ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kunsill |
|
|
|
2008/628/KE |
|
|
* |
||
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/629/KE |
|
|
* |
||
|
|
2008/630/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Bangladexx u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3698) ( 1 ) |
|
|
|
2008/631/KE |
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE fir-rigward ta’ ċerti reġjuni ta’ Stati Membri stipulati fl-Anness u l-estensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3964) ( 1 ) |
|
|
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE |
|
|
|
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 752/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).
ANNESS
il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MK |
29,6 |
TR |
74,2 |
|
XS |
27,8 |
|
ZZ |
43,9 |
|
0707 00 05 |
TR |
106,2 |
ZZ |
106,2 |
|
0709 90 70 |
TR |
98,3 |
ZZ |
98,3 |
|
0805 50 10 |
AR |
83,1 |
US |
47,0 |
|
UY |
69,9 |
|
ZA |
87,7 |
|
ZZ |
71,9 |
|
0806 10 10 |
CL |
60,6 |
EG |
134,7 |
|
IL |
145,6 |
|
MK |
76,7 |
|
TR |
157,0 |
|
ZZ |
114,9 |
|
0808 10 80 |
AR |
100,7 |
BR |
102,2 |
|
CL |
107,2 |
|
CN |
82,9 |
|
NZ |
121,6 |
|
US |
100,6 |
|
ZA |
91,1 |
|
ZZ |
100,9 |
|
0808 20 50 |
AR |
70,7 |
CL |
82,0 |
|
TR |
155,9 |
|
ZA |
99,6 |
|
ZZ |
102,1 |
|
0809 20 95 |
CA |
344,6 |
TR |
417,9 |
|
US |
570,5 |
|
ZZ |
444,3 |
|
0809 30 |
TR |
160,6 |
ZZ |
160,6 |
|
0809 40 05 |
BA |
74,5 |
IL |
117,7 |
|
TR |
111,4 |
|
XS |
62,1 |
|
ZZ |
91,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 753/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1299/2007 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 (1) li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS), u b’mod partikolari l-Artikolu 127 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1952/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħops (2) għandu jitħassar mill-1 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 201(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS). |
(2) |
Ċerti dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1952/2005 marbuta mai-gruppi tal-produtturi ma ġewx inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Sabiex is-settur tal-ħops ikun jista’ jibqa’ jiffunzjona kif suppost, jeħtieġ li jiġu stipulati dawk id-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1299/2007 tas-6 ta’ Novembru 2007 dwar ir-rikonoxximent ta’ gruppi tal-produtturi fis-settur tal-ħops (3). |
(3) |
Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jistipula fl-Artikolu 122 l-kundizzjonijiet ġenerali għar-rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi mill-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet għandhom jiġu speċifikati għas-settur tal-ħops. Għall-konsistenza, it-terminu “gruppi tal-produtturi” għandu jibqa’ jintuża f’dak is-settur. |
(4) |
Sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn il-produtturi u biex tiġi żgurata l-unità u l-effettività ta’ kull azzjoni meħuda, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet, għall-Komunità kollha, li jridu jikkonformaw magħhom il-gruppi tal-produtturi biex jikkwalifikaw għall-għarfien mill-Istati Membri, Sabiex tinkiseb ċentralizzazzjoni effettiva tal-provvista, jeħtieġ partikolament li l-gruppi jkunu ta’ daqs ekonomikament vijabbli u li l-produzzjoni kollha tal-produtturi titqiegħed fis-suq direttament jew mill-grupp jew mill-produtturi, skond regoli komuni. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1299/2007 għandu jiġi emendat skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1299/2007 jiġi emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 1. L-awtorità kompetenti li tirrikonoxxi l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kif ipprovdut fl-Artikolu 122 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 234/2007 (*), minn hawn ’il quddiem “gruppi tal-produtturi”, għandha tkun l-Istat Membri li fi ħdan it-territorju tiegħu il-grupp tal-produtturi jkollu l-uffiċju rreġistrat. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu l-gruppi tal-produtturi li jitolbu r-rikonoxximent u li jwettqu l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
L-ewwel stadju ta’ tqegħid fis-suq tfisser il-bejgħ tal-ħops mill-produttur innifsu jew, fil-każ tal-grupp tal-produtturi, il-bejgħ tal-ħops mill-membri tiegħu lin-negozjant bl-ingrossa jew lill-industriji utenti. 3. L-obbligu pprovdut fil-paragrafu 2(c) m’għandux japplika għal prodotti koperti minn kuntratti ta’ bejgħ konklużi mill-produtturi qabel ma ssieħbu mal-grupp tal-produtturi, sakemm dan ta’ l-aħħar jiġi mgħarraf dwar u approva tali kuntratti. 4. B’derogra mill-paragrafu 2(c)(ii), meta grupp tal-produtturi jawtorizza hekk u skond il-kundizzjonijiet li jistipula, il-membri tal-grupp tal-produtturi jistgħu:
5. Ir-regoli komuni msemmija fil-paragrafu 2, punti (b) u (c)(i) għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu għall-inqas:
|
(2) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. B’konformità mal-proċedura preskritta fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1234/2007, Stat Membru jista’ jiġi awtorizzat, fuq talba, jagħraf grupp li ż-żoni reġistrati tiegħu jinkludu anqas minn 60 ettaru, jekk iz-zoni jinsabu f’reġjun ta’ produzzjoni magħruf li kopri anqas minn 100 ettaru” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Ufficjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 314, 30.11.2005, p. 1.
(3) ĠU L 289, 7.11.2007, p. 4.
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 754/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għal importazzjonijiet ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet tal-kwarantina ta’ dan
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikulari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4) ta’ dan,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħteġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħteġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikulari r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1),
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 (3) li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali għal importazzjonijiet ta’ ċerti għasafar barra tjur fil-Komunità u l-kundizzjonijiet tal-kwarantina applikabbli għal għasafar bħal dawn wara l-importazzjoni. |
(2) |
L-Anness V ma’ dak ir-Regolament jistabbilixxi listi ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għal importazzjoni ta’ ċerti għasafar barra tjur. |
(3) |
Ċipru, l-Ungerija, l-Italja, l-Awstrija, il-Portugall u r-Renju Unit rrivedew il-faċilitajiet u ċ-ċentri tagħhom ta’ kwarantina u bagħtu lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri tal-kwarantina approvati stipulati fl-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tkun emendata skond dan. |
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk ikun emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 318/2007 huwa mibdul bit-test fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjonijiet tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(2) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).
(3) ĠU L 84, 24.3.2007, p. 7. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 607/2008 (ĠU L 166, 27.6.2008, p. 18).
ANNESS
“ANNEX V
LISTA TA’ FAĊILITAJIET U ĊENTRI APPROVATI KIF HEMM IMSEMMI FL-ARTIKOLU 6(1)
KODIĊI ISO TAL-PAJJIŻ |
ISEM TAL-PAJJIŻ |
NURMU ta’ L-APPROVAZZJONI TAL-FAĊILITÀ JEW ĊENTRU TAL-KWARANTINA |
AT |
AWSTRIJA |
AT OP Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-KO Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-3-KO Q2 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-3-ME Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-3-HO Q-1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT3-KR-Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-4-KI-Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT-4-VB-Q1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT 610 Q 1 |
AT |
AWSTRIJA |
AT 604 Q 1 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1003 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1010 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1011 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1012 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1013 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1016 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 1017 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 3001 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 3008 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 3014 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 3015 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 4009 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 4017 |
BE |
BELĠJU |
BE VQ 7015 |
CZ |
REPUBBLIKA ĊEKA |
21750016 |
CZ |
REPUBBLIKA ĊEKA |
21750027 |
CZ |
REPUBBLIKA ĊEKA |
21750050 |
CZ |
REPUBBLIKA ĊEKA |
61750009 |
DE |
ĠERMANJA |
BB-1 |
DE |
ĠERMANJA |
BW-1 |
DE |
ĠERMANJA |
BY-1 |
DE |
ĠERMANJA |
BY-2 |
DE |
ĠERMANJA |
BY-3 |
DE |
ĠERMANJA |
BY-4 |
DE |
ĠERMANJA |
HE-1 |
DE |
ĠERMANJA |
HE-2 |
DE |
ĠERMANJA |
NI-1 |
DE |
ĠERMANJA |
NI-2 |
DE |
ĠERMANJA |
NI-3 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-1 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-2 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-3 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-4 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-5 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-6 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-7 |
DE |
ĠERMANJA |
NW-8 |
DE |
ĠERMANJA |
RP-1 |
DE |
ĠERMANJA |
SN-1 |
DE |
ĠERMANJA |
SN-2 |
DE |
ĠERMANJA |
TH-1 |
DE |
ĠERMANJA |
TH-2 |
ES |
SPANJA |
ES/01/02/05 |
ES |
SPANJA |
ES/05/02/12 |
ES |
SPANJA |
ES/05/03/13 |
ES |
SPANJA |
ES/09/02/10 |
ES |
SPANJA |
ES/17/02/07 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/11 |
ES |
SPANJA |
ES/04/03/14 |
ES |
SPANJA |
ES/09/03/15 |
ES |
SPANJA |
ES/09/06/18 |
ES |
SPANJA |
ES/10/07/20 |
FR |
FRANZA |
38.193.01 |
GR |
GREĊJA |
GR.1 |
GR |
GREĊJA |
GR.2 |
IE |
IRLANDA |
IRL-HBQ-1-2003 Unit A |
IT |
ITALJA |
003AL707 |
IT |
ITALJA |
305/B/743 |
IT |
ITALJA |
132BG603 |
IT |
ITALJA |
170BG601 |
IT |
ITALJA |
233BG601 |
IT |
ITALJA |
068CR003 |
IT |
ITALJA |
006FR601 |
IT |
ITALJA |
054LCO22 |
IT |
ITALJA |
I – 19/ME/01 |
IT |
ITALJA |
119RM013 |
IT |
ITALJA |
006TS139 |
IT |
ITALJA |
133VA023 |
IT |
ITALJA |
015RM168 |
MT |
MALTA |
BQ 001 |
NL |
OLANDA |
NL-13000 |
NL |
OLANDA |
NL-13001 |
NL |
OLANDA |
NL-13002 |
NL |
OLANDA |
NL-13003 |
NL |
OLANDA |
NL-13004 |
NL |
OLANDA |
NL-13005 |
NL |
OLANDA |
NL-13006 |
NL |
OLANDA |
NL-13007 |
NL |
OLANDA |
NL-13008 |
NL |
OLANDA |
NL-13009 |
NL |
OLANDA |
NL-13010 |
PL |
POLONJA |
14084501 |
PT |
PORTUGALL |
0501 CQA |
PT |
PORTUGALL |
0102 CQA |
PT |
PORTUGALL |
0301 CQAR |
PT |
PORTUGALL |
0507 CQAA |
UK |
RENJU UNIT |
21/07/01 |
UK |
RENJU UNIT |
21/07/02 |
UK |
RENJU UNIT |
01/08/01 |
UK |
RENJU UNIT |
21/08/01” |
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/10 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 755/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(c)(ii) tagħha,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2005/36/KE jistipula li fejn, għal professjoni speċifika rregolata, jiġu stabbiliti arranġamenti speċifiċi oħra direttament relatati mar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tad-Direttiva 2005/36/KE ma japplikawx. L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2005/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri u li jemenda d-Direttiva 2001/25/KE (2) jipprovdi għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ ċertifikati tal-baħħara maħruġa mill-Istati Membri skond ir-rekwiżiti stipulati fid-Direttiva 2001/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta’ April 2001 dwar il-livell minimu ta’ taħriġ għall-baħħara (3). Għalhekk, id-Direttiva 2005/36/KE m’għandhiex tapplika għar-rikonoxximent tal-kwalifiki tal-baħħara li jaħdmu fuq bastimenti li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE. |
(2) |
Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, ir-Rumanija u l-Olanda ressqu talbiet raġunati sabiex ineħħu l-professjonijiet ta’ tbaħħir tagħhom li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(3) |
Ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja u r-Rumanija talbu t-tħassir tal-professjonijiet kollha u tad-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ elenkati għall-pajjiżi tagħhom taħt il-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. L-Olanda talbet it-tħassir ta’ żewġ professjonijiet: “l-uffiċjal ewlieni (bastiment kostali) (b’taħriġ addizzjonali) (‘stuurman kleine handelsvaart (met aanvulling)’)” u “inġinier ta’ bastiment kostali (b’diploma) (‘diploma motordrijver’)”, kif ukoll id-deskrizzjoni assoċjata tat-taħriġ mill-punt 3(a) ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(4) |
Ir-Renju Unit ressaq talba raġunata biex ineħħi l-professjonijiet ta’ tbaħħir tiegħu, li jaqgħu taħt l-ambitu tad-Direttiva 2001/25/KE, mill-punt 5 ta’ l-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE. |
(5) |
Id-Direttiva 2005/36/KE għalhekk għandha tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat skond kif stipulat fl-Anness għal dan.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Charlie McCREEVY
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1430/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 3).
(2) ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160.
(3) ĠU L 136, 18.5.2001, p. 17 Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2005/45/KE (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 160).
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2005/36/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt 3(a) jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
Il-punt 5 huwa emendat kif ġej: L-għaxar, il-ħdax, it-tnax, it-tlettax u l-erbatax-il inċiż huma mħassra. |
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 756/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 [qamħ durum ta' kwalità għolja], 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkonċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni. |
(2) |
L-Artikolu 136(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju ta’ l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti kkonċernati kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni. |
(3) |
Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96, il-prezz li għandu jintuża għall-kalkolu tad-dazju ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ durum ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilit skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 tar-Regolament imsemmi. |
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti d-dazji ta' l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Awwissu 2008, applikabbli sakemm jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda. |
(5) |
Madankollu, f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2008/2009 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji ffissati b’dan ir-Regolament hija sospiża, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Awwissu 2008, id-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament abbażi tal-fatturi msemmija fl-Anness II.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, fil-31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).
(3) ĠU L 166, 27.6.2008, p. 19.
ANNESS I
Dazji ta’ l-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli fl-1 ta' Awwissu 2008
Kodiċi NK |
Isem tal-merkanziji |
Dazju ta' l-importazzjoni (1) (EUR/t) |
1001 10 00 |
QAMĦ iebes ta' kwalità għolja |
0,00 (2) |
ta' kwalità medja |
0,00 (2) |
|
ta' kwalità baxxa |
0,00 (2) |
|
1001 90 91 |
QAMĦ għaż-żrigħ |
0,00 |
ex 1001 90 99 |
QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ |
0,00 (2) |
1002 00 00 |
SEGALA |
0,00 (2) |
1005 10 90 |
QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu |
0,00 |
1005 90 00 |
QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (3) |
0,00 (2) |
1007 00 90 |
SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ |
0,00 (2) |
(1) Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':
— |
EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta' |
— |
EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika. |
(2) Skond ir-Regolament (KE) Nru 608/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.
(3) L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.
ANNESS II
Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I
16.7.2008-30.7.2008
(1) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(2) |
Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:
|
(1) Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(2) Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
(3) Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/16 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 757/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 688/2008 (4). |
(2) |
L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 514/2008 (ĠU L 150, 10.6.2008, p. 7).
(3) ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.
(4) ĠU L 192, 19.7.2008, p. 49.
ANNESS
L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008 'l quddiem
(EUR) |
||
Kodiċi NM |
Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat |
1701 11 10 (1) |
21,79 |
5,41 |
1701 11 90 (1) |
21,79 |
10,69 |
1701 12 10 (1) |
21,79 |
5,22 |
1701 12 90 (1) |
21,79 |
10,21 |
1701 91 00 (2) |
23,89 |
13,68 |
1701 99 10 (2) |
23,89 |
8,77 |
1701 99 90 (2) |
23,89 |
8,77 |
1702 90 95 (3) |
0,24 |
0,40 |
(1) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).
(2) Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
(3) Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/18 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 758/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 711/2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), ir-raba' subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 huma stabbiliti, mill-25 ta' Lulju 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 711/2008 (2). |
(2) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha f'idejha, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil li sar fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tas-suq intern u dawk tas-suq dinji, huwa f'loku li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni li bħalissa qegħdin fis-seħħ jiġu addattati kif xieraq. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ illi r-Regolament (KE) Nru 711/2008 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 711/2008 huwa ssostitwit bit-test imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, tal-31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 30.
ANNESS
Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
|||||||||
1701 11 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
16,82 (1) |
|||||||||
1701 11 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
16,82 (1) |
|||||||||
1701 12 90 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
16,82 (1) |
|||||||||
1701 12 90 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
16,82 (1) |
|||||||||
1701 91 00 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1701 99 10 9100 |
S00 |
EUR/100 kg |
18,29 |
|||||||||
1701 99 10 9910 |
S00 |
EUR/100 kg |
18,29 |
|||||||||
1701 99 10 9950 |
S00 |
EUR/100 kg |
18,29 |
|||||||||
1701 99 90 9100 |
S00 |
EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:
|
(*) Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(1) Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/20 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 759/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 712/2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), ir-raba' subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 huma stabbiliti, mill-25 ta’ Lulju 2008, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2008 (2). |
(2) |
Fid-dawl ta' l-informazzjoni addizzjonali li l-Kummissjoni għandha f'idejha, partikularment f'dak li għandu x'jaqsam mat-tibdil li sar fir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tas-suq intern u dawk tas-suq dinji, huwa f'loku li r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni li bħalissa qegħdin fis-seħħ jiġu addattati kif xieraq. |
(3) |
Għaldaqstant, jeħtieġ illi r-Regolament (KE) Nru 712/2008 jiġi emendat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 712/2008 huwa ssostitwit bit-test imniżżel fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 32.
ANNESS
Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mill-1 ta’ Awwissu 2008
Il-kodiċi tal-prodott |
Id-destinazzjoni |
L-unità tal-kejl |
L-ammont tar-rifużjoni |
|||||||||
1702 40 10 9100 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 60 10 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 60 95 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 30 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
1702 90 71 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 95 9100 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
1702 90 95 9900 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 (1) |
|||||||||
2106 90 30 9000 |
S00 |
EUR/100 kg ta' sustanza niexfa |
18,29 |
|||||||||
2106 90 59 9000 |
S00 |
EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett |
0,1829 |
|||||||||
NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:
|
(*) Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
(1) Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/22 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 760/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(i), 192 u 194 flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 tal-24 ta’ Lulju 1990 li jippreskrivi regoli ġenerali addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u l-prodotti mill-ħalib f’dak li jirrigwarda l-ġobon (2) huwa mħassar mir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' Lulju 2008. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 dwar l-iskambju tal-informazzjoni u dwar il-kontrolli u l-miżuri amministrattivi ma ġewx inkorporati fir-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Skond l-Artikoli 192 u 194 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu integrati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1547/2006 tat-13 ta’ Ottubru 2006 li jippreskrivu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2204/90 (3). |
(3) |
Għall-finijiet taċ-ċarezza u r-razzjonalità, ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 għandu jitħassar u jinbidel minn Regolament ġdid. |
(4) |
L-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati fil-manifattura tal-ġobon huwa suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel; Jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet bħal dawn, waqt li jiġu kkunsidrati l-ħtiġijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontrolli fuq l-impriżi. Sabiex jiġu ffaċilitati l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-derogi konċernati, l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perjodu speċifiku. |
(5) |
Il-punt (i) ta’ l-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li l-perċentwali massimi tal-kaseina u tal-kaseinati li għandhom jiġu inkorporati fil-ġobon għandhom ikunu ddeterminati fuq bażi ta’ kriterji oġġettivi b’kunsiderazzjoni għal dak li huwa teknoloġikament meħtieġ; Huwa xieraq li jiġu ddeterminati l-perċentwali msemmija f'livell Komunitarju fuq il-bażi tal-għarfien disponibbli. Sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli li jiżguraw il-konformità ma’ din id-dispożizzjoni, huwa aħjar li jiġu stabbiliti perċentwali ġenerali aktar milli perċentwali għal prodotti individwali mingħajr preġudizzju għal standards iktar stretti f'livell nazzjonali. |
(6) |
Meta jsir użu tal-kaseina u/jew il-kaseinati fil-ġobon għandhom ikunu rispettati l-istandards internazzjonali għall-ġobon, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjon tal-proteini għall-kaseina (4). |
(7) |
Jeħtieġ li jiġu stipulati regoli dettaljati u penalitajiet waqt li tiġi kkunsidrata l-istruttura tal-industrija. Il-livell tal-penali għandu jiġi ddeterminat meta terġa' tiddaħħal mill-ġdid l-għajnuna skond l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. |
(8) |
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe penalitajiet nazzjonali meta l-użu tal-kaseini u tal-kaseinati jsir mingħajr l-awtorizzazzjoni fil-manifattura tal-ġobon, huwa xieraq, fejn l-ammont ta' għajnuna huwa fiss skond l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, li tintalab penali determinata fuq il-bażi tal-valur tal-kaseina u tal-kaseinati minn naħa u l-valur ta' kwantità korrispondenti tat-trab tal-ħalib xkumat min-naħa l-oħra sabiex għallinqas jiġi newtralizzat il-benefiċċju ekonomiku li jiġi mill-użu mhux awtorizzat. Sakemm l-għajnuna għall-produzzjoni tal-kaseina u tal-kaseinati tkun fissa għal żero huwa xieraq li l-livell tal-penali ma jiġix iffissat. |
(9) |
L-Artikolu 204(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jistipula li r-Regolament għandu japplika għall-ħalib u għas-setturi tal-prodotti tal-ħalib, ħlief id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II mill-1 ta' Lulju 2008. Huwa jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2204/90 minn dik id-data. Għalhekk dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008. |
(10) |
Sabiex l-industrija titħalla tadatta ruħha għall-perċentwal massimu ġdid li jrid jiġi inkorporat kif ukoll l-estensjoni tagħha għal ġobon ieħor, għandha tiġi pprovduta deroga għal perjodu ta' sitt xhur. |
(11) |
Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehemtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-awtorizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru1234/2007 għandhom jingħataw għal perjodu ta' 12-il xahar fuq talba tal-impriżi konċernati, suġġetti għal impenn minn qabel bil-miktub li jaċċettaw u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.
2. L-awtorizzazzjonijiet għandhom jinħarġu b’numru tas-serje għal kull impriża jew, fejn jeħtieġ, għal kull unità ta’ produzzjoni.
3. L-awtorizzazzjonijiet jistgħu jkopru tip wieħed jew aktar ta’ ġobon, skond l-applikazzjoni magħmula mill-impriża konċernata.
Artikolu 2
1. Il-perċentwal massimu msemmi fil-punt (i)(i) tal-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li għandu jkun inkorporat fil-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406 huwa 10 %. Dan għandu japplika għall-piż tal-ġobon prodott mill-impriża jew mill-unità ta' produzzjoni konċernata waqt perjodu ta’ sitt xhur.
Il-ġobon bil-kaseina jew bil-kaseinati miżjuda ma għandux jeċċedi l-proporzjon tal-proteini tax-xorrox u tal-kaseina fil-ħalib u għandu jirrispetta l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' manifattura fuq l-użu tal-kaseina u tal-kaseinati.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, sal-31 ta' Diċembru 2008, il-perċentwal massimu msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dak il-paragrafu għandu jkun 5 % għal:
(a) |
ġobon ipproċessat li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0406 30: |
(b) |
Ġobon ipproċessat maħkuk kopert mill-kodiċi NM ex 0406 20, manifatturat bi proċess kontinwu, mingħajr iż-żieda ta' ġobon diġà manifatturat u pproċessat. |
(c) |
Ġobon ipproċessat f'għamla ta' trab kopert mill-kodiċi NM ex 0406 20, manifatturat bi proċess kontinwu, mingħajr iż-żieda ta' ġobon diġà manifatturat u pproċessat. |
Artikolu 3
1. L-impriżi għandhom:
(a) |
Jiddikkjaraw lill-awtorità kompetenti l-kwantitajiet u t-tipi ta’ ġobon manifatturat u l-kwantitajiet ta’ kaseina u kaseinati inkorporati fil-prodotti varji; |
(b) |
Iżommu l-kontijiet ta' stokk li jippermettu l-verifikazzjoni tal-kwantitajiet u tat-tip ta' ġobon manifatturat, il-kwantitajiet ta' kaseina u tal-kaseinati mixtrija u/jew manifatturati u d-destinazzjoni u/jew l-użu tagħhom. |
2. Il-kontijiet ta’ ħażna msemmija fil-paragrafu 1(b) għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-oriġini, il-kompożizzjoni u l-kwantità tal-materjal mhux maħdum użat fil-manifattura tal-ġobon. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li jittieħdu kampjuni biex jiċċekkjaw din l-informazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi l-informazzjoni miġbura minn impriżi titqies bħala kunfidenzjali.
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament permezz ta' verifika amministrattiva u fiżika l-iktar permezz ta’:
(a) |
kontrolli speċifiċi spissi u mingħajr preavviż, sabiex isiru kontroeżamijiet ital-kontijiet tal-istokk minn naħa u tad-dokumenti kummerċjali u tal-istokkijiet xierqa li huma effettivament miżmuma, min-naħa l-oħra; Kontrolli bħal dawn għandhom jirrelataw għal numru rappreżentattiv tad-dikjarazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a); |
(b) |
Kontrolli aleatorji tal-impriżi li jimmanifatturaw il-ġobon u li ma ngħatawx awtorizzazzjoni. |
2. Hekk kif tirċievi l-awtorizzazzjoni kull impriża għandha tiġi ċċekkjata tal-inqas darba fis-sena.
Artikolu 5
L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri fuq
(a) |
l-għadd ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija u/jew revokati, |
(b) |
il-kwantitajiet ta’ kaseina u kaseinati ddikjarati fir-rigward ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet, u l-kwantità ta' ġobon prodott. |
(c) |
Il-każijiet fejn il-kaseina u/jew il-kaseinati ġew użati jew mingħajr awtorizzazzjoni jew bil-persentaġġi stipulati li ma jaqblux mal-kwantitajiet mhux awtorizzati tal-kaseina u tal-kaseinati wżati. |
Artikolu 6
1. Il-kaseina u l-kaseinati wżati mingħajr awtorizzazzjoni għandhom jiġu soġġetti għall-penalità bla preġudizzju għall-penalitajiet stipulati mill-Istati Membri konċernati. Dik il-penalità għandha tiġi ddeterminata meta l-livell ta' għajnuna skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiġi emendat.
2. Is-somom miġbura skont il-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala introjtu assenjat skont l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (5) u għandhom jiġu dikkjarati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.
Artikolu 7
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 huwa rrevokat.
Madankollu, l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1547/2006 għandhom jibqgħu validi sakemm jiskadu.
2. Referenzi għar-Regolament irrevokat u għall-Artikolu 3 tar-Regolament (KEE) Nru 2204/90 għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness.
Artikolu 8
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Madankollu, l-Artikolu 2(1) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).
(2) ĠU L 201, 31.7.1990, p. 7. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2583/2001 (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 6).
(3) ĠU L 286, 17.10.2006, p. 8.
(4) L-istandard ġenerali għall-ġobon fil-Codex Alimentarius (CODEX STAN A-6, emendat fl-2006).
(5) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.
ANNESS
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Ir-Regolament (KE) Nru 1547/2006 |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2204/90 |
Dan ir-Regolament |
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikoli 1 u 2 |
|
Artikolu 3(1)(a) u (b) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(1)(ċ) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(2) |
|
Artikolu 4(2) |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 5(ċ) |
Artikolu 4(1) |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 4(2) |
|
— |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 5(a) u (b) |
Artikolu 6 |
|
— |
— |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 8 |
Anness I |
|
— |
Anness II |
|
— |
Anness III |
|
— |
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/26 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 761/2008
tal-31 ta’ Lulju 2008
li jemenda r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċerti prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-rati tar-rifużjonijiet applikabbli mill-25 ta' Lulju 2008 għall-prodotti li qegħdin imniżżla fl-Anness, esportati bħala merkanzija mhux koperti minn Anness I tat-Trattat, kienu stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 716/2008 (2). |
(2) |
Mill-applikazzjoni tar-regoli u l-kriterji li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 716/2008 għall-informazzjoni li hemm attwalment disponibbli għand il-Kummissjoni, isegwi li r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni attwalment applikabbli għandhom jiġu modifikati kif muri f’dan l-Anness, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-rati ta’ rifużjonijiet stipulati mir-Regolament (KE) Nru 716/2008 huma għalhekk modifikati kif muri f’dan l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.
(2) ĠU L 197, 25.7.2008, p. 52.
ANNESS
rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mill-1 ta’ Awwissu 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni |
Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg |
|
F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet |
Oħra |
||
1701 99 10 |
Zokkor abjad: |
18,29 |
18,29 |
(1) Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn
(a) |
pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera. |
(b) |
territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll. |
(ċ) |
territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà. |
(*) Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.
DIRETTIVI
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/28 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/72/KE
tal-15 ta’ Lulju 2008
dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta’ April 1992 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (2) ġiet emendata kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata. |
(2) |
Il-produzzjoni ta’ ħxejjex għandha post importanti fl-agrikoltura tal-Komunità. |
(3) |
Riżultati sodisfaċenti fil-koltivazzjoni tal-ħxejjex jiddependu sa ċertu punt fuq il-kwalità u s-saħħa tal-pjanti mhux biss taż-żerriegħa diġà koperta bid-Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa tal-ħxejjex (4) iżda wkoll tal-materjal taż-żrigħ ta’ ħxejjex użat fil-propagazzjoni tagħhom. |
(4) |
It-trattament differenti li ngħata lill-propagazzjoni tal-ħxejjex u materjal ta’ pjantar fl-Istati Membri differenti x’aktarx joħloq barrieri fil-kummerċ u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità. |
(5) |
Kundizzjonijiet armonizzati fuq livell tal-Komunità jiżguraw li x-xerrejja madwar il-Komunità jirċievu ħxejjex tal-propagazzjoni u materjal taż-żrigħ li huwa b’saħħtu u ta’ kwalita’ tajba. |
(6) |
Għar-rigward ta’ dak li jikkonċerna s-saħħa tal-pjanti, dawn il-kondizzjonijiet armonizzati għandhom ikunu konsistenti mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (5). |
(7) |
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti tad-Direttiva 2000/29/KE, mhux il-każ li jkunu applikati r-regoli tal-Komunità fuq it- tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex meta jintwera li dawn il-prodotti huma maħsuba għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, peress li r-regoli li jgħoddu f’dawk il-pajjiżi jistgħu jkunu differenti minn dawk li jinsabu f’din id-Direttiva. |
(8) |
Il-ħolqien ta’ standards tas-saħħa u l-kwalità tal-pjanti ta’ kull ġeneru u speċi tal-pjanti tal-ħxejjex jeħtieġu konsiderazzjoni twila u teknika dettaljata u xjentifika. Proċedura għandha għalhekk tkun stabbilita għal dak l-iskop. |
(9) |
L-ewwelnett hija r-responsabbiltà ta’ dawk li qed ifornu l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jiżguraw li l-prodotti tagħhom jeżawrixxu l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(10) |
L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom, meta jwettqu l-kontrolli u l-ispezzjonijiet, jiżguraw li l-fornituri jeżawrixxu dawk il-kundizzjonijiet. |
(11) |
Miżuri ta’ kontroll tal-Komunità għandhom ikunu previsti biex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi f’kull Stat Membru ta’ l-istandards stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(12) |
Huwa fl-interess tax-xerrejja tal-materjali tal-propagazzjoni tal-ħxejjex u taż-żrigħ li l-ismijiet tal-varjetajiet ikunu magħrufa u l-identità tagħhom tkun imħarsa. |
(13) |
Għal dan il-għan, għandha ssir dispożizzjoni, sakemm huwa possibbli għall-applikazzjoni tar-regoli ta’ l-aspett tal-varjetajiet kif stabbilit fir-rigward tat-tqegħid fis-suq taż-żerriegħa tal-ħxejjex. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat l-identità u t-tqegħid fis-suq b’mod ordnat tal-materjal tal-propagazzjoni u żrigħ tal-ħxejjex, regoli tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti rigward is-separazzjoni ta’ lottijiet, u l-immarkar. It-tabelli wżati għandhom jagħtu d-dettalji meħtieġa kemm għall-kontroll uffiċjali, kif ukoll għall-informazzjoni ta’ l-utent. |
(15) |
Għandhom jitwaqqfu regoli li jippermettu, f’każijiet ta’ diffikultajiet ta’ provvista temporanja, it-tqegħid fis-suq ta’ materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex bla ħsara għall-ħtiġiet inqas stretti minn dawk li jinsabu f’din id-Direttiva. |
(16) |
L-Istati Membri m’għandhomx jitħallew fil-każ tal-ġenera u l-ispeċi msemmija fl-Anness II, li għalihom jiġu mħejjija skedi ta’ fatti, li jimponu kondizzjonijiet ġodda jew restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq, għajr dawk li tipprovdi din id-Direttiva. |
(17) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex jawtorizzaw il-promozzjoni fil-Komunità tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott f’terzi pajjiżi, dejjem sakemm joffri l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fil-Komunità u jħares ir-regoli tal-Komunità. |
(18) |
Sabiex ikunu armonizzati l-metodi tekniċi ta’ l-eżaminazzjoni wżati fl-Istati Membri u biex jipparagunaw il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ u l-pjanti tal-ħxejjex prodotti fil-Komunità ma’ dawk prodotti fil-pajjiżi terzi, għandhom isiru provi ta’ paragun biex jaraw li dawn il-prodotti jħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. |
(19) |
Miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistablixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (6). |
(20) |
Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. Din id-Direttiva għandha tapplika għat-tqegħid fis-suq tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, għajr iż-żerriegħa, ġewwa l-Komunità.
2. L-Artikoli 2 sa 20 u l-Artikolu 23 għandhom jgħoddu għall-ġenera u l-ispeċi, u l-ibridi tagħhom, li hemm elenkati fl-Anness II.
Stokk ta’ għeruq u partijiet oħra tal-pjanti ta’ ġenera jew speċi oħra jew l-ibridi tagħhom ukoll ikunu suġġetti għal dawk l-Artikoli jekk materjal ta’ wieħed mill-imsemmija ġenera jew speċi, jew l-ibridi tagħhom, huwa, jew irid ikun, imlaqqam fuqhom.
3. Emendi għall-lista ta’ ġenera u speċi fl-Anness II għandhom jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3).
Artikolu 2
Din id-Direttiva ma tgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni jew taż-żrigħ li hu maħsub għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi, jekk ikun identifikat sew bħala tali u miżmum iżolat biżżejjed, mingħajr preġudizzju għar-regoli ta’ saħħa stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.
Miżuri ta’ implimentazzjoni għall-ewwel paragrafu, b’riferenza partikolari għall-identifikazzjoni u l-iżolament, għandhom jiġu adottati b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 3
Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom jgħoddu:
(a) |
“materjal ta’ propagazzjoni” tfisser partijiet minn pjanti u l-materjal kollu mill-pjanti, inkluż l-istokk ta’ l-għeruq li hu maħsub għall-propagazzjoni u l-produzzjoni tal-ħxejjex; |
(b) |
“materjal taż-żrigħ” tfisser pjanti sħaħ u partijiet minn pjanti inklużi, għall-pjanti mlaqqma, il-komponenti mlaqqma, maħsuba għaż-żrigħ għall-produzzjoni tal-ħxejjex; |
(c) |
“fornitur” tfisser kull persuna naturali jew legali li twettaq professjonalment mill-inqas waħda mill-attivitajiet li ġejjin rigward il-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex: riproduzzjoni, produzzjoni, preservazzjoni u/jew trattament u tqegħid fis-suq; |
(d) |
“tqegħid fis-suq” tfisser is-sehem disponibbli jew fl-istokk, il-wirja jew l-offerta għall-bejgħ, il-bejgħ u/jew il-forniment lil persuna oħra, f’kull forma li jkun, tal-materjal tal-propagazzjoni jew taż-żrigħ; |
(e) |
“korp uffiċjali responsabbli” tfisser
Il-korpi li saret referenza għalihom f’ (i) u (ii) jistgħu, b’mod konformi mal-liġijiet nazzjonali tagħhom, jiddelegaw l-kompiti li hemm previsti f’din id-Direttiva biex jitlestew taħt l-awtorità u s-superviżjoni tagħhom lil kull persuna legali, kemm jekk iggvernat mil-liġi pubblika jew dik privata, li, taħt l-istatut uffiċjali approvat tagħha, hija fdata b’funzjonijiet speċifiċi pubbliċi, sakemm dik il-persuna, u l-membri tagħha, m’għandhom l-ebda interess personali mir-riżultat tal-miżuri li jieħdu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn il-korpi li għalihom saret referenza f’ (i) u dawk riferuti f’ (ii). Barra minn hekk, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), persuna legali oħra stabbilita f’isem kull korp li għalih saret referenza f’ (i) u (ii) u li taġixxi taħt l-awtorità u s-superviżjoni ta’ dan il-korp tista’ tkun approvata, kemm-il darba dik il-persuna m’għandhiex interess personali fir-riżultat tal-miżuri li tieħu. L-Istati Membri jgħandhom javżaw lill-Kummissjoni bil-korpi uffiċjali responsabbli tagħhom. Il-Kummissjoni għandha twassal dik l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra; |
(f) |
“miżuri uffiċjali” tfisser miżuri meħuda mill-korp uffiċjali responsabbli; |
(g) |
“spezzjoni uffiċjali” tfisser spezzjoni mwettqa mill-korp uffiċjali responsabbli; |
(h) |
“prospett uffiċjali” tfisser prospett maħruġ minn, jew taħt ir-responsabbiltà ta’, il-korp uffiċjali responsabbli; |
(i) |
“lott” tfisser kull numru ta’ unitajiet ta’ kull oġġett, li jingħaraf mill-omoġenità tiegħu tal-kompożizzjoni u l-oriġini; |
(j) |
“laboratorju” tfisser kull entità tal-liġi pubblika jew privata li twettaq analiżi u dijanjosi sewwa, li tippermetti li l-produttur iħares il-kwalità tal-produzzjoni. |
Artikolu 4
B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(3), għandha tiġi stabbilita skeda fl-Anness I għal kull ġeneru u speċi msemmija fl-Anness II u għall-istokk ta’ l-għeruq ta’ ġeneru u speċi oħra jekk il-materjal tal-ġeneru jew l-ispeċi huwa, jew irid ikun, imlaqqam magħhom, b’riferenza għall-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-pjanti stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE li tgħodd għall-ġeneru u/jew l-ispeċi kkonċernata, u tistabilixxi:
(a) |
il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ tal-ħxejjex irid jikkonforma magħhom, b’mod partikolari dawk tal-kwalità u tal-purità tal-wiċċ tar-raba u, meta jkun il-każ il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu magħduda ma’ l-Anness I, Parti A; |
(b) |
il-kundizzjonijiet li l-materjal tal-propagazzjoni jrid iħares, b’mod partikolari dawk għar-rigward is-sistema applikata ta’ propagazzjoni, l-purità tal-wiċċ tar-raba li qed tikber u, fejn xieraq il-karatteristiċi tal-varjetà. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati fl-Anness I, Parti B. |
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri jieħdu kull miżura li hemm bżonn biex jiggarantixxu l-ħarsien ta’ l-istandards stabbiliti b’din id-Direttiva f’kull stadju tal-produzzjoni u tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex.
2. Għall-fini tal-paragrafu 1, dawk il-fornituri msemmija għandhom jew iwettqu huma stess, jew iqabbdu li jitwettqu minn fornitur akkreditat jew kull korp uffiċjali risponsabbli, spezzjonijiet ibbażati fuq il-prinċipji li ġejjin:
— |
identifikazzjoni tal-punti kritiċi fil-proċess ta’ produzzjoni tagħhom fuq il-bażi tal-metodi wżati tal-produzzjoni, |
— |
it-twaqqif u l-implimentazzjoni tal-metodi ta’ monitoraġġ u ċċekkjar tal-punti kritiċi msemmija fl-ewwel inċiż, |
— |
teħid ta’ kampjuni għall-analiżi f’kull laboratorju akkreditat minn korp uffiċjali responsabbli bl-iskop li jara l-konformità ma’ l-istandards stabbiliti minn din id-Direttiva, |
— |
li jinżamm rekord bil-miktub jew rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx ta’ l-informazzjoni li għaliha saret referenza fl-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż, kif ukoll tar-rekords fuq il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ, biex jinżamm għad-dispożizzjoni tal-korp uffiċjali responsabbli. Dawn id-dokumenti u r-rekords għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mill-inqas sena. |
Madankollu, fornituri, li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata biss għad-distribuzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott u pakkettat f’lok għajr li mhux tagħhom jintalbu biss li jżommu kull rekord bil-miktub jew kull rekord reġistrat b’mod li ma jitħassarx tax-xiri u l-bejgħ u/jew il-forniment ta’ dawn il-prodotti.
Dan l-paragrafu ma jgħoddx għal fornituri li l-attività tagħhom f’din il-konnessjoni hija limitata għall-provvista ta’ kwantitajiet żgħar tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex lill-konsumaturi finali li mhumiex professjonali.
3. Jekk ir-riżultat ta’ l-ispezzjonijiet tagħhom stess jew kull informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-fornituri msemmija fil-paragrafu 1 jiżvela l-preżenza ta’ wieħed jew aktar organiżmi ta’ ħsara li għalih saret referenza fid-Direttiva 2000/29/KE jew fi kwantitajiet aktar milli normalment huwa permess biex jintlaħqu l-istandards, jew ta’ dawk speċifikati fl-iskedi rilevanti mwaqqfa skond l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, il-fornituri għandhom minnufih jirrapportaw dan lill-korp uffiċjali responsabbli u jieħdu l-miżuri indikati minn dak il-korp jew kull miżura oħra meħtieġa biex tnaqqas ir-riskju li ma jinfirxux dawn l-organiżmi li jagħmlu l-ħsara. Il-fornitur għandu jżomm rekord ta’ kull okkorrenza ta’ l-organiżmi ta’ ħsara fil-lok tiegħu u tal-miżuri kollha li jittieħdu għar-rigward dawn l-okkorrenzi.
4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tat-tieni sub-paragrafu tal-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 6
1. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita dawk il-fornituri kemm-il darba jiġi vverifikat li l-metodi tal-produzzjoni tagħhom u l-istabbilimenti jilħqu il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva rigward in-natura ta’ l-attivitajiet li jmexxu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull fornatur jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata l-akkreditazzjoni.
2. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jakkredita l-laboratorji kemm-il darba jiġi vverifikat li dawn il-laboratorji, il-metodi tagħhom u l-istabbilimenti tagħhom jilħqu l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva li għandhom ikunu speċifikati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), rigward l-attivitajiet ta’ provi li huma jwettqu. L-akkreditazzjoni trid tkun imġedda jekk kull laboratorju jiddeċiedi li jwettaq attivitajiet għajr dawk li għalihom ingħata akkreditazzjoni.
3. Il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-miżuri meħtieġa jekk il-ħtiġiet msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma jibqgħux jiġu mħarsa. Għal dan il-għan, għandu jikkonsidra l-konklużjonijiet ta’ kull spezzjoni li titwettaq skond l-Artikolu 7.
4. Is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ fornituri, stabbilimenti u laboratorji għandha titwettaq regolarment minn u taħt ir-responsabbiltà tal-korp uffiċjali responsabbli, li f’kull ħin għandu jkollu aċċess ħieles għal kull parti ta’ l-istabbilimenti, sabiex jiżgura konformità mal-ħtiġiiet ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar is-superviżjoni u s-sorveljanza għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Jekk din is-superviżjoni u l-monitoraġġ jiżvelaw li l-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva mhumiex mħarsa, il-korp uffiċjali responsabbli għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn.
Artikolu 7
1. L-esperti tal-Kummissjoni jistgħu, b’kooperazzjoni mal-korpi uffiċjali responsabbli ta’ l-Istati Membri, jagħmlu provi fuq il-lok kemm-il darba din tkun meħtieġa biex tiżgura l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva u b’mod partikolari biex tivverifika jekk dawk il-fornituri humiex fil-fatt iħarsu l-ħtiġijiet ta’ din id-Direttiva. Kull Stat Membru li fit-territorju tiegħu qed issir kull prova għandu jagħti l-assistenza kollha meħtieġa lill-esperti biex iwettqu dmirhom. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri bir-riżultati ta’ l-investigazzjonijiet.
2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 jkunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 8
1. Materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex jista’ jkun imqiegħed fis-suq biss minn dawk akkreditati biex ifornuħ u kemm-il darba jħarsu l-ħtiġijiet stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.
2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, il-paragrafu 1 ma jgħoddx għall-materjal ta’ propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għal:
(a) |
esperimenti jew skopijiet xjentifiċi; jew |
(b) |
xogħol ta’ selezzjoni; jew |
(c) |
miżuri mmirati biex tiġi preservata d-diversità ġenetika. |
3. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu adottati kif meħtieġ b’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 9
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru u l-ispeċi elenkat fl-Anness II u wkoll kopert bid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità kemm-il darba ma jkunx ta’ kull varjetà li hija aċċettata skond dik id-Direttiva.
2. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 2 u l-paragrafi 3 ta’ dan l-Artikolu, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li huwa tal-ġeneru jew ispeċi elenkat fl-Anness II iżda mhux kopert mid-Direttiva 2002/55/KE m’għandux jiġi mqiegħed fis-suq ġewwa l-Komunità jekk ma jkunux ta’ varjetà li hija uffiċjalment aċċettata minn mill-inqas Stat Membru wieħed.
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 u l-Artikolu 9 (3) tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu għall-kundizzjonijiet ta’ l-aċċettazzjoni.
L-Artikoli 3(2) u (4), l-Artikoli 6, 7, 8, 9 (1), (2) u (4) u l-Artikoli 10 sa 15 tad-Direttiva 2002/55/KE għandhom jgħoddu mutatis mutandis għall-proċeduri u formalitajiet ta’ l-aċċettazzjoni u ż-żamma ta’ produzzjoni.
Ir-riżultati ta’ l-eżamijiet mhux uffiċjali u l-informazzjoni prattika miġbura waqt iż-żmien tat-tkabbir jista’ jiġi kkunsidrat f’kull okkażjoni.
3. Il-varjetajiet aċċettati uffiċjalment skond il-paragrafi 2 għandhom jiddaħħlu fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex msemmi fl-Artikolu 17 tad-Direttiva 2002/55/KE. L-Artikoli 16(2), 17, 18 u 19 ta’ dik id-Direttiva għandhom jgħoddu mutatis mutandis.
Artikolu 10
1. Tul il-perjodu ta’ tkabbir u matul il-qtugħ jew t-tneħħija mill-materjal parenti, il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ għandu jinżamm f’lottijiet separati.
2. Jekk il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ta’ oriġini differenti jitqiegħed flimkien jew jitħallat waqt l-ippakkettar, il-ħażna, it-vjaġġ jew meta jitwassal, il-fornitur għandu jżomm ir-rekords inkluż l-informazzjoni li ġejja: il-kompożizzjoni tal-lott u l-oriġini tal-komponenti individwali.
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità mal-ħtiġijiet tal-paragrafi 1 u 2 billi jwettqu spezzjonijiet uffiċjali.
Artikolu 11
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għandu jiġi mqiegħed fis-suq biss f’lottijiet omoġenji biżżejjed u jekk jintgħarfu li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u jkunu akkumpanjati minn kull dokument magħmul mill-fornitur b’mod konformi mal-kondizzjonijiet stabbliti fl-iskeda stabbilita skond l-Artikolu 4. Jekk dikjarazzjoni uffiċjali tidher f’dan id-dokument, din għandha tiġi separata minn kull kontenut ieħor tad-dokument.
Il-ħtiġiet tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-ittikettjar u/jew l-issiġillar għandhom jiġu stabbiliti fl-iskeda msemmija fl-Artikolu 4.
2. Fil-każ ta’ provvista minn bejjiegħ bl-imnut tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex għall-konsumatur finali mhux professjonali, il-ħtiġiet dwar l-ittikettjar jistgħu jiġu limitati għall-informazzjoni xierqa tal-prodott.
Artikolu 12
1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw:
(a) |
mill-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 11, produtturi żgħar li l-produzzjoni u l-bejgħ kollu tagħhom tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex huwa maħsub għall-użu finali minn persuni fuq is-suq lokali li mhumiex involuti professjonalment fil-produzzjoni tal-pjanti (“ċirkolazzjoni lokali”) |
(b) |
mill-kontrolli u l-ispezzjonijiet uffiċjali msemmija fl-Artikolu 18, iċ-ċirkolazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodotti minn dawn il-persuni eżentati. |
2. Il-miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-ħtiġiet l-oħra dwar l-eżenzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari rigward il-kunċetti tal-“produtturi żgħar” u s-“suq lokali”, u għall-proċeduri rilevanti, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 13
Fil-każ ta’ diffikultajiet temporanji fil-provvista tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, miżuri jistgħu jiġu adottati, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), dwar il-promozzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares ħtiġiet inqas stretti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tas-saħħa tal-pjanta stabbiliti fid-Direttiva 2000/29/KE.
Artikolu 14
1. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li jħares il-ħtiġiet u l-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjonijiet rigward il-fornitur, is-saħħa tal-pjanta, il-mezz ta’ tkabbir u l-arranġamenti tas-saħħa barra dawk stabbiliti f’din id-Direttiva.
2. It-tqegħid fis-suq tal-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex li l-varjetà tagħhom tiddaħħal fil-Katalogu Komuni tal-Varjetajiet ta’ l-Ispeċi tal-Ħxejjex m’għandu jkun soġġett għall-ebda restrizzjoni rigward il-varjetà barra dawn stabbiliti jew msemmija f’din id-Direttiva.
Artikolu 15
Rigward il-prodotti msemmija fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jimponu kondizzjonijiet aktar stretti jew restrizzjonijiet fuq is-suq barra dawk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-iskedi msemmija fl-Artikolu 4 jew, jekk fin-nuqqas ta’ dan, dawk li jeżistu fit-28 ta’ April ta’ l-1992.
Artikolu 16
1. B’konformità mal-proċedura imsemmija fl-Artikolu 21(2), għandu jkun deċiż jekk materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott f’kull pajjiż terz u li joffri l-istess garanziji dwar l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, is-saħħa tal-pjanti, il-mezz ta’ tkabbir, l-ippakkjar, l-arranġamenti ta’ l-ispezzjoni, l-immarkar u s-siġillar, hux ekwivalenti f’dawn ir-rispetti kollha mal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ prodott fil-Komunità u jħares il-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
2. Sakemm ttieħed d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru ta’ l-2012, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE, japplikaw għall-importazzjoni tal-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ minn pajjiżi terzi kundizzjonijiet li ta’ l-anqas huma ekwivalenti temporanjament jew permanentament fl-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva. Meta dawn il-kundizzjonijiet mhumiex stabbiliti fl-iskedi msemmija, il-kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni jridu jkunu mill-inqas daqs dawk applikabbli għal produzzjoni ta’ l-Istat Membru konċernat.
B’mod konformi mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’, għal terzi pajjiżi diversi, tkun differita sakemm tittieħed id-deċiżjoni li għaliha saret referenza fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.
Il-materjal tal-ħxejjex tal-propagazzjoni u taż-żrigħ importat minn kull Stat Membru skond deċiżjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skond l-ewwel subparagrafu m’għandha tkun soġġetta għall ebda restrizzjoni fl-Istati Membri l-oħra rigward il-kwistjonijiet li għalihom saret referenza fil-paragrafu 1.
Artikolu 17
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjoni uffiċjali permezz ta’ verifiki ta’ kampjuni fuq il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ titwettaq matul il-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq, bil-għan li l-konformità tiġi vverifikata mal-ħtiġijiet u mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 18
Proċeduri dettaljati ta’ implimentazzjoni għall-kontrolli li għalihom hemm provdut fl-Artikolu 5 u għall-ispezzjoni uffiċjali provduta fl-Artikoli 10 u 17, inklużi l-metodi ta’ kif jittieħdu l-kampjuni, għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 19
1. Jekk, matul is-superviżjoni u l-monitoraġġ previsti fl-Artikolu 6(4), l-ispezzjoni uffiċjali li hemm prevista fl-Artikolu 17, jew il-provi li hemm previsti fl-Artikolu 20, jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jħarsux il-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva, il-korp uffiċjali responsabbli ta’ l-Istat Membru għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn biex jiżgura li jħares id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jew, jekk dak mhux possibbli, li jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ dak il-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex fil-Komunità.
2. Jekk jinstab li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex imqiegħed fis-suq minn kull fornitur partikolari ma jikkonformax mal-ħtiġiet u mal-kondizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istat Membru konċernat għandu jiżgura li miżuri xierqa jiġu meħuda kontra l-fornitur. Jekk il-fornitur huwa pprojbit li jqiegħed fis-suq materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex, l-Istat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri.
3. Kull miżura meħuda taħt il-paragrafu 2 tista’ tiġi rtirata hekk kif jiġi stabbilit b’ċertezza adegwata li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex maħsuba għat tqegħid fis-suq mill-fornitur għandha fil-futur, tikkonforma mal-ħtiġiet u l-kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 20
1. Provi, jew, fejn ikun xieraq, testijiet għandhom jitwettqu fl-Istati Membri fuq kampjuni biex jiċċekjaw li l-materjal veġetali għal propagar u taħwil ikun konformi mar-rekwiżiti u kundizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. Il-Kummissjoni tista’ torganizza spezzjonijiet tal-provi mir-rappreżentanti ta’ l-Istati Membri u tal-Kummissjoni.
2. Testijiet u provi komparattivi tal-Komunità jistgħu jitwettqu fil-Komunità għall-kontroll ta’ wara tal-kampjuni tal-materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq skond id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, sew jekk obbligatorji jew liberi, inklużi dawk relatati mas-saħħa tax-xtieli. It-testijiet u provi komparattivi jistgħu jinkludu dan li ġej:
— |
materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil magħmul f’pajjiżi barranin, |
— |
materjal veġetali għal propagazzjoni u tħawwil adatt għall-biedja organika, |
— |
materjal veġetali għal propagar u tħawwil imqiegħda fis-suq relatati ma’ miżuri intiżi biex jippreservaw id-diversità ġenetika. |
3. Dawn it-testijiet u provi komparattivi għandhom jintużaw biex jagħmlu konformi l-metodi tekniċi ta’ eżami ta’ materjal veġetali għal propagar u tħawwil u biex jiċċekkaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li magħhom il-materjal għandu jkun konformi.
4. B’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), għandhom isiru l-arranġamenti meħtieġa għat-testijiet u provi komparattivi li għandhom jitwettqu. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 21 dwar l-arranġamenti tekniċi biex isiru dawk it-testijiet u l-provi u r-riżultati tagħhom. Meta jinqalgħu problemi tas-saħħa tax-xtieli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tax-Xtieli.
5. Il-Komunità tista’ tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għat-twettiq tat-testijiet komparattivi u provi previsti fil-paragrafi 2 u 3.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja m’għandhiex tkun aktar mis-somma ta’ flus ivvotata mill-awtorità dwar il-baġit.
6. It-testijiet komparattivi u l-provi li jistgħu jibbenefikaw mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità, u regoli dettaljati għad-dispożizzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, għandhom jiġu stabbiliti skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
7. It-testijiet komparattivi u l-provi previsti fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jsiru biss mill-awtoritajiet jew persuni legali ta’ l-Istat waqt li jaġixxu bir-responsabbiltà ta’ l-Istat.
Artikolu 21
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta’ Propagazzjoni għall-Agrikolutra, l-Ortikultura u l-Forestrija, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Kumitat”.
2. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu ta’ żmien previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal xahar.
3. Fil-każ li ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw.
Il-perjodu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi ffissat għal tliet xhur.
Artikolu 22
Emendi għall-iskedi li għalihom saret referenza fl-Artikolu 4 u għall-kundizzjonijiet u r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2).
Artikolu 23
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex prodott fit-territorju tagħhom u maħsub għat-tqegħid fis-suq jikkonforma mal-ħtiġiet ta’ din id-Direttiva.
2. Jekk jinstab, waqt kull spezzjoni uffiċjali, li l-materjal tal-propagazzjoni u taż-żrigħ tal-ħxejjex ma jistax jiġi mqiegħed fis-suq, minħabba li mhuwiex konformi ma’ kull kondizzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa tal-pjanti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri uffiċjali xierqa biex jelimina kull riskju fuq is-saħħa tal-pjanta li jista’ jirriżulta.
Artikolu 24
Sa fejn l-Artikoli 5 sa 11, 14, 15, 17, 19 u 23 huma konċernati, id-data ta’ l-applikazzjoni għal kull ġeneru jew speċi msemmija fl-Anness II għandha tiġi ffissata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 21(2), meta l-iskeda msemmija fl-Artikolu 4 titlesta.
Artikolu 25
Id-Direttiva 92/33/KEE, kif emendata mill-atti mniżżla fl-Anness III, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness III, Parti B.
Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.
Artikolu 26
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 27
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) Opinjoni tal-11 ta’ Marzu 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 157, 10.6.1992, p. 1. Id-Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE (ĠU L 284, 30.10.2007, p. 33).
(3) Ara l-Anness III, Parti A.
(4) ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 12).
(5) ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/64/KE (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 31).
(6) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
ANNESS I
Il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4
PARTI A
Il-kundizzjonijiet li l-materjal taż-żrigħ iridu jikkonformaw magħhom.
PARTI B
Skedi għall-ġeneru u l-ispeċi mhux elenkati fid-Direttiva 2002/55/KE li fihom il-kondizzjonijiet li l-materjal ta’ propagazzjoni irid jikkonforma għalih.
ANNESS II
Elenku tal-ġeneru u l-ispeċi msemmi fl-Artikolu 1(2)
Allium cepa L. |
|||
|
Basal Echalion |
||
|
Shallot |
||
Allium fistulosum L. |
Basal ta’ l-għenieqed (Japanese bunching onion jew Welsh onion) |
||
Allium porrum L. |
Kurrat |
||
Allium sativum L. |
Tewm |
||
Allium schoenoprasum L. |
Kurrat salvaġġ |
||
Anthriscus cerefolium (L.) Hoffm. |
Maxxita |
||
Apium graveolens L. |
Tipi Differenti ta’ Karfus |
||
Asparagus officinalis L. |
Asparagu Sfraġ |
||
Beta vulgaris L. |
Pitravi inkluż il-pitrava Cheltenham Spinach beet jew il-weraq tal-pitravi |
||
Brassica oleracea L. |
Kaboċċa mberfla Pastard Brokkli li qed inibbet jew Kalabris Brussels sprouts Kaboċċa mflefla (savoy) Kaboċċa bajda Kaboċċa ħamra Ġdur |
||
Brassica rapa L. |
Kaboċċa Ċiniża Nevew |
||
Capsicum annuum L. |
Bżar aħmar jew bżar |
||
Cichorium endivia L. |
Indivja tal-werqa mibruma Indivja tal-werqa lixxa |
||
Cichorium intybus L. |
Ċikwejra Witloof Ċikwejra b’weraq kbir jew ċikwejra Taljana Ċikwejra industrijali |
||
Citrullus lanatus (Thunb.) Matsum. et Nakai |
Dulliegħ |
||
Cucumis melo L. |
Bettieħ |
||
Cucumis sativus L. |
Ħjar Ħjara żgħir |
||
Cucurbita maxima Duchesne |
Qargħa aħmar |
||
Cucurbita pepo L. |
Qargħa bagħli jew Zukkini |
||
Cynara cardunculus L. |
Qaqoċċ Kardun |
||
Daucus carota L. |
Karrotti Karrotti għall-għalf |
||
Foeniculum vulgare Mill. |
Bużbież |
||
Lactuca sativa L. |
Ħass |
||
Lycopersicon esculentum Mill. |
Tadam |
||
Petroselinum crispum (Mill.) Nyman ex A. W. Hill |
Tursin |
||
Phaseolus coccineus L. |
Fażola ta’ Spanja |
||
Phaseolus vulgaris L. |
Fażola żgħira Fażola li tixxeblek |
||
Pisum sativum L. (partim) |
Piżella mkemmxa Piżella tonda Piżella ħelwa (sugar pea) |
||
Raphanus sativus L. |
Ravanell Ravanell iswed |
||
Rheum rhabarbarum L. |
Rabarbru |
||
Scorzonera hispanica L. |
Scorzonera jew salsafja sewda; |
||
Solanum melongena L. |
Brunġiel |
||
Spinacia oleracea L. |
Spinaċi |
||
Valerianella locusta (L.) Laterr. |
Valerjanella |
||
Vicia faba L. (partim) |
Ful kbir |
||
Zea mays L. (partim) |
Qamħ ħelu Popcorn |
ANNESS III
PARTI A
Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta’ l-emendi suċċessivi tagħha
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/400/KEE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/152/KE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/25/KE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/109/KE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/29/KE |
|
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/111/KE |
|
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 806/2003 |
L-Annex II, punt 6 u l-Anness III, punt 27 biss |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/61/KE |
L-Artikolu 1, punt 4 biss |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/55/KE |
|
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/124/KE |
L-Artikolu 1 u l-Anness biss |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/699/KE |
|
PARTI B
Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni
(imsemmija fl-Artikolu 25)
Direttiva |
Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni |
Data ta’ applikazzjoni |
92/33/KEE |
fil-31 ta’ Diċembru 1992. |
— |
2003/61/KE |
fl-10 ta’ Ottubru 2003. |
— |
2006/124/KE |
fit-30 ta’ Ġunju 2007. |
1 ta’ l-Lulju 2007 (1) |
(1) Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/124/KE: “Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2007. Madankollu, jistgħu jipposponu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ l-approvazzjoni uffiċjali ta’ varjetajiet li jappartjenu għall-Allium cepa L. (grupp aggregatum), Allium fistulosum L., Allium sativum L., Allium schoenoprasum L., Rheum rhabarbarum L. u Zea mays L sal-31 ta’ Diċembru 2009.”
ANNESS IV
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Id-Direttiva 92/33/KEE |
Din id-Direttiva |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikoli 1, 2 u 3 |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, kliem tal-bidu |
Artikolu 4, punti (i) u (ii) |
Artikolu 4, punti (a) u (b) |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 8(2), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu |
Artikolu 8(3) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 9 (1) u (2) |
Artikolu 9(3) |
— |
Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(4), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikoli 10 u 11 |
Artikoli 10 u 11 |
Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, kliem tal-bidu |
Artikolu 12(1) kliem tal-bidu |
Artikolu 12, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u it-tieni inċiżi |
Artikolu 12(1)(a) u (b) |
Artikolu 12, it-tieni paragrafu |
Artikolu 12(2) |
Artikoli 13 sa 20 |
Artikoli 13 sa 20 |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 21(1) u (2) |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 21(4) |
Artikolu 22(1) |
— |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 21(3) |
Artikolu 23 |
Artikolu 22 |
Artikolu 24 |
Artikolu 23 |
Artikolu 25(1) |
— |
Artikolu 25(2) |
Artikolu 24 |
— |
Artikolu 25 |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 26 |
Artikolu 27 |
Annessi I u II |
Annessi I u II |
— |
Annessi III u IV |
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kunsill
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Frar 2008
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
(2008/628/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 44(2), it-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 47(2), u l-Artikoli 55, 57(2), 71, 80(2), 93, 94, 133 u 181a, flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta’ Ottubru 2006, il-Kunsill, f’isem il-Komunità u l-Istati membri tagħha awtorizza lill-Kummissjoni, biex tinnegozja mar-Repubblika Kirgiża Protokoll għall-Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea. |
(2) |
Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f’isem il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom. |
(3) |
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b’ mod provviżorju mill-1 ta’ Jannar 2007, sakemm jintemmu l-proċeduri rilevanti għall-konklużjoni formali tiegħu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill hu b’din awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem il-Komunitajiet Ewropew u l-Istati Membri tagħhom, il-Protokoll għall-Sħubija u l-Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati membri tagħha, min-naħa l-waħda u r-Repubblika Kirgiża min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’ data aktar tard.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni (1).
Artikolu 2
Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta’ Jannar 2007.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VIZJAK
(1) Ara paġna 42 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
PROTOKOLL
għall-Ftehim ta’ partenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
R-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA’ SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA’ ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ MALTA,
IR-RENJU TA’ L-OLANDA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TA’ L-ISLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TA’ L-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA’ FUQ
minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Istati Membri’, irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea, u
MILL-KOMUNITÀ EWROPEA U MILL-KOMUNITÀ EWROPEA TA’ L-ENERĠIJA ATOMIKA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘il-Komunitajiet’ irrappreżentati mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,
min-naħa waħda, u r-
REPUBBLIKA KIRGIŻA
min-naħa l-oħra,
minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Partijiet’ għall-għanijiet ta’ dan il-Protokoll,
WARA LI KKUNSIDRAW id-dispożizzjonijiet tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika ta’ l-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ l-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika ta’ l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju ta’ l-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea), u bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea, li ġie ffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ April 2005 u li beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2007,
WARA LI KKUNSIDRAW is-sitwazzjoni ġdida fir-relazzjonijiet bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea li joħorġu mill-adeżjoni fl-UE ta’ żewġ Stati Membri ġodda, li tiftaħ opportunitajiet u li ġġib magħha sfidi għall-kooperazzjoni bejn ir-Repubblika Kirgiża u l-Unjoni Ewropea,
FILWAQT LI JQISU x-xewqa tal-Partijiet li jiżguraw il-ksib u t-twettiq ta’ l-għanijiet u l-prinċipji tal-FPK,
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija għandhom ikunu Partijiet għall-Ftehim ta’ Patenarjat u Kooperazzjoni li jistabbilixxi partenarjat bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fid-9 ta’ Frar 1995 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1999 (minn hawn ’il-quddiem ‘il-Ftehim’), u għandhom jadottaw u jieħdu nota bl-istess mod, ta’ l-Istati Membri l-oħra. tat-testi tal-Ftehim, u tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti, Bdil ta’ Ittri u Dikjarazzjonijiet mir-Repubblika Kirgiża annessi ma’ l-Att Finali ffirmat fl-istess data u l-Protokoll ta’ Ftehim tat-30 ta’ April 2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2006.
Artikolu 2
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 3
1. Dan il-Protokoll għandu jkun approvat mill-Komunitajiet, mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea f isem l-Istati Membri, u mir-Repubblika Kirgiża skond il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri msemmija fil-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta’ approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
1. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu ta’ l-aħħar strument ta’ approvazzjoni.
2. Sakemm tasal id-data li jidħol fis-seħħ, dan il-Protokoll għandu japplika temporanjament b’effet mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 5
1. It-testi tal-Ftehim, l-Att finali u d-dokumenti kollha annessi miegħu, u l-Protokoll għall-Ftehim tat-30 ta’ April 2004, huma mfassla bil-lingwa Bulgara u dik Rumena.
2. Dawn jinsabu annessi ma’ dan il-Protokoll u huma awtentiċi daqs it-testi fil-lingwi l-oħra li fihom huma mfassla l-Ftehim, l-Att Finali u d-dokumenti annessi miegħu, u l-Protokoll mal-Ftehim tat-30 ta’ April 2004.
Artikolu 6
Dan il-Ftehim huwa miktub b’żewġ kopji fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Kirgiża, b’kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
Съставено в Брюксел на единадесети юни две хиляди и осма година.
Hecho en Bruselas, el once de junio de dosmile ocho.
V Bruselu dne jedenáctého června dva tisíce osm.
Udfærdiget i Bruxelles den ellevte juni to tusind og otte.
Geschehen zu Brüssel am elften Juni zweitausendacht.
Kahe tuhande kaheksanda aasta juunikuu üheteistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις ένδεκα Ιουνίου δύο χιλιάδες οκτώ.
Done at Brussels on the eleventh day of June in the year two thousand and eight.
Fait à Bruxelles, le onze juin deux mille huit.
Fatto a Bruxelles, addì undici giugno duemilaotto.
Briselé, divtūkstoš astotā gada vienpadsmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai aštuntų metų birželio vienuoliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-nyolcadik év június tizenegyedik napján.
Maghmul fi Brussell, fil-ħdax-il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u tmienja.
Gedaan te Brussel, de elfde juni tweeduizend acht.
Sporządzono w Brukseli, dnia jedenastego czerwca dwa tysiące ósmego roku.
Feito em Bruxelas, em onze de Junho de dois mil e oito.
Încheiat la Bruxelles, la unsprezece iunie două mii opt.
V Bruseli dňa jedenásteho júna dvetisícosem.
V Bruslju, dne enajstega junija leta dva tisoč osem.
Tehty Brysselissä yhdentenätoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.
Som skedde i Bryssel den elfte juni tjugohundraåtta.
Составлено в Брюсселе одинадцатого июня две тысячи восьмого года.
За дьржавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Per gli Stati membri
Dalīvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
På medlemsstaternas vägnar
За Государства-Члены
За Европейската общност
Por las Comunidades Europeas
Za Evropská společenství
For De Europæiske Fællesskaber
Für die Europäischen Gemeinschaften
Euroopa ühenduste nimel
Για τις Ευρωπαϊκές Κοινότητες
For the European Communities
Pour les Communautés européennes
Per le Comunità europee
Eiropas Kopienu vārdā
Europos Bendrijų vardu
Az Európai Közösségek részéről
Għall-Komunitajiet Ewropej
Voor de Europese Gemeenschappen
W imieniu Wspólnot Europejskich
Pelas Comunidades Europeias
Pentru Comunitatea Europenă
Za Európske spoločenstvá
Za Evropske skupnosti
Euroopan yhteisöjen puolesta
På Europeiska gemenskapernas vägnar
За Европейские Сообщества
За Киргизката република
Por la República Kirguisa
Za Kyrgyzskou Republiku
For den Kirgisiske Republik
Für die Kirgisische Republik
Kirgiisi Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Κιργιζιστάν
For the Kyrgyz Republic
Pour la République kirghize
Per la Repubblica del Kirghizistan
Kirgizijos Respublikos vardu
Kirgizstānas Republikas vārdā
A Kirgiz Köztársaság részéről
Għar-Repubblika Kirgιża
Voor de Republiek Kirgizstan
W imieniu Republiki Kirgiskiej
Pela República do Quirguizistão
Pentru Republica Kârgâzstan
Za Kirgizskú republiku
Za Kirgiško Republiko
Kirgisian tasavallan puolesta
För Republiken Kirgizistan
Зa Кыргызcкую Республику
Kummissjoni
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE biex tiġi ffurmata l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għall-immaniġġjar ta’ l-azzjoni tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, is-settur awdjoviżiv u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003
(2008/629/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi kif l-aġenziji eżekuttivi jistgħu jiġu mogħtija ċertu xogħol fl-immaniġġjar ta’ programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari fl-Artiklu 3(1),
Billi:
(1) |
Taħt l-Artiklu 4(1) tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE (2), l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (minn hawn 'il quddiem irreferuta bħala “l-Aġenzija”) ingħatat l-inkarigu biex timmaniġġja uħud mil-linji ta’ programmi tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, is-settur awdjoviżiv u l-kultura, u b’mod partikolari l-immaniġġjar tal-programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew MEDIA 2007 (2007-2013), li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3), il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni (2001-2006), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/21/KE (4), u bi programm ta’ taħriġ għall-professjonisti ta’ l-indusrija awdjoviżiva bil-programm MEDIA-Training (2001-2006), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(2) |
Wara l-Artiklu 4(3) tad-Deċiżjoni 2005/56/KE, l-Aġenzija ġiet inkarigata mill-Kummissjoni, wara li rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi, biex twettaq iktar xogħlijiet ta’ l-istess tip taħt il-programmi tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, fis-settur awdjoviżiv u fil-kultura. |
(3) |
Il-mandat ta’ l-Aġenzija għandu jkopri ukoll l-immaniġġjar u l-għeluq ta’ proġetti taħt il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fil-programm Ewropew għall-industrija awdjoviżiva MEDIA II- Taħriġ (1996-2006) approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (6); u l-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej MEDIA II – Żvilupp u distribuzzjoni (1996-2000) approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (7). |
(4) |
Id-Deċiżjoni 2005/56/KE konsegwentament għandha tiġi emendata. |
(5) |
Il-proviżjonijiet kif stabbiliti mid-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu
Fid-Deċiżjoni 2005/56/KE il-punti 29 u 30 li ġejjin se jiġu miżjuda ma’ l-Artiklu 4(1):
“29) |
il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fil-programm Ewropew għall-industrija awdjoviżiva (MEDIA II – Training) (1996-2000), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (*); |
30) |
il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (**). |
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Viviane REDING
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21).
(3) ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.
(4) ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).
(5) ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004.
(6) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.
(7) ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
ta’ l-24 ta’ Lulju 2008
dwar miżuri ta’ emerġenza li japplikaw għall-krustaċji importati mill-Bangladexx u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3698)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/630/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-prinċipji ġenerali li jirregolaw b’mod ġenerali l-ikel u l-għalf, u b’mod partikolari s-sigurtà ta’ l-ikel u l-għalf, fil-livell tal-Komunità u dak nazzjonali. Huwa jistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fejn huwa evidenti li ikel jew għalf importat minn pajjiż terz x’aktarx huwa ta’ riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, għas-saħħa ta’ l-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz ta’ miżuri meħuda mill-Istat Membru/Stati Membri kkonċernat/i. |
(2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996, dwar miżuri għas-sorveljanza ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u fi prodotti ta’ l-annimali (2) tistipula li l-proċess tal-produzzjoni ta’ l-annimali u tal-prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali għandu jkun sorveljat bl-għan li jinstabu ċerti residwi u sustanzi f’annimali ħajjin, fil-ħmieġ tagħhom u fis-sustanzi fluwidi ta’ ġisimhom u fit-tessuti, fil-prodotti ta’ l-annimali, fl-għalf ta’ l-annimali u fl-ilma tax-xorb. |
(3) |
Instabu residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji u ta’ sustanzi mhux awtorizzati fi krustaċji importati mill-Bangladexx u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Il-preżenza ta’ dawn il-prodotti u s-sustanzi fl-ikel tesponi lis-saħħa tal-bniedem għal riskju potenzjali. |
(4) |
Ir-riżultati ta’ l-aħħar żjara Komunitarja ta’ spezzjoni fil-Bangladexx wriet nuqqasijiet serji fir-rigward tas-sistema ta’ kontroll tar-residwi f’annimali ħajjin u fi prodotti ta’ annimali u nuqqas ta’ kapaċità laboratorja xierqa għall-ittestjar ta’ ċerti residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji f’annimali ħajjin u fi prodotti ta’ l-annimali. |
(5) |
Dan l-aħħar il-Bangladexx ħa miżuri li jikkonċernaw dawn in-nuqqasijiet fir-rigward tat-trattament u l-ittestjar ta’ prodotti tas-sajd. |
(6) |
Billi dawn il-miżuri mhumiex biżżejjed, huwa xieraq li jiġu adottati, f’livell Komunitarju, ċerti miżuri ta’ emerġenza applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ krustaċji mill-Bangladexx li jiżguraw il-ħarsien effettiv u uniformi tas-saħħa tal-bniedem fl-Istati Membri kollha. |
(7) |
Skond dan, l-Istati Membri għandhom jippermettu l-importazzjonijiet ta’ krustaċji mill-Bangladexx biss jekk ikun jista’ jintwera li dawn ġew suġġetti għal eżami analitiku ta’ l-oriġini biex jiżgura li dawn ma fihom l-ebda sustanza li mhijiex awtorizzata u li l-livelli ta’ ċerti residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji ma jaqbżux il-livelli residwi massimi stipulati fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
(8) |
Madankollu, huwa xieraq li tiġi awtorizzata l-importazzjoni ta’ kunsinni li ma jkollhomx magħhom ir-riżultati tat-testijiet analitiċi ta’ l-oriġini, sakemm l-Istati Membri ta’ importazzjoni jiżguraw li dawn il-kunsinni jgħaddu minn verifiki xierqa mal-wasla tagħhom fuq il-fruntiera Komunitarja. |
(9) |
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mill-Bangladexx u abbażi tar-riżultati tat-testijiet analitiċi imwettqa mill-Istati Membri. |
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-kunsinni ta’ krustaċji importati mill-Bangladexx u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (‘il-prodotti’).
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni lejn il-Komunità tal-prodotti sakemm dawn ikollhom magħhom ir-riżultati ta’ test analitiku mwettaq fl-istadju ta’ l-oriġini biex ikun żgurat li dawn mhumiex ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem (‘it-test analitiku’).
It-testijiet analitiċi għandhom jitwettqu, b’mod partikolari, bl-għan li jinstabu l-kloramfenikol, il-metaboliti tan-nitrofurani, it-tetracycline, il-malachite green u l-crystal violet b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 (3) u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/657/KEE (4).
Artikolu 3
B’deroga mill-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ prodotti li ma jkollhomx magħhom ir-riżultati tat-test analitiku sakemm l-Istat Membru li jimporta jiżgura li kull kunsinna ta’ prodotti bħal dawn tgħaddi mill-verifiki xierqa kollha mal-wasla tagħha fuq il-fruntiera Komunitarja biex ikun żgurat li dawn mhumiex ta’ ħsara għas-saħħa tal-bniedem.
Madankollu, dawn il-kunsinni għandhom jinżammu fuq il-fruntiera Komunitarja sakemm it-testijiet laboratorji juru li dawn il-kunsinni ma fihomx sustanzi msemmija fl-Artikolu 2 li mhumiex awtorizzati skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja jew li ma jinqabiżx il-livell tar-residwi massimi stipulat fil-leġiżlazzjomi Komunitarja għall-prodotti mediċinali veterinarji msemmija f’dak l-Artikolu
Artikolu 4
1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni minnufih jekk it-testijiet analitiċi jindikaw:
(a) |
il-preżenza ta’ kwalunkwe sustanza mhux awtorizzata skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja; jew |
(b) |
jekk ir-residwi tal-prodotti mediċinali veterinarji jaqbżu l-limitu massimu ta’ residwi stipulat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja. |
L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistema rapida ta’ twissija għall-ikel u l-għalf stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 għat-tressiq ta’ kwalunwke tagħrif bħal dan.
2. L-Istati Membri għandhom iressqu quddiem il-Kummissjoni kull tliet xhur, rapport tar-riżultati kollha tat-testijiet analitiċi.
Dawn ir-rapporti għandhom jitressqu matul ix-xahar ta’ wara kull kwart tas-sena (April, Lulju, Ottubru, u Jannar).
Artikolu 5
In-nefqa kollha li tkun saret biex tiġi applikata din id-Deċiżjoni għandha tiġi mħallsa mill-kunsinnatur, mid-destinatarju jew mill-aġent ta’ wieħed minnhom.
Artikolu 6
L-Istati Membri għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri li jieħdu biex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 7
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fid-dawl tal-garanziji offruti mill-Bangladexx u abbażi tar-riżultati tat-testijiet analitiċi imwettqa mill-Istati Membri.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).
(2) ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).
(3) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 1. Ir-Regolament Kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 542/2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 43).
(4) ĠU L 221, 17.8.2002, p. 8. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2004/25/KE (ĠU L 6, 10.1.2004, p. 38).
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta' Lulju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2006/805/KE fir-rigward ta’ ċerti reġjuni ta’ Stati Membri stipulati fl-Anness u l-estensjoni ta’ l-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3964)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/631/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar l-iċċekkjar veterinarju fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/805/KE ta’ l-24 ta’ Novembru 2006 dwar miżuri ta’ kontroll tas-saħħa ta’ l-annimali marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri (3) ġiet adottata bħala reazzjoni għat-tifqigħat tad-deni klassiku tal-ħnieżer f’ċerti Stati Membri. Dik id-Deċiżjoni tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ kontroll tal-mard marbuta mad-deni klassiku tal-ħnieżer f'dawk l-Istati Membri. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE tapplika sal-31 ta’ Lulju 2008. Fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-marda tad-deni klassiku tal-ħnieżer f'ċerti żoni tal-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija u s-Slovakkja, hu xieraq li jiġi estiż il-perjodu ta' applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni sal-31 ta' Lulju 2009. |
(3) |
Il-Bulgarija informat lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni riċenti tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi u ħnieżer f’irziezet tal-ħnieżer fit-territorju tagħha. Skond dik l-informazzjoni, is-sitwazzjoni tal-marda f’dak l-Istat Membru tjiebet b’mod sinifikanti fir-rigward tal-ħnieżer selvaġġi. Barra dan, id-deni klassiku tal-ħnieżer m’għadux aktar issuspettat li hu endemiku fi ħnieżer fl-irziezet. Il-Bulgarija informat ukoll lill-Kummissjoni li ttieħdu miżuri addizzjonali biex jeskludu l-preżenza ta’ l-infezzjoni tal-virus tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer f’irziezet kummerċjali li jintbagħtu għall-qatla. Il-projbizzjoni fuq li jintbagħtu laħam frisk tal-majjal, preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u prodotti tal-laħam tal-majjal mill-Bulgarija għal Stati Membri oħrajn, prevista fid-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha għalhekk ma tapplikax aktar. |
(4) |
Anke jekk is-sitwazzjoni tal-marda fil-ħnieżer selvaġġi fil-Bulgarija tjiebet, xorta għad hemm riskju kontinwu ta’ tifqigħat ta’ deni klassiku tal-ħnieżer f’dak l-Istat Membru. Għalhekk il-projbizzjoni fuq li jintbagħtu ħnieżer ħajjin lil Stati Membri oħrajn għandha tkompli tapplika fir-rigward tat-territorju kollu tal-Bulgarija. It-territorju kollu għandu għalhekk ikun inkluż fil-Parti II ta’ l-Anness mad-Deċiżjoni 2006/805/KE. |
(5) |
L-Ungerija u s-Slovakkja informaw ukoll lill-Kummissjoni dwar l-evoluzzjoni riċenti tad-deni klassiku tal-ħnieżer fi ħnieżer selvaġġi fit-territorji tagħhom. Fid-dawl ta’ l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli, iż-żoni f’dawk l-Istati Membri fejn japplikaw il-miżuri ta’ kontroll relatati mad-deni klassiku tal-ħnieżer, jeħtieġ li jkunu estiżi biex jinkludu wkoll ċerti żoni tal-kontej ta’ Heves u Borsod-Abaúj-Zemplén fl-Ungerija u d-distretti sħaħ ta’ Rimavská Sobota, Nové Zámky, Levice and Komárno fis-Slovakkja. Id-Deċiżjoni 2006/805/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2006/805/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 14, id-data “31 ta' Lulju 2008” tinbidel bil-“31 ta' Lulju 2009”. |
(2) |
Il-Partijiet II u III ta' l-Anness huma sostitwiti permezz tat-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 329, 25.11.2006, p. 67. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/225/KE (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 32).
ANNESS
“Il-PARTI II
1. Il-Bulgarija
It-territorju kollu tal-Bulgarija.
2. L-Ungerija
It-territorju tal-kontea ta’ Nógrád u t-territorju tal-kontea ta’ Pest li jinsabu fit-Tramuntana u l-Lvant tad-Danubju, fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-punent tal-fruntiera tal-kontea ta’ Nógrád u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E71, it-territorju tal-kontea ta’ Heves li jinsab fil-Lvant tal-fruntiera tal-kontea ta’ Nógrád, fin-nofsinhar u l-punent tal-fruntiera mal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén u fit-tramuntana ta’ l-awtostrada E71, u t-territorju tal-kontea ta’ Borsod-Abaúj-Zemplén li tinsab fin-nofsinhar tal-fruntiera mas-Slovakkja, fil-Lvant tal-fruntiera mal-kontea ta’ Heves, fit-tramuntana u l-punent ta’ l-awtostrada E71, fin-nofsinhar tat-triq prinċipali Nru 37 (il-parti bejn l-awtostrada E71 u t-triq prinċipali Nru 26) u fil-punent tat-triq prinċipali Nru 26.
3. Is-Slovakkja
It-territorju ta’ l-Amministrazzjonijiet Distrettwali Veterinarji u Alimentari (ADVA) ta’ Žiar nad Hronom (li jinkludi d-distretti Žiar nad Hronom, Žarnovica u Banská Štiavnica), Zvolen (li jinkludi d-distretti Zvolen, Krupina u Detva), Lučenec (li jinkludi d-distretti Lučenec u Poltár), Veľký Krtíš (li jinkludi d-distretti Veľký Krtíš), Komárno (li jinkludi d-distrett Komárno), Nové Zámky (li jinkludi d-distrett Nové Zámky), Levice (li jinkludi d-distrett Levice) u Rimavská Sobota (li jinkludi d-distrett Rimavská Sobota).
PARTI III”
III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE
ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE
1.8.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 205/53 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2008/632/PESK
tal-31 ta’ Lulju 2008
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bil-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK (1), il-Kunsill ġedded il-miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe, immirati b’mod partikolari biex iħeġġu lill-persuni li huma s-suġġett tagħhom biex jiċħdu l-politiki li joħonqu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertà ta’ l-espressjoni u li jxekklu l-governanza tajba. |
(2) |
Wara l-atti ta’ vjolenza organizzati u mwettqa mill-awtoritajiet taż-Żimbabwe waqt il-kampanja għall-elezzjonijiet presidenzjali fl-2008, li minħabba fihom din il-votazzjoni rriżultat f’ċaħda tad-demokrazija, il-Kunsill iddeċieda li jżid ċerti persuni u entitajiet mal-lista li tinsab fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK billi fit-22 ta’ Lulju 2008 jadotta d-Deċiżjoni 2008/605/PESK. |
(3) |
Jeħtieġ ukoll li jissaħħu l-miżuri restrittivi dwar iċ-ċaħda tad-dħul jew tat-transitu fit-territorju ta’ l-Istati Membri tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness tal-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK, |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/161/PESK għandha tiġi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 4(1) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul jew it-transitu fit-territorju tagħhom tal-membri tal-gvern taż-Żimbabwe u tal-persuni fiżiċi assoċjati magħhom, kif ukoll ta’ persuni fiżiċi oħrajn li l-attivitajiet tagħhom joħolqu minaċċja serja għad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe. Il-persuni kkonċernati f’dan il-paragrafu jinsabu elenkati fl-Anness.”; |
(2) |
Fl-Artikolu 4(3), għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 4(5) u (6) jiġi sostitwit bit-test li ġej: “5. L-Istati Membri jistgħu jagħtu derogi mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 meta l-ivvjaġġar hu ġustifikat għal raġunijiet umanitarji urġenti u imperattivi, jew, f’każijiet eċċezzjonali, meta l-persuna tiċċaqlaq għal-raġuni ta’ attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk il-laqgħat li jsiru bl-inizjattiva ta’ l-Unjoni Ewropea, fejn jiġi mmexxi djalogu politiku li jippromwovi b’mod dirett, immedjat u sinifikanti d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe. 6. Kull Stat Membru li jixtieq jagħti derogi skond il-paragrafu 5 għandu jgħarraf lill-Kunsill bil-miktub. Id-deroga għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien 48 siegħa mir-riċevuta tan-notifika dwar id-deroga proposta. Jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, id-deroga m’għandhiex tingħata, ħlief meta Stat Membru jixtieq jagħtiha għal raġunijiet umanitarji urġenti u imperattivi. F’dak il-każ, il-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti d-deroga proposta.”; |
(4) |
L-Artikolu 4(7) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “7. F’każijiet fejn, skond il-paragrafi 3 sa 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul jew it-transitu fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni kkonċernati direttament minnha.”; |
(5) |
L-Artikolu 5(1) għandu jiġi sostitwit bit-test li ġej: “1. Il-kapital u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-membri tal-gvern taż-Żimbabwe jew lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom kollha, jew li jappartjenu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn li l-attivitajiet tagħhom joħolqu minaċċja serja għad-demokrazija, għar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt fiż-Żimbabwe, għandhom jiġu ffriżati. Il-lista tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati f’dan il-paragrafu tinsab imniżżla fl-Anness.”. |
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Lulju 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
B. KOUCHNER
(1) ĠU L 50, 20.2.2004, p. 66. Il-Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/605/PESK (ĠU L 194, 23.7.2008, p. 34).