ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
2 ta' Awwissu 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 769/2008 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 770/2008 ta' l-1 ta' Awwissu 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 349/2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta' l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2008 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008 li jistipula r-regoli ta’ organizzazzjoni u proċedura tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ( 1 )

5

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2008 ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

14

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

 

 

2008/634/KE

 

*

Deċiżjoni meħuda bi qbil komuni bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri tat-18 ta’ Ġunju 2008 dwar il-post tas-sede ta’ l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

16

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/635/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2008 dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3625)  ( 1 )

17

 

 

2008/636/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Lulju 2008 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3671)  ( 1 )

32

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 717/2008 tas-17 ta’ Lulju 2008 li jistabblixxi proċedura tal-Komunità għall-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi ( ĠU L 198, 26.7.2008 )

34

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura ta' l-ispeċi bovina ( ĠU L 178, 12.7.1994 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03, Volum 16)

34

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 769/2008

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MK

27,8

TR

74,2

XS

26,5

ZZ

42,8

0709 90 70

TR

97,2

ZZ

97,2

0805 50 10

AR

78,5

US

95,7

UY

67,2

ZA

88,2

ZZ

82,4

0806 10 10

CL

43,1

EG

141,1

IL

145,6

MK

76,7

TR

156,0

ZZ

112,5

0808 10 80

AR

88,5

BR

103,0

CL

107,1

CN

88,5

NZ

114,8

US

101,0

ZA

92,9

ZZ

99,4

0808 20 50

AR

70,7

CL

64,8

NZ

152,7

TR

153,4

ZA

97,1

ZZ

107,7

0809 20 95

CA

285,7

TR

423,0

US

394,8

ZZ

367,8

0809 30

TR

154,2

US

191,9

ZZ

173,1

0809 40 05

BA

70,3

IL

119,0

TR

111,4

XS

62,1

ZZ

90,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 770/2008

ta' l-1 ta' Awwissu 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 349/2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta' l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42, il-punt 8a tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (2) stabbiliet termini u kundizzjonijiet tas-sehem finanzjarju tal-Komunità għall-programmi għall-qerda ta' mard ta' l-annimali.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (3) hu applikabbli għas-sehem finanzjarju tal-Komunità li jgawdu minnu l-Istati Membri għall-ispejjeż eliġibbli rigward ċerti miżuri għall-qerda ta' mard ta' l-annimali.

(3)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta' l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (4) tistabbilixxi miżuri ġodda għall-ġlieda kontra din il-marda, anki f'każ ta' vajrus b'patoġeniċità baxxa.

(4)

Id-Deċiżjoni 90/424/KEE, bħal dik emendata mid-Deċiżjoni 2006/53/KE (5), tistipula li jista' jingħata sehem finanzjarju mill-Komunità għal ċerti miżuri ta' qerda implimentati mill-Istati Membri biex jiġġieldu kontra l-influwenza avjarja. L-Artikolu 3a tad-Deċiżjoni msemmija jimponi s-sehem finanzjarju tal-Komunità għall-qerda ta' l-influwenza tat-tjur, dment li l-miżuri minimi tal-ġlieda stabbiliti mid-Direttiva 2005/94/KE kienu ġew implimentati.

(5)

It-test tar-Regolament (KE) Nru 349/2005 għandu għalhekk jiġi aġġornat biex iqis din l-emenda.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 349/2005 jistipula li l-kontribut finanzjarju tal-Komunità jingħata fuq bażi b'mod partikolari ta' talba ta' radd lura flimkien ma' rapport finanzjarju, magħmul minn taqsima ta' “indennità xierqa” u taqsima ta' “spejjeż operattivi”. Jeħtieġ li, kif diġà kien il-każ għall-introduzzjoni tat-taqsima “indennità xierqa”, li l-introduzzjoni tat-taqsima “spejjeż operattivi” tingħaqad mar-rapport finanzjarju ta' l-avviż tad-deċiżjoni speċifika li tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju.

(7)

Jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 349/2005 jigi emendat skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 349/2005 hu emendat kif ġej :

(1)

L-Artikolu 1(1) huwa mibdul bit-test li ġej:

“1.   Dan ir-Regolament japplika għas-sehem finanzjarju tal-Komunità li jgawdu minnu l-Istati Membri għall-ispejjeż eliġibbli ddefiniti fl-Artikoli 3, 4 u 5 ta' dan ir-Regolament, rigward il-miżuri ta' qerda tal-mard, u fis-sitwazzjonijiet imsemmija:

a)

fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 3a(1), tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, għajr għall-mard li jaffettwa l-ekwini;

b)

fl-Artikolu 4(1) u (2), fl-Artikolu 6(2), u fl-Artikolu 11(1) ta' din id-Deċiżjoni.”

(2)

L-Artikolu 2, l-ewwel daħla, il-punt (d) jiġi ssostitwit bit-test li ġej:

“d)

“spejjeż meħtieġa” : l-ispejjeż imġarrba għax-xiri ta' materjal jew ta' servizzi msemmija fl-Artikolu 3(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, fl-Artikolu 3a(3), it-tieni inċiż, u fl-Artikolu 11(4), il-punti a) i) sa a) iv) u l-punt b) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, fejn intwrew in-natura u r-rabta diretta ma' l-ispejjeż eliġibbli ddefiniti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;”

(3)

Il-punti (a) u (b) ta' l-Artikolu 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“a)

l-indennità mgħaġġla u xierqa tal-proprjetarji li huma mġiegħla joqtlu obbligatorjament l-annimali tagħhom jew, fejn meħtieġ, jeqirdu obbligatorjament il-bajd tagħhom, skond l-Artikolu 3(2), l-ewwel u s-seba' inċiż, fl-Artikolu 3a(3), l-ewwel inċiż, u l-Artikolu 11(4), il-punt a) i), tad-Deċiżjoni 90/424/KEE;

b)

l-ispejjeż operattivi mħallsa u marbuta mal-miżuri ta' qatla u distruzzjoni obbligatorja ta' l-annimali u tal-prodotti kkontaminati, it-tindif u d-diżinfetazzjoni tal-postijiet u t-tindif u d-diżinfetazzjoni jew id-distruzzjoni, jekk meħtieġ, tat-tagħmir kkontaminat, skond l-Artikolu 3(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, l-Artikolu 3a(3), it-tieni inċiż, jew l-Artikolu 11(4), il-punti a) i) sa a) iv) u l-punt b), tad-Deċiżjoni 90/424/KEE; ”

(4)

Fl-Artikolu 7(2), it-tieni daħla hi ssostitwita bit-test li ġej:

“It-taqsima “spejjeż operattivi” tar-rapport finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1, il-punt a), hi introdotta taħt sura ta' fajl elettroniku skond l-Anness IV, fi żmien sittin jum kalendarju mid-data ta' avviż tad-deċiżjoni speċifika li tistabbilixxi l-kontribut finanzjarju.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 479/2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.

(4)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 29, 2.2.2006, p. 37.


2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 771/2008

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008

li jistipula r-regoli ta’ organizzazzjoni u proċedura tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru (KE) 1907/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 93(4) u 132 tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jagħti l-poter lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, minn issa ’l quddiem “l-Aġenzija”, biex tieħu deċiżjonijiet individwali dwar ir-reġistrazzjoni u l-evalwazzjoni tal-kimiċi, u jistabbilixxi Bord ta’ l-Appell biex jiddeċiedi dwar appelli kontra d-deċiżjonijiet imsemmija f’Artikolu 91(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Peress li r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jistabbilixxi biss regoli bażiċi dwar proċeduri ta’ l-appell. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dettaljati dwar l-organizzazzjoni tal-Bord ta’ l-Appell kif ukoll regoli dettaljati ta’ proċedura applikabbli għal appelli quddiem dak il-Bord.

(3)

Sabiex tiġi żgurata evalwazzjoni bilanċjata ta’ appelli mil-lat legali u tekniku, il-membri tal-Bord ta’ l-Appell li huma kkwalifikati kemm legalment kif ukoll teknikament kif definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1238/2007 tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar l-istipular ta’ regoli dwar il-kwalifiki tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (2) għandha tipparteċipa f’kull appell.

(4)

Skond l-Artikolu 89 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Bord ta’ l-Appell għandu jikkonsisti fi President wieħed u żewġ membri oħra, li kull wieħed minnhom għandu jkollu sostituti biex jibdluhom jekk ikun meħtieġ. Huwa essenzjali li l-President jiżgura l-kwalità u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell.

(5)

Sabiex ikun faċilitat l-immaniġġjar ta’ l-appelli, għandu jiġi nnominat rapporteur għal kull każ u x-xogħlijiet tiegħu għandhom ikunu stabbiliti.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li l-Bord ta’ l-Appell jista’ jopera tajjeb u b’mod effiċjenti, għandu jiġi stabbilit Reġistru taħt l-awspiċji tiegħu.

(7)

Għall-istess raġunijiet, il-Bord ta’ l-Appell għandu jingħata l-poter li jistipula regoli għat-tħaddim u l-proċedura tiegħu stess.

(8)

Sabiex il-Bord ta’ l-Appell ikun jista’ jilħaq deċiżjonijiet finali fi żmien raġonevoli, in-numru ta’ membri tal-Bord ta’ l-Appell jista’ jiżdied mill-Bord ta’ Tmexxija ta’ l-Aġenzija skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 89(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Għalhekk, il-Bord ta’ l-Appell għandu jingħata l-poter li jistabbilixxi kriterji għall-allokazzjoni ta’ każijiet bejn il-membri.

(9)

Prova ta’ ħlas tal-miżata ta’ l-appell li hi meħtieġa għal kull appell skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-miżati u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (3) għandha tinhemeż ma’ l-avviż ta’ l-appell u għandha tkun kundizzjoni għall-ammissibilità ta’ l-appell.

(10)

Jekk ikun meħtieġ u fuq il-bażi ta’ esperjenza fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effettività tad-dispożizzjonijiet tagħha u l-operat tagħhom fil-prattika, u temendahom fejn xieraq.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Organizzazzjoni tal-Bord ta’ l-Appell

Taqsima 1

Il-Bord ta’ l-Appell

Artikolu 1

Kompożizzjoni

1.   Kull appell għandu jiġi deċiż minn tliet membri tal-Bord ta’ l-Appell ta’ l-Aġenzija, minn issa ‘l quddiem “il-Bord ta’ l-Appell”.

Mill-inqas membru wieħed għandu jkun ikkwalifikat legalment u mill-inqas membru wieħed għandu jkun ikkwalifikat teknikament skond ir-Regolament (KE) Nru 1238/2007.

2.   Il-President tal-Bord ta’ l-Appell, minn issa ’l quddiem “il-President”, jew wieħed mis-sostituti tiegħu, għandu jippresjiedi l-appelli kollha.

3.   Il-President għandu jiżgura l-kwalità u l-konsistenza tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell.

Artikolu 2

Esklużjonità tal- membri

Meta l-proċedura bl-Artikolu 90(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tiġi applikata, il-membru kkonċernat tal-Bord ta’ l-Appell għandu jkun mistieden biex jippreżenta l-kummenti tiegħu fuq kull oġġezzjoni mqajma skond l-Artikolu 90(6) ta’ dak ir-Regolament qabel ma tittieħed deċiżjoni.

Sakemm tittieħed id-deċiżjoni skond l-Artikolu 90(7) ta’ dak ir-Regolament, il-proċedimenti għandhom ikunu sospiżi.

Artikolu 3

Sostituzzjoni tal-membri

1.   Il-Bord ta’ l-Appell għandu jibdel membru b’sostitut fejn dan jiddeċiedi li jeskludih mill-proċedimenti skond l-Artikolu 90(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   Il-President jista’ jibdel xi membru tal-Bord ta’ l-Appell, fuq it-talba ta’ dak il-membru, b’sostitut f’każ ta’ leave, mard, impenji li ma jistgħux jiġu evitati ta’ dak il-membru jew meta, għal raġunijiet oħra, dak il-membru jiġi projbit milli jipparteċipa fil-proċedimenti. Il-kriterji għal għażla ta’ sostitut Il-Bord ta’ l-Appell jista’ jistabbilixxi, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 27(3).

Jekk membru ma jkunx jista’ jsib sostitut, il-President jista’ jieħu postu fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

Il-President jista’ jiċħad it-talba għal sostituzzjoni biss b’deċiżjoni motivata.

Jekk il-President ikun eskluż milli jipparteċipa fil-proċedimenti, hu għandu jinnomina lis-sostitiut tiegħu. Jekk il-President ma jkunx jista’, il-membru l-ieħor li jkun qed jiddeċiedi l-każ li għandu l-itwal servizz fuq il-Bord ta’ l-Appell, jew fejn dawk il-membri l-oħra għandhom l-istess tul ta’ ż-żmien ta’ servizz, l-aktar membru anzjan, għandu jinnomina s-sostitut.

3.   Jekk membru jiġi sostitwit qabel ma ssir is-seduta, il-proċedimenti m’għandhomx ikunu sospiżi u s-sostituzzjoni għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe pass proċedurali li diġa’ jkun ittieħed.

Jekk membru jiġi sostitwit wara seduta, is-seduta għandha terġa’ ssir sakemm il-partijiet, is-sostitut u ż-żewġ membri l-oħra li jkunu qed jiddeċiedu l-appell ma jiftiehmux mod ieħor.

4.   Jekk membru jiġi sostitwit, is-sostitut ikkonċernat għandu jkun marbut ma’ kull deċiżjoni interim li tittieħed qabel dik is-sostituzzjoni.

5.   In-nuqqas ta’ preżenza ta’ membru wara li l-Bord ta’ l-Appell ikun ħa deċiżjoni finali m’għandux iwaqqaf il-Bord ta’ l-Appell milli jwettaq il-passi proċedurali li jkun baqa’.

Jekk il-President ma jkunx jista’ jiffirma d-deċiżjoni jew iwettaq il-passi proċedurali oħra li jkun baqa’, il-membru l-ieħor b’servizz itwal li jkun qed jisma’ l-każ fuq il-Bord ta’ l-Appell, jew fejn il-membri l-oħra għandhom l-istess tul taż-żmien ta’ servizz, l-aktar membru anzjan, għandu jwettaq dawn il-passi f’isem il-President.

Artikolu 4

Ir-Rapporteur

1.   Il-President għandu jinnomina wieħed mill-membri l-oħrajn li jkunu qed jiddeċiedu dwar l-Appell bħala rapporteur għall-każ jew jissodisfa dik il-funzjoni huwa stess, billi jikkunsidra l-bżonn li tkun żgurata distribuzzjoni bilanċjata tax-xogħol bejn il-membri kollha.

2.   Ir-rapporteur għandu jwettaq studju preliminari dwar l-appell.

3.   Il-Bord ta’ l-Appell jista’, fuq proposta mir-rapporteur, jistabbilixxi kull miżura ta’ proċedura prevista fl-Artikolu 15.

L-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri tista’ tiġi fdata lir-rapporteur.

4.   Ir-rapporteur għandu jipprepara abbozz ta’ deċiżjoni.

Taqsima 2

Ir-Reġistru

Artikolu 5

Ir-Reġistru u r-Reġistratur

1.   Ir-Reġistru qiegħed b’dan jiġi stabbilit fl-Aġenzija taħt l-awspiċji tal-Bord ta’ l-Appell. Il-persuna maħtura bħala Reġistratur skond il-paragrafu 5 għandha tkun il-kap tar-Reġistru.

2.   Ix-xogħol tar-Reġistru għandu jkun ir-riċevuta, it-trażmissjoni u l-kustodja tad-dokumenti, u dak li jaffetwa servizzi oħrajn kif stabbilit b’dan ir-Regolament.

3.   Ir-Reġistru ta’ appelli għandu jinżamm fir-Reġistru fejn hemm ir-referenzi għas-avviżi kollha tal-appell u dokumenti rrelatati.

4.   Il-personal tar-Reġistru, inkluż ir-Reġistratur, ma jista’ jipparteċipa fl-ebda proċedimenti ta’ l-Aġenzija rrelatati ma’ deċiżjonijiet li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ l-appelli skond l-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

5.   Il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun assistit fl-eżerċizzju tad-dmirijiet u l-funzjonijiet tiegħu b’Reġistratur, li għandu jinħatar mid-Direttur Eżekuttiv fuq proposta mill-President.

Il-President għandu jkollu l-poter li jagħti direzzjonijiet lir-Reġistratur dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell.

6.   Ir-Reġistratur għandu jivverifika li jitħarsu l-limiti taż-żmien u kondizzjonijiet formali oħra dwar il-preżentazzjoni ta’ l-appelli.

7.   L-istruzzjonijiet ġenerali għandhom ikunu adottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 27(3).

KAPITOLU II

IL-Proċedura

Artikolu 6

Avviż ta’ l-Appell

1.   L-avviż ta’ l-appell irid jigbor fih:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-appellant;

(b)

fejn l-appellant ikun ħatar rappreżentant, l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant;

(c)

indirizz għan-notifikazzjoni, jekk differenti minn dawk li jaqgħu taħt il-punti (a) u (b);

(d)

ir-referenza tad-deċiżjoni li qed tiġi kkontestata u r-rimedju mitlub mill-appellant;

(e)

it-talbiet legali miġjuba u l-argumenti ta’ fatti u liġi li ta’ min joqgħod fuqhom;

(f)

fejn xieraq, in-natura ta’ kull evidenza offruta u dikjarazzjoni li tispjega l-fatti li għalihom l-evidenza hi offruta bħala appoġġ;

(g)

fejn xieraq, indikazzjoni ta’ liema informazzjoni fl-avviż ta’ l-appell għandha titqies bħala kunfidenzjali.

(h)

Indikazzjoni jekk l-appellant jaqbilx li dik in notifikazzjoni ser taffetwa lilu jew, fejn xieraq, lir-rappreżentant tiegħu b’telefax, ittra elettronika jew mezzi tekniċi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

2   Prova tal-ħlas tal-miżata ta’ l-appell skond l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 340/2008 għandha tinhemeż ma’ l-avviż ta’ l-appell.

Fejn l-appellant ikun persuna legali, l-istrument jew l-istrumenti li jikkostitwixxu u jirregolaw lil dik il-persuna legali jew estratt reċenti mir-reġistru ta’ kumpaniji, ditti jew assoċjazzjonijiet jew kull prova oħra eżistenti fil-liġi għandhom jinhemżu wkoll.

3.   Jekk l-avviż ta’ l-appell ma jkunx konformi mal-ħtiġiet stabbiliti f’paragrafi 1 (a) sa (d) u paragrafu 2, ir-Reġistratur għandu jistabbilixxi perjodu ta’ żmien raġonevoli li fih l-appellant għandu jkun konformi magħhom. Ir-Reġistratur jista’ jistabbilixxi perjodu ta’ żmien bħal dan darba biss.

Waqt dak il-perjodu, m’għandux jinħela żmien għall-għanijiet tal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 93(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

4.   Jekk tirriżulta irregolarità li tista’ tagħmel appell inammissibli, ir-Reġistratur għandu, jibgħat, mingħajr dewmien, opinjoni motivata lill-President.

Fejn ir-Reġistratur jistabbilixxi perjodu konformi mal-paragrafu 3, hu għandu jibgħat opinjoni bħal din wara li jiskadi dak il-perjodu taż-żmien-jekk l-irregolarità ma ġietx korretta

5.   Ir-Reġistratur għandu jipprovdi l-avviż ta’ l-appell dwar l-Aġenzija mingħajr dewmien.

6.   Għandu jiġi ppubblikat avviż fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija, li jindika li d-data ta’ reġistrazzjoni ta’ appell li ser jibda l-proċedimenti, l-ismijiet u l-indirizzi tal-partijiet, in-natura tas-suġġett tal-proċedimenti, ir-rimedju mitlub mill-appellant u rendikont tat-talbiet legali miġjuba u l-argumenti ta’ sostenn ewlenin.

Il-President għandu jiddeċiedi jekk l-informazzjoni indikata minn appellant skond il-paragrafu 1(g) għandhiex titqies bħala kunfidenzjali u għandu jiżgura li kull informazzjoni li hi meqjusa bħala kunfidenzjali ma tiġix ippubblikata fl-avviż. Il-Id-dettalji prattiċi tal-pubblikazzjoni għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 27(3).

Artikolu 7

Difiża

1.   L-aġenzija għandha tressaq id-difiża fi żmien xahrejn wara s-servizz ta’ l-avviż ta’ l-appell.

Il-President jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, itawwal dak il-limitu ta’ żmien b’applikazzjoni motivata mill-Aġenzija.

2.   Id-difiża trid tigbor fiha:

(a)

fejn l-Aġenzija tkun ħatret rappreżentant, l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant;

(b)

it-talbiet legali miġjuba u l-argumenti ta’ fatti u liġi li ta’ min joqgħod fuqhom;

(c)

fejn xieraq, in-natura ta’ kull evidenza offruta u dikjarazzjoni li tispjega l-fatti li għalihom l-evidenza hi offruta bħala appoġġ;

(d)

fejn xieraq, indikazzjoni ta’ liema informazzjoni fid-difiża għandha titqies bħala kunfidenzjali;

(e)

Indikazzjoni jekk l-Aġenzija taqbilx li s-servizz għandu jiġi attivat fuqha jew, fejn xieraq, fuq ir-rappreżentant tagħha b’telefax, b’ittra elettronika jew mezzi tekniċi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

3.   Fejn l-Aġenzija, għalkemm titħarrek kif suppost, tonqos li tressaq sottomissjonijiet bil-miktub bħala difiża, il-proċedimenti għandhom ikomplu mingħajr dawn is-sottomissjonijiet.

Artikolu 8

Intervent

1.   Kull persuna li tistabbilixxi interess fir-riżultat tal-każ sottomess lill-Bord ta’ l-Appell tista’ tintervjeni fil-proċedimenti quddiem il-Bord ta’ l-Appell.

2.   Applikazzjoni li tiddikkjara ċ-ċirkostanzi li jistabbilixxu d-dritt ta’ intervent għandha tiġi sottomessa fi żmien ġimagħtejn tal-pubblikazzjoni ta’ l-avviż imsemmi fl-Artikolu 6(6).

3.   L-intervent għandu jkun limitat bħala sostenn jew oppost tar-rimedju rikjest minn waħda mill-partijiet.

4.   L-applikazzjoni għal ċertifikat ta’ intervent għandu jkun fiha:

(a)

l-isem u l-indirizz ta’ l-intervenjent;

(b)

fejn l-intervenjent ikun ħatar rappreżentant, l-isem u l-indirizz tan-negozju tar-rappreżentant;

(c)

indirizz għas-servizz, jekk differenti minn dawk skond punti (a) u (b);

(d)

dikjarazzjoni tar-rimedju rikjest favur ta’ jew kontra, b’mod sħiħ jew f’parti, ir-rimedju rikjest minn wieħed mill-partijiet;

(e)

it-talbiet legali miġjuba u l-argumenti ta’ fatti u liġi li ta’ min joqgħod fuqha;

(f)

fejn xieraq, in-natura ta’ kull xorta ta’ evidenza favur;

(g)

fejn xieraq, indikazzjoni ta’ liema informazzjoni fl-applikazzjoni għall-intervent għandha titqies bħala kunfidenzjali;

(h)

Indikazzjoni jekk l-intervenjent jaqbilx li dik in-notifikazzjoni għandha tiġi attivata fuqu jew, fejn xieraq, ir-rappreżentant tiegħu b’telefax, e-mail jew mezzi tekniċi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

5.   Il-Bord ta’ l-Appell għandu jiddeċiedi jekk jippermettix l-applikazzjoni għall-intervent jew le.

6.   Dawk li jintervjenu għandhom iħallsu l-ispejjeż tagħhom.

Artikolu 9

Rappreżentazzjoni

Fejn parti jew intervenjent ħatru rappreżentant, dak ir-rappreżentant għandu jipprovdi prokura.

Artikolu 10

It-Tressiq ta’ dokumenti proċedurali

1.   It-talbiet kollha għandhom ikunu ffirmati u jkollhom data.

2.   Għall-għanijiet ta’ kalkolu ta’ limiti tal-ħin, dokument m’għandux jitqies bħala mressaq qabel ma jirċevih ir-Reġistru.

3.   Parti jew intervenjent għandha/u t/jibgħat dokumenti lir-Reġistru personalment jew bil-posta. Madankollu, l-Bord ta’ l-Appell jista’ jippermetti dokumenti ta’ parti jew ta’ intervenjent biex jintbagħtu b’telefax, ittra elettronika jew b’xi mezzi tekniċi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

Ir-regoli li jmexxu l-użu tal-mezzi tekniċi tal-komunikazzjoni, inkluż l-użu tal-firma elettronika, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 27(3).

Artikolu 11

L-Ammissibilità ta’ l-appell

1.   Ir-raġunijiet li fuqhom għandu jitmexxa appell inammissibbli għandu jinkludi dan li ġej:

(a)

l-avviż ta’ l-appell mhux konformi mal-ħtiġijiet stabbiliti fl-Artikoli 6(1) (a) sa (d) u (2) u Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament;

(b)

l-appellant ikun qabeż il-limitu taż-żmien biex jagħmel appell kif stabbilit fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(c)

l-appell mhux miġjub kontra deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 91(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

(d)

l-appellant la huwa d-destinatarju tad-deċiżjoni kkontestata bl-appell, u lanqas ma jista’ jistabbilixxi tħassib dirett jew individwali skond l-Artikolu 92(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   Jekk il-President ma jiddeċidix dwar l-ammissibilità ta’ l-appell fil-limitu taż-żmien stabbilit f’Artikolu 93(2) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, l-appell għandu jintbagħat lill-Bord ta’ l-Appell għal eżami tal-bażi u l-ammissibilità. Id-deċiżjoni dwar l-ammissibilità għandha tagħmel parti mid-deċiżjoni finali.

Artikolu 12

Eżami ta’ l-appelli

1.   L-ebda prova oħra ma tista’ tiġi introdotta wara l-ewwel skambju ta’ skritturi sakemm il-Bord ta’ l-Appell jiddeċiedi li d-dewmien li joffri l-evidenza hu ġġustifikat kif xieraq.

2.   L-ebda talba ġdida miġjuba ma tista’ tiġi introdotta wara l-ewwel skambju ta’ skritturi ħlief jekk il-Bord ta’ l-Appell jiddeċiedi li hija bbażata fuq kwistjonijiet ġodda ta’ liġi jew ta’ fatt li jinqalgħu fl-andament tal-proċedimenti.

3.   Fejn xieraq, il-Bord ta’ l-Appell għandu jistieden il-partijiet għall-proċedimenti biex jissottomettu osservazzjonijiet jew notifiki maħruġa mill-Bord ta’ l-Appell jew dwar komunikazzjonijiet mill-parti l-oħra jew minn dawk li jintervjenu.

4.   Il-Bord ta’ l-Appel għandu jinnotifika lill-partiti dwar it-tmiem tal-parti miktuba tal-proċeduri.

Artikolu 13

Seduti

1.   Il-Bord ta’ l-Appell għandu jsejjaħ seduta jekk iqis li dan ikun meħtieġ jew jekk parti titlob dan.

It-talba għandha tiġi sottomessa fi żmien ġimagħtejn minn notifika ta’ l-għeluq tal-parti l-miktuba tal-proċedimenti. Dan il-perjodu jista’ jiġi estiż mill-President.

2.   It-talba għas-smigħ għandha tkun ikkomunikata lill-partijiet mir-Reġistru.

3.   Jekk parti li tkun imħarrka għas-smigħ kif xieraq, ma tidhirx bħala mħarrka, il-proċedimenti jistgħu jkomplu mingħajr dik il-parti.

4.   Smigħ quddiem il-Bord ta’ l-Appell għandu jkun pubbliku, sakemm il-Bord ta’ l-Appell, minn jeddu jew fuq it-talba ta’ parti, ma jiddeċidix mod ieħor, għal raġunijiet serji.

5.   Is-smigħ għandu jinfetaħ u jitmexxa mill-President, li għandu jkun responsabbli għall-andament xieraq tiegħu.

Il-President u l-membri l-oħra għandhom jagħmlu mistoqsijiet lill-partijiet jew lir-rappreżentanti tagħhom.

6.   Ir-Reġistratur għandu jkun responsabbli biex iniżżel il-minuti ta’ kull seduta.

Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u r-Reġistratur u għandhom jikkostitwixxu reġistru uffiċjali.

Qabel ma l-minuti jkunu ffirmati, xhieda jew esperti għandhom jingħataw l-opportunità biex jivverifikaw u jikkonfermaw il-kontenut tal-partijiet ta’ minuti filwaqt li jirreġistraw l-evidenza tagħhom.

7.   Is-seduta tista’ ssir b’ vidjokonferenza jew billi tintuża teknoloġija tal-komunikazzjoni oħra jekk il-mezzi tekniċi jkunu disponibbli.

Artikolu 14

Użu tal-lingwi

1.   Il-lingwa ta’ l-avviż ta’ l-appell għandha tkun il-lingwa tal-każ fuq l-appell.

Jekk l-appellant huwa d-destinatarju tad-deċiżjoni li kontriha tressaq l-appell, l-avviż ta’ l-appell għandu jintbagħat fil-lingwa tad-deċiżjoni jew f’waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità li jidhru fis-sottomissjoni li taw lok lid-deċiżjoni, inkluża kull informazzjoni sottomessa skond l-Artikolu 10(a)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.

2.   Il-lingwa tal-każ għandha tintuża fi proċedimenti bil-miktub jew verbali u fil-minuti u fid-deċiżjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell.

Kull dokument ta’ appoġġ f’lingwa oħra għandu jkun akkumpanjat bi traduzzjoni fil-lingwa tal-każ.

F’każ ta’ dokumenti twal, it-traduzzjonijiet jistgħu jkunu llimitati għal estratti. Madankollu, il-Bord ta’ l-Appell jista’, minn jeddu jew fuq talba ta’ parti, f’kull ħin jesiġi traduzzjoni aktar estensiva jew kompleta.

3.   Fuq talba ta’ parti, u wara li jkun sar is-smigħ tal-parti l-oħra, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jawtorizza l-użu ta’ lingwa uffiċjali tal-Komunitajiet barra dik il-lingwa tal-każ għall-proċedimenti kollha jew parti minnhom.

4.   Fuq talba ta’ intervenjent, u wara li jkun sar is-smigħ tal-partijiet, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jawtorizza lill-intervenjent biex juża lingwa uffiċjali tal-Komunitajiet barra dik il-lingwa tal-każ.

5.   Fejn xhud jew espert jiddikjara li hu ma jkunx jista’ jesprimi lilu nnifsu kif xieraq fil-lingwa tal-każ, il-Bord ta’ l-Appell jista’ jawtorizza lilu biex juża lingwa uffiċjali oħra tal-Komunitajiet.

6.   Fejn il-Bord ta’ l-Appell jawtorizza l-użu ta’ lingwa barra dik il-lingwa tal-każ, ir-Reġistru għandu jagħmel arranġamenti għal traduzzjoni jew interpretazzjoni.

Artikolu 15

Miżuri proċedurali

1.   Il-Bord ta’ l-Appell jista’ jistabbilixxi miżuri proċedurali fil-proċedimenti jkun meta jkun.

2.   L-għan ta’ miżuri proċedurali għandu, b’mod partikolari, ikun:

(a)

li jiżgura t-twettiq effiċjenti tal-proċedimenti u li jiffaċilita l-ġbir ta’ provi;

(b)

li jistabbilixxi l-punti li fuqhom il-partijiet għandhom jippreżentaw aktar argumenti;

(c)

li jiċċara r-rimedji rikjesti mill-partijiet, it-talbiet legali miġjuba tagħhom u argumenti u l-punti kkonċernati bejniethom.

3.   Miżuri proċedurali jistgħu, b’mod partikolari, jikkonsistu f’:

(a)

mistoqsijiet ippreżentati lill-partijiet;

(b)

stedina lill-partijiet biex jagħmlu sottomissjonijiet bil-miktub jew verbali dwar ċerti aspetti tal-proċedimenti;

(c)

mistoqsijiet lill-partijiet jew partijiet terzi għal informazzjoni;

(d)

mistoqsijiet għal dokumenti dwar il-każ li se jkun prodott;

(e)

jissejħu l-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom għal-laqgħat;

(f)

tinġibed l-attenzjoni għal kwistjonijiet li jidhru li jkunu ta’ sinifikat speċjali, jew għall-fatt li ċerti mistoqsijiet ma jkunux jidhru aktar kontenzjużi;

(g)

isiru osservazzjonijiet li jistgħu jkunu ta’ għajnuna sabiex jinżamm il-punt fokali fuq l-essenzjali waqt il-proċedimenti.

Artikolu 16

Provi

1.   Fi proċedimenti quddiem il-Bord ta’ l-Appell, il-mezzi ta’ ġbir ta’ provi jistgħu jinkludu:

(a)

it-talbiet għat-tagħrif;

(b)

Il-produzzjoni ta’ dokumenti u oġġetti;

(c)

Smigħ tal-partijiet jew xhieda;

(d)

l-opinjonijiet mill-esperti;

Regoli dettaljati dwar il-ġbir ta’ provi ser ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura mfassla fl-Artikolu 27(3).

2.   Jekk il-Bord ta’ l-Appell jikkunsidra li hu neċessarju li parti, xhud jew espert jagħtu x-xhieda tagħhom bil-fomm, huwa għandu jħarrek lill-persuna interessata sabiex tidher quddiemu.

3.   Il-partijiet għandhom ikunu infurmati fejn ser ikun se jsir is-smigħ tax-xhud jew l-espert quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Għandu jkollhom id-dritt li jkunu preżenti u li jagħmlu mistoqsijiet lix-xhud jew lill-espert.

Il-partijiet jistgħu joġġezzjonaw għal espert jew xhud fuq bażi ta’ nuqqas ta’ kompetenza fir-rigward ta’ l-appell. Meta titqajjem oġġezzjoni bħal din, il-kwistjoni għandha tkun riżolta mill-Bord ta’ l-Appell.

4.   Qabel ma jingħataw il-provi, kull espert jew xhud għandu jiddikjara kull interess personali li hu jista’ jkollu fil-każ, jew jekk qabel hu kien involut bħala rappreżentant ta’ wieħed mill-partijiet, jew jekk hu pparteċipa fid-deċiżjoni li tkun qiegħda tiġi appellata.

Fejn l-espert jew ix-xhud jonqos li jagħmel dikjarazzjoni bħal din hu stess, il-partijiet jistgħu jiġbdu l-attenzjoni tal-Bord ta’ l-Appell bil-kwistjoni.

5.   Oġġezzjoni lil xhud jew espert għandha titqajjem fi żmien ġimagħtejn tal-partijiet li ngħataw l-avviż tat-taħrika tax-xhud jew il-ħatra ta’ l-espert. Il-parti għandha tippreżenta l-bażi ta’ l-oġġezzjoni tagħha u tindika in-natura ta’ kull prova offruta biex issostniha.

6.   Fejn xhud jew espert ta l-provi, dawk il-provi għandhom ikunu riprodotti fil-minuti.

Artikolu 17

Spejjeż irrelatati mal-ġbir tal-prova

1.   Ix-xhieda u l-esperti li jitħarrku mill-Uffiċċju u li jidhru quddiem il-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu intitolati għal rifużjoni xierqa ta’ l-ispejjeż ta’ l-ivjaġġar u ta’ l-għajxien.

Xhieda li jitħarrku u li jidhru quddiem il-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu intitolati għal kumpens xieraq għal telf ta’ dħul.

Esperti li mhumiex membri tal-persunal ta’ l-Aġenzija għandhom ikunu intitolati għal ħlas għal xogħlhom.

2.   Il-pagamenti għandhom isiru lix-xhieda wara li jkunu taw il-provi u lill-esperti wara li jkunu eżawrew id-dmirijiet jew il-kompiti tagħhom. Madankollu, għandu jsir ħlas bil-quddiem.

3.   Il-Bord tat-Tmexxija ta’ l-Aġenzija għandu jistabbilixxi regoli għal kalkolu ta’ l-ammonti u ħlas bil-quddiem li għandhom jitħallsu.

4.   Regoli dettaljati għandhom ikunu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura mfassla fl-Artikolu 27(3), u bi qbil mal-Bord ta’ Ġestjoni, dwar dan li ġej:

(a)

min hu responsabbli għall-ispejjeż fir-rigward tal-ġbir tal-provi;

(b)

l-arranġamenti għal xi pagamenti għal rifużjoni, kumpens u ħlas lix-xhieda u lill-esperti.

5.   Ir-regoli msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 għandhom jikkunsidraw, kif xieraq, regoli komparabbli li jeżistu f’oqsma oħra tal-liġi Komunitarja.

Artikolu 18

Il-Kompetenza

Jekk il-Bord ta’ l-Appell jirrimanda l-każ lill-korp kompetenti ta’ l-Aġenzija skond l-Artikolu 93(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, dan ta’ l-aħħar għandu jkun marbut bir-raġunament wara d-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell sakemm ma jkunx hemm xi bidla f’ċirkostanzi li jinqalgħu.

Artikolu 19

Deliberazzjonijiet

1.   It-tliet membri tal-Bord ta’ l-Appell biss li qegħdin jiddeċiedu l-appell għandhom jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet dwar dak l-appell. Id-deliberazzjonijiet għandhom jibqgħu sigrieti.

2.   Waqt id-deliberazzjonijiet, kull membru għandu jiddikjara l-opinjoni tiegħu u r-raġunijiet għaliha.

L-opinjoni tar-rapporteur għandha tinstema’ l-ewwel u, jekk ir-rapporteur mhux il-President, l-opinjoni tal-President l-aħħar.

Artikolu 20

Votazzjoni

Jekk votazzjoni tkun neċessarja, il-voti għandhom ikunu mitfugħa skond is-sekwenza mogħtija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 19(2). Madankollu, jekk il-President ikun ukoll ir-rapporteur, hu għandu jivvota l-aħħar.

Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b’maġġoranza ta’ voti.

M’humiex permessi astenzjonijiet.

Artikolu 21

Deċiżjonijiet

1.   Id-deċiżjoni għandha tinkludi:

(a)

dikjarazzjoni li d-deċiżjoni ngħatat mill-Bord ta’ l-Appell;

(b)

id-data meta d-deċiżjoni ttieħdet;

(c)

l-ismijiet tal-membri tal-Bord ta’ l-Appell li jkunu ħadu sehem fil-proċedimenti;

(d)

l-ismijiet tal-partijiet u ta’ dawk li jintervjenu għall-appell u r-rappreżentanti tagħhom fil-proċedimenti;

(e)

dikjarazzjoni tar-rimedju rikjest mill-partijiet;

(f)

taqsira tal-fatti;

(g)

ir-raġunijiet li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni;

(h)

l-ordni tal-Bord ta’ l-Appell, inkluża, fejn meħtieġ, l-aġġudikazzjoni ta’ l-ispejjeż għal ġbir ta’ provi u deċiżjoni għar-rifużjoni ta’ ħlasijiet skond l-Artikolu 10(4) tar-Regolament (KE) Nru 340/2008.

2.   Il-President u r-Reġistratur għandu jiffirma d-deċiżjoni. Il-firem jistgħu jkunu elettroniċi.

L-oriġinal tad-deċiżjoni għandu jkun iddepożitat fir-Reġistru.

3.   Id-deċiżjoni għandha ssir fuq il-partijiet skond l-Artikolu 22.

4.   Id-deċiżjoni għandha tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni li tista’ tkun ikkontestata skond l-Artikolu 230 tat-Trattat u l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi l-limitu taż-żmien għal bidu ta’ dik l-azzjoni.

Nuqqas li tiġi nkluża dik id-dikjarazzjoni m’għandhiex tinvalida d-deċiżjoni.

5.   Deċiżjonijiet finali tal-Bord ta’ l-Appell għandhom ikunu ppubblikati kollha f’forma xierqa, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor fuq talba motivata ta’ parti.

Artikolu 22

Servizz ta’ dokumenti

Ir-Reġistratur għandu jiżgura li d-deċiżjonijiet u l-komunikazzjonijiet tal-Bord ta’ l-Appell isiru fuq il-partijiet u fuq dawk li jintervjenu.

In-notifikazzjoni għandha tingħata minn waħda minn dawn il-mezzi li ġejjin:

(1)

posta rreġistrata b’formola għal konferma ta’ l-irċevuta;

(2)

kunsinna personali tal-kopja b’irċevuta;

(3)

xi mezzi tekniċi ta’ kominikazzjoni disponibbli għall-Bord ta’ l-Appell li l-parti jew ir-rappreżentant tagħha jkun qabel/qablet li jaċċetta/taċċetta għal dawn l-għanijiet.

Artikolu 23

Skadenzi

1.   Kull perjodu stabbilit minn jew imfassal taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew dan ir-Regolament għall-għanijiet ta’ proċedimenti ta’ l-appell għandhom ikunu kkalkolati skond il-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Fejn perjodu espress fi ġranet, ġimgħat, xhur jew snin ikun ikkalkolat minn ġurnata li fiha jsir l-avveniment jew tkun saret azzjoni, dik il-ġurnata m’għandhiex taqa’ taħt dak il-perjodu.

3.   Perjodu espress f’ġimgħat, xhur jew snin għandu jintemm bl-iskadenza tal-jum ikun liema jkun fl-aħħar ġimgħa, xahar jew sena li jkun l-istess jum tal-ġimgħa jew jaqa’ fl-istess data, bħal jum li matulu l-avveniment jew l-azzjoni li minnu l-perjodu għandu jkun ikkolkolat li ġara jew sar.

Jekk, f’perjodu espress f’xhur jew snin, il-jum li fih għandu jiskadi ma jkunx jidher fl-aħħar xahar, il-perjodu għandu jintemm bl-iskadenza ta’ l-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

4.   Fejn perjodu espress f’xhur jew ġranet, għandu l-ewwel ikun ikkalkolat f’xhur sħaħ, imbagħad fi ġranet.

5.   Il-perjodi għandhom jinkludu vaganzi uffiċjali ta’ l-Aġenzija, Sibtijiet u Ħdud.

6.   Jekk perjodu kien jispiċċa s-Sibt, il-Ħadd jew vaganza uffiċjali ta’ l-Aġenzija, għandu jiġi estiż sa l-aħħar ta’ l-ewwel ġurnata tax-xogħol li jmiss.

Artikolu 24

Estensjoni u l-qabża tal-limitu taż-żmien

1.   Kull limitu taż-żmien stabbilit skond dan ir-Regolament jista’ jkun estiż minn kull min għamel il-preskrizzjoni.

2.   Li jinqabeż limitu taż-żmien għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt ta’ parti jekk il-parti kkonċernata tipprova l-eżistenza ta’ ċirkostanzi imprevedibbli jew ta’ force majeure a sodisfazzjon tal-Bord ta’ l-Appell.

Artikolu 25

Waqfien tal-proċedimenti

Fuq talba ta’ parti jew min jeddu, il-Bord ta’ l-Appell jista’, wara s-smigħ tal-partijiet, iwaqqaf il-proċedimenti.

Jekk xi ħadd mill-partijiet jopponi l-waqfien, dik id-deċiżjoni għandha tittieħed b’deċiżjoni motivata.

Artikolu 26

Rettifikazzjoni

Il-Bord ta’ l-Appell jista’, wara s-smigħ tal-partijiet, minn jeddu jew fuq applikazzjoni minn parti li saret fi żmien xahar wara li d-deċiżjoni ġiet notifikata, jirratifika żballji klerikali, żbalji fil-kalkoli u żbalji ovvji fid-deċiżjoni.

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 27

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.   Regoli addizzjonali ta’ natura proċedurali neċessarji għall-ipproċessar effiċjenti ta’ l-appelli u r-regoli neċessarji għall-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Bord ta’ l-Appell, inklużi regoli li jikkonċernaw l-allokazzjoni ta’ każijiet bejn membri, jistgħu jiġu stabbiliti skond il-proċedura stabbilita f’paragrafu 3.

2.   Direzzjonijiet ta’ prattika lill-partijiet u lil dawk li jintervjenu u istruzzjonijiet relatati mal-preparazzjonijiet għal u tmexxija tas-smigħ quddiem il-Bord ta’ l-Appell jista’ jadotta, u għall-preżentazzjoni u notifikazzjoni ta’ sottomissjonijiet bil-miktub jew osservazzjonijiet skond il-proċedura stabbilita f’paragrafu 3.

3.   Il-President u żewġ membri oħra maħtura skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 89(3) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandhom jadottaw ir-regoli u l-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament b’maġġoranza ta’ voti.

Artikolu 28

Dħul fis-Seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1, kif ikkoreġut bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 280, 24.10.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 107, 17.4.2008, p. 6.


2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 772/2008

ta’ l-1 ta’ Awwissu 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 757/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Awwissu 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 205, 1.8.2008, p. 16.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-2 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,55

4,52

1701 11 90  (1)

23,55

9,76

1701 12 10  (1)

23,55

4,33

1701 12 90  (1)

23,55

9,33

1701 91 00  (2)

23,89

13,68

1701 99 10  (2)

23,89

8,77

1701 99 90  (2)

23,89

8,77

1702 90 95  (3)

0,24

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet ta’ l-Istati Membri

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/16


DEĊIŻJONI MEĦUDA BI QBIL KOMUNI BEJN IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI

tat-18 ta’ Ġunju 2008

dwar il-post tas-sede ta’ l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

(2008/634/KE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TA’ L-ISTATI MEMBRI,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 289 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

L-istabbiliment ta’ Isititut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija ġie deċiż bir-Regolament (KE) Nru 294/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li jistabbilixxi l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (1);

(2)

Il-post tas-sede ta’ dan l-Istitut għandu jiġi ddeterminat,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) għandu jkollu s-sede tiegħu f’Budapest.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni, li ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, għandu jkollha effett fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.

Il-President

M. KUCLER DOLINAR


(1)  ĠU L 97, 9.4.2008, p. 1.


Kummissjoni

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2008

dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir ta’ l-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3625)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/635/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistipula rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli Komunitarji speċifiċi msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2)(b), fl-Artikolu 17(3), fl-ewwel inċiż ta’ l-Artikolu 18(1), u fil-frażi introduttorja u l-punt (b) ta’ l-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula r-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-atti Komunitarji speċifiċi msemmija fiha. Id-Direttiva tipprovdi wkoll għall-istabbiliment ta’ lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi jew partijiet minn pajjiżi terzi, li jistgħu jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk ipprovduti fil-Kapitolu II tagħha, li minnhom l-Istati Membri jistgħu jimportaw is-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini.

(2)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula wkoll il-ħolqien ta’ lista ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u l-embrijuni f’pajjiżi terzi, li għalihom dawk il-pajjiżi terzi jistgħu jagħtu l-garanziji msemmija fl-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Madankollu, fir-rigward taċ-ċentri tal-ġbir għall-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, għar-raġuni tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, u b’kunsiderazzjoni tan-nomenklatura internazzjonali, huwa iktar xieraq li jintuża t-terminu “timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni” minflok “ċentri tal-ġbir” f’dak il-każ.

(4)

Id-Direttiva 92/65/KEE tgħid li s-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini li għandhom jiġu importati fil-Komunità jridu jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikati tas-saħħa, li l-mudelli tagħhom għandhom jiġu stabbiliti skond dik id-Direttiva.

(5)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistipula wkoll it-twaqqif tal-garanziji jew ir-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali speċifiċi ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dik id-Direttiva, għal importazzjonijiet fil-Komunità ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini.

(6)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta’ Jannar 1994 li telenka lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, u l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi tal-porċini (2) tgħid li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 79/542/KEE (3), li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta’ annimali ħajjin ta’ l-ispeċi ovini u kaprini.

(7)

Id-Deċiżjoni 94/63/KE issa ġiet irrevokata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/636/KE (4).

(8)

Għalhekk, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini.

(9)

Il-listi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u t-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, li joriġinaw fil-pajjiżi terzi, għandhom jiġu stabbiliti wkoll minn dik id-Deċiżjoni.

(10)

L-Artikolu 17(3) tad-Direttiva 92/65/KEE jistipula l-proċedura ta’ l-emendi għal-listi taċ-ċentri tal-ġbir tas-semen u t-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini. Il-listi emendati għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Kummissjoni (5).

(11)

Għall-fini tal-konsistenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, ir-rekwiżiti li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-ovini u l-kaprini għat-tgħammir, u r-reġimi ta’ testijiet speċifiċi għal dawk l-annimali, stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju ta’ l-ovini u l-kaprini (6), għandhom jitqiesu fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni.

(12)

Il-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini intenzjonati għat-tgħammir huma stipulati fid-Deċiżjoni 79/542/KEE. Dawn ir-rekwiżiti għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni.

(13)

Ċerti mardiet infettivi ta’ l-annimali ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini jiġu trażmessi mis-semen. Għalhekk, testijiet partikolari fuq is-saħħa ta’ l-annimali li jidentifikaw tali mardiet għandhom jitwettqu skond programmi ta’ testijiet speċifiċi li jirriflettu l-movimenti tad-donaturi qabel, u matul, il-perjodu tal-ġbir tas-semen. Dawk it-testijiet u l-programmi tat-testijiet għandhom ikunu skond l-istandards internazzjonali u għalhekk għandhom ikunu indikati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini elenkat f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Għandhom jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistipulaw ir-regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (7) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 546/2006 tal-31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ programmi nazzjonali ta’ kontroll tal-marda scrapie u garanziji addizzjonali u li jidderogaw minn ċerti rekwiżiti tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1874/2003 (8).

(15)

Il-kundizzjonijiet sanitarji għall-ġbir, l-ipproċessar, il-ħżin u t-trasport ta’ l-ova u l-embrijuni u l-kundizzjonijiet tas-saħħa applikati għad-donaturi nisa huma stipulati fil-Kapitoli III u IV ta’ l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE. Madankollu, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti garanziji addizzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza veterinarja uffiċjali tat-timijiet għall-ġbir ta’ l-embrijuni f’din id-Deċiżjoni.

(16)

Fl-interessi taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li f’din id-Deċiżjoni tiġi elenkata lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri approvati għall-ġbir tas-semen li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u l-kaprini, lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ timijiet approvati għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ dawk l-ispeċi, u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni relatati ma’ tali importazzjonijiet sabiex dawn ir-rekwiżiti kollha jinġabru taħt att wieħed.

(17)

Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi stipulati fil-punt 7(b) tal-Kapitolu IX(B) ta’ l-Appendiċi 2 ta’ l-Anness 11 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-Kummerċ tal-Prodotti Agrikoli (9), kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, ta’ l-4 ta’ April 2002 mal-konklużjoni ta’ seba’ Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Żvizzera (10). Għalhekk, għall-konsenji ta’ semen, ova jew embrijuni ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini jew tal-kaprini mill-Iżvizzera għall-Komunità, iċ-ċertifikati pprovduti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/388/KE tad-19 ta’ Settembru 1995 li tiddetermina l-kampjun taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju fis-semen, l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini (11) għandhom japplikaw, kif adottati b’konformità ma’ dik id-Deċiżjoni.

(18)

Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u ta’ l-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stipulati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u ta’ l-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (12), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (13).

(19)

Fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni preżenti, għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u ta’ l-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stipulati skond il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u prodotti ta’ l-annimali (14), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (15).

(20)

Il-miżuri elenkati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Importazzjonijiet tas-semen

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, miġbura f’pajjiż terz u f’ċentru approvat għall-ġbir tas-semen, elenkati fl-Anness I, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II.

Artikolu 2

Importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini, miġbura f’pajjiż terz u minn tim approvat għall-ġbir ta’ l-embrijuni, elenkati fl-Anness III, u li jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali stipulati fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness IV.

Artikolu 3

Applikabilità

Din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta’ Settembru 2008.

Artikolu 4

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(2)  ĠU L 28, 2.2.1994, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/211/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 146, 14.6.1979, p. 15. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/61/KE (ĠU L 15, 18.1.2008, p. 33).

(4)  Ara paġna 32 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(5)  http://circa.europa.eu/irc/sanco/vets/info/data/semen/semen.html

(6)  ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(7)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 571/2008 (ĠU L 161, 20.6.2008, p. 4).

(8)  ĠU L 94, 1.4.2006, p. 28.

(9)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

(10)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.

(11)  ĠU L 234, 3.10.1995, p. 30. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2005/43/KE (ĠU L 20, 22.1.2005, p. 34).

(12)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3.

(13)  ĠU L 71, 18.3.1999, p. 1.

(14)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 5.

(15)  ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 1999/837/KE (ĠU L 332, 23.12.1999, p. 1).


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi u ċentri approvati għall-ġbir tas-semen li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen ta’ l-ispeċi ta’ l-ovini u tal-kaprini

Kodiċi ta’ l-ISO

Isem tal-Pajjiż terz

Numru ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru

Isem iċ-ċentru

Indirizz taċ-ċentru

Data ta’ l-approvazzjoni taċ-ċentru

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk ikun xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

 

 

 

 

Il-garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulati fil-punti II.4.8 u II.4.9 taċ-ċertifikat fl-Anness II huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada

 

 

 

 

It-territorju kif deskritt fl-Ewwel Parti ta’ l-Anness I tad-Deċiżjoni 79/542/KEE (kif emendat l-aħħar).

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.4.8 taċ-ċertifikat fl-Anness II hija obbligatorja.

CH

L-Iżvizzera

 

 

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

 

 

 

 

 

 

IS

L-Iżlanda

 

 

 

 

 

 

NZ

New Zealand

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre and Miquelon

 

 

 

 

 

 

US

L-Istati Uniti

 

 

 

 

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.4.8 taċ-ċertifikat fl-Anness II hija obbligatorja.

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu prodotti mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudell li jidher fl-Anness II. Dawn għandhom jinkludu, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, kif jista’ jkun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz li jesporta kif indikat fl-Anness I.

Jekk jintalab dan mill-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b)

Il-verżjoni oriġinali ta’ kull ċertifikat għandha tikkonsisti minn paġna waħda, b’żewġ naħat, jew, fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar kitba, din għandha tkun f’tali forma li l-paġni kollha meħtieġa jkunu jagħmlu parti minn kopja sħiħa integrata u indiviżibbli.

(ċ)

Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE fejn għandha ssir l-ispezzjoni fil-post fuq il-fruntiera u ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa Komunitarja oħra minflok il-lingwa tagħhom, akkumpanjata, jekk ikun hemm bżonn, minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-konsenja (skeda fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), jiġu mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti mill-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(e)

Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija fil-punt d), ikun jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata – (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni) – fil-parti ta’ isfel tagħha u għandha ġġib in-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ġie speċifikat mill-awtorità kompetenti fuq il-parti ta’ fuq tagħha.

(f)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat għandha titlesta u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-konsenja għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta għandhom jassiguraw li jiġu segwiti l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri differenti minn dawk li jkunu mqabbżin jew tat-tip watermark.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat għandha takkumpanja l-konsenja sakemm din tasal fil-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-UE.

(h)

Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal għaxart ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, iż-żmien tal-validità jittawwal skond iż-żmien li jieħu l-vjaġġ bil-vapur.

(i)

Is-semen u l-ova/embrijuni m’għandhomx jiġu ttrasportati fl-istess kontejner ma’ semen u ova/embrijuni oħrajn li, jew id-destinazzjoni tagħhom m’hijiex il-Komunità Ewropea, jew inkella huma ta’ status tas-saħħa aktar baxx.

(j)

Matul it-trasport tiegħu lejn il-Komunità Ewropea, il-kontejner għandu jibqa’ magħluq u s-siġill m’għandux jinkiser.

(k)

In-numru tar-referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.


ANNESS II

Mudell ta’ ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-ispeċi ovini u kaprini

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Lista ta’ pajjiżi terzi u timijiet approvati għall-ġbir ta’ l-embrijuni li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini

Kodiċi ta’ l-ISO

Isem tal-pajjiż terz

Numru ta’ l-approvazzjoni tat-tim

Isem tat-tim

Indirizz tat-tim

Data ta’ l-approvazzjoni tat-tim

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk ikun xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

 

 

 

 

Il-garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulati fil-punti II.5.1 u II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada

 

 

 

 

It-territorju kif deskritt fl-Ewwel Parti ta’ l-Anness I għad-Deċiżjoni 79/542/KEE

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV hija obbligatorja.

CH

L-Iżvizzera

 

 

 

 

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

 

 

 

 

 

 

IS

L-Iżlanda

 

 

 

 

 

 

NZ

In-New Zealand

 

 

 

 

 

 

PM

Saint Pierre and Miquelon

 

 

 

 

 

 

US

L-Istati Uniti

 

 

 

 

 

Il-garanzija addizzjonali fir-rigward ta’ l-ittestjar stipulata fil-punt II.5.2 taċ-ċertifikat fl-Anness IV hija obbligatorja.

(a)

Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jiġu prodotti mill-pajjiż li jesporta, ibbażati fuq il-mudell li jidher fl-Anness IV. Dawn għandhom jinkludu, fl-ordni nnumerata li tidher fil-mudell, l-attestazzjonijiet li huma meħtieġa għal kwalunkwe pajjiż terz u, kif jista’ jkun il-każ, dawk il-garanziji supplimentari li huma meħtieġa għall-pajjiż terz li jesporta kif indikat fl-Anness III.

Jekk jintalab dan mill-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni, ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-forma oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa.

(b)

Il-verżjoni oriġinali ta’ kull ċertifikat għandha tikkonsisti minn paġna waħda, b’żewġ naħat, jew, fejn ikun hemm bżonn ta’ aktar kitba, din għandha tkun f’tali forma li l-paġni kollha meħtieġa jkunu jagħmlu parti minn kopja sħiħa integrata u indiviżibbli.

(ċ)

Iċ-ċertifikat għandu jiġi abbozzat f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE fejn għandha ssir l-ispezzjoni fil-post fuq il-fruntiera u ta’ l-Istat Membru ta’ l-UE tad-destinazzjoni. Madankollu, dawn l-Istati Membri jistgħu jippermettu lingwa Komunitarja oħra minflok il-lingwa tagħhom, akkumpanjata, jekk ikun hemm bżonn, minn traduzzjoni uffiċjali.

(d)

Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni ta’ l-oġġetti tal-konsenja (skeda fil-punt I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat), jiġu mehmuża paġni addizzjonali maċ-ċertifikat, dawn il-paġni għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti mill-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-veterinarju uffiċjali li jiċċertifika, fuq kull paġna.

(e)

Meta ċ-ċertifikat, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija fil-punt d), ikun jinkludi aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata – (numru tal-paġna) minn (numru totali ta’ paġni) – fil-parti ta’ isfel tagħha u għandha ġġib in-numru tal-kodiċi taċ-ċertifikat li jkun ġie speċifikat mill-awtorità kompetenti fuq il-parti ta’ fuq tagħha.

(f)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat għandha titlesta u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali sa l-aħħar ġurnata tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-konsenja għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li jesporta għandhom jassiguraw li jiġu segwiti l-prinċipji taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE.

Il-kulur tal-firma għandu jkun differenti minn dak ta’ l-istampar. L-istess regola tapplika għal timbri differenti minn dawk li jkunu mqabbżin jew tat-tip watermark.

(g)

Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat għandha takkumpanja l-konsenja sakemm din tasal fil-post ta’ l-ispezzjoni fuq il-fruntiera ta’ l-UE.

(h)

Iċ-ċertifikat għandu jkun validu għal għaxart ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport bil-baħar, iż-żmien tal-validità jittawwal skond iż-żmien li jieħu l-vjaġġ bil-vapur.

(i)

L-ova/l-embrijuni u s-semen m’għandhomx jiġu ttrasportati flimkien fl-istess kontejner ma’ ova/embrijuni u semen oħrajn li, jew id-destinazzjoni tagħhom m’hijiex il-Komunità Ewropea, jew inkella huma ta’ status tas-saħħa aktar baxx.

(j)

Matul it-trasport tiegħu lejn il-Komunità Ewropea, il-kontejner għandu jibqa’ magħluq u s-siġill m’għandux jinkiser.

(k)

In-numru tar-referenza taċ-ċertifikat imsemmi fil-kaxxi I.2 u II.a. għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti.


ANNESS IV

Mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjoni ta’ l-ova u l-embrijuni ta’ l-ispeċi ovini u kaprini

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/32


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-22 ta’ Lulju 2008

li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3671)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/636/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari l-frażi ta’ introduzzjoni u l-punt (a) ta’ l-Artikolu 17(3) u l-Artikolu 28 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 92/65/KEE tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni li ma humiex suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali stipulati fl-atti speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom. Tistipula wkoll it-twaqqif ta’ lista ta’ dawn il-pajjiżi terzi jew partijiet tal-pajjiżi terzi, kapaċi li jipprovdu garanziji ekwivalenti għal dawk li hemm referenza għalihom, u li minnhom l-Istati Membri jistgħu jimportaw semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer.

(2)

Il-Parti III ta’ l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/63/KE tal-31 ta’ Jannar 1994 li tfassal lista provviżorja ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ, tal-mogħoż u ekwidi, ovuli u embrijoni ta’ l-ispeċi porċina (2) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi porċina, u pajjiżi terzi li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet tas-semen tal-porċini, skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/613/KE tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar il-kondizzjonijiet għall-importazzjoni tas-semen ta’ l-annimali domestiċi tà l-ispeċi tal-porċini (3).

(3)

Id-Deċiżjoni 94/63/KE ġiet emendata bosta drabi biex tikkunsidra l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi ġodda. Bħalissa, tapplika għas-semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u tal-mogħoż u ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer.

(4)

Il-Kummissjoni beħsiebha tistipula l-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ semen, ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tan-nagħaġ u tal-mogħoż, kif ukoll il-lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ dik il-merkanzija, f’att separat.

(5)

Id-Deċiżjoni 2002/613/KE twaqqaf lista ta’ pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet tas-semen tal-ħnieżer. Dik il-lista ġiet stabbilita fuq bażi ta’ l-istatus tas-saħħa ta’ l-annimali tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ħnieżer ħajjin. Peress li m’hemm l-ebda evidenza xjentifika li tissuġġerixxi li b’rigward għall-mard eżotiku maġġuri li jittieħed, ir-riskji kkaġunati mill-istatus tas-saħħa tal-ħanżir donatur mara jew raġel, jistgħi jittaffew bit-trattament ta’ l-embrijun, hu xieraq u fl-interess tal-konsistenza u l-koerenza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, li ssir referenza għal dik il-lista f’din id-Deċiżjoni meta titwaqqaf lista ta’ pajjiżi terżi li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta’ ova u embrijuni ta’ dik l-ispeċi.

(6)

Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, jeħtieġ li d-Deċiżjoni 94/63/KE tiġi rrevokata.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ova u embrijuni ta’ l-ispeċi tal-ħnieżer mill-pajjiżi terzi minn fejn l-importazzjoni ta’ semen tal-ħnieżer hi awtorizzata skond l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2002/613/KE.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 94/63/KE hija rrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Settembru 2008.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 22 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(2)  ĠU L 28, 2.2.1994, p. 47. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar permezz tad-Deċiżjoni 2004/211/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).

(3)  ĠU L 196, 25.7.2002, p. 45. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/141/KE (ĠU L 7, 12.1.2007, p. 28).


Corrigendum

2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/34


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 717/2008 tas-17 ta’ Lulju 2008 li jistabblixxi proċedura tal-Komunità għall-amministrazzjoni tal-kwoti kwantitattivi

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, L 198, tas-26 ta' Lulju 2008 )

Fuq il-qoxra fil-Werrej tal-paġna 1, f'paġna 1 fit-titolu u f'paġna 6 fil-formula ta' l-għeluq:

minflok:

“17 ta’ Lulju 2008”;

aqra:

“15 ta’ Lulju 2008”.


2.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 206/34


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' l-annimali, is-semen, l-ova u l-embrijoni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar l-annimali ta' razza pura ta' l-ispeċi bovina

( Il-Ġurnal Uffiċjali L 178, tat-12 ta' Lulju 1994 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03, Volum 16)

Id-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE hija b'dan ikkoreġuta kif ġej:

F'paġna 239, fl-Artikolu 3(2)(ċ):

minflok:

“ċ)

ikunu sorpriżi minn servizz ta' spezzjoni uffiċjali tat-tielet pajjiż,”;

aqra:

“ċ)

ikunu sorveljati minn servizz ta' spezzjoni uffiċjali tat-tielet pajjiż,”.

F'paġna 239

Fl-:

Artikolu 2(1);

Artikolu 3(1);

Artikolu 3(2), is-sentenza introduttorja;

Artikolu 3(2)(b);

Artikolu 3(2)(d);

Artikolu 4, l-ewwel inċiż;

Artikolu 5, l-ewwel inċiż; u

F'paġna 240

Fl-:

Artikolu 6, l-ewwel inċiż;

Artikolu 7, l-ewwel inċiż;

it-termini “awtorità” u “awtoritajiet” għandhom jiġu sostitwiti rispettivament bil-kelma “korp” u “korpi”.