ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
3 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 627/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 628/2008 tat-2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel ( 1 )

6

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 630/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tat-23 u tas-27 ta’ Ġunju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

10

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 631/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 632/2008 tat-2 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

16

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/541/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2001/781/KE li tadotta manwal ta' l-aġenziji li jirċievu u glossarju tad-dokumenti li jistgħu jiġu notifikati jew ikkomunikati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1259)

17

 

 

2008/542/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2008 dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti dwar it-Tagħrif Storiku dwar il-Kreditu

22

 

 

2008/543/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2701)  ( 1 )

25

 

 

2008/544/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika f’ L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi

27

 

 

III   Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

 

 

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

 

 

2008/545/PESK

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat politiku u ta’ sigurtà EUPT/1/2008 tas-6 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni EUPT/2/2007 dwar il-ħatra tal-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPT Kosovo)

30

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta' 6-phytase (Quantum Phytase) bħala addittiv fl-għalf ( ĠU L 158, 18.6.2008 )

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 627/2008

tat-2 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,3

MK

32,3

TR

64,3

ZZ

45,3

0707 00 05

MK

11,6

TR

61,7

ZZ

36,7

0709 90 70

TR

95,4

ZZ

95,4

0805 50 10

AR

110,0

IL

116,0

US

72,2

ZA

102,1

ZZ

100,1

0808 10 80

AR

88,5

BR

92,7

CL

96,9

CN

93,8

NZ

116,8

US

88,6

UY

55,2

ZA

90,8

ZZ

90,4

0808 20 50

AR

93,6

CL

98,4

CN

96,2

ZA

116,9

ZZ

101,3

0809 10 00

TR

204,7

ZZ

204,7

0809 20 95

TR

357,8

US

354,9

ZZ

356,4

0809 30

CL

244,7

TR

197,2

ZZ

221,0

0809 40 05

IL

154,7

ZZ

154,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 628/2008

tat-2 ta' Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1898/2006 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel [titlu mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 (g) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1898/2006 (2), fl-Anness V tiegħu jistabbilixxi l-karatteristiċi tas-simboli Komunitarji li jistgħu jitqiegħdu fuq it-tikketta jew fuq l-imballaġġ tal-prodotti li isimhom ikun ġie rreġistrat bħala indikazzjoni ġeografika protetta jew denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini.

(2)

Dawn is-simboli Komunitarji kkontribwixxew għal żieda fil-valur ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u d-denominazzjonijiet protetti ta’ l-oriġini u ppermettew lil konsumaturi jidentifikaw ċerti prodotti li l-karatteristiċi tagħhom huma marbuta ma’ l-oriġini.

(3)

Bħalissa, is-simboli rilevanti għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u għall-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti jippreżentaw karatteristiċi komuni f'dak li jirrigwarda l-forma, il-kulur u d-disinn li jsawruhom. Huwa biss il-kliem ġewwa dawn is-simboli li jippermetti lil dak li jkun jiddistingwihom.

(4)

Fid-dawl ta’ l-esperjenza miksuba mill-adozzjoni tagħhom u bil-għan li jitrawwem l-użu tagħhom, jidher xieraq li tiġi ffaċilitata d-distinzjoni għall-konsumaturi bejn id-denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini u l-indikazzjoni ġeografika protetta. F’dawn il-kundizzjonijiet huwa xieraq li jiġu adottati kuluri differenti għas-simboli rilevanti għal dawn iż-żewġ tismijiet.

(5)

Bil-għan li jiġi evitat li t-tibdil fil-kuluri tas-simboli Komunitarji jwassal għal żvantaġġ ekonomiku għall-produtturi u l-operaturi kkonċernati, huwa xieraq li jiġi previst perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw is-simboli Komunitarji konformi mad-dispożizzjonijiet applikabbli minn qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KEE) Nru 1898/2006 hu emendat kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Madankollu, l-imballaġġi u t-tikketti , li jinkludu s-simboli Komunitarji konformi ma’ l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006 fil-verżjoni applikabbli tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jintużaw sa l-1 ta’ Mejju 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 369, 23.12.2006, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1898/2006, il-punti 1, 2 u 3 jinbidlu bit-test li ġej:

“1.   IS-SIMBOLI KOMUNITARJI BIL-KULUR JEW BL-ISWED U BL-ABJAD

Fejn jintużaw bil-kulur, jistgħu jintużaw kuluri diretti (Pantone) jew il-proċess ta' erba' kuluri. Il-kuluri ta' referenza huma indikati hawn taħt.

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’ bil-Pantone

Image

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’ bil-Pantone

Image

Image


Is-simboli Komunitarji fil-proċess ta' erba' kuluri

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’ b’erba’ kuluri

Image

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’ b’erba’ kuluri:

Image

Image

Is-simboli Komunitarji bl-abjad u bl-iswed

Image

2.   IS-SIMBOLI KOMUNITARJI FIN-NEGATTIV

Jekk il-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta huwa skur, is-simboli jistgħu jintużaw fil-format negattiv, billi jintuża l-kulur ta' l-isfond ta' l-imballaġġ jew tat-tikketta.

Image

3.   KUNTRAST MAL-KULURI TA' L-ISFOND

Jekk simbolu jintuża bil-kulur fuq sfond bil-kulur li jagħmlu diffiċli biex jintgħaraf, għandu jintuża ċirku estern ta' delinjazzjoni madwar is-simbolu sabiex jittejjeb il-kuntrast mal-kuluri fl-isfond.

Simbolu Komunitarju għad-‘Denominazzjoni Protetta ta' l-Oriġini’

Image

Simbolu Komunitarju għal ‘Indikazzjoni Ġeografika Protetta’

Image


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/6


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 629/2008

tat-2 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta’ Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-ikel, fosthom livelli massimi għall-metalli, ċomb, kadmju u merkurju.

(2)

Huwa essenzjali, sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, li l-kontaminanti jinżammu f'livelli li ma joħolqux inkwiet għas-saħħa. Il-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju għandhom ikunu sikuri u baxxi kemm jista' jkun raġonevolment possibbli bbażati fuq prattiċi tajbin fil-manifattura u fl-agrikoltura/sajd.

(3)

Fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida, prattiċi tajbin fl-agrikoltura u s-sajd ma jippermettux li jinżammu livelli ta’ ċomb, kadmju u merkurju f'ċerti speċi akwatiċi u fungi daqstant baxxi kif mitlub fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006. Huwa għalhekk meħtieġ li jkunu riveduti l-livelli massimi ffissati għal dawn il-kontaminanti filwaqt li jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-konsumatur.

(4)

Livelli għolja ta’ ċomb, kadmju u merkurju nstabu f'ċerti supplimenti ta’ l-ikel kif deskritti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-10 ta’ Ġunju 2002 (3) dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar is-supplimenti ta’ l-ikel u li kienu notifikati permezz tas-Sistema ta’ Allarm Rapidu għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed, RASFF). Ġie ppruvat li dawn is-supplimenti ta’ l-ikel jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikattiv biex il-bniedem ikun espost għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju. Sabiex tkun protetta s-saħħa pubblika, huwa għalhekk xieraq li jkunu ffissati l-livelli massimi għaċ-ċomb, il-kadmju u l-merkurju f'supplimenti ta’ l-ikel. Dawn il-livelli massimi għandhom ikunu sikuri u baxxi kemm huwa raġonevolment possibbli ibbażati fuq prattiċi tajbin ta’ manifattura.

(5)

L-alka tal-baħar takkumula l-kadmju b'mod naturali. Supplimenti ta’ l-ikel li jikkonsistu esklussivament jew prinċipalment f'alka tal-baħar imnixxfa jew fi prodotti ġejjin mill-alka tal-baħar jista' għalhekk ikollhom livelli aktar għolja ta’ kadmju minn supplimenti oħra ta’ l-ikel. Biex jingħata kas ta’ dan, huwa meħtieġ livell massimu ogħla għall-kadmju għal supplimenti ta’ l-ikel li jikkonsistu esklussivament jew prinċipalment f'alka tal-baħar.

(6)

L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju ta’ l-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadottaw għal-livelli massimi ġodda għal supplimenti ta’ l-ikel. L-applikazzjoni tal-livelli massimi għal supplimenti ta’ l-ikel għandha għalhekk tkun differita.

(7)

Emenda għan-nota 1 ta’ qiegħ il-paġna ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hija meħtieġa biex tiċċara li l-livell massimu għall-frott ma japplikax għal ġewż tas-siġar.

(8)

Kienu introdotti rakkomandazzjonijiet ġodda ta’ sorveljanza bir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE tat-28 ta’ Marzu 2007 dwar is-sorveljanza tal-preżenza tal-furan fil-prodotti ta’ l-ikel (4) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE tat-3 ta’ Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (5). Id-dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza u r-rappurtar fir-Regolament 1881/2006 għalhekk jeħtieġ li jkunu kompluti b'referenzi għal dawk ir-Rakkomandazzjonijiet il-ġodda. L-eżerċizzju ta’ sorveljanza fuq idrokarburi aromatiċi poliċikliċi mniżżla fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/108/KE (6) kien iffinalizzat. Għalhekk, ir-referenza għal dik ir-Rakkomandazzjoni tas-sorveljanza tista' titħassar.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw is-sejbiet lill-Kummissjoni dwar l-aflatossini, dijossini, PCBs li jixbħu lid-dijossini, PCBs li ma jixbħux lid-dijossini kif speċifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/504/KE (44) u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2006/794/KE (45). L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-EFSA r-riżultati dwar acrylamide u furan kif speċifikat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/196/KE (46) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE (47).

(44)  ĠU L 199, 21.7.2006, p. 21."

(45)  ĠU L 322, 22.11.2006, p. 24."

(46)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56."

(47)  ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33.”"

(2)

L-Anness huwa emendat skond l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak li fih jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Il-livelli massimi stabbiliti fil-punti 3.1.18, 3.2.19, 3.2.20 u 3.3.3 ta’ l-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Lulju 2009. Huma ma għandhomx japplikaw għal prodotti li jkunu tqiegħdu legalment fis-suq qabel l-1 ta’ Lulju 2009. Il-piż tal-prova dwar meta l-prodotti tqiegħdu fis-suq għandu jinġarr mill-operatur tan-negozju ta’ l-ikel.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5. Ir-Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1126/2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14).

(3)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/371/KE (Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 327).

(4)  ĠU L 88, 29.3.2007, p. 56, Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 416.

(5)  ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33.

(6)  ĠU L 34, 8.2.2005, p. 43. Edizzjoni Speċjali bil-Malti ĠU L 272M, 18.10.2005, p. 69.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 hu emendat kif ġej:

(1)

Fis-Sottotaqsima 3.1 (Ċomb), il-punt 3.1.11 huwa mibdul b’li ġej u jiżdied il-punt ġdid 3.1.18:

“3.1.11

Ħxejjex brassica, ħxejjex bil-weraq u l-fungi li ġej (27): Agaricus bisporus (faqqiegħa komuni), Pleurotus ostreatus (faqqiegħa qisha gajdra), Lentinula edodes (faqqiegħa shiitake)

0,30

3.1.18

Supplimenti ta’ l-ikel (*)

3,0

(2)

Is-sottotaqsima 3.2. (Kadmju) hija mibdula b’li ġej:

“3.2

Kadmju

 

3.2.1

Laħam (barra l-ġewwieni) ta’ annimali bovini, ngħaġ, majjali u tjur (6)

0,050

3.2.2

Laħam taż-żiemel, barra l-ġewwieni (6)

0,20

3.2.3

Fwied ta’ annimali bovini, ngħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

0,50

3.2.4

Kliewi ta’ annimali bovini, ngħaġ, majjali, tjur jew taż-żiemel (6)

1,0

3.2.5

Laħam tal-muskolu tal-ħut (24)(25), barra l-ispeċi elenkati fil-punti 3.2.6, 3.2.7 u 3.2.8

0,050

3.2.6

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)(25):

 

bonito (Sarda sarda)

 

awrata komuni ta’ żewġ faxxi (Diplodus vulgaris)

 

sallur (Anguilla anguilla)

 

mulett griż (Chelon labrosus)

 

kavalli jew sawrell (speċi tat-Trachurus)

 

louvar jew luvar (Luvarus imperialis)

 

kavalli (speċi ta’ l-iScomber)

 

sardin (Sardina pilchardus)

 

sardinopi (speċi tas-Sardinopi)

 

tonn (speċi tat-Thunnus, speċi ta’ l-Euthynnus, Katsuwonus pelamis)

 

lingwata (Dicologoglossa cuneata)

0,10

3.2.7

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)(25):

bullet tuna (speċi ta’ l-Auxis)

0,20

3.2.8

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)(25):

 

inċova (speċi ta’ l-Engraulis)

 

pixxispad (Xiphias gladius)

0,30

3.2.9

Krostaċeji, barra laħam kannella tal-granċ barra r-ras u l-laħam mit-toraċi ta’ l-awwista u ta’ krostaċeji kbar simili (Nephropidae u Palinuridae) (26)

0,50

3.2.10

molluskoli bivalvi (26)

1,0

3.2.11

Kefalopodi (mingħajr vixxeri) (26)

1,0

3.2.12

Ċereali barra granza, żrieragħ, qamħ u ross

0,10

3.2.13

Granza, żrieragħ, qamħ u ross

0,20

3.2.14

Sojja

0,20

3.2.15

Ħxejjex u frott, barra ħxejjex tal-weraq, ħxejjex aromatiċi friski, fungi, ħxejjex biz-zkuk, ħxejjex ta’ l-għeruq u patata (27)

0,050

3.2.16

Ħxejjex biz-zkuk, ħxejjex ta’ l-għeruq u patata, barra l-krafes (27). Għall-patata l-livell massimu japplika għal patata mqaxxra.

0,10

3.2.17

Ħxejjex bil-weraq, ħaxix aromatiku frisk u fungi li ġejjin (27): Agaricus bisporus (faqqiegħa komuni), Pleurotus ostreatus (faqqiegħa qisha gajdra), Lentinula edodes (faqqiegħa shiitake)

0,20

3.2.18

Fungi, barra dawk elenkati fil-punt 3.2.17 (27)

1,0

3.2.19

Supplimenti ta’ l-ikel (**) barra supplimenti ta’ l-ikel elenkati fil-punt 3.2.20

1,0

3.2.20

Supplimenti ta’ l-ikel (**) li jikkonsistu esklussivament jew prinċipalment f’alka tal-baħar mnixxfa jew fi prodotti ġejjin minn alka tal-baħar

3,0

(3)

Fis-Sottotaqsima 3.3 (Merkurju), il-punt 3.3.2 huwa mibdul b’li ġej u jiżdied il-punt ġdid 3.3.3:

“3.3.2

Laħam tal-muskoli tal-ħut li ġej (24)(25):

 

petriċi (speċi tal-Lophius)

 

budakkra (Anarhichas lupus)

 

bonito (Sarda sarda)

 

sallur (speċi ta’ l-Anguilla)

 

emperor, orange roughy, rosy soldierfish (speċi tal-Hoplostethus)

 

grenadier (Coryphaenoides rupestris)

 

halibutt (Hippoglossus hippoglossus)

 

kingklip (Genypterus capensis)

 

marlin (speċi tal-Makaira)

 

barbun (speċi tal-Lepidorhombus)

 

mulett (speċi tal-Mullus)

 

sallur pink cusk (Genypterus blacodes)

 

lizz ta’ l-ilma ħelu (Esox lucius)

 

plamtu sempliċi (Orcynopsis unicolor)

 

bakkaljaw (Trisopterus minutus)

 

mazzola Portugiża (Centroscymnus coelolepis)

 

raja (speċi tar-Raja)

 

salmur (Sebastes marinus, S. mentella, S. viviparus)

 

kelb il-baħar ta’ l-Atlantiku tat-Tramuntana (Istiophorus platypterus)

 

fjamma sewda (Lepidopus caudatus, Aphanopus carbo)

 

sargi, paġell (speċi tal-Pagellus)

 

kelb il-baħar (l-ispeċi kollha)

 

sawrell jew strilja bagħlija (Lepidocybium flavobrunneum, Ruvettus pretiosus, Gempylus serpens)

 

sturjun (speċi ta’ l-Acipenser)

 

pixxispad (Xiphias gladius)

 

tonn (speċi tat-Thunnus, speċi ta’ l-Euthynnus, Katsuwonus pelamis)

1,0

3.3.3

Supplimenti ta’ l-Ikel (***)

0,10

(4)

Fin-nota ta’ qigħ il-paġna (1) hija miżjuda s-sentenza li ġejja:

“Ġewż tas-siġar mhumiex koperti mil-livell massimu għall-frott.”

(5)

Nota ta’ qiegħ il-paġna (8) hija mibdula b’li ġej:

“(8)

Oġġetti ta’ l-ikel elenkati f’din il-kategorija kif iddefint fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).”


(*)  Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif jinbiegħu.”

(**)  Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif jinbiegħu.”

(***)  Il-livell massimu japplika għas-supplimenti ta’ l-ikel kif mibjugħa.”


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/10


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 630/2008

tat-2 ta’ Lulju 2008

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji li l-applikazzjoni tagħhom tressqet bejn tat-23 u tas-27 ta’ Ġunju 2008 sabiex jiġu impurtati prodotti taz-zokkor skond il-kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għas-snin ta' negozju 2006/07, 2007/08 u 2008/09 sabiex jiġu importati u raffinati prodotti taz-zokkor skond ċerti kwoti tat-tariffi u ftehimiet preferenzjali (2), u partikolarment Artikolu 5 (3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta' l-importazzjoni ġew sottomessi lill-awtorità kompetenti fil-perjodu ta' bejn tat-23 u tas-27 ta’ Ġunju 2008 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew ir-Regolament (KE) Nru 1832/2006 tat-13 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi miżuri tranżizzjonali fis-settur taz-zokkor b'riżultat ta' l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija (3) għall-kwantità totali bħall-kwantità disponibbli għan-numru tas-serje 09.4351 (2007-2008).

(2)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni għandha tiffissa koeffiċjent ta' allokazzjoni sabiex jinħarġu liċenzji skond il-proporzjon tal-kwantità disponibbli u tinforma lill-Istati Membri li l-limitu li kien ġie ffissat intlaħaq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-liċenzji għandhom jiġu maħruġa fil-limiti kwantitattivi li ġew stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' l-applikazzjonjiet tal-liċenzji ta' l-importazzjoni mressqa bejn tat-23 u tas-27 ta’ Ġunju 2008, f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 950/2006 jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 371/2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 8.


ANNESS

Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

0

Intlaħqu

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

Intlaħqu


Zokkor Preferenzali; l-AKP u l-Indja

Titolu IV tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2008/09

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4331

Il-Barbados

100

 

09.4332

Il-Beliże

100

 

09.4333

Il-Kosta ta' l-Ivorju

100

 

09.4334

Ir-Repubblika tal-Kongo

100

 

09.4335

Il-Fiġi

100

 

09.4336

Gujana

100

 

09.4337

L-Indja

0

Intlaħqu

09.4338

Il-Ġamajka

100

 

09.4339

Il-Kenja

100

 

09.4340

Il-Madagaskar

100

 

09.4341

Il-Malawi

100

 

09.4342

Il-Mawrizju

100

 

09.4343

Il-Możambik

100

 

09.4344

Saint Kitts u Nevis

 

09.4345

Is-Suriname

 

09.4346

Is-Sważiland

100

 

09.4347

It-Tanzanija

100

 

09.4348

Trinidad u Tobago

100

 

09.4349

L-Uganda

 

09.4350

Iż-Żambja

100

 

09.4351

Iż-Żimbabwe

100

 


Zokkor kumplimentari

Titolu V tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4315

L-Indja

100

 

09.4316

Il-pajjiżi firmatarji tal-Protokol ta' l-AKP

100

 


Il-konċessjonijiet taz-zokkor għal CXL

Titolu VI tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4317

L-Awstralja

0

Intlaħqu

09.4318

Il-Brażil

0

Intlaħqu

09.4319

Kuba

0

Intlaħqu

09.4320

Pajjiżi terzi oħra

0

Intlaħqu


Iz-zokkor tal-Balkani

It-Titolu VII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Pajjiż

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4324

L-Albanija

100

 

09.4325

Il-Bożnja-Ħerżegovina

0

Intlaħqu

09.4326

Is-Serbja, il-Montenegro u l-Kosovo

100

 

09.4327

L-Ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja

100

 

09.4328

Il-Kroazja

100

 


L-importazzjoni taz-zokkor f'każ eċċezzjonali u l-importazzjoni taz-zokkor industrijali

It-Titolu VIII tar-Regolament (KE) Nru 950/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

In-nru tas-Serje

Tip

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4380

F'każ eċċezzjonali

 

09.4390

Industrijali

 


L-importazzjoni taz-zokkor taħt il-kwoti tranżizzjonali tat-tariffi miftuħin għall-Bulgarija u r-Rumanija

Kapitolu 1 Sezzjoni 2 tar-Regolament (KE) Nru 1832/2006

Is-sena tas-suq 2007/08

Ordni Nru

Tip

Ġimgħa ta' bejn 23.6.2008-27.6.2008 % tal-kwantità mitluba sabiex tingħata

Limiti

09.4365

Il-Bulgarija

0

Intlaħqu

09.4366

Ir-Rumanija

0

Intlaħqu


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 631/2008

tat-2 ta’ Lulju 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 573/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-3 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 161, 20.6.2008, p. 11.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mit-3 ta’ Lulju 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

23,17

4,71

1701 11 90  (1)

23,17

9,95

1701 12 10  (1)

23,17

4,52

1701 12 90  (1)

23,17

9,52

1701 91 00  (2)

23,80

13,75

1701 99 10  (2)

23,80

8,81

1701 99 90  (2)

23,80

8,81

1702 90 95  (3)

0,24

0,40


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 632/2008

tat-2 ta' Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 dwar l-istandards ta’ marketing għaż-żejt taż-żebbuġa

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 113(1)(a) u 121(h), flimkien ma' l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1019/2002 (2) jipprovdi għal skema ta’ tismija ta' ċerti referenzi fakultattivi għaż-żjut taż-żebbuġa. Skond l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament imsemmi, l-indikazzjonijiet tal-proprjetajiet organolettiċi taż-żjut verġni taż-żebbuġa jistgħu jidhru fuq it-tikketta biss jekk ikunu bbażati fuq ir-riżultati ta' metodu ta' analiżi pprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal-11 ta' Lulju 1991 dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u l-fdal taż-żejt taż-żebbuġa u dwar il-metodi ta' analiżi rilevanti (3).

(2)

F' Novembru 2007, intemmew il-ħidmiet mnedija mill-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (ICO) bil-għan li jinstabu metodi ġodda ta’ evalwazzjoni organolettika sabiex tkun tista' titwessa' l-firxa ta' l-attributi pożittivi taż-żjut verġni taż-żebbuġa. Il-leġiżlazzjoni Komunitarja għaddejja minn proċess ta’ adattament għall-metodu rivedut ta' l-ICO. Ikun madankollu prematur li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 mill-bidu formali tal-kampanja ta’ tqegħid fis-suq 2008/2009, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li d-data ta’ l-applikabbiltà ta’ l-Artikolu 5(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002 titressaq għat-30 ta’ Novembru 2008, li taħbat mad-data ta’ meta jibda l-ibbottiljar taż-żjut mis-sena ta’ tqegħid fis-suq 2008/2009.

(4)

Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1019/2002 jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1019/2002, it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Artikolu 5(ċ) jgħodd mit-30 ta' Novembru 2008.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 2 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 155, 14.6.2002, p. 27. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1044/2006 (ĠU L 187, 8.7.2006, p. 20).

(3)  ĠU L 248, 5.9.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 702/2007 (ĠU L 161, 22.6.2007, p. 11).


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta' April 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2001/781/KE li tadotta manwal ta' l-aġenziji li jirċievu u glossarju tad-dokumenti li jistgħu jiġu notifikati jew ikkomunikati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1259)

(2008/541/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1) u partikolarment il-punt (a) ta' l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li ġie kkonsultat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000,

Billi:

(1)

Sabiex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 kien meħtieġ li jkun imħejji u ppublikat manwal li jkun fih informazzjoni dwar l-aġenziji li jirċievu magħżulin skond l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Dak il-manwal jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/781/KE tal-25 ta' Settembru 2001 li tadotta manwal ta' l-aġenziji li jirċievu u glossarju tad-dokumenti li jistgħu jiġu notifikati jew ikkomunikati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (2).

(2)

Wara modifika ta' l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Franza skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000, huwa neċessarju li jiġi emendat il-manwal.

(3)

Id-Deċiżjoni 2001/781/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-manwal bl-informazzjoni dwar l-aġenziji li jirċievu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/781/KE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.

(2)  ĠU L 298, 15.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/500/KE (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 24).


ANNESS

Fil-manwal li fih l-informazzjoni marbuta ma' l-aġenziji li jirċievu għandhom jiżdiedu s-sezzjonijiet li ġejjin wara s-sezzjoni dwar ir-Renju Unit:

“IR-REPUBBLIKA ĊEKA

I.

Aġenziji li jirċievu: Il-Qrati Distrettwali

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Mezzi ta' riċezzjoni disponibbli:

permezz ta' entità li jkollha liċenzja postali,

faks,

email.

III.

Il-formola tista' timtela biċ-Ċek, bis-Slovakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż.

ID-DANIMARKA

I.

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi.

Justitsministeriet

Slotsholmsgade10

1216 København V

Tel. + 45 7226 8400

Faks: + 45 3393 3510

E-mail: jm@jm.dk

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi għall-pajjiż kollu.

II.

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bl-email, sakemm id-dokument li jasal jirriproduċi bis-sħiħ id-dokument ikkomunikat u d-dettalji kollha tad-dokument ikunu jistgħu jinqraw bla diffikultà.

III.

Id-Danimarka taċċetta li l-formola annessa mar-Regolament tista' timtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż.

L-ESTONJA

I.

Aġenziji li jirċievu: L-aġenzija li tibgħat u li tirċievi dokumenti ġudizzjarji hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.

Justiitsministeerium

Tġnismägi 5a

15191 Tallinn

Eesti

Tel. (372) 6 208 183 u (372) 620 8186

Faks (372) 6 208 109

E-mail: central.authority@just.ee

II.

Jistgħu jintużaw dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni:

biex jiġu rċevuti u jiġu mibgħuta dokumenti: bil-posta, inklużi servizzi ta' twassil privati,

għal komunikazzjoni oħra: bit-telefon u bl-email.

III.

Barra mill-Estonu, wieħed jista' juża wkoll l-Ingliż.

ĊIPRU

I.

Aġenziji li jirċievu: Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku

Υπουργείο Δικαιοσύνης και Δημοσίας Τάξεως (Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku)

Λεωφόρος Αθαλάσσας (Vjal Athalassas 125)

CY-1461 Λευκωσία [Lefkosia (Nikosija)]

Κύπρος (Ċipru)

Tel. (357) 22805928

Faks (357) 22518328

E-mail: registry@mjpo.gov.cy

II.

Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti:

Posta, faks u email

III.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard:

Il-Grieg u l-Ingliż

IL-LATVJA

I.

Aġenziji li jirċievu:

Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Latvja

Blvd. Brivibas 36

LV-1536 Riga

Il-Latvja

Tel. (371) 67036716

Faks (371) 67210823

E-mail: tm.kanceleja@tm.gov.lv

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi għall-pajjiż kollu.

II.

Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti:

Id-dokumenti jistgħu jiġu rċevuti bil-posta, fil-feks jew bl-email.

Talba għall-kunsinna ta' dokumenti u ċ-ċertifikazzjoni tas-servizz tista' tiġi rċevuta bil-faks jew bl-email jekk tintbagħat ukoll bil-posta.

III.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard:

Barra mil-Latvjan, il-Latvja taċċetta formoli standards mimlija bl-Ingliż.

IL-LITWANJA

I.

Aġenziji li jirċievu: L-aġenziji li jirċievu huma l-qrati ta' prim istanza.

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti:

Is-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji hija aċċettata permezz tal-posta u l-faks.

III.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4)

Minbarra l-Litwan, il-Litwanja taċċetta forom ta' rikjesta standard li jkunu mtlew bil-Franċiż jew bl-Ingliż.

L-UNGERIJA

I.

Aġenziji li jirċievu:

Skond l-Art. 2(3) għal perjodu ta' ħames snin il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa maħtur bħala l-aġenzija li tirċievi. It-talbiet kollha għandhom jintbagħtu lil: Ministry of Justice. Id-Dipartiment tal-Liġi Internazzjonali Privata.

Igazságügyi Minisztérium

Nemzetközi Magánjogi Osztály

1363 Budapest

Postafiók 54

Tel. +36 1 4413110

Faks +36 1 4413112

E-mail: nemzm@im.hu

II.

Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti:

Posta, faks, e-mail

III.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4)

L-Ungeriż, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż.

MALTA

I.

Aġenziji li jirċievu:

 

Aġenzija:

L-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali

Il-Palazz

Pjazza San Ġorġ

Valletta CMR02

 

Uffiċjali pubbliċi:

(1)

Cynthia Scerri De Bono

L-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali

Il-Palazz

Pjazza San Ġorġ

Valletta CMR02

Tel. (356) 21 25 68 32 06

Faks (356) 21 23 72 81

Email: cynthia.scerri-debono@gov.mt

(2)

Heidi Testa

L-Uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali

Il-Palazz

Pjazza San Ġorġ

Valletta CMR02

Tel. (356) 21 25 68 32 09, (356) 21 22 55 60

Faks (356) 21 23 72 81

Email: heidi.testa@gov.mt

II.

Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Id-dokumenti oriġinali jridu jintbagħtu bil-posta. Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-faks/bl-email.

III.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard: L-Ingliż

IL-POLONJA

I.

L-aġenziji li jirċievu huma l-Qrati Distrettwali - Sądy Rejonowe

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu biss bil-posta

III.

Il-formola tista' timtela bil-Pollakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż

IR-RUMANIJA

I.

L-aġenzija Rumena li tirċievi talbiet għas-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjali minn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea hija l-qorti fid-distrett fejn ikun residenti l-indirizzat jew fejn ikun lokalizzat l-istabbiliment professjonali.

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Barra minn formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija taċċetta wkoll formoli ta' applikazzjoni standards mimlija bl-Ingliż u l-Franċiż.

IS-SLOVENJA

I.

Aġenziji li jirċievu: Il-Qrati Distrettwali

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu biss bil-posta

III.

Il-formola tista' timtela bis-Sloven jew bl-Ingliż

IS-SLOVAKKJA

I.

L-aġenziji li jirċievu huma l-Qrati Distrettwali (‘Okresný súd’) li għandhom ġuriżdizzjoni territorjali skond l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili.

Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili:

http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/

II.

Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4) Il-lingwa Slovakka.”


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/22


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Ġunju 2008

dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Esperti dwar it-Tagħrif Storiku dwar il-Kreditu

(2008/542/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Suq Uniku għall-Ewropa tas-Seklu 21 (1), adottata f'Novembru 2007, kienet akkumpanjata minn Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal dwar is-servizzi finanzjarji bl-imnut, li saħaq dwar l-importanza ta’ l-aċċess għal u d-disponibbiltà ta’ dejta dwar il-kreditu għall-promozzjoni ta’ swieq kompetittivi tas-servizzi finanzjarji bl-imnut (2). Ħabbret ukoll it-twaqqif ta’ grupp ta’ esperti dwar it-tagħrif storiku dwar il-kreditu.

(2)

Il-White Paper dwar l-Integrazzjoni tas-Swieq ta’ Kreditu b’Ipoteka fl-UE (3) kkonkludiet li dawk li jsellfu u l-intermedjarji fil-qasam tal-kreditu bl-ipoteka għandhom ikunu meħtieġa jivvalutaw b’mod adegwat, bil-mezzi xierqa kollha, kemm dawk li jissellfu, qabel ma jinħarġilhom self b'ipoteka, jkunu kapaċi jħallsu s-self lura. Ikkonkludiet ukoll li min isellef b’ipoteka m’għandux jiġi diskriminat meta jiġi biex jaċċessa reġistri tal-kreditu fi Stat Membri oħra, u li d-dejta dwar il-kreditu għandha tiċċirkola mingħajr xkiel, filwaqt li tikkonforma għal kollox mar-regoli Komunitarji dwar il-protezzjoni tat-tagħrif personali.

(3)

Il-Kummissjoni tixtieq tidentifika l-ostakli, fosthom dawk ġuridiċi, regolatorji u amministrattivi, għall-aċċess għad-dejta dwar il-kreditu u għall-iskambju tiegħu, u tixtieq tingħata parir dwar kif tista’ tindirizza dawn l-ostakli filwaqt li tiżgura livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

(4)

Il-grupp ta’ esperti għandu jkun magħmul minn individwi li jkollhom kompetenza fil-qasam tad-dejta dwar il-kreditu.

(5)

Huwa importanti li jkun żgurat li l-membri tal-grupp jipprovdu pariri esperti oġġettivi.

(6)

Id-dejta personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tkun ipproċessata b’konformità mar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 45/2001 tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta (4),

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’dan, il-Kummissjoni twaqqaf grupp ta’ esperti dwar it-tagħrif storiku dwar il-kreditu (minn hawn ‘il quddiem “il-grupp”).

Artikolu 2

Kompitu

L-għan tal-grupp hu li:

Jidentifika l-ostakli kollha, fosthom dawk ġuridiċi, regolatorji u amministrattivi għall-aċċess għad-dejta dwar il-kreditu u għall-iskambju tiegħu. B’mod partikolari, il-grupp għandu jistħarreġ l-impatti possibbli tal-koeżistenza tal-metodi differenti wżati għall-organizzazzjoni u l-funzjonament tar-reġistri tal-kreditu fil-Komunità u jidentifika l-konsegwenzi tagħhom minn perspettiva ekonomika. Għandu wkoll jistħarreġ il-qagħda eżistenti mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur (inkluża l-protezzjoni tad-dejta).

Jippreżenta proposta dwar kif jistgħu jiġu indirizzati l-ostakli identifikati. Għal dan il-għan, il-grupp għandu jimmira lejn l-identifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet li jimmassimizzaw iċ-ċirkolazzjoni tad-dejta tal-kreditu filwaqt li jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur.

Artikolu 3

Kompożizzjoni - Ħatra

1.   Il-grupp għandu jkun magħmul minn massimu ta’ 20 membru.

2.   Il-membri tal-grupp għandhom jinħatru mill-Kummissjoni minn fost esperti b’kompetenza fiż-żona koperta mill-mandat tal-grupp, wara sejħa għall-espressjoni ta’ interess, abbażi ta’ proposti minn kwalukwe minn dawn li ġejjin:

Assoċjazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali, li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi jew ta’ l-industrija tas-servizzi finanzjarji;

kolletturi tad-dejta dwar il-kreditu jew proċessuri tad-dejta dwar il-kreditu, privati jew pubbliċi, mill-Istati Membri;

rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ l-Istati Membri;

individwi bi sfond akkademiku jew b’għarfien espert rikonoxxut fil-qasam tad-dejta tal-kreditu, inkluża l-protezzjoni tad-dejta.

3.   Il-partijiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jesprimu bil-miktub l-interess tagħhom fil-parteċipazzjoni fil-Grupp.

4.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-eliġibbiltà ta’ l-individwi esperti skond il-kriterji li ġejjin:

Għarfien rilevanti li jista’ jintwera jew kompetenza fiż-żona koperta mill-mandat tal-grupp;

għarfien espert jew esperejnza prattiċi reċenti;

ħila f'ilsien li s-soltu jintuża fil-qasam tal-finanzi, ta’ livell li jippermetti lil-espert jieħu sehem f’diskuzzjonijiet u jfassal rapporti f’dak l-ilsien.

L-espressjonijiet ta’ l-interess li jaslu għandhom jinkludu dokumentazzjoni li turi li l-espert propost jissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmija.

5.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel l-esperti billi tqis il-ħtieġa li tirrappreżenta l-interessi tal-partijiet rilevanti kollha. Kif stqarret fil-White Paper tagħha dwar il-Politika dwar is-Servizzi Finanzjarji għall-2005-2010, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lil rappreżentazzjoni proporzjonata ta’ l-utenti. Flimkien ma’ dan, il-Kummissjoni għandha tiżgura rappreżentazzjoni ġeografika wiesgħa u kompożizzjoni bbilanċjata bejn is-sessi fuq il-bażi tal-proposti li jaslu.

6.   L-esperti proposti li jkunu tqiesu bħala xierqa iżda li ma jkunux nħatru jistgħu jitniżżlu f’lista ta’ riżerva, li l-Kummissjoni tista’ tuża għall-ħatra ta’ sostituzzjonijiet.

7.   Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom japplikaw:

Membri proposti mill-assoċjazzjonijiet Ewropej jew nazzjonali, li jirrappreżentaw l-interessi tal-konsumaturi jew ta’ l-industrija tas-servizzi finanzjarji; jew minn kolletturi tad-dejta dwar il-kreditu jew proċessuri tad-dejta dwar il-kreditu, jinħatru bħala rappreżentanti tal-partijiet interessati.

Membri mill-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta jinħatru bħala rappreżentanti ta’ l-awtoritajiet rispettivi tagħhom.

Membri bi sfond akkademiku jew b’għarfien espert rikonoxxut jinħatru f’kapaċità personali.

Il-mandat tal-membri tal-grupp għandu jibda bl-ewwel laqgħa tal-grupp u jintemm bit-tlestija ta’ rapport, mhux aktar tard mill-1 ta’ Mejju 2009. Il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sa meta jiġu ssostitwiti jew sa tmiem il-mandat tagħhom.

Il-membri li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħidmiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma josservawx il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu jew l-Artikolu 287 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, jistgħu jiġu ssostitwiti għall-perjodu taż-żmien li jkun fadallu l-mandat tagħhom.

L-ismijiet tal-membri għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-Gruppi Esperti tal-Kummissjoni Ewropea (5) jew fuq is-sit ta’ l-internet tad-DĠ Suq Intern u Servizzi. L-ismijiet tal-membri jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar tad-dejta personali.

Il-membri maħtura f'kapaċità personali għandhom jiffirmaw kull sena dikjarazzjoni fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kull interess li jista’ jaffettwa l-indipendenza tagħhom.

Artikolu 4

Il-ħidma

1.   Il-president tal-grupp għandu jkun rappreżentant tal-Kummissjoni.

2.   Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw il-mistoqsijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp; dawn għandhom jiġu xolti hekk kif dawn it-termini jkunu ġew sodisfatti.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistieden esperti u osservaturi b’għarfien speċifiku biex jieħdu sehem fix-xogħol tal-grupp u fil-gruppi ta’ ħidma.

4.   L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fil-ħidmiet tal-grupp jew sottogrupp ma tistax tinħareġ jekk il-Kummissjoni tiddikjara li din tkun marbuta ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.

5.   Il-grupp u s-sottogruppi tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fl-istabbilimenti tal-Kummissjoni, skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Is-Segretarjat tal-Grupp għandu jiġi provdut mill-Kummissjoni. Uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Grupp u s-sottogruppi tiegħu.

6.   Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura adottati mill-Kummissjoni (6).

7.   Il-Kummissjoni tista’ tippubblika fuq l-Internet, fil-lingwa oriġinali tad-dokument ikkonċernat, kull sommarju, konklużjoni, parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp.

Artikolu 5

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-Kummissjoni għandha trodd lura l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar u ta’ l-għixien relatati ma’ l-attivitajiet ta’ dan il-Grupp skond id-dispożizzjonijiet tal-Kummissjoni li jkunu fis-seħħ (7). Il-membri ma jiġux imħallsa tas-servizzi tagħhom.

2.   L-ispejjeż tal-laqgħat huma mħallsa lura fil-limiti ta’ l-approprjazzjonijiet allokati lid-dipartiment ikkonċernat fl-ambitu tal-proċedura annwali ta’ l-allokazzjoni tar-riżorsi.

Magħmula fi Brussell, 13 ta’ Ġunju 2008

Għall-Kummissjoni

Charlie McCREEVY

Membru tal-Kummissjoni


(1)  COM(2007) 724 finali.

(2)  SEC(2007) 1520

(3)  COM(2007) 807.

(4)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(5)  http://ec.europa.eu/secretariat_general/regexp/

(6)  L-Anness III tad-dokument SEC(2005)1004.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5858 tal-5 ta’ Diċembru 2007.


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2701)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/543/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intrakomunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intrakomunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE ta’ l-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll ta’ l-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2005/94/KE tistipula ċerti miżuri preventivi dwar is-sorveljanza u l-iskoperta kmieni ta’ l-influwenza tat-tjur u l-miżuri minimi ta’ kontroll li għandhom jiġu applikati fil-każ li din il-marda tfaqqa’ fit-tjur jew f’għasafar maqbudin oħrajn. Din tipprevedi li jridu jiġu stipulati regoli dettaljati, hekk kif meħtieġ mill-qagħda epidemjoloġika sabiex tissupplimenta l-miżuri minimi ta’ kontroll previsti f’din id-Direttiva.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta’ l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/135/KE (4) tistipula ċerti miżuri ta’ protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta’ dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta’ żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda. Dawn iż-żoni huma elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE u attwalment jinkludu partijiet mill-Ġermanja u mill-Polonja. Fil-preżent din id-Deċiżjoni tapplika sat-30 ta’ Ġunju 2008.

(3)

Minħabba li jeżisti riskju kontinwu ta’ tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fil-Komunità, il-miżuri stipulati fid-Deċiżjoni 2006/415/KE għandhom jinżammu sabiex jiġu użati fejn dan il-virus jinstab fit-tjur, biex b’hekk jissuplimentaw il-miżuri stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE.

(4)

Meta titqies il-qagħda epidemjoloġika attwali b’rigward għall-influwenza tat-tjur fil-Komunità, huwa xieraq li l-perjodu ta’ l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jiġġedded sat-30 ta’ Ġunju 2009.

(5)

Il-Ġermanja u l-Polonja għarrfu lill-Kummissjoni li, minħabba l-qagħda favorevoli tal-marda fit-territorju tagħhom, ma għadhomx japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni b’rigward għal tifqigħat ta’ l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna. Għalhekk il-miżuri stabbiliti skond l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni 2006/415/KE għaż-żoni A u B f’dawn l-Istati Membri ma għadhomx meħtieġa.

(6)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 12, id-data “30 ta’ Ġunju 2008” tinbidel bi “30 ta’ Ġunju 2009”.

(2)

Fil-Partijiet A u B ta’ l-Anness, jitneħħa t-tagħrif dwar il-Ġermanja u l-Polonja.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(4)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2008/70/KE (ĠU L 18, 23.1.2008, p. 25).


3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni Nru 2004/858/KE sabiex tittrasforma “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” f’ “L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”

(2008/544/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (1),

Billi:

(1)

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika (minn issa ‘l quddiem imsejħa l-“PHEA”) twaqqfet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE (2), biex timmaniġġja l-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-Programm tas-Saħħa Pubblika 2003-2008”) adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Id-Deċiżjoni 2004/858/KE tipprevedi għall-PHEA li twettaq il-funzjonijiet tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2010 sabiex tesegwixxi kuntratti u għotjiet iffirmati taħt il-programm għas-Saħħa Pubblika 2003-2008.

(2)

Id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 tistabbilixxi t-tieni programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa (2008-2013) (4) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “it-tieni Programm għas-Saħħa Pubblika 2008-2013”) li daħal fis-seħħ fil-21/11/2007. It-tieni Programm għas-Saħħa Pubblika huwa mfassal biex ikompli l-azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-Saħħa Pubblika billi jiffoka fuq tliet għanijiet wiesgħa: it-titjib tas-sigurtà tas-saħħa taċ-ċittadini, il-promozzjoni tas-saħħa biex titjieb il-prosperità u s-solidarjetà; u biex jiġi ġġenerat u mxerred it-tagħrif dwar is-saħħa.

(3)

Il-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tal-ħarsien tal-Konsumatur għall-2007-2013, adottat mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill fit-18 ta’ Diċembru 2006 (5) (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ “il-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013”) jistabbilixxi l-qafas ġenerali għall-iffinanzjar ta’ l-azzjonijiet tal-Komunità b’appoġġ għall-politika tal-Konsumaturi għas-snin 2007 sa 2013. L-għan tal-Programm huwa li jikkumplimenta, jappoġġja u jissorvelja l-politiki ta’ l-Istati Membri u li jikkontribwixxi għall-ħarsien tas-saħħa, is-sigurtà u l-interessi ekonomiċi u legali tal-konsumaturi kif ukoll li jippromwovi d-drittijiet tagħhom għall-informazzjoni, għall-edukazzjoni u biex jorganizzaw ruħhom sabiex iħarsu l-interessi tagħhom.

(4)

L-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali li jsiru biex tiġi verifikata l-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, is-saħħa ta’ l-annimali u r-regoli tal-benesseri ta’ l-annimali (6) jippermetti lill-Kummissjoni li torganizza korsijiet ta’ taħriġ għall-personal ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u għall-parteċipanti minn pajjiżi terzi, inkluż pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-oqsma koperti b’taħriġ simili huma l-liġi ta’ l-ikel u l-liġi ta’ l-għalf, saħħa ta’ l-annimali u kundizzjonijiet ta’ benesseri ta’ l-annimali. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(l)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju dwar miżuri ta’ ħarsien kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi li jagħmlu ħsara lill-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra l-firxa tagħhom fil-Komunità (7), joffri bażi legali għat-taħriġ fis-settur tas-saħħa tal-pjanti biex l-attivitajiet ta’ taħriġ organizzati mill-Kummissjoni jikkostitwixxu strateġija ġenerali tal-Kummissjoni għat-taħriġ, kif ukoll regoli għas-saħħa tal-pjanti (minn issa ‘l quddiem imsejħa “miżuri ta’ taħriġ dwar is-sigurtà ta’ l-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE”).

(5)

Analiżi tal-benefiċċju kumparat ma’ l-ispiża mwettaq mill-konsulenti esterni wriet li jekk ix-xogħol ta’ implimentazzjoni tal-programm relatat mat-tieni Programm għas-Saħħa Pubblika 2008-2013 jiġi afdat lill-PHEA eżistenti din tkun l-aktar għażla li tipproduċi benefiċċju għall-ispiża.

(6)

Analiżi tal-benefiċċju mqabbel ma’ l-ispiża wera wkoll li l-ħidmiet ta’ implimentazzjoni tal-programm relatati mal-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif ukoll miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà ta’ l-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE għandhom jitwettqu b’mod aktar effiċjenti mill-PHEA eżistenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-immaniġġjar ġenerali jsir mill-Kummissjoni għal dawk il-programmi u miżuri tal-Komunità.

(7)

Sabiex jiġu riflessi l-ħidmiet addizzjonali, il-PHEA għandha tiġi mibdula f’Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi.

(8)

Id-Deċiżjoni 2004/858/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(9)

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2004/858/KE hi emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Isem l-Aġenzija se jkun ‘L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi.’”

(2)

L-Artikolu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

Tul ta’ żmien

L-Aġenzija għandha twettaq il-ħidmiet tagħha mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2015.”

(3)

L-Artikolu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 4

Għanijiet u ħidmiet

1.   L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-twettiq tal-ħidmiet ta’ implimentazzjoni li ġejjin għall-immaniġġjar tat-tieni Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni 1350/2007/KE, il-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà ta’ l-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE:

(a)

l-immaniġġjar tal-fażijiet tul il-perjodu ta’ proġetti speċifiċi li jiġu definiti mill-Kummissjoni fl-istrument tad-delegazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 58/2003 fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi u miżuri tal-Komunità msemmija hawn fuq, kif ukoll l-ivverifikar neċessarju għal dan il-għan, billi jittieħdu d-deċiżjonijiet relevanti fejn il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tagħmel dan;

(b)

l-adozzjoni tad-dokumenti għall-implimentazzjoni tal-baġit għad-dħul u l-ħruġ ta’ finanzi u t-twettiq, meta l-Kummissjoni tkun tatha s-setgħa li tagħmel dan, ta’ l-operazzjonijiet kollha meħtieġa biex timplimenta l-programmi tal-Komunità msemmija hawn fuq u, b’mod partikolari, dawk marbuta mal-għoti ta’ kuntratti u għotjiet ta’ flus;

(ċ)

ġbir, analiżi u li tiġi mgħoddija lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiggwida u tevalwa l-implimentazzjoni tal-programmi u miżuri tal-Komunità msemmija hawn fuq.

2.   L-Aġenzija għandha wkoll timmaniġġja l-fażijiet kollha fil-perjodu tal-miżuri implimentattivi delegati lilha fil-qafas tal-programm ta’ azzjoni tal-Komunità fil-qasam tas-saħħa pubblika 2003-2008, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1786/2002/KE.

3.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddelega l-awtorità lill-Aġenzija sejra turi fid-dettal il-ħidmiet kollha fdati lillha. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni se tiġi trażmessa, bħala informazzjoni, lill-kumitat stabbilit mill-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 58/2003.”

(4)

L-Artikolu 6 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 6

Għotjiet

L-Aġenzija għandha tirċievi sussidji li jidħlu fil-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropew mill-fondi allokati għat-tieni Programm tas-Saħħa Pubblika 2008-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni 1350/2007/KE, il-programm tal-Konsumatur għall-2007-2013 kif adottat bid-Deċiżjoni 1926/2006/KE u l-miżuri ta’ taħriġ għas-sigurtà ta’ l-ikel koperti bir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u d-Direttiva 2000/29/KE:”

Artikolu 2

Ir-referenzi kollha għall-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm tas-Saħħa Pubblika” għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-“Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi”.

Magħmula fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni Ewropea

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(3)  ĠU L 271, 9.10.2002, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru 786/2004/KE (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 7).

(4)  ĠU L 301, 20.11.2007, p. 3.

(5)  Id-Deċiżjoni Nru 1926/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 39).

(6)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 301/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 85).

(7)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).


III Atti adottati skond it-Trattat ta' l-UE

ATTI ADOTTATI SKOND IT-TITOLU V TAT-TRATTAT TA' L-UE

3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/30


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUPT/1/2008

tas-6 ta’ Ġunju 2008

li temenda d-Deċiżjoni EUPT/2/2007 dwar il-ħatra tal-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPT Kosovo)

(2008/545/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 25 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2006/304/PESK ta’ l-10 ta’ April 2006 dwar it-twaqqif tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwali ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f’oqsma oħra fil-Kosovo (1), u b’ mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO, u b’mod partikolari l-Artikoli 4(3) u 5(2) tagħha (2),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni, EUPT/2/2007 (3), il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) ddeċieda, li jaħtar lis-Sur Roy REEVE bħala l-Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwali ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f’oqsma oħra fil-Kosovo, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2008.

(2)

L-Artikolu 6 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK jipprovdi li l-Kunsill jawtorizza lill-KPS biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti skond l-Artikolu 25 tat-Trattat, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli, bħala Kap tat-Tim ta’ l-Ippjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo).

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUPT/2/2007 għandu jitħassar.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Ġunju 2008

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

M. IPAVIC


(1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. L-Azzjoni Konġunta kif l-aħħar emendata bl-Azzjoni Konġunta 2008/228/PESK (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 78).

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

(3)  ĠU L 346, 29.12.2007, p. 29.


Corrigendum

3.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 173/31


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008 tas-17 ta' Ġunju 2008 rigward l-awtorizzazzjoni ta' 6-phytase (Quantum Phytase) bħala addittiv fl-għalf

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 158, 18 ta' Ġunju 2008 )

F'paġna 16, fl-anness, fit-tabella, fil-kolonna “Isem id-detentur ta' l-awtorizzazzjoni”:

Minflok:

“AB Enzyme GmbH”,

Aqra:

“AB Enzymes GmbH”.