ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
4 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 633/2008 tat-3 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 634/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 li jistipula l-komponenti agrikolturali mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 635/2008 tat-3 ta’ Lulju 2008 li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sa l-2011 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008

8

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 636/2008 tat-3 ta’ Lulju 2008 dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

10

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/547/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2775)  ( 1 )

11

 

 

2008/548/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008 li tawtorizza għajnuna Finlandiża għaż-żrieragħ u għaż-żerriegħa taċ-ċereali fir-rigward tas-snin ta’ ħsad 2007 u 2008 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2700)

13

 

 

ORJENTAZZJONIJIET

 

 

Bank Ċentrali Ewropew

 

 

2008/549/KE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Ġunju 2008 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro (BĊE/2008/4)

16

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

*

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/550/PESK tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2005/575/PESK

20

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid ( ĠU L 19, 23.1.2008 )

25

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 633/2008

tat-3 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-3 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

40,7

MK

32,3

TR

67,8

ZZ

46,9

0707 00 05

MK

11,6

TR

46,9

ZZ

29,3

0709 90 70

TR

86,9

ZZ

86,9

0805 50 10

AR

112,9

IL

116,0

US

88,7

ZA

106,7

ZZ

106,1

0808 10 80

AR

84,7

BR

98,5

CL

96,0

CN

93,8

NZ

118,6

US

88,6

UY

55,2

ZA

90,3

ZZ

90,7

0808 20 50

AR

84,2

CL

100,0

CN

96,2

NZ

84,5

ZA

102,7

ZZ

93,5

0809 10 00

TR

201,3

US

284,0

ZZ

242,7

0809 20 95

TR

281,0

US

354,9

ZZ

318,0

0809 30

CL

244,7

TR

197,2

ZZ

221,0

0809 40 05

IL

154,7

ZZ

154,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 634/2008

tas-27 ta’ Ġunju 2008

li jistipula l-komponenti agrikolturali mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjonijiet lejn il-Komunità ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2) tas-26 ta’ Ottubru 2004 (minn issa 'l quddiem: “il-Ftehim”) it-2 Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta’ Lulju 1972 inbidel bi Protokoll 2 ġdid li jikkonċerna ċerti prodotti agrikoli pproċessati. Fl-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt KE-Żvizzera, bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 1/2008 (3), emenda l-prezzijiet domestiċi ta’ referenza mill-1 ta’ Frar 2008.

(2)

Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti l-komponenti agrikoli u d-dazji addizzjonali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008 għal ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib u li huma importati mill-Iżvizzera lejn il-Komunità.

(3)

Billi l-Ftehim huwa applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008, il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-istess data,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-komponenti agrikoli mnaqqsa u d-dazji addizzjonali applikabbli mill-1 ta’ Frar 2008 għall-importazzjonijiet ta’ ċerti merkanziji li fihom il-prodotti tal-ħalib koperti mit-Tabella 1 ta’ l-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 mill-Iżvizzera huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Frar 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi-President


(1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, tal-25.11.2000, p. 5).

(2)  ĠU L 23, 26.1.2005, p. 19.

(3)  ĠU L 69, 13.3.2008, p. 34.


ANNESS

Komponenti agrikoli (għal 100 kilogramma piż nett) li għandhom ikunu imposti mill-1 ta' Frar 2008 fuq l-importazzjoni lejn il-Komunità mill-Iżvizzera

1 PARTI

Kodiċi NM

EUR/100 Kg

0403 10 51

83,2

0403 10 53

35,32

0403 10 59

34,94

0403 10 91

7,49

0403 10 93

6,66

0403 10 99

6,66

0403 90 71

83,2

0403 90 79

34,94

0403 90 91

7,49

0403 90 93

6,66

0403 90 99

6,66

0405 20 10

 (*)

0405 20 30

 (*)

1806 20 10

 (*)

1806 20 30

 (*)

1806 20 50

 (*)

1806 20 70

 (*)

1806 20 80

 (*)

1806 20 95

 (*)

1806 31 00

 (*)

1806 32 10

 (*)

1806 32 90

 (*)

1806 90 11

 (*)

1806 90 19

 (*)

1806 90 31

 (*)

1806 90 39

 (*)

1806 90 50

 (*)

1806 90 60

 (*)

1806 90 70

 (*)

1806 90 90

 (*)

1901 10 00

 (*)

1901 20 00

 (*)

1901 90 99

 (*)

1904 20 10

 (*)

1905 31 11

 (*)

1905 31 30

 (*)

1905 31 91

 (*)

1905 31 99

 (*)

1905 40 10

 (*)

1905 40 90

 (*)

1905 90 30

 (*)

1905 90 45

 (*)

1905 90 55

 (*)

1905 90 60

 (*)

1905 90 90

 (*)

2004 10 91

 (*)

2005 20 10

 (*)

2101 12 98

 (*)

2101 20 98

 (*)

2105 00 10

8,32

2105 00 91

8,12

2105 00 99

12,36

2106 10 20

 (*)

2106 10 80

 (*)

2106 90 92

 (*)

2106 90 98

 (*)


PARTI 2

Żid il-Kowd

EUR/100 Kg

7000

0

7001

0

7002

0

7003

0

7004

0

7005

0

7006

0

7007

0

7008

0

7009

0

7010

0

7011

0

7012

0

7013

0

7015

0

7016

0

7017

0

7020

11,65

7021

11,65

7022

11,65

7023

11,65

7024

11,65

7025

11,65

7026

11,65

7027

11,65

7028

11,65

7029

11,65

7030

11,65

7031

11,65

7032

11,65

7033

11,65

7035

11,65

7036

11,65

7037

11,65

7040

34,94

7041

34,94

7042

34,94

7043

34,94

7044

34,94

7045

34,94

7046

34,94

7047

34,94

7048

34,94

7049

34,94

7050

34,94

7051

34,94

7052

34,94

7053

34,94

7055

34,94

7056

34,94

7057

34,94

7060

62,4

7061

62,4

7062

62,4

7063

62,4

7064

62,4

7065

62,4

7066

62,4

7067

62,4

7068

62,4

7069

62,4

7070

62,4

7071

62,4

7072

62,4

7073

62,4

7075

62,4

7076

62,4

7077

62,4

7080

121,47

7081

121,47

7082

121,47

7083

121,47

7084

121,47

7085

121,47

7086

121,47

7087

121,47

7088

121,47

7090

121,47

7091

121,47

7092

121,47

7095

121,47

7096

121,47

7100

0

7101

0

7102

0

7103

0

7104

0

7105

0

7106

0

7107

0

7108

0

7109

0

7110

0

7111

0

7112

0

7113

0

7115

0

7116

0

7117

0

7120

11,65

7121

11,65

7122

11,65

7123

11,65

7124

11,65

7125

11,65

7126

11,65

7127

11,65

7128

11,65

7129

11,65

7130

11,65

7131

11,65

7132

11,65

7133

11,65

7135

11,65

7136

11,65

7137

11,65

7140

34,94

7141

34,94

7142

34,94

7143

34,94

7144

34,94

7145

34,94

7146

34,94

7147

34,94

7148

34,94

7149

34,94

7150

34,94

7151

34,94

7152

34,94

7153

34,94

7155

34,94

7156

34,94

7157

34,94

7160

62,4

7161

62,4

7162

62,4

7163

62,4

7164

62,4

7165

62,4

7166

62,4

7167

62,4

7168

62,4

7169

62,4

7170

62,4

7171

62,4

7172

62,4

7173

62,4

7175

62,4

7176

62,4

7177

62,4

7180

121,47

7181

121,47

7182

121,47

7183

121,47

7185

121,47

7186

121,47

7187

121,47

7188

121,47

7190

121,47

7191

121,47

7192

121,47

7195

121,47

7196

121,47

7200

17,05

7201

17,05

7202

17,05

7203

17,05

7204

17,05

7205

17,05

7206

17,05

7207

17,05

7208

17,05

7209

17,05

7210

17,05

7211

17,05

7212

17,05

7213

17,05

7215

17,05

7216

17,05

7217

17,05

7220

17,05

7221

17,05

7260

25,08

7261

25,08

7262

25,08

7263

25,08

7264

25,08

7265

25,08

7266

25,08

7267

25,08

7268

25,08

7269

25,08

7270

25,08

7271

25,08

7272

25,08

7273

25,08

7275

25,08

7276

25,08

7300

19,62

7301

19,62

7302

19,62

7303

19,62

7304

19,62

7305

19,62

7306

19,62

7307

19,62

7308

19,62

7309

19,62

7310

19,62

7311

19,62

7312

19,62

7313

19,62

7315

19,62

7316

19,62

7317

19,62

7320

19,62

7321

19,62

7360

25,08

7361

25,08

7362

25,08

7363

25,08

7364

25,08

7365

25,08

7366

25,08

7367

25,08

7368

25,08

7369

25,08

7370

25,08

7371

25,08

7372

25,08

7373

25,08

7375

25,08

7376

25,08

7378

25,08

7400

22,68

7401

22,68

7402

22,68

7403

22,68

7404

22,68

7405

22,68

7406

22,68

7407

22,68

7408

22,68

7409

22,68

7410

22,68

7411

22,68

7412

22,68

7413

22,68

7415

22,68

7416

22,68

7417

22,68

7420

22,68

7421

22,68

7460

58,24

7461

58,24

7462

58,24

7463

58,24

7464

58,24

7465

58,24

7466

58,24

7467

58,24

7468

58,24

7470

58,24

7471

58,24

7472

58,24

7475

58,24

7476

58,24

7500

19,78

7501

19,78

7502

19,78

7503

19,78

7504

19,78

7505

19,78

7506

19,78

7507

19,78

7508

19,78

7509

19,78

7510

19,78

7511

19,78

7512

19,78

7513

19,78

7515

19,78

7516

19,78

7517

19,78

7520

19,78

7521

19,78

7560

54,08

7561

54,08

7562

54,08

7563

54,08

7564

54,08

7565

54,08

7566

54,08

7567

54,08

7568

54,08

7570

54,08

7571

54,08

7572

54,08

7575

54,08

7576

54,08

7600

41,6

7601

41,6

7602

41,6

7603

41,6

7604

41,6

7605

41,6

7606

41,6

7607

41,6

7608

41,6

7609

41,6

7610

41,6

7611

41,6

7612

41,6

7613

41,6

7615

41,6

7616

41,6

7620

41,6

7700

31,62

7701

31,62

7702

31,62

7703

31,62

7705

31,62

7706

31,62

7707

31,62

7708

31,62

7710

31,62

7711

31,62

7712

31,62

7715

31,62

7716

31,62

7720

0

7721

0

7722

0

7723

0

7725

0

7726

0

7727

0

7728

0

7730

0

7731

0

7732

0

7735

0

7736

0

7740

0

7741

0

7742

0

7745

0

7746

0

7747

0

7750

0

7751

0

7758

0

7759

0

7760

0

7761

0

7762

0

7765

0

7766

0

7768

11,65

7769

11,65

7770

0

7771

0

7778

34,94

7779

34,94

7780

0

7781

0

7785

0

7786

0

7788

62,4

7789

62,4

7798

0

7799

0

7800

173,06

7801

173,06

7802

173,06

7805

173,06

7806

173,06

7807

173,06

7808

173,06

7809

173,06

7810

173,06

7811

173,06

7818

34,94

7819

34,94

7820

173,06

7821

173,06

7822

173,06

7825

173,06

7826

173,06

7827

173,06

7828

173,06

7829

173,06

7830

173,06

7831

173,06

7838

25,08

7840

0

7841

0

7842

0

7843

0

7844

0

7845

0

7846

0

7847

0

7848

0

7849

0

7850

0

7851

0

7852

0

7853

0

7855

0

7856

0

7857

0

7858

0

7859

0

7860

0

7861

0

7862

0

7863

0

7864

0

7865

0

7866

0

7867

0

7868

0

7869

0

7870

0

7871

0

7872

0

7873

0

7875

0

7876

0

7877

0

7878

0

7879

0

7900

0

7901

0

7902

0

7903

0

7904

0

7905

0

7906

0

7907

0

7908

0

7909

0

7910

0

7911

0

7912

0

7913

0

7915

0

7916

0

7917

0

7918

0

7919

0

7940

0

7941

0

7942

0

7943

0

7944

0

7945

0

7946

0

7947

0

7948

0

7949

0

7950

0

7951

0

7952

0

7953

0

7955

0

7956

0

7957

0

7958

0

7959

0

7960

0

7961

0

7962

0

7963

0

7964

0

7965

0

7966

0

7967

0

7968

0

7969

0

7970

0

7971

0

7972

0

7973

0

7975

0

7976

0

7977

0

7978

0

7979

0

7980

0

7981

0

7982

0

7983

0

7984

0

7985

0

7986

0

7987

0

7988

0

7990

0

7991

0

7992

0

7995

0

7996

0


(*)  Ara t-2 Parti


4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/8


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 635/2008

tat-3 ta’ Lulju 2008

li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sa l-2011 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Wara investigazzjonijiet nazzjonali li twettqu fl-2007, il-Kummissjoni ġiet innotifikata mill-Polonja li din ta’ l-aħħar qabżet il-kwota tagħha għall-merluzz fil-Lvant tal-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) għall-2007 bi 8 000 tunnellata.

(2)

Skond l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2847/93, il-Kummissjoni topera tnaqqis mill-kwota annwali meta tkun stabbiliet li Stat Membru jkun stad aktar mill-kwota tiegħu ta’ stokk.

(3)

L-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/2008 ta’ l-14 ta’ April 2008 li jadatta l-kwoti tas-sajd għall-merluzz li għandhom ikunu allokati lill-Polonja fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) mill-2008 sa l-2011 (2) jipprovdi għal tnaqqis, matul perjodu ta’ erba’ snin, li jikkonsisti fi tnaqqis ta’ 10 %, fis-sena 2008, tal-kwantità żejda mistada fis-sena 2007, u tnaqqis ta’ 30 % fis-snin 2009, 2010 u 2011, tal-kwantità żejda mistada fl-2007.

(4)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

il-kwota tal-merluzz fil-Baħar Baltiku (Subdiviżjonijiet 25-32, Ilmijiet tal-KE) allokati lill-Polonja fis-snin mill-2008 sa l-2011 għandha titnaqqas kif jidher fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 261, 20.10.1993 p.1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 248, 22.9.2007, p.1).

(2)  ĠU L 107, 17.04.2008 p.1.


ANNESS

 

Tnaqqis mill-kwota 2008-2011

Pajjiż

Speċi

Kodiċi ta’ l-Istokk

Żona

2008

2009

2010

2011

Il-Polonja

Merluzz (Gadus morhua)

COD/3D25 sa COD/3D32

Subdiviżjonijiet 25-32

(Ilmijiet tal-KE)

800

2 400

2 400

2 400


4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 636/2008

tat-3 ta’ Lulju 2008

dwar il-ħruġ ta' liċenzji għall-esportazzjoni fis-settur ta' l-inbid

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2001 ta' l-24 ta' April 2001 li jippreskrivi regoli dettaljati biex ikun implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar il-kummerċ ma’ terzi pajjiżi ta’ prodotti fis-settur ta’ l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 63(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (2), illimita l-għoti tar-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-prodotti fis-settur ta' l-inbid għall-volumi u għan-nefqiet miftiehma fil-ftehim dwar l-agrikoltura, konkluż fil-qafas tan-negozjati kummerċjali multilaterali ta' l-Uruguay Round.

(2)

L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, jiddetermina l-kundizzjonijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tieħu miżuri partikolari sabiex jiġi evitat li jinqabżu l-kwantitajiet stipulati jew il-baġit disponibbli fil-qafas ta' dan il-ftehim.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni li għandha f'idejha l-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 dwar l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni, hemm riskju li l-kwantità li għadha disponibbli għall-perjodu sal-31 ta’ Lulju 2008, għaż-żona ta' destinazzjoni 1) l-Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant stipulata fl-Artikolu 9(5) tar-Regolament (KE) Nru 883/2001, tinqabeż kemm-il darba ma jkunx hemm restrizzjonijiet fuq il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw ir-rifużjoni bil-quddiem. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi applikat perċentwal uniku għall-aċċettazzjoni ta' l-applikazzjonijiet imressqa fl-1 ta’ Lulju 2008 u li sa l-1 ta’ Awwissu 2008 jiġu sospiżi, għal dawn iż-żoni, il-ħruġ tal-liċenzji għall-applikazzjonijiet imressqa, kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-liċenzji għall-esportazzjoni li jistipulaw bil-quddiem ir-rifużjoni fis-settur ta' l-inbid u li l-applikazzjonijiet għalihom tressqu fl-1 ta’ Lulju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 883/2001, huma maħruġa sal-limitu ta' 13,69 % tal-kwantitajiet mitluba għaż-żona 1) l-Afrika u maħruġa sal-limitu ta' 70,24 % tal-kwantitajiet mitluba għaz-żona 3) l-Ewropa tal-Lvant.

2.   Għall-prodotti tas-settur ta' l-inbid stipulati fil-paragrafu 1, il-ħruġ tal-liċenzji għall-esportazzjoni li l-applikazzjonijiet għalihom ġew ppreżentati mit-2 ta’ Lulju 2008 kif ukoll il-preżentazzjoni ta' l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-esportazzjoni mill-4 ta’ Lulju 2008 huma sospiżi għaż-żona 1) Afrika u 3) l-Ewropa tal-Lvant l-1 ta’ Awwissu 2008.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-4 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 128, 10.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1211/2007 (ĠU L 274, 18.10.2007, p. 5).

(2)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2775)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/547/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 ta’ l-Anness VI tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Bulgarija ngħatat perjodi ta’ tranżizzjoni bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta’ pproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1).

(2)

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3), 2008/209/KE (4) u 2008/331/KE (5).

(3)

Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li stabbiliment wieħed ta’ pproċessar tal-ħalib lesta l-proċess ta’ aġġornament tiegħu u issa huwa kompletament konformi mal-leġiżlazzjoni Komunitarja. Dan l-istabbiliment għandu l-permess li jirċievi u jipproċessa ħalib nej mhux konformi. Dan l-istabbiliment għalhekk għandu jiżdied mal-lista tal-Kapitolu I ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI.

(4)

L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-Kapitolu I ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, jiżdied il-punt li ġej:

“1.

BG 1312002 ‘Milk Grup’ EOOD s. Yunacite”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

(2)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

(3)  ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.

(4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18.

(5)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97.


4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Ġunju 2008

li tawtorizza għajnuna Finlandiża għaż-żrieragħ u għaż-żerriegħa taċ-ċereali fir-rigward tas-snin ta’ ħsad 2007 u 2008

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2700)

(It-testi bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(2008/548/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2358/71 u (KEE) Nru 1674/72 (1), u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bl-ittra tas-17 ta’ Diċembru 2007, il-Gvern Finlandiż talab l-awtorizzazzjoni għas-snin 2007-2010, biex jagħti għajnuna lill-bdiewa għal ċerti kwantitajiet ta’ tipi ta’ żrieragħ u żrieragħ taċ-ċereali li huma prodotti biss fil-Finlandja minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-klima tagħha. Informazzjoni supplimentari kienet provduta bl-ittri tas-16 ta’ Jannar u ta’ l-20 ta’ Frar 2008.

(2)

Skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005, il-Finlandja għandha tgħaddi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008 rapport dettaljat dwar ir-riżultati ta’ l-għajnuna awtorizzata. Sabiex ma tantiċipax din ir-reviżjoni interim, żrieragħ ikkultivati fl-2007 u fl-2008 biss jistgħu jirċievu l-għajnuna f’dan l-istadju.

(3)

Il-Finlandja talbet awtorizzazzjoni biex tagħti għajnuna għal kull ettaru ta’ ċerti taqsimiet taħt l-ispeċi taż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) kif stabbiliti fl-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għall-iskemi ta’ għajnuna diretta taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sapport għall-bdiewa u li jimmodifika ir-Regolamenti (KEE) 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (2), bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy), u għal ċerti taqsimiet taħt iż-żrieragħ taċ-ċereali.

(4)

L-għajnuna proposta għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1947/2005. L-għajnuna tikkonċerna l-varjetajiet taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali kkultivati fil-Finlandja li huma adattati għall-kundizzjonijiet tal-klima ta’ dak il-pajjiż u li ma jitkabbrux fi Stati Membri oħrajn. L-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għall-varjetajiet elenkati fil-lista ta’ varjetajiet Finlandiżi li huma prodotti fil-Finlandja biss.

(5)

Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun informata dwar il-miżuri meħuda mill-Finlandja biex tikkonforma mal-limiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Finlandja hija awtorizzata biex, mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2008, tagħti għajnuna lil dawk li jkabbru, u li huma stabbiliti fit-territorju tagħha, iż-żrieragħ u ż-żrieragħ taċ-ċereali ċċertifikati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, fil-limiti ta’ l-ammonti stabbiliti f’dak l-Anness.

L-awtorizzazzjoni għandha tkopri esklussivament il-varjetajiet elenkati fil-katalogu nazzjonali Finlandiż u li jitkabbru fil-Finlandja biss.

Artikolu 2

Il-Finlandja għandha tiżgura, b’sistema ta’ spezzjoni xierqa, li l-għajnuna tingħata biss għall-varjetajiet elenkati fl-Anness.

Artikolu 3

Il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni lista tal-varjetajiet iċċertifikati kkonċernati u kwalunkwe emendi f’din il-lista u tinforma lill-Kummissjoni dwar t-taqsimiet u l-kwantitajiet ta’ żrieragħ u żrieragħ taċ-ċereali li jirċievu l-għajnuna.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.

Magħmula fi Brussell, 24 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 479/2008 (OJ L 148, 6.6.2008, p. 1).


ANNESS

Żrieragħ

Eleġibbli

:

It-taqsima taħt iż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) iċċertifikati ta’ l-ispeċi elenkati fl-Anness XI għar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy).

L-għajnuna massima għal kull ettaru

:

EUR 220

Il-bagit massimu

:

EUR 442 200

Żrieragħ taċ-ċereali

Eleġibbli

:

It-taqsima taħt iż-żrieragħ ċċertifikati tal-qamħ, il-ħafur, ix-xgħir u s-sikrana.

L-għajnuna massima għal kull ettaru

:

EUR 73

Il-baġit massimu

:

EUR 2 190 000


ORJENTAZZJONIJIET

Bank Ċentrali Ewropew

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/16


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta’ Ġunju 2008

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2006/9 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ta’ l-ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro

(BĊE/2008/4)

(2008/549/KE)

Il-Kunsill Governattiv Tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1),

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 16,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2006/9 ta’ l-14 ta’ Lulju 2006 dwar ċerti preparazzjonijiet għall-bidla tal-flus kontanti ewro u dwar il-frontloading u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro barra ż-żona ta’ l-ewro (1) tistabbilixxi r-regoli li jippermettu lill-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) ta’ Stati Membri parteċipanti futuri jissellfu karti tal-flus u muniti ewro mill-Ewrosistema għall-finijiet biex jagħmlu frontloading u sub-frontloading tagħhom qabel il-bidla tal-flus kontanti u tiddefinixxi l-obbligi biex jitwettqu minn kontropartijiet eliġibbli u terzi persuni professjonali sabiex dawn jiġu frontloaded u sub-frontloaded rispettivament.

(2)

Wara l-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovenja, Ċipru u Malta skond ir-regoli li jinsabu fil-Linja Gwida BĊE/2006/9, ġie identifikat il-bżonn li jsiru diversi emendi mmirati biex itejbu l-aspetti loġistiċi tal-bidla tal-flus kontanti fi Stati Membri parteċipanti futuri.

(3)

Minħabba d-diffikultajiet li x’aktarx BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema se jiffaċċjaw fl-ippjanar tal-volum u d-denominazzjonijiet tal-karti tal-flus ewro meħtieġa wara d-data tal-bidla tal-flus kontanti, dawn il-BĊNi ta’ l-Ewrosistema għandhom ikollhom il-possibbiltà, immedjatament wara d-data tal-bidla tal-flus kontanti, biex jirfinaw l-istruttura denominazzjonali ta’ l-istokks tagħhom tal-karti tal-flus ewro bi spejjeż baxxi.

(4)

Filwaqt li fil-preżent huma biss dawk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-uffiċċji tal-posta nazzjonali li għandhom kont mal-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema tagħhom, li huma ntitolati biex jagħmlu sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro lil terzi persuni professjonali, l-esperjenza li ġiet akkwistata s’issa bil-bidliet tal-flus kontanti skond il-Linja Gwida BĊE/2006/9 wriet kemm hu utli li wieħed jinvolvi kumpaniji li jġorru l-flus kontanti f’operazzjonijiet ta’ sub-frontloading. Għalhekk l-istituzzjonijiet ta’ kreditu w uffiċċji tal-posta nazzjonali għandhom jitħallew jaħtru kumpaniji li jġorru l-flus kontanti bħala l-aġenti tagħhom għall-finijiet ta’ sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro.

(5)

Biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta’ l-obbligi ta’ rappurtar relatati mal-volum u d-denominazzjoni ta’ karti tal-flus u muniti ewro frontloaded u sub-frontloaded, għandha tiġi ssimplifikata l-proċedura ta’ rappurtar applikabbli għall-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema u l-kontropartijiet eliġibbli.

(6)

Minħabba l-potenzjal ta’ verifiki u spezzjonijiet numerużi u frekwenti mwettqa mill-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema fil-bini ta’ entitajiet frontloaded u sub-frontloaded, biex jiċċekkjaw li dawn ta’ l-aħħar ma jqiegħdux fiċ-ċirkolazzjoni karti tal-flus u muniti ewro qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti, jinħtieġ li l-BĊNi futuri ta’ l-Ewrosistema jitħallew jafdaw awtoritajiet pubbliċi oħra b’dawn il-ħidmiet.

(7)

Ġie ppruvat li l-ftehim kuntrattwali li għandhom jidħlu għalihom l-entitajiet frontloaded u sub-frontloaded qabel ma jseħħ kull sub-frontloading u n-nuqqas ta’ inċentivi finanzjarji disponibbli lil entitajiet sub-frontloaded, skond l-esperjenza li ġiet akkwistata s’issa bil-bidliet tal-flus kontanti skond il-Linja Gwida BĊE/2006/9, huma detrimentali għas-suċċess tas-sub-frontloading fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ bejjiegħa bl-imnut, eż. ħwienet ta’ konvenjenza u ħwienet oħra żgħar. Għalhekk jinħtieġ li tiġi introdotta proċedura ssimplifikata ta’ sub-frontloading biex tintuża meta jkunu nvoluti biss ammonti żgħar ta’ karti tal-flus u muniti ewro.

(8)

Ġie identifikat ukoll il-bżonn li jsiru diversi emendi żgħar oħra lil-Linja Gwida BĊE/2006/9,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Il-Linja Gwida BĊE/2006/9 hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

Jiżdied it-test li ġej fit-tmiem tal-paragrafu 5:

“Madankollu, trasferiment bil-kwantità ta’ karti tal-flus ewro m’għandux jitqies parti mill-obbligi inizjali jekk il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema li jkollu dak il-volum żejjed ta’ denominazzjoni waħda jew iżjed ta’ karti ta’ flus ewro, ta’ valur u kwalità ekwivalenti għal ta’ dawk inklużi fit-trasferiment bil-kwantità, jittrasferixxi dawn lill-Ewrosistema bi skambju għal dak it-trasferiment bil-kwantità. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, ma jqum l-ebda obbligu biex isir ħlas mill-ġdid u l-BĊE għandu jħallas l-ispiża tat-trasportazzjoni tal-karti tal-flus ewro.”

(b)

Jiġi rrevokat il-paragrafu 6(b).

(ċ)

Fil-paragrafu 8, l-aħħar sentenza hija sostitwita b’li ġej:

“In-numru u l-kwalità ekwivalenti ta’ karti tal-flus biex jitħallsu għal serje futuri ta’ karti tal-flus ewro se jkunu kkalkulati kif stabbilit mill-Kunsill Governattiv fil-ħin.”

(d)

Il-paragrafu 11 huwa sostitwit b’li ġej:

“11.   BĊN futur ta’ l-Ewrosistema għandu jirrapporta dan li ġej lill-BĊE u lill-BĊN(i) ta’ l-Ewrosistema li jikkunsinna, filwaqt li jqis l-obbligi stabbiliti fi strument legali separat:

(a)

L-ammont totali finali ta’ karti tal-flus ewro frontloaded u sub-frontloaded (ikklassifikat skond id-denominazzjoni); u

(b)

L-ammont totali finali ta’ muniti ewro frontloaded u sub-frontloaded (ikklassifikat skond id-denominazzjoni).”

(2)

Jiżdied it-test li ġej fit-tmiem ta’ l-Artikolu 5:

“Kontropartijiet eliġibbli jistgħu jaħtru kumpaniji li jġorru l-flus kontanti bħala aġenti li jaġixxu f’isimhom u għar-riskju tagħhom għall-finijiet tal-ħażna u s-sub-frontloading ta’ karti tal-flus u muniti ewro lil terzi persuni professjonali bil-kundizzjoni li: (i) minkejja l-ħatra ta’ aġent, il-kontropartijiet eliġibbli jaderixxu mar-regoli u l-proċeduri kollha applikabbli stabbiliti f’din il-Linja Gwida; u (ii) il-kontropartijiet eliġibbli jikkonkludu ftehim kuntrattwali ma’ kumpaniji li jġorru l-flus kontanti li jistabbilixxu li kumpaniji li jġorru l-flus kontanti għandhom jissodisfaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 10(a) u (b) u fl-Artikoli 13(1) sa 13(3).”

(3)

Fl-Artikolu 9, jiżdied it-test li ġej fi tmiem il-paragrafu 2:

“Il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema għandu jirrapporta lill-BĊE l-informazzjoni li huwa jirċievi minn kontroparti eliġibbli, filwaqt li jikkunsidra l-obbligi stabbiliti fi strument legali separat.”

(4)

L-Artikolu 10 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (b) huwa sostitwit b’li ġej:

“(b)

Il-kontroparti eliġibbli għandha taqbel mat-terza persona professjonali li tkun se tirċievi s-sub-frontloading li din ta’ l-aħħar tippermetti lill-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema jew kull awtorità pubblika oħra kompetenti skond l-Artikolu 13(3), biex iwettqu verifiki u spezzjonijiet fil-bini tat-terza persuna professjonali li tkun irċeviet is-sub-frontloading sabiex jivverifikaw il-preżenza tal-karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded.”

(b)

Il-punt (ċ) huwa sostitwit b’li ġej:

“(ċ)

Il-kontroparti eliġibbli għandha tħallas lill-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema penali kuntrattwali f’ammont ipproporzjonat ma’ xi ħsara li jkun sofra, madankollu mhux anqas minn 10 % ta’ l-ammont sub-frontloaded, jekk: (i) il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema jew kull awtorità pubblika kompetenti oħra ma tingħatax aċċess biex twettaq il-verifiki u l-ispezzjonijiet imsemmija f’punt (b); jew (ii) jekk il-karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded ma jinħażnux fil-bini tat-terza parti professionali li tkun irċeviet is-sub-frontloading kif stabbilit f’dan l-Artikolu. BĊN futur ta’ l-Ewrosistema m’għandux jimponi dawn il-penali kuntrattwali: (i) jekk l-Istat Membru parteċipanti futur tiegħu jkun stabbilixxa qafas regolatorju li jipprovdi għal livell ekwivalenti ta’ protezzjoni; jew (ii) sakemm it-terza persuna professjonali li tkun irċeviet is-sub-frontloading tkun ħallset diġà penali skond l-Artikolu 16(2)(f).”

(5)

L-Artikolu 13 qed jiġi emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   BĊN futur ta’ l-Ewrosistema għandu jipprojbixxi lill-kontropartijiet eliġibbli (inklużi l-aġenti maħtura tagħhom) milli jiddisponu mill-karti tal-flus u muniti ewro kkunsinnati lilhom qabel 00:00 (ħin lokali) fid-data tal-bidla tal-flus kontanti, sakemm stabbilit mod ieħor b’din il-Linja Gwida. B’mod partikolari, il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema għandu jeżiġi li l-kontropartijiet eliġibbli, inklużi l-aġenti maħtura tagħhom, jaħżnu l-karti tal-flus u muniti ewro frontloaded fil-kmamar tas-sigurtà tagħhom jew fil-kmamar tas-sigurtà ta’ l-aġenti maħtura tagħhom, jekk ikollhom, separatament minn kull karti tal-flus u muniti ewro oħra, valuti u proprjetà oħra, u b’mod li joffri sigurtà, sabiex jiġu evitati l-qerda, is-serq, jew kull każ ieħor ta’ ċirkolazzjoni bikrija.”

(b)

Il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’li ġej:

“3.   Sabiex tiġi vverifikata l-preżenza tal-karti tal-flus u muniti ewro frontloaded u l-ftehim liema skond il-kontropartijiet eliġibbli jwettqu s-sub-frontloading, il-kontropartijiet eliġibbli, inklużi l-aġenti maħtura tagħhom, għandhom jagħtu lill-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema tagħhom, id-dritt li jivverifika u jispezzjona l-bini tagħhom. Il-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema jista’ jafda awtorità pubblika kompetenti oħra bil-verifika u l-ispezzjoni ta’ dan il-bini, f’liema każ il-BĊE għandu jkun infurmat.”

(6)

Qed jiġi emendat l-Artikolu 16 kif ġej:

(a)

Jiġi rrevokat il-paragrafu 2(b).

(b)

Il-paragrafu 2(d) huwa sostitwit b’li ġej:

“(d)

It-terza persuna professjonali għandha tagħti lill-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema tagħha jew kull awtorità kompetenti oħra skond l-Artikolu 13(3), id-dritt biex jivverifikaw u jispezzjonaw il-bini tagħha sabiex jivverifikaw il-preżenza tal-karti tal-flus u l-muniti ewro sub-frontloaded.”

(ċ)

Jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.   B’deroga mill-proċedura tas-sub-frontloading deskritta fil-paragrafu 2, għandha tapplika l-proċedura ssimplifikata tas-sub-frontloading, fost terzi persuni professjonali, lil bejjiegħa bl-imnut skond il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-bejjiegħ bl-imnut huwa intrapriża micro kif iddefinita fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi micro, żgħar u ta’ daqs medju (*), jiġifieri timpjega anqas minn 10 persuni u għandha turnover annwali jew karta tal-bilanċ annwali totali li ma taqbiżx EUR 2 miljun;

(b)

il-valur nominali tal-karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded lil bejjiegħ bl-imnut ma jaqbiżx EUR 10 000 fit-total;

(ċ)

il-bejjiegħ bl-imnut għandu jiffirma formola standard ippreparata mill-BĊN futur ta’ l-Ewrosistema NCB li fiha jaqbel li ma jiddisponix mill-karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded qabel 00:00 (ħin lokali) fid-data tal-bidla tal-flus kontanti. M’għandhom jinħtieġu l-ebda ftehim kuntrattwali oħra; u

(d)

il-bejjiegħ bl-imnut għandu jaħżen karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded kif mitlub skond l-Artikolu 10(a), u għaldaqstant għandu japplika l-paragrafu 2(d).

(*)  ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.”"

(d)

Qed jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Skond il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3, sub-frontloading issimplifikat jista’ jsir biss ħamest ijiem kalendarji qabel id-data tal-bidla tal-flus kontanti. Il-valur fil-valuta l-antika li jikkorrispondi mal-valur nominali tal-karti tal-flus u muniti ewro sub-frontloaded minn kontroparti eliġibbli lil bejjiegħ bl-imnut skond il-proċedura ssimplifikata tas-sub-frontloading, għandu jiġi mblukkat fil-kont tal-bejjiegħ bl-imnut mal-kontroparti eliġibbli, u ddebitat fid-data tal-bidla tal-flus kontanti.”

(7)

L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’li ġej:

“BĊNi futuri Ewrosistema għandhom jibagħtu lill-BĊE kopji ta’ kull strument legali u miżuri adottati fl-Istat Membru tagħhom fir-rigward ta’ din il-Linja Gwida mhux aktar tard minn xahar qabel il-bidu tal-perijodu tal-frontloading/sub-frontloading, madankollu mhux qabel li tkun ittieħdet kull deċiżjoni dwar l-abrogazzjoni tad-deroga fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru.”

Artikolu 2

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewopea.

Artikolu 3

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-BĊNi ta’ Stati Membri parteċipanti.

Magħmula fi Frankfurt am Main, 19 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Jean-Claude TRICHET


(1)  ĠU L 207, 28.7.2006, p. 39.


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/20


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/550/PESK

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2005/575/PESK

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Lulju 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/575/PESK li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD) (1).

(2)

Fil-21 ta’ Diċembru 2007, bis-saħħa ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik l-Azzjoni Konġunta, il-Kumitat tat-Tmexxija ppreżenta rapport dwar l-attivitajiet u l-perspettivi tal-KESD bil-ħsieb ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta.

(3)

Fit-18 ta’ Marzu 2008, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) rrakkomanda li l-Kunsill jemenda l-Azzjoni Konġunta fid-dawl ta’ dak ir-rapport.

(4)

Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għandha tiġi adottata verżjoni ġdida kkonsolidata ta’ l-Azzjoni Konġunta,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

Stabbiliment

1.   B’dan qed jiġi stabbilit Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża (KESD).

2.   Il-KESD għandu jkun organizzat bħala netwerk bejn istituti, kulleġġi, akkademji, universitajiet u istituzzjonijiet fl-Unjoni Ewropea (UE) li jittrattaw il-kwistjonijiet tal-politika dwar is-sigurtà u d-difiża u l-Istitut ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istudji tas-Sigurtà (EU ISS) (minn hawn ‘il quddiem imsejħin l-“istituti”).

3.   Huwa għandu jistabbilixxi rabtiet mill-qrib ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE u l-aġenziji rilevanti ta’ l-UE.

Artikolu 2

Missjoni

Il-KESD għandu jipprovdi taħriġ fil-qasam tal-Politika Ewropea ta’ Sigurtà u Difiża (PESD) fil-livell strateġiku sabiex ikun hemm żvilupp u promozzjoni ta’ fehim komuni tal-PESD fost il-persunal ċivili u militari, u biex tiġi identifikata u mxerrda, permezz ta’ l-attivitajiet tiegħu ta’ taħriġ, l-aħjar prattika fir-rigward ta’ diversi kwistjonijiet tal-PESD.

Artikolu 3

Għanijiet

L-għanijiet tal-KESD għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

li jkompli jsaħħaħ il-kultura tas-sigurtà Ewropea fi ħdan il-PESD;

(b)

li jippromwovi fehim aħjar tal-PESD bħala parti essenzjali mill-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK);

(ċ)

li jipprovdi lill-korpi ta’ l-UE b’persunal kompetenti li kapaċi jaħdem b’mod effiċjenti fl-oqsma kollha tal-PESD;

(d)

li jipprovdi lill-amminstrazzjonijiet u l-persunal ta’ l-Istati Membri b’persunal kompetenti li jkun familjari mal-politika, l-istituzzjonijiet u l-proċeduri ta’ l-UE; u

(e)

li jgħin jippromwovi relazzjonijiet u kuntatti professjonali fost il-parteċipanti tat-taħriġ.

Fejn meħtieġ, għandha tingħata attenzjoni lill-konsistenza ma’ l-attivitajiet Komunitarji.

Artikolu 4

Kompiti tal-KESD

1.   Il-kompiti ewlenin tal-KESD huma konformi mal-missjoni u l-għanijiet tiegħu li jorganizza u jwettaq attivitajiet ta’ taħriġ fil-qasam tal-PESD.

2.   L-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD għandhom jinkludu:

(a)

il-Kors ta’ Livell Għoli fil-PESD,

(b)

il-Kors ta’ Orjentament fil-PESD u

(ċ)

Korsijiet tal-PESD għal udjenzi speċjalizzati jew b’fokus speċifiku, kif deċiż mill-Kumitat tat-Tmexxija msemmi fl-Artikolu 6.

Għandhom jinbdew attivitajiet oħrajn ta’ taħriġ, kif deċiż mill-Kumitat tat-Tmexxija.

3.   Barra minn dan, il-KESD għandu b’mod partikolari:

(a)

jappoġġa r-relazzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti bejn l-istituti involuti fin-netwerk;

(b)

jinstalla u jħaddem Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL) biex isostni l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD;

(ċ)

jiżviluppa u jipproduċi materjal ta’ taħriġ għat-Taħriġ ta’ l-UE fil-PESD bl-użu wkoll ta’ materjal rilevanti diġà eżistenti;

(d)

jistabbilixxi Netwerk ta’ Alumni bejn l-ex parteċipanti fit-taħriġ;

(e)

jappoġġa programmi ta’ skambju fil-qasam tal-PESD bejn l-istituti tat-taħriġ ta’ l-Istati Membri;

(f)

jipprovdi kontributi fil-Programm ta’ Taħriġ annwali ta’ l-UE fil-PESD u

(g)

jorganizza u jmexxi konferenza annwali ta’ netwerking li ġġib flimkien atturi ċivili u militari rilevanti involuti fit-taħriġ ta’ l-UE fil-PESD.

4.   Il-KESD għandu jkollu l-kapaċità legali meħtieġa partikolarment biex jidħol f’kuntratti u arranġamenti amministrattivi u biex ikollu kont fil-bank. Kwalunkwe responsabbiltà li tista’ tirriżulta minn kuntratti konklużi mill-KESD għandha tkun koperta mill-Istati kontribwenti u kontributuri oħrajn kif imsemmi fl-Artikolu 11(5). Fl-ebda każ ma’ jista’ l-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tiegħu jew is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill jinżamm responsabbli fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-persunal tas-Segretarjat Ġenerali b’rabta ma’ l-attivitajiet tal-KESD.

5.   L-attivitajiet ta’ taħriġ tal-KESD għandhom jitwettqu permezz ta’ l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD jew atturi oħrajn ta’ Stat Membru li jospita l-attività ta’ taħriġ.

6.   Bħala parti min-netwerk tal-KESD, l- EU ISS għandu jappoġġa l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD, partikolarment permezz tal-pubblikazzjonijiet ta’ l-EU ISS u billi jipprovdi lekċers mogħtijin mir-riċerkaturi ta’ l-EU ISS kif ukoll billi jqiegħed is-sit web tiegħu għad-disponibbiltà fi ħdan u għas-Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL).

Artikolu 5

Organizzazzjoni

1.   Għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan il-KESD il-korpi msemmijin hawnhekk:

(a)

Kumitat tat-Tmexxija li għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni u d-direzzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD;

(b)

Bord Akkademiku Eżekuttiv li għandu jiżgura l-kwalità u l-koerenza ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ; u

(ċ)

Segretarjat permanenti għall-KESD (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ is-“Segretarjat”) li għandu b’mod partikolari jassisti lill-Kumitat tat-Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv.

2.   Il-Kumitat tat-Tmexxija, il-Bord Akkademiku Eżekuttiv u s-Segretarjat għandhom iwettqu l-kompiti stabbiliti fl-Artikoli 6, 7 u 8 rispettivament.

Artikolu 6

Kumitat tat-Tmexxija

1.   Il-Kumitat tat-Tmexxija magħmul minn rappreżentant wieħed maħtur minn kull Stat Membru, għandu jkun il-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tal-KESD. Kull membru tal-Kumitat jista’ jkun irrappreżentat jew akkumpanjat minn membru supplenti. L-ittri tal-ħatra, debitament awtorizzati mill-Istat Membru, għandhom ikunu indirizzati lis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli (SĠ/RGħ).

Rappreżentanti mill-Istati aderenti jistgħu jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi attivi.

2.   Il-membri tal-Kumitat ta’ Tmexxija jistgħu jkunu akkumpanjati minn esperti.

3.   Il-Kumitat għandu jkun ippresedut mir-rappreżentant ta’ l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill u għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena. Il-President tal-Kumitat ta’ Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jirrappreżenta lill-KESD partikolarment għall-fini li jikkonkludi l-kuntratti msemmija fl-Artikolu 4(4).

4.   Il-President tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv, ir-rappreżentanti tas-SĠ/RGħ u tal-Kummissjoni għandhom ikunu mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Kumitat.

5.   Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu li:

(a)

jistabbilixxi l-programm akkademiku annwali tal-KESD, bl-użu tal-kunċett ta’ taħriġ tal-KESD;

(b)

jipprovdi gwida ġenerali għall-ħidma tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv;

(ċ)

jadotta u jagħmel reviżjoni regolari tal-kunċett ta’ taħriġ tal-KESD li jkun jirrifletti r-rekwiżiti maqbula tat-taħriġ tal-KESD;

(d)

jagħżel l-Istat jew l-Istati Membri li jospitaw l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD u l-istituti li jwettquhom;

(e)

jiżviluppa u jaqbel dwar il-profil tal-kurrikuli għall-attivitajiet kollha tat-taħriġ tal-KESD;

(f)

jadotta rapporti ta’ evalwazzjoni u rapport annwali ġenerali dwar l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD, li għandhom jintbagħtu lill-korpi rilevanti tal-Kunsill, u

(g)

jaħtar il-President tal-Bord Akkademiku Eżekuttiv għal perijodu ta’ mill-anqas sentejn akkademiċi.

6.   Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu.

7.   Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat għandhom jittieħdu b’maġġoranza kkwalifikata. Il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom ikunu mwieżna skond l-Artikolu 205(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Biex jiġu adottati, id-deċiżjonijiet għandhom jeħtieġu n-numru ta’ voti pprovdut fit-tielet sub-paragrafu ta’ l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv

1.   Il-Bord Akkademiku Eżekuttiv għandu jkun magħmul minn rappreżentanti anzjani minn dawk l-istituti li jkunu involuti attivament fl-attivitajiet tal-KESD. Fejn ikun hemm diversi rappreżentanti minn Stat Membru wieħed, dawn għandhom jifformaw delegazzjoni waħda flimkien.

2.   Il-President tal-Bord għandu jinħatar mill-Kumitat tat-Tmexxija minn fost il-membri tal-Bord.

3.   Ir-Rappreżentanti mis-SĠ/RGħ u tal-Kummissjoni għandhom ikun mistiedna jattendu l-laqgħat tal-Bord. Esperti akkademiċi u uffiċjali anzjani minn istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej jistgħu jkunu mistiedna jattendu l-laqgħat tiegħu.

4.   Il-kompiti tal-Bord għandhom ikunu li:

(a)

jipprovdi pariri u rakkomandazzjonijiet akkademiċi lill-Kumitat ta’ Tmexxija;

(b)

jimplimenta, permezz ta’ l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD, il-programm akkademiku annwali miftiehem;

(ċ)

jissorvelja s-Sistema ta’ Tagħlim mill-Bogħod Avvanzat Ibbażat fuq l-Internet (IDL);

(d)

jiżviluppa kurrikuli ddettaljati għall-attivitajiet tat-taħriġ kollha tal-KESD ibbażati fuq il-kurrikuli ġenerali miftehmin;

(e)

jiżgura koordinazzjoni ġenerali ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD fost l-istituzzjonijiet kollha;

(f)

jeżamina l-istandards ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ imwettqin fis-sena akkademika ta’ qabel;

(g)

iressaq proposti għall-attivitajiet tat-taħriġ fis-sena akkademika li jmiss lill-Kumitat tat-Tmexxija;

(h)

jiżgura evalwazzjoni sistematika ta’ l-attivitajiet kollha ta’ taħriġ tal-KESD, u

(i)

jikkontribwixxi għall-abbozz tar-rapport ġenerali annwali dwar l-attivitajiet tal-KESD.

5.   Biex jaqdi l-kompiti tiegħu, il-Bord jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet differenti orjentati lejn il-proġett. Il-Bord għandu jfassal ir-regoli u l-arranġamenti li jirregolaw il-ħolqien u l-funzjonament ta’ dawn il-konfigurazzjonijiet li għandhom jiġu maqbula mill-Kumitat tat-Tmexxija.

6.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Bord għandhom jiġu adottati mill-Kumitat tat-Tmexxija.

Artikolu 8

Is-Segretarjat

1.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jaġixxi bħala s-Segretarjat tal-KESD.

Il-persunal għandu jkun ipprovdut mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, mill-Istati Membri u mill-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD.

2.   Is-Segretarjat għandu jassisti lill-Kumitat tat-Tmexxija u lill-Bord Akkademiku Eżekuttiv, iwettaq ix-xogħol amministrattiv u konċettwali b’sostenn ta’ l-attivitajiet tagħhom, u jipprovdi sostenn għall-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.

3.   Is-Segretarjat għandu b’mod partikolari:

(a)

ikun responsabbli mill-amministrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ ħidma u ta’ taħriġ tal-KESD, u

(b)

ikun il-punt ewlieni ta’ kuntatt għall-istituti u korpi oħrajn involuti fin-netwerk tal-kulleġġ kif ukoll għall-entitajiet esterni u l-pubbliku.

Membru tal-persunal tas-Segretarjat għandu jaġixxi bħala Kap tal-KESD u jista’ jaġixxi wkoll bħala direttur tal-Kors ta’ Livell Għoli tal-PESD.

4.   Is-Segretarjat għandu jikkoopera mill-qrib mal-Kummissjoni.

Kull istitut li jifforma n-netwerk tal-KESD għandu jaħtar punt ta’ kuntatt mas-Segretarjat biex jittratta l-kwistjonijiet organizzattivi u amministrattivi marbutin ma’ l-organizzazzjoni ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.

Artikolu 9

Parteċipazzjoni fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD

1.   L-attivitajiet tat-taħriġ kollha tal-KESD għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni miċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri kollha u ta’ l-Istati aderenti. L-istituti li jorganizzaw u jwettqu dawn l-attivitajiet għandhom jiżguraw li dan il-prinċipju japplika mingħajr eċċezzjoni.

L-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD għandhom fil-prinċipju jkunu miftuħin għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-pajjiżi kandidati u, jekk ikun il-każ, ta’ Stati terzi.

2.   Il-parteċipanti għandhom ikunu persunal ċivili u militari li jittrattaw aspetti strateġiċi fil-qasam tal-PESD.

Rappreżentanti ta’, fost oħrajn, organizzazzjonijiet internazzjonali, organizzazzjonijiet non-governattivi, istituzzjonijiet akkademiċi u l-mezzi tax-xandir u l-istampa, kif ukoll membri tal-komunità kummerċjali, jistgħu jkunu mistiedna jipparteċipaw fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.

3.   Parteċipant li jkun temm kors tal-KESD għandu jingħata ċertifikat iffirmat mis-SĠ/RGħ. Il-modalitajiet taċ-ċertifikat għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat tat-Tmexxija. Iċ-ċertifikat għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet ta’ l-UE.

Artikolu 10

Kooperazzjoni

Il-KESD għandu jikkoopera ma’ u jutilizza l-kompetenza ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali u atturi rilevanti oħrajn, bħalma huma l-istituti tat-taħriġ nazzjonali ta’ Stati terzi.

Artikolu 11

Finanzjament

1.   Kull Stat Membru, istituzzjoni ta’ l-UE, aġenzija ta’ l-UE u istitut li jifforma n-netwerk tal-KESD għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu fil-KESD, inkluż is-salarji, indennitajiet, infiq ta’ l-ivvjaġġar u sussistenza u spejjeż marbutin mas-sostenn organizzattiv u amministrattiv ta’ l-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD.

2.   L-Istati Membri u l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD għandhom jerfgħu l-ispejjeż marbutin mal-persunal li jipprovdi lis-Segretarjat, inkluż is-salarji, l-indennitajiet u l-infiq ta’ l-ivvjaġġar u sussistenza u l-ispejjeż ta’ l-akkomodazzjoni meta jkun fuq missjoni.

3.   Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha li jirriżultaw minn u marbutin mal-kompiti tiegħu kif stabbiliti fl-Artikolu 8, inkluż tal-persunal li jipprovdi.

4.   Kull parteċipant fl-attivitajiet tat-taħriġ tal-KESD għandu jerfa’ l-ispejjeż kollha marbutin mal-parteċipazzjoni tiegħu.

5.   Għal attivitajiet speċifiċi ta’ finanzjament, partikolarment l-iżvilupp, il-ħolqien u t-tħaddim ta’ applikazzjonijiet jew netwerks tas-sistema ta’ l-informazzjoni għall-KESD, kif hemm imsemmi fl-Artikolu 4(3), il-kontribuzzjonijiet volontarji mill-Istati Membri u l-istituti li jiffurmaw in-netwerk tal-KESD għandhom ikunu amministrati mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill bħala introjtu riżervat.

6.   L-arranġamenti prattiċi għall-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 5 għandhom jiġu deċiżi mill-Kumitat tat-Tmexxija.

Artikolu 12

Regolamenti tas-sigurtà

Ir-regolamenti tas-sigurtà tal-Kunsill stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (2) għandhom japplikaw għall-attivitajiet tal-KESD.

Artikolu 13

Reviżjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi rieżaminata u riveduta kif jixraq fid-dawl ta’ studju dwar il-perspettivi futuri tal-KESD u l-implikazzjonijiet possibbli tagħhom. L-istudju għandu jittratta wkoll aspetti bħas-Segretarjat, il-kapaċitajiet tal-persunal, it-tmexxija tas-sistema ta’ tagħlim permezz ta’ l-Internet (IDL), il-faċilitajiet għall-konferenzi, l-arranġamenti finanzjarji, il-ġestjoni u l-koordinazzjoni tat-taħriġ tal-PESD fil-livell ta’ l-UE, u l-bilanċ bejn iċ-ċivili u l-militar fin-netwerk tal-KESD, li għandhom jitħejjew mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u jiġu ppreżentati mill-Presidenza lill-Kunsill sa Novembru 2008.

Barra minn hekk din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi rieżaminata u riveduta kif meħtieġ sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2011.

Artikolu 14

Revoka

L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/575/PESK hija b’dan revokata.

Artikolu 15

Dħul fis-seħħ

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 16

Pubblikazzjoni

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 194, 26.7.2005, p. 15.

(2)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/38/KE (ĠU L 164, 26.6.2007, p. 24).


Corrigendum

4.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 176/25


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 19, tat-23 ta' Jannar 2008 )

F'paġni 29 u 30 fl-Anness I, f'paġna 61 fl-Anness IA (darbtejn) u f'paġna 95 fl-Anness IB:

minflok:

“Molva dypterigia”

aqra:

“Molva dypterygia”.

F'paġna 32 fl-Anness IA, Speċi: Ċiċċirell, Żona IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV SAN/2A3A4

minflok:

“Speċi

:

Ċiċċirell

Ammodytidae

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV (1)

SAN/2A3A4.

Id-Danimarka

Mhux stabbilit.

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ir-Renju Unit

Mhux stabbilit.

L-Istati Membri kollha

Mhux stabbilit. (2)

KE

Mhux stabbilit.

In-Norveġja

pm (3)

TAC

Mhux stabbilit.

aqra:

“Speċi

:

Ċiċċirell

Ammodytidae

Żona

:

IIIa; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV (4)

SAN/2A3A4.

Id-Danimarka

Mhux stabbilit.

TAC Analitiku.
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

Ir-Renju Unit

Mhux stabbilit. (5)

L-Istati Membri kollha

Mhux stabbilit. (6)

KE

Mhux stabbilit.

In-Norveġja

20 000  (7)

TAC

Mhux stabbilit.

F'paġna 47 fl-Anness IA, Speċi: Megrims, Żona : VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 31.1.1 LEZ/8C3411

minflok:

“CECAF 31.1.1”,

aqra:

“CECAF 34.1.1”.

F'paġna 56 fl-Anness IA, Speċi: Merlangu, Żona: IX u X; l-ilmijiet tal-KE taż-żona CECAF 31.1.1 WHG/9/3411

minflok:

“CECAF 31.1.1”,

aqra:

“CECAF 34.1.1”.

F'paġna 61 fl-Anness IA, Speċi: Linarda, Żona: l-ilmijiet tal-KE ta' VIa fit-Tramuntana ta' 56o30'N u VIb BLI/6AN6B, nota ta' qiegħ il-paġna

minflok:

“(1)

Mistada bit-tkarkir: qabdiet inċidentali ta' Roundnose grenadier u ċinturin iswed għandhom jinqatgħu minn din il-kwota.”,

aqra:

“(1)

Qabdiet inċidentali ta' Roundnose grenadier u ċinturin iswed għandhom jinqatgħu minn din il-kwota.”.

F'paġna 63 fl-Anness IA, Speċi: Lipp, Żona: l-ilmijiet tal-KE fiż-żoni IIa, IV, Vb, VI u VII LIN/2A47-C, nota ta' qiegħ il-paġna (3)

minflok:

“(3)

Inkluż tusk. Għandhom jinqabdu biss bil-konzijiet fiż-żoni VIb u VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N.”,

aqra:

“(3)

Inkluż tusk. Għandhom jinqabdu fiż-żoni VIb u VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N.”.

F'paġna 75 fl-Anness IA, Speċi: Rebekkini u Raj, Żona: l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV SRX/2AC4-C, tiżdied nota ta' qiegħ il-paġna (2):

minflok:

“Speċi

:

Rebekkini u Raj

Rajidae

Żona

:

l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

SRX/2AC4-C

Il-Belġju

277  (8)

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika

Id-Danimarka

11  (8)

Il-Ġermanja

14  (8)

Franza

43  (8)

L-Olanda

236  (8)

Ir-Renju Unit

1 062  (8)

KE

1 643  (8)

TAC

1 643

aqra:

“Speċi

:

Rebekkini u Raj

Rajidae

Żona

:

l-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV

SRX/2AC4-C

Il-Belġju

277  (9)  (10)

TAC Analitiku
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika

Id-Danimarka

11  (9)  (10)

Il-Ġermanja

14  (9)  (10)

Franza

43  (9)  (10)

L-Olanda

236  (9)  (10)

Ir-Renju Unit

1 062  (9)  (10)

KE

1 643  (9)

TAC

1 643

F'paġna 77 fl-Anness IA, Speċi: Kavall, Żona IIIa and IV; l-ilmijiet tal-KE ta' IIa, IIIb, IIIc u IIId MAC/2A34, nota ta' qiegħ il-paġna 1: kodiċi

minflok:

“(MAC/*04-N)”,

aqra:

“(MAC/*04N-)”.

F'paġna 95 fl-Anness IB, Speċi: Faroese waters WHB/05B-F

minflok:

“(…)

 

 

KE

12 240  (11)

 

TAC

Mhux rilevanti

 

aqra:

“(…)

 

 

KE

12 240

 

TAC

Mhux rilevanti (12)

 

F'paġna 104, Anness IC, Speċi: Barbun tat-tbajja’ Amerikan, Żona: NAFO3LNO, kodiċi

minflok:

“PLA/3LNO”,

aqra:

“PLA/N3LNO”.

F'paġna 118, Anness IIA, Punt 5.5

minflok:

“…u jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punt 15 ta' dan l-Anness”,

aqra:

“… u jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punti 15 jew 16 ta' dan l-Anness”.

F'paġna 122, Anness IIA, Punt 11.1

minflok:

 

“4.1(d)/8.2(c)”,

aqra:

 

“4.1(d)/8.3(g)”.

F'paġna 124, Anness IIA, Numru massimu ta' jiem fl-2008 li fihom bastiment jista' jkun preżenti f'żona skond it-tagħmir tas-sajd, ħamens kolonna, l-ewwel linja, punt 2.1.b, (ii)

minflok:

“(ii) —

L-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa, IVa, b,c;”,

aqra:

“(ii) —

Parti miż-żona IIIa ta' l-ICES mhux koperta minn Skagerrak u Kattegat; iż-żona ICES IV u l-ilmijiet tal-KE taż-żona IIa ta' l-ICES”.

F'paġna 135, Anness IIB, Punt 4.3

minflok:

“…u jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punt 13 ta' dan l-Anness”,

aqra:

“…u jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punti 12 jew 13 ta' dan l-Anness”.

F'paġna 139, Anness IIB, Punt 13

minflok:

“…japplikaw l-istess dispożizzjonijiet kif stabbiliti fil-punti 4.1, 4.4, 6 u 12.”,

aqra:

“…japplikaw l-istess dispożizzjonijiet kif stabbiliti fil-punti 4.2, 4.3, 6 u 12.”.

F'paġna 143, Anness IIC, Punt 4.4

minflok:

“…jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punt 13 ta' dan l-Anness.”,

aqra:

“…jiġi allokat jiem fuq il-baħar skond il-punti 11 jew 12 ta' dan l-Anness.”.

F'paġna 157, Anness III, punt 10

minflok:

“10.   Kondizzjoni għas-sajd b'ċertu rkaptu rmunkat awtorizzat fil-Bajja ta' Biscay”,

aqra:

“10.   Kondizzjoni għas-sajd b'ċertu rkaptu rmunkat awtorizzat fil-Bajja ta' Biscay, fiż-zoni ICES III, IV, V, VI, VII u VIII a, b, d, e”.

F'paġna 159, Anness III, punt 13. Miżuri interim għall-ħarsien ta' ħabitats vulnerabbli tal-baħar fond, sub-punt 13.1, Hatton Bank

minflok:

 

“Hatton Bank:

59° 26′ N, 14° 30′ W

59° 12′ N, 15° 08′ W

59° 01′ N, 17° 00′ W

58° 50′ N, 17° 38′ W

58° 30′ N, 17° 52′ W

58° 30′ N, 18° 45′ W

58° 47′ N, 18° 37′ W

59° 05′ N, 17° 32′ W

59° 16′ N, 17° 20′ W

59° 22′ N, 16° 50′ W

59° 21′ N, 15° 40′ W

58° 30′ N, 18° 45′ W

57° 45′ N, 19° 15′ W

57° 55′ N, 17° 30′ W

58° 03′ N, 17° 30′ W

58° 03′ N, 18° 22′ W

58° 30′ N, 18° 22′ W”,

aqra:

 

“Hatton Bank

59° 26′ N, 14° 30′ W

59° 12′ N, 15° 08′ W

59° 01′ N, 17° 00′ W

58° 50′ N, 17° 38′ W

58° 30′ N, 17° 52′ W

58° 30′ N, 18° 22′ W

58° 03′ N, 18° 22′ W

58° 03′ N, 17° 30′ W

57° 55′ N, 17° 30′ W

57° 45′ N, 19° 15′ W

58° 30′ N, 18° 45′ W

58° 47′ N, 18° 37′ W

59° 05′ N, 17° 32′ W

59° 16′ N, 17° 20′ W

59° 22′ N, 16° 50′ W

59° 21′ N, 15° 40′ W”.

F'paġna 168, Appendiċi 3 għall-Anness III, titolu

minflok:

“Kondizzjoni għal sajd b'ċerti rkapti tat-tkarkir awtorizzati fiż-żoni III, IV, V, VI, VII u VIII a, b, d, e ta' l-ICES”,

aqra:

“Kondizzjoni għal sajd b'ċerti rkapti tat-tkarkir awtorizzati fil-Bajja ta' Biscay, fiż-żoni III, IV, V, VI, VII u VIII a, b, d, e ta' l-ICES”.


(1)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula

(2)  Il-kwota jista' jsir sajd għaliha fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa, IIIa u IV biss. Minbarra d-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Iżvezja.

(3)  Li għandhom jinqabdu fiż-żona IV.”

(4)  Esklużi ilmijiet sa 6 mili mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula

(5)  Għal din il-kwota jista' jsir sajd fl-ilmijiet tal-KE ICES żoni IIa, IIIa u IV biss.

(6)  Minbarra d-Danimarka u r-Renju Unit. Għal din il-kwota jista' jsir sajd fl-ilmijiet tal-KE ICES żoni IIa, IIIa u IV. Madankollu, l-Iżvezja tista' tistad fi IIIa u fl-ilmijiet tal-KE ta' IIa u IV.

(7)  Li għandhom jinqabdu fiż-żona IV.”

(8)  Il-qabdiet tar-Raja cuckoo (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), ir-Raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), il-Blonde ray (Raja brachyuran) (RJH/2AC4-C), ir-Raja imtektka (Raja montagui) (RJM/2AC4-C), ir-Raja starry (Amblyraja radiate) (RJR/2AC4-C) u r-Rebekkin Komuni (Dipturus batis) (RJB/2AC4-C) għandhom jiġu rapportati separatament.”

(9)  Il-qabdiet tar-Raja cuckoo (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), ir-Raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), il-Blonde ray (Raja brachyuran) (RJH/2AC4-C), ir-Raja imtektka (Raja montagui) (RJM/2AC4-C), ir-Raja starry (Amblyraja radiate) (RJR/2AC4-C) u r-Rebekkin Komuni (Dipturus batis) (RJB/2AC4-C) għandhom jiġu rapportati separatament.

(10)  Kwota ta' qabdiet inċidentali. Dawn l-ispeċi m'għandhomx jikkonsistu f'aktar minn 25 % tal-piż ħaj tal-qabda miżmuma abbord. Din il-kondizzjoni tapplika biss għall-bastimenti ta' tul komplessiv ta' aktar minn 15 m.”

(11)  TAC maqbul mill-KE, mill-Gżejjer Faroe, min-Norveġja u mill-Iżlanda.”

(12)  TAC maqbul mill-KE, mill-Gżejjer Faroe, min-Norveġja u mill-Iżlanda.”