ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
8 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 788/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta' falliment u tal-proċedimenti ta' stralċ fl-Annessi A u B għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment u li jikkodifika l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2008 tal-24 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

14

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 790/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

17

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 791/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 793/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

22

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 795/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

25

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2008 tal-5 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

27

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 797/2008 tas-7 ta’ Awwissu 2008 li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

29

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (Verżjoni kodifikata)

31

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/647/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħatra ta’ membru Finlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

37

 

 

2008/648/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2008 li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

38

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/649/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2008 li taċċetta impenn offrut b’konnessjoni mal-proċediment ta’ l-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tat-taħlit ta’ l-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja

39

 

 

2008/650/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità biex tinkludi ċertu mard fil-lista ta’ mard li għandu jkun is-suġġett ta’ notifika u biex titħassar l-enċefalomjelite enterovirali tal-ħnieżer minn dik il-lista (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3943)  ( 1 )

42

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/651/PESK/ĠAI tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan

47

Ftehim Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan

49

 

*

Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK tas-7 ta’ Awwissu 2008 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

58

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 788/2008

tal-24 ta’ Lulju 2008

li jemenda l-listi tal-proċedimenti ta' falliment u tal-proċedimenti ta' stralċ fl-Annessi A u B għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment u li jikkodifika l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 45 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

L-Annessi A, B u C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 jelenkaw l-ismijiet mogħtija fil-leġislazzjoni nazzjonali ta' l-Istati Membri lill-proċedimenti u lill-istralċjarji li għalihom japplika dak ir-Regolament. L-Anness A jelenka l-proċedimenti ta' falliment msemmijin fl-Artikolu 2(a) ta' dak ir-Regolament. L-Anness B jelenka l-listi tal-proċedimenti ta' stralċ imsemmijin fl-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament u l-Anness C jelenka l-istralċjarji msemmijin fl-Artikolu 2(b) ta' dak ir-Regolament.

(2)

Fit-13 ta’ Diċembru 2007 r-Repubblika tal-Latvja nnotifikat lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, dwar l-emendi għal-listi li hemm elenkati fl-Annessi A u B għal dak ir-Regolament.

(3)

Bħala konsegwenza ta' l-emendi għall-Annessi A u B għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, b'segwitu għan-notifika mil-Latvja msemmija hawn fuq, l-Annessi A, B u C għal dak ir-Regolament għandhom jiġu kodifikati sabiex tiġi provduta ċertezza legali lill-partijiet kollha involuti fil-proċedimenti ta' falliment koperti minn dak ir-Regolament.

(4)

Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbutin bir-Regolament (KE) Nru 1346/2000, u, bis-saħħa ta' l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament, huma għalhekk qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(5)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhijiex marbuta bih u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(6)

L-Annessi A u B għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandhom għalhekk jiġu emendati u l-Annessi A, B u C għandhom jiġu kodifikati kif meħtieġ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)

Fl-Anness A, l-ismijiet għar-Repubblika tal-Latvja għandhom jinbidlu b'li ġej:

“LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process

Sanācija juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums fiziskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā”.

(2)

Fl-Anness B, l-ismijiet għar-Repubblika tal-Latvja għandhom jinbidlu b'li ġej:

“LATVIJA

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā”.

Artikolu 2

L-Annessi A u B ta' dan ir-Regolament kif emendati skond l-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament u l-Anness C għar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 huma b'dan kodifikati u sostitwiti bit-test imniżżel fl-Annessi I, II u III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 160, 30.6.2000, p 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) nru 681/2007 (ĠU L 159, 20.6.2007, p. 1).


ANNESS I

“ANNESS A

Proċedimenti ta' falliment imsemmijin fl-Artikolu 2(a)

BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

Het gerechtelijk akkoord/Le concordat judiciaire

De collectieve schuldenregeling/Le règlement collectif de dettes

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

De voorlopige ontneming van beheer, bepaald in artikel 8 van de faillissementswet/Le dessaisissement provisoire, visé à l’article 8 de la loi sur les faillites

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurz

Reorganizace

Oddlužení

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das gerichtliche Vergleichsverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση

Η προσωρινή διαχείριση εταιρείας. Η διοίκηση και διαχείριση των πιστωτών

Η υπαγωγή επιχείρησης υπό επίτροπο με σκοπό τη σύναψη συμβιβασμού με τους πιστωτές

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Sauvegarde

Redressement judiciaire

Liquidation judiciaire

IRELAND

Compulsory winding-up by the court

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the official assignee for realisation and distribution

Company examinership

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος

Εκούσια εκκαθάριση από μέλη

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου

Πτώχευση κατόπιν Δικαστικού Διατάγματος

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Tiesiskās aizsardzības process

Sanācija juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums juridiskās personas maksātnespējas procesā

Izlīgums fiziskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā

LIETUVA

įmonės restruktūrizavimo byla

įmonės bankroto byla

įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

Faillite

Gestion contrôlée

Concordat préventif de faillite (par abandon d’actif)

Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

Csődeljárás

Felszámolási eljárás

MALTA

Xoljiment

Amministrazzjoni

Stralċ volontarju mill-membri jew mill-kredituri

Stralċ mill-Qorti

Falliment f’każ ta' negozjant

NEDERLAND

Het faillissement

De surséance van betaling

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren

Das Ausgleichsverfahren

POLSKA

Postępowanie upadłościowe

Postępowanie układowe

Upadłość obejmująca likwidację

Upadłość z możliwością zawarcia układu

PORTUGAL

Processo de insolvência

Processo de falência

Processos especiais de recuperação de empresa, ou seja:

Concordata

Reconstituição empresarial

Reestruturação financeira

Gestão controlada

ROMÂNIA

procedura insolvenței

reorganizarea judiciară

procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

Postopek prisilne poravnave

Prisilna poravnava v stečaju

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

Reštrukturalizačné konanie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

Yrityssaneeraus/företagssanering

SVERIGE

Konkurs

Företagsrekonstruktion

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Voluntary arrangements under insolvency legislation

Bankruptcy or sequestration”


ANNESS II

“ANNESS B

Proċedimenti ta' stralċ imsemmija fl-Artikolu 2(c)

BELGIË/BELGIQUE

Het faillissement/La faillite

De vrijwillige vereffening/La liquidation volontaire

De gerechtelijke vereffening/La liquidation judiciaire

БЪЛГАРИЯ

Производство по несъстоятелност

ČESKÁ REPUBLIKA

Konkurz

DEUTSCHLAND

Das Konkursverfahren

Das Gesamtvollstreckungsverfahren

Das Insolvenzverfahren

EESTI

Pankrotimenetlus

ΕΛΛΑΔΑ

Η πτώχευση

Η ειδική εκκαθάριση

ESPAÑA

Concurso

FRANCE

Liquidation judiciaire

IRELAND

Compulsory winding-up

Bankruptcy

The administration in bankruptcy of the estate of persons dying insolvent

Winding-up in bankruptcy of partnerships

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation of a court)

Arrangements under the control of the court which involve the vesting of all or part of the property of the debtor in the official assignee for realisation and distribution

ITALIA

Fallimento

Concordato preventivo con cessione dei beni

Liquidazione coatta amministrativa

Amministrazione straordinaria con programma di cessione dei complessi aziendali

Amministrazione straordinaria con programma di ristrutturazione di cui sia parte integrante un concordato con cessione dei beni

ΚΥΠΡΟΣ

Υποχρεωτική εκκαθάριση από το Δικαστήριο

Εκκαθάριση με την εποπτεία του Δικαστηρίου

Εκούσια εκκαθάριση από πιστωτές (με την επικύρωση του Δικαστηρίου)

Πτώχευση

Διαχείριση της περιουσίας προσώπων που απεβίωσαν αφερέγγυα

LATVIJA

Bankrota procedūra juridiskās personas maksātnespējas procesā

Bankrota procedūra fiziskās personas maksātnespējas procesā

LIETUVA

įmonės bankroto byla

įmonės bankroto procesas ne teismo tvarka

LUXEMBOURG

Faillite

Régime spécial de liquidation du notariat

MAGYARORSZÁG

Felszámolási eljárás

MALTA

Stralċ volontarju

Stralċ mill-Qorti

Falliment inkluż il-ħruġ ta' mandat ta' qbid mill-Kuratur f’każ ta' negozjant fallut

NEDERLAND

Het faillissement

De schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Das Konkursverfahren

POLSKA

Postępowanie upadłościowe

Upadłość obejmująca likwidację

PORTUGAL

Processo de insolvência

Processo de falência

ROMÂNIA

procedura falimentului

SLOVENIJA

Stečajni postopek

Skrajšani stečajni postopek

SLOVENSKO

Konkurzné konanie

SUOMI/FINLAND

Konkurssi/konkurs

SVERIGE

Konkurs

UNITED KINGDOM

Winding-up by or subject to the supervision of the court

Winding-up through administration, including appointments made by filing prescribed documents with the court

Creditors' voluntary winding-up (with confirmation by the court)

Bankruptcy or sequestration”


ANNESS III

“ANNESS C

Likwidaturi msemmija fl-Artikolu 2(b)

BELGIË/BELGIQUE

De curator/Le curateur

De commissaris inzake opschorting/Le commissaire au sursis

De schuldbemiddelaar/Le médiateur de dettes

De vereffenaar/Le liquidateur

De voorlopige bewindvoerder/L’administrateur provisoire

БЪЛГАРИЯ

Назначен предварително временен синдик

Временен синдик

(Постоянен) синдик

Служебен синдик

ČESKÁ REPUBLIKA

Insolvenční správce

Předběžný insolvenční správce

Oddělený insolvenční správce

Zvláštní insolvenční správce

Zástupce insolvenčního správce

DEUTSCHLAND

Konkursverwalter

Vergleichsverwalter

Sachverwalter (nach der Vergleichsordnung)

Verwalter

Insolvenzverwalter

Sachverwalter (nach der Insolvenzordnung)

Treuhänder

Vorläufiger Insolvenzverwalter

EESTI

Pankrotihaldur

Ajutine pankrotihaldur

Usaldusisik

ΕΛΛΑΔΑ

Ο σύνδικος

Ο προσωρινός διαχειριστής. Η διοικούσα επιτροπή των πιστωτών

Ο ειδικός εκκαθαριστής

Ο επίτροπος

ESPAÑA

Administradores concursales

FRANCE

Mandataire judiciaire

Liquidateur

Administrateur judiciaire

Commissaire à l’exécution du plan

IRELAND

Liquidator

Official assignee

Trustee in bankruptcy

Provisional liquidator

Examiner

ITALIA

Curatore

Commissario giudiziale

Commissario straordinario

Commissario liquidatore

Liquidatore giudiziale

ΚΥΠΡΟΣ

Εκκαθαριστής και Προσωρινός Εκκαθαριστής

Επίσημος Παραλήπτης

Διαχειριστής της Πτώχευσης

Εξεταστής

LATVIJA

Maksātnespējas procesa administrators

LIETUVA

Bankrutuojančių įmonių administratorius

Restruktūrizuojamų įmonių administratorius

LUXEMBOURG

Le curateur

Le commissaire

Le liquidateur

Le conseil de gérance de la section d’assainissement du notariat

MAGYARORSZÁG

Vagyonfelügyelő

Felszámoló

MALTA

Amministratur Proviżorju

Riċevitur Uffiċjali

Stralċjarju

Manager Speċjali

Kuraturi f’każ ta’ proċeduri ta’ falliment

NEDERLAND

De curator in het faillissement

De bewindvoerder in de surséance van betaling

De bewindvoerder in de schuldsaneringsregeling natuurlijke personen

ÖSTERREICH

Masseverwalter

Ausgleichsverwalter

Sachverwalter

Treuhänder

Besondere Verwalter

Konkursgericht

POLSKA

Syndyk

Nadzorca sądowy

Zarządca

PORTUGAL

Administrador da insolvência

Gestor judicial

Liquidatário judicial

Comissão de credores

ROMÂNIA

practician în insolvență

administrator judiciar

lichidator

SLOVENIJA

Upravitelj prisilne poravnave

Stečajni upravitelj

Sodišče, pristojno za postopek prisilne poravnave

Sodišče, pristojno za stečajni postopek

SLOVENSKO

Predbežný správca

Správca

SUOMI/FINLAND

Pesänhoitaja/boförvaltare

Selvittäjä/utredare

SVERIGE

Förvaltare

Rekonstruktör

UNITED KINGDOM

Liquidator

Supervisor of a voluntary arrangement

Administrator

Official receiver

Trustee

Provisional liquidator

Judicial factor”


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/14


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 789/2008

tal-24 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1911/2006 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u ta’ nitrati ta’ l-ammonju li joriġinaw mill-Alġerija, mill-Belarus, mir-Russja u mill-Ukraina wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar ħarsien minn importazzjonijiet iddampjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’ mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ urea u nitrati ta’ l-ammonju (UAN) li joriġinaw, inter alia, mir-Russja. Wara reviżjoni ta’ l-iskadenza li ngħatat bidu f’Settembru 2005, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1911/2006 (3), ġedded għal ħames snin dawn il-miżuri fil-livell attwali tagħhom.

(2)

Fid-19 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni ħabbret b’avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (4), il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali dwar importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-UAN li joriġinaw, inter alia, mir-Russja fuq it-talba ta’ Open Joint Stock Company Novomoskovskiy Azot u Open Joint Stock Company Nevinnomyssky Azot, żewġ produtturi esportaturi mir-Russja, li jappartjenu lill-Open Joint Stock Company “Mineral and Chemical Company Eurochem”. Dawn iż-żewġ kumpaniji, minħabba r-relazzjoni tagħhom, huma ttrattati bħala entità legali waħda (“il-produttur esportatur”) għall-iskop tar-Regolament attwali. Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tar-reviżjoni interim parzjali huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 238/2008 (5) li bih intemmet ir-reviżjoni mingħajr ma ġew emendati l-miżuri anti-dumping fis-seħħ.

B.   IMPENN

(3)

Waqt ir-reviżjoni interim il-produttur esportatur esprima interess li joffri impenn għall-prezz iżda naqas milli jibgħat offerta sostanzjata sew qabel il-limitu taż-żmien kif stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu kif stipulat fil-Premessi (57) u (58) tar-Regolament tal-Kunsill imsemmi hawn fuq, il-Kunsill qies li l-produttur esportatur għandu eċċezzjonalment jitħalla jispiċċa l-offerta ta’ impenn tiegħu fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament minħabba l-kumplessità ta’ bosta kwistjonijiet, fosthom (1) il-volatilità tal-prezz tal-prodott ikkonċernat li jeħtieġ xi tip ta’ indiċi ta’ prezzijiet minimi, filwaqt li l-volatilità mhix spjegata biżżejjed mill-mutur ewlieni ta’ l-ispejjeż; u (2) il-qagħda partikolari tas-suq għall-prodott ikkonċernat. Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 238/2008 u qabel il-limitu taż-żmien stipulat f’dak ir-Regolament, il-produttur esportatur ippreżenta impenn aċċettabbli tal-prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

(4)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2008/649/KE (6) aċċettat l-offerta ta’ impenn. Il-Kunsill jagħraf li l-offerta ta’ impenn telimina l-effett ta’ ħsara tad-dumping u tillimita għal grad suffiċjenti r-riskju ta’ evażjoni.

(5)

Biex il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-dwana jkunu jistgħu jissorveljaw b’mod effettiv l-osservanza ta’ l-impenn mill-produttur esportatur, meta tiġi ppreżentata t-talba lill-awtorità rilevanti tad-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, l-eżenzjoni mid-dazju ta’ anti-dumping għandha tiddependi minn (i) preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn, li tkun fattura kummerċjali li jkollha mill-anqas l-elementi msemmija u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness; (ii) il-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u mogħnija b’fattura direttament mill-produttur esportatur imsemmij lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura ta’ l-impenn. Meta l-kondizzjonijiet ta’ hawn fuq ma jiġux issodisfati, id-dazju anti-dumping xieraq għandu jiġi impost fil-ħin meta ssir id-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa.

(6)

Kull meta l-Kummissjoni tirtira, skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, l-aċċettazzjoni tagħha ta’ l-impenn wara xi ksur billi tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara bħala invalidi l-fatturi ta’ impenn rilevanti, jiġi impost dejn doganali fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.

(7)

L-importaturi għandhom dejjem ikunu konxji li dejn doganali jista’ jiġġarrab, bħala riskju normali tan-negozju, fil-mument ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa hekk kif deskritt fil-premessi (5) u (6) anke jekk impenn offrut mill-manifattur li minnu kienu qegħdin jixtru, direttament jew indirettament, kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

(8)

Skond l-Artikolu 14(7) tar-Regolament bażiku, l-awtoritajiet tad-dwana għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni kull meta jinstabu indikazzjonijiet ta’ xi vjolazzjoni ta’ l-impenn.

(9)

Minħabba r-raġunijiet imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, l-impenn offrut mill-produttur esportatur huwa għalhekk meqjus aċċettabbli mill-Kummissjoni u l-produttur esportatur ikkonċernat ġie infurmat bil-fatti, il-kunsiderazzjonijiet u l-obbligi essenzjali li l-aċċettazzjoni hija bbażata fuqhom.

(10)

Fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ l-impenn jew fil-każ ta’ rtirar ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju anti-dumping impost mill-Kunsill, skond l-Artikolu 9(4) għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1911/2006 huwa b’dan emendat kif ġej:

(1)

Il-Paragrafu 4 fl-Artikolu 1 għandu jkun sostitwit bil-paragrafu li ġej:

“4.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju definittiv ta’ l-anti-dumping ma għandux japplika għal importazzjonijiet rilaxxati ġo ċirkulazzjoni ħielsa skond l-Artikolu 2 jew l-Artikolu 2a.”.

(2)

L-Artikolu li ġej għandu jiżdied wara l-Artikolu 2:

“Artikolu 2a

1.   L-importazzjonijiet ta’ soluzzjonijiet ta’ l-urea u n-nitrat ta’ l-ammonju għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa li huma mogħnija b’fattura mill-kumpanija li l-impenn tagħha ġie aċċettat mill-Kummissjoni u li l-isem tagħha tniżżel f’Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/649/KE (*), li minn żmien għal żmien tiġi emendata, se tiġi eżentata mid-dazju antidumping impost mill-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

dawn jiġu manifatturati, mibgħuta u mogħnija b’fattura direttament mill-produttur imsemmi lill-ewwel konsumatur indipendenti fil-Komunità; kif ukoll

importazzjonijiet bħal dawn ikunu akkumpanjati minn fattura ta’ impenn li hija fattura kummerċjali li jkun fiha mill-anqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament; kif ukoll

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura ta’ l-impenn.

2.   Dejn doganali għandu jiġi mġarrab fil-ħin ta’ l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

kull meta jiġi stabbilit, fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li ma tiġix sodisfatta waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet imsemmija f’dak il-paragrafu; jew

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tagħha ta’ l-impenn skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku f’Regolament jew Deċiżjoni li tirreferi għal tranżazzjonijiet partikolari jew tiddikjara bħala invalidi l-fatturi rilevanti ta’ impenji.

(*)  ĠU L 213, 8.8.2008, p. 39.”"

(3)

L-Anness għandu jiġi mibdul b’dan l-Anness li ġej:

“ANNESS

Elementi li għandhom jiġu indikati fl-irċevuta ta’ l-impenn imsemmija fl-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 2a:

(1)

Il-Kodiċi addizzjonali TARIC li taħtu l-prodotti fl-irċevuta jistgħu jkunu meħlusa fid-dwana fil-fruntiera tal-Komunità, (kif spjegat fir-Regolament jew fid-Deċiżjoni xierqa).

(2)

Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, inklużi:

Il-kodiċi NM,

Il-kontenut ta’ nitroġenu (‘N’) tal-prodott (f’perċentwali),

Il-kwantità (tingħata f’tunnellati).

(3)

Id-deskrizzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ bejgħ, inkluż:

il-prezz għal kull tunnellata,

it-termini applikabbli għall-ħlas,

it-termini applikabbli għall-kunsinna,

ir-roħs u r-ribass totali.

(4)

Isem ta’ l-importatur mhux relatat li fuqu l-kumpanija tkun ħarġet il-fattura direttament.

(5)

L-isem ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura ta’ l-impenn u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

‘Jien, is-sottoskritt, niċċertifika illi l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lill-Komunità Ewropea ta’ l-oġġetti msemmija f’din il-fattura qiegħed isir fl-ambitu u taħt it-termini ta’ l-impenn offrut minn (kumpanija), u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tar-Regolament (KE) Nru 617/2000 jew d-Deċiżjoni 2008/649/KE (kif xieraq). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.’ ”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. HORTEFEUX


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 238, 22.9.2000, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1675/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 4).

(3)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26.

(4)  ĠU C 311, 19.12.2006, p. 51.

(5)  ĠU L 75, 18.3.2008, p. 14.

(6)  Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 790/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,8

TR

74,2

XS

25,6

ZZ

42,5

0707 00 05

TR

106,2

ZZ

106,2

0709 90 70

TR

93,9

ZZ

93,9

0805 50 10

AR

83,3

CL

63,1

US

95,7

UY

60,6

ZA

98,9

ZZ

80,3

0806 10 10

CL

78,6

EG

164,3

IL

157,1

MK

68,7

TR

141,6

ZZ

122,1

0808 10 80

AR

46,7

BR

92,5

CL

96,3

CN

84,0

NZ

107,4

US

95,3

UY

148,0

ZA

82,6

ZZ

94,1

0808 20 50

AR

67,2

CL

51,8

NZ

152,7

TR

137,0

ZA

94,8

ZZ

100,7

0809 20 95

CA

242,0

TR

545,4

US

438,1

ZZ

408,5

0809 30

TR

155,6

US

191,9

ZZ

173,8

0809 40 05

BA

66,2

IL

136,7

XS

62,1

ZZ

88,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 791/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mit-8 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

14,72  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

14,72  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

14,72  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

14,72  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

16,01

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

16,01

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

16,01

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 792/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-7 ta’ Awwissu 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-7 ta’ Awwissu 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 26,005 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 793/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi li mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni taz-zokkor abjad fil-kuntest tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta bir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, u t-tielet inċiż, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 1060/2007 tas-14 ta’ Settembru 2007 dwar il-ftuħ ta’ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid b’esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-organizzazzjonijiet ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (2) jesiġi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F’konformità ma’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 u wara eżami ta’ l-offerti mressqa b’risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-6 ta’ Awwissu 2008, jeħtieġ li jiġi deċiż li ma ssir l-ebda aġġudikazzjoni fil-kuntest ta’ din is-sejħa għall-offerti parzjali.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mhi se ssir l-ebda aġġudikazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-6 ta’ Awwissu 2008 f’dak li jirrigwarda l-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 794/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fis Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mit-8 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

16,01

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

16,01

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

16,01

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

16,01

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,1601

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 795/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 164(2), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 170 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fit-taqsima XVII ta’ l-Anness I tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità tista’ tiġi koperta minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq tal-laħam tal-majjal, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni skond ir-regoli u l-kriterji pprovduti fl-Artikoli 162 sa 164, 167, 169 u 170 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Skond l-Artikolu 164(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjoni, speċjalment fejn il-qagħda attwali tas-suq dinji, il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti swieq, jew l-obbligi li jitnisslu mill-ftehimiet iffirmati skond l-Artikolu 300 tat-Trattat tal-KE hekk jitolbu.

(4)

Ir-rifużjonijiet għandhom jingħataw biss għall-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom it-timbru sanitarju msemmi fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

(5)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehemtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 164 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, kif ukoll l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet, huma speċifikati fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, bir-riserva tal-kundizzjoni stipulata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tat-timbru sanitarju stipulati fl-Anness I, is-Sezzjoni I, il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Id-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 6.7.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

(4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam tal-majjal, applikabbli mit-8 ta’ Awwissu 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

0210 11 31 9110

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 11 31 9910

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9100

A00

EUR/100 kg

54,20

0210 19 81 9300

A00

EUR/100 kg

54,20

1601 00 91 9120

A00

EUR/100 kg

19,50

1601 00 99 9110

A00

EUR/100 kg

15,20

1602 41 10 9110

A00

EUR/100 kg

29,00

1602 41 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 42 10 9110

A00

EUR/100 kg

22,80

1602 42 10 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

1602 49 19 9130

A00

EUR/100 kg

17,10

NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje «A » huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1), kif emendat.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 796/2008

tal-5 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlozz fi IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta’ IIIb, IIIc u IIId min-naħa ta’ bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni [għall-Politika Komuni tas-Sajd] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta’ Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta’ ħut u gruppi ta’ ħażniet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta’ qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta’ ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1).

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 718/2008 (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8).


ANNESS

Nru

23/T&Q

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HKE/3A/BCD

Speċi

Marlozz (Merluccius merluccius)

Żona

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIIb, IIIc u IIId

Data

29.6.2008


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 797/2008

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Lulju 2008 għall-prodotti li qegħdin imniżżla fl-Anness, esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/2008 (2).

(2)

Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 716/2008 għall-informazzjoni li hemm attwalment disponibbli għand il-Kummissjoni, isegwi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni attwalment applikabbli għandhom jiġu modifikati kif muri f’dan l-Anness,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 716/2008 huma għalhekk modifikati kif muri f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-8 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 197, 25.7.2008, p. 52.


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mit-8 ta’ Awwissu 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

16,01

16,01


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


DIRETTIVI

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/31


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/71/KE

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE tas-27 ta’ Novembru 1992 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ l-annimali (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Skond l-Artikolu 3 (1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-verifiki veterinarji u żootekniċi applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u fi prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (4), l-annimali għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom jiġu identifikati skond ir-rekwiżiti tar-regoli Komunitarji u għandhom jiġu reġistrati b’tali mod li l-azjenda, ċentru jew organizzazzjoni oriġinali jew ta’ transitu jkunu jistgħu jiġu intraċċati. Qabel l-1 ta’ Jannar 1993 dawk is-sistemi ta’ l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni kellhom ikunu estiżi għaċ-ċaqliq ta’ l-annimali fit-territorju ta’ kull Stat Membru.

(3)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (5) tipprovdi li l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni, previsti fl-Artikolu 3 (1)(ċ) tad-Direttiva 90/425/KEE, ta’ l-annimali bħal dawk għandhom, ħlief fil-każ ta’ annimali għall-qatla u equidae reġistrati, jitwettqu wara li jkunu saru l-imsemmija kontrolli.

(4)

Huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-iskambju rapidu u effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri għall-applikazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva. Ġew stabbiliti dispożizzjonijiet Komunitarji permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (6) u bid-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta’ Novembru 1989 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri u koperazzjoni bejn dawn ta’ l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarji u żootekniċi (7).

(5)

Dawk li jżommu l-annimali għandhom iżommu records aġġornati ta’ l-annimali li jkunu jinsabu fl-azjendi tagħhom. Il-persuni involuti fil-kummerċ ta’ l-annimali għandhom iżommu records tan-negozji tagħhom. L-awtorità kompetenti għandha jkollha aċċess għal dawn ir-records meta titolbu.

(6)

Sabiex ikun jista’ jiġi rintraċċat malajr u b’mod eżatt iċ-ċaqliq ta’ l-annimali, jenħtieġ li l-annimali jkunu jistgħu jiġu identifikati. Għandha tittieħed deċiżjoni f’data aktar tard sabiex tiġi stabbilita n-natura tal-marka u, sa meta tittieħed tali deċiżjoni, is-sistemi nazzjonali ta’ identifikazzjoni għandhom jinżammu għaċ-ċaqliq li jkun ristrett għas-suq nazzjonali.

(7)

Għandu jsir provvediment għall-possibbiltà tar-rinunzja tar-rekwiżiti tal-marki fil-każ ta’ l-annimali li jiċċaqilqu direttament minn azjenda agrikola għall-biċċerija. Iżda, dawn l-annimali għandhom f’kull każ ikunu identifikati sabiex l-azjenda agrikola tagħhom ta’ l-oriġini tkun tista’ tiġi rintraċċata.

(8)

Għandu jsir provvediment għall-possibbiltà tar-rinunzja ta’ l-obbligu li jiġu reġistrati dawk li jżommu l-annimali għal għanijiet personali u, sabiex jittieħed kont ta’ ċerti każijiet partikolari, tal-proċeduri għaż-żamma tar-reġistri.

(9)

Fil-każ ta’ l-annimali li l-marka tagħhom saret illeġibbli jew intilfet, għandha tiġi applikata marka ġdida li tkun tippermetti li tiġi stabbilita rabta mal-marka ta’ qabel.

(10)

Din id-Direttiva m’għandhiex tinċidi fuq ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 89/153/KEE tat-13 ta’ Frar 1989 dwar l-korrelazzjoni ta’ kampjuni meħuda għall-eżami tal-fdal ma’ l-annimali u l-azjendi agrikoli tagħhom ta’ l-oriġini (8) jew fuq kwalunkwe regola rilevanti stabbilita konformement mad-Direttiva 91/496/KEE.

(11)

Għandu jsir provvediment għal proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni għall-adozzjoni ta’ kull regola meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(12)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva stabbilita fl-Anness I, Parti B,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer, mingħajr preġudizzju għal regoli Komunitarji aktar dettaljati li jistgħu jiġu stabbiliti għall-eradikazzjoni tal-mard jew għal għanijiet ta’ kontroll.

Għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-Deċiżjoni 89/153/KEE, u għar-regoli ta’ implimentazzjoni stabbiliti konformement mad-Direttiva 91/496/KEE.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

(a)

“annimal” tfisser kull annimal tal-familja Suidae, esklużi ħnieżer slavaġ, kif definit fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta’ Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (9);

(b)

“azjenda” tfisser kull stabbiliment, kostruzzjoni jew, fil-każ ta’ azjenda agrikola fil-miftuħ, kull post li fih jinżammu, jitrabbew jew jiġu trattati l-annimali;

(c)

“dak li jżomm l-annimali” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, ukoll fuq bażi temporanja, għall-annimali;

(d)

“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità ċentrali ta’ Stat Membru li tkun kompetenti sabiex twettaq verifiki veterinarji jew kull awtorità li lilha tkun ġiet delegata dik il-kompetenza għall-finijiet ta’ l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(e)

“kummerċ” tfisser kummerċ kif definit fil-punt (3) ta’ l-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/425/KEE.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)

l-awtorità kompetenti jkollha lista aġġornata ta’ l-azjendi kollha li jżommu l-annimali koperti minn din id-Direttiva u li jkunu jinsabu fit-territorju tagħha, li tispeċifika dawk li jżommu l-annimali; dawn l-azjendi għandhom jibqgħu fuq dik il-lista sa meta jkunu għaddew tliet snin konsekuttivi mingħajr annimali miżmuma fl-azjenda. Dik il-lista għandha tinkludi wkoll il-marka jew il-marki li jippermettu l-identifikazzjoni l-azjenda konformement ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) l-ewwel subparagrafu u ma’ l-Artikolu 8;

(b)

il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti jistgħu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha miksuba taħt din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jkollhom l-awtorità, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE, li jeskludu mil-lista fil-paragrafu 1(a) ta’ dan l-Artikolu persuni fiżiċi li jżommu annimal wieħed li jkun intiż għall-użu jew għall-konsum tagħhom, sabiex jittieħed kont ta’ ċirkostanzi partikolari, sakemm dan l-annimal ikun suġġett għall-kontrolli stabbiliti f’din id-Direttiva qabel xi ċaqliq.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull min iżomm annimal li jinsab fil-lista prevista fl-Artikolu 3(1)(a) iżomm reġistru li jkun juri l-għadd ta’ annimali miżmum fir-razzett.

Dak ir-reġistru għandu jinkludi fih rekords aġġornati ta’ ċaqliq (numru ta’ annimali konċernati f’kull operazzjoni ta’ dħul u ħruġ) għall-inqas fuq il-bażi ta’ ċaqliq aggregat, li jiddikjaraw adegwatament l-oriġini jew id-destinazzjoni tagħhom, u d-data ta’ dak iċ-ċaqliq.

Il-marka ta’ identifikazzjoni applikata skond l-Artikoli 5 u 8 għandha tiġi dikjarata fil-każijiet kollha.

Fil-każ ta’ majjali ta’ razza pura jew imħallta, li jiġu mdaħħla fil-ktieb tal-merħliet konformement mad-Direttiva tal-Kunsill 88/661/KEE tad-19 ta’ Diċembru 1988 dwar l-istandards żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali ta’ l-ispeċi tal-majjal (10), tista’ tiġi rikonoxxuta sistema alternattiva ta’ reġistrazzjoni bbażata fuq l-identifikazzjoni individwali li tkun tippermetti li l-annimali li għandhom jiġu identifikati jistgħu jiġu rikonoxxuti skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE jekk tkun toffri garanziji ekwivalenti għal dawk ta’ reġistru.

2.   L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li:

(a)

kull min iżomm l-annimali jipprovdi lill-awtorità kompetenti, meta jiġi hekk mitlub, informazzjoni kollha li tikkonċerna l-oriġini, l-identifikazzjoni u, fejn ikun il-każ, id-destinazzjoni ta’ l-annimali li tagħhom huwa kien il-proprjetarju, li minnu ġew miżmuma, trasportati, kummerċjalizzati jew maqtula;

(b)

kull min iżomm annimali trasportati lejn u minn suq jew minn ċentru ta’ ġbir għandu jipprovdi dokument, li jinkludi dettalji dwar l-annimali konċernati, lill-operatur, fis-suq jew fiċ-ċentru ta’ ġbir, li jkun iżomm l-annimali fuq bażi temporanja.

Dak l-operatur jista’ juża d-dokumenti miksuba skond l-ewwel subparagrafu sabiex iwettaq l-obbligi stabbiliti fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1;

(c)

ir-reġistri u l-informazzjoni għandhom ikunu disponibbli fl-azjenda u għall-awtorità kompetenti, meta dawn jintalbu, għal perjodu minimu li għandu jkun stabbilit mill-awtorità kompetenti iżda li m’għandux ikun ta’ anqas minn tliet snin.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu rispettati l-prinċipji ġenerali li ġejjin:

(a)

il-marki ta’ identifikazzjoni għandhom jiġu applikati qabel l-annimali jħallu l-azjenda fejn ikunu twieldu;

(b)

ebda marka ma titneħħa jew tinbidel mingħajr il-permess ta’ l-awtorità kompetenti.

Meta marka ssir illeġibbli jew tkun intilfet, għandha tiġi applikata marka ġdida skond dan l-Artikolu;

(c)

dak li jżomm l-annimali għandu jirreġistra kull marka ġdida fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 4 sabiex tkun stabbilita rabta mal-marka preċedenti applikata lill-annimal.

2.   L-annimali għandhom jiġu mmarkati kemm jista’ jkun malajr, u f’kull każ qabel ma jħallu l-azjenda, b’marka tal-widna jew marka oħra fuq il-ġilda (tattoo) li tagħmilha possibbli li tiġi stabbilita l-azjenda li minnha jkunu ġejjin u li jkunu jippermettu li ssir referenza għal kull dokument li jakkumpanjahom li għandu jsemmi dik il-marka tal-widna jew marka oħra u għal-lista msemmija fl-Artikolu 3(1)(a).

L-Istati Membri jistgħu, b’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1)(c) tad Direttiva 90/425/KEE, japplikaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għaċ-ċaqliq kollu ta’ l-annimali fit-territorji tagħhom. Dawk is-sistemi għandhom jiffaċilitaw l-identifikazzjoni ta’ l-azjenda minn fejn ikunu ġejjin u l-azjenda li fiha jkunu twieldu. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bis-sistema li huma jkollhom l-intenzjoni li jintroduċu għal dan l-iskop. Konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 90/425/KEE, Stat Membru jista jiġi mitlub li jagħmel emendi fis-sistema tiegħu fejn din ma tkunx tissodisfa dak ir-rekwiżit.

L-annimali li jġorru marka temporanja li tkun tidentifika konsenja għandhom ikunu akkumpanjati matul iċ-ċaqliq kollu tagħhom minn dokument li jkun jippermetti li jiġu stabbiliti l-oriġini, il-proprjetarju, il-post tat-tluq u d-destinazzjoni.

Artikolu 6

1.   Fejn l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tiddeċiedi li ma żżommx il-marka ta’ identifikazzjoni allokata lill-annimal fl-azjenda ta’ l-oriġini kull spiża involuta bħala riżultat tal-bidla tal-marka għandha titħallas minn dik l-awtorità. Meta l-marka tkun hekk mibdula, għandha tiġi stabbilita rabta bejn l-identifikazzjoni allokata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tat-tluq u l-identifikazzjoni l-ġdida allokata mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni; dik ir-rabta għandha tiġi reġistrata fir-reġistru previst fl-Artikolu 4.

L-opzjoni fl-ewwel subparagrafu ma tistax tiġi invokata fil-każ ta’ l-annimali destinati għall-qatla li jiġu importati taħt l-Artikolu 8 mingħajr ma jġorru marka ġdida skond l-Artikolu 5.

2.   Fejn ikun sar negozju mill-annimali, l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ għall-finijiet ta’ l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/425/KEE, tirrikorri għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 89/608/KEE sabiex tikseb l-informazzjoni relatata ma’ l-annimali, mal-merħla ta’ l-oriġini tagħhom u ma’ kull ċaqliq li jkunu ġew suġġetti għalih.

Artikolu 7

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull informazzjoni relatata maċ-ċaqliq ta’ annimali li ma jkunux akkumpanjati minn ċertifikat jew minn dokument meħtieġ mil-leġislazzjoni veterinarja jew żooteknika, tibqa’ disponibbli għall-awtorità kompetenti, fuq talba, għal perjodu minimu li għandu jiġi stabbilit minn din ta’ l-aħħar.

Artikolu 8

Kull annimal importat minn pajjiż terz li jkun għadda mill-kontrolli stabbiliti mid-Direttiva 91/496/KEE u li jibqa’ fit-territorju Komunitarju għandu, fi żmien tletin jum minn meta jiġi suġġett għal dawk il-verifiki, u, f’kull każ, qabel iċ-ċaqliq tiegħu, jiġi identifikat b’marka li tikkonforma ma’ l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva sakemm l-azjenda ta’ destinazzjoni ma tkunx biċċerija li tkun tinsab fit-territorju ta’ l-awtorità kompetenti responsabbli għal kontrolli veterinarji u l-annimal ma jiġix fil-fatt maqtul fi żmien dawk it-tletin jum.

Għandha tiġi stabbilita rabta bejn l-identifikazzjoni stabbilita mill-pajjiż terz u l-identifikazzjoni allokata lilu mill-pajjiż ta’ destinazzjoni. Dik ir-rabta għandha tiġi reġistrata fir-reġistru previst fl-Artikolu 4.

Artikolu 9

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri amministrattivi u/jew il-penalitajiet meħtieġa sabiex jippunixxu kull ksur tal-leġislazzjoni veterinarja tal-Komunità, fejn jiġi stabbilit li l-immarkar jew l-identifikazzjoni jew iż-żamma tar-reġistri previsti fl-Artikolu 4 ma jkunux twettqu konformement mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam regolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 11

Id-Direttiva 92/102/KEE, kif emendata mill-atti elenkati fl-Anness I, Parti A hija b’dan mħassra, mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ l-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttiva msemmija fl-Anness I, Parti B.

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 12

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  L-Opinjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 21/2004 (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(3)  Ara l-Anness I, Parti A.

(4)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(5)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(6)  ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(7)  ĠU L 351, 2.12.1989, p. 34.

(8)  ĠU L 59, 2.3.1989, p. 33.

(9)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5. Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 34, p. 234 - 264. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(10)  ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).


ANNESS I

PARTI A

Id-Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 11)

Direttiva tal-Kunsill 92/102/KEE

(ĠU L 355, 5.12.1992, p. 32)

 

Punt V.E.I.4.6. ta' l-Anness I ta' l-Att ta' Adeżjoni 1994

(ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21)

 

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004

(ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8)

Artikolu 15 biss

PARTI B

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 11)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni (1)

92/102/KEE

31.12.1993 (2)

31.12.1995 (3)


(1)  L-iffissar tal-limitu taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali fl-1 ta’ Jannar 1994 għandu jkunu mingħajr preġudizzju għat-tneħħija ta’ kontrolli veterinarji fil-fruntieri previst fid-Direttiva 90/425/KEE (ara l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 92/102/KEE).

(2)  Għar-rekwiżiti fir-rigward ta' annimali tar-razza tal-majjali (ara Artikolu 11(1), l-ewwel inċiż tad-Direttiva 92/102/KEE).

(3)  Għall-Finlandja fir-rigward tar-rekwiżiti għal bhejjem ta' l-ifrat, għall-majjali, għan-nagħaġ u għall-mogħoż. (Ara Artikolu 11(1), it-tieni inċiż tad-Direttiva 92/102/EEC).


ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Direttiva 92/102/KEE

Din id-Direttiva

Artikoli 1, 2 u 3

Artikoli 1, 2 u 3

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)

Artikoli 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5(1), punti (a), (b) u (c)

Artikolu 5(1), punti (a), (b) u (c)

Artikolu 5(1)(d)

Artikolu 5(3)

Artikolu 5(2)

Artikoli 6 sa 9

Artikoli 6 sa 9

Artikolu 10

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 10

Artikolu 11(3)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Anness I

Anness II


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħatra ta’ membru Finlandiż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/647/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Finlandiż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta’ membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar battal wara r-riżenja tas-Sur Eero LEHTI,

IDDEĊIEDA LI:

Artikolu 1

Is-Sur Thomas PALMGREN, Rappreżentant għall-Affarijiet Internazzjonali, Suomen Yrittäjät (Federazzjoni ta’ l-Intrapriżi Finlandiżi), hu maħtur membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 76M, 16.3.2007, p. 342). Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2008

li taħtar membru Ġermaniż tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/648/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta’ l-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew msemmi hawn fuq sar vakanti wara r-riżenja tas-Sur Ludolf VON WARTENBERG,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Is-Sur Bernd DITTMANN, Direttur Eżekuttiv tal-Federazzjoni ta’ l-Industriji Ġermaniżi BDI, huwa maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu li fadal tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 30.


Kummissjoni

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta’ Lulju 2008

li taċċetta impenn offrut b’konnessjoni mal-proċediment ta’ l-anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tat-taħlit ta’ l-urea u tan-nitrat ta’ l-ammonju li joriġina mir-Russja

(2008/649/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 8 u 9 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A.   PROĊEDURA

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1995/2000 (2), il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ taħlit ta’ urea u nitrati ta’ l-ammonju (“il-prodott ikkonċernat”) li joriġina, inter alia, mir-Russja. Wara reviżjoni ta’ l-iskadenza li ngħatat bidu f’Settembru ta’ l-2005, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1911/2006 (3), ġedded għal ħames snin dawn il-miżuri fil-livell attwali tagħhom.

(2)

Il-Kummissjoni ħabbret fid-19 ta’ Diċembru 2006 il-bidu ta’ reviżjoni interim parzjali ta’ dawn il-miżuri permezz ta’ avviż ta’ bidu ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea  (4) fuq talba ta’ l-Open Joint Stock Company (OJSC) “Mineral and Chemical Company Eurochem”, il-kumpanija possedenti ta’ l-OJSC Novomoskovskiy Azot u l-OJSC Nevinnomyssky Azot, ir-Russja (“il-produttur esportatur”).

(3)

Ir-riżultati definittivi u l-konklużjonijiet tar-reviżjoni interim parzjali dwar il-produttur esportatur ġew ippreżentati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 238/2008 (5). Matul ir-reviżjoni interim il-produttur esportatur esprima interess li joffri impenn għal prezz iżda naqas milli jissottometti offerta ssostanzjata kif xieraq fil-limitu taż-żmien kif stabbilit fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament bażiku. Madankollu, kif mistqarr fir-Regolament imsemmi hawn fuq, il-Kunsill ikkunsidra li l-produttur esportatur għandu eċċezzjonalment jitħalla li jispiċċa l-offerta ta’ impenn tiegħu fiż-żmien 10 ijiem kalendarji mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament minħabba r-raġunijiet mogħtija fil-premessi (57) u (58) tar-Regolament (KE) Nru 238/2008. Sussegwentement għall-pubblikazzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq u fil-limitu taż-żmien kif stabbilit fir-Regolament, il-produttur esportatur issottometta offerta ta’ impenn fuq il-prezz aċċettabbli skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku.

B.   IMPENN

(4)

Il-produttur esportatur offra li jbigħ il-prodott ikkonċernat li għandu l-kodiċi NM 3102 80 00 bl-istess livelli jew ogħla tal-prezzijiet li jeliminaw l-effetti ta’ ħsara ta’ dumping. Barra minn hekk, l-offerta magħmula tipprevedi l-indiċjar tal-prezz minimu skond il-kwotazzjonijiet pubbliċi internazzjonali tal-prodott ikkonċernat, minħabba li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat ivarjaw b’mod sinifikanti. Il-produttur esportatur offra wkoll li jirrispetta ċertu limitu massimu kwantitattiv sabiex jevita li l-importazzjonijet tiegħu jinfluwenzaw il-prezzijiet fi Franza peress li dawn il-prezzijiet iservu bħala l-bażi ta’ l-indiċjar. Il-livell tal-limitu massimu kwantitattiv stabbilit b’total ta’ madwar 10 % tal-konsum totali Komunitarju tal-prodott ikkonċernat.

(5)

Madankollu, il-produttur esportatur sabiex inaqqas ir-riskju ta’ ksur ta’ prezzijiet permezz ta’ kumpens trasversali tal-prezzijiet offra li ma jbigħx il-prodott kopert bl-impenn lill-istess klijenti fil-Komunità Ewropea li lilhom ibigħ prodotti oħra, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti prodotti oħra li għalihom il-produttur esportatur jimpenja lilu nnifsu li jirrispetta skema speċifika ta’ prezzijiet.

(6)

Il-produttur esportatur se jipprovdi wkoll tagħrif regolari u dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-esportazzjonijiet tiegħu lejn il-Komunità, biex b’hekk l-impenn ikun jista’ jiġi ssorveljat b’mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra min hekk, l-istruttura tal-bejgħ tal-produttur esportatur hi tali li l-Kummissjoni tikkunsidra li r-riskju ta’ ħrib mill-impenn hu limitat.

(7)

Wara l-iżvelar ta’ l-offerta ta’ impenn, l-industrija Komunitarja oġġezzjonat għal din l-offerta ta’ impenn. L-industrija Komunitarja argumentat li l-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat huma volatili u li l-indiċjar tal-prezz minimu bbażat fuq il-prezzijiet ikkwotati tal-prodott ikkonċernat ma jaħdimx taħt il-kundizzjonijiet kollha tas-suq, b’mod partikolari dan ma jaħdimx f’suq immexxi mill-provvista, eż. sitwazzjoni ta’ suq fejn ix-xerrej jista’ jiddetermina l-prezzijiet minħabba provvista għolja. Għalhekk l-industrija Komunitarja ssuġġeriet li tibbaża l-indiċjar tal-prezzijiet minimi fuq il-prezzijiet tal-gass naturali kif ikkwotat f’Waidhaus. Madankollu, f’dan ir-rigward għandu jiġi nnotat li indiċjar ibbażat fuq il-prezz tal-gass naturali mhux ikkunsidrat li hu possibbli f’dan il-każ minħabba l-korrelazzjoni fqira bejn il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat u l-gass naturali. F’dak li jikkonċerna l-kummenti ta’ l-industrija Komunitarja li f’suq immexxi mill-provvista l-formola attwali ta’ indiċjar ma tistax taħdem, ġie nnotat li l-Kummissjoni se tissorvelja dan l-impenn u jekk tkun teżisti evidenza prima facie li l-impenn ma għadux aktar jaħdem, il-Kummissjoni għandha taġixxi b’ħeffa biex tirrimedja s-sitwazzjoni, kif stabbilit fil-premessa 11.

(8)

L-industrija Komunitarja kompliet targumenta li l-livell tal-limitu massimu kwantitattiv se jkun għoli żżejjed u talbet biex dan jiġi ssettjat għal massimu ta’ 3 % tat-konsum totali Komunitarju. Hi qalet li l-produttur esportatur se jkun jista’ jinfluwenza l-prezzijiet fis-suq Komunitarju b’ammont ogħla u b’hekk ma jħallix jaħdem l-indiċjar tal-prezz minimu. F’dan ir-rispett għandu jiġi nnotat li l-limitu massimu kwantitattiv ġie stabbilit f’livell li kien ikkunsidrat li (i) jillimita b’mod sodisfaċenti r-riskju li l-produttur esportatur jinfluwenza l-prezzijiet fis-suq Franċiż biex b’hekk ma tkunx tista’ taħdem il-formola ta’ l-indiċjar (ii) ikun suffiċjentement għoli biex b’hekk l-impenn jibqa’ prattikabbli fl-istess waqt. Barra minn hekk, l-industrija Komunitarja naqset li tissostanza l-argument tagħha u turi kif kwalunkwe kwantità li taqbeż it-3 % tal-konsum totali Komunitarju se jkollha impatt detrimentali fuq il-prezzijiet.

(9)

Barra minn hekk l-industrija Komunitarja pproponiet l-introduzzjoni ta’ “limitu massimu kwantitattiv progressiv” fejn il-limitu massimu kwantitattiv tal-produttur esportatur għandu jiżdied fuq bażi annwali li jkun dipendenti fuq ir-rispett li l-produttur esportatur jagħti lit-termini ta’ l-impenn. Madankollu dan is-suġġeriment mhux aċċettat minħabba li l-għan waħdieni tal-limitu massimu kwantitattiv hu li jiġi limitat ir-riskju li jiġu influwenzati l-prezzijiet li fuqhom hu bbażat l-indiċjar ta’ prezz minimu. Għandu wkoll jiġi nnotat li f’każ ta’ ksur ta’ l-impenn, l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn innifisha tista’ tkun irtirata.

(10)

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, hu aċċettabbli l-impenn offrut mill-produttur esportatur Russu.

(11)

Madankollu, minħabba l-elementi speċjali ta’ dan l-impenn (eż. b’mod partikolari l-formola ta’ indiċjar) il-Kummissjoni se tivvaluta b’mod regolari l-prattiċità ta’ l-impenn. Għal valutazzjoni ta’ prattiċità, il-Kummissjoni se tikkunsidra, iżda hi mhix ristretta għal, dawn il-kriterji li ġejjin: il-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat fis-suq Franċiż; il-livell tal-koeffiċjent tal-formola ta’ indiċjar; il-prezzijiet tal-bejgħ tal-produttur esportatur kif irrapportat minnhom fir-rapporti ta’ bejgħ tagħhom ta’ kull tliet xhur; il-profitt ta’ l-industrija tal-Komunità. B’mod partikolari, jekk din il-valutazzjoni ta’ prattiċità turi li t-tnaqqis tal-profitt ta’ l-industrija Komunitarja hu attribwit għall-impenn, il-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tirtira kemm jista’ jkun malajr l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

(12)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissorvelja b’mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji ma’ l-impenn, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa titressaq quddiem l-awtorità rilevanti tad-dwana, l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping se tkun tiddependi fuq (i) il-preżentazzjoni ta’ fattura ta’ impenn li jkun fiha għall-inqas l-elementi elenkati fl-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 789/2008 (6); (ii) il-fatt li l-prodotti importati jiġu manifatturati, mibgħuta u mogħtija b’fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità; u (iii) il-fatt li l-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jaqblu preċiżament mad-deskrizzjoni tal-fattura ta’ l-impenn. Meta ma titressaq l-ebda fattura bħal din, jew meta din ma tikkorrispondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana, minflok għandha titħallas ir-rata ta’ dazju anti-dumping xierqa.

(13)

Biex jiġi żgurat iżjed ir-rispett ta’ dan l-impenn, l-importaturi ġew mgħarrfa bir-Regolament (KE) Nru 789/2008 li jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet stipulati b’dan ir-Regolament, jew l-irtirar mill-Kummissjoni ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn, dan jista’ jwassal biex jinħoloq dejn doganali għat-tranżazzjonijiet rilevanti.

(14)

Fil-każ ta’ ksur jew irtirar ta’ l-impenn, jew fil-każ ta’ rtirar ta’ l-aċċettazzjoni ta’ l-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju anti-dumping impost skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku għandu japplika awtomatikament skond l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-impenn offrut mill-produttur esportatur msemmi hawn taħt, b’konnessjoni mal-proċedura ta’ l-anti-dumping li tikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċerti taħlit ta’ urea u ta’ nitrat ta’ l-ammonju fl-akkwa jew f’taħlita ammonijaka li joriġina fir-Russja qed jiġu b’dan aċċettati.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ir-Russja

Open Joint Stock Company (OJSC) Mineral and Chemical Company “Eurochem”, membru tal-grupp ta’ kumpaniji Eurochem, Moska, ir-Russja, għall-merkanzija prodotta mill-kumpanija rrelatata tagħha OJSC NAK Azot, Novomoskovsk, ir-Russja, jew mill-kumpanija rrelatata tagħha OJSC Nevinnomyssky Azot, Nevinnomyssk, ir-Russja, kemm jekk mibjugħħa direttament lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità jew l-istess merkanzija mibjugħa minn Eurochem Trading GmbH, Zug, l-Iżvizzera, lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità.

A885

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Peter MANDELSON

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

(2)  ĠU L 238, 22.9.2000, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1675/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 4).

(3)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 26.

(4)  ĠU C 311, 19.12.2006, p. 51.

(5)  ĠU L 75, 18.3.2008. p. 14.

(6)  Ara paġna 14 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità biex tinkludi ċertu mard fil-lista ta’ mard li għandu jkun is-suġġett ta’ notifika u biex titħassar l-enċefalomjelite enterovirali tal-ħnieżer minn dik il-lista

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3943)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/650/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 82/894/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1982 dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 5(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 82/894/KEE dwar in-notifika ta’ mard ta’ l-annimali fil-Komunità tistipula l-kriterji għan-notifika ta’ dak il-mard ta’ l-annimali li l-okkorrenza tiegħu għandha tiġi notifikata mill-Istat Membru milqut lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

(2)

In-notifika u l-informazzjoni f’waqthom dwar l-okkorrenza ta’ dan il-mard fil-Komunità huma essenzjali għall-kontroll ta’ dan il-mard, kif ukoll għaċ-ċaqliq ta’ annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali u l-kummerċ fihom.

(3)

Skond id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (2), l-Istati Membri għandhom, f’ċerti każijiet, jinnotifikaw il-konferma tal-mard ta’ l-annimali ta’ l-akkwakultura elenkat fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva.

(4)

L-Anness I tad-Direttiva 82/894/KEE, li jelenka l-mard li l-okkorrenza tiegħu trid tiġi notifikata lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra, fir-rigward tal-mard li jaffettwaw il-ħut biss jinkludi n-nekrożi ematopojetka, l-anemija infettiva tas-salamun u s-septiċemja emorraġika virali.

(5)

Skond l-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KEE, in-nekrożi ematopojetka epiżootika, is-Sindromu epiżootiku ulċerattiv, l-Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, l-Infezzjoni bil-Bonamia ostreae, l-Infezzjoni bil-Marteilia refringens, l-Infezzjoni bil-Microcytos mackini, l-Infezzjoni bil-Perkinsus marinus, il-marda virali ta’ l-erpete tal-Koi, is-Sindromu Taura, il-White spot disease u l-Yellowhead disease huma wkoll definiti bħala mard li għandu jkun soġġett ta’ notifika.

(6)

Huwa għalhekk meħtieġ li dan il-mard jiżdied ma’ l-Anness I tad-Direttiva 82/894/KE. U li jiġi adattat l-Anness II ta’ dik id-Direttiva tal-Kunsill biex jitqiesu ċerti dettalji marbuta ma’ l-annimali ta’ l-akkwakultura.

(7)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE (3) ħassret il-marda Teschen (enċefalomjelite enterovirali tal-ħnieżer) mil-lista ta’ mard elenkat fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE (4) u għalhekk m’għadux obbligatorju li din il-marda tiġi notifikata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li din il-marda titneħħa mil-lista fl-Anness I tad-Direttiva 82/894/KEE.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Direttiva 82/894/KEE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 3

Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 378, 31.12.1982, p. 58. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/216/KE (ĠU L 67, 5.3.2004, p. 27).

(2)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/53/KE (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 27).

(3)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(4)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/10/KE (ĠU L 63, 1.3.2007, p. 24).


ANNESS

ANNESS I

Mard li għandu jiġu notifikat

A.   Mard ta’ annimali ta’ l-art

Marda Afrikana taż-żwiemel

Id-Deni Afrikan tal-ħnieżer

Influwenza tat-tjur

Il-Bluetongue

Enċefalopatija sponġiforma bovina

Deni klassiku tal-ħnieżer

Plewronewmonja tal-bovini li tittieħed

Id-Dourine

L-enċefalomjelite ekwina (ta' kull tip, inkluż l-enċefalomjelite ekwina tal-Venezwela)

L-anemija ekwina infettiva

Il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer

Il-Glanders

Il-Lumpy skin disease

Il-marda ta' Newcastle

Il-pesta ta' l-annimali ruminanti żgħar

Id-deni ta' Rift valley

Rinderpest (pesta tal-bovini)

Sifilide tan-nagħaġ u l-mogħoż (Capripox)

Il-ħanfusa żgħira tal-ġarra tan-naħal (Aethina tumida)

Mard vesikulari tal-ħnieżer

Id-dudu Tropilaelaps

Stomatite vesikulari

B.   Mard akkwatiku

Nekrosi ematopojetika epiżootika

Is-sindromu epiżotiku ulċerattiv

Settiċimija emorraġika virali

Il-marda tal-white spot

Il-marda Yellowhead

Is-sindromu Taura

Nekrożi ematopojetika infettiva

Anemija infettiva tas-salamun

Infezzjoni bil-Perkinsus marinus

Infezzjoni bil-Microcytos mackini

Infezzjoni bil-Marteilia refringens

Infezzjoni bil-Bonamia ostreae

Infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

Il-marda virali ta’ l-erpete tal-koi

ANNESS II

A.   L-informazzjoni li għandha tingħata fin-notifika mitluba mill-Artikoli 3 u 4 fir-rigward tat-tifqigħat primarji u sekondarji tal-mard elenkat fil-paragrafi A u B ta’ l-Anness I:

1.

Id-data ta' meta tintbagħat;

2.

Fi x'ħin tintbagħat;

3.

Pajjiż ta’ l-oriġini;

4.

L-isem tal-marda u t-tip ta' virus, skond il-każ;

5.

In-numru tas-serje tat-tifqigħa;

6.

It-tip ta' tifqigħa;

7.

In-numru ta' referenza tat-tifqigħa marbut ma’ din it-tifqigħa;

8.

Ir-reġjun u ż-żona ġeografika ta’ l-istabbiliment

9.

Ir-reġjuni l-oħra affettwati minn dawn ir-restrizzjonijiet;

10.

Id-data tal-konferma;

11.

Id-data tas-suspett;

12.

Id-data ta’ meta stmat li kien hemm l-ewwel infezzjoni;

13.

L-oriġini tal-marda;

14.

Il-miżuri ta' kontroll meħuda;

15.

In-numru ta' annimali suxxettibbli fuq il-post (a) bovini, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidi, (g) fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwalkultura, għandu jingħata l-piż jew in-numru × 1 000 ta’ annimali suxxettibbli (h) speċi salvaġġi, (i) fil-każ ta’ mard tan-naħal, għandu jingħata n-numru tal-ġarar suxxettibbli;

16.

In-numru ta' annimali milquta klinikament fuq il-post (a) bovini, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidi, (g) fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwalkultura, għandu jingħata l-piż jew in-numru × 1 000 ta’ annimali milquta klinikament (h) speċi salvaġġi, (i) fil-każ ta’ mard tan-naħal, għandu jingħata n-numru ta’ ġarar milquta klinikament;

17.

In-numru ta' annimali li mietu fuq il-post (a) bovini, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidi, (g) fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwalkultura, għandu jingħata l-piż jew in-numru × 1 000 ta’ annimali li mietu fuq il-post (h) speċi salvaġġi;

18.

In-numru ta' annimali maqtula (a) bovini, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidi, (g) fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwalkultura, fejn applikabbli (fil-każ ta’ krustaċji u ħut biss) għandu jingħata l-piż jew in-numru × 1 000 ta’ annimali maqtula (h) speċi salvaġġi;

19.

In-numru ta' karkassi meqruda (a) bovini, (b) ħnieżer, (ċ) nagħaġ, (d) mogħoż, (e) tjur, (f) ekwidi, (g) fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwalkultura, fejn applikabbli għandu jingħata l-piż jew in-numru × 1 000 ta’ annimali li tneħħew u nqerdu (h) speċi salvaġġi, (i) fil-każ ta’ mard tan-naħal, għandu jingħata n-numru ta’ ġarar meqruda;

20.

Id-data (stmata) ta’ meta jitlesta l-qtil (skond il-każ);

21.

Id-data (stmata) ta’ meta titlesta l-qerda (skond il-każ);

B.   Fil-każ ta’deni tal-ħnieżer, l-informazzjoni addizzjonali:

1.

Distanza mill-eqreb stabbiliment tal-ħnieżer;

2.

In-numru u t-tip (għat-trobbija, għat-tismin u driefeġ (1)) tal-ħnieżer fuq il-post infettat;

3.

In-numru u t-tip (għat-trobbija, għat-tismin u driefeġ (1)) li ġew milquta klinikament fuq il-post infettat;

4.

Il-metodu tad-dijanjosi;

5.

Jekk mhux fuq il-post, f'dak il-każ jekk il-konferma seħħitx f'biċċerija jew f'xi mezz ta' trasport;

6.

Il-konferma ta' każijiet primarji (2) fi ħnieżer selvaġġi.

C.   Fil-każ ta’ mard ta’ annimali ta’ l-akkwakultura kif elenkati fil-paragrafu B ta’ l-Anness I:

Konferma ta’ kwalunkwe tifqigħa ta’ mard eżotiku u ta' tifqigħat ta' mard mhux eżotiku fi Stati Membri, żoni jew kompartimenti li qabel kienu ħielsa mill-mard kif definit fid-Direttiva 2006/88/KEE għandha tiġi notifikata bħala tifqigħa primarja. L-isem u d-deskrizzjoni taż-żona jew tal-kompartiment għandhom jiġu inkluzi fit-test ħieles.

Tifqigħat oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu hawn fuq għandhom jitqiesu bħala tifqigħat sekondarji, skond l-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva.

It-tifqigħat sekondarji ta’ mard ta’ annimali ta' l-akkwakultura għandhom jiġu notifikati kull xahar.


(1)  Annimali bejn wieħed u ieħor taħt it-tliet xhur.

(2)  Każ primarju ta’ deni tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi ifisser dawk il-każijiet li jseħħu f'żoni ħielsa, jiġifieri barra minn postijiet ristretti għad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/47


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2008/651/PESK/ĠAI

tat-30 ta’ Ġunju 2008

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-28 ta’ Frar 2008 l-Kunsill iddeċieda li jawtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, biex tiftaħ negozjati għal ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali tad-Dwana Awstraljan. Dawk in-negozjati kellhom suċċess u tfassal abbozz ta’ Ftehim.

(2)

Dan il-Ftehim fih assigurazzjonijiet dettaljati għall-protezzjoni tad-data tal-PNR trasferita mill-Unjoni Ewropea rigward titjiriet tal-passiġġieri lejn jew mill-Awstralja.

(3)

L-Awstralja u l-Unjoni Ewropea perjodikament jirrivedu l-implimentazzjoni tal-Ftehim sabiex il-Partijiet ikunu jistgħu, fid-dawl ta’ tali reviżjoni, jieħdu kwalunkwe azzjoni meqjusa neċessarja.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(5)

L-Artikolu 15(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Ftehim jiġi applikat proviżorjament sa mid-data tal-firma. L-Istati Membri għandhom għalhekk jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet tiegħu sa minn dik id-data f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti. Dikjarazzjoni għal din il-fini issir fil-ħin tal-firma tal-Ftehim.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat biex jaħtar il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni Ewropea, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Skond l-Artikolu 15(2) tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għandhom, pendenti d-dħul fis-seħħ, jiġu applikati fuq bażi proviżorja f’konformità mal-liġi nazzjonali eżistenti sa mid-data tal-firma. Id-Dikjarazzjoni annessa dwar l-applikazzjoni proviżorja għandha ssir fil-ħin tal-firma.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


ANNESS

Dikjarazzjoni li għandha ssir f’isem l-unjoni ewropea meta jiġi ffirmat il-ftehim bejn l-unjoni ewropea u l-awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (pnr) derivata mill-unjoni ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali awstraljan

“Dan il-Ftehim, filwaqt li ma jidderogax minn jew ma jemendax l-liġi ta’ l-UE jew ta’ l-Istati Membri tagħha, jiġi, pendenti d-dħul tiegħu fis-seħħ, implimentat proviżorjament mill-Istati Membri in bona fede, fil-qafas tal-liġijiet nazzjonali eżistenti tagħhom.”


TRADUZZJONI

FTEHIM

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan

L-UNJONI EWROPEA

minn naħa waħda, u

L-AWSTRALJA

min-naħa l-oħra,

WAQT LI JIXTIEQU b’mod effettiv li jipprevjenu u jikkombattu t-terroriżmu u reati kriminali relatati u reati oħra serji, inkluż il-kriminalità organizzata, li huma fin-natura tagħhom transnazzjonali bħala mezz biex jipproteġu s-soċjetajiet demokratiċi u l-valuri komuni rispettivi tagħhom,

WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-kondiviżjoni ta’ l-informazzjoni hija komponent essenzjali tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati relatati u reati oħra serji, inkluż il-kriminalità organizzata, li huma fin-natura tagħhom transnazzjonali, u li f’dan il-kuntest, l-użu tad-data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) hija għodda importanti,

WAQT LI JIRRIKONOXXU li, sabiex jissalvagwardjaw is-sigurtà pubblika u għal għanijiet ta’ infurzar tal-liġi, għandhom jiġu stabbiliti regoli sabiex jirregolaw t-trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan,

WAQT LI JIRRIKONOXXU l-importanza tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u reati relatati u reati serji oħra, inkluż il-kriminalità organizzata, li fin-natura tagħhom huma transnazzjonali, filwaqt li jiġu rispettati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, b’mod partikolari l-privatezza u l-protezzjoni tad-data,

WAQT LI JIRRIKONOXXU li l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ l-Awstralja, il-politika u l-prinċipji għandhom bażi komuni u li kwalunkwe differenza fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-prinċipji m’għandhiex tkun ta’ ostakolu għall-koperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja skond dan il-Ftehim,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-Artikolu 17 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi dwar id-dritt għall-privatezza,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-Artikolu 6 (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, u partikolarment għad-drittijiet fundamentali għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali,

WAQT LI JIKKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-Att Doganali ta’ l-1901 (Cth), u b’mod partikolari it-taqsima 64AF tiegħu li permezz tagħha, jekk mitlub, l-operaturi kollha tas-servizz bl-ajru tal-passiġġieri internazzjonali, li jkunu f’titjira lejn, minn jew għaddejja mill-Awstralja, huma meħtieġa jipprovdu lis-Servizz Doganali Awstraljan id-data tal-PNR, sal-punt li jiġu miġbura u jinżammu fis-sistemi ta’ prenotazzjoni u ta’ kontroll tat-tluq, b’mod u forma partikolari; u l-Att Amministrattiv Doganali tal-1985 (Cth), l-Att dwar il-Migrazzjoni tal-1958 (Cth), l-Att dwar ir-Reati tal-1914 (Cth), l-Att dwar il-Privatezza tal-1988 (Cth) u l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni tal-1982 (Cth),

WAQT LI JINNUTAW l-impenn ta’ l-Unjoni Ewropea li tiżgura li t-trasportaturi bl-ajru b’sistemi ta’ prenotazzjoni, sistemi ta’ kontroll tat-tluq u/jew data tal-PNR ipproċessata fl-UE mhumiex impediti milli jikkonformaw mal-liġi Awstraljana rigward it-trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-UE għas-Servizz Doganali Awstraljan skond dan il-Ftehim,

WAQT LI JAFFERMAW li dan il-Ftehim ma jikkostitwix preċedent għal kwalunkwe diskussjoni jew negozjati futuri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, jew bejn xi waħda mill-partijiet u kwalunkwe Stat dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-Unjoni Ewropea jew ta’ kull għamla oħra ta’ data,

WAQT LI JFITTXU li jsaħħu u jħeġġu l-koperazzjoni bejn il-partijiet fl-ispirtu ta’ sħubija UE-Awstralja,

QABLU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:

(a)

“Partijiet” għandha tfisser l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Awstralja.

(b)

“Ftehim” għandha tfisser dan il-Ftehim u l-Anness tiegħu, inkluż l-emendi tagħhom kif jiġu maqbula mill-partijiet minn żmien għall-ieħor. Dan il-Ftehim għandu jiġi msemmi l-Ftehim dwar il-PNR UE-Awstralja;

(c)

“Trasportaturi bl-ajru” għandha tfisser trasportaturi bl-ajru li għandhom sistemi ta’ prenotazzjoni u/jew data tal-PNR ipproċessata fit-territorju ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE u joperaw titjiriet tal-passiġġieri fit-trasport ta’ l-ajru internazzjonali lejn, minn jew għaddej mill-Awstralja;

(d)

“Dwana” għandha tfisser is-Servizz Doganali Awstraljan;

(e)

“Data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri” (data tal-PNR) għandha tfisser ir-record tar-rekwiżiti ta’ l-ivjaġġar ta’ kull passiġġier li jkun fih l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-ipproċessar u l-kontroll tal-prenotazzjonijiet mil-linja ta’ l-ajru li tkun qed tagħmel il-prenotazzjoni u dik parteċipanti kif tinsab f’sistemi ta’ prenotazzjoni tat-Trasportaturi bl-ajru;

(f)

“Is-sistema tal-PNR Awstraljana” għandha tfisser is-sistema tal-PNR li għandha tiġi użata mid-Dwana wara li jiskadi l-perijodu ta’ transizzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) biex tiġi pproċessata data tal-PNR derivata mill-UE trasferita minn trasportaturi bl-ajru lid-Dwani taħt il-Ftehim kif speċifikat fil-paragrafu 11 ta’ l-Anness;

(g)

“Sistema ta’ riżerva” għandha tfisser prenotazzjonijiet tat-Trasportatur bl-ajru u sistemi ta’ kontroll tat-tluq;

(h)

“Ipproċessar” għandha tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet imwettqa fuq data personali, kemm jekk b’mezzi awtomatiċi kif ukoll jekk le, bħal ġbir, reġistrar, organizzazzjoni, ħażna, adattament jew alterazzjoni, irkupru, konsultazzjoni, użu, żvelar permezz ta’ trażmissjoni, disseminazzjoni jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’mod ieħor, allinjament jew kombinazzjoni, imblukkar, tħassir jew qerda;

(i)

“Data tal-PNR derivata mill-UE” għandha tfisser data tal-PNR ittrasferita lid-Dwani skond dan il-Ftehim;

(j)

“Reat Serju” għandha tfisser kondotta li tikkostitwixxi offiża punibbli b’deprivazzjoni massima tal-libertà ta’ mill-anqas erba’ snin jew jew piena aktar serja.

Artikolu 2

Ambitu

1.   L-Awstralja għandha tiżgura li l-Dwana tipproċessa d-data tal-PNR derivata mill-UE skond dan il-Ftehim.

2.   L-UE għandha tiżgura li t-Trasportaturi bl-ajru ma jiġux impediti milli jikkonformaw mal-liġi Awstraljana rigward it-trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-UE lid-Dwana skond dan il-Ftehim.

Artikolu 3

Adegwatezza

Konformità ma’ dan il-Ftehim mid-Dwana għandha, fis-sens tal-liġi tal-protezzjoni tad-data ta’ l-UE rilevanti, tikkostitwixxi livell adegwat ta’ protezzjoni għal data tal-PNR derivata mill-UE trasferita lid-Dwana għall-għan ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 4

Metodu ta’ Aċċess

1.   Id-Dwana għandha tgħaddi għas-sistema tal-PNR Awstraljana, kif definit fl-Artikolu 1(f), għal data tal-PNR derivata mill-UE, fi żmien sentejn mid-data ta’ l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim. Waqt dak il-perijodu transitorju, ir-referenzi f’dan il-Ftehim għat-trasferiment ta’ data tal-PNR għandhom jiġu meqjusa li jinkludu aċċess għad-data tal-PNR mid-Dwana skond is-sistema eżistenti deskritta fil-paragrafu 2.

2.   Waqt il-perijodu transitorju d-Dwana għandha tuża s-sistema tal-PNR eżistenti tagħha, li ma taħżinx data tal-PNR ħlief f’ċirkustanzi relatati ma’ eżaminazzjoni mal-wasla (on arrival) fl-ajruporti jew fejn jiġi mwettaq ir-reat. Is-sistema eżistenti tippermetti aċċess elettroniku online fil-ħin reali għall-oqsma tad-data speċifikati fil-paragrafu 9 ta’ l-Anness, kif jinsabu fis-sistemi ta’ prenotazzjoni tat-trasportaturi bl-ajru.

Artikolu 5

Limitazzjoni ta’ l-iskop għad-data tal-PNR derivata mill-UE

1.   Id-Dwana għandha tipproċessa d-data tal-PNR derivata mill-UE u informazzjoni personali oħra derivata minnha strettament għall-iskop li jiġi prevenut u miġġieled:

(i)

it-terroriżmu u reati relatati;

(ii)

reati kriminali serji, inkluż il-kriminalità organizzata, li huma fin-natura tagħhom transnazzjonali;

(iii)

il-ħarba minn mandati jew kustodja għar-reati deskritti hawn fuq.

2.   Id-data tal-PNR derivata mill-UE tista’ wkoll tiġi proċessata fuq bażi ta’ każ b’każ fejn ikun meħtieġ għall-protezzjoni ta’ l-interessi vitali tas-suġġett tad-data jew persuni oħra, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta’ mewt jew korriment serju lis-suġġetti tad-data jew oħrajn, jew riskju sinifikanti għas-saħħa pubblika b’mod partikolari kif meħtieġ minn standards rikonoxxuti internazzjonalment, bħar-Regolamenti tas-Saħħa Internazzjonali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (2005).

3.   Barra minn hekk, id-data tal-PNR derivata mill-UE tista’ wkoll tiġi proċessata fuq bażi ta’ każ b’każ fejn tali proċessar ikun meħtieġ speċifikament b’ordni tal-qorti jew il-liġi Awstraljana għall-iskop ta’ superviżjoni jew kontabbiltà ta’ amministrazzjoni pubblika, inkluż rekwiżiti taħt l-Att dwar il-Liberta’ ta’ l-Informazzjoni ta’ l-1982 (Cth), l-Att tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Opportunità Ugwali ta’ l-1986 (Cth), l-Att dwar il-Privatezza ta’ l-1988 (Cth), l-Att dwar l-Awditur Ġenerali ta’ l-1997 (Cth) jew l-Att dwar l-Ombudsman ta’ l-1976 (Cth). Jekk emendi futuri għal-liġi Awstraljana, kif komunikati mill-Awstralja taħt l-Artikolu 6, jespandu l-ambitu tad-data tal-PNR derivata mill-UE li għandha tiġi proċessata skond l-Artikolu 5(3), l-UE tista’ tinvoka d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 10 u 13.

Artikolu 6

Informazzjoni dwar il-liġi li tikkonċerna l-Ftehim

Id-Dwana għandha tagħti parir lill-UE rigward l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe liġi Awstraljana li tirrelata direttament mal-protezzjoni tad-data tal-PNR derivata mill-UE kif stabbilit f’dan il-Ftehim.

Artikolu 7

Protezzjoni tad-data personali ta’ l-individwi

1.   L-Awstralja għandha tipprovdi sistema, aċċessibbli mill-individwi rrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta’ residenza tagħhom, biex ifittxu aċċess għal, u korrezzjoni ta’, l-informazzjoni personali tagħhom. Il-protezzjoni mogħtija lid-data tal-PNR derivata mill-UE maħżuna mill-aġenziji tal-Gvern Awstraljan taħt l-Att dwar il-Privatezza ta’ l-1988 (Cth) għandha tapplika rrispettivament miċ-ċittadinanza jew il-pajjiż ta’ residenza ta’ l-individwu.

2.   Id-Dwana għandha tipproċessa d-data tal-PNR derivata mill-UE rċevuta u tittratta l-individwi konċernati b’tali pproċessar strettament skond l-istandards ta’ l-ipproċessar tad-data stabbiliti f’dan il-Ftehim u l-liġijiet Awstraljani applikabbli, mingħajr diskriminazzjoni, b’mod partikolari abbażi tan-nazzjonalità jew il-pajjiż ta’ residenza.

Artikolu 8

Notifika lill-individwi u l-pubbliku

Id-Dwana għandha tagħmel pubblikament disponibbli inkluż għall-membri tal-pubbliku li jivvjaġġa, informazzjoni pubblika dwar l-ipproċessar tad-data tal-PNR, inkluż informazzjoni ġenerali dwar l-awtorità li taħtha ser tinġabar l-informazzjoni, l-iskop għall-ġbir tad-data, il-protezzjoni li ser tingħata lid-data, il-mod u l-livell sa fejn għandha tiġi rilaxxata d-data, il-proċeduri disponibbli għar-rimedji u l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-persuni b’mistoqsijiet jew tħassib.

Artikolu 9

Reviżjoni Konġunta ta’ l-implimentazzjoni

L-Awstralja u l-UE għandhom perjodikament jwettqu reviżjoni konġunta ta’ l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim, inluż il-garanziji tal-protezzjoni tad-data u tas-sigurtà tad-data, bil-ħsieb li jiżguraw b’mod reċiproku l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim. Fir-reviżjoni, l-UE għandha tkun rappreżentata mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, inkluż rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data u l-infurzar tal-liġi, u l-Awstralja għandha tkun rappreżentata minn tali uffiċjal jew awtorità għolja tal-Gvern Awstraljan kif ikun meħtieġ, jew minn tali uffiċjali li kull wieħed minnhom jistgħu jiddeterminaw b’mod reċiproku li jaħtru. L-UE u l-Awstralja ser jiddeterminaw b’mod reċiproku l-modalitajiet dettaljati tar-reviżjonijiet.

Artikolu 10

Riżoluzzjoni ta’ disputi

Kwalunkwe disputa li tqum bejn il-Partijiet taħt dan il-Ftehim fir-rigward ta’ l-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni għandha tiġi riżoluta b’konsultazzjoni jew nogozjati bejn il-Partijiet u m’għandhiex tiġi riferuta lil kwalunkwe parti terza jew tribunal għar-riżoluzzjoni.

Artikolu 11

Emendi u reviżjoni tal-Ftehim

1.   Il-Partijiet jistgħu jaqblu, bil-miktub, li jemendaw dan il-Ftehim. Emenda għandha tidħol fis-seħħ biss wara li l-Parijiet ikunu kkonkludew kwalunkwe rekwiżiti interni meħtieġa u minn hemm ‘il quddiem fit-tali data li jistgħu jaqblu dwarha l-Partijiet.

2.   Il-Partijiet jistgħu jwettqu reviżjoni tat-termini tal-Ftehim erba’ snin wara l-iffirmar tiegħu. Minkejja dak il-perijodu, jekk sistema tal-PNR tiġi implimentata fl-Unjoni Ewropea, dan il-Ftehim għandu jiġi rivedut, jekk u meta tali reviżjoni tkun tiffaċilita l-funzjonament tas-sistema tal-PNR ta’ l-UE jew l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3.   L-Awstralja għandha tuża l-ħiliet kollha tagħha biex tiffaċilita l-funzjonament tas-sistema tal-PNR ta’ l-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ reviżjoni.

Artikolu 12

Sospensjoni tal-flussi tad-data

1.   L-awtoriatjiet kompetenti fl-Istati Membri ta’ l-UE jistgħu jeżerċitaw il-poteri attwali tagħhom biex jissospendu flussi ta’ data għad-Dwani sabiex jipproteġu individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-data personali tagħhom u fejn hemm il-possibbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni stabbiliti f’dan il-Ftehim ikunu qegħdin jiġu miksura, hemm raġunijiet motivati biex wieħed jemmen li d-Dwana mhix qiegħdha tieħu jew mhix ser tieħu passi adegwati u fil-ħin biex issolvi l-każ in kwistjoni u li l-kontinwazzjoni tat-trasferiment toħloq riskju imminenti ta’ ħsara kbira għas-suġġetti tad-data.

2.   L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ta’ l-UE għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli fiċ-ċirkostanzi biex jipprovdu lid-Dwana b’notifika u b’opportunità ta’ risposta, kif ġej: kwalunkwe sospensjoni għandha tiġi preċeduta minn notifika li tippermetti perijodu suffiċjenti ta’ żmien li matulu d-Dwana u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri rilevanti u kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jiksbu riżoluzzjoni, l-UE għandha tinnotifika lill-Awstralja b’tali riżoluzzjoni. Kwalunkwe deċiżjoni dwar l-użu tal-poteri taħt dan l-Artikolu għandha tkun ikkomunikata lill-Awstralja mill-UE.

3.   Kwalunkwe sospensjoni għandha tieqaf malli jiġu assigurati l-istandards għall-protezzjoni għas-sodisfazzjon ta’ l-Awstralja u l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE rilevanti u kompetenti u l-Awstralja tinnotifika lill-UE b’dan.

Artikolu 13

Terminazzjoni tal-Ftehim

1.   Kull Parti tista’ ttemm dan il-Ftehim fi kwalunkwe żmien b’notifika ppreżentata permezz tal-kanali diplomatiċi. It-terminazzjoni għandu jkollha effett disgħin (90) jum mid-data li fiha l-Parti l-oħra tiġi notifikata.

2.   Minkejja t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, id-data kollha tal-PNR derivata mill-UE miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti Awstraljani skond dan il-Ftehim għandha tkompli tiġi pproċessata skond l-istandards ta’ protezzjoni tad-data stabbilita fih.

3.   Dan il-Ftehim u kwalunkwe obbligi fih, minn barra l-obbligu taħt l-Artikolu 13(2), għandu jiskadi u jieqaf milli jkollu effett seba’ snin wara d-data ta’ l-iffirmar, sakemm il-partijiet ma jaqblux b’mod reċiproku li jissostitwixxu dan il-Ftehim.

Artikolu 14

Non-deroga mil-liġijiet

Dan il-Ftehim m’għandux jidderoga mil-liġijiet ta’ l-Awstralja jew ta’ l-UE jew l-Istati Membri tagħha. Dan il-Ftehim ma joħloqx jew jagħti xi dritt jew benefiċċju lil xi persuna jew entità oħra, privata jew pubblika, jew rimedju għajr minn kif iddikjarat b’mod espliċitu f’dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ; Applikazzjoni proviżjorja; Lingwi

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet ikunu skambjaw notifiki li jindikaw li huma kkonkludew il-proċeduri interni tagħhom għal dan il-għan.

2.   Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat b’mod proviżorju mid-data tal-firma.

3.   Magħmul fi Brussell dan it-tletin jum ta’ Ġunju 2008, f’żewġ oriġinali, bil-lingwa Ingliża. Il-Ftehim għandu jiġi mfassal ukoll bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Eston, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol u bl-Isvediż, u l-Partijiet għandhom japprovaw dawk il-verżjonijiet lingwistiċi permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi. La darba approvati, il-verżjonijiet f’dawk il-lingwi għandhom ikunu ugwalment awtentiċi.

GĦALL-UNJONI EWROPEA

GĦALL-AWSTRALJA

ANNESS

Ipproċessar Awstraljan ta’ data mir-record ta’ l-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-UE

1.

Id-Dwana għandha teħtieġ data tal-PNR derivata mill-UE biss għal dawk il-passiġġieri li jivjaġġaw lejn, minn jew għaddejjin mill-Awstralja. Dak jinkludi l-passiġġieri fi tranżitu mill-Awstralja b’visa jew mingħajr visa. Id-data tal-PNR derivata mill-UE aċċessata mid-Dwana tinkludi d-data tal-PNR kollha fejn l-itinerarju ta’ l-ivjaġġar tal-passiġġier jew ir-rotta normali għal titjiriet partikolari tindika destinazzjoni jew waqfa Awstraljana.

Żvelar tad-data tal-PNR derivata mill-UE

Żvelar fil-Gvern Awstraljan

2.

Id-Dwana għandha tiżvela biss id-data tal-PNR derivata mill-UE biss għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim ġewwa l-Awstralja lid-dipartimenti u l-aġenziji tal-Gvern Awstraljan elenkati fl-Iskeda għal dan l-Anness, li l-funzjonijiet tagħhom huma direttament relatati ma’ l-Artikolu 5 ta’ dan il-Ftehim.

3.

L-Iskeda tista’ tiġi emendata, permezz ta’ skambju ta’ noti diplomatiċi bejn il-Partijiet, biex tinkludi:

(i)

kwalunkwe dipartimenti jew aġenziji ta’ suċċessjoni ta’ dawk diġà elenkati fl-Iskeda u

(ii)

kwalunkwe dipartimenti jew aġenziji ġodda stabbiliti wara l-bidu ta’ dan il-Ftehim,

il-funzjonijiet ta’ liema huma relatati direttament ma’ l-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim.

4.

Id-data tal-PNR derivata mill-UE għandha tiġi żvelata lill-awtoritajiet elenkati fl-Iskeda biss fejn meħtieġ b’risposta għal talba speċifika bil-miktub u fuq bażi ta’ każ b’każ. Skond il-paragrafi 7 u 8, id- Dwana għandha tirrilaxxa informazzjoni dwar il-PNR derivata mill-UE biss wara li tevalwa r-rilevanza tat-talba speċifika fl-għanijiet ta’ dan il-Ftehim. Id-Dwana għandha żżomm reġistru dwar tali żvelar.

5.

Id-Dwana m’għandiex tiżvela b’mod sħiħ kwalunkwe data tal-PNR derivata mill-UE lill-awtoritajiet elenkati fl-Iskeda, ħlief id-data tal-PNR derivata mill-UE li ġiet anonimizzata b’tali mod li suġġett tad-data ma jkunx għadu aktar identifikabbli. Tali data anonimizzata għandha tiġi proċessata mill-awtoritajiet elenkati fl-Iskeda biss għall-għan ta’ stabbiliment ta’ statistika, analiżi fil-fond u tax-xejra, studji lonġitudinali u bini ta’ profil relatat ma’ l-għan imsemmi fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim. Fi kwalunkwe każ, id-Dwana m’għandhiex tiżvela b’mod sħiħ kwalunkwe mid-data tal-PNR derivata mill-UE lill-awtoritajiet elenkati fl-Iskeda:

(iv)

isem/ismijiet;

(vi)

ismijiet oħra fil-PNR, inkluż in-numru ta’ vjaġġaturi fil-PNR;

(vii)

l-informazzjoni kollha ta’ kuntatt disponibbli (inkluż informazzjoni ta’ l-oriġinatur);

(xvii)

Rimarki ġenerali inkluż Informazzjoni Supplementari Oħra (OSI), Informazzjoni Speċjali dwar is-Servizz (SSI) u informazzjoni dwar Talba għal Servizz Speċjali (SSR) sal-livell li jkun fiha kwalunkwe informazzjoni li tkun kapaċi tidentifika persuna fiżika; u

(xviii)

Kwalunkwe data ta’ l-Ipproċessar Avvanzat tal-Passiġġieri (APP) jew ta’ l-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri (API).

Żvelar lil Gvernijiet ta’ Pajjiżi Terzi

6.

Id-Dwana għandha tiżvela d-data tal-PNR derivata mill-UE biss lill-awtoritajiet tal-gvern ta’ pajjiż terz, il-funzjonijiet ta’ liema huma relatati direttament ma’ l-għan stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim. Kwalunkwe tali żvelar għandu jkun fuq bażi ta’ każ b’każ u fejn meħtieġ għall-għan tal-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra r-reati elenkati fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim. Id-Dwani għandhom iżommu reġistru dwar tali żvelar.

Żvelar - l-Att dwar l-Amministrazzjoni tad-Dwana ta’ l-1985 (Cth)

7.

Kwalunkwe żvelar taħt il-paragrafi 2 sa 6 għandu wkoll jkun skond it-taqsima 16 ta’ l-Att dwar l-Ammistrazzjoni tad-Dwana ta’ l-1985 (Cth) u l-Att dwar il-Privatezza ta’ l-1988 (Cth), li meta kkunsidrati flimkien jipprevdu li persuna, korp jew aġenzija li tiġi żvelata lilhom informazzjoni personali, m’għandhomx jużaw jew jiżvelaw l-informazzjoni għal xi għan ħlief dak li għalih ġiet mogħtija l-informazzjoni lill-persuna, korp jew aġenzija.

8.

Fl-iżvelar tad-data tal-PNR derivata mill-UE lill-awtoritajiet tal-Gvern Awstraljan jew l-awtoritajiet tal-gvern ta’ pajjiż terz skond it-taqsima 16 ta’ l-Att dwar l-Amministrazzjoni tad-Dwana ta’ l-1985 (Cth), id-Dwana għandha bħala kondizzjoni ta’ l-iżvelar, tistipula lir-reċipjent:

(i)

li d-data tal-PNR derivata mill-UE m’għandhiex tiġi żvelata aktar mingħajr il-permess tad-Dwana, li tali permess m’għandux jingħata mid-Dwana ħlief għall-għan stabbilit fl-Artikolu 5(1) tal-Ftehim jew fil-każ tal-Gvern Awstraljan, awtoritajiet skond l-Artikolu 5(2) jew (3) tal-Ftehim;

(ii)

li r-reċipjent għandu jittratta tali data tal-PNR derivata mill-UE bħala informazzjoni personali sensittiva għall-infurzar tal-liġi u kunfidenzjali tas-suġġett tad-data;

(iii)

li f’ċirkostanzi ta’ emerġenza fejn tkun mhedda s-sigurtà tal-ħajja jew fiżika ta’ suġġett tad-data jew ta’ oħrajn, li għad-data tal-PNR derivata mill-UE r-reċipjent għandu japplika standards ta’ protezzjoni tad-data ekwivalenti għall-istandards ta’ protezzjoni tad-data stabbiliti fil-Ftehim, inkluż dawk relatati mal-perijodu ta’ żamma tad-data.

Tipi ta’ Informazzjoni Miġbura

9.

Tipi ta’ data tal-PNR derivata mill-UE miġbura:

(i)

kodiċi lokalizzatur tal-PNR;

(ii)

id-data tal-prenotazzjoni/ħruġ tal-biljett;

(iii)

id-data(i) tal-vjaġġ intenzjonat;

(iv)

isem/Ismijiet;

(v)

informazzjoni disponibbli dwar vjaġġaturi frekwenti u benefiċċji (jiġifieri biljetti b’xejn, titjib fil-klassi ta’ l-ivjaġġar, eċċ);

(vi)

ismijiet oħra fil-PNR, inkluż in-numru ta’ vjaġġaturi fil-PNR;

(vii)

kull informazzjoni ta’ kuntatt disponibbli (inkluż informazzjoni ta’ l-oriġinatur);

(viii)

kull informazzjoni disponibbli dwar il-ħlas/fattura (mhux inkluż dettalji oħra dwar it-transazzjoni marbuta ma’ karta ta’ kreditu jew kont u mhux marbuta mat-transazzjoni ta’ l-ivjaġġar);

(ix)

itinerarju tal-vjaġġ għal PNR speċifiku;

(x)

aġenzija ta’ l-ivjaġġar/aġent ta’ l-ivjaġġar;

(xi)

informazzjoni dwar il-kondividenza tal-kodiċi;

(xii)

informazzjoni maqsuma/diviża;

(xiii)

status ta’ l-ivjaġġar tal-passiġġier (inklużi konfermi u status tar-reġistrazzjoni);

(xiv)

informazzjoni dwar il-biljett, inklużi n-numru tal-biljett, biljetti mingħajr ritorn u Stima Awtomatika tal-Prezz tal-Biljett;

(xv)

kull informazzjoni dwar il-Bagalji

(xvi)

informazzjoni dwar is-siġġu, inkluż in-numru tas-siġġu;

(xvii)

rimarki ġenerali inkluż Informazzjoni Supplementari Oħra (OSI), Informazzjoni Speċjali dwar is-Servizz (SSI) u informazzjoni dwar Talba għal Servizz Speċjali (SSR);

(xviii)

kwalunkwe data ta’ l-Ipproċessar Avvanzat tal-Passiġġieri (APP) jew ta’ l-Informazzjoni Avvanzata dwar il-Passiġġieri (API);

(xix)

il-bidliet kollha fl-istorja fid-data tal-PNR elenkati fin-numri (i) sa (xviii).

10.

Id-data tal-PNR xi drabi tkun tinkludi ċertu data sensittiva, jiġifieri data li tiżvela oriġini razzjali jew etnika, opinjonijiet politiċi, twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trejd unjon, u data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali (“data sensittiva derivata mill-UE”). Id-Dwana għandha tiffiltra tali data derivata mill-UE kollha u għandha tħassar tali data kollha mingħajr xi proċessar ulterjuri.

Trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-UE

11.

Id-Dwana għandha taħdem ma’ Trasportaturi bl-ajru individwali biex tiżgura li r-rekwiżiti għat-trasferiment ta’ data tal-PNR derivata mill-UE jkunu b’ġudizzju u proporzjonati, konsistenti mal-bżonn li tiġi żgurata l-puntwalità, ir-reqqa u l-kompletezza tad-data tal-PNR derivata mill-UE.

Taħt ċirkostanzi normali, d-Dwana għandha teħtieġ trażmissjoni inizjali ta’ data tal-PNR derivata mill-UE 72 siegħa qabel it-tluq skedat u għandha teħtieġ massimu ta’ ħames trażmissjonijiet ta’ rutina ta’ data tal-PNR derivata mill-UE fir-rigward ta’ kwalunkwe titjira partikolari. Irrispettivament mill-qafas ta’ ħin ta’ 72 siegħa, id-Dwana tista’ barra minn hekk teħtieġ imbottaturi ad hoc fejn meħtieġ biex tassisti fir-risposta għal theddid speċifiku għal titjira, sett ta’ titjiriet, rotta jew ċirkostanzi oħra assoċjati ma’ l-għanijiet definiti fl-Artikolu 5(1) ta’ dan il-Ftehim. Fl-eżerċizzju ta’ din id-diskrezzjoni, id-Dwana ser taġixxi b’ġudizzju u b’mod proporzjonat.

Iż-żamma tad-data

12.

Id-Dwana għandha żżomm id-data tal-PNR derivata mill-UE għal mhux aktar minn tliet snin u nofs mid-data ta’ meta tirċievi d-data tal-PNR mid-Dwana, wara dak iż-żmien id-data tista’ tiġi arkivjata għal sentejn oħra. Id-data tal-PNR arkivjata tista’ tiġi aċċessata biss fuq bażi ta’ każ b’każ għal għanijiet investigattivi.

13.

Minkejja l-paragrafu 12, l-ebda data tal-PNR derivata mill-UE anonimizzata mid-Dwana m’għandha għalfejn tiġi arkivjata, iżda fi kwalunkwe każ m’għandhiex tinżamm mid-Dwana jew aġenziji oħra għal aktar minn ħames snin u nofs mid-data ta’ meta tirċievi d-data tal-PNR mid-Dwana.

14.

Id-Dwana għandha tħassar id-data tal-PNR derivata mill-UE fit-tmiem ta’ dan il-perijodu, minbarra kif previst fil-paragrafu 15.

15.

Id-Data li tirrelata ma’ proċedimenti ġudizzjarji għaddejjin jew investigazzjoni kriminali tista’ tinżamm sakemm il-proċedimenti jew l-investigazzjonijiet jiġu konklużi. Il-kwistjoni taż-żamma tad-data ser tiġi kkunsidrata bħala parti mir-reviżjoni mmexxija taħt l-Artikolu 11 ta’ dan il-Ftehim.

Aċċess u Rimedju

Protezzjoni tal-Privatezza

16.

L-Att dwar il-Privatezza ta’ l-1988 (Cth) (Att dwar il-Privatezza) jirregola l-ġbir, l-użu, il-ħażna u l-iżvelar, is-sigurtà u l-aċċess u l-alterazzjoni ta’ informazzjoni personali miżmuma minn ħafna mid-dipartimenti u l-aġenziji tal-Gvern Awstraljan. Id-Dwana hija suġġetta għall-Att dwar il-Privatezza u hija meħtieġa tittratta d-data tal-PNR derivata mill-UE skond l-Att dwar il-Privatezza.

Żvelar ta’ Data tal-PNR u Informazzjoni

17.

Id-data tal-PNR mogħtija minn jew f’isem individwu għandha tiġi żvelata lill-individwu fuq talba skond l-Att dwar il-Privatezza u l-Att dwar il-Libertà ta’ l-Informazzjoni ta’ l-1982 (Cth) (Att dwar l-FOI). Id-Dwana m’għandhiex tiżvela d-data tal-PNR lill-pubbliku, ħlief lis-suġġetti tad-data jew l-aġenti tagħhom skond il-liġi Awstraljana. It-talbiet għal aċċess għal informazzjoni personali li tinsab fid-data tal-PNR li ġiet provduta minn dak li qed jagħmel it-talba jistgħu jiġu ppreżentati lid-Dwana.

Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Data - L-Att dwar il-Privatezza ta’ l-1988 (Cth)

18.

Kwalunkwe informazzjoni personali miżmuma mid-Dwana li hija “informazzjoni personali” fis-sens ta’, u għall-għanijiet ta’, l-Att dwar il-Privatezza għandha tissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Att dwar il-Privatezza għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni. Id-Dwana għandha tittratta l-informazzjoni dwar il-PNR skond l-Att dwar il-Privatezza, b’mod partikolari f’relazzjoni mal-ġbir, l-użu, is-sigurtà, l-aċċess u l-alterazzjoni u l-iżvelar ta’ kwalunkwe tali data.

19.

L-ilmenti minn individwi dwar it-trattament tad-data tal-PNR tagħhom mid-Dwana jistgħu jsiru direttament lid-Dwana u mbagħad skond l-Att dwar il-Privatezza lill-Kummissarju għall-Privatezza.

Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Data - Verifiki ta’ Privatezza

20.

Il-Kummissarju għall-Privatezza indipendenti ta’ l-Awstralja jista’ jinvestiga l-konformità ta’ l-aġenziji ma’ l-Att dwar il-Privatezza, u jimmonitorja u jinvestiga l-livell li fih id-Dwana tikkonforma ma’ l-Att dwar il-Privatezza.

21.

Taħt l-Att dwar il-Privatezza, id-Dwana għamlet arranġamenti għall-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Privatezza biex iwettaq verifiki formali regolari ta’ l-aspetti kollha ta’ l-użu, it-trattar u l-linji politiċi u l-proċeduri ta’ l-aċċess għad-data tal-PNR derivata mill-UE. Barra minn hekk, id-Dwana għandha il-programm ta’ verifika intern tagħha dirett għall-iżgurar ta’ l-għola livelli ta’ protezzjoni ta’ l-informazzjoni dwar il-passiġġier u d-data tal-PNR derivata mill-UE.

Miżuri ta’ Protezzjoni tad-Data - L-Att dwar il-Libertà ta’ l-Informazzjoni ta’ l-1982 (Cth)

22.

Id-Dwana hija suġġetta għall-Att dwar l-FOI li jeħtieġ lid-Dwana tirrilaxxa d-dokumenti lil kwalunkwe persuna li titlobhom, suġġett għall-eċċezzjonijiet u l-eżenzjonijiet fl-Att dwar l-FOI. L-Att dwar l-FOI jeħtieġ li d-deċiżjonijiet dwar l-eżenzjonijiet isiru fuq bażi ta’ każ b’każ. Hemm firxa ta’ eżenzjonijiet fl-Att dwar l-FOI għall-protezzjoni ta’ l-informazzjoni sensittiva mill-iżvelar, inkluż eżenzjonijiet ta’ dokumenti li jaffettwaw is-sigurtà nazzjonali, id-difiża, ir-relazzjonijiet internazzjonali, l-infurzar tal-liġi, il-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u l-privatezza personali. Id-Dwana għandha tinforma lill-UE bi kwalunkwe deċiżjoni rigward l-iżvelar pubbliku tad-data tal-PNR derivata mill-UE taħt l-Att dwar l-FOI fi żmien xahar wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni.

23.

It-talbiet għar-rettifika tad-data tal-PNR miżmuma fid-database tad-Dwana jistgħu jsiru direttament lid-Dwana skond l-Att dwar l-FOI jew l-Add dwar il-Privatezza.

Miżuri Oħra ta’ Protezzjoni – L-Att dwar l-Ombudsman ta’ l-1976 (Cth)

24.

Il-passiġġieri ta’ l-ajru għandhom id-dritt li jilmentaw lill-Ombudsman tal-Commonwealth dwar it-trattament tagħhom mid-Dwani waqt l-ipproċessar fuq il-fruntiera abbażi ta’ l-Att dwar l-Ombudsman ta’ l-1976 (Cth).

Miżuri ta’ Sigurtà għad-Data tal-PNR tad-Dwana

25.

Id-Dwana għandu jkompli jkollha l-miżuri ta’ sigurtà għad-data li ġejjin:

(i)

l-aċċess għad-data tal-PNR għandu jkun ristrett għal numru limitat ta’ uffiċjali fidDwana, li huma speċifikament awtorizzati mill-Kap Uffiċjal Eżekuttiv tad-Dwana taħt l-Att dwar id-Dwana ta’ l-1901 (Cth) għall-għanijiet ta’ l-ipproċessar tad-data tal-PNR u

(ii)

għandu jkun hemm sistema ta’ sigurtà fiżika u elettronika komprensiva għad-data tal-PNR - jiġifieri sistema u netwerk kompjuterizzata li:

(a)

tiżola d-data tal-PNR ġejja mill-ambjent ġenerali tad-Dwana u li tkun separata mis-sistemi u n-netwerks ta’ l-IT tad-Dwana l-oħra kollha;

(b)

tkun tinsab f’żona sigura, b’aċċess limitat tad-Dwana fl-Awstalja; u

(c)

teħtieġ livell sigur u b’saffi differenti ta’ logins għall-aċċess tad-data tal-PNR.

L-infurzar

26.

Miżuri ta’ infurzar amministrattivi, ċivili u kriminali, inkluż id-dritt ta’ kull suġġett tad-data li jkollu aċċess għal rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju huma disponibbli taħt il-liġi Awstraljana għall-ksur tal-liġijiet u r-regoli Awstraljani dwar il-privatezza u żvelar ta’ informazzjoni mhux awtorizzat. Per eżempju, l-Att dwar ir-Reati ta’ l-1914 (Cth), l-Att dwar is-Servizz Pubbliku ta’ l-1999 (Cth), l-Att dwar l-Amministrazzjoni tad-Dwana ta’ l-1985 (Cth), l-Att dwar il-Pulizija Federali Awstaljana ta’ l-1979 (Cth) u l-kodiċi dixxipplinari interni ta’ l-aġenziji speċifikati fl-Iskeda annessa, jipprovdu pieni fil-każ ta’ ksur sa u inkluż priġunerija.

Koperazzjoni

27.

Sabiex titrawwem il-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja, id-Dwana għandha tinkoraġġixxi t-trasferiment ta’ informazzjoni analitika li ġejja mid-data tal-PNR direvata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern Awstraljan għall-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji ta’ Stati Membri ta’ l-UE konċernati u, fejn adatt, lill-Europol u l-Eurojust suġġett għall-valutazzjoni tal-Gvern Awstraljan ta’ l-adegwatezza tal-miżuri ta’ protezzjoni tad-data disponibbli fil-ġurisdizzjonijiet ta’ l-UE.

Skeda għall-Anness

Dawn li ġejjin huma elenkati fl-ordni alfabetiku, għall-għanijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness:

1.

Il-Kummissjoni Awstraljana għall-Kriminalità;

2.

Il-Pulizija Federali Awstraljana;

3.

L-Organizzazzjoni Awstraljana tat-Tagħrif Sigriet dwar is-Sigurtà;

4.

Id-Direttur tal-Commonwealth tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi; u

5.

Id-Dipartiment ta’ l-Immigrazzjoni u ċ-Ċittadinanza.


8.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 213/58


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/652/PESK

tas-7 ta’ Awwissu 2008

li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Frar 2007 l-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti 1737 (2006) (“UNSCR 1737(2006)”).

(2)

Fit-23 ta’ April 2007 l-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2007/246/PESK (2) li implimentat ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti 1747 (2007) (“UNSCR 1747 (2007)”).

(3)

Fit-3 ta’ Marzu 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1803 (2008) (“UNSCR 1803 (2008)”) li wessgħat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1737 (2006) u l-UNSCR 1747 (2007) u talbet lill-Istati kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw dawk id-dispożizzjonijiet b’mod effettiv.

(4)

Fit-23 ta’ Ġunju 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/479/PESK li identifikat persuni u entitajiet addizzjonali li għandhom ikunu koperti mir-restrizzjonijiet dwar id-dħul u l-iffriżar ta’ fondi.

(5)

Il-UNSCR 1803 (2008) tappella lill-Istati kollha biex jeżerċitaw viġilanza meta jidħlu f’impenji ġodda għal appoġġ finanzjarju pubbliku għal kummerċ ma’ l-Iran, sabiex jiġi evitat li tali appoġġ finanzjarju jikkontribwixxi għal attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari.

(6)

Għall-istess raġunijiet, il-UNSCR 1803 (2008) tappella wkoll lill-Istati kollha biex jeżerċitaw viġilanza fir-rigward ta’ l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fit-territorju tagħhom mal-banek b’domiċilju fl-Iran, u l-fergħat u s-sussidjarji tagħhom barra ‘l pajjiż, sabiex ikun evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi għall-forniment ta’ armi nukleari. Bil-ħsieb li tkun eżerċitata tali viġilanza, ċerti dispożizzjonijiet f’din il-Pożizzjoni Komuni huma relatatimad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni ta’ l-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu (3).

(7)

Il-UNSCR 1803 (2008) tilqa’ l-gwida maħruġa mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF) biex tassisti lill-Istati fl-implimentazzjoni ta’ l-obbligi finanzjarji tagħhom skond l-UNSCR 1737 (2006).

(8)

Barra minn hekk il-UNSCR 1803 (2008) tappella lill-Istati kollha, f’konformità ma’ l-awtoritajiet legali u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u konsistenti mad-dritt internazzjonali, biex jispezzjonaw merkanzija lejn u mill-Iran, ta’ inġenji ta’ l-ajru u ta’ bastimenti, fl-ajruporti u l-portijiet tal-baħar tagħhom, proprjetà ta’ jew imħaddma minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line, dment li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-inġenju ta’ l-ajru jew il-bastiment ikun qed iġorr merkanzija pprojbita.

(9)

Il-UNSCR 1803 (2008) testendi l-miżuri restrittivi għal persuni u entitajiet addizzjonali li huma impenjati fi, direttament assoċjati ma’ jew li jipprovdu appoġġ għal attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni ta’ l-Iran jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari, jew li ġew determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet li assistew lill-persuni u l-entitajiet nominati biex jevadu sanzjonijiet ta’, jew biex jiksru d-dispożizzjonijiet ta’ l-UNSCR 1737 (2006), 1747 (2007) jew 1803 (2008).

(10)

Għandhom jittieħdu wkoll il-miżuri meħtieġa sabiex jiġi żgurat li ma jingħata l-ebda kumpens lill-Gvern ta’ l-Iran jew lil kwalunkwe persuna jew entità fl-Iran, jew lil persuni jew entitajiet nominati jew lil kwalunkwe persuna li taġixxi permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità, relatat ma’ kuntratti jew transazzjonijiet oħra li t-twettiq tagħhom kien twaqqaf minħabba l-miżuri li dwarhom ittieħdet deċiżjoni skondil-UNSCR 1803 (2008), UNSCR 1737 (2006) jew UNSCR 1747 (2007), inklużi miżuri tal-Komunitajiet Ewropej jew ta’ kwalunkwe Stat Membru konformement ma’, kif rikjest minn, jew b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti.

(11)

Barra minn hekk, huwa xieraq li jkun ipprojbit il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment lill-Iran ta’ ċerti prodotti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija minn barra dawk determinati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet Iranjani relatati ma’ l-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew l-ilma tqil, kif ukoll ma’ l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari jew it-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra fir-rigward ta’ liema l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti.

(12)

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK għandha tiġi emendata skond il-każ.

(13)

Hija meħtieġa azzjoni mill-Komunità sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1(1), il-punt li ġej għandu jiġi miżjud:

“(d)

ċerti oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija oħra li jistgħu jikkontribwixxu għal attivitajiet relatati ma’ l-arrikkiment, l-ipproċessar mill-ġdid jew l-ilma tqil, kif ukoll ma’ l-iżvilupp ta’ sistema ta’ forniment ta’ armi nukleari jew mat-twettiq ta’ attivitajiet relatati ma’ suġġetti oħra fir-rigward ta’ liema l-IAEA esprimiet tħassib jew li identifikat bħala pendenti. Il-Komunita’ Ewropea għandha tieħu il-miżuri neċessarji sabiex tiddetermina l-oġġetti rilevanti li għandhom jkunu koperti b’din id-dispożizzjoni.”

(2)

L-Artikolu 3a għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 3a

1.   L-Istati Membri m’għandhomx jidħlu f’impenji ġodda għal għotjiet, assistenza finanzjarja u self aġevolanti għall-Gvern ta’ l-Iran, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom f’istituzzjonijiet finanjarji internazzjonali, ħlief għal finijiet umanitarji u ta’ żvilupp.

2.   Sabiex jiġi evitat kwalunkwe appoġġ finanzjarju li jikkontribwixxi għall-proliferazzjoni ta’ attivitajiet nukleari sensittivi, jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari, l-Istati Membri għandhom joqgħodu lura milli jidħlu f’impenji ġodda għal appoġġ finanzjarju pubbliku għall-kummerċ ma’ l-Iran, inkluż l-għoti ta’ krediti, garanziji jew assigurazzjoni fuq l-esportazzjoni, liċ-ċittadini jew l-entitajiet tagħhom involuti f’tali kummerċ.”

(3)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3b

1.   L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw viġilanza fuq l-attivitajiet ta’ l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma’:

(a)

banek b’domiċilju fl-Iran, b’mod partikolari mal-Bank Saderat,

(b)

fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ banek b’domiċilju fl-Iran, kif elenkati fl-Anness III,

(c)

fergħat u sussidjarji barra mill-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri ta’ banek b’domiċilju fl-Iran, kif elenkati fl-Anness IV,

(d)

entitajiet finanzjarji li la għandhom domiċilju fl-Iran u lanqas fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri iżda li huma kkontrollati minn persuni u entitajiet b’domiċilju fl-Iran, kif elenkati fl-Anness IV,

sabiex ikun evitat li tali attivitajiet jikkontribwixxu għal attivitajiet nukleari sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari.

2.   Għall-fini ta’ hawn fuq, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu rikjesti, fl-attivitajiet tagħhom mal-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji kif imniżżel fil-paragrafu 1, li:

(a)

jeżerċitaw viġilanza kontinwa fir-rigward ta’ l-attività relatata mal-kontijiet, inkluż permezz tal-programmi tagħhom ta’ diliġenza dovuta mill-klijenti u f’konformità ma’ l-obbligi tagħhom relatati mal-money laundering u l-finanzjament tat-terroriżmu,

(b)

jirrikjedu li jimtlew il-partijiet kollha ta’ informazzjoni ta’ l-istruzzjonijiet ta’ ħlas li għandhom x’jaqsmu ma’ l-oriġinatur u l-benefiċjarju tat-transazzjoni in kwistjoni; u jekk dik l-informazzjoni ma tkunx provduta, tiġi rifjutata t-transazzjoni,

(c)

iżommu r-reġistrazzjonijiet kollha tat-transazzjonijiet għal perijodu ta’ ħames snin u jagħmluhom disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali fuq talba,

(d)

jekk jissuspettaw jew għandhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li l-fondi huma relatati mal-finanzjament ta’ proliferazzjoni, jirrapurtaw minnufih is-suspetti tagħhom lill-Unità ta’ Intelligence Finanzjarja (UIF) jew lil awtorità oħra maħtura mill-Istat Membru kkonċernat. L-UIF jew tali awtorità kompetenti oħra għandu jkollhom aċċess, direttament jew indirettament, fuq bażi f’waqtha għall-informazzjoni finanzjarja, amministrattiva u ta’ infurzar tal-liġi li jeħtieġu biex iwettqu tajjeb din il-funzjoni, inkluża l-analiżi ta’ rapporti ta’ transazzjonijiet suspettużi.

3.   Fergħat u sussidjarji tal-Bank Saderat fil-ġurisdizzjoni ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu rikjesti wkoll jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti dwar it-trasferimenti kollha ta’ fondi mwettqa jew riċevuti minnhom, fi żmien ħamest ijiem minn meta jwettqu jew jirċievu t-trasferiment rispettiv tal-fondi.

Soġġett għal arranġamenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti notifikati għandhom mingħajr dewmien jgħaddu din id-data, skond il-każ, lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra, fejn il-kontropartijiet għal tali transazzjonijiet ikunu stabbiliti.”;

(4)

Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 3c

1.   Barra mill-ispezzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-UNSCR 1737 (2006), UNSCR 1747 (2007) u UNSCR 1803 (2008) u tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 ta’ din il-pożizzjoni Komuni, l-Istati Membri, skond l-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u konsistenti mad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehim internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, għandhom jispezzjonaw fl-ajruporti u l-portijiet tal-baħar tagħhom il-merkanzija, lejn u mill-Iran, ta’ inġenji ta’ l-ajru u ta’ bastimenti, b’mod partikolari dawk li huma proprjeta’ ta’ jew imħaddma minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line, dment li jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-inġenju ta’ l-ajru jew il-bastiment ikunu qed iġorru merkanzija pprojbita skond din il-Pożizzjoni Komuni.

2.   F’każijiet fejn l-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 titwettaq fir-rigward ta’ merkanzija ta’ inġenji ta’ l-ajru jew bastimenti proprjetà ta’ jew imħaddma minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fi żmien ħamest ijiem rapport bil-miktub dwar l-ispezzjoni li jkun fih, b’mod partikolari, spjegazzjoni tar-raġunijiet għall-ispezzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar il-ħin, il-post, iċ-ċirkostanzi u r-riżultati tagħha u dettalji rilevanti oħra.

3.   Inġenji ta’ l-ajru tal-merkanzija u bastimenti kummerċjali proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn Iran Air Cargo and Islamic Republic of Iran Shipping Line għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta’ informazzjoni addizzjonali ta’ qabel il-wasla u ta’ qabel it-tluq fir-rigward tal-merkanzija kollha mdaħħla fi jew maħruġa minn Stat Membru.”;

(5)

l-Artikolu 4(1), punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

persuni oħra mhux koperti mill-Anness I li huma involuti fi, direttament assoċjati ma’, jew li jipprovdu appoġġ għal attivitajiet nukleari ta’ l-Iran sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari, inkluż permezz ta’ l-involviment fl-akkwist tal-prodotti, il-merkanzija, it-tagħmir, il-materjali u t-teknoloġija pprojbiti, kif ukoll persuni li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), 1747 (2007) jew 1803 (2008) jew din il-Pożizzjoni Komuni, kif elenkati fl-Anness II.”;

(6)

l-Artikolu 5 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma proprjetà ta’, miżmuma jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn

(a)

persuni u entitatjiet indikati fl-Anness għall-UNSCR 1737 (2006) kif ukoll dawk ta’ persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat skond il-paragrafu 12 tal-UNSCR 1737 (2006) u l-paragrafu 7 tal-UNSCR 1803 (2008), fejn tali persuni jew entitajiet huma elenkati fl-Anness I,

(b)

persuni u entitajiet mhux koperti mill-Anness I li huma involuti fi, direttament assoċjati ma’, jew li jipprovdu appoġġ għall-attivitajiet nukleari ta’ l-Iran sensittivi f’termini ta’ proliferazzjoni jew għall-iżvilupp ta’ sistemi ta’ forniment ta’ armi nukleari, jew persuni jew entitajiet li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li huma proprjeta’ tagħhom jew ikkontrollati minnhom, inkluż permezz ta’ mezzi illeċiti kif ukoll persuni li għenu lil persuni jew entitajiet indikati biex jevadu jew jiksru d-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1737 (2006), 1747 (2007) jew 1803 (2008) jew din il-Pożizzjoni Komuni, kif elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu ffriżati.”;

(7)

għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 6a

L-ebda kumpens jew pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal dritt ta’ kumpens (set-off) jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skond il-UNSCR 1737 (2006), 1747 (2007) jew 1803 (2008), inklużi miżuri tal-Komunitajiet Ewropej jew kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest mill-implimentazzjoni jew b’konnessjoni ma’ l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet elenkati fl-Annessi I jew II, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fl-Iran, inkluż il-Gvern ta’ l-Iran, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.”;

(8)

l-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’unanimità fuq proposta mill-Istati Membri jew il-Kummissjoni, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II, III, u IV u jadotta modifiki għalihom.”;

(9)

L-Annessi I u II għandhom jiġu sostitwiti bit-test stabbilit fl-Annessi I u II għal din il-Pożizzjoni Komuni;

(10)

L-Annessi III u IV stabbiliti f’din il-Pożizzjoni Komuni għandhom jiżdiedu bħala Annessi III u IV għall-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK.

Artikolu 2

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

B. KOUCHNER


(1)  ĠU L 61, 28.2.2007, p. 49. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2008/479/PESK (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 43).

(2)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2007/140/PESK tat-23 ta’ April 2007 li temenda il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK li tikkonċerna il-miżuri restritivi konra l-Iran (ĠU L 106, 24.4.2007, p. 67).

(3)  ĠU L 309, 25.11.2005, p. 15. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/20/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 46).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(1)(a)

A.   Persuni fiżiċi

(1)

Fereidoun Abbasi-Davani. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007. Informazzjoni oħra: Xjenzjat Anzjan mal-Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL), b’rabtiet ma’ l-Istitut tal-Fiżika Applikata. Jaħdem mill-qrib ma’ Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi.

(2)

Dawood Agha-Jani. Funzjoni: Kap tal-PFEP (Natanz). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(3)

Ali Akbar Ahmadian. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kap tal-Korpi tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iranjani (IRGC) Persunal Konġunt. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(4)

Amir Moayyed ALAI. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni ta’ l-assemblaġġ u l-inġinerija taċ-ċentrifugi. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(5)

Behman Asgarpour. Funzjoni: Maniġer Operattiv (Arak). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(6)

Mohammed Fedai ASHIANI. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-karbonat ta’ l-uranil ta’ l-ammonju u l-ġestjoni tal-kumpless ta’ arrikkiment ta’ Natanz. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(7)

Abbas Rezaee Ashtiani. Informazzjoni oħra: uffiċjal anzjan fl-Uffiċċju għall-Affarijiet ta’ l-Esplorazzjoni u t-Tħaffir tal-Minjieri ta’ l-AEOI. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(8)

Bahmanyar Morteza Bahmanyar. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Finanzi u l-Baġit, Organizzazzjoni ta’ l-Industriji Aerospazjali (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(9)

Haleh Bakhtiar. Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni tal-manjesju f’konċentrazzjoni ta’ 99,9 %. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(10)

Morteza Behzad. Informazzjoni oħra: involut fil-fabbrikazzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(11)

Ahmad Vahid Dastjerdi. Funzjoni: Kap ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Industriji Aerospazjali (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Ahmad Derakhshandeh. Funzjoni: President u Direttur Maniġerjali tal-Bank Sepah. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(13)

Mohammad Eslami. Titolu: Dr. Informazzjoni oħra: Kap ta’ l-Istitut għat-Taħriġ u r-Riċerka ta’ l-Industriji tad-Difiża. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Reza-Gholi Esmaeli. Funzjoni: Kap tad-Dipartiment tal-Kummerċ u l-Affarijiet Internazzjonali, Organizzazzjoni ta’ l-Industriji Aerospazjali (AIO). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(15)

Mohsen Fakhrizadeh-Mahabadi. Informazzjoni oħra: Xjenzjat anzjan tal-MODAFL u eks kap taċ-Ċentru tar-Riċerka Fiżika (PHRC). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(16)

Mohammad Hejazi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-forza ta’ reżistenza ta’ Bassij. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(17)

Mohsen Hojati. Funzjoni: Kap tal-Fajr Industrial Group. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Seyyed Hussein Hosseini. Informazzjoni oħra: Uffiċjal ta’ l-AEOI involut fil-proġett ta’ reattur ta’ riċerka b’ilma tqil f’Arak. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(19)

M. Javad Karimi Sabet. Informazzjoni oħra: Kap tan-Novin Energy Company, indikata fir-riżoluzzjoni 1747 (2007). Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(20)

Mehrdada Akhlaghi Ketabachi. Funzjoni: Kap tax- Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(21)

Ali Hajinia Leilabadi. Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(22)

Naser Maleki. Funzjoni: Kap tax-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: Naser Maleki huwa wkoll uffiċjal tal-MODAFL li jissorvelja xogħol fuq il-programm tal-missili ballistiċi Shahab-3. Is-Shahab-3 hija l-missila ballistika ta’ medda twila ta’ l-Iran attwalment fis-servizz. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(23)

Hamid-Reza Mohajerani. Informazzjoni oħra: involut fil-ġestjoni tal-produzzjoni tal-Faċilità għall-Konverżjoni ta’ l-Uranju (UCF) f’Esfahan. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(24)

Jafar Mohammadi. Funzjoni: Konsulent Tekniku għall-Organizzazzjoni ta’ l-Enerġija Atomika ta’ l-Iran (AEOI) (inkarigat mill-ġestjoni tal-produzzjoni ta’ valvijiet għaċ-ċentrifugi). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(25)

Ehsan Monajemi. Funzjoni: Maniġer tal-Proġett ta’ Kostruzzjoni, Natanz. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(26)

Mohammad Reza Naqdi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Informazzjoni oħra: eks Viċi Kap ta’ l-Istat Maġġur tal-Forzi Armati għal-Loġistika u r-Riċerka Industrijali/Kap tal-Kwartieri Ġenerali ta’ l-Istat Kontra l-Kuntrabandu, impenjat fi sforzi biex jiġu evitati s-sanzjonijiet imposti bir-riżoluzzjonijiet 1737 (2006) u 1747 (2007). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

Houshang Nobari. Informazzjoni oħra: Involut fil-ġestjoni tal-kumpless għall-arrikkiment ta’ Natanz. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(28)

Mohammad Mehdi Nejad Nouri. Titolu: Ten Ġen. Rettur ta’ l-Università ta’ Malek Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża. Informazzjoni oħra: Id-dipartiment tal-kimika ta’ l-Università ta’ Ashtar għat-Teknoloġija tad-Difiża huwa affiljat mal-MODALF u wettaq esperimenti bil-berillju. Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(29)

Mohammad Qannadi. Funzjoni: Viċi President ta’ l-AEOI għar-Riċerka u l-Iżvilupp. Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(30)

Amir Rahimi. Funzjoni: Kap taċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan. Informazzjoni oħra: Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Fjuwil Nukleari ta’ Esfahan huwa parti mill-Kumpannija ta’ Produzzjoni u Akkwist ta’ Karburant Nukleari ta’ l-AEOI, li hija involuta f’attivitajiet relatati ma’ l-arrikkiment. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(31)

Abbas Rashidi. Informazzjoni oħra: involut f’ħidma ta’ arrikkiment f’Natanz. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(32)

Morteza Rezaie. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Viċi Kmandant ta’ l-IRGC Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(33)

Morteza Rezaie. Titolu: Viċi Ammiral. Funzjoni: Kmandant tal-qawwa Navali ta’ l-IRGC. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

Yahya Rahim Safavi. Titolu: Maġġ Ġen. Kmandant, IRGC (Pasdaran). Informazzjoni oħra: Persuna involuta kemm fil-programm tal-missili ballistiċi kif ukoll dak nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(35)

Seyed Jaber Safdari. Informazzjoni oħra: Maniġer tal-Faċilitajiet ta’ Arrikkiment ta’ Natanz. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(36)

Hosein Salimi. Titolu: Ġeneral. Funzjoni: Kmandant tal-Forza ta’ l-Ajru, IRGC (Pasdaran). Informazzjoni oħra: Persuna involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(37)

Qasem Soleimani. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-forza Qods. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(38)

Ghasem Soleymani. Informazzjoni oħra: Direttur ta’ l-Operazzjonijiet ta’ Tħaffir tal-Minjieri ta’ l-Uranju fil-Minjiera ta’ l-Uranju ta’ Saghand. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(39)

Mohammad Reza Zahedi. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kmandant tal-Forzi ta’ l-Art ta’ l-IRGC. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(40)

Il-Ġeneral Zolqadr. Funzjoni: Viċi Ministru ta’ l-Intern għall-Affarijiet tas-Sigurtà, uffiċjal ta’ l-IRGC. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Abzar Boresh Kaveh Co. (alias BK Co.). Informazzjoni oħra: involut fil-produzzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(2)

Grupp ta’ l-Industriji Metallurġiċi u ta’ Munizzjon (alias (a) AMIG, (b) Ammunition Industries Group). Informazzjoni oħra: (a) l-AMIG jikkontrolla s-7th of Tir, (b) l-AMIG hu l-proprjetà ta’ u hu kkontrollat mill-Organizzazzjoni ta’ l-Industriji tad-Difiża (DIO). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(3)

Organizzazzjoni ta’ l-Enerġija Atomika ta’ l-Iran (AEOI). Informazzjoni oħra: Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(4)

Il-Bank Sepah u l-Bank Sepah International. Informazzjoni oħra: Il-Bank Sepah jipprovdi appoġġ lill-Organizzazzjoni ta’ l-Industriji Aerospazjali (AIO) u lis-subordinati, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG) u x-Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(5)

Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal companies. Informazzjoni oħra: (a) sussidjarja tas-Saccal System companies, (b) din il-kumpannija ppruvat tixtri prodotti sensittivi għal entità elenkata fir-riżoluzzjoni 1737 (2006). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(6)

Cruise Missile Industry Group (alias Naval Defence Missile Industry Group). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(7)

Organizzazzjoni ta’ l-Industriji tad-Difiża (DIO). Informazzjoni oħra: (a) Entità globali kkontrollata mill-MODAFL, li xi wħud mis-subordinati tagħha kienu involuti fil-produzzjoni ta’ komponenti għall-programm taċ-ċentrifugi, u fil-programm missilistiku, (b) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(8)

Electro Sanam Company (alias (a) E. S. Co., (b) E. X. Co.). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja ta’ l-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(9)

Iċ-Ċentru ta’ Riċerka u Produzzjoni ta’ Karburant Nukleari ta’ Esfahan (NFRPC) u ċ-Ċentru tat-Teknoloġija Nukleari ta’ Esfahan (ENTC). Informazzjoni oħra: Dawn jagħmlu parti mill-Kumpannija għall-Produzzjoni u l-Akkwist ta’ Karburant Nukleari ta’ l-Organizzazzjoni ta’ l-Enerġija Atomika ta’ l-Iran (AEOI). Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(10)

Ettehad Technical Group. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja ta’ l-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(11)

Fajr Industrial Group. Informazzjoni oħra: (a) Kien jissejjaħ Instrumentation Factory Plant, (b) Entità subordinata ta’ l-AIO, (c) Involut fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(12)

Farayand Technique. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti ta’ l-IAEA. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(13)

Industrial Factories of Precision (IFP) Machinery (alias Instrumentation Factories Plant). Informazzjoni oħra: użat mill-AIO għal xi tentattivi ta’ akkwiżizzjoni. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(14)

Jabber Ibn Hayan. Informazzjoni oħra: laboratorju ta’ l-AEOI involut f’attivitajiet taċ-ċiklu tal-karburant. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(15)

Joza Industrial Co. Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja ta’ l-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(16)

Kala-Electric (alias Kalaye Electric). Informazzjoni oħra: (a) Fornitur għall-PFEP - Natanz, (b) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(17)

Ċentru ta’ Riċerka Nukleari ta’ Karaj. Informazzjoni oħra: Parti mit-taqsima tar-riċerka ta’ l-AEOI. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(18)

Kavoshyar Company. Informazzjoni oħra: Kumpannija sussidjarja ta’ l-AEOI. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(19)

Khorasan Metallurgy Industries. Informazzjoni oħra: (a) sussidjarja ta’ l-Ammunition Industries Group (AMIG) li jiddependi fuq id-DIO, (b) involuta fil-produzzjoni ta’ komponenti taċ-ċentrifugi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(20)

Mesbah Energy Company. Informazzjoni oħra: (a) Fornitriċi għar-reattur tar-riċerka A40 - Arak, (b) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(21)

Niru Battery Manufacturing Company. Informazzjoni oħra: (a) sussidjarja tad-DIO, (b) ir-rwol tagħha hu li timmanifattura unitajiet tal-qawwa għall-militar Iranjan, inkluż sistemi missilistiċi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(22)

Novin Energy Company (alias Pars Novin). Informazzjoni oħra: Tiffunzjona fi ħdan l-AEOI. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(23)

Parchin Chemical Industries. Informazzjoni oħra: Fergħa tad-DIO. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(24)

Pars Aviation Services Company. Informazzjoni oħra: twettaq manutenzjoni ta’ inġenji ta’ l-ajru. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(25)

Pars Trash Company. Informazzjoni oħra: (a) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran (programm taċ-ċentrifugi), (b) Identifikata fir-rapporti ta’ l-IAEA. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(26)

Pishgam (Pioneer) Energy Industries. Informazzjoni oħra: ipparteċipat fil-kostruzzjoni tal-faċilità għall-konverżjoni ta’ l-uranju f’Esfahan. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(27)

Qods Aeronautics Industries. Informazzjoni oħra: Tipproduċi vetturi ta’ l-ajru bla ekwipaġġ (UAVs), parachutes, paragliders, paramuturi, eċċ. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(28)

Sanam Industrial Group. Informazzjoni oħra: subordinat ta’ l-AIO. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(29)

Safety Equipment Procurement (SEP). Informazzjoni oħra: Kumpannija fittizja ta’ l-AIO, involuta fil-programm tal-missili ballistiċi. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 3.3.2008.

(30)

7th of Tir. Informazzjoni oħra: (a) Subordinata tad-DIO, rikonoxxuta ġeneralment li hi involuta direttament fil-programm nukleari ta’ l-Iran, (b) Involuta fil-programm nukleari ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(31)

Shahid Bagheri Industrial Group (SBIG). Informazzjoni oħra: (a) Entità subordinata ta’ l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(32)

Shahid Hemmat Industrial Group (SHIG). Informazzjoni oħra: (a) Entità subordinata ta’ l-AIO, (b) Involuta fil-programm tal-missili ballistiċi ta’ l-Iran. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 23.12.2006.

(33)

Sho’a’ Aviation. Informazzjoni oħra: Tipproduċi microlights. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.

(34)

TAMAS Company. Informazzjoni oħra: (a) involuta f’attivitajiet relatati ma’ l-arrikkiment, (b) it-TAMAS huwa korp ġenerali, li taħtu ġew stabbiliti erba’ sussidjarji, inkluża waħda għall-estrazzjoni sal-konċentrazzjoni ta’ l-uranju u oħra inkarigata mill-ipproċessar, l-arrikkiment u l-iskart ta’ l-uranju. Data ta’ l-indikazzjoni ta’ l-UE: 24.4.2007 (NU: 3.3.2008).

(35)

Ya Mahdi Industries Group. Informazzjoni oħra: subordinat ta’ l-AIO. Data ta’ l-indikazzjoni tan-NU: 24.3.2007.”


ANNESS II

“ANNESS II

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(b) u tal-persuni u l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

A.   Persuni fiżiċi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Reza AGHAZADEH

DtT: 15.3.1949 Numru tal-Passaport: S4409483 validu 26.4.2000–27.4.2010 Maħruġ: Tehran, Numru tal-passaport diplomatiku: D9001950, maħruġ fit-22.1.2008 validu sal-21.1.2013 Post tat-twelid: Khoy

Kap ta' l-Atomic Energy Organisation of Iran (AEOI). L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari ta' l-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

2.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Javad DARVISH-VAND

 

MODAFL, Deputat għall-Ispezzjoni. Responsabbli għall-faċilitajiet u l-installazzjonijiet kollha ta' MODAFL

24.6.2008

3.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

 

Direttur Maniġerjali tad-Defence Industries Organisation (DIO) li hija indikata fl-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

4.

Dr Hoseyn (Hossein) FAQIHIAN

Indirizz ta' l-NFPC: AEOI-NFPD, Kaxxa Postali: 11365-8486, Tehran/Iran

Deputat u Direttur-Ġenerali tal-Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC), parti mill-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari ta' l-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006). L-NFPC hija involuta f'attivitajiet marbutin ma' l-arrikkiment li l-Iran huwa rikjest jissospendi mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà.

24.4.2007

5.

Inġinier Mojtaba HAERI

 

MODAFL, Deputat għall-Industrija. Rwol superviżorju fuq l-AIO u d-DIO

24.6.2008

6.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali HOSEYNITASH

 

Kap tad-Dipartiment Ġenerali tal-Kunsill Suprem tas-Sigurtà Nazzjonali u involut fit-tfassil tal-politika dwar il-kwistjoni nukleari

24.6.2008

7.

Mohammad Ali JAFARI, IRGC

 

Għandu post ta' Kmandant fi ħdan l-IRGC

24.6.2008

8.

Mahmood JANNATIAN

 

Viċi Kap ta' l-Atomic Energy Organisation of Iran

24.6.2008

9.

Said Esmail KHALILIPOUR

DtT: 24.11.1945, PtT: Langroud

Viċi Kap ta' l-AEOI. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari ta' l-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

10.

Ali Reza KHANCHI

Indirizz ta' l-NRC: AEOI-NRC Kaxxa Postali: 11365-8486 Tehran/ Iran; Fax: (+9821) 8021412

Kap ta' Tehran Nuclear Research Centre ta' l-AEOI. L-IAEA għadha tfittex kjarifika mill-Iran dwar esperimenti ta' separazzjoni tal-plutonju mwettqin fit-TNRC, inkluż dwar il-preżenza ta' partiċelli ta' HEU fil-kampjuni ambjentali meħudin mill-Karaj Waste Storage Facility fejn jinsabu kontenituri użati għall-ħażna ta' miri ta' l-uranju eżawrit f'dawk l-esperimenti. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari ta' l-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

11.

Ebrahim MAHMUDZADEH

 

Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries

24.6.2008

12.

Brigadier-Ġenerali Beik MOHAMMADLU

 

MODAFL, Deputat għall-Provvisti u l-Loġistika

24.6.2008

13.

Anis NACCACHE

 

Amministratur tal-kumpanniji Barzagani Tejarat Tavanmad Saccal; il-kumpannija tiegħu ppruvat takkwista merkanzija sensittiva, għall-benefiċċju ta' l-entitajiet indikati fil-UNSCR 1737 (2006)

24.6.2008

14.

Brigadier-Ġenerali Mohammad NADERI

 

Kap ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Industriji Ajruspazjali (AIO), l-AIO ħadet sehem fi programmi sensittivi Iranjani

24.6.2008

15.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

 

Ministru ta' MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inklużi l-programmi tal-missili ballistiċi.

24.6.2008

16.

Dr Javad RAHIQI

DtT: 21.4.1954, PtT: Mashad

Kap ta' Esfahan Nuclear Technology Centre ta' l-AEOI. Din tissorvelja l-impjant għall-konverżjoni ta' l-uranju f'Esfahan. L-Iran huwa rikjest mill-Bord ta' l-IAEA u l-Kunsill tas-Sigurtà biex jissospendi l-attivitajiet kollha marbutin ma' l-arrikkiment. Dawn jinkludu l-ħidma kollha ta' konverżjoni ta' l-uranju. L-AEOI tissorvelja l-programm nukleari ta' l-Iran u hija indikata taħt l-UNSCR 1737 (2006).

24.4.2007

17.

Kontro-Ammirall Mohammad SHAFI’I RUDSARI

 

MODAFL, Deputat għall-Koordinazzjoni

24.6.2008

18.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ali SHAMSHIRI

 

MODAFL, Deputat għall-Kontro-Intelligence, responsabbli għas-sigurtà tal-persunal u l-Installazzjonijiet ta' MODAFL

24.6.2008

19.

Abdollah SOLAT SANA

 

Direttur Maniġerjali ta' l-Uranium Conversion Facility (UCF) f'Esfahan. Din hija l-faċilità li tipproduċi l-materja prima (UF6) għall-faċilitajiet ta' arrikkiment f'Natanz. Fis-27 ta' Awissu 2006, Solat Sana rċieva onorifiċenza speċjali mill-President Ahmadinejad għar-rwol tiegħu.

24.4.2007

20.

Brigadier-Ġenerali ta' l-IRGC Ahmad VAHIDI

 

Viċi Kap ta' MODAFL

24.6.2008


B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data ta' l-elenkar

1.

Aerospace Industries Organisation, AIO

AIO, 28 Shian 5, Lavizan, Tehran

L-AIO tissorvelja l-produzzjoni Iranjana tal-missili, inkluż ix-Shahid Hemmat Industrial Group, ix-Shahid Bagheri Industrial Group u l-Fajr Industrial Group, li kollha kienu indikati fl-UNSCR 1737 (2006). Il-kap ta' l-AIO u żewġ uffiċjali anzjani oħra kienu wkoll msemmija fl-UNSCR 1737 (2006)

24.4.2007

2.

Armament Industries

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO (Defence Industries Organisation).

24.4.2007

3.

Armed Forces Geographical Organisation

 

Ivvalutata li tipprovdi data ġeospazzjali għall-programm tal-Missili Ballistiċi

24.6.2008

4.

Bank Melli,

 

Jipprovdi jew jipprova jipprovdi appoġġ finanzjarju lil kumpaniji li huma involuti fi jew li jakkwistaw merkanzija għall-programmi nukleari u tal-missili ta' l-Iran (AIO, SHIG, SBIG, AEOI, Novin Energy Company, Mesbah Energy Company, Kalaye Electric Company u d-DIO). Il-Bank Melli jagħmilha ta' faċilitatur għall-attivitajiet sensittivi ta' l-Iran. Huwa ffaċilita bosta akkwisti ta' materjali sensittivi għall-programmi nukleari u tal-missili ta' l-Iran. Huwa pprovda firxa ta' servizzi finanzjarji f'isem entitajiet marbuta ma' l-industriji nukleari u tal-missili ta' l-Iran, inkluż il-ftuħ ta' ittri ta' kreditu u ż-żamma tal-kontijiet. Bosta mill-kumpaniji t'hawn fuq ġew indikati fl-UNSCR 1737 u 1747.

24.6.2008

Bank Melli Iran u kull fergħa u sussidjarja tiegħu, inklużi

Ferdowsi Avenue, Kaxxa Postali 11365-171, Tehran

a)

Melli Bank plc

London Wall, 11th floor, London EC2Y 5EA, United Kingdom

b)

Bank Melli Iran Zao

Number 9/1, Ulitsa Mashkova, Moscow, 130064, Russia

5.

Defence Technology and Science Research Centre (DTSRC) – magħruf ukoll bl-isem ta' l-Educational Research Institute/Moassese Amozeh Va Tahgiaghati (ERI/MAVT Co.)

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Responsabbli għar-R&Ż. Sussidjarja tad-DIO. Id-DTSRC jittratta ħafna mill-akkwisti għad-DIO.

24.4.2007

6.

Iran Electronic Industries

Kaxxa Postali 18575-365, Tehran, Iran

Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistema Iranjana ta' l-armi.

24.6.2008

7.

IRGC Air Force

 

Tħaddem l-inventarju ta' l-Iran tal-missili ballistiċi ta' firxa qasira u medja. Il-kap tal-forza ta' l-ajru ta' l-IRGC kien indikat fil-UNSCR 1737.

24.6.2008

8.

Khatem-ol Anbiya Construction Organisation

Number 221, North Falamak-Zarafshan Intersection, 4th Phase, Shahkrak-E-Ghods, Tehran 14678, Iran

Grupp ta' kumpaniji ta' proprjetà ta' l-IRGC. Juża r-riżorsi ta' inġinerija ta' l-IRGC għall-kostruzzjoni filwaqt li jaġixxi bħala l-kuntrattur ewlieni fi proġetti ewlenin inkluż il-bini ta' mini, ivvalutat li jappoġġa l-programmi ta' missili ballistiċi u l-programmi nukleari Iranjani.

24.6.2008

9.

Malek Ashtar University

 

Marbuta mal-Ministeru tad-Difiża, fl-2003 ħolqot taħriġ dwar il-missili, f'kollaborazzjoni mill-qrib ma' l-AIO

24.6.2008

10.

Marine Industries

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

11.

Mechanic Industries Group

 

Ħadet sehem fil-produzzjoni ta' komponenti għall-programm ballistiku

24.6.2008

12.

Ministeru tad-Difiża u l-Loġistika tal-Forzi Armati (MODAFL)

West side of Dabestan Street, Abbas Abad District, Tehran

Responsabbli għall-programmi ta' riċerka, żvilupp u manifattura għad-difiża ta' l-Iran, inkluż appoġġ għall-programmi tal-missili u nukleari

24.6.2008

13.

Ministeru ta' l-Esportazzjoni tal-Loġistika għad-Difiża (MODLEX)

Kaxxa Postali 16315-189, Tehran, Iran

Huwa t-taqsima ta' MODAFL marbuta ma' l-esportazzjoni, u l-aġenzija użata għall-esportazzjoni ta' armi lesti f'transazzjonijiet bejn stati. Skond l-UNSCR 1747 (2007) MODLEX m'għandhiex tkun involuta f'kummerċ.

24.6.2008

14.

3M Mizan Machinery Manufacturing

 

Soċjeta fittizja ta' l-AIO, li tieħu sehem f'akkwisti fil-qasam ballistiku

24.6.2008

15.

Nuclear Fuel Production and Procurement Company (NFPC)

AEOI-NFPD, Kaxxa Postali: 11365-8486, Tehran/Iran

Id-Diviżjoni tal-Produzzjoni ta' Karburant Nukleari (NFPD) ta' l-AEOI hija responsabbli għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam taċ-ċiklu tal-karburant nukleari inklużi: l-esplorazzjoni ta' l-uranju, ix-xogħol fil-minjieri, it-tħin, il-konverżjoni u l-ġestjoni ta' l-iskart nukleari. L-NFPC hija s-suċċessur ta' l-NFPD, il-kumpanija sussidjarja taħt l-AEOI li tmexxi r-riċerka u l-iżvilupp fiċ-ċiklu tal-karburant nukleari inkluż il-konverżjoni u l-arrikkiment

24.4.2007

16.

Parchin Chemical Industries

 

Ħadmet fuq tekniċi ta' propulsjoni għall-programmi ballistiku ta' l-Iran

24.6.2008

17.

Special Industries Group

Pasdaran Av., Kaxxa Postali 19585/777, Tehran

Sussidjarja tad-DIO.

24.4.2007

18.

State Purchasing Organisation (SPO)

 

Jidher li l-SPO tiffaċilita l-importazzjoni ta' armi sħaħ. Jidher li hija sussidjarja ta' MODAFL

24.6.2008”


ANNESS III

“ANNESS III

Fergħat u sussidjarji fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri ta' banek b'domiċilju fl-Iran imsemmija fl-Artikolu 3b (1)”


ANNESS IV

“ANNESS IV

Fergħat u sussidjarji, barra mill-ġurisdizzjoni ta' l-UE, ta' banek b'domiċilju fl-Iran kif ukoll entitajiet finanzjarji li la għandhom domiċilju fl-Iran u lanqas fil-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri iżda kkontrollati minn persuni u entitajiet b'domiċilju fl-Iran imsemmija fl-Artikolu 3b(1)(c) u (d)”