ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
2 ta' Lulju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 624/2008 tat-23 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, ta' l-aġenti temporanji u ta' l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi kif ukoll parti mill-uffiċjali li ser jibqgħu assenjati fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 625/2008 ta’ l-1 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni 2008/69/KE ta’ l-1 ta’ Lulju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi ( 1 )

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

 

*

Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) ( 1 )

15

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/495/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2008 dwar il-projbizzjoni proviżorja ta’ l-użu u l-bejgħ fl-Awstrija ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L. linja MON810) skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1718)  ( 1 )

25

 

 

2008/496/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l-1 ta' Lulju 2008 li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni ( 1 )

28

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 624/2008

tat-23 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta' l-uffiċjali, ta' l-aġenti temporanji u ta' l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi kif ukoll parti mill-uffiċjali li ser jibqgħu assenjati fiż-żewġ Stati Membri l-ġodda għal perjodu massimu ta’ dsatax-il xahar wara l-adeżjoni

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13 ta’ l-Anness X tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Atti ta' l-adeżjoni ta' l-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Jeħtieġ li jiġi kkunsidrat l-iżvilupp ta’ l-għoli tal-ħajja fil-pajjiżi barra l-Komunità u li jiġu għaldaqstant determinati l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2007 għar-rimunerazzjonijiet imħallsa, fil-munita tal-pajjiż ta’ l-impjieg tagħhom, lill-uffiċjali, lill-aġenti temporanji u lill-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jaħdmu f'pajjiżi terzi.

(2)

Il-koeffiċjenti korrettivi li fir-rigward tagħhom sar ħlas abbażi tar-Regolament (KE) Nru 453/2007 (2) jistgħu jwasslu għall-aġġustamenti ta' żieda jew tnaqqis b’effett retroattiv fir-rimunerazzjoni.

(3)

Għandu jsir provvediment għall-ħlas ta' arretrati fil-każ ta’ żidiet fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda

(4)

Għandu jsir provvediment għall-ħlas lura ta' pagamenti żejda fil-kaz ta' tnaqqis fir-rimunerazzjoni minħabba l-koeffiċjenti korrettivi l-ġodda, għall-perjodu kkalkulat bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

(5)

Għandu jiġi ppreċiżat li l-ħlas lura eventwali jkun jista’ jsir biss fuq perjodu ta’ mhux aktar minn sitt xhur qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u li l-effetti tiegħu jkunu jistgħu jitqassmu fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar minn din id-data, u dan b'segwitu għall-koeffiċjenti korrettivi applikabbli fi ħdan il-Komunità għar-rimunerazzjonijiet u għall-pensjonijiet ta’ l-uffiċjali u ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B'effett mill-1 ta' Lulju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għar-rimunerazzjoni ta' l-uffiċjali, ta' l-aġenti temporanji u ta' l-aġenti b'kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f'pajjiżi terzi mħallsa fil-munita tal-pajjiż ta' l-impjieg għandhom ikunu kif jidhru fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Ir-rati tal-kambju użati għall-kalkolu ta' dawn ir-rimunerazzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti skond ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Artikolu 2

1.   L-Istituzzjonijiet għandhom iħallsu arretrati fil-każ ta’ żieda fir-rimunerazzjonijiet minħabba l-koeffiċjenti korrettivi kif jidhru fl-Anness.

2.   L-Istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti retroattivi ta' tnaqqis fuq ir-rimunerazzjoni fl-eventwalità ta' tnaqqis bħala riżultat tal-koeffiċjenti korrettivi kif jidhru fl-Anness, għall-perjodu bejn l-1 ta' Lulju 2007 u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-aġġustamenti retroattivi li jinvolvu ħlas lura ta' pagamenti żejda għandhom ikunu limitati għal perjodu ta’ sitt xhur qabel id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-ħlas lura jitqassam fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tnax-il xahar mill-istess data.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 23 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 420/2008 (ĠU L 127, 15.5.2008, p. 1).

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 22.


ANNESS

Post ta’ l-impjieg

Koeffiċjenti Korrettivi Lulju 2007 (*)

L-Afganistan (**)

0

L-Afrika t’Isfel

60,2

L-Albanija

80,2

L-Alġerija

88,7

L-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

71,7

L-Angola

130

L-Għarabja Sawdita

84,6

L-Arġentina

57,1

L-Armenja

123,5

L-Awstralja

112,2

L-Ażerbajġan (**)

0

Il-Bangladexx

48,2

Il-Barbados

129,7

Il-Belarus (**)

0

Il-Benin

91,9

Il-Bolivja

48

Il-Bożnja Ħerzegovina (Banja Luka)

0

Il-Bożnja Ħerzegovina (Sarajevo)

78,7

Il-Botswana

56,4

Il-Brażil

93,2

Il-Bulgarija

81,7

Il-Burkina Faso

90,7

Il-Burundi (**)

0

Il-Kamboġja

69,8

Il-Kamerun

101,9

Il-Kanada

93

Il-Kap Verde

80,9

Iċ-Ċilì

71,5

Iċ-Ċina

77,4

Ix-Xatt tal-Punent u l-Istrixxa ta’ Gaża

92,1

Il-Kolombja

82,1

Il-Kongo (Brazzaville)

130,2

Il-Korea ta’ Isfel

113,9

Il-Kosta Rica

73,7

Il-Kosta ta’ l-Avorju

100,2

Il-Kroazja

106,8

Kuba

86,1

Il-Ġibuti

94,3

L-Eġittu

49,6

El Salvador

76,1

Ekwador

64,8

L-Eritrea

51,3

L-Istati Uniti (New York)

102,8

L-Istati Uniti (Washington)

97,8

L-Etjopja

88,3

Il-Gabon

123

Il-Gambja

60,5

Il-Ġeorġja

96,6

Il-Gana

69,7

Il-Gwatemala

78,6

Il-Ginea

73,3

Il-Ginea-Bissaw

100,7

Il-Guyana

62,1

Il-Ħaiti

118,8

Il-Ħonduras

69,7

Ħong Kong

94,8

Il-Gżejjer Fiġi

73,5

Il-Gżejjer Solomon

94,8

L-Indja

52,9

L-Indoneżja (Jakarta)

81,1

L-Indoneżja (Banda Aceh)

53,9

L-Iraq

0

L-Iżrael

109,5

Il-Ġamajka

90,5

Il-Ġappun (Naka)

101

Il-Ġappun (Tokjo)

106,5

Il-Ġordan

77,7

Il-Każakstan (Almaty)

125,4

Il-Każakstan (Astana)

71,6

Il-Kenja

81,9

Il-Kirgiżtan

88,3

Kosovo

 

Il-Laos

74,2

Il-Lesoto

62

Il-Libanu

86

Il-Liberja (**)

0

Il-Madagaskar

86,6

Il-Malażja

74,4

Il-Malawi

71,8

Il-Mali

85

Il-Marokk

89,5

Il-Mawrizju

69,5

Il-Mawritanja

65,3

Il-Messiku

74,4

Il-Mikroneżja (**)

0

Il-Montenegro

69,7

Il-Możambik

77,7

In-Namibja

72,5

Il-Nepal

82,5

In-Nikaragwa

57

In-Niġer

85

In-Niġerja

86,1

In-Norveġja

132

New Caledonia

135,3

New Zealand

109,6

L-Uganda

77,1

L-Użbekistan (**)

0

Il-Pakistan

50,7

Il-Panama

61

Il-Papwa-Ginea l-Ġdida

74,3

Il-Paragwaj

82,2

Il-Perù

77,5

Il-Filippini

64,4

Ir-Repubblika Ċentrali Afrikana

119,1

Ir-Repubblika tal-Moldova

59,6

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

129,5

Ir-Repubblika Dominikana

69,3

Ir-Rumanija

73,9

Ir-Russja

122,6

Ir-Rwanda

91,7

Is-Samoa (**)

0

Is-Senegal

87,7

Is-Serbja

66,1

Is-Sjerra Leone

75,4

Singapor

102,5

Is-Somalja (**)

0

Is-Sudan

56,2

Is-Sri Lanka

53,2

Is-Sudan t’Isfel

0

L-Iżvizzera (Ġinevra)

109,8

L-Iżvizzera (Berna)

109,7

Is-Surinam

49,4

Is-Sważiland

57

Is-Sirja

69,4

It-Taġikistan

66,9

It-Tajwan

83,7

It-Tanzanija

61,9

Iċ-Ċad

129,4

It-Tajlandja

67,7

It-Timor -Orjent

66,5

It-Togo

89,4

It-Tonga (**)

0

It-Trinidad u Tobago

68,3

It-Tuniżija

71,5

It-Turkija

83,8

L-Ukrajna

108,2

L-Urugwaj

69,8

Il-Vanwatu

122,6

Il-Veneżwela

65,2

Il-Vjetnam

51,5

Il-Jemen

77,3

Iż-Żambja

64,8

Żimbabwe (**)

0


(*)  Brussell - 100 %

(**)  Mhux disponibbli


2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 625/2008

ta’ l-1 ta’ Lulju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-2 ta’ Lulju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni ta' l-1 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

39,1

MK

32,3

TR

76,3

ZZ

49,2

0707 00 05

JO

156,8

MK

11,6

TR

47,5

ZZ

72,0

0709 90 70

TR

99,1

ZZ

99,1

0805 50 10

AR

94,2

IL

116,0

US

72,2

ZA

107,5

ZZ

97,5

0808 10 80

AR

80,8

BR

91,3

CL

94,5

CN

89,1

NZ

117,1

US

105,8

UY

88,5

ZA

90,9

ZZ

94,8

0809 10 00

TR

192,2

ZZ

192,2

0809 20 95

TR

343,5

US

354,9

ZZ

349,2

0809 30

CL

244,7

ZZ

244,7

0809 40 05

IL

162,8

ZZ

162,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


DIRETTIVI

2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/9


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2008/69/KE

ta’ l-1 ta’ Lulju 2008

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-clofentezine, dicamba, difenoconazole, diflubenzuron, imazaquin, lenacil, oxadiazon, picloram u pyriproxyfen bħala sustanzi attivi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 451/2000 (2) u (KE) Nru 1490/2002 (3) jistabbilixxu r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tat-tielet stadju tal-programm ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 91/414/KEE u jistabbilixxu lista ta’ sustanzi attivi biex jiġu vvalutati, bil-għan li jiġu possibbilment inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Dik il-lista tinkludi s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva.

(2)

Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1095/2007 iddaħħal l-Artikolu 11b ġdid fir-Regolament (KE) Nru 1490/2002 biex jippermetti sustanzi attivi li għalihom hemm indikazzjonijiet ċari li jista’ jkun mistenni li m'għandhomx effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bnedmin jew l-annimali jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art jew xi influwenza mhux aċċettabbli fuq l-ambjent, biex jiġu inklużi f'Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mingħajr ma ntalab parir xjentifiku dettaljat mill-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Ikel (AESI).

(3)

Għas-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva l-Kummissjoni eżaminat skond l-Artikolu 11a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 l-effetti fuq is-saħħa tal-bnedmin, l-annimali, l-ilma ta’ taħt l-art u l-ambjent għal użi varji proposti min-notifikanti, bil-konklużjoni li dawk is-sustanzi attivi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 11b tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002.

(4)

Skond l-Artikolu 12 (1) tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ rapporti ta’ reviżjoni għal sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva lill-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali, għal eżaminazzjoni. Dawn ir-rapporti saritilhom reviżjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali u ġew finalizzati fl-14 ta’ Marzu 2008 fil-format tar-rapporti tar-reviżjoni tal-Kummissjoni. Skond l-Artikolu 12a tar-Regolament (KE) Nru 1490/2002 il-Kummissjoni se titlob lill-AESI biex tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapporti ta’ reviżjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2010.

(5)

Minn eżamijiet varji li saru deher li prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b'mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fir-rigward ta’ l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li jkunu inklużi fl-Anness I għal dik id-Direttiva s-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness għal din id-Direttiva, sabiex tiżgura li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skond id-dispożizzjonijiet għal dik id-Direttiva.

(6)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu raġjonevoli qabel sustanza attiva tiġi inkluża fl-Anness I sabiex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu iħejju rwieħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ġodda li se jirriżultaw mill-inklużjoni.

(7)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi definiti bid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza ta’ l-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jagħmlu reviżjoni ta’ awtorizzazjonijiet eżistenti ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi mniżżla fl-Anness biex jiżguraw li r-rekwiżiti stabbiliti bid-Direttiva 91/414/KEE, b'mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fl-Anness I, huma ssodisfati. L-Istati Membri għandhom ivarjaw, jibdlu jew jirrifjutaw, kif xieraq, awtorizzazzjonijiet eżistenti, skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B'deroga mill-iskadenza t'hawn fuq, għandu jkun ipprovdut perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tad-dossier komplut ta’ l-Anness III għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skond il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE.

(8)

L-esperjenza miksuba minn inklużjonijiet preċedenti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE tas-sustanzi attivi vvalutati fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3600/92 (4) wriet li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet fl-interpretar tad-dmirijiet tad-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għad-data. Sabiex jiġu evitati iżjed diffikultajiet, jidher għalhekk li huwa meħtieġ li d-dmirijiet ta’ l-Istati Membri jiġu ċċarati, speċjalment id-dmir li jivverifikaw li d-detentur ta’ awtorizzazzjoni juri aċċess għal dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva. Madankollu, din il-kjarifika ma timponix xi obbligi ġodda fuq l-Istati Membri jew id-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet meta mqabbla mad-direttivi li ġew adottati sa issa li jemendaw l-Anness I.

(9)

Għalhekk huwa xieraq li tiġi emendata d-Direttiva 91/414/KEE kif meħtieġ.

(10)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2009 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament lill-Kummissjoni it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u l-iskeda ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.

Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Lulju 2009.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom f’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE, fejn hu meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanzi attivi sat-30 ta’ Ġunju 2009.

Sa dik id-data huma għandhom b'mod partikolari jivverifikaw li l-kundizzjonijiet fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness jiġu ssodisfati, minbarra dawk identifikati fil-Parti B tar-reġistrazzjoni dwar dik is-sustanza attiva, u li d-detenturi ta’ l-awtorizzazzjonijiet ikollhom, jew ikollhom aċċess għal, dossiers li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Anness II għal dik id-Direttiva skond il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 13 ta’ dik id-Direttiva.

2.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott awtorizzat għall-protezzjoni tal-pjanti li fih wieħed mis-sutanzi attivi mniżżla fl-Anness jew bħala l-unika sustanza attiva jew bħala wieħed mill-ħafna sustanzi attivi li kollha kienu mniżżla fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2008, l-Istati Membri għandhom jerġgħu jevalwaw il-prodott skond il-prinċipji uniformi pprovduti fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ dossier li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ l-Anness III għal dik id-Direttiva u li jikkunsidra l-parti B tar-reġistrazzjoni fl-Anness I għal dik id-Direttiva dwar is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness. Fuq il-bażi ta’ dik l-evalwazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.

Wara li jistabbilixxu dan l-Istati Membri għandhom:

(a)

fil-każ ta’ xi prodott li jkun fih wieħed mis-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala sustanza attiva ewlenija, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013; jew

(b)

fil-każ ta’ xi prodott li jkun fih is-sustanzi attivi mniżżla fl-Anness bħala waħda minn ħafna sustanzi attivi, fejn ikun meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2013 jew sad-data ffissata għal emenda bħal din jew l-irtirar tagħha fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li inkludiet/inkludew is-sustanza jew sustanzi rilevanti fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, tkun liema tkun dik ta’ l-aħħar.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 5

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/45/KE (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 21).

(2)  ĠU L 55, 29.2.2000, p. 25. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1044/2003 (ĠU L 151, 19.6.2003, p. 32).

(3)  ĠU L 224, 21.8.2002, p. 23. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1095/2007 (ĠU L 246, 21.9.2007, p. 19).

(4)  ĠU L 366, 15.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 416/2008 (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 25).


ANNESS

Dan li ġej għandu jiġi inkluż fl-aħħar tat-tabella fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE:

Nru

Isem Komuni Numri ta' Identifikazzjoni

L-isem IUPAC

Purità (1)

Dħul fis-seħħ

Skadenza ta' l-inklużjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“177

Clofentezine

CAS No 74115-24-5

CIPAC No 418

3,6-bis(2-chlorophenyl)-1,2,4,5-tetrazine

≥ 980 g/kg (materjal niexef)

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-dicamba, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

178

Dicamba

CAS No 1918-00-9

CIPAC No 85

3,6-dichloro-2-aċtu methoxybenzoic

≥ 850 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-dicamba, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

179

Difenoconazole

CAS No 119446-68-3

CIPAC No 687

3-chloro-4-[(2RS,4RS;2RS,4SR)-4-methyl-2-(1H-1,2,4-triazol-1-ylmethyl)-1,3-dioxolan-2-yl]phenyl 4-chlorophenyl ether

≥ 940 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala fungiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-difenoconazole, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Fil-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ partikolari għal:

protezzjoni ta' organiżmi akwatiċi;

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn meħtieġ.

180

Diflubenzuron

CAS No 35367-38-5

CIPAC No 339

1-(4-chlorophenyl)-3-(2,6-difluorobenzoyl) urea

≥ 950 g/kg impurità: max. 0,03 g/kg 4-chloroaniline

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar id-diflubenzuron, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Fil-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ partikolari għal:

protezzjoni ta' organiżmi akwatiċi;

protezzjoni ta' organiżmi terrestri;

protezzjoni ta' antropodi li ma jinsabux fil-mira u naħal;

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn meħtieġ.

181

Imazaquin

CAS No 81335-37-7

CIPAC No 699

2-[(RS)-4-isopropyl-4-methyl-5-oxo-2-imidazolin-2-yl]quinoline-3-aċtu karboksiliku

≥ 960 g/kg (taħlita racemic )

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala tkabbir tal-pjanti biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-imazaquin, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

182

Lenacil

CAS No 2164-08-1

CIPAC No163

3-cyclohexyl-1,5,6,7-tetrahydrocyclopentapyrimidine-2,4(3H)-dione

≥ 975 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-lenacil, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

183

Oxadiazon

CAS No 19666-30-9

CIPAC No 213

5-tert-butyl-3-(2,4-dichloro-5-isopropoxyphenyl)-1,3,4-oxadiazol-2(3H)-one

≥ 940 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar l-oxadiazon, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

184

Picloram

CAS No 1918-02-1

CIPAC No 174

4-amino-3,5,6-trichloropyridine-2-aċtu karboksiliku

≥ 920 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-picloram, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

185

Pyriproxyfen

CAS No 95737-68-1

CIPAC No 715

4-phenoxyphenyl (RS)-2-2-(2-pyridyloxy)propyl ether

≥ 970 g/kg

1 ta’ Jannar 2009

31 ta’ Diċembru 2018

PARTI A

L-użi bħala insettiċida biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi ta' l-Anness VI, il-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar il-pyriproxyfen, u b'mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali jridu jkunu kkunsidrati.

Fil-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri għandhom jagħtu każ partikolari għal:

protezzjoni ta' antropodi li ma jinsabux fil-mira inklużi n-naħal;

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu miżuri xierqa li jtaffu r-riskju, fejn xieraq.


(1)  Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta' reviżjoni.”


DEĊIŻJONIJIET ADOTTATI B'MOD KONĠUNT MILL-PARLAMENT EWROPEW U MILL-KUNSILL

2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/15


DEĊIŻJONI Nru 626/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-30 ta’ Ġunju 2008

dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

Kif ikkonfermat mill-Kunsill fil-konklużjoni tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2004, l-użu effikaċi u koerenti ta’ l-ispektrum tar-radju huwa essenzjali għall-iżvilupp tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u jinkoraġġixxi t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-impjiegi; l-aċċess għall-ispektrum għandu jiġi ffaċilitat sabiex titjieb l-effiċjenza u titħeġġeġ l-innovazzjoni, u kif ukoll sabiex l-utenti jkollhom flessibbiltà ikbar u l-konsumaturi jkollhom iktar għażla, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-objettivi ta’ interess ġenerali.

(2)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ l-14 ta’ Frar 2007 bit-titolu “Lejn Politika Ewropea għall-Ispektrum tar-Radju” (3), enfasizza l-importanza tal-komunikazzjoni għar-reġjuni rurali u anqas żviluppati, li għalihom, id-diffużjoni tal-“broadband”, tal-komunikazzjoni mobbli bi frekwenza iktar baxxa u tat-teknoloġiji “wireless” ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet effiċjenti sabiex tinkiseb il-kopertura universali tas-27 Stat Membru, bil-għan li jintlaħaq żvilupp sostenibbli fiż-żoni kollha. Il-Parlament Ewropew innota wkoll li s-sistemi ta’ l-Istati Membri għall-allokazzjoni u l-użu ta’ l-ispektrum ivarjaw ħafna u li dawn id-differenzi jirrappreżentaw ostakoli serji għall-kisba ta’ suq intern li jiffunzjona korrettament.

(3)

Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha tas-26 ta’ April 2007 dwar il-Politika Spazjali Ewropea, stipulat ukoll l-għan li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda ta’ komunikazzjoni bis-satellita, b’mod partikolari, permezz ta’ l-aggregazzjoni tad-domanda f’żoni mbiegħda u rurali, filwaqt li enfasizzat il-bżonn ta’ liċenzjar pan-Ewropew għas-servizzi bis-satellita u għall-ispektrum.

(4)

Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) (4) għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u tiżgura l-ġestjoni effikaċi tal-frekwenzi tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, filwaqt li jitneħħew l-ostakoli li għadhom ixekklu l-provvista tan-netwerks u servizzi rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni u filwaqt li jitħeġġu t-twaqqif u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej u l-interoperabbiltà tas-servizzi pan-Ewropej.

(5)

L-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (“servizzi MSS”) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni kemm billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf għall-ieħor kif ukoll billi tinkoraġġixxi investimenti effiċjenti. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u alternattiva għal diversi tipi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni pan-Ewropej u ta’ xandir/“multicasting”, indipendentement minn fejn ikunu jinsabu l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-Internet/intranet, multimedja mobbli u protezzjoni ċivili u għajnuna f’każijiet ta’ diżastri. Is-servizzi MSS jistgħu, b’mod partikolari, itejbu l-kopertura ta’ żoni rurali fil-Komunità, u b’hekk inaqqsu d-distakk diġitali, f’sens ġeografiku, filwaqt li jsaħħu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu fil-media u fl-istess waqt jikkontribwixxu għall-kompetittività ta’ l-industriji Ewropej tat-teknoloġija ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni konformement ma’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona. Id-Direttiva 89/552/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 1989 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar it-twettiq ta’ attivitajiet ta’ xandir bit-televiżjoni (Id-Direttiva dwar Servizzi tal-Media Awdjoviżivi) (5) għandha tapplika, skond il-każ, għas-servizzi tal-media awdjoviżivi trażmessi permezz ta’ sistemi ta’ servizzi MSS.

(6)

Min-natura tagħhom, il-komunikazzjonijiet bis-satellita jilħqu lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, u għalhekk minbarra li huma suxxettibbli għal regolamenti nazzjonali, huma suxxettibli wkoll għal regolamenti internazzjonali jew reġjonali. Is-servizzi pan-Ewropej permezz tas-satellita huma element importanti tas-suq intern u jistgħu jagħtu kontribut sostanzjali sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ l-Unjoni Ewropea, bħall-espansjoni tal-kopertura ġeografika tal-“broadband” konformement ma’ l-inizjattiva i2010 (6). Fis-snin li ġejjin ser jitfaċċaw applikazzjonijiet ġodda tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita.

(7)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/98/KE ta’ l-14 ta’ Frar 2007 dwar l-użu armonizzat ta’ l-ispektrum tar-radju fil-meded ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (7) tipprevedi li mill-1 ta’ Lulju 2007, l-Istati Membri għandhom jagħmlu dawn il-meded ta’ frekwenzi disponibbli għas-sistemi li jipprovdu servizzi MSS fil-Komunità.

(8)

Il-ġestjoni teknika ta’ l-ispektrum tar-radju, kif organizzata bid-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Id-Deċiżjoni dwar l-Ispettru tar-Radju) (8) b’mod ġenerali u bid-Deċiżjoni 2007/98/KE b’mod partikolari, ma tkoprix il-proċeduri għall-allokazzjoni ta’ l-ispektrum u l-għoti ta’ drittijiet għall-użu ta’ frekwenzi tar-radju.

(9)

Bl-eċċezzjoni ta’ l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Id-Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (9), l-operaturi tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita jintgħażlu u jiġu awtorizzati fil-livell nazzjonali skond il-qafas regolatorju eżistenti tal-Komunità għall-komunikazzjoni elettronika.

(10)

Ir-regolamenti ta’ l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) jipprevedu proċeduri għall-koordinazzjoni tal-frekwenzi tar-radju għas-satelliti bħala għodda għall-immaniġġar ta’ interferenzi dannużi, iżda ma jkoprux l-għażla jew l-awtorizzazzjoni.

(11)

Sabiex l-Istati Membri ma jiħdux deċiżjonijiet li jistgħu jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq intern u jmorru kontra l-għanijiet identifikati fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2002/12/KE, il-kriterji ta’ l-għażla għas-sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu b’mod eċċezzjonali armonizzati sabiex il-proċess ta’ l-għażla jwassal għad-disponibbiltà ta’ servizzi MSS madwar l-Unjoni Ewropea kollha. L-investiment qawwi u pre-stabbilit meħtieġ għall-iżvilupp tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita u r-riskji teknoloġiċi u finanzjari kbar assoċjati jeħtieġu ekonomija ta’ skala għal sistemi ta’ dan it-tip fil-forma ta’ kopertura pan-Ewropea ġeografika estensiva, sabiex b’hekk jibqgħu ekonomikament vijabbli.

(12)

Barra minn hekk, sabiex jirnexxi, il-varar tas-servizzi MSS jeħtieġ il-koordinazzjoni ta’ l-azzjoni regolatorja mill-Istati Membri. Id-differenzi bejn il-proċeduri ta’ għażla nazzjonali xorta jistgħu joħolqu l-frammentazzjoni tas-suq intern minħabba l-implimentazzjoni diverġenti tal-kriterji ta’ l-għażla, inkluża l-importanza attribwita lill-kriterji, jew minħabba skali differenti ta’ żmien applikati għall-proċeduri ta’ l-għażla. Dan iwassal għal taħlita inkonsistenti ta’ applikanti magħżula, li tmur kontra n-natura pan-Ewropea ta’ dawk is-servizzi MSS. L-għażla ta’ operaturi differenti ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita minn diversi Stati Membri tista’ tirriżulta f’sitwazzjonijiet kumplessi ta’ interferenzi dannużi jew saħansitra tista’ tfisser li operatur magħżul jiġi ostakolat milli jipprovdi servizz satellitari pan-Ewropew, per eżempju, meta jiġu allokati frekwenzi differenti tar-radju lill-operatur fi Stati Membri differenti. Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni tal-kriterji ta’ l-għażla għandha tiġi supplementata bit-twaqqif ta’ mekkaniżmu komuni ta’ l-għażla li jwassal għal għażla kkoordinata għall-Istati Membri kollha.

(13)

Ladarba l-awtorizzazzjoni ta’ l-operaturi magħżula ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita tinvolvi l-ħtieġa li dawn l-awtorizzazzjonijiet ikunu marbuta ma’ xi kondizzjonijiet u li jittieħed kont ta’ firxa wiesgħa ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika, il-kwistjonijiet ta’ awtorizzazzjoni għandhom jiġu indirizzati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri. Madankollu, sabiex tkun żgurata l-konsistenza bejn is-sistemi ta’ awtorizzazzjoni ta’ Stati Membri differenti, għandhom jiġu stabbiliti, fil-livell Komunitarju, dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni sinkronizzata tal-kondizzjonijiet ta’ l-ispektrum u ta’ l-awtorizzazzjoni armonizzata, mingħajr preġudizzju għall-kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi kompatibbli mal-leġiżlazzjoni Komunitarja.

(14)

Is-servizzi MSS ġeneralment jilħqu żoni li ma jkunux koperti minn servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika, b’mod partikolari ż-żoni rurali. L-għażla u l-awtorizzazzjoni kkoordinati ta’ sistemi ġodda li jipprovdu servizzi MSS jista’ jkollhom rwol importanti sabiex inaqqsu d-distakk diġitali billi jtejbu l-aċċessibbiltà, il-veloċità, u l-kwalità tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika f’dawn iż-żoni, u b’hekk ikunu qed jikkontribwixxu għal koeżjoni soċjali. Għalhekk, iż-żona ta’ kopertura proposta tas-servizzi MSS (żona ta’ servizz) kif ukoll il-perijodu ta’ żmien għall-provvista ta’ servizzi MSS fi ħdan l-Istati Membri huma karatteristiċi importanti li għandhom jitqiesu b’mod adegwat waqt il-proċedura ta’ l-għażla.

(15)

Meta jitqies il-perijodu relattivament twil u l-kumplessità tal-miżuri ta’ żvilupp tekniku meħtieġa għall-varar tas-servizzi MSS, il-progress li jsir fl-iżvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita għandu jiġi evalwat bħala parti mill-proċedura ta’ l-għażla.

(16)

Il-koordinazzjoni tal-frekwenzi tar-radju għas-satelliti hija kruċjali għall-provvista effikaċi tas-servizzi MSS fl-Istati Membri u għalhekk għandha tiġi kkunsidrata meta l-kredibbiltà ta’ l-applikanti u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti jiġu evalwati matul il-proċedura ta’ l-għażla.

(17)

Il-proċedura ta’ l-għażla komparattiva għandu jkollha l-għan li twassal għall-użu tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita fil-frekwenza fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz mingħajr dewmien bla bżonn, filwaqt li jitqies id-dritt ta’ l-applikanti għal parteċipazzjoni ġusta u non diskriminatorja.

(18)

Il-komponenti terrestri komplementari huma parti integrali tas-sistema mobbli permezz tas-satellita u huma wżati, tipikament, sabiex itejbu s-servizzi offruti permezz tas-satellita f’żoni fejn jista’ ma jkunx possibbli li tinżamm komunikazzjoni line-of-sight kontinwa mas-satellita minħabba ostruzzjonijiet mill-profil għoli ta’ bini u ta’ terren. Konformement mad-Deċiżjoni 2007/98/KE komponenti terrestri komplementari jużaw l-istess meded ta’ frekwenzi bħas-servizzi MSS (1 980 sa 2 010 MHz u 2 170 sa 2 200 MHz.) Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ komponenti terrestri komplementari ta’ dan it-tip tkun tiddependi l-aktar fuq dawk il-kondizzjonijiet relatati maċ-ċirkustanzi lokali. Għaldaqstant, dawn għandhom jintgħażlu u jiġu awtorizzati fuq skala nazzjonali, suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi Komunitarja. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet kompetenti lill-applikanti magħżula sabiex jipprovdu informazzjoni teknika li tindika kif il-komponenti terrestri komplementari jtejbu d-disponibbiltà tas-servizzi MSS proposti f’żoni ġeografiċi fejn ma tistax tiġi żgurata, bil-kwalità meħtieġa, il-komunikazzjoni ma’ xi stazzjon spazjali jew iktar, sakemm tali informazzjoni teknika ma tkunx diġà ngħatat konformement mat-Titolu II.

(19)

L-ammont limitat ta’ spektrum tar-radju disponibbli jfisser li l-għadd ta’ impriżi li jistgħu jintgħażlu u jiġu awtorizzati huwa limitat ukoll. Madankollu, jekk mill-proċess ta’ l-għażla tirriżulta l-konklużjoni li m’hemmx skarsezza ta’ spektrum tar-radju, għandhom jintgħażlu l-kandidati eliġibbli kollha. L-ammont limitat ta’ spektrum tar-radju disponibbli jista’ jfisser li kwalunkwe “merger” jew “takeover” ta’ kwalunkwe operatur li jipprovdi servizzi MSS ma’ ieħor jew minn ieħor jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni u għalhekk ikun suġġett għal skrutinju taħt il-liġi tal-kompetizzjoni.

(20)

Id-dritt ta’ l-użu ta’ frekwenzi speċifiċi tar-radju għandu jingħata lill-applikanti magħżula kemm jista’ jkun malajr wara l-għażla tagħhom, skond l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2002/20/KE.

(21)

Id-deċiżjonijiet dwar l-irtirar ta’ awtorizzazzjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ servizzi MSS jew ta’ komponenti terrestri komplementari minħabba non-adempiment ta’ obbligi għandhom jiġu infurzati fil-livell nazzjonali.

(22)

Filwaqt li l-monitoraġġ ta’ l-użu ta’ l-ispektrum tar-radju mill-operaturi, magħżula u awtorizzati, ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita u kwalunkwe miżuri ta’ infurzar meħtieġa jitwettqu fil-livell nazzjonali, għandu jibqa’ possibbli għall-Kummissjoni li tiddefinixxi l-metodi ta’ proċedura koordinata ta’ monitoraġġ u/jew infurzar. Kull meta jkun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha jkollha d-dritt li tqajjem kwistjonijiet ta’ infurzar relatati mat-twettiq, mill-operaturi, ta’ kondizzjonijiet komuni ta’ awtorizzazzjoni, partikolarment ir-rekwiżiti ta’ kopertura.

(23)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (10). Id-deċiżjonijiet dwar l-għażla ta’ l-applikanti għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja minħabba l-importanza tal-proċedura Komunitarja għal kwalunkwe proċedura nazzjonali ulterjuri ta’ awtorizzazzjoni.

(24)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tiddefinixxi l-modalitajiet għall-applikazzjoni kkoordinata tar-regoli dwar l-infurzar. Minħabba li dawn il-miżuri huma ta’ ambitu ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha b’elementi ġodda mhux essenzjali, dawn il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(25)

Ladarba l-għan ta’ din id-Deċiżjoni, jiġifieri li jiġi stabbilit qafas komuni għall-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ l-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, u jista’ għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ l-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stipulat f’dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

TITOLU I

GĦAN, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

1.   L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (“servizzi MSS”) madwar il-Komunità u li tiżgura kopertura gradwali fl-Istati Membri kollha.

Din id-Deċiżjoni toħloq proċedura Komunitarja għall-għażla komuni ta’ l-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita li jużaw il-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz konformement mad-Deċiżjoni 2007/98/KE, inkluż l-ispektrum tar-radju minn 1 980 sa 2 010 MHz għandhom japplikaw mid-dinja għall-ispazju, u minn 2 170 sa 2 200 MHz għall-komunikazzjoni mill-ispazju għad-dinja. Id-Deċiżjoni tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kkoordinata mill-Istati Membri ta’ l-operaturi magħżula sabiex jużaw l-ispektrum tar-radju allokat fi ħdan din il-medda għall-operazzjoni ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.

2.   L-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura Komunitarja, konformement mat-Titolu II.

3.   L-operaturi magħżula ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skond it-Titolu III.

4.   L-operaturi ta’ komponenti terrestri komplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skond it-Titolu III.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Id-definizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 2002/21/KE u fid-Direttiva 2002/20/KE għandhom japplikaw għall-finiijiet ta’ din id-Deċiżjoni.

2.   Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(a)

“sistemi mobbli permezz tas-satellita” tfisser netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u faċilitajiet assoċjati li jkunu kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju bejn stazzjon mobbli terrestri u stazzjon spazjali wieħed jew aktar, jew bejn stazzjonijiet mobbli terrestri permezz ta’ stazzjon spazjali jew aktar, jew bejn stazzjon mobbli terrestri u komponent terrestri komplementari jew aktar użati f’siti fissi. Tali sistema għandha tinkludi mill-anqas stazzjon terrestri wieħed;

(b)

“komponenti terrestri komplementari” ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita tfisser stazzjonijiet terrestri wżati f’siti fissi, sabiex itejbu d-disponibbiltà tas-servizzi MSS f’żoni ġeografiċi koperti mill-firxa tas-satellita jew satelliti tas-sistema, fejn il-komunikazzjoni ma’ stazzjon spazjali jew aktar ma tistax tkun garantita bil-kwalità meħtieġa.

TITOLU II

IL-PROĊEDURA TA’ L-GĦAŻLA

Artikolu 3

Proċedura ta’ għażla komparattiva

1.   Il-Kummissjoni għandha torganizza proċedura ta’ għażla komparattiva għall-għażla ta’ l-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita. Il-Kummissjoni għandha torganizza din il-proċedura bl-għajnuna tal-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 10(1).

2.   L-applikanti għandhom jingħataw opportunità ġusta u non-diskriminatorja sabiex jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għażla komparattiva, li għandha tkun trasparenti.

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

3.   Għandu jingħata aċċess għal dokumenti relatati mal-proċedura ta’ l-għażla komparattiva, inklużi l-applikazzjonijiet, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (11).

4.   Il-Kummissjoni tista’ tingaġġa l-konsulenza u l-għajnuna ta’ esperti esterni għall-analiżi u/jew għall-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet. Dawn l-esperti esterni għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-kompetenzi u l-livell għoli ta’ indipendenza u imparzjalità tagħhom.

Artikolu 4

L-ammissibbiltà ta’ l-applikazzjonijiet

1.   Ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà li ġejjin għandhom japplikaw:

(a)

l-applikanti għandhom ikunu stabbiliti fil-Komunità;

(b)

l-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw l-ammont ta’ spektrum tar-radju mitlub, li għandu jkun mhux aktar minn 15 MHz għall-komunikazzjoni mid-dinja għall-ispazju u 15 MHz għall-komunikazzjoni mill-ispazju għad-dinja relattivament għal kwalunkwe applikant wieħed u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u evidenza li jikkonċernaw l-ispektrum tar-radju mitlub, l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta’ l-għażla;

(ċ)

l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu impenn min-naħa ta’ l-applikant li:

(i)

is-sistema mobbli permezz tas-satellita proposta għandha tkopri żona ta’ servizz li tkun għall-inqas 60 % ta’ l-erja totali ta’ l-art ta’ l-Istati Membri, minn meta tibda l-provvista tas-servizzi MSS;

(ii)

is-servizzi MSS għandhom ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha u dan fir-rigward ta’ għall-inqas 50 % tal-popolazzjoni u jkopru għall-inqas 60 % ta’ l-erja totali ta’ l-art ta’ kull Stat Membru saż-żmien stipulat mill-applikant iżda fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn seba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3).

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-applikanti sabiex jipprovdu informazzjoni addizzjonali rigward it-twettiq tar-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà f’perijodu ta’ żmien speċifiku ta’ bejn ħamest ijiem tax-xogħol u għoxrin jum tax-xogħol. L-applikazzjoni għandha titqies bħala mhux ammissibbli jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fil-perijodu ta’ żmien speċifikat.

3.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-ammissibbiltà ta’ l-applikazzjonijiet. Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar non-ammissibbiltà ta’ applikazzjonijiet għandha tkun motivata u adottata skond il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 10(2).

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom ġewx ikkunsidrati bħala ammissibbli u għandha tippubblika minnufih il-lista ta’ l-applikanti ammissibbli.

Artikolu 5

L-ewwel fażi ta’ l-għażla

1.   Fi żmien 40 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ l-applikanti ammissibbli, il-Kummissjoni għandha tevalwa u tiddeċiedi jekk l-applikanti jkunux urew il-livell meħtieġ ta’ żvilupp tekniku u kummerċjali tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita rispettivi tagħhom. Tali evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq it-twettiq sodisfaċenti ta’ l-istadji wieħed sa ħamsa kif stipulat fl-Anness. Il-kredibbiltà ta’ l-applikanti u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti għandhom jiġu kkunsidrati matul din l-ewwel fażi ta’ l-għażla.

2.   Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli li jibqgħu jiġu kkunsidrati skond il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx akbar mill-ammont ta’ spektrum tar-radju disponibbli, identifikat fl-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ deċiżjoni motivata u konformement mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(3), li l-applikanti eliġibbli kollha għandhom jintgħażlu u għandha tidentifika l-frekwenzi rispettivi li kull applikant magħżul għandu jiġi awtorizzat li juża, f’kull Stat Membru, konformement mat-Titolu III.

3.   Il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-applikanti dwar jekk l-applikazzjonijiet tagħhom tqisux bħala eliġibbli għat-tieni fażi jew jekk intgħażlux skond il-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta’ applikanti eliġibbli jew magħżula. Fi żmien 30 jum tax-xogħol minn tali pubblikazzjoni, l-applikanti eliġibbli li jkollhom l-intenzjoni li ma jkomplux jipparteċipaw fil-proċedura ta’ l-għażla, u l-applikanti magħżula li jkollhom l-intenzjoni li ma jużawx il-frekwenzi tar-radju, għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni rigward dan bil-miktub.

Artikolu 6

It-tieni fażi ta’ l-għażla

1.   Jekk id-domanda totali għall-ispektrum tar-radju mitlub mill-applikanti eliġibbli identifikati fl-ewwel fażi ta’ l-għażla tkun akbar mill-ammont ta’ spektrum tar-radju disponibbli, kif identifikat fl-Artikolu 1(1), il-Kummissjoni għandha tagħżel l-applikanti eliġibbli billi tevalwa sa liema punt is-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti tal-parteċipanti eliġibbli jissodisfaw il-kriterji peżati ta’ l-għażla li ġejjin:

(a)

il-benefiċċji għall-konsumatur u għall-kompetittività pprovduti (piż ta’ 20 %) inklużi ż-żewġ kriterji li ġejjin:

(i)

l-għadd ta’ utenti finali u l-firxa tas-servizzi MSS li għandhom jiġu pprovduti sad-data meta tibda l-provvista kontinwa tas-servizzi MSS kummerċjali;

(ii)

id-data meta tibda l-provvista kontinwa tas-servizzi MSS kummerċjali;

(b)

l-effiċjenza ta’ l-ispektrum (piż ta’ 20 %) inklużi ż-żewġ sub-kriterji li ġejjin:

(i)

l-ammont totali ta’ spektrum meħtieġ;

(ii)

il-kapaċità totali tal-fluss ta’ data;

(ċ)

il-kopertura ġeografika pan-Ewropea (piż ta’ 40 %) inklużi t-tliet sub-kriterji li ġejjin:

(i)

l-għadd ta’ Stati Membri fejn għall-inqas 50 % tal-popolazzjoni jkunu fiż-żona ta’ servizz sad-data meta tibda l-provvista kontinwa ta’ servizzi MSS kummerċjali;

(ii)

il-grad ta’ kopertura ġeografika, ibbażat fuq iż-żona ta’ servizz ta’ l-erja totali ta’ l-art ta’ l-Istati Membri sad-data meta tibda l-provvista kontinwa ta’ servizzi MSS kummerċjali;

(iii)

iż-żmien stipulat mill-applikant fir-rigward ta’ meta s-servizzi MSS ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha u ta’ l-inqas għal 50 % tal-popolazzjoni u f’għall-inqas 60 % ta’ l-erja totali ta’ art ta’ kull Stat Membru;

(d)

il-punt sa fejn jinkisbu l-għanijiet (peżatura ta’ 20 %) ta’ l-interess pubbliku, li m’humiex indirizzati permezz tat-tliet kriterji msemmija fil-punti (a), (b) u (ċ), skond it-tliet sub-kriterji peżati indaqs li ġejjin:

(i)

il-provvista ta’ servizzi ta’ interess pubbliku li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tas-saħħa jew tas-sikurezza u tas-sigurtà taċ-ċittadini b’mod ġenerali jew għall-protezzjoni ta’ gruppi speċifiċi ta’ ċittadini;

(ii)

l-integrità u s-sigurtà tas-servizzi;

(iii)

il-firxa ta’ servizzi pprovduti lill-konsumaturi f’żoni rurali jew imbiegħda.

2.   Kwalunkwe regola għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(3). Matul din it-tieni fażi ta’ l-għażla, għandhom jitqiesu l-kredibbiltà ta’ l-applikanti u l-vijabbiltà tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita proposti.

3.   Fi żmien 80 jum tax-xogħol mill-pubblikazzjoni tal-lista ta’ applikanti eliġibbli identifikati fl-ewwel fażi ta’ l-għażla, il-Kummissjoni għandha, fuq il-bażi tar-rapport tal-bord ta’ esperti esterni, jekk dan ikun applikabbli, u skond il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 10(3), tadotta deċiżjoni dwar l-għażla ta’ l-applikanti. Id-deċiżjoni għandha tidentifika l-applikanti magħżula kklassifikati skond il-punt sa fejn jissodisfaw il-kriterji ta’ l-għażla, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni, kif ukoll il-frekwenzi li kull applikant magħżul għandu jkun awtorizzat li juża, minn kull Stat Membru, konformement mat-Titolu III.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-deċiżjonijiet adottati skond l-Artikoli 5(2) jew 6(3) fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom.

TITOLU III

L-AWTORIZZAZZJONI

Artikolu 7

L-awtorizzazzjoni ta’ l-applikanti magħżula

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti magħżula, konformement mal-perijodu ta’ żmien u ż-żona ta’ servizz li l-applikanti magħżula jkunu kkommettew ruħhom għalihom, skond l-Artikolu 4(1)(ċ), u konformement mal-liġi nazzjonali u mal-liġi Komunitarja, ikollhom id-dritt li jużaw il-frekwenza tar-radju speċifika identifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skond l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3) u d-dritt li joperaw sistema mobbli permezz tas-satellita. Huma għandhom jinfurmaw lill-applikanti magħżula dwar dawn id-drittijiet skond il-każ.

2.   Id-drittijiet koperti mill-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet komuni li ġejjin:

(a)

l-applikanti magħżula għandhom jużaw l-ispektum tar-radju sabiex jipprovdu servizzi MSS;

(b)

l-applikanti magħżula għandhom jilħqu l-istadji meħtieġa sitta sa disgħa stipulati fl-Anness fi żmien 24 xahar mid-deċiżjoni ta’ l-għażla adottata skond l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3);

(ċ)

l-applikanti magħżula għandhom jonoraw kwalunkwe impenn meħud fl-applikazzjonijiet tagħhom jew waqt il-proċedura ta’ għażla komparattiva, irrispettivament minn jekk id-domanda kollha għall-ispektrum tar-radju tkunx ikbar mill-ammont disponibbli;

(d)

l-applikanti magħżula għandhom jipprovdu rapport annwali lill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri kollha, li jispjega ċar l-istadju ta’ żvilupp tas-sistema mobbli permezz tas-satellita proposta tagħhom;

(e)

kwalunkwe dritt neċessarju għall-użu u għal awtorizzazzjonijiet għandu jingħata għal perijodu ta’ tmintax-il sena mid-data tad-deċiżjoni ta’ l-għażla adottata skond l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3).

3.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu drittijiet għall-użu ta’ l-ispektrum identifikat fl-Artikolu 1(1) għal tali perijodu ta’ żmien u sa tali punt li huma jibqgħu barra miż-żona ta’ servizz li għaliha impenjaw rwieħhom l-applikanti magħżula skond din id-Deċiżjoni, konformement mad-Deċiżjoni 2007/98/KE.

4.   L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi ġustifikati b’mod oġġettiv, non-diskriminatorji, proporzjonati u trasparenti sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni bejn is-servizzi u l-awtoritajiet ta’ emerġenza waqt diżastri naturali maġġuri, konformement mal-liġi Komunitarja, inkluża d-Direttiva 2002/20/KE.

Artikolu 8

Komponenti terrestri komplementari

1.   L-Istati Membri għandhom, konformement mal-liġi nazzjonali u mal-liġi Komunitarja, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu, lill-applikanti magħżula skond it-Titolu II u li jkunu awtorizzati li jużaw l-ispektrum konformement ma’ l-Artikolu 7, l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ komponenti terrestri komplementari tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita fit-territorji tagħhom.

2.   L-Istati Membri ma jistgħux jagħżlu jew jawtorizzaw operaturi ta’ komponenti terrestri komplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita qabel ma titlesta l-proċedura ta’ l-għażla, prevista fit-Titolu II, permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummisjoni adottata konformement ma’ l-Artikolu 5(2) jew l-Artikolu 6(3). Dan ikun mingħajr preġudizzju għall-użu tal-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz minn sistemi differenti minn dawk li jipprovdu servizzi MSS skond id-Deċiżjoni 2007/98/KE.

3.   Kwalunkwe awtorizzazzjoni nazzjonali maħruġa għall-operazzjoni ta’ komponenti terrestri komplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet komuni li ġejjin:

(a)

l-operaturi għandhom jużaw l-ispektrum tar-radju li jkun ġie allokat lilhom sabiex jipprovdu komponenti terrestri komplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita;

(b)

il-komponenti terrestri komplementari għandhom jikkostitwixxu parti integrali mis-sistema mobbli permezz tas-satellita u għandhom ikunu kkontrollati mill-mekkaniżmu tal-ġestjoni tar-riżorsi u tan-netwerk satellitari; huma għandhom jużaw l-istess direzzjoni ta’ trażmissjoni u l-istess partijiet tal-meded ta’ frekwenza bħal dawk użati mill-komponenti satellitari assoċjati u ma għandhomx ikabbru l-ħtieġa ta’ spektrum tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata;

(ċ)

l-operazzjoni indipendenti ta’ komponenti terrestri komplementari f’każ ta’ defiċjenza tal-komponent tas-satellita tas-sistema mobbli assoċjata ma għandhiex iddum għal aktar minn tmintax-il xahar;

(d)

id-drittijiet għall-użu u għal awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perijodu ta’ żmien li jispiċċa mhux iktar tard mill-iskadenza ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sistema mobbli assoċjata.

Artikolu 9

Il-monitoraġġ u l-infurzar

1.   L-operaturi magħżula għandhom ikunu responsabbli għall-konformità ma’ kwalunkwe kondizzjoni marbuta ma’ l-awtorizzazzjonijiet tagħhom u għall-ħlas ta’ kwalunkwe ħlasijiet u imposti applikabbli għall-awtorizzazzjoni u/jew għall-użu, kif meħtieġ mil-liġijiet ta’ l-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli dwar l-infurzar, inklużi r-regoli dwar il-penali applikabbli f’każ ta’ ksur tal-kondizzjonijiet komuni stipulati fl-Artikolu 7(2), ikunu konformi mal-liġi Komunitarja, b’mod partikolari l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2002/20/KE. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw monitoraġġ tal-konformità ma’ dawn il-kondizzjonijiet komuni u għandhom jieħdu l-miżuri adatti sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ konformità. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ fuq bażi annwali, fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ma’ xi kondizzjonijiet komuni u fil-każ li ttieħdu xi miżuri ta’ infurzar.

Il-Kummissjoni tista’, bl-assistenza tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni msemmi fl-Artikolu 10(1), teżamina kwalunkwe allegazzjoni ta’ ksur speċifiku tal-kondizzjonijiet komuni. Meta Stat Membru jinforma lill-Kummissjoni dwar ksur partikolari, il-Kummissjoni għandha teżamina l-allegazzjoni ta’ ksur bl-assistenza tal-Kumitat għall-Komunikazzjonijiet.

3.   Il-miżuri li jiddefinixxu kwalunkwe modalità adatta għall-applikazzjoni kkoordinata tar-regoli ta’ infurzar imsemmija fil-paragrafu 2, inklużi r-regoli dwar is-sospensjoni jew l-irtirar kkoordinati ta’ awtorizzazzjonijiet fil-każijiet ta’ ksur tal-kondizzjonijiet komuni previsti fl-Artikolu 7(2), imfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ din id-Deċiżjoni billi jissupplimentawha, għandhom jiġu adottati konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 10(4).

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 10

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Komunikazzjonijiet stabbilit bl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2002/21/KE.

2.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 3 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

3.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perijodu ta’ żmien stabbilit fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.

4.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u (5)(b), u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, b’kont meħud tad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 tagħha.

Il-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikolu 5a(3)(ċ), (4)(b) u (4)(e) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom ikunu ta’ xahar.

Artikolu 11

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 12

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. KUCLER DOLINAR


(1)  ĠU C 44, 16.2.2008, p. 50.

(2)  L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2008 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Ġunju 2008

(3)  ĠU C 287 E, 29.11.2007, p. 364.

(4)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 717/2007 (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 32).

(5)  ĠU L 298, 17.10.1989, p. 23. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2007/65/KE (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 27).

(6)  Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ l-1 ta’ Ġunju 2005 bit-titolu “i2010 – Soċjetà ta’ l-Informatika Ewropea għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi”.

(7)  ĠU L 43, 15.2.2007, p. 32.

(8)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 1.

(9)  ĠU L 108, 24.4.2002, p. 21.

(10)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(11)  ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS

L-ISTADJI DIVERSI

1.   Il-preżentazzjoni ta’ talba għall-koordinazzjoni lill-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU)

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li l-amministrazzjoni responsabbli għat-talba lill-ITU għal sistema mobbli permezz tas-satellita sabiex tintuża għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri tkun ippreżentat it-tagħrif rilevanti imsemmi fl-Appendiċi 4 tar-Regolamenti tar-Radju ta’ l-ITU (ITU Radio Regulations).

2.   Il-manifattura tas-satellita

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju għall-manifattura tas-satelliti meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri. Id-dokument għandu jidentifika l-istadji tal-bini li jwasslu għat-tlestija tal-manifattura tas-satelliti meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali. Id-dokument għandu jiġi ffirmat mill-applikant u mill-kumpanija li timmanifattura s-satelliti.

3.   Il-ftehim dwar il-varar tas-satellita

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju għall-varar ta’ għadd minimu ta’ satelliti meħtieġ għall-provvista kontinwa ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri. Id-dokument għandu jagħti d-dati tal-varar u s-servizzi tal-varar, kif ukoll it-termini u l-kondizzjonijiet kuntrattwali relatati ma’ l-indennizz. Id-dokument għandu jiġi ffirmat mill-operatur tas-sistema mobbli permezz tas-satellita u mill-kumpanija li varat is-satelliti.

4.   Stazzjonijiet Gateway terrestri

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara ta’ ftehim obbligatorju dwar il-kostruzzjoni u dwar l-installazzjoni ta’ Stazzjonijiet Gateway Terrestri (Gateway Earth Stations) maħsuba sabiex jintużaw għall-provvista ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri.

5.   It-tlestija tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn

Ir-Reviżjoni Kritika tad-Disinn hi l-fażi fil-proċess ta’ l-implimentazzjoni ta’ vettura spazjali fejn tispiċċa l-fażi tad-disinn u ta’ l-iżvilupp, u tibda l-fażi tal-manifattura.

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara tat-tlestija, sa mhux aktar tard minn 80 jum wara l-preżentazzjoni ta’ l-applikazzjoni, tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn skond l-istadji tal-kostruzzjoni indikati fil-ftehim dwar il-manifattura tas-satellita. Id-dokument rilevanti għandu jiġi ffirmat mill-kumpanija li mmanifatturat is-satellita, u għandu jindika d-data tat-tlestija tar-Reviżjoni Kritika tad-Disinn.

6.   L-integrazzjoni ta’ satelliti

Tali integrazzjoni hija l-fażi fil-proċess ta’ l-implimentazzjoni ta’ vetturi spazjali fejn il-Modulu tal-Komunikazzjoni (Communication Module, CM) jiġi integrat mal-Modulu tas-Servizz (Service Module, SM).

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li tlestiet ir-Reviżjoni ta’ l-Istat Operattiv għall-Ittestjar (Test Readiness Review) għall-integrazzjoni SM/CM skond l-istadji tal-kostruzzjoni indikati fil-ftehim dwar il-manifattura tas-satellita. Id-dokument rilevanti għandu jiġi ffirmat mill-kumpanija li mmanifatturat is-satellita, u għandu jindika d-data tat-tlestija ta’ l-integrazzjoni tas-satelliti.

7.   Il-varar tas-satelliti

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara tal-varar b’suċċess u l-użu orbitali ta’ l-għadd ta’ satelliti meħtieġ għall-provvista kontinwa ta’ servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri.

8.   Il-koordinazzjoni tal-frekwenzi

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara dwar is-suċċess tal-koordinazzjoni tal-frekwenzi tas-sistema konformement mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti tar-Radju ta’ l-ITU (ITU Radio Regulations). Madankollu, sistema li turi li hija konformi ma’ l-istadji wieħed sa sebgħa inklussivi ma tkunx obbligata f’din il-fażi li turi t-tlestija tal-koordinazzjoni b’suċċess tal-frekwenzi ma’ dawk is-sistemi mobbli permezz tas-satelliti li ma jikkonformawx adegwatament u raġonevolment ma’ l-istadji wieħed sa sebgħa inklussivi.

9.   Il-provvista ta’ servizzi MSS fit-territorji ta’ l-Istati Membri

L-applikant għandu jipprovdi evidenza ċara li hu jkun qiegħed jipprovdi b’mod effikaċi servizzi MSS kummerċjali fit-territorji ta’ l-Istati Membri billi juża l-għadd ta’ satelliti li hu jkun preċedentement identifika fl-istadju tlieta sabiex ikopri ż-żona ġeografika li l-applikant ikun impenja ruħu għaliha fl-applikazjoni tiegħu sad-data tal-bidu tal-provvista tas-servizzi MSS.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-7 ta’ Mejju 2008

dwar il-projbizzjoni proviżorja ta’ l-użu u l-bejgħ fl-Awstrija ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L. linja MON810) skond id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1718)

(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/495/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta’ organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 18(1) tagħha,

Wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sikurezza fl-Ikel,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/294/KE tat-22 ta’ April 1998 rigward it-tqegħid fis-suq ta’ qamħirrum modifikat ġenetikament (Zea mays L. linja MON 810), skond id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (2) ġie deċiż li jingħata l-kunsens għat-tqegħid fis-suq ta’ dak il-prodott.

(2)

Fit-3 ta’ Awissu 1998 l-awtoritajiet Franċiżi taw dan il-kunsens. Dan il-kunsens ikopri l-użi kollha tal-prodott, jiġifieri l-importazzjoni, l-ipproċessar fi prodotti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf, kif ukoll il-kultivazzjoni.

(3)

Skond l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2001/18/KE li ssostitwixxiet id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (3), proċeduri rigward notifiki dwar it-tqegħid fis-suq ta’ organiżmi modifikati ġenetikament li jkunu għadhom ma ġewx kompletati sas-17 ta’ Ottubru 2002 huma suġġetti għad-Direttiva 2001/18/KE.

(4)

Fit-2 ta’ Ġunju 1999 l-Awstrija għarrfet lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi proviżorjament l-użu u l-bejgħ taż-Zea mays L. linja MON810 u tat raġunijiet għal dik id-deċiżjoni skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 90/220/KEE.

(5)

Il-prodotti dderivati miż-Zea mays L. linja MON810 (ikel u ingredjenti ta’ l-ikel prodotti mid-dqiq tal-qamħirrum, il-gluten tal-qamħirrum, is-semolina tal-qamħirrum, il-glukożju tal-qamħirrum u ż-żejt tal-qamħirrum prodotti miż-Zea mays L. linja MON810) huma awtorizzati skond ir-Regolamenti (KE) Nru 258/97 (4) u (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Dawn l-użi mhumiex suġġetti għall-klawżola ta’ salvagwardja nnotifikata mill-Awstrija.

(6)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Pjanti kkonkluda fl-24 ta’ Settembru 1999 li l-informazzjoni mressqa mill-Awstrija ma kkostitwietx prova xjentifika ġdida rilevanti li ma kenitx tqieset matul il-valutazzjoni oriġinali tal-fajl u li kieku kienet tagħti lok għal reviżjoni ta’ l-opinjoni oriġinali ta’ dak il-Kumitat dwar dan il-prodott.

(7)

Fid-9 ta’ Jannar 2004, kif ukoll fid-9 u s-17 ta’ Frar 2004, l-Awstrija ssottomettiet lill-Kummissjoni informazzjoni addizzjonali biex issostni l-miżuri nazzjonali dwar il-linja tal-qamħirrum MON810.

(8)

Skond l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-Kummissjoni kkonsultat ma’ l-Awtorità Ewropea għas-Sikurezza Alimentari (EFSA), kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), skond liema Regolament issostitwiet il-kumitati xjentifiċi rilevanti.

(9)

Fit-8 ta’ Lulju 2004 (7), l-EFSA kkonkludiet li l-informazzjoni sottomessa mill-Awstrija ma tikkostitwix prova xjentifika ġdida suffiċjenti biex tinvalida l-valutazzjoni tar-riskji għall-ambjent tal-linja tal-qamħirrum MON810, li tiġġustifika l-projbizzjoni ta’ l-użu u l-bejgħ ta’ dan il-prodott fl-Awstrija.

(10)

Billi, f’dawn iċ-ċirkostanzi, m’hemm l-ebda raġuni sabiex il-prodott jitqies bħala riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent, il-Kummissjoni, fid-29 ta’ Novembru 2004, ressqet abbozz ta’ Deċiżjoni, li titlob lill-Awstrija tirrevoka l-miżura ta’ salvagwardja proviżorja tagħha, sabiex titqies mill-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30(2) ta’ dik id-Direttiva.

(11)

Madankollu, dak il-Kumitat ma tax opinjoni u, skond l-Artikolu 5(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8), il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu.

(12)

Fl-24 ta’ Ġunju 2005, skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata, ma laqax din il-proposta.

(13)

Il-Kunsill, fid-dikjarazzjoni tiegħu, stqarr li “għad hemm xi grad ta’ inċertezza fir-rigward tal-miżuri nazzjonali ta’ salvagwardja fis-suq tal-varjetà ta’ qamħirrum MON810 modifikat ġenetikament”, u sejjaħ lill-Kummissjoni sabiex “tiġbor evidenza oħra dwar l-OMĠ kkonċernat u tivvaluta ulterjorment jekk il-miżura meħuda mill-Awstrija mmirata biex tissospendi bħala miżura temporanja ta’ prekawzjoni t-tqegħid fuq is-suq tiegħu hijiex ġustifikata u, jekk l-awtorizzazzjoni ta’ organiżmu bħal dan għadux jissodisfa r-rekwiżiti tas-sikurezza tad-Direttiva 2001/18/KE”.

(14)

F’Novembru 2005, l-EFSA ġiet ikkonsultata għal darb’oħra mill-Kummissjoni dwar jekk hemmx xi raġuni xjentifika għala l-issuktar tat-tqegħid fis-suq tal-qamħirrum MON810 kien probabbli li jikkawża effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent skond il-kundizzjonijiet tal-kunsens. B’mod partikolari, l-EFSA ntalbet tqis kwalunkwe informazzjoni xjentifika oħra li ħarġet sussegwentement għall-opinjonijiet xjentifiċi preċedenti dwar is-sikurezza ta’ dan l-OMĠ.

(15)

Fl-opinjoni tagħha tad-29 ta’ Marzu (9), l-EFSA kkonkludiet li m’hemm ebda raġuni għala t-tqegħid fis-suq kontinwat tal-qamħirrum MON810 huwa probabbli li jikkawża effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-bniedem jew ta’ l-annimali jew għall-ambjent skond il-kundizzjonijiet tal-kunsens tagħha.

(16)

Skond l-Artikolu 5 tad-Direttiva 1999/468/KE, il-Kummissjoni ressqet proposta lill-Kunsill bit-talba li l-Awstrija tirrevoka l-miżura ta’ salvagwardja tagħha.

(17)

Skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-Kunsill ta’ l-Ambjent, fit-18 ta’ Diċembru 2006, indika l-oppożizzjoni tiegħu għall-proposta, b’maġġoranza kwalifikata.

(18)

Fid-Deċiżjoni tiegħu, il-Kunsill irrefera għall-istima ta’ impatt kif tipprovdi d-Direttiva 2001/18/KE, u indika li “d-diversi strutturi agrikoli u karatteristiċi ekoloġiċi reġjonali fl-Unjoni Ewropea jeħtiġilhom jitqiesu b’mod aktar sistematiku fl-istima tar-riskju ambjentali”.

(19)

Skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, il-Kummissjoni ressqet proposta emendata biex tqis id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li tirreferi biss għall-aspetti ambjentali tal-klawżola ta’ salvagwardja Awstrijaka, jiġifieri l-aspetti tal-kultivazzjoni.

(20)

L-Awstrija bdiet il-ħidma biex tiġbor kwalunkwe evidenza xjentifika rilevanti dwar dawn l-aspetti, li fil-fehma ta’ l-Awstrija proviżorjament jiġġustifika ż-żamma tal-klawżola ta’ salvagwardja, partikolarment b’referenza għad-“diversi strutturi agrikoli u karatteristiċi ekoloġiċi reġjonali” kif indikat fil-premessa 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill imsemmija. Skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE, l-Awstrija hija mistiedna tagħti lill-Kumissjoni kull evidenza xjentifika li ġabret, kif ukoll kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju ġdida hekk kif titlesta, u tgħarraf b’dan lill-Istati Membri kollha.

(21)

Abbażi tas-sottomissjoni ta’ l-Awstrija kif ukoll tal-valutazzjoni xjentifika tagħha, il-Kummissjoni sejra taġixxi skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE fuq dawn l-aspetti tal-miżura Awstrijaka.

(22)

L-aspetti li jorbtu ma’ l-ikel u l-għalf taż-Zea mays L. linja MON810 koperti mill-kunsens mogħti skond id-Direttiva 90/220/KEE (inklużi l-importazzjoni u l-ipproċessar) huma identiċi fi ħdan l-Ewropa kollha kemm hi u ġew evalwati mill-EFSA, li kkonkludiet li dan il-prodott mhuwiex probabbli li jikkawża effetti ħżiena għas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali.

(23)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni jidhrilha li l-proposta għandha tiġi emendata biex tqis biss l-aspetti relatati ma’ l-ikel u l-għalf tal-projbizzjoni Awstrijaka, jiġifieri l-projbizzjoni ta’ l-importazzjoni u l-ipproċessar ta’ ħbub mhux ipproċessati bħala materjali ta’ sors għal ipproċessar ulterjuri, jew għall-użu dirett fl-ikel u l-għalf.

(24)

F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Awstrija għandha tħassar il-miżuri ta’ salvagwardja tagħha, talanqas rigward l-importazzjoni u l-ipproċessar f’ikel u f’għalf taż-Zea mays L. linja MON810.

(25)

Il-miżuri pprovduti b’din id-Deċiżjoni mhumiex konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Kummissjoni għaldaqstant ressqet proposta relatata ma’ dawn il-miżuri quddiem il-Kunsill. Ġaladarba li, sa l-iskadenza tal-perjodu stipulat fl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2001/18/KE, il-Kunsill la kien adotta l-miżuri proposti u lanqas ma indika l-oppożizzjoni tiegħu għalihom, skond l-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, il-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri meħuda mill-Awstrija biex tipprojbixxi l-importazzjoni u l-ipproċessar fi prodotti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf taż-Zea mays L. linja MON810, awtorizzat għat-tqegħid fis-suq bid-Deċiżjoni 98/294/KE, mhijiex ġustifikata skond l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE.

Artikolu 2

L-Awstrija għandha tieħu l-passi neċessarji biex ittemm il-projbizzjoni ta’ l-importazzjoni u l-ipproċessar fi prodotti ta’ l-ikel u ta’ l-għalf taż-Zea mays L. linja MON810, sa mhux aktar tard minn 20 jum min-notifika tagħha.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2008/27/KE (ĠU L 81, 20.3.2008, p. 45).

(2)  ĠU L 131, 5.5.1998, p. 32.

(3)  ĠU L 117, 8.5.1990, p. 15.

(4)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(5)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 298/2008 (ĠU L 97, 9.4.2008, p. 64).

(6)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 202/2008 (ĠU L 60, 5.3.2008, p. 17).

(7)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament dwar it-talba mill-Kummissjoni rigward l-invokazzjoni Awstrijaka ta’ l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE, Il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2004) 78, 1-13.

(8)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(9)  Opinjoni tal-Bord Xjentifiku dwar Organiżmi Modifikati Ġenetikament dwar it-talba mill-Kummissjoni rigward għelejjel modifikati ġenetikament (Bt176 qamħirrum, MON810 qamħirrum, T25 qamħirrum, Topas 19/2 żrieragħ tal-lift u Ms1xRf1 żrieragħ tal-lift) suġġetta għall-klawżoli ta’ salvagwardja invokati skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 90/220/KEE, il-Ġurnal ta’ l-EFSA (2006) 338, 1-15.


2.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-1 ta' Lulju 2008

li taħtar il-membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/496/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1999 dwar il-prodotti mediċinali orfni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini tad-19 ta' Diċembru 2007,

Billi:

(1)

Tliet membri tal-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali Orfni, minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat” inħatru mill-Kummissjoni permezz tad-deċiżjoni 2006/286/KE tat-12 ta' April 2006 (2) wara rakkomandazzjoni ta' l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini għal terminu ta' tlett snin mis-16 ta' April 2006.

(2)

Is-sħubija ta' tnejn minn dawn il-membri spiċċat rispettivament f'Diċembru 2006 (Prof. Gianmartino Benzi) u Awwissu 2007 (Dr. Julia Dunne). Hemm bżonn, għalhekk, li jinħatru żewġ membri ġodda fil-Kumitat.

(3)

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakkomandat żewġ persuni għall-ħatra.

(4)

Il-membri tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perjodu ta' tlett snin li jibda mit-2 ta' Lulju 2008,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Wara rakkomandazzjoni ta’ l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, il-persuni segwenti huma b’hekk maħtura membri tal-Kumitat għal terminu ta’ tlett snin mit-2 ta' Lulju 2008:

 

Dr János BORVENDÉG

 

Mr. Bruno SEPODES

Magħmula fi Brussell, 1 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kummissjoni

Günter VERHEUGEN

Viċi President


(1)  ĠU L 18, 22.1.2000, p. 1.

(2)  ĠU L 104, 13.4.2006, p. 54