kellhom obbligi kuntrattwali irrevokabbli biex jesportaw il-prodott ikkonċernat fi kwantitajiet sinifikanti lill-Komunità. Għalhekk huma ma ssodisfawx it-tielet kriterju.

(11)

Kumpanija waħda ma pprovdietx ir-reġistru tal-bejgħ għall-perijodu kkunsidrat u għalhekk ma setgħetx turi li ma esportatx il-prodott ikkonċernat waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kumpanija oħra instabet li esportat il-prodott ikkonċernat waqt il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx l-ewwel kriterju.

(12)

Kumpanija waħda bagħtet ir-risposta għall-kwestjonarju wara l-iskadenza u dokumenti kruċjali kienu nieqsa mill-applikazzjoni. Kumpanija oħra ma weġbitx għal ittra ta’ nuqqasijiet li kienet titlob aktar informazzjoni. Dawn iż-żewġ kumpaniji għalhekk ma pprovdewx evidenza biżżejjed biex juru li huma ssodisfaw il-kriterji stipulati fir-Regolament oriġinali.

(13)

Finalment, kumpanija waħda nstabet li hi relatata ma’ waħda li kienet imsemmija fir-Regolament oriġinali u l-applikazzjoni tagħha għal stat ta’ ġdida kienet għalhekk miċħuda minħabba li m’għaddietx mit-tieni kriterju.

(14)

Il-kumpaniji li ma ngħatalhomx stat ta’ ġodda ġew mgħarrfa bir-raġunijiet għal din id-deċiżjoni u ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub.

(15)

L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmula mill-partijiet interessati ġew analizzati u tqiesu sew fejn kien jixraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-kumpaniji li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi mill-Indja elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 74/2004:

Il-kumpanija

Belt

Home Fashions International

Kerala

GHCL Ltd.

Gujarat

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13 3.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 12, 17.1.2004, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1840/2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 4).

(3)  ĠU L 370, 17.12.2004, p. 1.

(4)  ĠU L 22, 26.1.2006, p. 3.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 814/2008

ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

28,3

XS

27,8

ZZ

28,1

0707 00 05

MK

27,4

TR

72,3

ZZ

49,9

0709 90 70

TR

92,6

ZZ

92,6

0805 50 10

AR

69,5

UY

59,6

ZA

86,6

ZZ

71,9

0806 10 10

CL

82,1

EG

128,8

MK

68,7

TR

122,9

ZZ

100,6

0808 10 80

AR

66,9

BR

93,0

CL

96,5

CN

88,3

NZ

100,2

US

94,8

ZA

81,5

ZZ

88,7

0808 20 50

AR

126,0

CL

83,0

TR

148,5

ZA

87,1

ZZ

111,2

0809 30

TR

151,2

ZZ

151,2

0809 40 05

IL

138,3

MK

59,0

TR

90,9

ZZ

96,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 815/2008

ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008

dwar deroga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati għall-finijiet ta’ l-iskema ta’ preferenzi ġeneralizzati biex titqies is-sitwazzjoni speċjali ta’ Kap Verde fir-rigward ta’ l-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tas-sajd lejn il-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità kkonċediet preferenzi tariffarji ġeneralizzati lil Kap Verde skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema tal-preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa (3).

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-prodotti oriġinati li għandha tintuża għall-finijiet ta’ l-iskema tal-preferenzi tariffarji ġeneralizzati (GSP). L-Artikolu 76 tar-Regolament jipprovdi għal derogi minn dik id-definizzjoni favur il-pajjiżi l-anqas żviluppati li jgawdu mill-GSP li jippreżentaw talba xierqa lill-Komunità biex isir dan.

(3)

Mill-1 ta’ Marzu 2005, Kap Verde gawda mid-Deċiżjoni Nru 2/2005 tal-Kumitat għall-Kooperazzjoni Doganali ta’ l-AKP-UE ta’ l-1 ta’ Marzu 2005 li jagħti deroga mill-kunċett tal-‘prodotti oriġinanti’ biex tikkonsidra s-sitwazzjoni speċjali ta’ l-Istati ta’ l-AKP rigward il-produzzjoni tat-tonn preżervat u tal-flettijiet tat-tonn (intestatura HS ex 1604) (4).

(4)

Madankollu, dawn il-ftehimiet ma baqgħux japplikaw wara l-31 ta’ Diċembru 2007 u Kap Verde għadu ma kkonkludiex Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika mal-Komunità. B’konsegwenza, l-uniku ftehim ta’ kummerċ preferenzjali disponibbli għal Kap Verde mill-1 ta’ Jannar 2008 huwa l-GSP.

(5)

B’ittra ddatata s-27 ta’ Novembru 2007, Kap Verde ppreżenta talba għal deroga mir-regoli dwar l-oriġini tal-GSP skond l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. B’ittra ddatata s-27 ta’ Frar 2008, ippreżenta informazzjoni komplementari b’sostenn għal din it-talba.

(6)

Din it-talba għal deroga tikkonċerna kwantità totali ta’ 1 561 tunnellata fis-sena ta’ tliet speċijiet ta’ ħut ippreparat jew ippriżervat, li tnejn minnhom ma kienux koperti bid-deroga mogħtija skond id-Deċiżjoni Nru 2/2005: tumbrell, kavalli u tonn.

(7)

Il-talba għal deroga ġiet ikkunsidrata mill-Kummissjoni u nstabet li kienet kompluta u ssostanzjata kif xieraq.

(8)

Id-deroga hija meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità tal-forniment matul is-sena kollha u b’hekk tiżgura investiment sostanzjali minn impriża li diġà wriet l-impenn tagħha li tappoġġa l-iżvilupp ta’ l-attività kkonċernata f’Kap Verde.

(9)

Dan l-investiment mhux biss ser ikollu impatt dirett fuq l-industrija tas-sajd f’Kap Verde fir-rigward ta’ l-ispeċi li għalihom qed tintalab id-deroga, imma wkoll effett benefiku indirett u sostanzjali fuq l-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-flotta tas-sajd ta’ Kap Verde in ġenerali. B’iktar bastimenti operattivi tal-Kap Verde, il-kapaċità tal-forniment ta’ ħut ta’ oriġini tiżdied gradwalment.

(10)

Id-deroga għandha tkun twila biżżejjed biex tiżgura l-investiment, u l-prevedibbiltà ġenerali ta’ l-operaturi, imma ma tistax, fl-ebda każ, tmur lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2010, meta Kap Verde ma jibqax igawdi mill-ftehim speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fi ħdan il-GSP. Wara dik id-data, il-vijabbiltà ta’ l-industrija tat-tqegħid fil-laned għandha tkun żgurata fil-qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika.

(11)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula r-regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti b’kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet ta’ Kap Verde, l-awtoritajiet doganali tal-Komunità u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skond id-deroga konċessa b’din id-Deċiżjoni.

(12)

Sabiex ikun possibbli monitoraġġ aktar effiċjenti tat-tħaddim tad-deroga, l-awtoritajiet ta’ Kap Verde għandhom jikkomunikaw regolarment lill-Kummissjoni d-dettalji taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini maħruġa.

(13)

Fit-talba tagħhom, l-awtoritajiet ta’ Kap Verde indikaw li l-impriża kkonċernata, fl-ewwel sena ta’ operat wara li jkun sar l-investiment, x’aktarx ma kienx se jkollha l-kapaċità ta’ produzzjoni biex tuża l-ammont kollu tal-kwoti mitluba. B’konsegwenza, filwaqt li l-kwantitajiet mitluba għandhom jiġu konċessi kollha għas-snin 2009 u 2010, il-kwoti għandhom jitnaqqsu pro rata għall-perjodu li fih id-deroga ser tapplika fis-sena 2008.

(14)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga mill-Artikoli 67 sa 97 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, il-kavalli, it-tumbrell u t-tonn bil-kodiċi NM ex 1604 15, ex 1604 19 u ex 1604 14 prodotti f’Kap Verde minn ħut mhux oriġinanti għandu jitqies bħala li joriġina f’Kap Verde skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikoli 2, 3 u 4.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika għall-prodotti ttrasportati direttament minn Kap Verde u importati fil-Komunità matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Settembru 2008 u l-31 ta’ Diċembru 2010, sa l-ammonti annwali elenkati fl-Anness ma’ ġenb kull prodott.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet doganali ta’ Kap Verde għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex iwettqu kontrolli kwantitattivi fuq l-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2.   Dan li ġej għandu jitniżżel fil-kaxxa 4 taċ-ċertifikati ta’ l-oriġini formola A maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde skond dan ir-Regolament: ‘Ir-Regolament ta’ Deroga (KE) Nru 815/2008’.

3.   Kull tliet xhur l-awtoritajiet kompetenti ta’ Kap Verde għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li nħarġulhom ċertifikati ta’ l-oriġini formola A skond dan ir-Regolament u n-numri ta’ serje ta’ dawn iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum mill-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 214/2007 (ĠU L 62, 1.3.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 55/2008 (ĠU L 20, 24.1.2008, p. 1).

(4)  ĠU L 61, 8.3.2005, p. 48.


ANNESS

In-Nru ta’ l-Ordni

Il-kodiċi NM

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti

Il-perjodu

Il-kwantità (f’tunellati)

09.1647

ex 1604 15 11

ex 1604 19 98

Kavalli (Scomber Colias, Scomber Japonicus, Scomber Scombrus) qatgħat, ippreparati jew ippriżervati

Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008

333

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

1 000

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

1 000

09.1648

ex 1604 19 98

Tumbrell (Auxis thazard, Auxis Rochei) qatgħat, ippreparati jew ippriżervati

Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008

116

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

350

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

350

09.1649

ex 1604 14 16

ex 1604 14 18

Tonn bix-xewka safra, tonn tal-Palamit (Tunnus Albacares, Katsuwonus Pelamis), qatgħat, ippreparati jew ippriżervat

Mill-1.9.2008 sal-31.12.2008

70

Mill-1.1.2009 sal-31.12.2009

211

Mill-1.1.2010 sal-31.12.2010

211


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 816/2008

ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 801/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 48.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-15 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

24,91

3,84

1701 11 90  (1)

24,91

9,08

1701 12 10  (1)

24,91

3,68

1701 12 90  (1)

24,91

8,65

1701 91 00  (2)

25,56

12,51

1701 99 10  (2)

25,56

7,93

1701 99 90  (2)

25,56

7,93

1702 90 95  (3)

0,26

0,39


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 817/2008

ta’ l-14 ta’ Awwissu 2008

li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi.

(4)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mis-16 ta’ Awwissu 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mis-16 ta’ Awwissu 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.


ANNESS I

Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fis-16 ta' Awwissu 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (2)

ta' kwalità medja

0,00  (2)

ta' kwalità baxxa

0,00  (2)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (2)

1002 00 00

SEGALA

0,59  (2)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3)

0,00  (2)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

5,58  (2)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.

(3)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

31.7.2008-13.8.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

224,74

135,95

Prezz FOB USA

296,57

286,57

266,57

116,20

Tariffa fuq il-Golf

11,96

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

12,94

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

39,58  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

40,23  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE dwar l-istabbiliment ta’ regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-baġit tat-treġija mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta’ kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, li jirrelataw għall-installazzjoni u l-ħidma ta’ l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen, “Sisnet”

(2008/670/ĠAI)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie awtorizzat mid-Deċiżjoni 1999/870/KE (1) u d-Deċiżjoni 2007/149/KE (2) biex jaġixxi, fil-kuntest ta’ l-integrazzjoni ta’ l-acquis ta’ Schengen fl-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta’ ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi u jġestixxi kuntratti li jirrigwardaw l-istallazzjoni u l-ħidma ta’ l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta’ Schengen “SISNET”, sakemm iseħħ l-ispostament tagħha għal infrastruttura ta’ komunikazzjoni taħt ir-responsabbilità ta’ l-Unjoni Ewropea.

(2)

L-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn dawk il-kuntratti jaqgħu taħt baġit speċifiku (minn hawn ‘il quddiem “il-Baġit Sisnet”) li jiffinanzja l-infrastruttura tal-komunikazzjoni msemmija f'dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill;

(3)

Il-baġit Sisnet huwa rregolat b'Regolament Finanzjarju speċifiku stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/265/KE (3) li jipprovdi proċeduri differenti minn dawk tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif imniżżel fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4).

(4)

Huwa xieraq li r-Regolament Finanzjarju Sisnet jiġi allinjat, b'analoġija, mar-Regolament Finanzjarju Komunitarju, waqt li jiġu ssimplifikati l-proċeduri interni fis-Segretarjat tal-Kunsill, b'mod partikolari, permezz tat-tneħħija tar-rwol tal-kontrollur finanzjarju u fejn xieraq is-sostituzzjoni tal-funzjonijiet tiegħu b'dawk ta’ l-awditur intern stabbilit bl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002.

(5)

Proċeduri attwali għandhom wkoll isiru iżjed sempliċi u iżjed xierqa għall-prattika attwali, per eżempju billi skadenzi jiġu adattati fir-rigward ta’ talbiet għal finanzjament u ħlasijiet, u xi dispożizzjonijiet jiġu aġġornati fl-oqfsa proċedurali jew leġislattivi attwali.

(6)

Ir-Regolament Finanzjarju Sisnet ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/155/KE (5) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/319/KE sabiex jippermetti lill-Iżvizzera tipparteċipa fil-Baġit tas-Sisnet. L-Iżvizzera għandha titħalla wkoll tipparteċipa fl-attivitajiet futuri possibbli tal-Kumitat Konsultattiv;

(7)

L-emendi proposti m'għandhom l-ebda impatt finanzjarju fuq il-kontributi ta’ l-Istati Membri għall-baġit tas-Sisnet,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill hija permezz ta’ dan emendata kif ġsej:

(1)

L-Artikolu 6(4) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej:

“4.   L-ispiża ta’ sena finanzjarja għandha tiddaħħal fil-kontijiet ta’ dik is-sena abbażi ta’ l-ispiża awtorizzata mhux iżjed tard mill-31 ta’ Diċembru u li l-pagamenti korrispondenti għaliha saru mill-uffiċjal tal-kontabbiltà qabel il-15 ta’ Jannar li jkun imiss.”

(2)

L-Artikolu 7 għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2:

(i)

l-ewwel paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Minkejja l-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista' jibgħat lir-rappreżentanti ta’ l-Istati msemmija fl-Artikolu 25, mlaqqgħin fi ħdan il-qafas tal-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE (Kumitat Imħallat), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ‘il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE’, qabel il-31 ta’ Jannar, talbiet debitament issostanzjati sabiex jiġu riportati għas-sena finanzjarja li jkun imiss approprjazzjonijiet li ma jkunux saru sal-15 ta’ Diċembru, meta l-approprjazzjonijiet previsti fl-intestaturi kkonċernati fil-baġit għas-sena finanzjarja li jkun imiss ma jkoprux ir-rekwiżiti.”;

(ii)

ir-raba' paragrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE għandu jaġixxi fuq tali talbiet għal riportament sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Marzu.”;

(b)

Il-paragrafu 4 għandu jitħassar.

(3)

L-Artikoli 8(2) sa (4) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-baġit lill-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE qabel il-15 ta’ Ottubru u jehmeż memorandum ta’ spjegazzjoni.

3.   Il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dak l-abbozz preliminari.

4.   Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit u jibgħatu lill-Istati msemmija fl-Artikolu 25 sal-15 ta’ Novembru.”;

(4)

L-Artikolu 10(2) għandu jinbidel b’ dan li ġej:

“2.   Baġit emendatorju għandu jiġi ppreżentat fuq bażi annwali, fit-tliet xhur wara l-għeluq tal-kontijiet kif stabbilit fl-Artikolu 46(1), bil-għan li jiddaħħal il-bilanċ tal-kwantità maħduma tal-baġit mis-sena finanzjarja ta’ qabel bħala dħul fil-każ ta’ bilanċ pożittiv jew infiq jekk il-bilanċ huwa negattiv.”;

(5)

L-Artikolu 12 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-baġit għandu jkun implimentat skond il-prinċipju li l-uffiċċjal li jawtorizza u l-uffiċjal tal-kontabbiltà huma individwi differenti. Id-dmirijiet ta’ l-uffiċjal li jawtorizza, l-uffiċjal tal-kontabbiltà u l-awditur intern għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli.”;

(6)

L-Artikolu 13(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-uffiċjal li jawtorizza jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn artikoli f'kull kapitolu. Bil-ftehim tal-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE, huwa jista' jiddeċiedi dwar trasferimenti bejn kapitoli fi ħdan l-istess titolu. Il-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE għandu jagħti l-kunsens tiegħu taħt l-istess kondizzjonijiet li hemm biex jadotta l-opinjoni tiegħu dwar il-baġit.”;

(7)

L-Artikolu 14 għandu jitħassar;

(8)

L-Artikolu 16 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Għall-ġbir ta’ kwalunkwe ammont dovut skond l-Artikolu 25, jew ta’ kwalunkwe dejn dovut lill-Istati konċernati minn parti terza rrelatata mal-konklużjoni, l-istallazzjoni u l-ħidma tas-Sisnet, għandu jkun meħtieġ il-ħruġ ta’ ordni ta’ ġbir mill-uffiċjal li jawtorizza. Ordnijiet ta’ rkupru għandhom jiġu mgħoddija lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.”;

(b)

l-Artikolu 16(2) għandu jitħassar.

(9)

L-aħħar sentenza ta’ Artikolu 18(1) kif ukoll l-Artikoli 18(2), 20(2)(g), 20(4), (20)(5) u 22 għandhom jitħassru;

(10)

L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Ir-responsabbiltà għal azzjoni dixxiplinarja ta’ l-uffiċjal li jawtorizza u l-uffiċjal tal-kontabbiltà fl-eventwalità ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal ta’ Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.”;

(11)

Kapitolu għandu jiżdied kif ġej:

“KAPITOLU III A

Awditur intern

Artikolu 24a

Awditur intern għandu jivverifika l-operazzjoni xierqa tas-sistemi u proċeduri ta’ implimentazzjoni baġitarji mniżżla f'dan ir-Regolament. B'analoġija, l-awditur intern għandu jibbenefika mis-setgħat kollha, għandu jwettaq il-kompiti kollha u għandu jkun soġġett għar-regoli kollha previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*), b'mod partikolari f'Parti I, Titolu IV, Kapitolu 8 tiegħu.

(*)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).”;"

(12)

L-Artikolu 28 għandu jinbidel kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Sal-31 ta’ Diċembru 2008, l-Istati msemmija fl-Artikolu 25 jeħtieġu li jħallsu 25 % tal-kontribut tagħhom sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Frar, l-1 ta’ April, l-1 ta’ Lulju u l-1 ta’ Ottubru.”;

(b)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied:

“1a.   Mill-1 ta’ Jannar 2009, l-Istati msemmija fl-Artikolu 25 jeħtieġu li jħallsu 70 % tal-kontribut tagħhom sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April u 30 % sa l-1 ta’ Ottubru.”;

(13)

L-Artikolu 29(6)(h) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(h)

jipprojbixxu kull kuntatt bejn id-Deputat Segretarju Ġenerali u l-persunal tiegħu, rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, rappreżentanti tal-Gvernijiet fl-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera u min jitfa' l-offerti dwar materji relatati ma’ dik is-sejħa għall-offerti ħlief, b'mod ta’ eżenzjoni speċjali, taħt il-kondizzjonijiet li ġejjin:

qabel id-data ta’ l-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ l-offerti:

(i)

fuq l-inizjattiva ta’ min jitfa' l-offerti:

informazzjoni addizzjonali għall-għan biss li tkun kjarifikata n-natura tas-sejħa għall-offerti tista' tintbagħat lil kull min jitfa' offerta;

(ii)

fuq l-inizjattiva tad-Deputat Segretarju Ġenerali:

jekk l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, jew l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jintebħu bi żball, nuqqas ta’ preċiżjoni, ommissjoni jew kull tip ta’ difett klerikali fit-test tas-sejħa għall-offerti, is-Segretarjat Ġenerali jista', f'manjiera identika għal dik applikabbli fis-sejħa oriġinali għall-offerti, jinforma lill-persuni kkonċernati b'mod xieraq;

(iii)

wara li jkunu nfetħu l-offerti u fuq l-insistenza ta’ l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, l-Islanda, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, jekk hija meħtieġa xi kjarifika f'rabta ma’ offerta, jew jekk għandhom ikunu kkorreġuti żbalji klerikali ovvji li jinsabu fl-offerta, is-Segretarjat Ġenerali jista' jikkuntattja lil min jitfa' l-offerta.”;

(14)

L-Artikolu 31 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 31

M'għandha tkun ipprattikata l-ebda diskriminazzjoni bejn ċittadini ta’ l-Istati Membri u ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera għal raġunijiet ta’ nazzjonalità f'dawk li huma kuntratti li jkunu ddaħħlu mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25.”;

(15)

It-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 34 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-offerti għandhom jinfetħu flimkien minn kumitat maħtur għal dan il-għan mid-Deputat Segretarju Ġenerali. Huwa għandu jkun magħmul minn tliet uffiċjali ta’ livell għoli minn direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.”;

(16)

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Kull offerta għandha tkun stmata mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, flimkien ma’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Rapport, approvat unanimament minn dawn l-Istati, għandu jkun ippreżentat mill-uffiċjal kompetenti fi ħdan is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill maħtur mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni jew minn sostitut, maħtur ukoll mill-uffiċjal għall-awtorizzazzjoni, lill-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 36.”;

(17)

L-Artikolu 36 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 36

Kuntratti li għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera wara li tkun ħarġet sejħa għall-offerti għandhom l-ewwel ikunu sottomessi għall-opinjoni ta’ Kumitat Konsultativ dwar prokuri u kuntratti.”;

(18)

L-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 37 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 36 għandu jinkludi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru li saret referenza għalih fl-Artikolu 25, flimkien ma rappreżentant wieħed mill-Islanda, min-Norveġja u mill-Iżvizzera. L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, flimkien ma’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti magħżula għandhom kapaċità adegwata fl-informatika u/jew materji finanzjarji u/jew materji legali. Ir-rappreżentanti ma jistgħux jipparteċipaw fl-istima tal-fajls li għandhom jintbagħtu lill-Kumitat Konsultattiv. Rappreżentant ta’ l-awditur intern għandu jkun preżenti bħala osservatur.”;

(19)

L-Artikolu 39(e) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“(e)

fuq talba ta’ wieħed mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 jew ta’ l-Islanda, in-Norveġja jew l-Iżvizzera, jew ta’ membru tal-Kumitat Konsultattiv, jew tad-Deputat Segretarju Ġenerali, il-kuntratti proposti li jinvolvu ammont aktar baxx mil-limiti msemmija fil-punt (a), fejn huma jikkunsidraw li dawn il-kuntratti jinvolvu kwistjonijiet ta’ prinċipju jew huma ta’ natura speċjali.”;

(20)

L-Artikolu 40 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 40

Il-fajls ippreżentati lill-Kumitat Konsultattiv għal opinjoni skond l-Artikoli 39(b) sa (e), għandhom ikun akkumpanjati wkoll minn rapport approvat unanimament mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.”;

(21)

L-Artikolu 41 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 41

L-opinjonijiet tal-Kumitat Konsultattiv għandhom ikunu ffirmati mill-President tiegħu. Sabiex ikun evitat id-dewmien fil-proċess b'riżultat ta’ l-intervent tal-Kumitat Konsultattiv, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Islanda, jistgħu, jekk jaħsbu li huwa meħtieġ, jimponu limitu ta’ żmien raġonevoli sa meta għandha tingħata opinjoni. L-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lid-Deputat Segretarju Ġenerali u lill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll lill-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Wara li tingħata konsiderazzjoni tajba lil dik l-opinjoni, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Islanda, għandhom jieħdu deċiżjoni finali dwar il-każ permezz ta’ unanimità. Ladarba tkun ittieħdet dik il-deċiżjoni, il-kuntratt jew kuntratti li jiffurmaw is-suġġett ta’ kull każ għandhom ikunu konklużi mid-Deputat Segretarju Ġenerali f'isem l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25 u mir-rappreżentanti xierqa ta’ l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera.”;

(22)

L-Artikolu 43(6) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“6.   Fejn kuntratt ma jkunx twettaq jew ikun tlesta tard, id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu jassigura li l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, huma kkumpensati b'mod xieraq għall-ħsarat, interessi u spejjeż bit-tnaqqis ta’ l-ammont mid-depożitu, sew jekk dan isir direttament mill-fornitur jew kuntrattur u sew minn parti terza.”;

(23)

L-Artikolu 46(1) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Id-Deputat Segretarju Ġenerali għandu, fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perijodu ta’ implimentazzjoni tal-baġit, jipprepara kont ta’ dħul u nfiq u balance sheet u jibagħthom lill-Grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE.”;

(24)

L-Artikolu 50(2) għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-Artikolu 8, għall-finijiet tal-baġit imsemmi fil-paragrafu 1, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jibgħat l-abbozz preliminari tal-baġit lill-grupp ta’ Ħidma SIS/SIRENE kemm jista' jkun malajr wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament Finanzjarju. Wara li tingħata l-opinjoni tal-Grupp tax-Xogħol SIS/SIRENE u l-istabbiliment ta’ l-abbozz tal-baġit, l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, imlaqqgħin fil-Kunsill, għandhom jadottaw il-baġit mingħajr dewmien.”.

Artikolu 2

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mid-data li fiha tkun adottata.

2.   Hija għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41.

(2)  ĠU L 66, 6.3.2007, p. 19.

(3)  ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/319/KE (ĠU L 109, 19.4.2008, p. 30).

(4)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9)

(5)  ĠU L 68, 8.3.2007, p. 5.


Kummissjoni

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-5 ta’ Awwissu 2008

dwar l-użu armonizzat ta’ l-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5 875–5 905 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4145)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/671/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u partikolarment l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kunsill (2) u l-Parlament Ewropew (3) saħqu dwar l-importanza tat-titjib tas-sigurtà fit-toroq fl-Ewropa. Is-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) huma fil-qofol ta’ approċ integrat għas-sigurtà fit-toroq (4) billi jżidu tekonoloġiji ta’ l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) ma’ l-infrastruttura u l-mezzi tat-trasport biex jiġu evitati sitwazzjonijiet tat-traffiku potenzjalment perikolużi u jitnaqqsu l-inċidenti.

(2)

Użu effettiv u koerenti ta’ l-ispettru tar-radju huwa essenzjali għall-iżvilupp ta’ tagħmir ġdid bla wajers fil-Komunità (5).

(3)

L-ITS jinkludu sistemi kooperattivi bbażati fuq komunikazzjoni minn vettura għall-oħra, mill-vetturi għall-infrastruttura, u mill-infrastruttura għall-vettura għat-trasferiment ta’ l-informazzjoni f’ħin reali. Dawk is-sistemi potenzjalment joffru titjib importanti fl-effiċjenza tas-sistemi tat-trasport, fis-sigurtà għal kull min juża t-toroq, u fil-kumdità tal-mobilità. Sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet, il-komunikazzjonijiet bejn vetturi u l-infrastruttura tat-toroq iridu jkunu rapidi u li tista’ toqgħod fuqhom.

(4)

Minħabba l-mobilità tal-vetturi u l-bżonn li jkun assigurat l-ilħiq tas-suq intern u t-tisħiħ tas-sigurtà fit-toroq fl-Ewropa kollha, l-ispettru użat mis-sistemi kooperattivi ta’ l-ITS għandu jkun disponibbli b’mod armonizzat fl-Unjoni Ewropea kollha.

(5)

Skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE, fil-5 ta’ Lulju 2006 il-Kummissjoni ordnat lill-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni (CEPT) biex tivverifika r-rekwiżiti ta’ l-ispettru għall-applikazzjonijiet kruċjali għas-sigurtà fil-kuntest ta’ l-ITS u sistemi kooperattivi u biex twettaq studji fuq il-kompatibilità teknika bejn applikazzjonijiet ta’ l-ITS kruċjali għas-sigurtà u servizzi ta’ radju fil-faxex ta’ frekwenzi kkunsidrati potenzjalment milqutin. Is-CEPT intalab ukoll jiżviluppa l-aħjar pjanijiet għall-kanali għall-frekwenzi identifikati għall-ITS.

(6)

Ir-riżultati relevanti ta’ dan ix-xogħol magħmul mis-CEPT isawru l-bażi teknika ta’ din id-Deċiżjoni.

(7)

Fir-rapport tagħha tal-21 ta’ Diċembru 2007 (Rapport 20 tas-CEPT), is-CEPT ikkonkludiet li l-frekwenzi ta’ 5 GHz, b’mod partikolari l-faxxa bejn il-5 875 u l-5 905 MHz, kienu adattati għal applikazzjonijiet ta’ l-ITS relatati mas-sigurtà, li jtejbu s-sigurtà fit-triq billi jzidu l-informazzjoni lis-sewwieq u lill-vettura dwar l-ambjent, vetturi oħrajn u utenti tat-triq oħrajn. Barra minn hekk, l-ITS huma kompatibbli mas-servizzi studjati kollha f’ dik il-faxxa, u mas-servizzi eżistenti l-oħrajn kollha studjati taħt il-5 850 MHz u ’l fuq mill-5 925 MHz, sakemm joqogħdu għal ċerti limitazzjonijiet ta’ emissjonijiet kif stabbiliti fir-Rapport tas-CEPT. L-għażla ta’ din il-faxxa tkun ukoll konformi ma’ l-ispettru użat f’reġjuni oħrajn fid-dinja u għalhekk tinkoraġġixxi armonizzazzjoni globali. Barra minn hekk, l-ITS ma jkunux jistgħu jesiġu protezzjoni minn stazzjonijiet fl-art (earth stations) ta’ servizz ta’ satellita fissa (FSS) u emissjonijiet mhux mixtieqa minn tagħmir ta’ l-ITS għandhom ikunu limitati biex ikun protett l-FSS.

(8)

L-istandard armonizzat EN 302 571 qed ikun finalizzat mill-Istitut Ewropew ta’ l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) b’konformità ma’ l-istudji ta’ kompatibbiltà li għamlet is-CEPT biex tagħti preżunzjoni ta’ konformità ma’ l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 1999/5/KE tad-9 ta’ Marzu 1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tagħmir tar-radju u t-tagħmir terminali tat-telekomunikazzjoni u r-rikonoxximent reċiproku tal-konformità tagħhom (6), b’hekk tassigura li t-tagħmir ta’ l-ITS konformi ma jikkawżax interferenza li tagħmel ħsara. It-trażmettituri ta’ l-ITS huma mistennija li jimmassimizzaw l-użu ta’ l-ispettru u jikkontrollaw il-qawwa trażmessa fil-livell minimu biex jużaw l-ispettru allokat lill-ITS b’mod effettiv u b’hekk jevitaw interferenza li tagħmel ħsara.

(9)

Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, l-istandard jipprevedi li jkun hemm kontroll tal-qawwa tat-trażmettitur (TPC) fuq faxxa ta’ mill-inqas 30 dB fir-rigward tal-qawwa totali ta’ trażmissjoni massima ta’ 33 dBm mean e.i.r.p. Jekk xi manifatturi jagħżlu li ma jużawx it-tekniki identifikati f’dan l-istandard, kwalunkwe metodi alternattivi jkun jeħtiġilhom li jipprovdu ta’ l-anqas l-istess livell ta’ mitigazzjoni kontra l-interferenza bħal dik ta’ l-istandard.

(10)

L-armonizzazzjoni skond din id-Deċiżjoni ma għandhiex teskludi l-possibbilità lil xi Stat Membru li japplika, fejn huwa ġġustifikat, perjodi ta’ transizzjoni jew ftehim ta’ qsim ta’ l-ispettru tar-radju.

(11)

Huwa mistenni li l-Istati Membri jkollhom l-ispettru għad-dispozzjoni tal-komunikazzjoni ta’ l-ITS bejn vetturi fi żmien sitt xhur li matulhom għandhom jallokaw l-faxxa ta’ frekwenzi 5 875–5 905 MHz skond din id-Deċiżjoni. Madankollu, għal komunikazzjonijiet ta’ l-ITS bejn infrastruttura u vettura u bejn vettura u infrastruttura, jista’ jkun diffiċli għal xi Stati Membri li f’dan il-perjodu ta’ żmien jiffinalizzaw kwadru ta’ liċenzjar xieraq jew mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni għall-installazzjoni ta’ infrastuttura mal-ġenb tat-triq ta’ operaturi ta’ l-ITS differenti. Kwalunkwe dewmien wara dan iż-żmien biex l-ispettru jitqiegħed għad-disponibbilità jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-adozzjoni wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ta’ l-ITS relatati mas-sigurtà fl-Unjoni Ewropea u għalhekk għandu jiġu limitat u ġġustifikat fil-pront.

(12)

B’kunsiderazzjoni ta’ l-iżviluppi tas-suq u l-evoluzzjoni ta’ teknoloġiji, l-ambitu u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jista’ jkollhom bżonn jiġu rreveduti fil-futur, b’mod partikolari abbażi ta’ informazzjoni dwar dawn l-iżviluppi u l-evoluzzjoni pprovduti mill-Istati Membri

(13)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ l-Ispettru tar-Radju.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tarmonizza l-kundizzjonijiet għad-disponibbilità u l-użu effiċjenti tal-faxxa tal-frekwenzi 5 875–5 905 MHz għal applikazzjonijiet ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelligenti (ITS) relatati mas-sigurtà, fil-Komunità.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Sistemi ta’ Trasport Intelligenti” tfisser firxa ta’ sistemi u servizzi, ibbażati fuq teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, fosthom ipproċessar, kontroll, pożizzjonament, komunikazzjoni u elettronika, li huma applikati għal sistemi ta’ trasport fit-toroq.

(2)

“il-qawwa medjana ekwivalenti irradjata iżotropikament (mean equivalent isotropically radiated power) (e.i.r.p)” tfisser e.i.r.p. matul il-waqt tat-trażmissjoni li jikkorrispondi għall-akbar qawwa, jekk jiġi implimentat il-kontroll tal-qawwa

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni biex jagħżlu l-faxxa ta’ frekwenzi 5 875–5 905 MHz għas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti u fl-inqas żmien prattikabbli raġonevoli wara din l-għażla, jagħmlu disponibbli dik il-faxxa ta’ frekwenzi fuq bażi mhux esklużiva.

Din l-għażla għandha tkun konformi mal-parametri stabbiliti fl-Anness.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jitolbu perjodi ta’ transizzjoni u/jew ftehim ta’ qsim ta’ l-ispettru tar-radju, skond l-Artikolu 4(5) tad-Deċiżjoni ta’ l-Ispettru tar-Radju.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom iżommu l-użu tal-faxxa ta’ frekwenzi 5 875–5 905 MHz taħt sorveljanza u għandhom jirrappurtaw is-sejbiet tagħhom lill-Kummissjoni biex tkun tista’ ssir reviżjoni ta’ din id-Deċiżjoni jekk ikun neċessarju.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 5 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  Konklużjonijiet tal-Kunsill 15101/03 tal-5 ta’ Diċembru 2003 u l-Konklużjonijiet ta’ Verona 2 tas-26 ta’ Ottubru 2004.

(3)  ĠU C 244 E, 18.10.2007, p. 220.

(4)  COM(2006) 314.

(5)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 15530/04 u 15533/04 tat-3.12.2004.

(6)  ĠU L 91, 7.4.1999, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Parametri Tekniċi għall-applikazzjonijiet relatati mas-sikurezza tas-Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-faxxa ta’ frekwenzi 5 875 -5 905 MHz

Parametru

Valur

Densità tal-qawwa spettrali massima (e.i.r.p. medju)

23 dBm/MHz

Qawwa ta’ trażmissjoni massima (e.i.r.p. medju)

33 dBm

Aċċess għall-kanal u regoli ta’ l-okkupazzjoni

Għandhom jiġu użati tekniki biex itaffu l-interferenza li jipprovdu minn ta’ l-anqas prestazzjoni ekwivalenti għat-tekniki deskritti fl-istandards armonizzati adottati skond id-Direttiva 1999/5/KE. Dawn jirrikjedu trażmettitur b’kontroll tal-qawwa (TPC) b’fax ta’ 30 dB minn ta’ l-anqas.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Awwissu 2008

li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4269)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/672/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 ta' l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi transizzjonali, bl-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, biex ċerti stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1).

(2)

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni ġie emendat bid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4), 2008/331/KE (5) u 2008/547/KE (6). Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li ħames stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta' aġġornament tagħhom u li issa huma konformi għal kollox mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawn l-istabbilimenti jitħallew jingħataw u jipproċessaw ħalib nej, u li mhuwiex konformi. Għaldaqstant, għandhom ikunu inklużi fil-lista tal-Kapitolu I ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI.

(3)

Stabbiliment ta’ l-ipproċessar tal-ħalib li bħalissa jinsab imniżżel bħala konformi se jirċievi u jipproċessa, f’żewġ linji separati, ħalib nej kemm konformi u kemm le. Dak l-istabbiliment, għaldaqstant, għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu 2. Stabbiliment ieħor ta’ l-ipproċessar tal-ħalib li bħalissa hu mniżżel fil-Kapitolu 2 se jirċievi u jipproċessa biss ħalib konformi. Dan l-istabbiliment, għaldaqstant, għandu jitħassar mill-Kapitolu 2 ta’ l-Appendiċi għall-Anness VI.

(4)

L-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkorreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(2)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35

(3)  ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.

(4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18.

(5)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.

(6)  ĠU L 176, 4.7.2008, p. 11.


ANNESS

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-Kapitolu 1, għandhom jiżdiedu dawn l-entrati:

“Nru

Nru veterinarju

Isem l-istabbiliment

Belt / Triq jew Raħal / Reġjun

2.

BG 2012022

‘Bratya Zafirovi’ OOD

gr.Sliven

Promishlena żona Zapad

3.

0112014

ET‘Veles-Kostadin Velev’

gr.Razlog

ul.‘Golak’ 14

4.

1512003

‘Mandra-1’ OOD

s. Tranchovitsa,

obsht. Levski

5.

2312041

‘Danim-D.Stoyanov’ EOOD

gr.Elin Pelin

m-st Mansarovo

6.

2712010

‘Kamadzhiev-milk’ EOOD

s.Kriva reka

obsht.N.Kozlevo”

(2)

Il-Kapitolu 2 jiġi emendat kif ġej:

(a)

titħassar l-entrata li ġejja:

“6.

BG 1612011

‘Em Dzhey Deriz’ EOOD

gr. Karlovo

bul. ‘Osvobozhdenie’ 69”

(b)

tiżdied l-entrata li ġejja:

“14.

BG 1212001

‘S i S - 7’ EOOD

gr.Montana

‘Vrachansko shose’1”


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2005/928/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4311)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/673/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-Radju) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/928/KE (2) tarmonizza l-medda ta’ frekwenzi bejn il-169,4 u l-169,8125 MHz fil-Komunità.

(2)

Il-pjan tal-frekwenzi inkluż fl-Anness għad-Deċiżjoni 2005/928/KE jiddeskrivi ċ-“channel raster” li l-applikazzjonijiet differenti li joperaw fl-ambitu tal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom iżommu miegħu. “Channel raster” bħal dan għandu l-għan li jagħmel possibbli l-kompatibbiltà u li jiffaċilita l-koeżistenza ta’ l-applikazzjonijiet permessi f'dawn il-meded.

(3)

Il-pjan tal-frekwenzi jimponi “channel raster” ta’ 12,5 kHz fil-medda bejn il-169,4000 u l-169,4750 MHz u “channel raster” ta’ 50 kHz fil-medda bejn il-169,4875 u l-169,5875 MHz.

(4)

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2005/928/KE, investigazzjonijiet ulterjuri dwar il-parametri definiti f'din id-Deċiżjoni sabu li l-arranġamenti tar-“channel raster” fil-meded 169,4000–169,4750 MHz u 169,4875–169,5875 MHz jitqiesu restrittivi aktar milli meħtieġ meta jitqies l-iżvilupp teknoloġiku. Il-konċessjoni ta’ diversi għażliet taċ-“channel raster” iżżid il-flessibbiltà ta’ l-utenti li jagħżlu l-aħjar wesgħa tal-medda sa 50 kHz skond ir-rekwiżiti tal-kwalità ta’ l-applikazzjoni speċifika.

(5)

Il-Konferenza Ewropea ta’ l-Amministrazzjonijiet tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni (CEPT) ikkonfermat li ż-żieda ta’ l-għażla taċ-“channel raster” f'dawn il-meded tista' u għandha tkun permessa.

(6)

Id-Deċiżjoni 2005/928/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. Billi temenda din id-Deċiżjoni kanali sa 50 kHz ser ikunu possibbli fil-meded 169,4000–169,4750 MHz u 169,4875–169,5875 MHz.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ispettru tar-Radju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2005/928/KE hi emendata kif ġej:

(1)

Fir-raba' ringiela tal-pjan tal-frekwenzi fl-Anness, in-numru “12,5” taċ-“channel raster” (f’kHz) għall-kanali 1a, 1b, 2a, 2b, 3a u 3b huwa mibdul bi “sa 50 kHz”.

(2)

Fir-raba' ringiela tal-pjan tal-frekwenzi fl-Anness, in-numru “50” taċ-“channel raster” (f’kHz) għall-kanali 4b+5+6a u 6b+7+8a huwa mibdul bi “sa 50 kHz”.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika mill-31 ta’ Ottubru 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Viviane REDING

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 47.


15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Awwissu 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2007/683/KE li tapprova l-pjan għall-qerda tad-deni klassiku fil-ħnieżer slavaġ f’ċerti żoni ta’ l-Ungerija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 4321)

(It-test bl-Ungeriż biss huwa awtentiku)

(2008/674/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 16(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/683/KE (2) approvat pjan imressaq mill-Ungerija fil-11 ta’ Lulju 2007 għall-qerda tad-deni klassiku fil-ħnieżer slavaġ fiż-żoni ta' dak l-Istat Membru stabbilit fl-Anness ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

L-Ungerija infurmat lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni reċenti tad-deni klassiku fi ħnieżer slavaġ f'dak l-Istat Membru. Fid-dawl tat-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli, il-miżuri tal-pjan stabbiliti għall-qerda tad-deni klassiku fil-ħnieżer slavaġ hemm bżonn li jiġu estiżi għal ċerti żoni tal-kontea ta' Heves u l-kontea ta' Borsod-Abaúj-Zemplén.

(3)

Fl-interess tat-trasparenza tal-leġislazzjoni Komunitarja, l-Anness tad-Deċiżjoni 2007/683/KE għandu jiġu sostitwit bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni 2007/683/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/683/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Ungerija.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 281, 25.10.2007, p. 27. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/159/KE (ĠU L 51, 26.2.2008, p. 21).


ANNESS

“ANNESS

Żoni fejn il-pjan għall-eradikazzjoni tad-deni klassiku fi ħnieżer slavaġ għandu jiġi implimentat

It-territorju tal-kontea ta' Nógrád u t-territorju tal-kontea ta' Pest li jinsabu fit-Tramuntana u fil-Lvant tad-Danubju, fin-Nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-Punent tal-fruntiera mal-kontea ta' Nógrád u fit-Tramuntana tal-awtostrada E71, it-territorju tal-kontea ta' Heves li jinsab fil-Lvant tal-fruntiera tal-kontea ta' Nógrád, fin-Nofsinhar u l-Punent tal-fruntiera mal-kontea ta' Borsod-Abaúj-Zemplén u fit-tramuntana tal-awtostrada E71, u t-territorju tal-kontra ta' Borsod-Abaúj-Zemplén li tinsab fin-Nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-Lvant tal-fruntiera mal-kontea ta' Heves, fit-Tramuntana u l-Punent tal-awtostrada E71, fin-Nofsinhar tat-triq prinċipali Nru 37 (il-parti bejn l-awtostrada E71 u t-triq prinċipali Nru 26) u fil-Punent tat-triq prinċipali Nru 26.”


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU VI TAT-TRATTAT TA' L-UE

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/32


DEĊIŻJONI KWADRU TAL-KUNSILL 2008/675/ĠAI

ta’ l-24 ta’ Lulju 2008

dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 31 u 34(2)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea stabbiliet għaliha nnifisha l-objettiv li żżomm u tiżviluppa żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dan l-objettiv jeħtieġ li jkun possibbli li informazzjoni dwar kundanni mogħtija fl-Istati Membri tittieħed in konsiderazzjoni barra mill-Istat Membru li jkun qed jagħti l-kundanna, kemm għall-prevenzjoni ta’ reati ġodda kif ukoll waqt proċedimenti kriminali ġodda.

(2)

Fid-29 ta’ Novembru 2000 il-Kunsill, bi qbil mal-konkluzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Tampere, adotta il-Programm ta’ miżuri biex jimplimenta l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet f’materji kriminali (2), li jipprovdi għall-“adozzjoni ta’ strument wieħed jew aktar li jistabbilixxu l-prinċipju li qorti fi Stat Membru wieħed għandha tkun tista’ tieħu konsiderazzjoni ta’ sentenzi kriminali finali mogħtija mill-qrati fi Stati Membri oħrajn għall-finijiet ta’ valutazzjoni tar-rekord kriminali tal-ħati u biex jiġi stabbilit jekk dan reġax ikkommetta reat, u sabiex jiġi determinat it-tip ta’ sentenza applikabbli u l-arranġamenti għall-infurzar tagħha”.

(3)

L-għan ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru hu li jkun stabbilit obbligu minimu għall-Istati Membri biex jieħdu in konsiderazzjoni kundanni mogħtija fi Stati Membri oħrajn. Għalhekk din id-Deċiżjoni Kwadru ma timpedixxix lill-Istati Membri milli jieħdu in konsiderazzjoni, skond il-liġi tagħhom u meta jkollhom l-informazzjoni disponibbli, per eżempju, deċiżjonijiet finali ta’ awtoritajiet amministrattivi li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jiġu appellati fil-qrati kriminali li jistabbilixxu ħtija ta’ reat kriminali jew ta’ att punibbli skond id-dritt nazzjonali minħabba li huwa reat kontra l-liġi.

(4)

Xi Stati Membri jattribwixxu effetti għal kundanni mogħtija fi Stati Membri oħrajn, waqt li oħrajn jieħdu in konsiderazzjoni biss kundanni mogħtija mill-qrati tagħhom stess.

(5)

Il-prinċipju li l-Istati Membri għandhom jattribwixxu għal kundanna mogħtija fi Stati Membri oħrajn effetti ekwivalenti għal dawk attribwiti għal kundanna mogħtija mill-qrati tagħhom stess skond id-dritt nazzjonali għandu jiġi affermat, kemm jekk dawk l-effetti huma kkunsidrati mid-dritt nazzjonali bħala kwistjonijiet ta’ fatt kif ukoll jekk ta’ dritt proċedurali jew sostantiv. Madankollu din id-Deċiżjoni Kwadru ma tfittix li tarmonizza l-konsegwenzi attribwiti mil-leġislazzjoni nazzjonali differenti għall-eżistenza ta’ kundanni preċedenti u l-obbligu li jittieħdu in konsiderazzjoni kundanni preċedenti li ngħataw fi Stati Membri oħrajn jeżisti biss sal-punt li l-kundanni nazzjonali preċedenti jittieħdu in konsiderazzjoni taħt id-dritt nazzjonali.

(6)

B’kuntrast ma’ strumenti oħra, din id-Deċiżjoni Kwadru ma timmirax għall-eżekuzzjoni fi Stat Membru wieħed ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji meħuda fi Stati Membri oħrajn, iżda pjuttost timmira li tippermetti l-konsegwenzi jiġu marbuta ma’ kundanna preċedenti mogħtija fi Stat Membru wieħed waqt proċedimenti kriminali ġodda fi Stat Membru ieħor sal-punt li tali konsegwenzi huma marbuta ma’ kundanni nazzjonali preċedenti skond id-dritt ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor.

Għalhekk din id-Deċiżjoni Kwadru ma fiha l-ebda obbligu li jittieħdu in konsiderazzjoni tali kundanni preċedenti per eżempju f’każijiet fejn l-informazzjoni miksuba taħt strumenti applikabbli mhix suffiċjenti, fejn kundanna nazzjonali ma kinitx tkun possibbli rigward l-att li għalih il-kundanna preċedenti kienet ġiet imposta jew is-sanzjoni imposta preċedentement mhix magħrufa mis-sistema legali nazzjonali.

(7)

L-effetti ta’ kundanna mogħtija fi Stat Membru ieħor għandhom ikunu ekwivalenti għall-effetti ta’ deċiżjoni nazzjonali fl-istadju ta’ qabel il-kawża ta’ proċedimenti kriminali, fl-istadju tal-kawża u fil-ħin ta’ l-eżekuzzjoni tas-sentenza.

(8)

Meta, waqt proċedimenti kriminali fi Stat Membru, tkun disponibbli informazzjoni dwar kundanna preċedenti fi Stat Membru ieħor, għandu jiġi evitat kemm jista’ jkun li l-persuna kkonċernata tiġi ttrattata b’mod anqas favorevoli milli kieku l-kundanna preċedenti kienet kundanna nazzjonali.

(9)

L-Artikolu 3(5) għandu jiġi interpretat, fost l-oħrajn bi qbil mal-premessa 8, b’mod li jekk il-qorti nazzjonali fil-proċedimenti kriminali l-ġodda, meta tikkunsidra sentenza imposta preċedentement mogħtija fi Stat Membru ieħor, hija ta’ l-opinjoni li l-għoti ta’ ċertu livell ta’ sentenza fil-limiti tad-dritt nazzjonali jkun sproporzjonatament aħrax mal-ħati, meta tikkonsidra ċ-ċirkostanzi tiegħu jew tagħha, u jekk l-iskop tal-punizzjoni jista’ jinkiseb b’sentenza aktar baxxa, hija tista’ tnaqqas il-livell tas-sentenza għaldaqstant, jekk l-għemil ta’ dan seta’ kien possibbli f’każijiet purament interni.

(10)

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni Ewropea tat-28 ta’ Mejju 1970 dwar il-Validità Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali, dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ sentenzi kriminali, bejn Stati Membri partijiet għal dik il-Konvenzjoni.

(11)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta l-prinċipju ta’ sussidjarjetà previst mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea safejn dan jimmira għal approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta’ l-Istati Membri, li ma tistax issir b’mod adegwat mill-Istati Membri li jaġixxu b’mod unilaterali u teħtieġ azzjoni konċertata fl-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu previst mill-Artikolu 5 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità, din id-Deċiżjoni Kwadru ma teċċedix dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(12)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea.

(13)

Din id-Deċiżjoni Kwadru tirrispetta l-varjetà ta’ soluzzjonijiet u proċeduri interni meħtieġa biex tittieħed in konsiderazzjoni kundanna preċedenti mogħtija fi Stat Membru ieħor. L-esklużjoni ta’ possibbiltà li tiġi riveduta kundanna preċedenti ma għandhiex timpedixxi lil Stat Membru milli jieħu deċiżjoni, jekk meħtieġ, sabiex jiġu attribwiti l-effetti legali ekwivalenti għal tali kundanna preċedenti. Madankollu, il-proċeduri involuti fil-ħruġ ta’ tali deċiżjoni m’għandhomx, bil-ħsieb tal-ħin u tal-proċeduri jew tal-formalitajiet meħtieġa, jirrenduha impossibbli li jiġu attribwiti effetti ekwivalenti ma’ sentenza preċedenti mogħtija minn Stat Membru ieħor.

(14)

Indħil f’sentenza jew l-eżekuzzjoni tagħha jkopri inter alia sitwazzjonijiet fejn, skond id-dritt nazzjonali tat-tieni Stat Membru, is-sanzjoni imposta f’sentenza preċedenti għandha tiġi assorbita minn jew inkluża f’sanzjoni oħra, li mbagħad għandha tiġi effettivament eżegwita, sal-punt li l-ewwel sentenza ma tkunx diġà ġiet eżegwita jew l-eżekeżekuzzjoni tagħha ma tkunx ġiet trasferita lit-tieni Stat Membru,

ADOTTA DAN ID-DEĊIŻJONI KWADRU:

Artikolu 1

Suġġett

1.   Il-fini ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru hi li tiddetermina l-kondizzjonijiet li taħthom, matul proċedimenti kriminali fi Stat Membru kontra persuna, kundanni preċedenti li ngħataw kontra l-istess persuna għal fatti differenti fi Stati Membri oħrajn, jittieħdu in konsiderazzjoni.

2.   Din id-Deċiżjoni Kwadru m’għandhiex ikollha l-effett li temenda l-obbligu tar-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif minquxin fl-Artikolu 6 tat-Trattat.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru “kundanna” tfisser kwalunkwe deċiżjoni finali ta’ qorti kriminali li tistabbilixxi ħtija ta’ reat kriminali.

Artikolu 3

Teħid in konsiderazzjoni, matul proċedimenti kriminali ġodda, ta’ kundanna mogħtija fi Stat Membru ieħor

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura li matul proċedimenti kriminali kontra persuna, kundanni preċedenti li ngħataw kontra l-istess persuna għal fatti differenti fi Stati Membri oħrajn, li fir-rigward tagħhom inkisbet informazzjoni taħt strumenti applikabbli għal għajnuna legali reċiproka jew għall-iskambju ta’ informazzjoni estratta minn rekords kriminali, jittieħdu in konsiderazzjoni sal-livell li jittieħdu in konsiderazzjoni kundanni nazzjonali preċedenti, u li jiġu attribwiti lilhom effetti legali ekwivalenti bħal kundanni nazzjonali preċedenti, bi qbil mad-dritt nazzjonali.

2.   Il-Paragrafu 1 għandu japplika fl-istadju ta’ qabel il-kawża, fl-istadju tal-kawża innifisha u fil-ħin ta’ l-eżekuzzjoni tal-kundanna, partikolarment fir-rigward tar-regoli ta’ proċedura applikabbli, inklużi dawk relatati mad-detenzjoni proviżorja, id-definizzjoni tar-reat, it-tip u l-livell tas-sentenza, u r-regoli dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni.

3.   It-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni preċedenti mogħtija fi Stati Membri oħrajn, kif previst fil-paragrafu 1, m’għandux ikollu l-effett li jfixkel, jirrevoka jew jirrevedi kundanni preċedenti jew kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ l-eżekuzzjoni tagħhom mill-Istat Membru li jkun qed imexxi l-proċedimenti l-ġodda.

4.   Skond il-paragrafu 3, il-paragrafu 1 m’għandux japplika sal-punt li, li kieku l-kundanna preċedenti kienet kundanna nazzjonali ta’ l-Istat Membru li jkun qed imexxi l-proċedimenti l-ġodda, it-teħid in konsiderazzjoni tal-kundanna preċedenti kien, skond id-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru, ikollu l-effett li jfixkel, jirrevoka jew jirrevedi l-kundanna preċedenti jew kwalunkwe deċiżjoni relatata ma’ l-eżekuzzjoni tagħha.

5.   Jekk ir-reat li għalih il-proċedimenti ġodda jitwettqu ġie kommess qabel mal-kundanna preċedenti tkun ingħatat jew tkun ġiet eżegwita kompletament, il-paragrafi 1 u 2 m’għandhomx ikollhom l-effett li jobbligaw lill-Istati Membri biex japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar kif jiġu imposti s-sentenzi, fejn l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli għal kundanni barranin tillimita lill-imħallef fl-impożizzjoni ta’ sentenza fil-proċedimenti ġodda.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’tali każijiet il-qrati tagħhom jistgħu b’xi mod ieħor jieħdu in konsiderazzjoni kundanni preċedenti mogħtija fi Stati Membri oħrajn.

Artikolu 4

Relazzjoni ma’ strumenti legali oħrajn

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tissostitwixxi l-Artikolu 56 tal-Konvenzjoni Ewropea ta’ l-Aja tat-28 ta’ Mejju 1970 dwar il-Validità Internazzjonali ta’ Sentenzi Kriminali bejn l-Istati Membri partijiet għal dik il-Konvenzjoni, bla ħsara għall-applikazzjoni tagħha f’relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Artikolu 5

Implimentazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru sal-15 ta’ Awwissu 2010.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet li jittrasponu fil-dritt nazzjonali tagħhom l-obbligi imposti fuqhom minn din id-Deċiżjoni Kwadru.

3.   Abbażi ta’ dik l-informazzjoni l-Kummissjoni għandha, sal-15 ta’ Awwissu 2011, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Kwadru, flimkien ma’ proposti leġislattivi jekk ikun meħtieġ.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni Kwadru għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  Opinjoni tas-27 ta’ Settembru 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU C 12, 15.1.2001, p. 10.


Corrigendum

15.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/35


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 tad-29 ta' April 2008 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1493/1999, (KE) Nru 1782/2003, (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 3/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2392/86 u (KE) Nru 1493/1999

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 148, tas-6 ta' Ġunju 2008 )

Paġna 40, fl-Artikolu 128 (2)

minflok:

“Ir-Regolament (KE) Nru 2392/86 u l-Kapitoli I u II tat-Titolu V, it-Titolu VI, l-Artikoli 24 u 80…”

aqra:

“Ir-Regolament (KEE) Nru 2392/86 u l-Kapitoli I u II tat-Titolu V, it-Titolu VI, l-Artikoli 18 u 70…”