ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
27 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 604/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 605/2008 ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (Verżjoni kodifikata)  ( 1 )

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi ( 1 )

16

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom ( 1 )

18

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2008 tas-26 ta' Ġunju 2008 li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2008/2009

19

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 609/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

21

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 610/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

23

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 611/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

25

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 612/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

26

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 613/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

27

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 614/2008 tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

29

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2008/59/KE tat-12 ta’ Ġunju 2008 li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

31

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 604/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-26 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

36,3

MK

32,3

TR

57,8

ZZ

42,1

0707 00 05

JO

156,8

MK

22,9

TR

114,6

ZZ

98,1

0709 90 70

JO

216,7

TR

100,3

ZZ

158,5

0805 50 10

AR

103,2

TR

135,6

US

79,1

ZA

119,7

ZZ

109,4

0808 10 80

AR

110,2

BR

85,9

CL

102,9

CN

86,8

NZ

116,8

US

94,9

UY

88,3

ZA

89,9

ZZ

97,0

0809 10 00

IL

121,6

TR

187,7

ZZ

154,7

0809 20 95

TR

393,4

US

377,8

ZZ

385,6

0809 30 10 , 0809 30 90

IL

144,8

US

245,1

ZZ

195,0

0809 40 05

IL

157,4

ZZ

157,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 605/2008

ta’ l-20 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 ta’ l-24 ta’ Ġunju 1991 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 11(7)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001 tas-7 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-disposizzjonijiet li jikkonċernaw iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għall-importazzjoni minn pajjiżi terzi taħt l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta’ prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel (2) ġie emendat kemm-il darba (3) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

(2)

Huwa meħtieġ li tkun iddeterminata l-proċedura sabiex ikun hemm koordinazzjoni fil-livel Komunitarju ta’ ċerti kontrolli fuq il-prodotti importati minn pajjiżi terzi li huma maħsuba għall-kummerċjalizzjoni b’indikazzjonijiet li jirreferu għall-metodu ta’ produzzjoni organika.

(3)

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizju għas-sistema ta’ l-ispezzjoni fl-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u fl-Anness III, is-Sezzjonijiet B u C, tiegħu.

(4)

Dan ir-Regolament għandu jkun japplika mingħajr preġudizju għad-disposizzjonijiet doganali tal-Komunità u xi disposizzjonijiet oħrajn li jirregolaw l-importazzjoni tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-marketing fil-Komunità.

(5)

Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f’dan ir-Regolament huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jiddiffenixxi regoli dettaljati fir-rigward taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni permezz ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u fir-rigward tal-preżentazzjoni ta’ ċertifikat bħal dak għall-importazzjoni li sseħħ b’konformità mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(6) ta’ dak ir-Regolament.

2.   Dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti li:

ma humiex ntiżi għal rilaxx f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità fi stat mhux mibdul jew wara l-ipproċessar,

huma ammesi ħielsa mid-dazji doganali permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83 (4). Madankollu, dan ir-Regolament għandu jkun japplika għall-prodotti ammessi liberai mid-dazji ta’ l-importazzjoni bi qbil ma’ l-Artikoli 39 u 43 tar-Regolament (KEE) Nru 918/83.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:

(1)

“ċertifikat ta’ l-ispezzjoni”: tfisser iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni li huwa msemmi fl-Artikolu 11 (3) (d) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u li jkopri kunsinna;

(2)

“kunsinna”: tfisser kwantità ta’ prodotti taħt wieħed jew aktar mill-Kodiċi tan-Nomeniklatura Magħquda, koperti b’ċertifikat singolu ta’ l-ispezzjoni, trasportati bl-istess mezzi tat-trasport u li jkun ġejjin mill-istess pajjiż terz;

(3)

“verifika tal-kunsinna”: tfisser il-verifika mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru relevanti taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni biex jissodissfa l-Artikolu 4(2), u, meta l-awtoritajiet jikkonsidraw li dan ikun xieraq, tal-prodotti b’relazzjoni mal-ħtiġiet tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91;

(4)

“rilaxx għall-ċirkolazzjoni libera fil-Komunità”: tfisser ir-rilaxx mogħti mill-awtoritajiet doganali biex jippermettu kunsinna li jkollha moviment liberu fi ħdan il-Komunità;

(5)

“l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istati Membri”: tfisser l-awtoritajiet doganali jew awtoritajiet oħrajn, kif definiti mill-Istat Membru.

Artikolu 3

L-Artikolu 11 (3)(d) u (6) li jirrigwardja l-ħtiġiet għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni u l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandhom ikunu applikabbli għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera fil-Komunità tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 sew jekk dawk il-prodotti jkunu importati sabiex ikunu marketed skond l-Artikolu 11(3) jew (6) ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 4

1.   Ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ kunsinna tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 għandu jkun ikkondizzjonat fuq:

(a)

il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, u

(b)

il-verifika tal-kunsinna mill-awtorità ta’ l-Istat Membru relevanti u tal-konferma taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni bi qbil mal-paragrafu 11 ta’ dan l-Artikolu.

2.   Iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni għandu jkun stabbilit bi qbil mal-paragrafi 3 sa 10 u mal-mudell u man-noti ta’ l-Anness I.

3.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun maħruġ minn:

(a)

l-awtorità jew il-korp tal-pajjiż terz imsemmija għall-pajjiż terz ikkonċernat fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 94/92 (5), jew

(b)

l-awtorità jew il-korp li tkun ġiet aċċettata għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

4.   L-awtorità jew il-korp li toħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandha:

(a)

biss toħroġ iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni u tikkonferma d-dikjarazzjoni fil-kaxxa 15, wara li tkun wettqet verifika dokumentarja fuq il-bażi tad-dokumenti relevanti kollha ta’ l-ispezzjoni, inkluż partikolarment il-pjan tal-produzzjoni għall-prodotti kkonċernati, id-dokument tat-trasport u d-dokument kummerċjali, u wara li l-awtorità jew il-korp tkun jew wettqet verifika fiżika fuq il-kunsinna kkonċernata qabel ma tkun mibgħuta minn dak il-pajjiż terz tal-kunsinna, jew tkun irċeviet dikjarazzjoni espliċita minn għand l-esportatur li jiddikjara li l-kunsinna kkonċernata tkun ġiet prodotta u/jew ippreparata bi qbil mad-disposizzjonijiet li huma implementati mill-awtorità jew mill-korp ikkonċernati fir-rigward ta’ l-importazzjoni u l-marketing fil-Komunità tal-prodotti imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 bi qbil mal-Artikolu 11(3) jew (6) ta’ dak ir-Regolament;

(b)

tagħti n-numru serjali għal kull ċertifikat maħruġ u żżomm reġistru taċ-ċertifikati maħruġa.

5.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun imħejji f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u mimli kollu ħlief għat-timbri u l-firem, jew kompletament b’ittri kapitali jew kompletament bit-typewriter.

Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu preferibbilment ikun f’waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni. Meta meħtieġ, l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru jistgħu jitolbu traduzzjoni taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni f’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu.

Tibdiliet jew tħassir mhux awtorizzati għandhom jinvalidaw liċ-ċertifikat.

6.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun magħmul f’oriġinali wieħed.

L-ewwel kunsinnatarju jew, meta relevanti, l-importatur, jista’ jagħmel kopja għall-iskop biex jinforma lill-awtorità jew lill-korp ta’ l-ispezzjoni bi qbil mas-Sezzjoni C, il-punt 3, ta’ l-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91. Kwalunkwe kopja bħal din għandha jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata jew ittimbrata fuqha.

7.   Iċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni msemmi fil-paragrafu 3(b) għandu, fil-waqt ta’ meta jkun ippreżentat bi qbil mal-paragrafu 1, jinkludi fil-kaxxa 16 id-dikjarazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tkun tat l-awtorizzazzjoni bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

8.   L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li tkun tat l-awtorizzazzjoni tista’ tiddelega l-kompetenza għad-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 lill-awtorità jew lill-korp li tagħmel l-ispezzjoni ta’ l-importatur bi qbil ma’ l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, jew lill-awtoritajiet definiti bħala l-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru.

9.   Id-dikjarazzjoni fil-kaxxa 16 ma tkunx meħtieġa:

(a)

meta l-importatur jippreżenta dokument oriġinali, maħruġ mill-awtorità kompeteneti ta’ l-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni bi qbil ma’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, u juri li l-kunsinna tkun koperta b’dik l-awtorizzazzjoni, jew

(b)

meta l-awtorità ta’ l-Istat Membru, li tkun tat l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(6), tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91 tkun ipprovdiet prova sodisfaċenti li l-kunsinna tkun koperta b’dik l-awtorizzazzjoni, direttament lill-awtorità inkarigata mill-verifika tal-kunsinna. Din il-proċedura ta’ l-informazzjoni diretta hija voluntarja għall-Istat Membru li jagħti l-awtorizzazzjoni.

10.   Id-dokument li jagħti l-evidenza li hemm ħtieġa dwarha fis-subparagrafi 9(a) u (b), għandu jinkludi:

(a)

in-numru ta’ referenza ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ l-importazzjoni u d-data ta’ l-iskadenza tal-awtorizzazzjoni;

(b)

l-isem u l-indirizz ta’ l-importatur;

(ċ)

il-pajjiż terz ta’ l-oriġini;

(d)

id-dettalji tal-korp jew ta’ l-awtorità tal-ħruġ, u, meta differenti, id-dettalji tal-korp jew ta’ l-awtorità ta’ l-ispezzjoni fil-pajjiż terz;

(e)

l-ismijiet tal-prodotti kkonċernati.

11.   Mal-verifika tal-kunsinna ta’ prodotti msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, iċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ikkonfermat mill-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru fil-kaxxa 17 u mibgħut lura lill-persuna li tkun ippreżentat iċ-ċertifikat.

12.   L-ewwel kunsinnatarju għandu, mal-wasla tal-kunsinna, jimla l-kaxxa 18 ta’ l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni, biex jiċċertifika li l-wasla tal-kunsinna tkun twettqet bi qbil mas-Sezzjoni C, il-punt 6, ta’ l-Annes III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

L-ewwel kunsinnatarju għandu mbagħad jibgħat l-oriġinali taċ-ċertifikat lill-importatur imsemmi fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, għall-iskop tal-ħtieġa stabbilita fit-tieni u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u fil-ħames sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, sakemm iċ-ċertifikat ma jkollox bżonn li jakkumpanja aktar il-kunsinna għall-preparazzjoni imsemmija fl-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

1.   Meta kunsinna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun assenjata għal magazzinaġġ doganali jew proċessar ‘il ġewwa fl-għamla ta’ sistema ta’ sospenzjoni kif prevista fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (6), u soġġetta għal preparazzjoni waħda jew aktar kif definit fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, il-kunsinna għandha tkun soġġetta, qabel ma titwettaq l-ewwel preparazzjoni, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

Il-preparazzjoni tista’ tinkludi operazzjonijiet bħal ma huma:

l-ippakkjar jew l-ippakkjar mill-ġdid, jew

l-ittikkettjar li jikkonċerna l-preżentazzjoni tal-metodu tal-produzzjoni organika.

Wara din il-preparazzjoni, l-oriġinal ikkonfermat taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jakkompanja l-kunsinna, u għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, li għandha tivverifika l-kunsinna bil-ħsieb tar-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera.

Wara din il-proċedura, l-oriġinal taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu, meta relevanti, jiġi mibgħut lura lill-importatur tal-kunsinna, imsemmija fil-kaxxa 11 taċ-ċertifikat, biex iwettaq il-ħtieġa stabbilita fit-tieni u t-tielet sentenza ta’ l-Artikolu 11(3)(d) u fil-ħames sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

2.   Meta, taħt proċedura doganali sospensiva permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, kunsinna li tkun ġejja minn pajjiż terz tkun intiża biex tkun ippreżentata fi Stat Membru, qabel ir-rilaxx tagħha għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità, li tkun maqsuma f’diversi lottijiet, il-kunsinna għandha tkun soġġetta, qabel ma sseħħ il-qasma, għall-miżuri imsemmii fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament.

Għall kull wieħed mil-lottijiet li jirriżultaw mill-qasma, estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, bi qbil mal-mudell u man-noti ta’ l-Annes II ta’ dan ir-Regolament. L-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jkun ikkonfermat, mill-awtoroitajiet relevanti ta’ l-Istat Membru, fil-kaxxa 14.

Kopja ta’ kull estratt ikkonfermat taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandha tinżamm flimkien maċ-ċertifikat oriġinali ta’ l-ispezzjoni mill-persuna identifikata bħala l-importatur oriġinali tal-kunsinna u msemmija fil-kaxxa 1 taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni. Kopja bħal din għandha jkollha l-indikazzjoni “KOPJA” jew “DUPLIKAT” stampata jew ittimbrata fuqha.

Wara dan il-qsim, l-oriġinal ikkonfermat ta’ kull estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għandu jakkompanja l-lott ikkonċernat, u għandu jkun ippreżentat lill-awtorità relevanti ta’ l-Istat Membru, li għandha tivverifika l-lott ikkonċernat bil-ħsieb tar-rilaxx tiegħu għal ċirkolazzjoni libera.

Il-kunsinnatarju għandu, mal-wasla tal-kunsinna jimla l-oriġinal ta’ l-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni fil-kaxxa 15, biex jiċċertifika li l-wasla tal-lott tkun twettqet skond il-punt 7a, tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali fl-Annes III tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

Il-kunsinnatarju tal-lott għandu jżomm l-estratt taċ-ċertifikat ta’ l-ispezzjoni għad-disposizzjoni tal-korp ta’ l-ispezzjoni u/jew ta’ l-awtorità ta’ l-ispezzjoni għal mhux anqas minn sentejn.

3.   Il-preparazzjoni u l-operazzjonijiet tal-qasma msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jittwettqu bi qbil mad-dispożizzjonijiet relevanti ta’ l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, id-Dispożizzjonijiet Ġenerali stabbiliti fl-Anness III ta’ dak ir-Regolament u tad-Dispożizzjonijiet Speċifiċi stabbiliti fis-Sezzjonijiet B u Ċ ta’ dak l-Anness, u partikolarment il-punti 3 u 6 tas-Sezzjoni Ċ. L-operazzjonijiet għandhom jitwettqu bi qbil ma’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91.

Artikolu 6

Mingħajr preġudizju għal xi miżuri jew azzjonijiet meħuda bi qbil ma’ l-Artikolu 9(9) u/jew 10a tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fil-Komunità ta’ prodotti li ma jkunux konformi mal-ħtiġiet ta’ dak ir-Regolament għandu jkun kondizzjonali fuq it-tneħħija, tar-referenzi tal-metodu tal-produzzjoni organika, mit-tikketta, mir-reklamar u mid-dokumunti li jakkompanjawha.

Artikolu 7

1.   L-awtoritajiet relevanti ta’ l-Istat Membru u l-awtoritajiet fl-Istat Membru responsabbli għall implementazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2092/91, kif ukoll l-awtoritajiet ta’ l-ispezzjoni u l-korpi ta’ l-ispezzjoni, għandhom jgħinu lil-xulxin fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri għandhom jinformaw lil-xulxin u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet li huma jkunu fissru fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(5), kif ukoll dwar id-delegazzjonijiet li jkunu taw għall-implementazzjoni ta’ l-Artikolu 4(8) u dwar il-proċeduri, jekk ikun hemm, segwiti permezz ta’ l-Artikolu 4(9)(b). Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata mill-Istati Membri kif u meta jseħħu t-tibdiliet.

Artikolu 8

Ir-Regolament (KE) Nru 1788/2001 hu mħassar.

Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 404/2008 (ĠU L 120, 7.5.2008, p. 8)

(2)  ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 746/2004 (ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10).

(3)  Ara l-Anness III.

(4)  ĠU L 105, 23.4.1983, p. 1.

(5)  ĠU L 11, 17.1.1992, p. 14.

(6)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS I

Mudell taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni għall-importazzjoni ta' prodotti mill-produzzjoni organika fil-Komunità Ewropea

Il-mudell taċ-ċertifikat huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format, fuq folja waħda,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Mudell ta' l-estratt taċ-ċertifikat ta' l-ispezzjoni

Il-mudell ta' l-estratt huwa ddeterminat fir-rigward ta':

it-test,

il-format,

it-tqassim u l-qisien tal-kaxxi.

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi suċċessivi tiegħu

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1788/2001

(ĠU L 243, 13.9.2001, p. 3)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1113/2002

(ĠU L 168, 27.6.2002, p. 31)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2002

(ĠU L 289, 26.10.2002, p. 15)

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 746/2004

(ĠU L 122, 26.4.2004, p. 10)

l-Artikolu 3 biss


ANNESS IV

Tabella ta’ korrelazzjoni

Regolament (KE) Nru 1788/2001

Dan ir-Regolament

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikoli 4(1)–(9)

Artikoli 4(1)–(9)

Artikolu 4(10) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(10) sentenza ta’ introduzzjoni

Artikolu 4(10) l-ewwel sal-ħames inċiżi

Artikoli 4(10)(a)–(e)

Artikoli 4(11) u (12)

Artikoli 4(11) u (12)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7 l-ewwel u it-tieni paragrafi

Artikoli 7(1) u (2)

Artikolu 7 it-tielet paragrafu

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9

Anness I

Anness I

Anness II

Anness II

Anness III

Anness IV


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/16


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 606/2008

tas-26 ta' Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 831/2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, rigward l-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONl TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-Istatistika Komunitarja (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 17(2) u l-Artikolu 20(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 (2) jistabbilixxi, bl-għan li jintlaħqu konklużjonijiet statistiċi għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità jista’ jingħata. Jelenka l-istħarriġ u l-għejun ta' data differenti li japplika għalihom.

(2)

Hemm talba dejjem tikber minn riċerkaturi u mill-komunità xjentifika b'mod ġenerali biex ikun hemm aċċess ukoll għal skopijiet xjentifiċi għal data kunfidenzjali mill-Istħarriġ dwar l-Istruttura tal-Farms (SSF). Aċċess għall-mikrodata ta’ l-SSF għandu jippermetti lir-riċerkaturi li jistudjaw ir-relazzjonijiet bejn il-karatteristiċi differenti ta’ l-azjendi agrikoli individwali, bħat-tipi ta’ l-uċuh tar-raba’ kkultivati, il-bhejjem u l-għadd ta’ ħaddiema. Għandu wkoll jagħti lir-riċerkaturi l-possibbiltà li jtejbu l-mudelli u l-indikaturi agri-ambjentali reġjonali li huma attwalment imsejsa fuq data aggregata. Għalhekk dan l-istħarriġ għandu jiżdied mal-lista fir-Regolament (KE) Nru 831/2002.

(3)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 831/2002 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità tal-Komunità tista' tagħti aċċess fil-post tagħha għal data kunfidenzjali miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta' data ta' statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar l-Għadd ta' Ħaddiema,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

Statistika ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien,

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta' l-Adulti,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Farms.

Madankollu, fuq talba ta' l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għal data minn din l-awtorità nazzjonali ma għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka.”

2.

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   L-awtorità Komunitarja tista' toħroġ settijiet ta' mikrodata anonimizzata miksuba mill-istħarriġ jew mill-għejun ta' data ta' statistika li ġejjin:

Bord dwar l-Affarijiet Domestiċi tal-Komunità Ewropea,

Stħarriġ dwar l-Għadd ta' Ħaddiema,

Stħarriġ dwar l-Innovazzjoni Komunitarja,

Stħarriġ dwar it-Taħriġ Vokazzjonali Kontinwu,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Qligħ,

Statistika ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-Dħul u l-Kundizzjonijiet ta' l-Għajxien,

Stħarriġ dwar l-Edukazzjoni ta' l-Adulti,

Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Farms.

Madankollu, fuq talba ta' l-awtorità nazzjonali li pprovdiet id-data, l-aċċess għal data minn din l-awtorità nazzjonali m'għandux jingħata għal proġett speċifiku ta' riċerka.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1000/2007 (ĠU L 226, 30.8.2007, p. 7).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/18


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 607/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 318/2007 li jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar fil-Komunità u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina tagħhom

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(3) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali stipulati f’regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b’mod partikolari r-raba’ inċiż ta’ l-Artikolu 18(1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2007 (3) jistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità ta’ ċerti għasafar li mhumiex tjur tar-razzett u l-kundizzjonijiet ta’ kwarantina applikabbli għal dawn l-għasafar wara l-importazzjoni.

(2)

L-Anness V ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għall-importazzjoni ta’ ċerti għasafar għajr għat-tjur tar-razzett.

(3)

Il-Portugall irreveda l-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina tiegħu li huma approvati u bagħat lista aġġornata ta’ dawk il-faċilitajiet u ċ-ċentri ta’ kwarantina lill-Kummissjoni. Il-lista ta’ faċilitajiet u ċentri ta’ kwarantina approvati stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 318/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 318/2007, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja wara t-tieni annotazzjoni għall-Portugall:

“PT

IL-PORTUGALL

PT 0301 CQAR”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).

(2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/265/KE (ĠU L 114, 1.5.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 165. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 311/2008 (ĠU L 93, 4.4.2008, p. 3).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 608/2008

tas-26 ta' Ġunju 2008

li jissospendi temporanjament id-dazji doganali fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2008/2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u partikolarment l-Artikolu 187 flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Biex jiffavorixxi l-forniment tas-suq Komunitarju biċ-ċereali matul is-sena tas-suq 2007/2008, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007 li jwassal għal sospensjoni temporanja tad-dazji tad-dwana fuq l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena finanzjarja ta’ bejgħ 2007/2008 (2) ssospenda d-dazji msemmija sat-30 ta' Ġunju 2008, filwaqt li ppreveda l-possibbiltà li dawn jerġgħu jiġu stabbiliti fil-każ ta' theddidiet jew taqlib fis-suq tal-Komunità. Il-qagħda tas-suq wara l-adozzjoni ta' din il-miżura u l-prospettivi ta' l-iżviluppi fi żmien qasir ma għandhomx iwasslu għall-istabbiliment mill-ġdid tad-dazji, minħabba s-sitwazzjoni osservata tal-prezzijiet. Is-sospensjoni tad-dazji għaldaqstant għandha tibqa' tapplika, abbażi ta' dan it-test, sa l-aħħar tas-sena tas-suq 2007/2008.

(2)

Il-prospettivi ta' żviluppi fis-suq taċ-ċereali għall-bidu tas-sena tas-suq li jmiss jagħtu lok għall-preżunzjoni li l-prezzijiet għandhom jibqgħu għoljin, fid-dawl tal-livelli baxxi ta' l-istokkijiet u ta' l-istat attwali ta' l-istimi tal-Kummissjoni rigward il-kwantitajiet li effettivament se jkunu disponibbli wara l-ħsad ta' l-2008. Biex tkun faċilitata ż-żamma tal-flussi ta' l-importazzjoni siewja għall-ekwilibriju tas-suq, tirriżulta għalhekk ta' ħtieġa l-garanzija ta' kontinwità fil-politika ta' l-importazzjoni taċ-ċereali billi tinżamm is-sospensjoni temporanja tad-dazji doganali ta' l-importazzjoni għas-sena tas-suq 2008/2009, għaċ-ċereali li fil-preżent qed igawdu minn din il-miżura. Barra minn hekk, sabiex ikunu applikati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ provvista tas-suq tal-Komunità għal ċerti ċereali oħra, jirriżulta tajjeb li l-miżura titwessa’ għall-prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 1008 10 00 u NM 1008 20 00.

(3)

Is-sospensjoni tad-dazji għandha, madankollu, tkun tista' titneħħa bla dewmien fil-każ ta' taqlib jew theddidiet ta' taqlib fis-suq tal-Komunità, partikolarment fi rbit mal-kwantitajiet importati jew jekk iċ-ċereali tal-ħsad il-ġdid ikunu disponibbli fis-suq fi kwantitajiet suffiċjenti biex jiżguraw l-ekwilibriju tas-suq. Għalhekk, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li Kummissjoni tieħu miżuri xierqa bla dewmien sabiex tistabbilixxi mill-ġdid id-dazji doganali, hekk kif il-qagħda tas-suq tkun tiġġustifika dan, u tiddetermina l-kriterji biex il-qagħda tas-suq titqies bħala tali.

(4)

Il-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma ressaqx fehemtu fil-limitu taż-żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tad-dazji doganali fuq l-importazzjoni tal-prodotti koperti bil-kodiċijiet NM 1001 90 99, NM 1001 10, NM 1002 00 00, NM 1003 00, NM 1005 90 00, NM 1007 00 9, NM 1008 10 00 u NM 1008 20 00 hija sospiża għas-sena tas-suq 2008/2009, għall-importazzjonijiet kollha ta’ dazju komuni mwettqa skond l-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, jew fil-kuntest tal-kwoti tariffarji b'dazju mnaqqas miftuħa skond l-Artikolu 144 tar-Regolament imsemmi.

2.   Id-drittijiet doganali jistgħu jerġgħu jiġu stabbiliti b'deċiżjoni tal-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, fil-livelli u bil-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament imsemmi, partikolarment f'wieħed mill-każijiet li ġejjin:

a)

meta, għal wieħed jew aktar mill-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-prezz fob, osservat fil-portijiet Komunitarji, jkun anqas minn 180% tal-prezz ta' referenza msemmi fl-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007;

b)

meta l-kwantitajiet disponibbli fis-suq tal-Komunità jirriżultaw suffiċjenti biex jiżguraw l-ekwilibriju tas-suq.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

(2)  ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/21


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 609/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u għaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż, tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b) tar-Regolament imsemmi fis-suq dinji u f'dak tal-Komunità tista' tiġi koperta b'rifużjoni ta' l-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni, f'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji pprovduti fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat mill-qagħda tas-suq dinji jew mill-esiġenzi speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Jistgħu jingħataw rifużjonijiet biss fuq prodotti li jkunu awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma definiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.


ANNESS

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għaz-zokkor abjad u gћaz-zokkor mhux ipproċessat esportat fl-istat naturali tiegħu, applikabbli mis-27 ta’ Ġunju 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1701 11 90 9100

S00

EUR/100 kg

23,64  (1)

1701 11 90 9910

S00

EUR/100 kg

23,64  (1)

1701 12 90 9100

S00

EUR/100 kg

23,64  (1)

1701 12 90 9910

S00

EUR/100 kg

23,64  (1)

1701 91 00 9000

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

1701 99 10 9100

S00

EUR/100 kg

25,70

1701 99 10 9910

S00

EUR/100 kg

25,70

1701 99 10 9950

S00

EUR/100 kg

25,70

1701 99 90 9100

S00

EUR/1 % ta' sakkarożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Dan l-ammont huwa applikabbli għaz-zokkor mhux ipproċessat b'rendiment ta' 92 %. Jekk ir-rendiment taz-zokkor mhux ipproċessat ma jibqax ta' 92 %, għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni kkonċernata, l-ammont tar-rifużjoni applikabbli jiġi mmultiplikat b'fattur ta' konverżjoni li jinkiseb billi jiġi diviż b'92 ir-rendiment taz-zokkor esportat, ikkalkulat skond il-punt III, il-paragrafu 3, ta' l-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 318/2006.


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 610/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jiddefinixxi r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni tal-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni inċiż tiegħu;

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, id-differenza bejn il-prezzijiet, għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)(d) u (g) ta' l-imsemmi Regolament, tas-suq dinji u dak Komunitarju tista' tiġi koperta b'rifużjoni għall-esportazzjoni.

(2)

Fid-dawl tal-qagħda attwali tas-suq fis-settur taz-zokkor, jeħtieġ li jiġu definiti r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni, b'konformità mar-regoli u ma' ċerti kriterji stipulati fl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdi li r-rifużjonijiet jistgħu jkunu differenti skond id-destinazzjonijiet, meta dan ikun iġġustifikat minħabba l-qagħda tas-suq dinji jew il-ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq.

(4)

Ir-rifużjonijiet jistgħu jingħataw biss fir-rigward tal-prodotti awtorizzati li jiċċirkolaw b'mod ħieles fil-Komunità u li jissodisfaw il-kondizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistipula regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ fis-settur taz-zokkor ma' pajjiżi terzi (2).

(5)

In-negozjati fil-qafas ta' l-arranġamenti Ewropej bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija u l-Bulgarija għandhom l-għan partikolari li jilliberalizzaw il-kummerċ tal-prodotti rregolati mill-organizzazzjoni komuni tas-suq ikkonċernat. Jeħtieġ għalhekk li jitneħħew ir-rifużjonijiet għall-esportazzjoni għal dawn iż-żewġ pajjiżi.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-prodotti li jgawdu mir-rifużjonjiet għall-esportazzjoni pprovduti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-ammonti ta' dawn ir-rifużjonijiet huma speċifikati fl-Anness għal dan ir-Regolament, peress li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rikjesti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

2.   Sabiex il-prodotti jkunu eleġibbli għal rifużjoni skond il-paragrafu 1, iridu jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti, stipulati fl-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu, u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fis Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament hekk kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).


ANNESS

Rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq il-ġuleppijiet u ċerti prodotti oħra fis-settur taz-zokkor esportati fl-istat naturali tagħhom mis-27 ta’ Ġunju 2008

Il-kodiċi tal-prodott

Id-destinazzjoni

L-unità tal-kejl

L-ammont tar-rifużjoni

1702 40 10 9100

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

25,70

1702 60 10 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

25,70

1702 60 95 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

1702 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

25,70

1702 90 71 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

1702 90 95 9100

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

1702 90 95 9900

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570  (1)

2106 90 30 9000

S00

EUR/100 kg ta' sustanza niexfa

25,70

2106 90 59 9000

S00

EUR/1 % ta' sukrożju × 100 kg tal-prodott nett

0,2570

NB: Id-destinazzjonijiet huma definiti kif ġej:

S00

Id-destinazzjonijiet kollha, għajr:

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà


(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.

(1)  Is-somma bażika ma tapplikax għall-prodott definit fit-2 punt ta' l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3513/92 (ĠU L 355, 5.12.1992, p. 12).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/25


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 611/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 900/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 900/2007 tas-27 ta' Lulju 2007 dwar sejħa miftuħa permanenti għall-offerti sat-tmiem tas-sena tas-suq 2007/2008 għad-determinazzjoni ta' rifużjonijiet għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad (2) jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Ġunju 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fis-26 ta’ Ġunju 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 900/2007 huwa ffissat għal 30,700 EUR/100 kg.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 196, 28.7.2007, p. 26. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 612/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jiffissa l-ammont massimu tar-rifużjoni għall-esportazzjoni taz-zokkor abjad fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti pprovduta mir-Regolament (KE) Nru 1060/2007

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 fuq organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2), it-tieni subparagrafu, u t-tielet subparagrafu, punt b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1060/2007 ta' l-14 ta’ Settembru 2007 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid għall-esportazzjoni taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' l-intervent tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, ta' Spanja, ta' l-Irlanda, ta' l-Italja, ta' l-Ungerija, tal-Polonja, tas-Slovakkja u ta' l-Iżvezja (2), jirrikjedi li jsiru sejħiet għall-offerti parzjali.

(2)

F'konformità ma' l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007, u wara eżami ta' l-offerti mressqa b'risposta għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Ġunju 2008, jeħtieġ li jiġi ffissat ammont massimu għar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għas-sejħa għall-offerti parzjali kkonċernata.

(3)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għas-sejħa għall-offerti parzjali li tintemm fil-25 ta’ Ġunju 2008, l-ammont massimu tar-rifużjoni ta' l-esportazzjoni għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1060/2007 huwa ffissat għal 389,53 EUR/t.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 242, 15.9.2007, p. 8. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 9).


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 613/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jistipula r-rati ta’ rifużjonijiet applikabbli għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taz-zokkor (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 33(2)(a) u (4),

Billi:

(1)

L-Artikoli 32(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jipprovdu li d-differenzi bejn il-prezzijiet f’kummerċ internazzjonali tal-prodotti elenkati f’ Artikolu 1(1)(b), (ċ), (d), (f), u (g) ta’ dak ir-Regolament u l-prezzijiet fi ħdan il-Komunità jistgħu jiġu koperti b’rifużjoni ta’ esportazzjoni meta dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 ta' l-30 ta’ Ġunju 2005 li jistabbilixxi regoli komuni ta’ implimentazzjoni għall-għoti ta’ rifużjonijiet ta’ esportazzjoni fuq ċertu prodotti ta’ l-agrikoltura esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat u l-kriterji biex jiġi stipulat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet (2), jispeċifikaw il-prodotti li għalihom trid tiġi stipulata rata ta’ rifużjoni, biex tiġi applikata fejn dawn il-prodotti jiġu esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)

Skond l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, ir-rata ta’ rifużjoni għal kull 100 kilogramma għal kull wieħed mill-prodotti bażiċi in kwestjoni għandha tiġi stipulata kull xahar.

(4)

L-Artikolu 32(4) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 jistabbilixxu li r-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni għal xi prodott li jinsab fi prodott għall-konsum ma jistax jaqbeż ir-rifużjoni applikabbli għal dak il-prodott meta esportat mingħajr iżjed ipproċessar.

(5)

Ir-rifużjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament jistgħu jiġu stipulati bil-quddiem peress li s-sitwazzjoni tas-suq fix-xhur li ġejjin ma tistax tiġi stipulata bħalissa.

(6)

L-obbligi dwar rifużjonijiet li jistgħu jingħataw għall-esportazzjoni ta' prodotti ta' l-agrikoltura li jinsabu fi prodotti għall-konsum mhux koperti b’Anness I tat-Trattat jistgħu jkunu pperikolati jekk jiġu stipulati bil-quddiem rati għoljin ta' rifużjoni. Huwa għalhekk meħtieġ li jittieħdu l-miżuri kawtelatorji f’tali sitwazzjonijiet mingħajr, iżda, ma titfixkel il-konklużjoni ta’ kuntratti fit-tul. L-istipular ta’ rata speċifika ta’ rifużjoni għal stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet hija miżura biex jintlaħqu dawn l-għanijiet varji.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni taz-zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rati ta’ rifużjonjiet applikabbli għal prodotti bażici elenkati fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 u fl-Artikolu 1(1) u fil-punt (1) tar-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, u esportati bħala prodotti elenkati fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 318/2006, huma stipulati kif imniżżla fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 246/2008 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 64).


ANNESS

rati ta’ rifużjonijiet applikabbli mis-27 ta’ Ġunju 2008 għal ċertu prodotti mis-settur taz-zokkor esportati bħala prodotti mhux koperti minn Anness I tat-Trattat (1)

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata ta’ rifużjoni f’EUR/100 kg

F’każ ta’ stipular bil-quddiem ta’ rifużjonijiet

Oħra

1701 99 10

Zokkor abjad:

25,70

25,70


(1)  Ir-rati stipulati f’dan l-Anness ma japplikawx għall-esportazzjonijiet lejn

(a)

pajjiżi terzi: l-Andorra, Liechtenstein, is-Santa Sede (il-Belt tal-Vatikan), il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja (*), il-Montenegro, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, u l-oġġetti mniżżla fit-Tabelli I u II tal-Protokoll 2 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera tat-22 ta' Lulju 1972 esportati lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(b)

territorji ta' l-Istati Membri ta' l-UE li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, Heligoland, Ceuta, Melilla, il-Komuni ta’ Livigno u Campione fl-Italja u l-partijiet tar-Repubblika ta’ Ċipru fejn il-Gvern tar-Repubblika ta’ Ċipru ma jeżerċitax kontroll.

(ċ)

territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru u li ma jiffurmawx parti mit-territorju dogonali tal-Komunità: Ġibiltà.

(*)  Tkopri l-Kosovo, taħt il-protezzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, bis-saħħa tar-reżoluzzjoni 1244 tal-Kunsill tas-Sigurtà ta' l-10 ta' Ġunju 1999.


27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/29


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 614/2008

tas-26 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tar-Renju Unit

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (tas-Sajd) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti ħażniet [stokkijiet] ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1, ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) 446/2008 (ĠU L 134, 23.05.2008, p. 11.).


ANNESS

Nru

15/T&Q

Stat Membru

GBR

Stokk

USK/4AB-N.

Speċi

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

Data

29.5.2008


DIRETTIVI

27.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 166/31


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2008/59/KE

tat-12 ta’ Ġunju 2008

li tadatta d-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 56 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 56 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2005, fejn att tal-Kunsill adottat qabel l-adeżjoni jeħtieġ adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti fl-Att ta’ Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, l-atti meħtieġa għandhom jiġu adottati mill-Kunsill.

(2)

Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni (1) kienet adottata qabel l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea u teħtieġ li tkun adattata minħabba din l-adeżjoni.

(3)

Id-Direttiva 2006/87/KE għaldaqstant għandha tkun emendata kif meħtieġ.

(4)

Skond il-punt 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet, l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Komunità, it-tabelli tagħhom li juru, kemm jista’ jkun, il-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi (2),

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2006/87/KE hija b’dan emendata kif ġej:

1.

L-Anness I għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

fil-Kapitolu 2, Żona 3:

(i)

bejn l-entrati għar-Renju tal-Belġju u r-Repubblika Ċeka għandha ssir l-entrata li ġejja:

“Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Id-Danubju: minn rkm 845,650 sa rkm 374,100”;

(ii)

bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja għandha ssir l-entrata li ġejja:

“Ir-Rumanija

Id-Danubju: mill-fruntiera bejn is-Serbja u r-Rumanija (1 075 km) sal-Baħar l-Iswed fuq il-Fergħa tal-Kanal ta’ Sulina.

Il-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed (tul ta’ 64,410 km): minn fejn jagħqad max-xmara Danubju, fil-km 299,300 tad-Danubju f’Cernavodă (rispettivament km 64,410 tal-Kanal), sal-Port ta’ Constanta tan-Nofsinhar – Agigea (km ‘0’ tal-Kanal).

Il-Kanal bejn Poarta Albă u Midia Năvodari (tul ta’ 34,600 km): minn fejn jagħqad mal-Kanal bejn id-Danubju u l-Baħar l-Iswed fil-km 29,410 f’Poarta Albă (rispettivament km 27,500 tal-Kanal) sal-Port ta’ Midia (km ‘0’ tal-Kanal)”;

(b)

fil-Kapitolu 3, Żona 4, bejn l-entrati għar-Repubblika tal-Polonja u r-Repubblika tas-Slovakkja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“Ir-Rumanija

Il-passaġġi fuq l-ilma interni kollha mhux elenkati fiż-Żona 3”.

2.

L-Anness IX għandu jkun emendat kif ġej:

(a)

fil-parti I, il-Kapitolu 4, l-Artikolu 4.05,

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”;

(b)

fil-Parti III, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”;

(ċ)

fil-Parti IV, il-Kapitolu 1, l-Artikolu 1.06,

(i)

bejn l-entrati għad-Danimarka u l-Polonja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“19

=

ir-Rumanija”;

(ii)

bejn l-entrati għal-Latvja u l-Litwanja għandha tiddaħħal l-entrata li ġejja:

“34

=

il-Bulgarija”.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri li għandhom passaġġi fuq l-ilma interni kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/87/KE għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva b’effett mit-30 ta’ Diċembru 2008. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan.

Meta jiġu adottati mill-Istati Membri, dawn il-miżuri għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fil-Lussemburgu, 12 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. VIZJAK


(1)  ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/137/KE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 261).

(2)  ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.