ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
15 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 664/2008 ta’ l-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 ta’ l-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/578/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2008 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta’ l-Ewropa

6

Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta' l-Ewropa

7

 

 

2008/579/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2008 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007

12

Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007

13

 

 

2008/580/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (il-pajjiżi ġirien tax-Xlokk, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel) (Verżjoni kodifikata)

30

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/581/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-4 ta’ Lulju 2008 dwar l-iffinanzjar tal-ħażna ta’ l-antiġeni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-formulazzjoni ta’ vaċċini kkostitwiti mill-ġdid mit-tali antiġeni

36

 

 

2008/582/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3411)

39

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

41

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 664/2008

ta’ l-14 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu ta’ l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness XV, it-Taqsima A tar-Regolament imsemmi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 590/2008 (ĠU L 163, 24.6.2008, p. 24).


ANNESS

il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

33,6

MK

19,3

TR

113,8

ZZ

55,6

0707 00 05

MK

21,3

TR

76,4

ZZ

48,9

0709 90 70

TR

85,7

ZZ

85,7

0805 50 10

AR

85,8

US

89,1

UY

75,0

ZA

94,0

ZZ

86,0

0808 10 80

AR

95,0

BR

97,0

CL

107,3

CN

86,9

NZ

115,1

US

118,0

UY

60,2

ZA

96,2

ZZ

97,0

0808 20 50

AR

99,2

CL

104,9

NZ

116,2

ZA

122,3

ZZ

110,7

0809 10 00

TR

177,5

XS

125,7

ZZ

151,6

0809 20 95

TR

373,8

US

305,5

ZZ

339,7

0809 30

TR

177,4

ZZ

177,4

0809 40 05

IL

217,7

ZZ

217,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 665/2008

ta’ l-14 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità’ Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 4(4), 5(3), 7(1), 8(7), 12(2) u 25 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 199/2008 jistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data bl-għan li tiġi stabbilita bażi b'saħħitha għall-analiżi tas-sajd u biex tkun provduta l-formulazzjoni ta’ parir xjentifiku sod għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (minn hawn ‘il quddiem il-“PKS”).

(2)

Il-protokolli u l-metodi għall-ġbir u l-monitoraġġ tad-data għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards ta’ kwalità stabbiliti minn korpi xjentifiċi internazzjonali, organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u għandhom ikunu bbażati fuq l-esperjenza li tinkiseb mill-ġbir tad-data dwar is-sajd, minn meta kien stabbilit għall-ewwel darba l-qafas Komunitarju fl-2000, u fuq il-parir provdut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (minn hawn ‘il quddiem is-“STECF”).

(3)

Il-programmi multi-annwali nazzjonali għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri skond il-programm multi-annwali Komunitarju. Dawn il-programmi għandhom jitressqu lill-Kummissjoni kmieni biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista’ tieħu deċiżjonijiet finanzjarji f’waqthom għas-sena ta’ wara. L-Istati Membri għandhom jevitaw il-ġbir doppju tad-data. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom.

(4)

Il-koordinazzjoni ta’ l-azzjonijiet ta’ l-Istati Membri u fejn ikun possibbli t-tqassim tax-xogħol fost il-programmi nazzjonali għandhom ikunu żgurati fuq il-livell reġjonali.

(5)

Il-programm multi-annwali Komunitarju għandu jkun soġġett għal deċiżjoni separata tal-Kummissjoni.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tas-Sajd u l-Akkwakultura.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Komponenti tal-programmi nazzjonali

Il-programmi multi-annwali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandhom jikkonsistu fi:

(a)

L-azzjonijiet ippjanati, f’unitajiet u taqsimiet kif imsemmija fil-programm multi-annwali Komunitarju u skond ir-reġjuni li ġejjin:

il-Baħar Baltiku (żoni ICES III b-d).

il-Baħar tat-Tramuntana (żoni ICES IIIa, IV u VIId) u il-Lvant ta’ l-Artiku (żoni ICES I u II),

it-Tramuntana ta’ l-Atlantiku(żoni ICES V-XIV u żoni NAFO),

il-Baħar Mediterran u l-Baħar l-Iswed,

reġjuni fejn is-sajd jitwettaq minn bastimenti Komunitarji u jitmexxa minn Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd li l-Komunità għandha rabta magħhom jew bħala parti kontraenti jew bħala osservatur;

(b)

L-elementi tal-kontijiet analitiċi mqassma skond l-unitajiet u taqsimiet kif imsemmija fil-programm multi-annwali Komunitarju u skond ir-reġjuni kif imsemmi fil-punt (a) ta’ dan l-Artikolu;

(ċ)

Deskrizzjoni dettaljata ta’ l-istrateġiji għat-teħid ta’ kampjuni li għandhom ikunu segwiti u l-istimi statistiċi użati li jagħmluha possibbli li jkunu apprezzati l-livelli ta’ preċiżjoni u r-relazzjoni bejn l-ispiża u l-preċiżjoni;

(d)

L-elementi li juru li l-programmi nazzjonali huwa koordinati fl-istess reġjun u li dawk il-ħidmiet jitqassmu bejn l-Istati Membri rilevanti.

Artikolu 2

Preżentazzjoni tal-programmi nazzjonali

1.   Il-programmi multi-annwali nazzjonali għandhom jitressqu b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-sena qabel il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm multi-annwali. L-ewwel perjodu għandu jinkludi s-snin 2009-2010. Għal dan il-perjodu, il-programmi nazzjonali għandhom jitressqu sal-15 ta’ Ottubru 2008.

2.   Meta jressqu l-programmi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jużaw:

(a)

il-mudelli u l-linji gwida stabbiliti mis-STECF rigward l-aspetti tekniċi u xjentifiċi tal-programm;

(b)

il-formoli finanzjarji pprovduti mill-Kummissjoni rigward l-aspetti finanzjarji tal-programm.

Artikolu 3

Koordinazzjoni nazzjonali u Koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar korrispondent nazzjonali li għandu jkun il-kuntatt ewlieni għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri rigward it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali.

2.   Fil-każ li jipparteċipaw bosta korpi fil-programm nazzjonali, il-korrispondent nazzjonali għandu jkun responsabbli għall-korrdinazzjoni tal-programm nazzjonali. Fid-dawl ta’ dan, kull sena għandha tiġi organizzata laqgħa ta’ koordinazzjoni nazzjonali. Jekk ikun meħtieġ laqgħa oħra tista' tkun organizzata. Laqgħat bħal dawn għandhom ikunu organizzati mill-korrispondent nazzjonali u għandhom jattendu biss dawk il-membri tal-korpi involuti fil-programm nazzjonali. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa f’dawn il-laqgħat.

3.   Rapport tal-laqgħa ta’ koordinazzjoni nazzjonali msemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun inkluż fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

4.   L-appoġġ finanzjarju Komunitarju għal-laqgħat msemmija fil-paragrafu 2, għandu jkun soġġett għall-konformità mill-Istati Membri ma’ dan l-Artikolu.

Artikolu 4

Koordinazzjoni Reġjonali

1.   Il-Laqgħat ta’ Koordinazzjoni Reġjonali msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 għandhom jevalwaw l-aspetti ta’ koordinazzjoni reġjonali tal-programmi nazzjonali u fejn meħtieġ għandhom iressqu rakkomandazzjonijiet għal integrazzjoni mtejba tal-programmi nazzjonali u għat-tqassim tax-xogħol fost l-Istati Membri.

2.   Il-President tal-laqgħa għandu jinħatar mil-Laqgħa ta’ Koordinazzjoni Reġjonali bi qbil mal-Kummissjoni għal perjodu ta’ sentejn.

3.   Il-Laqgħat ta’ Koordinazzjoni Reġjonali jistgħu jseħħu darba fis-sena. It-termini ta’ referenza għal-laqgħa għandhom ikunu proposti mill-Kummissjoni bi qbil mal-President u għandhom jintbagħtu lill-korrispondenti nazzjonali msemmija fl-Artikolu 3(1) tliet ġimgħat qabel il-laqgħa. Stati Membri għandhom jibagħtu l-listi tal-parteċipanti lill-Kummissjoni ġimgħatejn qabel il-laqgħa.

Artikolu 5

Preżentazzjoni tar-rapport annwali

1.   B’mezzi elettroniċi, l-Istati Membri għandhom jibagħtu r-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008 sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena wara s-sena li fiha jku ġie implimentat il-programm nazzjonali. Skond l-unitajiet u t-taqsimiet imsemmija fil-programm multi-annwali Komunitarju u skond ir-reġjuni kif imsemmi fl-Artikolu 1(a), ir-rapport annwali għandu jkun fih b’mod partikolari:

(a)

preżentazzjoni ta’ l-eżekuzzjoni annwali tal-programm li tispeċifika r-riżultati ta’ l-azzjonijiet ippjanati;

(b)

l-elementi tal-kontijiet analitiċi annwali.

2.   Meta jressqu r-rapport annwali, l-Istati Membri għandhom jużaw:

(a)

il-mudelli u l-linji gwida stabbiliti mis-STECF rigward l-aspetti tekniċi u xjentifiċi tal-programm;

(b)

il-formoli finanzjarji pprovduti mill-Kummissjoni rigward l-aspetti finanzjarji tal-programm.

Artikolu 6

Tnaqqis ta’ l-Assistenza finanzjarja Komunitarja

1.   It-tnaqqis ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja, imsemmi fl-Artikoli 8(5)(a) u 8(5)(b) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, għandu jkun proporzjonali ma’ l-għadd ta’ ġimgħat ta’ dewmien li jgħoddu mid-dati ta’ skadenza msemmija fl-Artikoli 2 u 5. Il-proporzjon tat-tnaqqis għandu jkun ta’ 2% ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja totali għal kull ġimgħatejn ta’ dewmien, bi tnaqqis massimu ta’ 25% tan-nefqa annwali totali tal-programm nazzjonali.

2.   It-tnaqqis ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja, imsemmi fl-Artikoli 8(5)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008, għandu jkun proporzjonali ma’ l-għadd ta’ nuqqasijiet ta’ għoti ta’ data lill-utenti finali. Il-proporzjon tat-tnaqqis għandu jkun ta’ 1% ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja totali għal kull nuqqas li tiġi sodisfatta d-domanda, bi tnaqqis massimu ta’ 25% tan-nefqa annwali totali tal-programm nazzjonali.

3.   F’każijiet fejn japplikaw sew il-paragrafu (1) kif ukoll (2), it-tnaqqis massimu kumulattiv ma għandux jaqbeż 25% ta’ l-ispiża totali annwali tal-programm nazzjonali.

Artikolu 7

Stħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar

1.   Il-lista ta’ stħarriġ fuq il-baħar eliġibbli għall-assistenza finanzjarja Komunitarja, kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008, hija pprovduta fil-programm multi-annwali Komunitarju.

2.   Abbażi ta’ parir mill-STECF, il-Kummissjoni tista’ taġġorna l-lista msemmija fil-paragrafu 1 u tawtorizza lill-Istati Membri biex jagħmlu bidliet fit-tfassil ta’ l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar.

Artikolu 8

Amministrazzjoni tad-data primarja u metadata

1.   Id-databases kompjuterizzati mazzjonali msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 għandhom ikunu marbuta man-netwerk komputerizzat nazzjonali biex b'hekk ikun hemm skambju ta’ data u informazzjoni fost l-Istati Membri b’mod effiċenti fl-infiq.

2.   Kull Stat Membru għandu jkollu websajt ċentrali waħda li sservi ta’ punt ta’ depożitu għat-tagħrif kollu marbut mal-qafas tal-ġbir tad-data tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008. Il-websajt għandha tkun aċċessibbli għall-parteċipanti kollha involuti fil-programm nazzjonali tal-ġbir tad-data.

Artikolu 9

Segwiment tat-talbiet u t-trażmissjonijiet ta’ data

1.   Għall-iskop ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008, l-Istati Membri għandhom joħolqu database komputerizzata u jagħmlu disponibbli skond it-talba mill-Kummissjoni, it-tagħrif li jirrigwarda t-talbiet ta’ data li jkunu rċievu u r-risposti li jkunu taw.

2.   Id-database msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni dwar li ġej:

(a)

it-talbiet, id-data tat-talbiet, it-tip u l-għan tad-data mitluba, l-ispeċifikazzjoni ta’ l-utent finali;

(b)

it-tweġibiet, id-data tat-tweġibiet u t-tip ta’ data trażmessa.

Artikolu 10

Appoġġ għall-parir xjentifiku

1.   Sabiex ikunu żgurati livelli suffiċjenti ta’ għarfien espert, il-Komunità tista' tipprovdi l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipazzjoni ta’ l-esperti fil-laqgħat xjentifiċi rilevanti ta’ l-organizzazzjonijiet ta’ ġestjoni tas-sajd reġjonali li l-Komunità tkun parti kontraenti jew osservatur tagħhom, kif ukoll għall-korpi xjentifiċi internazzjonali responsabbli għall-għoti ta’ parir xjentifiku, kif imsemmi fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

2.   Sal-15 ta’ Diċembru ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-Istati Membri bil-lista ta’ laqgħat li tikkonsidra bħala eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju Komunitarju għall-parteċipazzjoni ta’ l-esperti għas-sena ta’ wara.

3.   L-appoġġ finanzjarju Komunitarju għall-parteċipazzjoni ta’ l-esperti f’kull laqgħa xjentifika għandu jkun limitat għal massimu ta’ żewġ esperti għal kull Stat Membru.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta' Frar 2008

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar kooperazzjoni bejn l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta’ l-Ewropa

(2008/578/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 308, flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 168/2007 tal-15 ta’ Frar 2007 li jistabbilixxi Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (1) jipprevedi li tkun stabbilita koperazzjoni mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta’ l-Ewropa.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar koperazzjoni bejn l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta’ l-Ewropa (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”).

(3)

Il-Ftehim għandu għaldaqstant jiġi ffirmat u approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar koperazzjoni bejn l-Aġenzija ta’ l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Kunsill ta’ l-Ewropa, kif previst mill-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 168/2007, huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Komunità li tintrabat minnu (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  ĠU L 53, 22.2.2007, p. 1.

(2)  Id-data tad-dħul tal-Ftehim tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


IL-KOMUNITÀ EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Komunità”,

minn naħa waħda,

u

L-KUNSILL TA' L-EWROPA,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħa “il-Partijiet”,

BILLI l-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea adotta, fil-15 ta' Frar 2007, ir-Regolament (KE) Nru 168/2007 li jistabbilixxi Aġenzija ta' l-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Aġenzija”);

BILLI l-għan ta' l-Aġenzija huwa li tipprovdi lill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji rilevanti tal-Komunità u ta' l-Istati Membri tagħha meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt Komunitarju, bl-assistenza u l-konsulenza relatati mad-drittijiet fundamentali sabiex tappoġġjahom meta jieħdu miżuri jew ifasslu strateġiji ta' azzjoni fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom sabiex jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali;

BILLI l-Aġenzija għandha tirriferi għad-drittijiet fundamentali meta tkun qed twettaq xogħolha skond it-tifsira ta' l-Artikolu 6 (2) tat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet u l-libertajiet garantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali ta' l-4 ta' Novembru 1950;

BILLI l-Kunsill ta' l-Ewropa akkwista esperjenza estensiva u kompetenza fil-kooperazzjoni intergovernattiva u attivitajiet ta' assistenza fil-qasam tad-drittijiet umani, u stabbilixxa wkoll diversi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u kontroll fuq id-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill ta' l-Ewropa;

BILLI fit-twettiq ta' l-attivitajiet tiegħu l-Aġenzija għandha tikkunsidra, fejn ikun xieraq, attivitajiet li diġà saru mill-Kunsill ta' l-Ewropa;

BILLI l-Aġenzija għandha tikkoordina l-attivitajiet tagħha ma' dawk tal- Kunsill ta' l-Ewropa, sabiex tevita xogħol doppju u sabiex tiżgura kumplimentarjetà u valur miżjud, partikolarment fir-rigward tal-Programm Annwali ta' Ħidma u ta' kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili;

BILLI għandhom jiġu stabbiliti rabtiet mill-qrib bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa konformement ma' l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007;

BILLI r-Rappreżentanti ta' l-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill Ewropew tas-16 u s-17 ta' Diċembru 2004 qablu li l-Aġenżija għandu jkollha rwol prinċipali sabiex ittejjeb il-koerenza u l-konsistenza tal-Politika ta' l-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

BILLI l-Linji Gwida dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea, adottati waqt it-Tielet Summit tal-Kunsill ta' l-Ewropa għall-Kapijiet ta' l-Istat u l-Gvern (Varsavja, 16-17 ta' Mejju 2005) jirriferu għall-Aġenzija bħala opportunità għal aktar kooperazzjoni mal-Kunsill ta' l-Ewropa u sabiex tikkontribwixxi għal aktar koerenza u iżjed komplementarjetà;

BILLI l-Memorandum ta' Ftehim bejn il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Unjoni Ewropea konkluż fit-23 ta' Mejju 2007 fih qafas ġenerali għall-kooperazzjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tisħaq fuq ir-rwol tal-Kunsill ta' l-Ewropa bħala l-istandard li miegħu jitkejlu d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u d-demokrazija fl-Ewropa;

BILLI, konformement mal-Memorandun ta' Ftehim, l-Aġenzija tirrispetta l-unità, il-validità u l-effikaċja ta' l-istrumenti użati mill-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex isir monitoraġġ tal-protezzjoni tad-drittjiet tal-bniedem fl-Istati Membri tagħha;

BILLI għandu jkun il-Kunsill ta' l-Ewropa li jaħtar persuna indipendenti sabiex isservi fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni ta' l-Aġenzija u fuq il-Bord Eżekuttiv,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

I.   Użu ta' termini

1.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:

(a)

it-terminu “il-kumitati intergovenattivi tal-Kunsill ta' l-Ewropa” għandu jfisser kull kumitat jew korp imwaqqaf mill-Kumitat tal-Ministri, jew bl-awtorizzazzjoni tiegħu, skond l-Artikolu 15 (a), 16 jew 17 ta' l-Istatut tal-Kunsill ta' l-Ewropa;

(b)

it-terminu “il-kumitati ta' monitoraġġ għad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa” għandu jfisser il-Kumitat Ewropew għad-Drittijiet Soċjali, il-Kumitat Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tortura u ta' Trattament jew Kastig Inuman jew Degradanti, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, il-Kumitat ta' l-Esperti dwar il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji, il-Kumitat Konsultattiv għall-Konvenzjoni Kwadru għall-Protezzjoni ta' Minoritajiet Nazzjonali u kull korp indipendenti ieħor bħal dawn li l-Kunsill ta' l-Ewropa jista' jwaqqaf fil-futur.

(ċ)

it-terminu “Aġenzija” għandu jfisser il-korpi msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007 fl-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom.

II.   Qafas ta' kooperazzjoni ġenerali

2.

Dan il-Ftehim jistabbilixxi qafas ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex jiġi evitat xogħol doppju u biex jiżgura kumplimentarjetà u valur miżjud.

3.

Għandhom jiġu stabbiliti kuntatti regolari bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa fil-livell xieraq. Id-Direttur ta' l-Aġenzija u s-Segreterjat tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jaħtru persuna ta' kuntatt kull wieħed sabiex speċifikament tieħu ħsieb materji relatati mal-kooperazzjoni ta' bejniethom.

4.

Bħala regola ġenerali, ir-rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jiġu mistiedna mill-Bord Eżekuttiv ta' l-Aġenzija sabiex jattendu bħala osservaturi għal-laqgħat tal-Bord ta' Amministrazzjoni. Dan ma għandux ikun estiż għal punti partikolari fuq l-aġenda li għalihom, minħabba n-natura interna tagħhom, tali preżenza f'dawn il-laqgħat ma tkunx ġustifikata. Dawn ir-rappreżentanti jistgħu ikunu mistiedna għal laqgħat oħra organizzati mill-Bord ta' Amministrazzjoni ta' l-Aġenzija, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007.

5.

Ir-rappreżentanti ta' l-Aġenzija għandhom jiġu mistiedna sabiex jattendu bħala osservaturi f'laqgħat ta' dawk il-kumitati intergovernattivi tal-Kunsill ta' l-Ewropa li fihom tkun uriet interess l-Aġenzija. Fuq stedina mill-kumitat rilevanti, ir-rappreżentanti ta' l-Aġenzija jistgħu jattendu bħala osservaturi għal laqgħat jew skambji ta' ideat organizzati mill-kumitati ta' monitoraġġ dwar id-dritttijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa jew minn kumitati mwaqqfa taħt ftehim parzjali. Ir-rappreżentanti ta' l-Aġenzija jistgħu jiġu wkoll mistiedna biex jieħdu sehem fi skambji ta' ideat organizzati mill-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill ta' l-Ewropa.

6.

Il-kooperazzjoni għandha tkopri wkoll il-firxa sħiħa ta' l-attivitajiet, kemm preżenti kif ukoll futuri, ta' l-Aġenzija.

III.   Skambju ta' informazzjoni u data

7.

Bla ħsara għar-regoli u l-protezzjoni tad-data li huma fis-seħħ għall-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa rispettivament, l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni u d-data miġbura waqt l-attivitajiet tagħhom, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni online. Informazzjoni u data hekk ipprovduta lil xulxin tista' tintuża mill-Aġenzija u mill-Kunsill ta' l-Ewropa fl-attivitajiet rispettivi tagħhom. Dawn id-dispożizzjonijiet m'humiex estiżi għal data kunfidenzjali prodotta u għal attivitajiet li jsiru.

8.

L-Aġenzija għandha tieħu kont debitu ta' sentenzi u deċiżjonijiet rilevanti tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fejn ikun xieraq tas-sejbiet, rapporti u attivitajiet tal-kumitati intergovernattivi u ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kunsill ta' l-Ewropa, kif ukoll ta' dawk tal-Kummissarju tal-Kunsill ta' l-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem.

9.

Kull meta l-Aġenzija tuża l-informazzjoni meħuda mis-sorsi tal-Kunsill ta' l-Ewropa, hi għandha tindika l-oriġini u referenza għalih. Il-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jipproċedi bl-istess mod meta juża' l-informazzjoni meħuda mis-sorsi ta' l-Aġenzija.

10.

L-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jassiguraw, permezz tan-networks tagħhom, l-iktar disseminazzjoni wiesgħa possibbli tar-riżultati ta' l-attivitajiet rispettivi tagħhom fuq bażi reċiproka.

11.

L-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jiżguraw skambji regolari ta' informazzjoni dwar attivitajiet proposti, mibdija jew kompluti.

IV.   Metodi ta' kooperazzjoni

12.

Għandhom jinżammu konsultazzjonijiet regolari bejn l-Aġenzija u s-Segretarjat tal-Kunsill ta' l-Ewropa, bil-għan li jiġu koordinati l-attivitajiet ta' l-Aġenzija, b'mod partikolari fit-twettiq ta' riċerka u stħarriġ xjentifiku kif ukoll fit-tfassil ta' konklużjonijiet, opinjonijiet u rapporti, ma' dawk tal-Kunsill ta' l-Ewropa sabiex tkun żgurata l-komplementarjetà u l-aħjar użu tar-riżorsi disponibbli.

13.

Dawn il-konsultazzjonijiet għandhom jikkonċernaw partikolarment:

(a)

il-preparazzjoni tal-Programm Annwali ta' Ħidma ta' l-Aġenzija;

(b)

il-preparazzjoni tar-Rapport Annwali ta' l-Aġenzija dwar kwistjonijiet ta' drittijiet fundamentali koperti mill-oqsma ta' attività ta' l-Aġenzija;

(ċ)

il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari l-assoċjazzjoni tal-Kunsill ta' l-Ewropa ma' l-istabbiliment u l-funzjonament tal-Pjattaforma għad-Drittijiet Fundamentali ta' l-Aġenzija.

14.

Abbażi ta' dawn il-konsultazzjonijiet, jista' jiġi miftiehem li l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa għandhom jagħmlu attivitajiet konġunti u/jew kumplimentari dwar suġġetti ta' interess komuni, bħall-organizzazzjoni ta' konferenzi jew workshops, il-ġbir u l-analiżi tad-data, jew it-twaqqif ta' sorsi jew prodotti kondiviżi ta' informazzjoni.

15.

Il-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa tista' tiġi promossa aktar permezz ta' għotjiet mogħtija mill-Aġenzija jew mill-Kunsill ta' l-Ewropa. Għandu jkun applikabbli l-Ftehim Qafas ta' l-2004 dwar l-Amministrazzjoni bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-klawsola fuq spezzjonijiet finanzjarji ta' operazzjonijiet amministrati mill-Kunsill ta' l-Ewropa u/jew ko-finanzjati mill-Komunità Ewropea.

16.

Jistgħu jsiru skambji temporanji tal-persunal bejn l-Aġenzija u l-Kunsill ta' l-Ewropa bi ftehim bejn is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa u d-Direttur ta' l-Aġenzija sa fejn jippermettu r-regolamenti relevanti tal-persunal li jkunu applikabbli.

V.   Ħatra mill-Kunsill ta' l-Ewropa ta' persuna indipendenti sabiex isservi fuq il-Bordijiet ta' Amministrazzjoni u Eżekuttivi ta' l-Aġenzija

17.

Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jaħtar persuna indipendenti sabiex isservi fuq bordijiet Eżekuttivi u ta' Amministrazzjoni ta' l-Aġenzija, flimkien ma' membru supplenti. Il-persuni maħtura mill-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jkollhom l-esperjenza meħtieġa fl-amministrazzjoni ta' organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku jew privat u konoxxenza tal-qasam tad-drittijiet fundamentali.

18.

Il-Kunsill ta' l-Ewropa għandu jinnotifika lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni Ewropea bil-ħatriet li jsiru.

19.

Il-persuna maħtura mill-Kunsill ta' l-Ewropa fuq il-Bord ta' Amministrazzjoni għandha tiġi mistiedna sabiex tipparteċipa fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv. L-opinjonijiet tiegħu għandhom ikunu kkunsidrati sew, speċjalment sabiex tkun żgurata l-komplementarjetà u l-valur miżjud bejn l-attivitajiet ta' l-Aġenzija u dawk tal-Kunsill ta' l-Ewropa. Huwa għandu jkollu dritt li jivvota fil-Bord Eżekuttiv fir-rigward tal-preparazzjonijiet tad-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Amministrazzjoni li dwarhom huwa jkun jista' jivvota skond l-Artikolu 12(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 168/2007.

VI.   Dispożizzjonijiet ġenerali u finali

20.

F'dan il-Ftehim xejn ma jista' jiġi interpretat li jżomm lill-Partijiet milli jwettqu l-attivitajiet rispettivi tagħhom.

21.

Dan il-Ftehim iħassar u jieħu post il-Ftehim ta' l-10 ta' Frar 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Kunsill ta' l-Ewropa bil-għan li jistabbilixxi, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1035/97 tat-2 ta' Ġunju 1997 li jwaqqaf Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tar-Razziżmu u l-Ksenofobija, kooperazzjoni mill-qrib bejn iċ-Ċentru u l-Kunsill ta' l-Ewropa.

22.

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ ma' l-iffirmar mir-rappreżentanti debitament awtorizzati tal-Partijiet.

23.

Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat b'kunsens reċiproku bejn il-Partijiet. Il-Partijiet għandhom jivvalutaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2013 bil-ħsieb li jekk ikun meħtieġ dan jiġi rivedut.

Съставено в Брюксел на осемнадесети юни две хиляди и осма година.

Hecho en Estrasburgo, el dieciocho de junio de dos mil ocho.

Ve Štrasburku dne osmnáctého června dva tisíce osm.

Udfærdiget i Strasbourg den attende juni to tusind og otte.

Geschehen zu Strassburg am achtzehnten Juni zweitausendacht.

Kahe tuhande kaheksanda aasta juunikuu kaheksateistkümnendal päeval Strasbourgis.

'Εγινε στo Στρασβoύργo, στις δέκα οκτώ Ιουνίου δύο χιλιάδες οκτώ.

Done at Strasbourg on the eighteenth day of June in the year two thousand and eight.

Fait à Strasbourg, le dix-huit juin deux mille huit.

Fatto a Strasburgo, addì diciotto giugno duemilaotto.

Strasbūrā, divtūkstoš astotā gada astoņpadsmitajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai aštuntų metų birželio aštuonioliktą dieną Strasbūre.

Kelt Strasbourgban, a kétezer-nyolcadik év június tizennyolcadik napján.

Magħmul fi Strasburgu, fit-tmintax-il jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u tmienja.

Gedaan te Straatsburg, de achttiende juni tweeduizend acht.

Sporządzono w Strasburgu dnia osiemnastego czerwca roku dwa tysiące ósmego.

Încheiat la Strasbourg, la optsprezece iunie două mii opt.

Feito em Estrasburgo, em dezoito de Junho de dois mil e oito.

V Štrasburgu dňa osemnásteho júna dvetisícosem.

V Strasbourgu, dne osemnajstega junija leta dva tisoč osem.

Tehty Strasbourgissa kahdeksantenatoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattakahdeksan.

Som skedde i Strasbourg den artonde juni tjugohundraåtta.

За Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

Az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

För Europeiska gemenskapen

Image

За Съвета на Европа

Por el Consejo de Europa

Za Radu Evropy

For Europarådet

Für den Europarat

Euroopa Nõukogu nimel

Για το Συμβούλιο της Ευρώπης

For the Council of Europe

Pour le Conseil de l'Europe

Per il Consiglio d'Europa

Eiropas Padomes vārdā

Europos Tarybos vardu

Az Európa Tanács részéről

Għall-Kunsill ta' l-Ewropa

Voor de Raad van Europa

W imieniu Rady Europy

Pelo Conselho da Europa

Pentru Consiliul Europei

Za Radu Európy

Za Svet Evrope

Euroopan neuvoston puolesta

För Europarådet

Image


15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta' Ġunju 2008

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007

(2008/579/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 133, flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè approva t-test tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 permezz tar-Riżoluzzjoni Nru 431 tat-28 ta’ Settembru 2007.

(2)

Il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 ġie nnegozjat biex jieħu post il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2008.

(3)

Il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 hu miftuħ biex jiġi ffirmat u jiġu ddepożitati l-istrumenti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni jew approvazzjoni sal-31 ta’ Awwissu 2008.

(4)

Il-Komunità hi membru tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 u għaldaqstant hu fl-interess tagħha li tapprova l-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 li jissostitwixxih,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007 hu b’dan approvat f’isem il-Komunità Ewropea.

It-test ta’ dan il-Ftehim hu meħmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill hu b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i mogħtija l-poter li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim u li tiddepożita/jiddepożitaw l-istrument ta’ approvazzjoni f’isem il-Komunità flimkien mad-dikjarazzjoni mehmuża miegħu sal-31 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 16 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


TRADUZZJONI

FTEHIM INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ 2007

WERREJ

Artikolu

Preambolu 15

KAPITOLU 1 –   GĦANIJIET

1.

Għanijiet 15

KAPITOLU II –   DEFINIZZJONIJIET

2.

Definizzjonijiet 16

KAPITOLU III –   IMPENNI ĠENERALI MILL-MEMBRI

3.

Impenni ġenerali mill-Membri 17

KAPITOLU IV –   SĦUBIJA

4.

Sħubija fl-Organizzazzjoni 17

5.

Sħubija fi grupp 17

KAPITOLU V –   L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

6.

Sede u struttura ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè 17

7.

Privileġġi u immunitajiet 17

KAPITOLU VI –   IL-KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

8.

Kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè 18

9.

Poteri u funzjonijiet tal-Kunsill 18

10.

President u Viċi-President tal-Kunsill 18

11.

Sessjonijiet tal-Kunsill 18

12.

Voti 19

13.

Proċedura tal-votazzjoni tal-Kunsill 19

14.

Deċiżjonijiet tal-Kunsill 19

15.

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn 19

16.

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi 20

KAPITOLU VII –   ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV U L-PERSUNAL

17.

Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal 20

KAPITOLU VIII –   FINANZI U AMMINISTRAZZJONI

18.

Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni 20

19.

Finanzi 20

20.

Determinazzjoni tal-Baġit Amministrattiv u valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet 20

21.

Ħlas tal-kontribuzzjonijiet 21

22.

Passiv 21

23.

Verifika u pubblikazzjoni tal-kotba 21

KAPITOLU IX –   PROMOZZJONI U ŻVILUPP TAS-SUQ

24.

Tneħħija ta’ l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum 21

25.

Promozzjoni u żvilupp tas-suq 22

26.

Miżuri relatati mal-kafè pproċessat 22

27.

Taħlitiet u sostituti 22

KAPITOLU X –   ATTIVITAJIET TA’ PROĠETTI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI

28.

Żvilupp u ffinanzjar tal-proġetti 22

KAPITOLU XI –   IS-SETTUR PRIVAT TAL-KAFÈ

29.

Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat 22

30.

Il-Konferenza Dinjija tal-Kafè 23

31.

Il-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè 23

KAPITOLU XII –   INFORMAZZJONI STATISTIKA, STUDJI U STĦARRIĠ

32.

Informazzjoni statistika 23

33.

Ċertifikati ta’ l-Oriġini 24

34.

Studji, stħarriġ u rapporti 24

KAPITOLU XIII –   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

35.

Preparazzjonijiet għal Ftehim ġdid 24

36.

Settur sostenibbli tal-kafè 25

37.

Standard ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet ta’ xogħol 25

KAPITOLU XIV –   KONSULTAZZJONIJIET, TILWIMIET U LMENTI

38.

Konsultazzjonijiet 25

39.

Tilwimiet u lmenti 25

KAPITOLU XV –   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

40.

Firma u ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni 25

41.

Applikazzjoni provviżorja 25

42.

Dħul fis-seħħ 25

43.

Adeżjoni 26

44.

Riżervi 26

45.

Rtirar volontarju 26

46.

Esklużjoni 26

47.

Ħlas tal-kontijiet mal-Membri li jirtiraw jew li huma esklużi 26

48.

Dewmien, estensjoni u terminazzjoni 26

49.

Emenda 27

50.

Dispożizzjoni supplementarja u tranżitorja 27

51.

Testijiet awtentiċi tal-Ftehim 27

ANNESS

Fatturi tal-konverżjoni għall-kafè inkaljat, dekafeinat, likwidu u solubbli kif definit fil-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 28

FTEHIM INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ 2007

PREAMBOLU

IL-GVERNIJIET LI HUMA PARTI GĦAL DAN IL-FTEHIM,

Filwaqt li jagħrfu l-importanza eċċezzjonali tal-kafè għall-ekonomiji ta’ pajjiżi li huma għall-parti l-kbira dipendenti fuq dan il-prodott bażiku għall-qliegħ mill-esportazzjoni u għall-kisba ta’ l-għanijiet soċjali u ta’ żvilupp ekonomiku tagħhom;

Filwaqt li jagħrfu l-importanza tas-settur tal-kafè għall-għajxien ta’ miljuni ta’ nies, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u filwaqt li jiftakru li f’bosta minn dawn il-pajjiżi l-produzzjoni hija fuq irziezet tal-familji fuq skala żgħira;

Filwaqt li jagħrfu l-kontribuzzjoni ta’ settur sostenibbli tal-kafè għall-kisba ta’ għanijiet ta’ żvilupp miftiehma internazzjonalment, inklużi l-Għanijiet ta’ l-Iżvilupp tal-Millenju (MDGs), b’mod partikolari fir-rigward ta’ l-eradikazzjoni tal-faqar;

Filwaqt li jagħrfu l-ħtieġa li jiġi inkoraġġut l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tal-kafè, li jwassal għal impjiegi u dħul aħjar, u għal standards ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba fil-pajjiżi Membri;

Filwaqt li jqisu li l-kooperazzjoni internazzjonali mill-qrib dwar kwistjonijiet tal-kafè, inkluż il-kummerċ internazzjonali, tista’ tinkoraġġixxi settur tal-kafè globali ekonomikament diversifikat, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi li jipproduċuh, l-iżvilupp tal-produzzjoni tal-kafè u l-konsum, u relazzjonijiet imtejba bejn il-pajjiżi li jesportaw il-kafè u dawk li jimportawh;

Filwaqt li jqisu li l-kollaborazzjoni bejn il-Membri, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, is-settur privat u l-partijiet interessati l-oħrajn kollha tista’ tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-settur tal-kafè;

Filwaqt li jagħrfu li l-aċċess akbar għall-informazzjoni dwar il-kafè u strateġiji ta’ l-immaniġġjar tar-riskju bbażati fis-suq jistgħu jgħinu biex jiġu evitati l-iżbilanċi fil-produzzjoni u l-konsum tal-kafè li jistgħu jwasslu għal volatilità distinta tas-suq li tista’ tagħmel il-ħsara kemm lill-produtturi kif ukoll lill-konsumaturi; u

Filwaqt li jinnutaw il-vantaġġi derivati mill-kooperazzjoni internazzjonali li rriżultat mill-ħidma ta’ l-Istrumenti ta’ ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1962, 1968, 1976, 1983, 1994 u 2001,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

KAPITOLU I

GĦANIJIET

Artikolu 1

Għanijiet

L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li jsaħħaħ is-settur globali tal-kafè u jippromwovi l-espansjoni sostenibbli f’ambjent ibbażat fuq is-suq għat-titjib tal-parteċipanti kollha fis-settur, billi:

(1)

tiġi promossa l-kooperazzjoni internazzjonali dwar kwistjonijiet tal-kafè;

(2)

jitwaqqaf forum għall-konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet tal-kafè fost il-gvernijiet, u mas-settur privat;

(3)

il-membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw settur sostenibbli tal-kafè f’termini ekonomiċi, soċjali u ambjentali;

(4)

jiġi pprovdut forum għal konsultazzjonijiet li jfittxu fehim fir-rigward ta’ kundizzjonijiet strutturali fis-swieq internazzjonali u tendenzi fiż-żmien twil fil-produzzjoni u l-konsum li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda, u li jirriżultaw fi prezzijiet li huma ġusti kemm għall-konsumaturi kif ukoll għall-produtturi;

(5)

tiġi ffaċilitata l-espansjoni u t-trasparenza tal-kummerċ internazzjonali fit-tipi u l-forom kollha tal-kafè, u l-promozzjoni ta’ l-eliminazzjoni ta’ l-ostakoli għall-kummerċ;

(6)

tinġabar, tixxerred u tiġi ppubblikata informazzjoni ekonomika, teknika u xjentifika, statistika u studji kif ukoll ir-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fi kwistjonijiet tal-kafè;

(7)

jiġi promoss l-iżvilupp tal-konsum u s-swieq għat-tipi u l-forom kollha tal-kafè, inkluż fil-pajjiżi li jipproduċu l-kafè;

(8)

jiġi żviluppat, jiġi vvalutat u jiġu mfittxija l-finanzi għal proġetti li jibbenefikaw lill-Membri u lill-ekonomija dinjija tal-kafè;

(9)

tkun promossa l-kwalità tal-kafè bl-għan li jitjieb is-sodisfazzjon tal-konsumatur u l-benefiċċji għall-produtturi;

(10)

il-Membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw proċeduri xierqa dwar is-sigurtà ta’ l-ikel fis-settur tal-kafè;

(11)

ikunu promossi programmi ta’ taħriġ u informazzjoni mfassla biex jiġi assistit it-trasferiment lill-Membri tat-teknoloġija rilevanti għall-kafè;

(12)

il-membri jiġu mħeġġa jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji biex itejbu l-kapaċità tal-komunitajiet lokali u l-bdiewa fuq skala żgħira li jibbenefikaw mill-produzzjoni tal-kafè, li tista’ tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-faqar; u

(13)

tkun iffaċilitata d-disponibbiltà ta’ l-informazzjoni dwar għodda u servizzi finanzjarji li jistgħu jgħinu lill-produtturi tal-kafè, inkluż aċċess għall-kreditu u metodi ta’ l-immaniġġjar tar-riskju.

KAPITOLU II

DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ dan il-Ftehim:

(1)

Kafè tfisser iż-żerriegħa u ċ-ċirasa tas-siġra tal-kafè, kemm jekk parċmina, ħodor jew inkaljata, u tinkludi kafè mitħun, dekafeinat, likwidu u solubbli. Il-Kunsill għandu, mill-aktar fis possibbli wara li jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim, u mill-ġdid f’intervalli ta’ tliet snin, jirrevedi l-fatturi ta’ konverżjoni għat-tipi ta’ kafè elenkati fis-subparagrafi (d), (e), (f) u (g) hawn taħt. Wara dan l-istħarriġ il-Kunsill għandu jiddetermina u jippubblika fatturi xierqa tal-konverżjoni. Qabel l-istħarriġ inizjali, u jekk il-Kunsill ma jkunx jista’ jilħaq deċiżjoni dwar din il-kwistjoni, il-fatturi tal-konverżjoni għandhom ikunu dawk użati fil-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001, li huma elenkati fl-Anness ta’ dan il-Ftehim. Soġġett għal dawn id-dispożizzjonijiet, it-termini elenkati hawn taħt għandu jkollhom it-tifsira li ġejja:

(a)

kafè aħdar tfisser il-kafè kollu fil-forma taż-żerriegħa għerja qabel ma tinxtewa;

(b)

ċirasa tal-kafè mnixxfa tfisser il-frotta mnixxfa tas-siġra tal-kafè; biex issib l-ekwivalenti taċ-ċirasa tal-kafè mnixxfa għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett taċ-ċirasa tal-kafè mnixxfa b’0.50;

(ċ)

kafè parċmina tfisser iż-żerriegħa ħadra li tinsab fil-ġilda tal-parċmina; biex issib l-ekwivalenti tal-kafè parċmina għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè parċmina b’0.80;

(d)

kafè inkaljat tfisser kafè aħdar inkaljat għal kwalunkwe grad u jinkludi l-kafè mitħun;

(e)

kafè dekafeinat tfisser kafè aħdar, inkaljat jew solubbli li minnu tneħħiet il-kafeina;

(f)

kafè likwidu tfisser is-solidi solubbli fl-ilma dderivati mill-kafè mitħun u mqiegħda f’forma likwida;

(ġ)

kafè solubbli tfisser is-solidi mnixxfa solubbli fl-ilma dderivati mill-kafè inkaljat.

(2)

Borża tfisser 60 kilogramma jew 132,276 libbra ta’ kafè aħdar; tunnellata tfisser massa ta’ 1 000 kilogramma jew 2 204,6 libbra; u libbra tfisser 453,597 gramma.

(3)

Sena tal-kafè tfisser il-perjodu ta’ sena, mill-1 ta’ Ottubru sat-30 ta’ Settembru.

(4)

Organizzazzjoni u Kunsill ifissru, rispettivament, l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè u l-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè.

(5)

Parti Kontraenti tfisser Gvern, il-Komunità Ewropea, jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattivi msemmija fl-Artikolu 4(3) li ddepożita(t) strument ta’ ratifika, aċċettazzjoni, approvazzjoni jew notifika ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 40, 41 u 42 jew li aderixxa/iet għalih skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 43.

(6)

Membru tfisser Parti Kontraenti.

(7)

Membru li jesporta jew pajjiż li jesporta tfisser Membru jew pajjiż, rispettivament, li huwa esportatur nett tal-kafè; jiġifieri Membru jew pajjiż li l-esportazzjoni tiegħu teċċedi l-importazzjoni.

(8)

Membru li jimporta jew pajjiż li jimporta tfisser Membru jew pajjiż, rispettivament, li huwa importatur nett tal-kafè; jiġifieri Membru jew pajjiż li l-importazzjoni tiegħu teċċedi l-esportazzjoni.

(9)

Vot tal-maġġoranza distribwit tfisser vot li jeħtieġ 70 % jew aktar mill-voti tal-Membri li jivvotaw, li huma preżenti u li qed jivvotaw u 70 % jew aktar tal-voti tal-Membri li jimportaw, li huma preżenti u li qed jivvotaw, magħduda separatament.

(10)

Depożżitarju tfisser l-organizzazzjoni intergovernattiva jew Parti Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 indikat mid-deċiżżjoni tal-Kunsill taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001, li għandha tittieħed b’kunsens ġenerali qabel l-31 ta’ Jannar 2008. Din id-deċiżjoni għandha tifforma parti integrali minn dan il-Ftehim.

KAPITOLU III

IMPENNI ĠENERALI MILL-MEMBRI

Artikolu 3

Impenni ġenerali mill-Membri

1.   Il-Membri jintrabtu li jadottaw dawk il-miżuri meħtieġa biex ikunu jistgħu jwettqu l-obbligi tagħhom taħt dan il-Ftehim u jikkooperaw għal kollox ma’ xulxin biex jiżguraw il-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim; b’mod partikolari, il-Membri jintrabtu li jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiffaċilitaw il-ħidma ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Membri jagħrfu li ċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini huma għejun importanti ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ tal-kafè. Il-Membri li Jesportaw, għalhekk, jassumu r-responsabblità biex jiżguraw il-ħruġ u l-użu xierqa taċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini skond ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill.

3.   Il-Membri jagħrfu wkoll li l-informazzjoni dwar l-esportazzjonijiet mill-ġdid hija wkoll importanti għall-analiżi xierqa ta’ l-ekonomija dinjija tal-kafè. Għalhekk il-Membri li jimportaw jintrabtu li jipprovdu informazzjoni regolari u preċiża dwar l-esportazzjonijiet mill-ġdid, fil-forma u fil-mod iddeterminat mill-Kunsill.

KAPITOLU IV

SĦUBIJA

Artikolu 4

Sħubija fl-Organizzazzjoni

1.   Kull Parti Kontraenti għandha tikkostitwixxi Membru uniku ta’ l-Organizzazzjoni.

2.   Membru jista’ jibdel il-kategorija ta’ l-isħubija tiegħu f’dawk il-kundizzjonijiet li jista’ jiftiehem il-Kunsill.

3.   Kwalunkwe referenza f’dan il-Ftehim għal Gvern ghandha tinftiehem li tinkludi lill-Komunità Ewropea u lil kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva li għandha l-kompetenza esklussiva fir-rigward tan-negozjar, il-konklużjoni u l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 5

Sħubija fi grupp

Żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar jistgħu, b’notifika xierqa lill-Kunsill u lid-Depożitarju, li tidħol fis-seħħ minn data li għandha tiġi speċifikata mill-Partijiet Kontraenti kkonċernati, u fuq kundizzjonijiet li jaqbel magħhom il-Kunsill, jiddikjaraw li qed jieħdu sehem fl-Organizzazzjoni bħala grupp ta’ Membri.

KAPITOLU V

L-ORGANIZZAZZJONI INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

Artikolu 6

Sede u struttura ta’ l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè

1.   L-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kafè stabbilita skond il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 1962 għandha tkompli teżisti biex tamministra d-dispożizzjonijiet u tissorvelja l-operat ta’ dan il-Ftehim.

2.   Is-sede ta’ l-Organizzazzjoni għandu jkun f’Londra kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

3.   L-ogħla awtorità ta’ l-Organizzazzjoni għandha tkun il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè. Il-Kunsill għandu jkun assistit kif xieraq mill-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni, il-Kumitat tal-Promozzjoni u l-Iżvilupp tas-Suq u l-Kumitat dwar il-Proġetti. Il-Kunsill għandu wkoll jingħata pariri mill-Bord Konsultattiv dwar is-Settur Privat, il-Konferenza Dinjija tal-Kafè u l-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet

1.   L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità ġuridika. Din għandha b’mod partikolari jkollha l-kapaċità li tikkuntratta, takkwista u tiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u li tressaq proċeduri legali.

2.   L-istat, il-privileġġi u l-immuntiajiet ta’ l-Organizzazzjoni, tad-Direttur Eżekuttiv tagħha, il-persunal u l-esperti tagħha, u tar-rappreżentanti tal-Membri meta jinsabu fit-territorju tal-pajjiż li jospita għall-iskopijiet ta’ l-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu rregolati minn Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali konkluż bejn il-Gvern li jospita u l-Organizzazzjoni.

3.   Il-Ftehim tal-Kwartieri Ġenerali msemmi fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu għandu jkun indipendenti minn dan il-Ftehim. Iżda dan għandu jintemm:

(a)

bi ftehim bejn il-Gvern li jospita u l-Organizzazzjoni;

(b)

fil-każ li l-kwartieri ta’ l-Organizzazzjoni jiċċaqalqu mit-territorju tal-Gvern li jospita; jew

(ċ)

fil-każ li l-Organizzazzjoni tieqaf teżisti.

4.   L-Organizzazzjoni tista’ tikkonkludi ma’ Membru wieħed jew aktar strumenti ta’ ftehim li għandhom jiġu approvati mill-Kunsill dwar dawk il-privileġġi u immunitajiet li jistgħu jkunu neċessarji għat-tħaddim tajjeb ta’ dan il-Ftehim.

5.   Il-Gvernijiet tal-pajjiżi Membri minbarra l-Gvern li jospita għandhom jagħtu lill-Organizzazzjoni l-istess faċilitajiet fir-rigward ta’ restrizzjonijiet dwar munita jew skambju, żamma tal-kontijiet fil-bank, u trasferiment ta’ flus, kif jingħataw lill-aġenziji speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti.

KAPITOLU VI

IL-KUNSILL INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ

Artikolu 8

Kompożizzjoni tal-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè

1.   Il-Kunsill Internazzjonali tal-Kafè għandu jikkonsisti mill-Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni.

2.   Kull Membru għandu jaħtar rappreżentant wieħed fuq il-Kunsill u, jekk jixtieq, sostitut wieħed jew aktar. Membru jista’ wkoll jaħtar konsulent wieħed jew aktar għar-rappreżentant jew sostituti tiegħu.

Artikolu 9

Poteri u funzjonijiet tal-Kunsill

1.   Il-poteri kollha speċifikament mogħtija minn dan il-Ftehim għandhom ikunu vestiti fil-Kunsill, li għandu jwettaq il-funzjonijiet neċessarji biex iwettaq id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Kunsill jista’ jistabbilixxi u jxolji Kumitati u korpi sussidjarji, kif xieraq, barra minn dawk provduti fl-Artikolu 6(3).

3.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi dawk ir-regoli u r-regolamenti, inklużi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess u r-regolamenti finanzjarji u tal-persunal ta’ l-Organizzazzjoni, li huma meħtieġa biex jitwettqu d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u li huma konsistenti miegħu. Il-Kunsill jista’, fir-regoli tal-proċedura tiegħu, jipprovdi l-mezzi li bihom jista’, mingħajr ma jiltaqa’, jiddeċiedi kwistjonijiet speċifiċi.

4.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi fuq bażi regolari pjan ta’ azzjoni strateġiku biex jiggwida xogħlu u jidentifika l-prijoritajiet, inklużi l-prijoritajiet għall-attivitajiet ta’ proġetti mibdija skond l-Artikolu 28 u studji, stħarriġ u rapporti mibdija skond l-Artikolu 34. Il-prijoritajiet identifikati fil-pjan ta’ azzjoni għandhom ikunu riflessi fil-programmi ta’ ħidma annwali approvati mill-Kunsill.

5.   Il-Kunsill għandu wkoll iżomm ir-rekords meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu skond dan il-Ftehim u rekords oħrajn li jqis li huma mixtieqa.

Artikolu 10

President u Viċi-President tal-Kunsill

1.   Il-Kunsill għandu jeleġġi, għal kull sena tal-kafè, President u Viċi-President li m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni.

2.   Il-President għandu jiġi elett jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri li jesportaw jew minn fost ir-rappreżentanti tal-Membri li jimportaw, u l-Viċi-President għandu jiġi elett minn fost ir-rappreżentanti tal-kategorija l-oħra ta’ Membru. Dawn il-pożizzjonijiet għandhom jalternaw kull sena tal-kafè bejn iż-żewġ kategoriji ta’ Membru.

3.   La l-President u lanqas il-Viċi-President li jaġixxi bħala President m’għandu jkollhom id-dritt li jivvotaw. Is-sostitut tiegħu jew tagħha għandu f’dan il-każ jeżerċita d-dritt tal-votazzjoni tal-Membru.

Artikolu 11

Sessjonijiet tal-Kunsill

1.   Il-Kunsill għandu jagħmel żewġ sessjonijiet regolari fis-sena u, jekk jiddeċiedi, sessjonijiet speċjali. Jista’ jagħmel sessjonijiet speċjali fuq talba ta’ kwalunkwe għaxar Membri. L-avviż dwar is-sessjonijiet għandu jingħata mill-inqas 30 jum minn qabel ħlief fil-każijiet ta’ emerġenza meta dan l-avviż għandu jingħata mill-inqas għaxart ijiem minn qabel.

2.   Is-sessjonijiet għandhom isiru fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor. Jekk Membru jistieden lill-Kunsill jiltaqa’ fit-territorju tiegħu, u l-Kunsill jaqbel, l-ispejjeż addizzjonali involuti għall-Organizzazzjoni li jkunu akbar minn dawk magħmula meta s-sessjoni ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-Membru.

3.   Il-Kunsill jista’ jistieden lil kwalunkwe pajjiż mhux membru jew kwalunkwe mill-organizzazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 15 u 16 jattendu kwalunkwe mis-sessjonijiet tiegħu bħala osservatur. F’kull sessjoni, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi dwar l-ammissjoni ta’ l-osservaturi.

4.   Il-kworum meħtieġ biex sessjoni tal-Kunsill tieħu d-deċiżjonijiet għandu jkun il-preżenza ta’ aktar min-nofs in-numru ta’ Membri li jesportaw u li jimportaw li jirrappreżentaw rispettivament mill-inqas żewġ terzi tal-voti għal kull kategorija. Jekk mal-ftuħ ta’ sessjoni tal-Kunsill jew ta’ kwalunkwe laqgħa plenarja ma jkun hemm ebda kworum, il-President għandu jipposponi l-ftuħ tas-sessjoni jew tal-laqgħa plenarja għal mill-inqas sagħtejn. Jekk xorta ma jkunx għad hemm kworum fil-ħin il-ġdid stabbilit, il-President jista’ jerġa’ jipposponi l-ftuħ tas-sessjoni jew laqgħa plenarja għal mill-inqas sagħtejn oħra. Jekk fl-aħħar ta’ dan il-posponiment il-ġdid ma jkunx għad hemm kworum, il-kwistjoni li dwarha huma meħtieġa d-deċiżjonijiet għandha tkun differita għas-sessjoni li jmiss tal-Kunsill.

Artikolu 12

Voti

1.   Il-Membri li jesportaw għandhom flimkien ikollhom 1 000 vot u l-Membri li jimportaw għandhom flimkien ikollhom 1 000 vot, imqassma f’kull kategorija ta’ Membru – jiġifieri l-Membri li jesportaw u dawk li jimportaw, rispettivament – kif provdut fil-paragrafi li ġejjin ta’ dan l-Artikolu.

2.   Kull Membru għandu jkollu ħames voti bażiċi.

3.   Il-bqija tal-voti tal-Membri li jesportaw għandhom jitqassmu fost dawk il-Membri bi proporzjon tal-medja tal-volum ta’ l-esportazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kafè lid-destinazzjonijiet kollha fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

4.   Il-bqija tal-voti tal-Membri li jimportaw għandhom jitqassmu fost dawk il-Membri bi proporzjon tal-medja tal-volum ta’ l-importazzjonijiet rispettivi tagħhom tal-kafè kollha fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

5.   Il-Komunità Ewropea jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva kif definita fl-Artikolu 4(3) għandu jkollha voti daqs Membru wieħed; għandu jkollha ħames voti bażiċi u voti addizzjonali bi proporzjon għall-volum medju ta’ importazzjonijiet jew esportazzjonijiet tal-kafè tagħhom, fl-erba’ snin tal-kalendarju ta’ qabel.

6.   Id-distribuzzjoni tal-voti għandha tkun iddeterminata mill-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu fil-bidu ta’ kull sena tal-kafè u għandha tibqa’ fis-seħħ tul dik is-sena, ħlief kif provdut fil-paragrafu (7) ta’ dan l-Artikolu.

7.   Il-Kunsill għandu jipprovdi għad-distribuzzjoni mill-ġdid tal-voti skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu kull meta jkun hemm tibdil fl-isħubija ta’ l-Organizzazzjoni jew jekk id-drittijiet tal-votazzjoni ta’ Membru jkunu sospiżi jew miksuba mill-ġdid skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 21.

8.   L-ebda Membru m’għandu jkollu żewġ terzi jew aktar mill-voti fil-kategorija tiegħu.

9.   M’għandu jkun hemm ebda voti frazzjonali.

Artikolu 13

Proċedura tal-votazzjoni tal-Kunsill

1.   Kull Membru għandu jkun intitolat li jitfa’ n-numru ta’ voti li għandu u m’għandux ikun intitolat jaqsam il-voti tiegħu. Iżda, Membru jista’ jitfa’ b’mod differenti kwalunkwe vot li għandu skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu.

2.   Kwalunkwe Membru li jesporta jista’ jawtorizza bil-miktub lil kwalunkwe Membru ieħor li jesporta u kwalunkwe Membru li jimporta jista’ jawtorizza bil-miktub lil kwalunkwe Membru ieħor li jimporta, biex jirrappreżenta l-interessi tiegħu u jeżerċita d-dritt tiegħu li jivvota fi kwalunkwe laqgħa jew laqgħat tal-Kunsill.

Artikolu 14

Deċiżjonijiet tal-Kunsill

1.   Il-Kunsill għandu jipprova jieħu d-deċiżjonijiet kollha u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet kollha b’kunsens ġenerali. Jekk ma jistax jintlaħaq il-kunsens ġenerali, il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet b’vot ta’ maġġoranza distribwita ta’ 70 % jew aktar tal-Membri li jesportaw, li huma preżenti u li jivvotaw, u 70 % jew aktar tal-Membri li jimportaw, li huma preżenti u li jivvotaw, magħduda separatament.

2.   Din il-proċedura għandha tgħodd fir-rigward ta’ kwalunkwe deċiżjoni mill-Kunsill meħuda b’vot ta’ maġġoranza distribwita:

(a)

jekk ma jinkisibx vot ta’ maġġoranza distribwita minħabba l-vot negattiv ta’ tliet pajjiżi li jesportaw jew inqas, jew tliet pajjiżi li jimportaw jew inqas, il-proposta għandha, jekk il-Kunsill jiddeċiedi b’maġġoranza tal-Membri preżenti, terġa’ titressaq għall-votazzjoni fi żmien 48 siegħa; u

(b)

jekk jerġa’ ma jinkisibx vot ta’ maġġoranza distribwita, il-proposta għandha titqies mhux approvata.

3.   Il-Membri jintrabtu li jaċċettaw bħala vinkolanti d-deċiżjonijiet kollha tal-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 15

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn

1.   Il-Kunsill jista’ jagħmel arranġamenti għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni man-Nazzjonijiet Uniti u l-aġenziji speċjalizzati tagħha; ma’ organizzazzjiet intergovernattivi oħrajn xierqa; u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti. Huwa għandu jieħu vantaġġ sħiħ mill-faċilitajiet tal-Fond Komuni għall-Prodotti Bażiċi u għejun oħrajn ta’ Finanzjament. Dawn l-arranġamenti jistgħu jinkludu arranġamenti finanzjarji li l-Kunsill iqis xierqa biex jikseb l-għanijiet tal-Ftehim. Madankollu, fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe proġett skond dawn l-arranġamenti, l-Organizzazzjoni m’għandhiex tidħol f’obbligi finanzjarji għall-garanziji mogħtija minn Membri individwali jew entitajiet oħrajn. Ebda Membru ma għandu jkun responsabbli minħabba l-isħubija tiegħu fl-Organizzazzjoni għal xi responsabblità li tirriżulta mit-teħid jew mill-għoti ta’ self minn Membru ieħor jew entità oħrajn b’konnessjoni ma’ dawn il-proġetti.

2.   Fejn possibbli, l-Organizzazzjoni tista’ wkoll tiġbor mill-Membri, non-Membri u minn aġenziji donaturi u oħrajn, informazzjoni dwar il-proġetti u l-programmi ta’ l-iżvilupp li jiffokaw fuq is-settur tal-kafè. Fejn xieraq, u bi ftehim mal-partijiet ikkonċernati, l-Organizzazzjoni tista’ tagħmel din l-informazzjoni disponibbli għal dawn l-organizzazjonijiet l-oħrajn kif ukoll għall-Membri.

Artikolu 16

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi

Fit-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim, l-Organizzazzjoni tista’, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 15, 29, 30 u 31, tistabbilixxi u ssaħħaħ attivitajiet kooperattivi ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi xierqa li għandhom għarfien espert f’aspetti rilevanti tas-settur tal-kafè u ma’ esperti oħrajn fi kwistjonijiet tal-kafè.

KAPITOLU VII

ID-DIRETTUR EŻEKUTTIV U L-PERSUNAL

Artikolu 17

Id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal

1.   Il-Kunsill għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv. It-termini tal-ħatra tad-Direttur Eżekuttiv għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill u għandhom ikunu paragunabbli ma’ dawk li jgħoddu għall-uffiċjali korrispondenti ta’ organizzazzjonijiet simili intergovernattivi.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun l-uffiċjal amministrattiv ewlieni ta’ l-Organizzazzjoni u għandu jkun responsabbli għat-twettiq ta’ kwalunkwe dmir li jaqa’ fuqu fl-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jaħtar lill-persunal ta’ l-Organizzazzjoni skond ir-regolamenti stabbiliti mill-Kunsill.

4.   La d-Direttur Eżekuttiv u lanqas xi membru tal-persunal ma għandu jkollu xi interess finanzjarju fl-industrija tal-kafè, fil-kummerċ tal-kafè jew fit-trasport tal-kafè.

5.   Fit-twettiq ta’ dmirijiethom, id-Direttur Eżekuttiv u l-persunal m’għandhomx jitolbu jew jirċievu istruzzjonijiet minn xi Membru jew minn xi awtorità oħra li hija esterna għall-Organizzazzjoni. Għandhom jiddeżistu minn kwalunkwe azzjoni li tista’ tirrifletti fuq il-pożizzjoni tagħhom bħala uffiċjali responsabbli biss lejn l-Organizzazzjoni. Kull Membru jintrabat li jirrispetta l-karattru internazzjonali esklussiv tar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv u tal-persunal u mhux li jinfluwenzahom fit-twettiq tar-responsabbiltajiet tagħhom.

KAPITOLU VIII

FINANZI U AMMINISTRAZZJONI

Artikolu 18

Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni

Għandu jiġi stabbilit Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu. Dan il-Kumitat għandu jkun responsabbli li jissorvelja l-Baġit Amministrattiv li għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill għall-approvazzjoni, u li jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor li l-Kunsill jassenjalu li għandha tinkludi l-monitoraġġ tad-dħul u ta’ l-infiq u kwistjonijiet dwar l-amministrazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni. Il-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni għandu jirrapporta dwar il-proċedimenti tiegħu lill-Kunsill.

Artikolu 19

Finanzi

1.   L-ispejjeż tad-delegazzjonijiet lill-Kunsill u r-rappreżentanti ta’ kwalunkwe mill-kumitati tal-Kunsill għandhom jitħallsu mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom.

2.   L-ispejjeż l-oħrajn meħtieġa ghall-amministrazzjoni ta’ dan il-Ftehim għandhom jitħallsu minn kontribuzzjonijiet annwali mill-Membri vvalutati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20, flimkien ma’ dħul minn bejgħ ta’ servizzi speċifiċi lill-Membri u l-bejgħ ta’ informazzjoni u studji ġenerati skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli 32 u 34.

3.   Is-sena finanzjarja ta’ l-Organizzazzjoni għandha tkun l-istess bħas-sena tal-kafè.

Artikolu 20

Determinazzjoni tal-Baġit Amministrattiv u valutazzjoni tal-kontribuzzjonijiet

1.   Matul it-tieni nofs ta’ kull sena finanzjarja, il-Kunsill għandu japprova l-Baġit Amministrattiv ta’ l-Organizzazzjoni għas-sena finanzjarja ta’ wara u għandu jivvaluta l-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għal dak il-Baġit. Għandu jiġi ppreparat abbozz ta’ Baġit Amministrattiv mid-Direttur Eżekuttiv taħt is-superviżjoni tal-Kumitat tal-Finanzi u l-Amministrazzjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18.

2.   Il-kontribuzzjoni ta’ kull Membru għall-Baġit Amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandha tkun skond il-proporzjon li jkollu l-għadd tal-voti tiegħu meta l-Baġit Amministrattiv għal dik is-sena finanzjarja jkun approvat mill-voti totali tal-Membri. Madankollu, jekk ikun hemm xi tibdil fid-distribuzzjoni tal-voti fost il-Membri skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 12(6) fil-bidu tas-sena finanzjarja li għaliha huma vvalutati l-kontribuzzjonijiet, dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jiġu aġġustati b’mod korrispondenti għal dik is-sena. Fid-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet, il-voti ta’ kull Membru għandhom jiġu kkalkolati mingħajr konsiderazzjoni għas-sospensjoni tad-drittijiet tal-votazzjoni ta’ kwalunkwe Membru jew għal kwalunkwe distribuzzjoni mill-ġdid tal-voti li tirriżulta minn dan.

3.   Il-kontribuzzjoni inizjali ta’ kwalunkwe Membru li jissieħeb fl-Organizzazzjoni wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim kif provdut fl-Artikolu 42 għandha tiġi vvalutata mill-Kunsill fuq bażi ta’ l-għadd ta’ voti li għandu jkollu u l-perjodu li fadal mis-sena finanzjarja kurrenti, iżda l-valutazzjonijiet magħmula fuq Membri oħrajn għas-sena finanzjarja kurrenti m’għandhomx jinbidlu.

Artikolu 21

Ħlas tal-kontribuzzjonijiet

1.   Il-kontribuzzjonijiet għall-Baġit Amministrattiv għal kull sena finanzjarja għandhom ikunu pagabbli f’munita liberament konvertibbli u għandhom isiru dovuti fl-ewwel jum ta’ dik is-sena finanzjarja.

2.   Jekk xi Membru jonqos li jħallas il-kontribuzzjoni sħiħa tiegħu lill-Baġit Amministrattiv fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun dovuta l-kontribuzzjoni, id-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu u d-dritt li jipparteċipa fil-laqgħat tal-kumitati speċjalizzati għandhom ikunu sospiżi sakemm il-kontribuzzjoni tkun tħallset kollha. Iżda, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, dan il-Membru m’għandux ikun imċaħħad mid-drittijiet l-oħrajn tiegħu u lanqas ma jinħeles mill-obbligi tiegħu skond dan il-Ftehim.

3.   Kwalunkwe Membru li d-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu jkunu ġew sospiżi skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu xorta għandu jibqa’ responsabbli għall-ħlas tal-kontribuzzjoni tiegħu.

Artikolu 22

Passiv

1.   L-Organizzazzjoni, fil-funzjoni tagħha kif speċifikata fl-Artikolu 6(3), m’għandux ikollha l-poter li tidħol f’xi obbligu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim, u m’għandhiex titqies li ġiet awtorizzata mill-Membri li tagħmel dan; b’mod partikolari m’għandux ikollha l-kapaċità li tissellef il-flus. Fl-eżerċizzju tal-kapaċità tagħha li tikkuntratta, l-Organizzazzjoni għandha tinkorpora fil-kuntratti tagħha t-termini ta’ dan l-Artikolu b’tali mod li ġġibhom għall-attenzjoni tal-partijiet l-oħrajn li deħlin f’kuntratti ma’ l-Organizzazzjoni, iżda kwalunkwe nuqqas li tinkorpora dawn it-termini m’għandux jinvalida dan il-kuntratt jew jagħmlu ultra vires.

2.   Ir-responsabbiltà ta’ Membru hija limitata sa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet speċifikament provduti f’dan il-Ftehim. Il-partijiet terzi li jaħdmu ma’ l-Organizzazzjoni għandhom jitqiesu li huma avżati dwar id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim fir-rigward tar-responsabbiltajiet tal-Membri.

Artikolu 23

Verifika u pubblikazzjoni tal-kotba

Malli jkun possibbli u mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-għeluq ta’ kull sena finanzjarja, għandha tiġi ppreparata dikjarazzjoni vverifikata b’mod indipendenti ta’ l-attiv, tal-passiv, tad-dħul u ta’ l-infiq ta’ l-Organizzazzjoni matul dik is-sena finanzjarja. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata lill-Kunsill għall-approvazzjoni fl-ewwel sessjoni li tkun tmiss.

KAPITOLU IX

PROMOZZJONI U ŻVILUPP TAS-SUQ

Artikolu 24

Tneħħija ta’ l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum

1.   Il-Membri jagħrfu l-importanza ta’ l-iżvilupp sostenibbli tas-settur tal-kafè u tat-tneħħija ta’ ostakoli preżenti u l-evitar ta’ ostakoli ġodda li jistgħu jfixklu l-kummerċ u l-konsum, filwaqt li jirrikonoxxu fl-istess ħin id-dritt tal-Membri li jirregolaw, u li jintroduċu regolamenti ġodda, sabiex jilħqu l-għanijiet nazzjonali ta’ politika tas-saħħa u ta’ l-ambjent, skond l-impenni u l-obbligi tagħhom skond strumenti ta’ ftehim internazzjonali, inklużi dawk relatati mal-kummerċ internazzjonali.

2.   Il-Membri jagħrfu li bħalissa hemm miżuri fis-seħħ li jistgħu sa livell akbar jew inqas ifixklu ż-żieda fil-konsum tal-kafè, b’mod partikolari:

(a)

l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni li jgħoddu għall-kafè, inklużi tariffi preferenzjali u oħrajn, kwoti, operazzjonijiet tal-monopolji tal-gvern u aġenziji uffiċjali tax-xiri, u regoli amministrattivi u prattiki kummerċjali oħrajn;

(b)

l-arranġamenti ta’ l-esportazzjoni fir-rigward ta’ sussidji diretti jew indiretti u regoli amministrattivi u prattiċi kummerċjali oħrajn; u

(ċ)

il-kundizzjonijiet interni tal-kummerċ u d-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi domestiċi u reġjonali li jistgħu jaffettwaw il-konsum.

3.   Fid-dawl ta’ l-għanijiet dikjarati hawn fuq u d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, il-Membri għandhom jagħmlu sforz li jfittxu tnaqqis tat-tariffi fuq il-kafè jew li jieħdu azzjonijiet oħrajn biex ineħħu l-ostakoli għal konsum akbar.

4.   Filwaqt li tqies l-interess reċiproku tagħhom, il-Membri jintrabtu li jfittxu modi u mezzi kif l-ostakoli għall-kummerċ u l-konsum akbar imsemmija fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu jistgħu progressivament jitnaqqsu u eventwalment, kull fejn ikun possibbli, jiġu eliminati, jew li bihom l-effetti ta’ dawn l-ostakoli jistgħu jiġu mnaqqsa b’mod sostanzjali.

5.   Fid-dawl ta’ kwalunkwe impenn meħud skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu, il-Membri għandhom jgħarrfu lill-Kunsill kull sena dwar il-miżuri kollha adottati bl-għan li jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

6.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprepara perjodikament stħarriġ ta’ l-ostakoli għall-konsum li għandu jiġi rivedut mill-Kunsill.

7.   Il-Kunsill jista’, sabiex jagħti spinta lill-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Membri, li għandhom jirrapportaw mill-aktar fis possibbli lill-Kunsill dwar il-miżuri adottati bl-għan li jiġu implimentati dawn ir-rakkomandazzjonijiet.

Artikolu 25

Promozzjoni u żvilupp tas-suq

1.   Il-Membri jagħrfu l-benefiċċji, kemm għall-Membri li jimportaw kif ukoll għal dawk li jesportaw, li jirriżultaw mill-isforzi li jiġi promoss il-konsum, tittejjeb il-kwalità tal-prodott, u li jiġu żviluppati swieq għall-kafè, inklużi dawk tal-Membri li jesportaw.

2.   L-attivitajiet tal-promozzjoni u ta’ l-iżvilupp tas-suq jistgħu jinkludu kampanji ta’ l-informazzjoni, riċerka, bini tal-kapaċitajiet u studji relatati mal-produzzjoni u l-konsum tal-kafè.

3.   Dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu inklużi fil-programm annwali ta’ ħidma tal-Kunsill jew fost l-attivitajiet tal-proġett ta’ l-Organizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 u jistgħu jiġu ffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji mill-Membri, non-Membri, organizzazzjonijiet oħrajn u s-settur privat.

4.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar il-Promozzjoni u l-Iżvilupp tas-Suq. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu.

Artikolu 26

Miżuri relatati mal-kafè pproċessat

Il-Membri jagħrfu l-ħtieġa li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw iwessgħu l-bażi ta’ l-ekonomiji tagħhom permezz ta’, inter alia, l-industrijalizzazzjoni u l-esportazzjoni tal-prodotti manifatturati, inkluż l-ipproċessar tal-kafè u l-esportazzjoni tal-kafè pproċessat, kif imsemmi fis-sub-paragrafi (d), (e), (f) u (ġ) tal-paragrafu (1) ta’ l-Artikolu 2. F’dan ir-rigward, il-Membri għandhom jevitaw l-adozzjoni ta’ miżuri tal-gvern li jistgħu jikkawżaw tfixkil fis-settur tal-kafè ta’ Membri oħrajn.

Artikolu 27

Taħlitiet u sostituti

1.   Il-Membri m’għandhom iżommu ebda regolament li jeħtieġ it-taħlit, l-ipproċessar jew l-użu ta’ prodotti oħrajn mal-kafè għall-bejgħ kummerċjali mill-ġdid bħala kafè. Il-Membri għandhom jagħmlu sforzi biex jipprojbixxu l-bejgħ u r-reklamar tal-prodotti taħt l-isem tal-kafè jekk dawn il-prodotti fihom inqas mill-ekwivalenti ta’ 95 % kafè aħdar bħala l-materjal bażżiku mhux ipproċessat.

2.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jissottometti lill-Kunsill rapport perjodiku dwar il-konformità mad-dispożizzjonijiet dan l-Artikolu.

KAPITOLU X

ATTIVITAJIET TA’ PROĠETTI TA’ L-ORGANIZZAZZJONI

Artikolu 28

Żvilupp u ffinanzjar tal-proġetti

1.   Il-Membri u d-Direttur Eżekuttiv jistgħu jissottomettu proposti dwar proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim u wieħed jew aktar mill-oqsma prijoritarji għall-ħidma identifikati fil-pjan ta’ azzjoni strateġiku approvat mill-Kunsill skond l-Artikolu 9.

2.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi proċeduri u mekkaniżmi biex jiġu sottomessi, evalwati, approvati, prijoritarizzati u ffinanzjati l-proġetti, kif ukoll għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom, u d-disseminazzjoni ġenerali tar-riżultati.

3.   F’kull sessjoni tal-Kunsill id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta dwar l-istat tal-proġetti kollha approvati mill-Kunsill, inklużi dawk li qed jistennew il-finanzjament, li qed jiġu implimentati jew li tlestew minn żmien l-aħħar sessjoni tal-Kunsill.

4.   Għandu jiġi stabbilit Kumitat dwar il-Proġetti. Il-Kunsill għandu jiddetermina l-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu.

KAPITOLU XI

IS-SETTUR PRIVAT TAL-KAFÈ

Artikolu 29

Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat

1.   Il-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-BKSP) għandu jkun korp konsultattiv li jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kwalunkwe konsultazzjoni magħmula mill-Kunsill u jista’ jistieden lill-Kunsill jikkunsidra kwistjonijiet relatati ma’ dan il-Ftehim.

2.   Il-BKSP għandu jkun iffurmat minn tmien rappreżentanti tas-settur privat fil-pajjiżi li jesportaw, u tmien rappreżentanti tas-settur privat fil-pajjiżi li jimportaw.

3.   Il-membri tal-BKSP għandhom ikunu rappreżentanti ta’ l-assoċjazzjonijiet jew korpijiet maħtura mill-Kunsill kull sentejn tal-kafè, u jistgħu jinħatru mill-ġdid. Meta jagħmel dan il-Kunsill għandu jagħmel sforz li jaħtar:

(a)

żewġ assoċjazzjonijiet jew korpijiet tal-kafè fis-settur privat mill-pajjiżi jew reġjuni li jesportaw li jirrappreżentaw kull wieħed mill-erba’ gruppi tal-kafè, preferibbilment li jirrappreżentaw kemm dawk li jkabbru l-kafè u dawk li jesportawh, flimkien ma’ sostitut wieħed jew aktar għal kull rappreżentant; u

(b)

tmien assoċjazzjonijiet jew korpijiet tal-kafè fis-settur privat mill-pajjiżi li jimportaw, kemm jekk Membri jew le, preferibbilment li jirrappreżentaw kemm l-importaturi kif ukoll dawk li jixwu l-kafè, flimkien ma’ sostitut wieħed jew aktar għal kull rappreżentant.

4.   Kull membru tal-BKSP jista’ jaħtar konsulent wieħed jew aktar.

5.   Il-BKSP għandu jkollu President u Viċi-President eletti minn fost il-Membri tiegħu, għal żmien ta’ sena. Dawn l-uffiċjali jistgħu jiġu eletti mill-ġdid. Il-President u l-Viċi-President m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Il-President għandu jkun mistieden jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kunsill bħala osservatur.

6.   Il-BKSP għandu normalment jiltaqa’ fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, matul is-sessjonijiet regolari tal-Kunsill. Fil-każ li l-Kunsill jaċċetta stedina minn Membru li jagħmel laqgħa fit-territorju tiegħu, il-BKSP għandu wkoll jiltaqa’ f’dak it-territorju, f’liema każ l-ispejjeż addizzjonali għall-Organizzazzjoni involuti li jkun aktar minn dawk magħmula meta l-laqgħa ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-pajjiż jew organizzazzjoni tas-settur privat li jospita/tospita l-laqgħa.

7.   Il-BKSP jista’ jagħmel laqgħat speċali soġġett għall-approvazzjoni mill-Kunsill.

8.   Il-BKSP għandu jissottometti rapporti regolari lill-Kunsill.

9.   Il-BKSP għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess, konsistenti mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 30

Il-Konferenza Dinjija tal-Kafè

1.   Il-Kunsill għandu jagħmel arranġamenti biex jagħmel, f’intervalli xierqa, Konferenza Dinjija tal-Kafè (minn hawn ‘il quddiem imsejħa l-Konferenza), li għandha tkun komposta minn Membri li jesportaw u li jimportaw, minn rappreżentanti tas-settur privat, u parteċipanti interessati oħrajn, inklużi parteċipanti minn pajjiżi mhux membri. Il-Kunsill, b’koordinazzjoni mal-President tal-Konferenza, għandu jiżgura li l-Konferenza tikkontribwixxi għall-promozzjoni ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim.

2.   Il-Konferenza għandu jkollha President li m’għandux jitħallas mill-Organizzazzjoni. Il-President għandu jinħatar mill-Kunsill għal perjodu xieraq, u għandu jkun mistieden jieħu sehem f’laqgħat tal-Kunsill bħala osservatur.

3.   Il-Kunsill għandu jiddeċiedi dwar il-forma, it-titlu, is-suġġett u l-ħin tal-Konferenza, b’konsultazzjoni mal-Bord Konsultattiv tas-Settur Privat. Il-Konferenza normalment għandha ssir fis-sede ta’ l-Organizzazzjoni, matul is-sessjonijiet regolari tal-Kunsill. Fil-każ li l-Kunsill jaċċetta stedina minn Membru li jagħmel sessjoni fit-territorju tiegħu, il-Konferenza tista’ wkoll issir f’dak it-territorju, f’liema każ l-ispejjeż addizzjonali għall-Organizzazzjoni involuti li jkunu aktar minn dawk magħmula meta l-laqgħa ssir fis-sede jitħallsu minn dak il-pajjiż li jospita l-laqgħa.

4.   Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-Konferenza għandha tiffinanzja lilha nfisha.

5.   Il-President għandu jirraporta lill-Kunsill dwar il-konklużjonijiet tal-Konferenza.

Artikolu 31

Il-Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè

1.   Il-Kunsill għandu jlaqqa’, f’intervalli xierqa u b’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet oħrajn rilevanti, Forum Konsultattiv dwar il-Finanzjament tas-Settur tal-Kafè (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-Forum) biex jiffaċilita l-konsultazzjonijiet dwar suġġetti relatati mal-finanzi u l-immaniġġjar tar-riskju fis-settur tal-kafè, b’enfasi partikolari fuq il-bżonnijiet ta’ produtturi ta’ skala żgħira u medja, u komunitajiet lokali fiż-żoni li jipproduċu l-kafè.

2.   Il-Forum għandu jinkludi rappreżentanti tal-Membri, organizzazzjonijiet intergovernattivi, istituzzjonijiet finanzjarji, is-settur privat, organizzazzjonijiet mhux governattivi, pajjiżi mhux membri interessati u oħrajn b’għarfien espert rilevanti. Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, il-Forum għandu jiffinanzja lilu nnifsu.

3.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura għall-ħidma tal-Forum, għall-ħatra tal-President u d-disseminazzjoni ġenerali tar-riżultati tagħha, bl-użu fejn xieraq ta’ mekkaniżmi stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 34. Il-President għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-Forum.

KAPITOLU XII

INFORMAZZJONI STATISTIKA, STUDJI U STĦARRIĠ

Artikolu 32

Informazzjoni statistika

1.   L-Organizzazzjoni għandha taġixxi bħala ċentru għall-ġbir, l-iskambju u l-pubblikazzjoni ta’:

(a)

informazzjoni statistika dwar il-produzzjoni dinjija, il-prezzijiet, l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid, it-tqassim u l-konsum tal-kafè, inkluża informazzjoni dwar il-produzzjoni, il-konsum, il-kummerċ u l-prezzijiet għall-kafejiet f’kategoriji differenti tas-suq u prodotti differenti li fihom il-kafè; u

(b)

safejn jitqies xieraq, informazzjoni teknika dwar il-kultivazzjoni, l-ipproċessar u l-użu tal-kafè.

2.   Il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membri jipprovdu dik l-informazzjoni li jqis meħtieġa għall-operat tiegħu, inklużi rapporti statistiċi regolari dwar il-produzzjoni tal-kafè, it-tendenzi tal-produzzjoni, l-esportazzjonijiet, l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet mill-ġdid, it-tqassim, il-konsum, il-ħażniet, il-prezzijiet u t-tassazzjoni, iżda ma għandha tiġi ppubblikata ebda informazzjoni li tista’ tintuża biex jiġi identifikat l-operat ta’ persuni jew kumpanniji li jipproduċu, jipproċessaw jew jikkummerċjlizzaw il-kafè. Safejn ikun possibbli, il-Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba bl-aktar mod dettaljat, f’waqtu u preċiż li jista’ jkun prattikabbli.

3.   Il-Kunsill għandu jistabbilixxi sistema ta’ prezzijiet indikaturi u għandu jipprovdi għall-pubblikazzjoni prezz indikattiv ta’ kuljum kompost li għandu jirrifletti l-kundizzjonijiet attwali tas-suq.

4.   Jekk Membru jonqos milli jipprovdi jew isib diffikultà biex jipprovdi fi żmien raġonevoli informazzjoni statistika u oħra meħtieġa mill-Kunsill għall-ħidma t-tajba ta’ l-Organizzazzjoni, il-Kunsill jista’ jitlob lill-Membru kkonċernat jispjega r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità. Il-Membru jista’ wkoll jgħarraf lill-Kunsill dwar id-diffikultà tiegħu u jitlob l-assistenza teknika.

5.   Jekk jinsab li l-assistenza teknika hija meħtieġa fil-kwistjoni, jew jekk Membru ma pprovdiex, għal sentejn konsekuttivi, l-informazzjoni statistika mitluba skond il-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu u ma talabx l-assistenza tal-Kunsill jew ma spjegax ir-raġunijiet għan-nuqqas ta’ konformità, il-Kunsill jista’ jieħu dawk l-inizjattivi li x’aktarx iwasslu lil dan il-Membru jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa.

Artikolu 33

Ċertifikati ta’ l-Oriġini

1.   Sabiex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta’ l-istatistika dwar il-kummerċ internazzjonali tal-kafè u biex jiġu aċċertati l-kwantitajiet tal-kafè li ġew esportati minn kull Membru li jesporta, l-Organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta’ Ċertifikati ta’ l-Oriġini, irregolata minn regoli approvati mill-Kunsill.

2.   Kull esportazzjoni tal-kafè minn Membru li jesporta għandha tkun koperta minn Ċertifikat ta’ l-Oriġini validu. Iċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini għandhom jinħarġu, skond ir-regoli stabbiliti mill-Kunsill, minn aġenzija kkwalifikata magħżula mill-Membru u approvata mill-Organizzazzjoni.

3.   Kull Membru li jesporta għandu jgħarraf lill-Organizzazzjoni dwar l-aġenzija governattiva jew mhux governattiva li għandha twettaq il-funzjonijiet speċifikati fil-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu. L-Organizzazzjoni għandha speċifikament tapprova aġenzija mhux governattiva skond ir-regoli approvati mill-Kunsill.

4.   Membru li jesporta, fuq bażi eċċezzjonali u b’ġustifikazzjoni tajba, jista’ jissottometti, għall-approvazzjoni tal-Kunsill, talba biex jippermetti d-data mogħtija fiċ-Ċertifikati ta’ l-Oriġini dwar l-esportazzjonijiet tiegħu tal-kafè tiġi trażmessa lill-Organizzazzjoni bl-użu ta’ metodu alternattiv.

Artikolu 34

Studji, stħarriġ u rapporti

1.   Sabiex tassisti lill-Membri, l-Organizzazzjoni għandha tippromwovi l-preparazzjoni ta’ l-istudji, stħarriġ, rapporti tekniċi u dokumenti oħrajn dwar aspetti rilevanti tas-settur tal-kafè.

2.   Dan jista’ jinkludi xogħol dwar l-ekonomija tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-kafè, l-analiżi tal-katina tal-valur tal-kafè, metodi biex jiġu mmaniġġjati r-riskji finanzjarji u oħrajn, l-impatt ta’ miżuri governattivi fuq il-produzzjoni u l-konsum tal-kafè, aspetti ta’ sostenibbiltà tas-settur tal-kafè, rabtiet bejn il-kafè u s-saħħa u opportunitajiet għall-espansjoni tas-swieq tal-kafè għal użi tradizzjonali u użi possibbli ġodda.

3.   L-informazzjoni miġura, kkumpilata, analizzata u mqassma tista’ wkoll tinkludi, fejn ikun teknikament possibbli:

(a)

kwantitajiet u prezzijiet ta’ kafejiet relatati ma’ fatturi bħal żoni ġeografiċi differenti u kundizzjonijiet tal-produzzjoni relatati mal-kwalità; u

(b)

informazzjoni dwar l-istrutturi tas-suq, swieq speċjalizzati u tendenzi li qed jiżviluppaw fil-produzzjoni u l-konsum.

4.   Sabiex iwettaq id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, il-Kunsill għandu jadotta programm ta’ ħidma annwali ta’ studji, stħarriġ u rapporti, b’rekwiżiti stmati tar-riżorsi. Dawn l-attivitajiet għandhom ikunu ffinanzjati jew minn dispożizzjonijiet fil-Baġit Amministrattiv jew minn għejun baġitarji żejda.

5.   L-Organizzazzjoni għandha tagħmel enfasi partikolari fuq il-faċilitazzjoni ta’ l-aċċess għall-informazzjoni mill-produtturi żgħar tal-kafè u tgħinhom itejbu l-ħidma finanzjarja tagħhom, inkluż il-ġestjoni tal-kreditu u r-riskju.

KAPITOLU XIII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 35

Preparazzjonijiet għal Ftehim ġdid

1.   Il-Kunsill jista’ jeżamina l-possibbiltà li jiġi negozjat Ftehim Internazzjonali tal-Kafè ġdid.

2.   Sabiex iwettaq din id-dispożizzjoni, il-Kunsill għandu jeżamina l-progress li għamlet l-Organizzazzjoni fil-kisba ta’ l-għanijiet ta’ dan il-Ftehim kif speċifikat fl-Artikolu 1.

Artikolu 36

Settur sostenibbli tal-kafè

Il-Membri għandhom iqisu debitament l-immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi u ta’ l-ipproċessar tal-kafè, filwaqt li jqisu l-prinċipji u l-għanijiet dwar l-iżvilupp sostenibbli li jinsabu fl-Aġenda 21 adottata mill-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Ambjent u l-Iżvilupp li nżammet f’Rio de Janeiro fl-1992 u dawk adottati fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li nżamm f’Johannesburg fl-2002.

Artikolu 37

Standard ta’ l-għajxien u kundizzjonijiet ta’ xogħol

Il-Membri għandhom iqisu t-titjib ta’ l-istandard ta’ l-għajxien u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-popolazzjonijiet involuti fis-settur tal-kafè, skond l-istadju tagħhom ta’ l-iżvilupp, fid-dawl ta’ prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment u standards applikabbli dwar dawn il-kwistjonijiet. Barra minn dan, il-Membri jaqblu li l-istandards tax-xogħol m’għandhomx jintużaw għal skopijiet ta’ kummerċ protezzjonist.

KAPITOLU XIV

ONSULTAZZJONIJIET, TILWIMIET U LMENTI

Artikolu 38

Konsultazzjonijiet

Kull Membru għandu jagħti konsiderazzjoni pożittiva għal-konsultazzjoni u jagħti opportunità xierqa għal konsultazzjoni dwar dawk ir-rappreżentazzjonijiet li Membru ieħor jista’ jagħmel fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li għandha x’taqsam ma’ dan il-Ftehim. Matul din il-konsultazzjoni, fuq talba minn kwalunkwe parti u bil-kunsens tal-parti l-oħra, id-Direttur Eżekuttiv għandu jistabbilixxi bord indipendenti li għandu jagħmel mill-aħjar biex jikkonċilja l-partijiet. L-ispejjeż tal-bord m’għandhomx jitħallsu mill-Organizzazzjoni. Jekk parti ma taqbilx li jiġi stabbilit bord mid-Direttur Eżekuttiv, jew jekk il-konsultazzjoni ma twassalx għal soluzzjoni, il-kwistjoni tista’ tiġi riferita lill-Kunsill skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 39. Jekk il-konsultazzjoni twassal għal soluzzjoni, din għandha tiġi rrapportata lid-Direttur Eżekuttiv, li għandu jqassam ir-rapport lill-Membri kollha.

Artikolu 39

Tilwimiet u lmenti

1.   Kwalunkwe tilwima dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim li ma tiġix solvuta permezz tan-negozjati għandha, fuq talba ta’ kwalunkwe Membru li jkun parti mit-tilwima, tiġi riferita lill-Kunsill għal deċiżjoni.

2.   Il-Kunsill għandu jistabblixxi proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwimiet u l-ilmenti.

KAPITOLU XV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 40

Firma u ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni

1.   Ħlief kif provdut mod ieħor, dan il-Ftehim għandu jkun miftuħ għall-firma fil-kwartieri ġenerali tad-Depożitarju sa mill-1 ta’ Frar 2008 sa u inkluż il-31 ta’ Awwissu 2008 minn Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 u mill-Gvernijiet mistiedna għas-sessjoni tal-Kunsill fejn ġie adottat dan il-Ftehim.

2.   Dan il-Ftehim huwa soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Gvernijiet firmatarji skond il-proċeduri legali rispettivi tagħhom.

3.   Ħlief kif provdut fl-Artikolu 42, l-istrumenti tar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mad-Depożitarju mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2008. Madankollu, il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jagħti estensjonijiet ta’ żmien lill-Gvernijiet firmatarji li ma jistgħux jiddepożitaw l-istrumenti tagħhom sa dik id-data. Il-Kunsill għandu jittrażmetti dawn id-deċiżjonijiet lid-Depożitarju.

4.   Mal-firma u r-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni, jew notifika ta’ applikazzjoni provviżorja, il-Komunità Ewropea għandha tiddepożita dikjarazzjoni mad-Depożitarju li tikkonferma l-kompetenza esklussiva tagħħa dwar kwistjonijiet irregolati minn dan il-Ftehim. L-Istati Membri tal-Komunità Ewropea m’għandhomx ikunu eliġibbli li jsiru Partijiet Kontraenti għall-Ftehim.

Artikolu 41

Applikazzjoni provviżorja

Gvern firmatarju li bi ħsiebu jirratifika, jaċċetta jew japprova dan il-Ftehim jista’, fi kwalunkwe ħin, jinnotifika d-Depożitarju li japplika dan il-Ftehim provviżorjament skond il-proċeduri legali tiegħu.

Artikolu 42

Dħul fis-seħħ

1.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament meta l-Gvernijiet firmatarji li għandhom mill-inqas żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jesportaw u l-Gvernijiet firmatarji li għandhom mill-inqas żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jimportaw, ikkalkolati fit-28 ta’ Settembru 2007, mingħajr referenza għas-sospensjoni possibbli skond l-Artikolu 21, ikunu ddepożitaw strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni. Alternattivament, huwa għandu jidħol fis-seħħ definittivament fi kwalunkwe ħin jekk ikun fis-seħħ provviżorjament skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (2) ta’ dan l-Artikolu u dawn ir-rekwiżiti ta’ perċentwal jiġu sodisfatti bid-depożitu ta’ strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni.

2.   Jekk dan il-Ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2008, huwa għandu jidħol fis-seħħ provviżorjament f’dik id-data, jew fi kwalunkwe data oħra fi żmien tnax-il xahar wara, jekk il-Gvernijiet firmatarji li jkollhom il-voti deskritti fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew ikunu nnotifikaw lid-Depożitarju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 41.

3.   Jekk dan il-Ftehim ikun daħal fis-seħħ provviżorjament iżda ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2009, huwa għandu jieqaf milli jkun fis-seħħ provviżorjament kemm-il darba dawk il-Gvernijiet firmatarji li jkunu ddepożitaw l-istrumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, jew li jkunu nnotifikaw lid-Depożitarju skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 41, jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li għandu jkompli fis-seħħ provviżorjament għal perjodu speċifiku ta’ żmien. Dawn il-Gvernijiet firmatarji jistgħu wkoll jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fosthom.

4.   Jekk dan il-Ftehim ma jkunx daħal fis-seħħ definittivament sal-25 ta’ Settembru 2009 skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1) jew (2) ta’ dan l-Artikolu, dawk il-Gvernijiet firmatarji li ddepożitaw strumenti ta’ ratifika, aċċettazzjoni jew approvazzjoni, skond il-liġijiet u r-regolamenti tagħhom, jistgħu jiddeċiedu, b’kunsens komuni, li dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ definittivament fosthom.

Artikolu 43

Adeżjoni

1.   Ħlief kif provdut mod ieħor f’dan il-Ftehim, il-Gvern ta’ kwalunkwe Stat membru tan-Nazzjonijiet Uniti jew ta’ kwalunkwe mill-aġenziji speċjalizzati tagħha jew kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva deskritta fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 4 jistgħu jaderixxu għal dan il-Ftehim skond il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill.

2.   L-istrumenti ta’ l-adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati mad-Depożitarju. L-adeżjoni għandha tidħol fis-seħħ mad-depożitu ta’ l-istrument.

3.   Malli jiġi depożitat strument ta’ l-adeżjoni, kwalunkwe organizzazzjoni intergovernattiva msemmija fil-paragrafu (3) ta’ l-Artikolu 4 għandha tiddepożita dikjarazzjoni li tikkonferma l-kompetenza esklussiva tagħha dwar kwistjonijiet irregolati minn dan il-Ftehim. L-Istati membri ta’ din l-organizzazzjoni m’għandhomx ikunu eliġibbli li jsiru Partijiet Kontraenti għal dan il-Ftehim.

Artikolu 44

Riżervi

Ma jistgħu jsiru ebda riżervi fir-rigward ta’ xi dispożizzjoni ta’ dan il-Ftehim.

Artikolu 45

Rtirar volontarju

Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tirtira minn dan il-Ftehim fi kwalunkwe ħin billi tagħti avviż ta’ l-irtirar bil-miktub lid-Depożitarju. L-irtirar għandu jsir effettiv 90 jum wara li jiġi rċevut l-avviż.

Artikolu 46

Esklużjoni

Jekk il-Kunsill jiddeċiedi li xi Membru jkun kiser l-obbligi tiegħu skond dan il-Ftehim u jiddeċiedi wkoll li dan il-ksur ifixkel b’mod sinjifikanti l-operat ta’ dan il-Ftehim, jista’ jeskludi lil dan il-Membru mill-Organizzazzjoni. Il-Kunsill għandu minnufih jgħarraf lid-Depożitarju b’din id-deċiżjoni. Disgħin jum wara d-data tad-deċiżjoni tal-Kunsill, dan il-Membru għandu jieqaf milli jkun Membru ta’ l-Organizzazzjoni u Parti f’dan il-Ftehim.

Artikolu 47

Ħlas tal-kontijiet mal-Membri li jirtiraw jew li huma esklużi

1.   Il-Kunsill għandu jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet ma’ Membru li qed jirtira jew Membru eskluż. L-Organizzazzjoni għandha żżomm kwalunkwe ammont diġà mħallas minn Membru li qed jirtira jew li ġie eskluż u dan il-Membru għandu jibqa’ obbligat iħallas kwalunkwe ammont dovut minnu lill-Organizzazzjoni fil-ħin li l-irtirar jew l-esklużjoni ssir effettiva; sakemm, iżda, li fil-każ ta’ Parti Kontraenti li ma tistax taċċetta emenda u għalhekk tieqaf milli tipparteċipa f’dan il-Ftehim skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 49(2), il-Kunsill jista’ jiddetermina kwalunkwe ħlas tal-kontijiet li jqis ekwu.

2.   Membru li jkun waqaf jipparteċipa f’dan il-Ftehim m’għandux ikun intitolat għal xi sehem tad-dħul ta’ likwidazzjoni jew l-assi l-oħrajn ta’ l-Organizzazzjoni; lanqas ma jkun responsabbli għall-ħlas ta’ xi parti mid-defiċit, jekk ikun hemm, ta’ l-Organizazzjoni meta jiġi tterminat dan il-Ftehim.

Artikolu 48

Dewmien, estensjoni u terminazzjoni

1.   Dan il-Ftehim għandu jibqa’ fis-seħħ għal żmien ta’ għaxar snin wara li jidħol fis-seħħ provviżorjament jew definittivament kemm-il darba ma jiġix estiż skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (3) ta’ dan l-Artikolu jew itterminat skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (4) ta’ dan l-Artikolu.

2.   Il-Kunsill għandu jirrevedi dan il-Ftehim ħames snin wara li jidħol fis-seħħ u jieħu deċiżjonijiet kif xieraq.

3.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi li jestendi dan il-Ftehim lil hinn mid-data meta jiskadi għal perjodu suċċessiv wieħed jew aktar iżda mhux aktar minn total ta’ tmien snin. Kwalunkwe Membru li ma jaċċettax din l-estensjoni ta’ dan il-Ftehim għandu jgħarraf lill-Kunsill u lid-Depożitarju bil-miktub qabel ma jibda l-perjodu ta’ l-estensjoni u għandu jieqaf milli jkun Parti għal dan il-Ftehim mill-bidu tal-perjodu ta’ estensjoni.

4.   Il-Kunsill jista’ jiddeċiedi fi kwalunkwe ħin li jittermina dan il-Ftehim. It-terminazzjoni għandha tieħu effett f’data li jiddeċiedi l-Kunsill.

5.   Minkejja t-terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kunsill għandu jibqa’ jeżisti kemm ikun meħtieġ biex jittieħdu d-deċiżjonijiet meħtieġa matul iż-żmien meħtieġ għal-likwidazzjoni ta’ l-Organizzazzjoni, il-ħlas tal-kontijiet tagħha u d-dispożizzjoni ta’ l-assi tagħha.

6.   Kwalunkwe deċiżjoni meħuda fir-rigward tad-dewmien u/jew terminazzjoni ta’ dan il-Ftehim u kwalunkwe notifika rċevuta mill-Kunsill skond dan l-Artikolu għandha tkun trażmessa mill-Kunsill lid-Depożitarju.

Artikolu 49

Emenda

1.   Il-Kunsill jista’ jipproponi emenda tal-Ftehim u għandu jikkomunika din il-proposta lill-Partijiet Kontraenti kollha. L-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Membri kollha ta’ l-Organizzazzjoni 100 jum wara li d-Depożitarju jkun irċieva notifiki ta’ aċċettazzjoni minn Partijiet Kontraenti li għandhom mill-inqas żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jesportaw, u minn Partijiet Kontraenti li jkollhom mill-inqas żewġ terzi tal-voti tal-Membri li jimportaw. Il-perċentwal ta’ żewġ terzi msemmi hawn għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta’ l-għadd ta’ Partijiet Kontraenti għall-Ftehim fil-ħin li l-proposta ta’ l-emenda ġiet iċċirkolata lill-Partijiet Kontraenti kkonċernati għall-aċċettazzjoni. Il-Kunsill għandu jiffissa żmien li fih il-Partijiet Kontraenti għandhom jinnotifikaw lid-Depożitarju dwar l-aċċettazzjoni minnhom ta’ l-emenda, li għandha tkun ikkomunikata mill-Kunsill lill-Partijiet Kontraenti kollha u lid-Depożitarju. Jekk, malli jiskadi dan it-terminu, ir-rekwiżiti ta’ perċentwal għad-dħul fis-seħħ ta’ l-emenda ma jkunux intlaħqu, l-emenda għandha titqies irtirata.

2.   Kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor, kwalunkwe Parti Kontraenti li ma tkunx innotifikat l-aċċettazzjoni ta’ emenda fil-perjodu ffissat mill-Kunsill għandha tieqaf milli tkun Parti Kontraenti għal dan il-Ftehim mid-data meta din l-emenda ssir effettiva.

3.   Il-Kunsill għandu jinnotifika lid-Depożitarju b’kwalunkwe emenda mqassma lill-Partijiet Kontraenti skond dan l-Artikolu.

Artikolu 50

Dispożizzjoni supplementarja u tranżitorja

L-atti kollha minn jew f’isem l-Organizzazzjoni jew kwalunkwe mill-organi tagħha taħt il-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2001 għandhom jibqgħu fis-seħħ sa meta jidħol fis-seħħ dan il-Ftehim.

Artikolu 51

Testijiet awtentiċi tal-Ftehim

It-testijiet ta’ dan il-Ftehim fil-lingwa Ingliża, Franċiża, Portugiża u Spanjola għandhom ikunu lkoll ugwalment awtentiċi. L-oriġinali għandhom jiġu ddepożitati mad-Depożitarju.

B’XHIEDA TA’ DAN il-firmatarji, debitament awtorizzati f’dan is-sens mill-Gvernijiet rispettivi tagħhom, iffirmaw dan il-Ftehim fid-dati li jidhru biswit il-firem tagħhom.

ANNESS

FATTURI TAL-KONVERŻJONI GĦALL-KAFÈ INKALJAT, DEKAFEINAT, LIKWIDU U SOLUBBLI KIF DEFINIT FIL-FTEHIM INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ 2001

Kafè inkaljat

Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè inkaljat għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè inkaljat b’1.19.

Kafè dekafeinat

Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè dekafeinat għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tal-kafè dekafeinat f’forma ħadra, inkaljat jew solubbli b’1.00, 1.19 jew 2.6 rispettivament.

Kafè likwidu

Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè likwidu għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tas-solidi tal-kafè mnixxef li jinsabu fil-kafè likwidu b’2.6.

Kafè solubbli

Biex jinstab l-ekwivalenti tal-kafè solubbli għall-kafè aħdar, immultiplika l-piż nett tas-solidi tal-kafè solubbli b’2.6.

DIKJARAZZJONI TAL-KOMUNITÀ EWROPEA F’KONFORMITÀ MA’ L-ARTIKOLU 40(4) TAL-FTEHIM INTERNAZZJONALI TAL-KAFÈ 2007

Skond l-Artikolu 40(4) tal-Ftehim Internazzjonali tal-Kafè 2007, il-Komunità Ewropea tiddikjara li f’konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-kwistjonijiet li jitratta dwarhom il-Ftehim huma r-responsabbiltà esklussiva tal-Komunità Ewropea skond il-politika kummerċjali komuni.


15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/30


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (il-pajjiżi ġirien tax-Xlokk, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel)

(Verżjoni kodifikata)

(2008/580/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel) (2) ġiet emendata diversi drabi (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Deċiżjoni għandha tiġi kodifikata.

(2)

Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Madrid fil-15 u s-16 ta’ Diċembru 1995 ikkonfermat l-importanza tal-Bank Ewropew ta’ l-Investiment, hawn imsejjaħ “l-EIB”, bħala strument ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-Amerika Latina u talab lill-EIB biex jintensifika l-attività tiegħu fir-reġjun. Dawn il-proġetti għandhom ikunu ta’ interess kemm għall-Komunità kif ukoll għall-pajjiżi kkonċernati.

(3)

Il-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Firenze fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 1996 laqa’ r-riżultati tal-laqgħa għolja Asja-Ewropa, li kienet il-bidu ta’ kambjament fir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ kontinenti.

(4)

Il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f’Amsterdam fil-16 u s-17 ta’ Ġunju 1997 laqgħet il-konklużjonijiet adottati fit-Tieni Konferenza Ewro-Meditteranja, li saret fil-Belt Valletta, Malta, fil-15 u s-16 ta’ April 1997 u affermat mill-ġdid il-prinċipji u l-għanijiet miftiehma f’Barċellona fl-1995.

(5)

Il-Kunsill Ewropew meta ltaqa’ fil-Lussemburgu fit-12 u t-13 ta Diċembru 1997 ta bidu għall-proċess ta’ tkabbir mal-pajjiżi ta’ l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant u ma’ Ċipru.

(6)

Il-Kunsill Ewropew meta ltaqa’ f’Cardiff fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 1998 laqa’ l-sforzi li r-Repubblika ta’ l-Afrika tan-Nofsinhar kienet qed tagħmel biex timmodernizza l-ekonomija tagħha u tintegraha fis-sistema kummerċjali dinjija.

(7)

L-EIB qed jissokta l-programmi tas-self li hemm bħalissa għall-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, ir-reġjun tal-Meditteran, l-Asja u l-Amerika Latina u r-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel skond id-Deċiżjoni 97/256/KE (4), kif ukoll is-self irregolat mill-Protokoll fuq il-Kooperazzjoni Finanzjarja ma’ dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/348/KE (5).

(8)

Il-Kunsill stieden lill-EIB biex jibda operazzjonijiet fil-Bożnja u l-Ħerzegovina. Dawn l-operazzjonijiet tkomplew, wara li sar rapport pożittiv (6) mħejji skond kif stipulat fid-Deċiżjoni 98/729/KE (7).

(9)

Għalkemm il-Bosnja-Ħerzegovina u l-FYROM ġew inkluzi fir-reġjun ta’ l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant minn meta ġiet adottata d-Deċiżjoni 97/256/KE, l-isforz totali ta’ l-EIB biex jislef lill-pajjiżi applikanti f’dan ir-reġjun għandu jiżdied minħabba l-importanza tal-faċilità ta’ qabel l-adeżjoni li l-EIB jippjana li jifforma għal self mill-EIB għal proġetti f’dawn il-pajjiżi mingħajr garanzija mill-budget tal-Komunità jew mill-Istati Membri.

(10)

F’dawn iċ-ċirkostanzi, l-EIB għandu jiżgura ruħu li s-self garantit tiegħu fil-mandat ta’ l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant se jiffinanzja proġetti partikolari f’dawk il-pajjiżi li għandhom anqas proġetti adattati għall-finanzjament mill-faċilità ta’ qabel l-adeżjoni jew proġetti f’pajjiżi mhux applikanti.

(11)

Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u n-Nepal, bejn Komunità Ewropea u l-Lao PDR u bejn il-Komunità Ewropea u l-Jemen daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 1996, fl-1 ta’ Diċembru 1997 u fl-1 ta’ Lulju 1998 rispettivament. Il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Korea ta’ Isfel ġie ffirmat fit-28 ta’ Ottubru 1996. In-Nepal, il-Jemen, il-Lao PDR u l-Korea ta’ Isfel għandhom isiru benefiċjarji tal-fondi ta’ l-EIB taħt il-mandat ta’ l-EIB għall-Asja u l-Amerika Latina.

(12)

Hu xieraq li jsir ċertu titjib fil-programmi ta’ l-operazzjonijiet fir-rigward ta’ kemm dawn idumu u kemm ikopru pajjiżi. Huwa xieraq li jiġu aġġustati l-garanzija totali u l-porżjon tas-self li l-EIB jintalab biex ikopri r-riskju kummerċjali minn garanziji li ma jkunux sovrani.

(13)

Il-Kunsill qed jitlob lill-EIB biex ikompli bl-operazzjonijiet tiegħu b’appoġġ għal proġetti ta’ investiment li jkunu saru f’dawk il-pajjiżi billi joffrilu l-garanzija prevista fid-Deċiżjoni.

(14)

F’Ġunju 1996, il-Kummissjoni, bi qbil ma’ l-EIB, ippreżentat lill-Kunsill proposta għal sistema ġdida ta’ garanzija għas-self lil pajjiżi terzi mill-EIB.

(15)

Fit-2 ta’ Diċembru 1996 il-Kunsill approva l-konklużjonijiet dwar arranġamenti ġodda għall-garanzija ta’ self mill-EIB lil pajjizi terzi, li skond dawn, l-approċċ ta’ garanzija globali, mingħajr ma wieħed jiddistingwi bejn ir-reġjuni u l-proġetti, jiġi approvat u skema ta’ qsim ta’ riskju tiġi aċċettata. Taħt l-iskema kurrenti ta’ qsim ta’ riskju l-garanzija tal-budget għandha tkopri biss riskji politiċi li jinħolqu min flus mhux trasferibbli, esproprjazzjoni, gwerra jew disturb ċivili, dawk li jirriżultaw min ċaħda ta’ ġustizzja meta jkun hemm ksur ta’ ċerti kuntratti mill-gvern ta’ pajjiż terz jew minn awtoritajiet oħra.

(16)

Taħt l-iskema tal-kondiviżjoni tar-riskju, l-EIB għandu jassigura riskji kummerċjali permezz ta’ garanziji non-sovrana ta’ parti terza jew permezz ta’ kwalunkwe titolu jew kollaterali oħra kif ukoll billi jserraħ fuq is-saħħa finanzjarja tad-debitur, skond il-kriterji tiegħu tas-soltu.

(17)

L-arranġamenti dwar il-garanzija m’għandhomx jeffettwaw ir-reputazzjoni eċċellenti fil-kreditu ta’ l-EIB.

(18)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1149/1999 (8), irreveda l-ammont mira u r-rata ta’ proviġjonament għall-Fond tal-Garanzija tas-Self stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2728/94 (9).

(19)

Il-perspettiva finanzjarja għall-perijodu 2000 sa 2006 skond il-Ftehim Interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-budget u t-titjib tal-proċedura tal-budget (10) tipprevedi limitu massimu għar-riserva tal-garanzija tas-self fil-budget Komunitarju ta’ EUR 200 miljun (bil-prezzijiet ta’ l-1999) per annum.

(20)

Il-finanzjament mill-EIB f’pajjiżi terzi eliġibbli għandu jiġi amministrat, skond il-kriterji u l-proċeduri tas-soltu ta’ l-EIB, li jinkludu miżuri xierqa ta’ kontoll, kif ukoll skond ir-regoli u l-proċeduri relevanti rigward il-Qorti ta’ l-Awdituri u OLAF, b’tali mod li jappoġġa l-linji politiċi Komunitarji u biex ikabbar il-koordinazzjoni ma’ l-istrumenti finanzjarji l-oħra tal-Komunità. Hemm konsultazzjoni regolari bejn l-EIB u l-Kummissjoni biex tiżgura l- koordinazzjoni tal-prijoritajiet u l-attivitajiet f’dawn il-pajjiżi u biex tqis il-progress lejn il-kisba ta’ l-għanijiet politiċi relevanti tal-Komunità. It-twaqqif u r-reviżjoni kull tant żmien ta’ l-għanijiet ta’ l-operazzjoni u kemm dawn ikunu ntlaħqu huma r-responsabbiltà tal-Bord tad-Diretturi ta’ l-EIB. Partikolarment, il-finanzjament ta’ l-EIB fil-pajjiżi kandidati għandu jirrefletti l-prijoritjiet fil-pattijiet ta’ l-adeżjoni bejn il-Komunità u dawk il-pajjiżi. B’ hekk it-trasparenza tas-self mill-EIB taħt din id-deċiżjoni għandha tikber sostanzjalment. Għalhekk il-Kummissjoni rrappurtat dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2000/24/KE (11).

(21)

Kooperazzjoni mill-qrib bejn l-EIB u l-Kummissjoni għandha tiżgura konsistenza u sinerġija mal-programmi ta’ kooperazzjoni ġeografika ta’ l-Unjoni Ewropea u tiżgura li operazzjonijiet ta’ self ta’ l-EIB jikkumplimentaw u jsaħħu l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea għal dawk ir-reġjuni.

(22)

Mid-data li fiha din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ, il-garanzija Komunitarja li tkopri l-faċilità speċjali tat-terremoti għat-Turkija taħt id-Deċiżjoni 1999/786/KE (12) għandha tieħu l-forma ta’ estensjoni tal-garanzija globali taħt din id-Deċiżjoni.

(23)

L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jadottaw il-proċeduri li jiggarantixxu l-garanzija msemmija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Komunità għandha tagħti lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment (EIB) garanzija globali fir-rigward tal-pagamenti kollha mhux riċevuti minnha fir-rigward ta’ krediti miftuħa, skond il-kriterji tagħha tas-soltu, u b’sostenn għall-għanijiet tal-politika Komunitarja esterna rilevanti, għal proġetti ta’ investiment imwettqa fil-Pajjiżi-Ġirien tax-Xlokk, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja u r-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel.

Din il-garanzija għandha tkun ristretta għal 65 % ta’ l-ammont aggregat tal-krediti miftuħa b’żjieda ta’ ammonti relatati. Il-limitu massimu globali tal-krediti miftuħa għandu jkun ekwivalenti għal EUR 19 460 miljun, imqassma kif ġej:

Pajjiżi Ġirien tax-Xlokk:

EUR 9 185 miljun,

Pajjiżi Mediterranji:

EUR 6 520 miljun,

L-Amerika Latina u l-Asja:

EUR 2 480 miljun,

Ir-Repubblika ta’ l-Afrika t’Isfel:

EUR 825 miljun,

Azzjoni speċjali li ssostni l-konsolidazzjoni u l-intensifikazzjoni ta’ l-Unjoni Doganali KE-Turkija:

EUR 450 miljun;

u jistgħu jintużaw sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2007. Għandu jittieħed kont tal-krediti diġà iffirmati bħala deduzzjoni mil-limiti massimi reġjonali.

Il-Kummissjoni għandha tirraporta fuq l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni mhux aktar tard minn sitt xhur qabel ma xi trattati ġodda ta’ l-adeżjoni jidħlu fis-seħħ, u tagħmel proposti għal emendi ta’ din id-Deċiżjoni kif xieraq. Il-Kunsill għandu jiddiskuti u jaġixxi fuq kwalunkwe proposta b’effett mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe trattat ġdid ta’ l-adeżjoni.

Jekk, malli jiskadi l-perjodu tas-self garantit fil-31 ta’ Jannar 2007, is-self mogħti mill-EIB ma jkunx laħaq l-ammonti globali msemmija fit-tieni paragrafu, dan il-perjodu għandu jiġi awtomatikament estiż b’sitt xhur.

2.   Il-pajjiżi koperti mill-paragrafu 1 huma:

Il-pajjiżi ġirien tax-Xlokk: l-Albanija, il-Bosnja u Ħerżegovina, il-Kroazja, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Montenegro u t-Turkija;

Il-pajjiżi tal-Mediterran: l-Alġerija, l-Eġittu, Iżrael, il-Ġordan, il-Libanu, il-Marokk, is-Sirja, it-Tuneżija u x-Xatt tal-Punent ta’ Gaza;

Amerika Latina: l-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċili, il-Kolombja, Kosta Rika, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Peru, l-Urugwaj u l-Veneżwela;

Asja: Il-Bangladexx, il-Brunei, iċ-Ċina, l-Indja, l-Indoneżja, Laos, il-Makao, il-Malasja, il-Maldives, il-Mongolja, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea ta’ Isfel, Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam u l-Jemen;

ir-Repubblika ta’ l-Afrika ta’ Isfel.

3.   L-EIB qiegħed b’hekk jintalab li jimmira biex ikopri r-riskji ekonomiċi fuq 30 % tas-self tiegħu taħt din id-Deċiżjoni minn garanziji mhux sovrani safejn jista’ jkun fuq bażi ta’ mandat reġjonali individwali. Dan il-perċentwali għandu jikber meta jkun possibli safejn is-suq jippermetti.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ta’ kull sena dwar l-operazzjonijirt ta’ self u l-progress li jkun sar fuq il-qsim tar-riskju taħt l-Artikolu 1(3) u għandha, fl-istess waqt tressaq stima dwar l-operazzjoni ta’ l-iskema u dwar il-koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji li jkunu joperaw fiż-żona. L-informazzjoni mressqa mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tinkludi stima tal-kontribuzzjoni tas-self taħt din id-Deċiżjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika esterna rilevanti tal-Komunità, waqt li jitqiesu l-għanijiet operattivi u l-miżuri xierqa għall-kisba tagħhom li għandhom jiġu stabbiliti mill-EIB għas-self taħt din id-Deċiżjoni.

Għall-finijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-EIB għandha tibgħat lill-Kummissjoni l-informazzjoni xierqa.

Artikolu 3

L-EIB u l-Kummissjoni għandhom jistabbilixxu t-termini li fuqhom għandha tingħata l-garanzija.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 2000/24/KE, kif emendata bid-Deċiżjonijiet elenkati f’Anness I, hija mħassra.

Referenzi għad-Deċiżjoni li ġiet imħassra għandhom jinftiehmu bħala riferenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 5

Din id-Deciżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  L-Opinjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU L 9, 13.1.2000, p. 24. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/174/KE (ĠU L 62, 3.3.2006, p. 26).

(3)  Ara l-Anness I.

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 97/256/KE tal-14 ta’ April 1997 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self għal proġetti barra l-Komunità (l-Ewropa Ċentrali u dik tal-Lvant, il-pajjiżi Mediterranji, l-Amerika Latina u l-Asja, l-Afrika ta’ Isfel, ir-Repubblika ex-Jugoslava tal-Maċedonja, Bożnja u Ħerżegovina) ĠU L 102, 19.4.1997, p. 33. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata mir-Regolament (KE) Nru 2666/2000 (ĠU L 306, 7.12.2000, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 98/348/KE tad-19 ta’ Mejju 1998 li tagħti garanzija komunitarja lill-Bank Ewropew ta’ l-Investiment kontra it-telf minn self fir-Repubblika ex-Jugoslavja tal-Maċedonja, Bożnja u Ħerżegovina (ĠU L 155, 29.5.1998, p. 53.)

(6)  COM(2000) 115 …

(7)  ĠU L 346, 22.12.1998, p. 54.

(8)  ĠU L 139, 2.6.1999, p. 1.

(9)  ĠU L 293, 12.11.1994, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 489/2007 (ĠU L 22, 31.1.2007, p. 1).

(10)  ĠU C 172, 18.6.1999, p. 1.

(11)  COM(2006) 323 finali (Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet mwettqa taħt il-Mandati tas-Self Estern tal-BEI u l-future outlook, flimkien ma’ Anness 1: SEC(2006) 789, u Anness 2: SEC(2006) 790).

(12)  ĠU L 308, 3.12.1999, p. 35.


ANNESS I

Deċiżjoni mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/24/KE

(ĠU L 9, 13.1.2000, p. 24)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/688/KE

(ĠU L 285, 10.11.2000, p. 20)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/788/KE

(ĠU L 314, 14.12.2000, p. 27)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/778/KE

(ĠU L 292, 9.11.2001, p. 43)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/47/KE

(ĠU L 21, 25.1.2005, p. 9)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/174/KE

(ĠU L 62, 3.3.2006, p. 26)


ANNESS II

Tabella ta’ korrelazzjoni

Deċiżjoni 2000/24/KE

Din id-Deċiżjoni

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 2, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 2, it-tielet paragrafu

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Anness I

Anness II


Kummissjoni

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-4 ta’ Lulju 2008

dwar l-iffinanzjar tal-ħażna ta’ l-antiġeni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u l-formulazzjoni ta’ vaċċini kkostitwiti mill-ġdid mit-tali antiġeni

(2008/581/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/531/KEE u 91/665/KEE u li temenda d-Direttiva 92/46/KEE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 80 (2) tagħha,

Billi:

(1)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi r-riżervi tal-Komunità tal-vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (3), ħażniet ta’ l-antiġeni ġew stabbiliti għall-formulazzjoni rapida ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u dawn jinżammu, għal raġunijiet ta’ sikurezza, f’postijiet speċifiċi magħzula għal dan il-għan fl-istabbiliment tal-manifattur.

(2)

Skond id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/85/KE, il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżervi Komunitarji ta’ l-antiġeni mhux attivati kkonċentrati għall-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer jinżammu fl-istabbiliment tal-bank Komunitarju ta’ l-antiġeni u l-vaċċini.

(3)

Għal dak il-għan, l-għadd ta’ dożi u d-diversità tas-serotipi u l-varjetajiet ta’ antiġeni tal-viruses tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer maħżuna fil-bank Komunitarju ta’ l-antiġeni u l-vaċċini għandu jiġi deċiż billi jitqiesu l-ħtiġijiet kif ġie stmat fil-kuntest tal-pjanijiet ta’ kontinġenza u s-sitwazzjoni epidemjoloġika u fejn xieraq wara konsultazzjoni mal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza.

(4)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE tal-5 ta’ Novembru 1993 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-kwadru ta’ l-azzjoni Komunitarja li tirrigwarda r-riservi ta’ vaċċini tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4), saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni A5 Ewropej, A22 Lvant Nofsani u O1 Ewropej, tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(5)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/348/KE tat-23 ta’ Mejju 1997 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (5), saru arranġamenti għax-xiri ta’ antiġeni A22-Iraq, C1 u AŻJA1 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(6)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/77/KE tas-17 ta’ Diċembru 1999 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (6), saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti dożi ta’ antiġeni A Iran 96, A Iran 99, A Malażja 97, SAT 1, SAT 2 (il-varjetajiet ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(7)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/569/KE tat-8 ta’ Settembru 2000 għax-xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u għall-formulazzjoni, il-produzzjoni, l-ibbottiljar u t-tqassim ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (7), saru arranġamenti għax-xiri ta’ ċerti dożi ta’ antiġeni A 22 Iraq, A Malażja 97, O1 Manisa, AŻJA 1, SAT 1, SAT 2 (il-varjetajiet ta’ l-Afrika tal-Lvant u ta’ l-Afrika ta’ Isfel) u SAT 3 tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer.

(8)

Fl-2003 u bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2002) 4326 (8) dwar ix-xiri u l-ħażna ta’ antiġeni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer inxtraw kwantitajiet addizzjonali ta’ antiġeni epidemjoloġikament rilevanti.

(9)

Skond l-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE, il-livell ta’ parteċipazzjoni Komunitarja biex jiġu stabbiliti dawn il-ħażniet ta’ riżerva ta’ antiġeni u l-kondizzjonijiet li għalihom tista’ tkun soġġetta din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu stipulati wkoll.

(10)

L-antiġeni kollha li għandhom aktar minn 5 snin iridu jiġu ttestjati għall-potenza.

(11)

Mill-2005, ma teżisti ebda rabta legali għat-tul bejn il-kuntrattur u l-Kummissjoni għall-ħażna, il-formulazzjoni, it-tqassim, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-ġarr ta’ antiġeni FMD mixtrija bejn l-1993 u l-2005.

(12)

L-ispejjeż ta’ ħażna għall-antiġeni FMD għas-sena 2005, 2006 u 2007 huma koperti minn impenn finanzjarju skond ir-Regolament Finanzjarju.

(13)

Bejn l-2005 u l-2007 ma kienx hemm ebda spejjeż marbuta ma’ dawn l-antiġeni FMD għajr għal spejjeż ta’ ħażna.

(14)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni trid tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura ħażna ta’ l-antiġeni kollha FMD elenkati fl-Anness, mill-1 ta’ Jannar 2008 u għal mhux inqas minn 5 snin.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll l-ittestjar dwar il-potenza, il-formulazzjoni, it-tqassim, l-ibbottiljar, l-ittikkettjar u l-ġarr ta’ dawn l-antiġeni.

Artikolu 2

L-ispiża totali li tkopri s-servizzi elenkati fl-Artikolu 1 ma għandhiex taqbeż EUR 4 000 000.

Artikolu 3

Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u l-Ħarsien tal-Konsumatur b’dan hu awtorizzat li jiffirma l-kuntratti stipulati fl-Artikolu 1 f’isem il-Kummissjoni.

Artikolu 4

Proċedura ta’ sejħa għal proposti se tiġi mnedija matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2008. Kuntratt ta’ servizz skond ir-Regolament Finanzjarju Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (9) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu li huma ddefiniti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (10) għandu jkun stabbilit qabel it-30 ta’ Settembru 2008.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(3)  ĠU L 368, 31.12.1991, p. 21. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 807/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 36).

(4)  ĠU L 280, 13.11.1993, p. 33. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2000/112/KE (ĠU L 33, 8.2.2000, p. 21).

(5)  ĠU L 148, 6.6.1997, p. 27, kif emendata bid-Deċiżjoni 2000/112/KE.

(6)  ĠU L 30, 4.2.2000, p. 35.

(7)  ĠU L 238, 22.9.2000, p. 61.

(8)  Deċiżjoni mhux ippubblikata.

(9)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1525/2007 (ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9).

(10)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 478/2007 (ĠU L 111, 28.4.2007, p. 13).


ANNESS

(L-anness mhux għall-pubblikazzjoni)


15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2008

li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3411)

(it-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bit-Taljan, bil-Polakk, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2008/582/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika komuni agrikola [politika agrikola komuni] (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni [titolu mhux uffiċjali] (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, u skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta’ l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim ma’ l-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunikalhom formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom.

(2)

L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta’ konċiljazzjoni. F’ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni.

(3)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu ffinanzjati biss l-ispejjeż agrikoli li jkunu ġġarrbu mingħajr ksur tar-regoli Komunitarji.

(4)

Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dan ir-rekwiżit, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija ta’ l-FAEGG jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn issa ‘l quddiem “l-FAEG”).

(5)

Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG u l-FAEG. Dawn l-ammonti mhumiex relatati ma’ l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri.

(6)

Rigward il-każijiet koperti b’din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta’ l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni f’rapport fil-qosor dwar is-suġġett.

(7)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tagħmel il-Kummissjoni mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’każijiet pendenti fit-30 ta’ Marzu 2008 u li għandhom x’jaqsmu mal-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ispejjeż elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta’ l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima tal-Garanzija ta’ l-FAEGG jew taħt il-FAEG, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli tal-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Ġreċjam ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika ta’ Franza, ir-Repbblika ta’ l-Italja, ir-Renju ta’ l-Olanda, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju ta’ l-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brettanja u l-Irlanda ta’ fuq..

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.

(2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (ĠU L 148, 6.6.2008, p. 1).


FTEHIM

Kunsill

15.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 186/41


Informazzjoni dwar id-data tad-dħul tal-Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa, u l-Bożnja u Ħerzegovina, min-naħa l-oħra

Il-Ftehim interim dwar il-kummerċ u l-miżuri ta’ akkumpanjament bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u l-Bosnja-Ħerzegovina, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-16 ta’ Ġunju 2008 fil-Lussemburgu. Il-ftehim ġie ppubblikat, għall-UE, fil-ĠU L 169 tat-30 ta’ Ġunju 2008, p. 13, u għall-Bosnja-Ħerzegovina, fil-Gazzetta tal-Ftehimiet Internazzjonali numru 5 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008. Skond l-Artikolu 58 tal-Ftehim interim li għandu jidħol fis-seħħ “fl-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ l-aħħar strument ta’ ratifika jew ta’ approvazzjoni”, liema ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 2008.