ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
10 ta' Ġunju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 511/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 512/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 513/2008 tal-5 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 514/2008 tad-9 ta’ Ġunju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 1439/95, (KE) Nru 245/2001, (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 1580/2007, u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1119/79

7

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva 2008/55/KE tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2008 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (Verżjoni kodifikata)

28

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/428/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2411)

39

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 511/2008

tad-9 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tad-9 ta’ Ġunju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

36,3

MK

49,7

TR

75,1

ZZ

53,7

0707 00 05

MK

23,0

TR

77,5

ZZ

50,3

0709 90 70

TR

104,4

ZZ

104,4

0805 50 10

AR

129,1

EG

150,8

TR

129,5

US

176,3

ZA

129,8

ZZ

143,1

0808 10 80

AR

97,2

BR

85,8

CL

88,6

CN

88,1

MK

50,7

NZ

110,0

US

123,1

UY

127,6

ZA

88,4

ZZ

95,5

0809 10 00

TR

219,4

US

317,3

ZZ

268,4

0809 20 95

TR

559,9

US

382,7

ZZ

471,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 512/2008

tad-9 ta’ Ġunju 2008

li jemenda l-prezzijiet rappreżentattivi u l-ammonti tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tas-settur taz-zokkor, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 dwar regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f'dak li għandu x'jaqsam mal-kummerċ mal-pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 36 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ammonti tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u ta' ċerti ġuleppijiet għas-sena tas-suq 2007/2008 ġew stabbiliti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1109/2007 (3). Dawn ilprezzijiet u dazji ġew emendati l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 462/2008 (4).

(2)

L-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha fi jdejha llum twassal biex dawn l-ammonti jiġu mmodifikati, skond ir-regoli ddettaljati pprovduti fir-Regolament (KE) Nru 951/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prezzijiet rappreżentattivi u d-dazji addizzjonali applikabbli għall-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 36 tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, stabbiliti mir-Regolament (KE) Nru 1109/2007 għas-sena tas-suq 2007/2008, huma mmodifikati, u jinsabu fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-10 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1). Ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Ottubru 2008.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Regolament kif emendat l-aħħar mir- Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(3)  ĠU L 253, 28.9.2007, p. 5.

(4)  ĠU L 139, 29.5.2008, p. 3.


ANNESS

L-ammonti mmodifikati tal-prezzijiet rappreżentattivi u tad-dazji addizzjonali għall-importazzjoni taz-zokkor abjad, taz-zokkor mhux ipproċessat u tal-prodotti tal-kodiċi NM 1702 90 95 applikabbli mill-10 ta’ Ġunju 2008 'l quddiem

(EUR)

Kodiċi NM

Ammont tal-prezz rappreżentattiv għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

Ammont tad-dazju addizzjonali għal kull 100 kg nett tal-prodott ikkonċernat

1701 11 10  (1)

18,26

7,17

1701 11 90  (1)

18,26

13,16

1701 12 10  (1)

18,26

6,98

1701 12 90  (1)

18,26

12,65

1701 91 00  (2)

21,75

15,18

1701 99 10  (2)

21,75

9,84

1701 99 90  (2)

21,75

9,84

1702 90 95  (3)

0,22

0,42


(1)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 (ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1).

(2)  Stabbilit għall-kwalità standard kif iddefinita fl-Anness I, punt II tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.

(3)  Stabbilit bħala 1 % tal-kontenut f'sakkarożju.


10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 513/2008

tal-5 ta’ Ġunju 2008

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-haddock fl-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II min-naħa ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Portugall

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-politika komuni tas-sajd (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2008.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata lilhom għall-2008.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li s-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trażbord u l-ħatt tiegħu l-art, jiġu pprojbiti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2008 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih huwa pprojbit mid-data stipulata f'dak l-Anness. Wara dik id-data, għandhom ikunu pprojbiti wkoll iż-żamma abbord, it-trażbord u l-ħatt l-art ta' ħut mill-istokk imsemmi, maqbuda minn dawk il-bastimenti.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Id-Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolamet kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11), kif ikkoreġut bil-ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6.

(3)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Nru

07/T&Q

Stat Membru

PRT

Stokk

HAD/1N2AB.

Speċi

Haddock (Melanogrammus aeglefinus)

Żona

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

Data

14.5.2008


10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 514/2008

tad-9 ta’ Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem għall-prodotti agrikoli, kif ukoll ir-Regolamenti (KE) Nru 1439/95, (KE) Nru 245/2001, (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 2014/2005, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 1918/2006, (KE) Nru 341/2007, (KE) Nru 1002/2007, (KE) Nru 1580/2007, u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 1119/79

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 59(3) u 62(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 134 u 161(3) flimkien ma’ l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Mill-1 ta’ Lulju 2008 se jibda japplika r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għall-oqsma ewlenin ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, kif ipprovdut fl-Artikolu 204 tiegħu. B’hekk, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex temenda jew tħassar ir-Regolamenti settorjali kkonċernati, sabiex tiżgura li dan jiġi implimentat sewwa minn dik id-data.

(2)

L-Artikolu 130 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jipprovdi li, mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn huma meħtieġa l-liċenzji ta’ l-importazzjoni skond dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ timporta wieħed jew aktar mill-prodotti koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jekk tiġi ppreżentata l-liċenzja ta’ l-importazzjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jeħtieġ il-liċenzji ta’ l-importazzjoni min-naħa waħda għall-ġestjoni tar-reġim ta’ l-importazzjoni għar-ross imnaddaf mill-ħliefa u dak mitħun, sabiex jitqiesu l-kwantitajiet li se jiġu importati, u min-naħa l-oħra għall-ġestjoni tar-reġim ta’ l-importazzjoni għaz-zokkor skond l-arranġamenti preferenzjali.

(3)

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-esportazzjonijiet, l-Artikolu 167 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 jiddikjara li r-rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għandhom jingħataw biss għall-prodotti mniżżlin fl-Artikolu 162(1) ta’ dak ir-Regolament jekk wieħed jippreżenta liċenzja ta’ l-esportazzjoni. F’konformità ma’ l-Artikolu 161 ta’ dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tesporta wieħed jew aktar mill-prodotti jekk tiġi ppreżentata l-liċenzja ta’ l-esportazzjoni.

(4)

Għall-finijiet tal-ġestjoni ta’ l-importazzjonijiet u ta’ l-esportazzjonijiet, il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tiddeċiedi liema huma l-prodotti li, meta jkunu importati u/jew esportati, se jkunu jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja. Hija u tanalizza l-ħtiġijiet ta’ sistema tal-liċenzji, il-Kummissjoni għandha tqis l-istrumenti xierqa għall-ġestjoni tas-swieq u b’mod partikulari għall-monitoraġġ ta’ l-importazzjonijiet.

(5)

Din is-sitwazzjoni toffri ċ-ċans li jiġu eżaminati fid-dettall ir-regoli eżistenti fl-oqsma differenti tas-suq u li jiġu meqjusa mill-ġdid il-prattiki attwali għal-liċenzjar sabiex dawn ikunu ssimplifikati u sabiex lill-Istati Membri u lill-operaturi jittaffielhom il-piż amministrattiv. Għall-finijiet taċ-ċarezza, ir-regoli għandhom jiddaħħlu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli ddettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (3).

(6)

Sistema tal-liċenzji hija l-mekkaniżmu xieraq għall-ġestjoni tal-kwoti tat-tariffi għall-importazzjoni u għall-esportazzjoni b’metodu ieħor u mhux b’dak ibbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond il-prinċipju li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, minħabba l-volum limitat ikkonċernat u l-għadd kbir ta’ kwantitajiet li tressqet applikazzjoni għalihom.

(7)

Sistema tal-liċenzji hija meqjusa l-mekkaniżmu l-iktar xieraq biex isir monitoraġġ ta’ ċerti prodotti agrikoli importati skond kundizzjonijiet preferenzjali, meta wieħed iqis il-vantaġġ siewi li toffri r-rata mnaqqsa tad-dazju applikabbli u l-ħtieġa urġenti li jitbassar iċ-ċaqliq fis-suq.

(8)

Meta wieħed iqis il-firxa wiesgħa ta’ regoli ddettaljati u ta’ dispożizzjonijiet tekniċi implimentati fl-oqsma tas-suq sabiex tkun amministrata l-esportazzjoni bil-benefiċċju tar-rifużjonijiet, huwa meqjus li, f’dan l-istadju, huwa iktar xieraq li jinżammu dawk id-dispożizzjonijiet fir-Regolamenti settorjali.

(9)

Fil-qasam taċ-ċereali, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni jridu jitqiesu bħala indikatur taċ-ċaqliq fit-terminu medju taż-żmien u ta’ l-evoluzzjoni prevedibbli tas-suq. Huma jirrappreżentaw strument ewlieni sabiex ikun hemm karta tal-bilanċ tas-suq, li għandha tintuża meta wieħed ikun qed janalizza l-kundizzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-ħażniet ta’ l-intervent fis-suq intern jew għall-esportazzjoni, jew biex wieħed jiddetermina jekk għandhiex tiġi applikata taxxa fuq l-esportazzjoni. F’dak ir-rigward, għall-ispelt, għall-qamħ komuni u għat-taħlitiet ta’ ċereali, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għas-sorgu, għall-qamħ tat-tip durum, għad-dqiq mill-qamħ komuni u mill-ispelt, u għall-kassava l-importazzjoni għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja, filwaqt li għall-ispelt, għall-qamħ komuni u għat-taħlitiet ta’ ċereali, għax-xgħir, għall-qamħirrun, għall-qamħ tat-tip durum, għas-segala, għall-ħafur u għad-dqiq mill-qamħ komuni u mill-ispelt, l-esportazzjoni għandha tkun suġġetta għall-preżentazzjoni ta’ liċenzja, minħabba l-importanza ewlenija tagħhom fil-flussi kummerċjali u fis-suq domestiku.

(10)

Fil-qasam tar-ross, it-tagħrif li jipprovdu l-liċenzji dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet prevedibbli jservi bħala l-bażi għas-sorveljanza tas-suq, b’mod partikulari minħabba l-importanza tar-ross fil-konsum domestiku. Dan jintuża wkoll biex jiġi mmonitorjat kemm qed jiġu rrispettati l-linji tat-tariffi għall-prodotti simili. Barra minn hekk, il-liċenzji li jinħarġu għandhom jitqiesu huma u jiġu kkalkulati d-dazji fuq l-importazzjoni għar-ross imnaddaf mill-ħliefa u dak mitħun skond l-Artikoli 137 u 139 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. Minħabba f’hekk, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu meħtieġa għar-ross imnaddaf mill-ħliefa, għar-ross mitħun, għar-ross nofsu mitħun u għar-ross imfarrak, waqt li l-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom ikunu meħtieġa għar-ross imnaddaf mill-ħliefa, mitħun u nofsu mitħun.

(11)

Għaz-zokkor, il-monitoraġġ tas-suq huwa importanti ħafna u huwa meħtieġ għarfien tajjeb ta’ l-esportazzjonijiet. Minħabba f’hekk, l-esportazzjonijiet taz-zokkor għandhom jiġu mmonitorjati u jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni tal-liċenzji. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjonijiet, il-ħtieġa ta’ liċenzja għandha tkun limitata għall-importazzjonijiet li jkunu qed igawdu minn dazji preferenzjali fuq l-importazzjoni, mingħajr preġudizzju għall-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għall-kwoti tat-tariffi.

(12)

Sabiex jiġi evitat li l-pjanti illeċiti tal-qanneb itellfu l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-qanneb għall-ħjut, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ikun hemm kontrolli fuq l-importazzjonijiet tal-qanneb u taż-żerriegħa tal-qanneb sabiex jiġi żgurat li dawn it-tip ta’ prodotti joffru ċerti garanziji fir-rigward tal-kontenut tat-tetraidrokannabinol. Għaldaqstant għandu jkun hemm dispożizzjoni dwar il-ħruġ tal-liċenzji għal din it-tip ta’ importazzjoni.

(13)

Għall-frott u l-ħxejjex, it-tagħrif miskub mil-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jintuża sabiex jiġi mmonitorjat kemm qed jiġu rrispettati l-linji tat-tariffi għall-prodotti simili bħat-tewm imnixxef jew iffriżat, jew sabiex ikunu amministrati l-kwoti ta’ rati tat-tariffi.

(14)

Dan l-aħħar, il-produtturi tat-tuffieħ fil-Komunità sabu lilhom infushom f’sitwazzjoni diffiċli, fost affarijiet oħra, minħabba żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet tat-tuffieħ minn ċerti pajjiżi terzi ta’ l-emisferu tan-Nofsinhar. Għaldaqstant, għandu jittejjeb il-monitoraġġ ta’ l-importazzjoni tat-tuffieħ. L-istrument xieraq sabiex jinkiseb dan il-għan huwa mekkaniżmu bbażat fuq il-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni, kif ipprovdut fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (4). F’dak li għandu x’jaqsam mal-banana, il-liċenzji ta’ l-importazzjoni huma meħtieġa skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2014/2005 tad-9 ta’ Diċembru 2005 dwar il-liċenzji taħt l-arranġamenti għall-importazzjoni tal-banana lejn il-Komunità f’dak li jirrigwarda l-banana li tkun tqiegħdet fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni (5) [traduzzjoni mhix uffiċjali]. Sabiex tingħata stampa sħiħa tal-prodotti li huma suġġetti għal-liċenzji, ir-rekwiżiti rilevanti għandhom jiddaħħlu wkoll fir-Regolament (KE) Nru 376/2008.

(15)

Għall-prodotti tal-ħalib, it-tagħrif dwar l-importazzjonijiet bid-dazju mnaqqas prevedibbli li jipprovdu l-liċenzji huwa importanti għas-sorveljanza tas-suq. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-importazzjonijiet b’rata mqaqqsa tad-dazju għal-laħam taċ-ċanga, għandha ssir dispożizzjoni sabiex ikun hemm sistema ta’ liċenzji għal ċerti prodotti, sabiex jiġi mmonitorjat il-volum tan-negozju ma’ pajjiżi terzi.

(16)

L-importazzjonijiet ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola wkoll għandhom ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni tal-liċenzji minħabba l-ħtieġa li jkun hemm sorveljanza tas-suq fil-każ ta’ industrija sensittiva.

(17)

Sabiex tintwera stampa ċara u sħiħa ta’ l-obbligi fir-rigward tal-liċenzji tan-negozju fil-prodotti agrikoli, fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 għandha titniżżel il-lista ta’ l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet li huma suġġetti għar-rekwiżiti kkonċernati.

(18)

Għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 4(1)(d) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, għandhom jitniżżlu l-kwantitajiet massimi tal-prodotti li għalihom m’hemmx għalfejn jintwerew iċ-ċertifikati ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u ta’ l-iffissar bil-quddiem, dejjem jekk l-importazzjoni u l-esportazzjoni ma tkunx qed titwettaq taħt arranġamenti preferenzjali. Il-lista tal-prodotti kkonċernati għandha tinbidel fil-kuntest ta’ l-emendi li qed isiru fl-obbligi ta’ l-illiċenzjar.

(19)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolamenti li ġejjin għandhom jinbidlu kif xieraq:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1439/95 tas-26 ta’ Ġunju 1995 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 fir-rigward ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ prodotti fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (6);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 245/2001 tal-5 ta’ Frar 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1673/2000 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-kittien u l-qanneb ikkoltivati għall-fibra (7);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001 ta’ l-14 ta’ Diċembru 2001 li jipprovdi regoli dettaljati biex ikun applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 rigward l-arranġamenti ta’ l-importazzjoni tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib u biex jinfetħu kwoti tat-tariffa (8);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1342/2003 tat-28 ta’ Lulju 2003 li jistabbilixxi regoli speċjali u dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ ċereali u ross (9);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2336/2003 tat-30 ta’ Diċembru 2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [alkoħol etiliku] ta’ oriġini agrikola (10);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2005 tas-16 ta’ Awwissu 2005 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ l-importazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa (11) [traduzzjoni mhix uffiċjali];

Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 f’dak li għandu x’jaqsam man-negozju fil-qasam taz-zokkor ma’ pajjiżi terzi (12) [traduzzjoni mhix uffiċjali];

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tat-tariffa għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (13) [traduzzjoni mhix uffiċjali];

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007 tad-29 ta’ Marzu 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji ta’ l-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (14);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1002/2007 tad-29 ta’ Awwissu 2007 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2184/96 li jikkonċerna l-importazzjonijiet fil-Komunità tar-ross li joriġina u ġej mill-Eġittu (15);

Ir-Regolament (KE) Nru 1580/2007;

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 382/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli ta’ l-applikazzjoni għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (Riformolat) (16).

(20)

Għaldaqstant, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1119/79 tas-6 ta’ Ġunju 1979 li jistabilixxi dispożizzjonijiet speċjali għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni għaż-żrieragħ (17) għandu jitħassar kif xieraq.

(21)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Ħlief għal ċerti derogi mniżżlin fir-regoli Komunitarji li huma speċifiċi għal ċerti prodotti, b’mod partikolari għall-prodotti li jissemmew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 (*) u fir-regoli li jimplimentawh, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli komuni għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem (minn hawn 'il quddiem imsejħin ‘il-liċenzji’ u ‘ċ-ċertifikati’ rispettivament) li dwarha hemm dispożizzjoni fil-Parti III, fil-Kapitoli II u III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (**) u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 (***) jew stabbilita f’dan ir-Regolament.

2.   Liċenzja jew ċertifikat għandu jintwera għall-prodotti li ġejjin:

(a)

fil-każ ta’ l-importazzjoni, meta l-prodotti jkunu ddikjarati li huma għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa:

(i)

prodotti mniżżlin fil-Parti 1 ta’ l-Anness II, importati bil-kundizzjonijiet kollha, ħlief dawk li jkunu importati taħt il-kwoti tat-tariffa, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor fiha,

(ii)

prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa amministrati b’metodi oħrajn u mhux b’dak ibbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond il-prinċipju li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 (****),

(iii)

prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa amministrati b’metodu bbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, imsemmijin b’mod speċifiku fil-Parti I ta’ l-Anness II ta dan ir-Regolament;

(b)

fil-każ ta’ l-esportazzjoni:

(i)

prodotti mniżżlin fil-Parti II ta’ l-Anness II,

(ii)

prodotti msemmijin fl-Artikolu 162(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li għalihom ġiet iffissata rifużjoni fuq l-esportazzjoni, inkluż dik b’ammont żero, jew li għalihom ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni,

(iii)

prodotti esportati taħt kwoti jew li għalihom tkun trid tiġi ppreżentata liċenzja ta’ l-esportazzjoni biex jiddaħħlu fil-kwota amministrata minn pajjiż terz u li tkun infetħet f’dak il-pajjiż għall-prodotti importati mill-Komunità.

3.   Għall-prodotti msemmijin fil-paragrafi 2(a)(i), 2(a)(iii) u 2(b)(i), għandhom japplikaw l-ammont tal-garanzija u l-perjodu tal-validità mniżżlin fl-Anness II.

Għall-prodotti msemmijin fil-paragrafi 2(a)(ii), 2(b)(ii) u 2(b)(iii), għandhom japplikaw ir-regoli speċifiċi dwar l-implimentazzjoni f’dak li għandu x’jaqsam mal-perjodu tal-validità u ma’ l-ammont tal-garanzija, imniżżlin fir-regoli Komunitarji speċifiċi għal dawk il-prodotti.

4.   Għall-finijiet tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem imsemmija fil-paragrafu 1, meta tkun ġiet iffissata rifużjoni għal prodotti li mhumiex imniżżlin fil-Parti II ta’ l-Anness II u meta operatur ma japplikax għar-rifużjoni, dak l-operatur ma għandux ikun mitlub jippreżenta liċenzja jew ċertifikat għall-esportazzjoni tal-prodotti kkonċernati.

(*)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18."

(**)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(***)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1."

(****)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”"

(2)

Fl-Artikolu 7 għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“8.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem għandu jkun dak stabbilit għal kull prodott fl-Anness II.”

(3)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(3), l-ammont tal-garanzija li japplika għal-liċenzji u ċ-ċertifikati maħruġin għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet għandu jkun dak stabbilit fl-Anness II. Fil-każ ta’ l-iffissar ta’ taxxa ta’ l-esportazzjoni, jista’ jkun japplika wkoll ammont addizzjonali.

L-ebda applikazzjoni għal liċenzja jew għal ċertifikat m'għandha tiġi aċċettata sakemm ma tkunx ingħatat garanzija xierqa lill-korp kompetenti sa mhux aktar tard mis-1 ta’ wara nofsinhar ta’ dakinhar stess meta titressaq l-applikazzjoni.”

(4)

L-Anness II huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż

Ir-Regolament (KE) Nru 1439/95 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati speċifiċi għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem implimentata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (*****) għall-prodotti mniżżlin fil-Parti XVIII ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (******).

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (*******), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(*****)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3."

(******)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(*******)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

(2)

L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 2

1.   Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.

2.   It-Titolu II ta’ dan ir-Regolament għandu japplika għall-importazzjonijiet ta’ kull wieħed mill-prodotti mniżżlin fil-Parti XVIII ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (********) importati taħt il-kwoti tat-tariffa amministrati b’metodi oħrajn u mhux b’dak ibbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308ċ tar-Regolament (KE) Nru 2454/93 (*********).

(********)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(*********)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”"

(3)

L-Artikoli 4, 5 u 6 huma mħassrin.

Artikolu 3

Il-qanneb u l-kittien

Ir-Regolament (KE) Nru 245/2001 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 17a(1), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-prodotti mniżżlin fit-Taqsimiet D, F, u L fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 (**********), il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni għandu jkun dak stabbilit f’dawk it-taqsimiet.

Artikolu 4

Il-prodotti tal-ħalib

Ir-Regolament (KE) Nru 2535/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 2

Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (***********). Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24(3) u (4) ta’ dan ir-Regolament, il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

Għandhom japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (************), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(***********)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3."

(************)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.”"

(2)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 3 huma mħassrin.

(3)

Fl-Artikolu 24, għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   L-ebda applikazzjoni għal liċenzja jew għal ċertifikat m'għandha tiġi aċċettata sakemm ma tkunx ingħatat garanzija ta’ 10 Ewro għal kull 100 kilogramma ta’ piż nett tal-prodotti lill-korp kompetenti sa mhux aktar tard mis-1 ta’ wara nofsinhar ta’ dakinhar stess meta titressaq l-applikazzjoni.

4.   Il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara dik id-data.”

Artikolu 5

Iċ-ċereali u r-ross

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli ddettaljati speċifiċi għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem implimentata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (*************) għall-prodotti mniżżlin fil-Partijiet I u II ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (**************).

2.   Għandhom japplikaw ir-Regolament (KE) Nru 376/2008 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (***************) u (KE) Nru 1454/2007 (****************), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

(*************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3."

(**************)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1."

(***************)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13."

(****************)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 69.”"

(2)

L-Artikolu 6 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 6

1.   Il-perjodu tal-validità tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni għandu jkun kif ġej:

(a)

għall-prodotti mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti b) u c) ta’ dan il-paragrafu: kif imniżżel f'dak l-Anness;

(b)

għall-prodotti importati jew esportati taħt il-kwoti tat-tariffa amministrati b’metodi oħrajn u mhux b’dak ibbażat fuq l-ordni kronoloġika ta’ meta tressqu l-applikazzjonijiet, skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (*****************) (skond il-prinċipju li min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel), ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor: mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar dik id-data;

(ċ)

għall-prodotti esportati li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni u għall-prodotti li għalihom, dakinhar li tkun tressqet l-applikazzjoni għal-liċenzja, tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni: mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, sa tmiem ir-raba' xahar ta’ wara xahar dik id-data.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti msemmijin fis-Sezzjoni A tal-Parti II ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li għalihom ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni jew li għalihom ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni bl-iffissar bil-quddiem, għandhom ikunu validi sa mhux aktar tard mis-sittin jum ta’ wara d-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) ta’ dak ir-Regolament.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1702 30, 1702 40, 1702 90 u 2106 90 u li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni għandhom ikunu validi sa mhux aktar tard minn:

(a)

it-30 ta’ Ġunju għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena tas-suq;

(b)

it-30 ta’ Settembru għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu mill-1 ta’ Ġunju ta’ sena tas-suq sal-31 ta’ Awwissu tas-sena tas-suq ta’ warajha;

(ċ)

it-30 jum mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja għall-applikazzjonijiet li jkunu tressqu mill-1 ta’ Settembru sat-30 ta’ Settembru ta’ l-istess sena tas-suq.

4.   B’deroga mill-paragrafu 1, fuq talba min-naħa ta’ l-operatur, il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1107 10 19, 1107 10 99 u 1107 20 00 u li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni għandhom ikunu validi sa mhux aktar tard minn:

(a)

it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja attwali, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April;

(b)

tmiem il-ħdax-il xahar ta’ wara d-data tal-ħruġ, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Lulju u l-31 ta’ Ottubru;

(ċ)

it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja ta’ wara, fil-każ tal-liċenzji li jinħarġu bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Diċembru.

5.   It-Taqsima 22 tal-liċenzji maħruġin skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 2, 3 u 4 għandha tinkludi waħda mill-annotazzjonijiet imniżżlin fl-Anness X.

6.   Meta jkun stabbilit perjodu ta’ validità speċjali għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għal prodotti li joriġinaw u jkunu ġejjin minn ċerti pajjiżi terzi, it-taqsimiet 7 u 8 ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji u tal-liċenzji nfushom għandhom jispeċifikaw il-pajjiż jew il-pajjiżi minn fejn ikunu ġejjin il-prodotti u l-pajjiż jew il-pajjiżi ta’ l-oriġini tagħhom. Il-liċenzji għandhom jobbligaw li l-importazzjoni ssir minn dak il-pajjiż jew minn dawk il-pajjiżi.

7.   B’deroga mill-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, id-drittijiet li jagħtu l-liċenzji msemmijin fil-paragrafi 1(b) u 4 ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx ikunu trasferibbli.

(*****************)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.”"

(3)

L-Artikolu 7 huwa mħassar.

(4)

L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 8

1.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni jew taxxa għandhom jinħarġu fit-tielet jum tax-xogħol wara dak li fih tkun tressqet l-applikazzjoni, dejjem jekk, sadanittant, il-Kummissjoni ma tkun ħadet l-ebda azzjoni speċifika kif indikat fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament, fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1501/1995 jew fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1518/1995 (******************), u dejjem jekk il-kwantità li għaliha jkunu tressqu l-applikazjonijiet għal-liċenzji tkun mgħarrfa f'konformità ma’ l-Artikolu 16(1)(a) ta’ dan ir-Regolament.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jgħodd għal-liċenzji maħruġin b'konnessjoni mas-sejħiet għall-offerti jew għal-liċenzji msemmijin fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li jinħarġu għall-għanijiet ta’ operazzjoni ta’ għajnuna ta’ l-ikel fis-sens ta’ l-Artikolu 10(4) tal-Ftehim dwar il-biedja li kien konkluż bħala parti min-negozjati kummerċjali multilaterali tar-Round ta’ l-Urugwaj (*******************). Dawk il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għandhom jinħarġu fl-ewwel jum tax-xogħol wara dak li fih tkun ġiet aċċettata l-offerta.

2.   Il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni għall-prodotti li għalihom ma tkun ġiet iffissata l-ebda rifużjoni jew taxxa għandhom jinħarġu dakinhar stess li titressaq l-applikazzjoni.

(******************)  ĠU L 147, 30.6.1995, p. 55."

(*******************)  ĠU L 336, 23.12.1994, p. 22.”"

(5)

L-Artikolu 9 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 9

1.   Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dan li ġej:

(a)

li tistabbilixxi perċentwali ta’ aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li tkun tressqet applikazzjoni għalihom, imma li għalihom ikun għadhom ma nħarġux il-liċenzji;

(b)

li tirrifjuta applikazzjonijiet li għalihom ikun għadhom ma nħarġux il-liċenzji ta’ l-esportazzjoni;

(ċ)

li twaqqaf it-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għal massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol.

Il-waqfien imsemmi fil-punt (ċ) ta’ l-ewwel subparagrafu jista’ jiġi stabbilit għal perjodu itwal taż-żmien f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

2.   Jekk il-kwantitajiet li tkun tressqet applikazjoni għalihom jitnaqqsu jew ikunu rrifjutati, il-garanzija mogħtija għal-liċenzja għandha tkun irrilaxxata minnufih għall-kwantitajiet mhux mogħtija.

3.   L-applikanti jistgħu jirtiraw l-applikazzjonijiet tagħhom għal-liċenzja fi żmien tlett ijiem tax-xogħol mill-pubblikazzjoni, fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, ta’ perċentwali ta’ aċċettazzjoni kif indikat fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jekk dan ikun ta’ anqas minn 80%. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jirrilaxxaw il-garanzija.

4.   L-azzjonijiet li jittieħdu abbażi tal-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjonijiet li jitwettqu sabiex jiġu implimentati l-miżuri Komunitarju u l-miżuri għall-għajnuna alimentari nazzjonali li dwarhom hemm dispożizzjonijiet fi ftehimiet internazzjonali jew fi programmi oħrajn supplimentari, jew sabiex jiġu implimentati miżuri oħrajn ta’ provvista b'xejn mill-Komunità.”

(6)

L-Artikolu 11 huwa mħassar.

(7)

L-Artikolu 12 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 12

Il-garanzija msemmija fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (********************), għandha tkun kif ġej:

(a)

għall-prodotti mniżżlin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, minbarra dawk li jaqgħu taħt il-punti b) u ċ) ta’ dan il-paragrafu: kif imniżżel f'dak l-Anness;

(b)

għall-prodotti importati jew esportati taħt il-kwoti tat-tariffa, ħlief fejn hemm dispożizzjoni mod ieħor:

(i)

għall-prodotti importati, 30 Ewro għal kull tunnellata;

(ii)

għall-prodotti esportati mingħajr rifużjoni, 3 Ewro għal kull tunnellata;

(ċ)

għall-prodotti esportati li għalihom tkun ġiet iffissata rifużjoni jew għal-liċenzji f’dak li għandu x’jaqsam ma’ prodotti li għalihom, dakinhar li tkun tressqet l-applikazzjoni għal-liċenzja, tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni:

(i)

għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1102 20, 1103 13, u 1104 19 50, 1104 23 10, 1108, 1702, u 2106, 20 Ewro għal kull tunnellata;

(ii)

għall-prodotti l-oħrajn, 10 Ewro għal kull tunnellata.

(********************)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.”"

(8)

L-Annessi I, II, III, XI, XII u XIII huma mħassrin.

(9)

L-Anness X huwa mibdul bit-test ta’ l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola

Ir-Regolament (KE) Nru 2336/2003 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (*********************). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2220/85 (**********************) għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 376/2008].

(*********************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3."

(**********************)  ĠU L 205, 3.8.1985, p. 5.”"

(2)

L-Artikoli 6 u 8 huma mħassrin.

Artikolu 7

Iż-żejt taż-żebbuġa

Ir-Regolament (KE) Nru 1345/2005 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   L-importazzjonijiet ta’ prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 0709 90 39, 0711 20 90 u 2306 90 19 li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (***********************). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(***********************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(2)

L-Artikolu 3 huwa mħassar.

Artikolu 8

Il-banana

Ir-Regolament (KE) Nru 2014/2005 huwa emendat kif ġej:

L-Artikolu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   L-importazzjonijiet tal-banana bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi tan-NM bin-numru 0803 00 19 u li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (************************). Għaldaqstant, il-liċenzji għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post fejn dan ikun stabbilit fil-Komunità.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom jitressqu fi kwalunkwe Stat Membru.

3.   Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2220/85 (*************************) għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008].

Madanakollu, l-ebda liċenzja m'hi se tkun valida wara l-31 ta’ Diċembru tas-sena tal-ħruġ tagħha.

4.   Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri (force majeure), il-garanzija għandha titneħħa totalment jew parzjalment jekk, matul dak il-perjodu, l-operazzjoni ma tkunx twettqet jew tkun twettqet biss b’mod parzjali.

5.   Minkejja l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008, għandha tingħata evidenza li l-liċenzja ta’ l-importazzjoni tkun intużat, kif imsemmi fl-Artikolu 32(1)(a) ta’ dak ir-Regolament, sa tletin jum wara d-data ta’ meta jiskadi l-perjodu tal-validità tal-liċenzja, ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri.

Artikolu 9

Iz-zokkor

Ir-Regolament (KE) Nru 951/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-esportazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(b) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (**************************).

Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-esportazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti II ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament u għandhom japplikaw għall-każijiet kollha li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(b) ta’ dak ir-Regolament.

(**************************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(2)

Fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma mħassrin.

(3)

L-Artikolu 10 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008.

Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament u għandhom japplikaw għall-każijiet kollha li jissemmew fl-Artikolu 1(2)(a) ta’ dak ir-Regolament.”

(4)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Meta applikazzjoni għal-liċenzja għall-prodotti li għalihom japplika l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 tkun għal kwantitajiet ta’ mhux iktar minn 10 tunnellati, il-persuna kkonċernata ma tistax tressaq iktar minn applikazzjoni waħda ta’ dan it-tip fl-istess jum u lill-istess awtorità kompetenti u, għall-esportazzjoni, ma tistax tintuża iktar minn liċenzja waħda maħruġa għal kwantitajiet inqas minn 10 tunnellati.”

(5)

Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa mħassar.

Artikolu 10

Iż-żejt taż-żebbuġa tat-Tuneżija

Ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal sittin jum mid-data tal-ħruġ tagħhom, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 (***************************), u l-ammont tal-garanzija għandu jkun ta’ 15-il Ewro għal kull 100 kilogramm ta’ piż nett.

Artikolu 11

It-tewm

Ir-Regolament (KE) Nru 341/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (****************************). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(****************************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(2)

Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 huwa mħassar.

(3)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   L-Artikolu 6(3) u (4) għandu japplika mutatis mutandis għal-liċenzji tat-tip ‘B’.”

(b)

il-paragrafu 4 huwa mħassar.

(4)

L-Anness II huwa mħassar.

Artikolu 12

Ir-ross

Ir-Regolament (KE) Nru 1002/2007 huwa emendat kif ġej:

Fl-Artikolu 3, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Madanakollu, il-garanzija għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numri 1006 20 u 1006 30 m’għandhiex tkun inqas minn dik li dwarha hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 12(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003.”

Artikolu 13

It-tuffieħ

L-Artikolu 134 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej:

“1.   L-importazzjonijiet tat-tuffieħ li jaqgħu fi ħdan il-kodiċijiet tan-NM bin-numru 0808 10 80 li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008. (*****************************)

(*****************************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(2)

Il-paragrafu 4 huwa mibdul b’dan li ġej:

“4.   ma’ l-applikazzjoni tagħhom, l-importaturi għandhom jagħtu garanzija f’konformità mat-Titolu III tar-Regolament (KEE) Nru 2220/85 li tiżgura l-konformità ma’ l-impenn li jwettqu l-importazzjoni matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni.

Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, il-garanzija għandha titneħħa totalment jew parzjalment jekk, matul il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni, l-importazzjoni ma titwettaqx jew titwettaq biss b’mod parzjali.

Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 376/2008.”

(3)

Il-paragrafu 6 huwa mibdul b’dan li ġej:

“6.   Il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandhom ikunu validi għal importazzjonijiet li joriġinaw fil-pajjiż indikat biss.”

Artikolu 14

Iċ-ċanga

Ir-Regolament (KE) Nru 382/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Il-prodotti li għalihom għandha tintwera liċenzja ta’ l-importazzjoni huma mniżżlin fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 (******************************). Il-perjodu tal-validità tal-liċenzja ta’ l-importazzjoni u l-ammont tal-garanzija li għandha tingħata għandhom ikunu dawk stabbiliti fil-Parti I ta’ l-Anness II ta’ dak ir-Regolament.

(******************************)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.”"

(2)

L-Artikoli 3 u 4 huma mħassrin.

(3)

Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Fil-każ ta’ l-importazzjonijiet taħt kwota tat-tariffa għall-importazzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-ebda applikazzjoni għal liċenzja jew għal ċertifikat m'għandha tiġi aċċettata sakemm ma tkunx ingħatat garanzija ta’ 5 Ewro għal kull ras ta’ annimal ħaj u ta’ 12-il Ewro għal kull 100 kilogramm ta’ piż nett għall-prodotti l-oħrajn lill-korp kompetenti sa mhux aktar tard mis-1 ta’ wara nofsinhar ta’ dakinhar stess meta titressaq l-applikazzjoni;

(b)

il-liċenzji għandhom ikunu validi mid-data attwali tal-ħruġ tagħhom fis-sens ta’ l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 376/2008 sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara dik id-data.

(ċ)

il-korp li joħroġ il-liċenzji ta’ l-importazzjoni għandu jindika n-numru ta’ l-ordni tal-kwota fit-Tariffa Integrata tal-Komunitajiet Ewropej (it-TARIC) fil-kaxxa numru 20 tal-liċenzja jew tas-siltiet minnha.”

Artikolu 15

Dispożizzjoni tranżitorja

1.   Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-perjodu tal-validità u l-ammont tal-garanzija li japplikaw għal-liċenzji fil-qafas tal-perjodi tal-kwoti tat-tariffa li jkun għadhom validi dakinhar li jiġi applikat dan ir-Regolament, kif ipprovdut fl-Artikolu 17.

2.   Fuq talba min-naħa tal-partijiet interessati, jekk jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin, għandhom jiġu rrilaxxati l-garanziji li jkunu ngħataw għall-ħruġ tal-liċenzji ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni u taċ-ċertifikati bl-iffissar bil-quddiem:

(a)

il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ma jkunux skadew sad-data msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

il-liċenzji jew iċ-ċertifikati ma jkunux għadhom meħtieġa għall-prodotti kkonċernati mid-data msemmija fil-paragrafu 1 'il quddiem;

(ċ)

il-liċenzji jew iċ-ċertifikati jkunu ntużaw biss b’mod parzjali jew ikunu għadhom ma ntużawx sad-data msemmija fil-paragrafu 1.

Artikolu 16

Dispożizzjoni aħħarija

Ir-Regolament (KEE) Nru 1119/79 huwa mħassar.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Madanakollu, dan għandu japplika:

(a)

mill-1 ta’ Lulju 2008 għall-oqsma taċ-ċereali, tal-kittien u l-qanneb, taż-żejt taż-żebbuġa, tal-frott u l-ħaxix frisk u pproċessat, taż-żrieragħ, taċ-ċanga u l-vitella, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-laħam tal-majjal, tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, tal-bajd, tal-laħam tat-tjur, ta’ l-alkoħol etiliku ta’ oriġini agrikola u tal-prodotti l-oħrajn, ħlief għal dawk tar-ross, taz-zokkor u ta’ l-inbid;

(b)

mill-1 ta’ Awwissu 2008 għas-settur ta’ l-inbid;

(ċ)

mill-1 ta’ Settembru 2008 għas-settur tar-ross;

(d)

mill-1 ta’ Ottubru 2008 għas-settur taz-zokkor.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1781/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2007 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6).

(3)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(4)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 292/2008 (ĠU L 90, 2.4.2008, p. 3).

(5)  ĠU L 324, 10.12.2005, p. 3.

(6)  ĠU L 143, 27.6.1995, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 272/2001 (ĠU L 41, 10.2.2001, p. 3).

(7)  ĠU L 35, 6.2.2001, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2006 (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 52).

(8)  ĠU L 341, 22.12.2001, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1565/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 37).

(9)  ĠU L 189, 29.7.2003, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1996/2006 (ĠU L 398, 30.12.2006, p. 1).

(10)  ĠU L 346, 31.12.2003, p. 19.

(11)  ĠU L 212, 17.8.2005, p. 13.

(12)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1568/2007 (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 62).

(13)  ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84.

(14)  ĠU L 90, 30.3.2007, p. 12.

(15)  ĠU L 226, 30.8.2007, p. 15.

(16)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(17)  ĠU L 139, 7.6.1979, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3886/86 (ĠU L 361, 20.12.1986, p. 18).


ANNESS I

“L-ANNESS II

PARTI I

OBBLIGU TA’ LIĊENZJA – GĦALL-IMPORTAZZJONI

Lista tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)(a)(i) u l-limiti applikabbli skond l-Artikolu 4(1)d)

(imniżżlin fis-sekwenza ta’ l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

A.   Ċereali (Parti I ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (1)

0714 għajr għas-subtitlu 0714 20 10

Kassava, ararut, salep, artiċokks ta' Ġerusalem, patata ħelwa u għeruq u tuberi simili b'kontenut għoli ta' lamtu jew inulina, friski, imkessħin, iffriżati jew imnixxfin, kemm jekk flieli jew le jew f’forma ta' gerbub; sago pith

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

0714 20 10

Patata ħelwa għall-konsum mill-bnedmin

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

500 kg

1001 10

Qamħ durum, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

1001 90 99

Spelt, qamħ komuni u taħlitiet ta' ċereali minbarra għaż-żriegħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

1003 00

Xgħir

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

1005 90 00

Qamħirrun minbarra ż-żerriegħa

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

1007 00 90

Sorgu tal-qamħ, minbarra ibridi għaż-żriegħ

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

5 000 kg

1101 00 15

Dqiq mill-qamħ komuni u mill-ispelt

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

2303 10

Fdal tal-manifattura tal-lamtu u fdalijiet simili

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

2303 30 00

Fdalijiet u skart mill-fermentazzjoni jew mid-distillar

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

ex 2308 00 40

Fdalijiet tal-polpa taċ-ċitru

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

2309 90 20

Prodotti msemmijin fin-nota addizzjonali 5 għall-Kapitolu 23 tan-Nomenklatura Magħquda

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg


B.   Ross (Parti II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (2)

1006 20

Ross (ismar) imnaddaf mill-ħliefa, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 30 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 30 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg

1006 40 00

Ross imfarrak, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 1 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

1 000 kg


Ċ.   Zokkor (Parti III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (3)

1701

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

id-dispożizzjonijiet kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 950/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1100/2006

id-dispożizzjonijiet kif stipulati fir-Regolament (KE) Nru 950/2006 u fir-Regolament (KE) Nru 1100/2006

(—)


D.   Iż-żrieragħ (Parti V ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (4)

ex 1207 99 15

Żrieragħ ta’ varjetajiet tal-qanneb għaż-żriegħ

 (5)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)


E.   Iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbuġ (Parti VII ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (6)

0709 90 39

Żebbuġ, frisk, għall-produzzjoni taż-żejt

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

100 kg

0711 20 90

Żebbuġ ippreżervat provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajjeb għall-konsum immedjat f'dak l-istat, għall-produzzjoni taż-żejt, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

100 kg

2306 90 19

Għalf tal-bhejjem (oilcake) u fdal oħrajn li jirriżultaw mill-estrazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa, li fihom aktar minn 3 % tal-piż żejt taż-żebbuġa

EUR 100 /t

60 jum mid-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

100 kg


F.   Kittien u qanneb (Parti VIII ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (7)

5302 10 00

Qanneb veru, mhux maħdum jew imrattab

 (8)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)


G.   Il-frott u l-ħxejjex (Parti IX ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (9)

0703 20 00

Tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0703 90 00

Ħaxix ieħor tal-ġens tat-tewm, frisk jew imkessaħ, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0808 10 80

Tuffieħ, oħrajn

EUR 15 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)


H.   Il-prodotti tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (Parti X ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (10)

ex 0710 80 95

Tewm (11) u Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0710 90 00

Taħlitiet ta' ħaxix li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum (mhux imsajjar jew imsajjar bil-fwar jew fil-misħun jagħli), iffriżati, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0711 90 80

Tewm (11) u Allium ampeloprasum ippreżervati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0711 90 90

Taħlitiet ta' ħaxix li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum, ippreżervati provviżorjament (per eżempju, bil-gass dijossidu tal-kubrit, fis-salmura, f'ilma tal-kubrit jew f'taħlitiet oħrajn biex jippreservaw), iżda mhux tajbin għall-konsum immedjat f'dak l-istat, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0712 90 90

Tewm imnixxef (11) u Allium ampeloprasum u taħlitiet ta' ħaxix imnixxef li jkun fihom it-tewm (11) u/jew l-Allium ampeloprasum, sħiħ, imqatta', imqatta' flieli, imkisser jew mitħun, iżda mhux ippreparat aktar minn hekk, inkluż il-prodotti importati taħt il-kwoti tat-tariffa, kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a)(iii)

EUR 50 /t

3 xhur mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)


I.   Il-banana (Parti XI ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (12)

0803 00 19

Banana, friska, importata bir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni

EUR 15 /t

sa tmiem it-tieni xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)


J.   Iċ-ċanga u l-vitella (Parti XV ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (13)

0102 90 05 sa 0102 90 79

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

EUR 5 ir-ras

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0201 u 0202

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0206 10 95 u 0206 29 91

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

1602 50 10 , 1602 50 31 u 1602 50 95

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

1602 90 61 u 1602 90 69

Il-prodotti kollha importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa

EUR 12 għal kull 100 kg ta’ piż nett

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)


K.   Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (Parti XVI ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (14)

ex Kapitoli 04 , 17 , 21 u 23

Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kollha, importati skond kundizzjonijiet preferenzjali ħlief dawk importati taħt il-kwoti tat-tariffa u bl-eċċezzjoni tal-Ġobon u tal-baqta (kodiċi tan-NM numru 0406 ) li joriġinaw mill-Iżvizzera, importati mingħajr liċenzja, kif ġej:

 

 

 

0401

Ħalib u krema, mhux konċentrati u mingħajr iż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0402

Ħalib u krema, konċentrati jew biż-żieda ta' zokkor jew ta' xi materjal ieħor biex jagħmel ħelu

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0403 10 11 sa 0403 10 39

0403 90 11 sa 0403 90 69

Xorrox tal-butir, baqta u krema, jogurt, kefir u ħalib u krema oħrajn fermentati jew li saru aċidużi, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu mhux imħawrin jew miżjudin bil-frott, bil-ġewż jew bil-kawkaw

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0404

Xorrox, kemm jekk konċentrati kif le jew biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu; prodotti magħmulin minn konstitwenti naturali tal-ħalib, kemm jekk biz-zokkor miżjud jew materjal ieħor li jagħmel ħelu jew le, li mhumiex imsemmijin jew inklużi band'oħra

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 0405

Butir u xaħmijiet u żjut oħrajn magħmulin mill-ħalib; dlik (pejst) ta' prodotti tal-ħalib b'kontenut ta' xaħam ta' aktar minn 75 % iżda anqas minn 80 %

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

0406

Ġobon u baqta, bl-eċċezzjoni tal-Ġobon u tal-baqta li joriġinaw mill-Iżvizzera, importati mingħajr liċenzja.

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

1702 19 00

Laktows u ġulepp tal-laktows, li ma fihomx miżjudin ħwawar u materjal li jagħti l-kulur, li fihom inqas minn 99 % tal-piż laktows, imfisser bħala laktows anidruż, ikkalkulat fuq il-materjal xott

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

2106 90 51

Ġulepp tal-laktows imħawwar jew ikkulurit

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)

ex 2309

Preparazzjonijiet ta' tip użati għal għalf ta' annimali:

Preparazzjonijiet u għalf li fihom prodotti li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 1234/2007, b'mod dirett jew minħabba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1667/2006, minbarra l-preparazzjonijiet u l-għalf li jaqgħu taħt il-Parti I ta’ l-Anness I ta’ dak ir-Regolament

EUR 10 /100 kg

sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

(—)


L.   Prodotti oħrajn (Parti XXI ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (15)

1207 99 91

Qannebusa, għajr għaż-żriegħ

 (16)

sa tmiem is-sitt xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2), sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor mill-Istati Membri

(—)


M.   L-alkoħol etiliku ta' oriġini agrikola (Parti I ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (17)

ex 2207 10 00

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b’saħħa alkoħolika bil-volum ta' 80 % vol jew aktar, miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

100 hl

ex 2207 20 00

Alkoħol etiliku u spirti oħrajn, żnaturati, ta' kull saħħa, miksuba mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

100 hl

ex 2208 90 91

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

100 hl

ex 2208 90 99

Alkoħol etiliku mhux żnaturat b'saħħa alkoħolika bil-volum ta' inqas minn 80 % vol., miksub mill-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I għat-Trattat

EUR 1 għal kull ettolitru

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

100 hl

PARTI II

OBBLIGU TA’ LIĊENZJA – GĦALL-ESPORTAZZJONI MINGĦAJR RIFUŻJONIJIET U GĦALL-PRODOTTI LI, DAKINHAR LI JKUNU MRESSQIN, IKUN GĦADHA MA ĠIETX IFFISSATA TAXXA FUQ L-ESPORTAZZJONI GĦALIHOM

Lista tal-prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)(b)(i) u l-limiti applikabbli skond l-Artikolu 4(1)d)

(imniżżlin fis-sekwenza ta’ l-Annessi I u II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

A.   Ċereali (Parti I ta’ l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)  (18)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (19)

1001 10

Qamħ durum

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1001 90 99

Spelt, qamħ komuni u taħlitiet ta' ċereali minbarra għaż-żriegħ

EUR3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1002 00 00

Segala

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1003 00

Xgħir

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1004 00

Ħafur

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1005 90 00

Qamħirrun minbarra ż-żerriegħa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

5 000 kg

1101 00 15

Dqiq mill-qamħ komuni u mill-ispelt

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

500 kg


B.   Ross (Parti II ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (20)

1006 20

Ross (ismar) imnaddaf mill-ħliefa

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

500 kg

1006 30

Ross mitħun jew nofsu mitħun, kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le

EUR 3 /t

sa tmiem ir-raba’ xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1)

500 kg


Ċ.   Zokkor Parti III ta’ l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007)

Il-kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

L-ammont tal-garanzija

Il-perjodu tal-validità

Il-kwantitajiet netti (21)

1701

Zokkor tal-kannamieli jew tal-pitravi u sukrows kimikament pur, f’forma solida

EUR 11 /100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) (22)

2 000 kg

1702 60 95

1702 90 95

Zokkor ieħor f’forma solida u ġulepp taz-zokkor, li ma fihomx miżjudin ħwawar u

materjal li jagħti l-kulur, iżda li ma jinkludux il-laktows, il-glukows, il-maltodextrin u l-isoglukows

EUR 4,2 /100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) (22)

2 000 kg

2106 90 59

Ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin jew ikkuluriti, minbarra l-ġuleppijiet ta' l-isoglukows, tal-laktows, tal-glukows u tal-maltodestrin

EUR 4,2 /100 kg

għal kwantitajiet ta’ iktar minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data attwali tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(2)

għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, sa tmiem it-tielet xahar ta’ wara xahar id-data tal-ħruġ tal-liċenzja, f’konformità ma’ l-Artikolu 22(1) (22)

2 000 kg

PARTI III

IL-LIMITI GĦAL-LIĊENZJI TA' L-ESPORTAZZJONI BIR-RIFUŻJONI

Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat ta’ l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 4(1)d).

Id-deskrizzjoni u l-kodiċi tan-NM

Il-kwantità netta (23)

A.   

ĊEREALI:

Għal kull prodott imniżżel fil-Parti I ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007,

5 000 kg

għajr għas-subtitlu

0714 20 10 , and 2302 50

(—)

1101 00 15

500 kg

B.   

ROSS:

Għal kull prodott imniżżel fil-Parti II ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

500 kg

Ċ.   

ZOKKOR:

Għal kull prodott imniżżel fil-Parti III ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

2 000 kg

D.   

IL-ĦALIB U L-PRODOTTI TAL-ĦALIB:

Għal kull prodott imniżżel fil-Parti XVI ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

150 kg

E.   

IĊ-ĊANGA U L-VITELLA:

Għall-annimali ħajjin imniżżlin fil-Parti XV ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

Annimal wieħed

Għal-laħam imniżżel fil-Parti XV ta’ l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007

200 kg

G.   

IL-LAĦAM TAL-MAJJAL:

0203

1601

1602

250  kg

0210

150 kg

H.   

IL-LAĦAM TAT-TJUR:

0105 11 11 9000

0105 11 19 9000

0105 11 91 9000

0105 11 99 9000

4 000 fellus

0105 12 00 9000

0105 19 20 9000

2 000 fellus

0207

250  kg

I.   

IL-BAJD:

0407 00 11 9000

2 000 bajda

0407 00 19 9000

4 000 bajda

0407 00 30 9000

400  kg

0408 11 80 9100

0408 91 80 9100

100  kg

0408 19 81 9100

0408 19 89 9100

0408 99 80 9100

250  kg


(1)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(2)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(3)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(4)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(5)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 245/2001.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(6)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(7)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(8)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 245/2001.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(9)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(10)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(11)  Dan għandu jinkludi wkoll prodotti li fihom il-kelma ‘tewm’ hija biss parti mid-deskrizzjoni. Termini bħal dawn jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal ‘tewm “solo”’, ‘tewm “elephant”’, ‘tewm “single clove”’ jew ‘tewm “great-headed”’.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(12)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(13)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(14)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(15)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(16)  M’hemm bżonn l-ebda garanzija. Ara l-kundizzjonijiet l-oħrajn fil-paragrafu 1 ta’ l-Artikolu 17a tar-Regolament (KE) Nru 245/2001.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(17)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma japplikawx għall-importazzjoni b’kundizzjonijiet preferenzjali jew taħt kwota tat-tariffa.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(18)  Sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor fir-Regolament (KE) Nru 1342/2003.

(19)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni skond kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tat-tariffa, jew meta tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(20)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni skond kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tat-tariffa, jew meta tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(21)  Il-kwantitajiet massimi li ma jeħtiġux il-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ċertifikat, skond l-Artikolu 4(1)d). Dawn il-limitazzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni skond kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tat-tariffa, jew meta tkun applikabbli taxxa fuq l-esportazzjoni.

(22)  Għal kwantitajiet ta’ inqas minn 10 t, il-parti kkonċernata ma tistax tuża aktar minn liċenzja waħda ta’ dan it-tip għall-istess esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.

(23)  Dawn il-limitazzjonijiet ma għandhomx japplikaw għall-esportazzjoni skond kundizzjonijiet preferenzjali, taħt kwota tat-tariffa, jew meta tkun ġiet iffissata taxxa fuq l-esportazzjoni.

(—)

Għal kwalunkwe kwantità huma meħtieġa liċenzja jew ċertifikat.”


ANNESS II

“ANNESS X

L-annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 6(5)

:

bil-Bulgaru

:

специален срок на валидност, както е предвидено в член 6 от Регламент (ЕО) № 1342/2003

:

bl-Ispanjol

:

período especial de validez conforme a lo dispuesto en el artículo 6 del Reglamento (CE) no 1342/2003

:

biċ-Ċek

:

zvláštní doba platnosti stanovená v článku 6 nařízení (ES) č. 1342/2003

:

bid-Daniż

:

Særlig gyldighedsperiode, jf. artikel 6 i forordning (EF) nr. 1342/2003.

:

bil-Ġermaniż

:

besondere Gültigkeitsdauer gemäß Artikel 6 der Verordnung (EG) Nr. 1342/2003

:

bl-Estonjan

:

erikehtivusaeg ajavahemik vastavalt määruse (EÜ) nr 1342/2003 artiklile 6

:

bil-Grieg

:

Ειδική περίοδος ισχύος όπως προβλέπεται στο άρθρο 6 του κανονισμού (ΕΚ) αριθ. 1342/2003

:

bl-Ingliż

:

special period of validity as provided for in Article 6 of Regulation (EC) No 1342/2003

:

bil-Franċiż

:

durées particulières de validité prévues à l’article 6 du règlement (CE) no 1342/2003

:

bit-Taljan

:

periodo di validità particolare di cui all'articolo 6 del regolamento (CE) n. 1342/2003

:

bil-Latvjan

:

Regulas (EK) Nr. 1342/2003 6. pantā paredzētais īpašais derīguma termiņš

:

bil-Litwan

:

specialus galiojimo terminas, kaip nustatyta Reglamento (EB) Nr. 1342/2003 6 straipsnyje

:

bl-Ungeriż

:

az 1342/2003/EK rendelet 6. cikke szerinti speciális érvényességi idő

:

bil-Malti

:

perjodu ta’ validità speċjali kif ipprovdut fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1342/2003

:

bl-Olandiż

:

Bijzondere geldigheidsduur als bedoeld in artikel 6 van Verordening (EG) nr. 1342/2003

:

bil-Pollakk

:

szczególny okres ważności przewidziany w art. 6 rozporządzenia (WE) nr 1342/2003

:

bil-Portugiż

:

período de eficácia especial conforme previsto no artigo 6.o do Regulamento (CE) n.o 1342/2003

:

bir-Rumen

:

perioadă de valabilitate specială, în conformitate cu articolul 6 din Regulamentul (CE) nr. 1342/2003

:

bis-Slovakk

:

osobitné obdobie platnosti podľa ustanovenia článku 6 nariadenia (ES) č. 1342/2003

:

bis-Sloven

:

posebno obdobje veljavnosti, kot je določeno v členu 6 Uredbe (ES) št. 1342/2003

:

bil-Finlandiż

:

Asetuksen (EY) N:o 1342/2003 6 artiklan mukainen erityinen voimassaolo aika

:

bl-Iżvediż

:

särskild giltighetstid enligt artikel 6 i förordning (EG) nr 1342/2003”


DIRETTIVI

10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/28


DIRETTIVA 2008/55/KE TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Mejju 2008

dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra

(Verżjoni kodifikata)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikoli 93 u 94 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976 dwar l-assistenza reċiproka għall-irkupru ta’ talbiet rigward ċerti imposti, dazji, taxxi u miżuri oħra (3) ġiet emendata diversi drabi (4) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kodifikata.

(2)

Il-fatt li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriferu għall-irkupru huma applikabbli biss fil-limiti tat-territorji nazzjonali huwa fih innifsu ta’ xkiel għat-tħaddim tas-suq intern. Din is-sitwazzjoni ma tħallix li r-regoli tal-Komunità jiġu applikati fis-sħiħ u b’ġustizzja partikolarment fis-settur tal-politika agrikola komuni, u tiffaċilita ħidmiet frawdolenti.

(3)

Huwa neċessarju li jiġi indirizzat t-theddid għall-interessi finanzjarji tal-Komunità u għall-Istati Membri kif ukoll għas-suq intern li jirriżulta mill-iżvilupp tal-frodi billi jiġu mħarsa aħjar il-kompetittività u n-newtralità fiskali tas-suq intern.

(4)

Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adottati regoli komuni dwar il-għajnuna reċiproka għall-irkupru.

(5)

Dawn il-miżuri għandhom japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet li jirriżultaw mid-diversi miżuri li jagħmlu parti mis-sistema ta’ finanzjament totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, ta’ kontribuzzjonijiet u imposti oħra u imposti fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi tas-sisa armonizzati (tabakk iffabbrikat, alkoħol u xorb alkoħoliku u żjut minerali), kif ukoll taxxi fuq id-dħul, il-kapital u l-poloz ta’ l-assigurazzjoni. Għandhom ukoll japplikaw għall-irkupru ta’ interessi, pieni amministrattivi u multi u spejjeż inċidentali għal talbiet bħal dawn.

(6)

L-għajnuna reċiproka għandha tikkonsisti f’dan li ġej: l-awtorità mitluba trid min-naħa l-waħda tforni lill-awtorità applikanti bit-tagħrif li din ta’ l-aħħar ikollha bżonn sabiex tirkupra t-talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih tkun tinsab u tgħarraf lid-debitur bid-dokumenti kollha li jirreferu għal talbiet bħal dawn li jiġu minn dak l-Istat Membru, u min-naħa l-oħra trid tirkupra, fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, it-talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih din ta’ l-aħħar tkun tinsab.

(7)

Dawn il-forom differenti ta’ għajnuna għandhom jingħataw mill-awtorità mitluba skond il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw materji bħal dawn fl-Istat Membru li fih tkun tinsab.

(8)

Huwa meħtieġ li wieħed jagħmel il-kondizzjonijiet li taħthom talbiet għall-għajnuna jkunu jridu jitfasslu mill-awtorità applikanti u li tingħata tifsira restrittiva taċ-ċirkostanzi partikolari li fihom l-awtorità mitluba tista’ tiċħad il-għajnuna f’xi każ partikolari.

(9)

Sabiex jippermetti rkupru aktar effiċjenti u effettiv tal-pretensjonijiet li dwarhom tkun saret talba għall-irkupru, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu, fil-prinċipju, jiġi ttrattat bħala strument ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

(10)

Meta l-awtorità mitluba jkun jeħtiġilha taġixxi f’isem l-awtorità applikanti sabiex tirkupra xi talba, għandha tkun kapaċi, jekk id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu u bil-qbil ta’ l-awtorità applikanti, li tagħti żmien lid-debitur sabiex iħallas jew tawtorizza ħlas bin-nifs. Xi interessi fuq faċilitajiet ta’ ħlas bħal dawn għandhom ukoll jintbagħtu lill-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab.

(11)

Fuq talba raġonata mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha wkoll tkun kapaċi, kemm-il darba d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu, li tieħu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex tiggarantixxi l-irkupru ta’ talbiet li jinqalgħu fl-Istat Membru applikanti. Talbiet bħal dawn m’għandhomx neċessarjament jibbenifikaw mill-privileġġi mogħtija lil talbiet simili li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab.

(12)

Matul il-proċedura ta’ rkupru fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab it-talba jew id-dokument li jawtorizzaw l-infurzar tagħha maħruġa fl-Istat Membru li fih tinsab l-awtorità applikanti jistgħu jiġu kkontestati mill-persuna kkonċernata. Għandu jiġi stabbilit f’każijiet bħal dawn li l-persuna kkonċernata għandha tressaq l-azzjoni biex tikkontesta t-talba quddiem il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li l-awtorità applikanti tkun tinsab fih u li l-awtorità mitluba trid tissospendi kull proċedura ta’ infurzar li hi tkun bdiet sakemm tittieħed deċiżjoni mill-korp imsemmi qabel.

(13)

Għandu jiġi stabbilit li dokumenti u tagħrif mgħoddija fil-kors tal-għajnuna reċiproka għall-irkupru m’għandhomx jintużaw għal skopijiet oħra.

(14)

L-użu ta’ l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru ma jistax, ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, ikun ibbażat fuq vantaġġi finanzjarji jew fuq xi interess fir-riżultati miksuba, iżda l-Istati Membri għandhom ikunu f’pożizzjoni li jaqblu ma’ l-arranġamenti tar-rimborż meta l-irkupru joħloq problema speċifika.

(15)

Din id-Direttiva m’għandhiex tillimita l-għajnuna reċiproka bejn xi Stati Membri partikulari taħt xi ftehim jew arranġamenti bilaterali jew multilaterali.

(16)

Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deciżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (5).

(17)

Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-trażpożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti Ċ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu inkorporati fil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri sabiex jiġi żgurat l-irkupru f’kull Stat Membru tat-talbiet li għalihom jirriferi l-Artikolu 2 li jinqalgħu f'xi Stat Membru ieħor.

Artikolu 2

Din id-Direttiva għandha tapplika għal pretensjonijiet kollha li jirrigwardaw:

(a)

rifużjonijiet, interventi u miżuri oħra li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar totali jew parzjali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), inklużi s-somom li jridu jinġabru fir-rigward ta’ dawn l-azzjonijiet;

(b)

imposti u dazji oħra li għalihom hemm ipprovdut taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq għas-settur taz-zokkor;

(ċ)

dazji fuq l-importazzjoni;

(d)

dazji fuq l-esportazzjoni;

(e)

taxxa fuq il-valur miżjud;

(f)

dazji tas-sisa fuq:

(i)

tabakk iffabbrikat,

(ii)

alkoħol u xorb alkoħoliku,

(iii)

żjut minerali;

(g)

taxxi fuq id-dħul u l-kapital;

(h)

taxxi fuq il-poloz ta’ l-assigurazzjoni;

(i)

imgħax, pieni amministrattivi u multi, u spejjez inċidentali għall-pretensjonijiet li għalihom saret referenza f’punti (a) sa (h), bl-esklużjoni ta’ kull sanzjoni ta’ natura kriminali kif stabbiliti mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fihom tinstab l-awtorità mitluba.

Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-pretensjonijiet relatati għal taxxi identiċi jew analogi mat-taxxi fuq il-premiums tal-poloz ta’ l-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(6) li jissuplimentaw jew jibdluhom. L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lil xulxin u lill-Kummissjoni d-dati tad-dħul fis-seħħ ta’ tali taxxi.

Artikolu 3

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

1.

“awtorità applikanti” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru li tagħmel talba għall-għajnuna b’konnessjoni ma’ xi talba li għaliha jirreferi l-Artikolu 2;

2.

“awtorità mitluba” tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li ssirlu talba;

3.

“dazji fuq l-importazzjoni” tfisser dazji doganali u piżijiet li għandhom effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni, u piżijiet fuq l-importazzjoni stabbiliti fil-qafas tal-politika agrikola komuni jew f’dak ta’ arranġamenti speċifiċi applikabbli fuq ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

4.

“dazji fuq l-esportazzjoni” tfisser dazji tad-dwana u ħlasijiet li għandhom l-effett ekwivalenti fuq l-importazzjoni, u ħlasijiet ta’ l-importazzjoni imqiegħda fil-qafas tal-polza agrikola komuni jew f’dak ta’ arranġamenti speċifiċi applikabbli fuq ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli;

5.

“taxxi fuq id-dħul u l-kapital” tfisser dawk enumerati fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill [77/799/KEE] tad-19 ta’ Diċembru 1977 dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, ċerti dazji tad-dwana u t-taxxi fuq premiums ta’ l-assigurazzjoni (6), moqrija konġuntivament ma’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik id-Direttiva;

6.

“taxxi fuq il-poloz ta’ l-assigurazzjoni” tfisser:

(a)

:

fil-Belġju

:

(i)

taxe annuelle sur les contrats d’assurance

(ii)

jaarlijkse taks op de verzekeringscontracten

(b)

:

fid-Danimarka

:

(i)

afgift af lystfartøjsforsikringer

(ii)

afgift af ansvarsforsikringer for motorkøretøjer m.v.

(iii)

stempelafgift af forsikringspræmier

(ċ)

:

fil-Ġermanja

:

(i)

Versicherungssteuer,

(ii)

Feuerschutzsteuer;

(d)

:

fil-Greċja

:

(i)

Φòρος κύκλου εργασιών (Φ.Κ.Ε),

(ii)

Τέλη Χαρτοσήμου;

(e)

:

fi Spanja

:

Impuesto sobre las primas de seguros;

(f)

:

fi Franza

:

taxe sur les conventions d’assurances;

(g)

:

fl-Irlanda

:

levy on insurance premiums;

(h)

:

fl-Italja

:

imposte sulle assicurazioni private ed i contratti vitalizi di cui alla legge 29.10.1967 No 1216;

(i)

:

fil-Lussemburgu

:

(i)

impôt sur les assurances,

(ii)

impôt dans l’interêt du service d’incendie;

(j)

:

f’Malta

:

taxxa fuq dokumenti u trasferimenti

(k)

:

fl-Olanda

:

assurantiebelasting;

(l)

:

fl-Awstrija

:

(i)

Versicherungssteuer,

(ii)

Feuerschutzsteuer;

(m)

:

fil-Portugal

:

imposto de selo sobre os prémios de seguros;

(n)

:

fis-Slovenja

:

(i)

davek od promenta zavarovalnih poslov,

(ii)

požarna taksa;

(o)

:

fil-Finlandja

:

(i)

eräistä vakuutusmaksuista suoritettava vero/skatt på vissa försäkringspremier,

(ii)

palosuojelumaksu/brandskyddsavgift;

(p)

:

fir-Renju Unit

:

insurance premium tax (IPT).

Artikolu 4

1.   Fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tipprovdi kull tagħrif li jkun utli għall-awtorità applikanti fl-irkupru tat-talbiet tagħha.

Sabiex jinkiseb dan it-tagħrif, l-awtorità mitluba għandha tagħmel użu mis-setgħat mogħtija mil-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet bħalhom li jinqalgħu fl-Istat Membru fejn dik l-awtorità tkun tinsab.

2.   It-talba għal tagħrif għandha tindika l-isem u l-indirizz tal-persuna li għaliha jirriferi t-tagħrif li jrid jingħata u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess u n-natura u l-ammont tat-talba li ssir.

3.   L-awtorità mitluba mhix obbligata li tforni tagħrif:

(a)

li ma tkunx tista’ tikseb bl-iskop li tirkupra talbiet bħal dawn li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih tkun tinsab;

(b)

li jikxef xi sigrieti kummerċjali, industrijali jew professjonali; jew

(ċ)

li l-iżvelar tiegħu jista’ jippreġudika s-sigurtà ta’ jew imur kontra l-politika pubblika tal-Istat.

4.   L-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġuni li għaliha tkun ċaħdet xi talba għal tagħrif.

Artikolu 5

1.   L-awtorità mitluba għandha, fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, u skond ir-regoli fis-seħħ għan-notifika ta’ dokumenti bħalhom jew deċiżjonijiet fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, tinnotifika lid-destinatarju b’ kull dokument u deċiżjoni, inklużi dawk ta’ natura ġudizzjarja, li jiġu mill-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab u li jkollhom x’jaqsmu ma’ xi talba u/jew l-irkupru tagħha.

2.   It-talba għan-notifika għandha tindika l-isem u l-indirizz tad-destinatarju kkonċernat u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess, in-natura u s-suġġett tad-dokument jew deċiżjoni li għandhom jiġu nnotifikati, jekk meħtieġ l-isem u l-indirizz tad-debitur u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni li għaliha l-awtorità applikanti normalment ikollha aċċess u t-talba li għaliha d-dokument jew deċiżjoni jirreferu, u kull tagħrif utli ieħor.

3.   L-awtorità mitluba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità applikanti bl-azzjoni meħuda fuq it-talba tagħha għan-notifika u, aktar minn hekk, bid-data li fiha d-dokument jew deċiżjoni ġiet mgħoddija lid-destinatarju.

Artikolu 6

Fuq it-talba ta’ l-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha, skond il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li japplikaw għall-irkupru ta’ talbiet bħalhom li jinqalgħu fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, tirkupra talbiet li huma s-suġġett ta’ xi dokument li jippermetti l-infurzar tagħhom.

Għal dan l-iskop kull talba li għaliha jkun intalab l-irkupru għandha tiġi ttrattata bħala talba ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, ħlief fejn japplika l-Artikolu 12.

Artikolu 7

1.   It-talba għall-irkupru ta’ pretensjoni li l-awtorità applikanti tindirizza lill-awtorità mitluba għandha tiġi akkumpanjata minn kopja uffiċjali jew iċċertifikata ta’ l-istrument li tippermetti l-infurzar tagħha, maħruġa mill-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti u, jekk ikun xieraq, permezz ta’ l-oriġinali jew kopja ċċertifikata ta’ dokumenti oħra meħtieġa għall-irkupru.

2.   L-awtorità applikanti m’għandhiex tagħmel talba għall-irkupru kemm-il darba:

(a)

il-pretensjoni u/jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha m’humiex ikkontestati fl-Istat Membru li fih hija tinstab, ħlief f’każijiet fejn japplika t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(2),

(b)

hija applikat, fl-Istat Membru li fih hija tinstab, il-proċeduri ta’ rkupru xierqa li kienu għad-dispożizzjoni tagħha a bażi ta’ l-istrument imsemmi fil-paragrafu 1, u l-miżuri li jittieħdu ma jirriżultawx fil-ħlas sħiħ tal-pretensjoni.

3.   It-talba għall-irkupru għandha tindika:

(a)

l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni tal-persuna kkonċernata u/jew tal-parti terza li żżomm l-assi tiegħu jew tagħha;

(b)

l-isem, l-indirizz u kull informazzjoni oħra rilevanti dwar l-identifikazzjoni ta’ l-awtorità applikanti;

(ċ)

kull referenza għall-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha maħruġ fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti;

(d)

in-natura u l-ammont tal-pretensjoni, inkluz il-prinċipal, l-imgħax, u kull piena, multa u spejjeż oħra dovuti indikati fil-muniti ta’ l-Istati Membri li fihom jinstabu ż-żewġ awtoritajiet;

(e)

id-data tan-notifikazzjoni ta’ l-istrument lid-destinatarju mill-awtorità applikanti u/jew mill-awtorità mitluba;

(f)

id-data minn meta u l-perjodu li matulu huwa possibbli l-infurzar taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti;

(g)

kull informazzjoni oħra rilevanti.

It-talba għall-irkupru għandu jkun fiha ukoll dikjarazzjoni mill-awtorità applikanti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 ġew eżawriti.

4.   Hekk kif xi informazzjoni rilevanti relatata mal-materja li tat lok għat-talba għall-irkupru tiġi għall-konoxxenza ta’ l-awtorità applikanti hija għandha tgħaddiha lill-awtorità mitluba.

Artikolu 8

L-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu jkun rikonoxxut direttamant u ttrattat awtomatikament bħala strument li jippermetti l-infurzar ta’ pretensjoni ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

Minkejja l-ewwel paragrafu, l-istrument li jippermetti l-infurzar tal-pretensjoni għandu, fejn ikun xieraq, u b’konformità mad-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba, jiġi aċċettat bħala, rikonoxxut bħala, msaħħaħ permezz ta’, jew mibdul bi strument li jawtorizza l-infurzar fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

Fi żmien tliet xhur mid-data li fiha tiġi riċevuta t-talba ta’ rkupru, l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom li jtemmu tali aċċettazzjoni, rikonoxximent, tisħiħ jew bdil, imsemmija fir-raba’ paragrafu. Dawn il-formalitajiet m’għandhomx jiġu rrifjutati jekk l-istrument li jippermetti tali infurzar jiġi mfassal sew. L-awtorità mitluba għandha tinforma lill-awtorità applikanti bir-raġunijiet għaliex tkun qabżet il-perjodu ta’ tliet xhur.

Jekk xi waħda minn dawn il-formalitajiet tagħti lok għall-kontestazzjoni dwar il-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-infurzar maħruġ mill-awtorità applikanti, għandu japplika l-Artikolu 12.

Artikolu 9

1.   Il-pretensjonijiet għandhom jiġu rkuprati fil-munita ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba. L-ammont kollu tal-pretensjoni li jiġi rkuprat mill-awtorità mitluba għandu jiġi mibgħut lura mill-awtorità mitluba lill-awtorità applikanti.

2.   L-awtorità mitluba tista’, fejn il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab jippermettu, u wara konsultazzjonijiet ma’ l-awtorità applikanti, tagħti lid-debitur żmien sabiex iħallas jew tawtorizza li l-ħlas isir bin-nifs. Kull imgħax miżmum mill-awtorità mitluba fir-rigward taż-żmien żejjed sabiex isir il-ħlas għandu wkoll jiġi mibgħut lura lill-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti.

Mid-data li fiha l-istrument li jippermetti l-infurzar ta’ l-irkupru tal-pretensjoni ġie rikonoxxut direttament skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 8 jew aċċettat, rikonoxxut, imsaħħaħ jew mibdul b’mod konformi mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 8, għandu jinżamm imgħax għall-ħlas tard taħt il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità mitluba u għandu jintbagħat lura wkoll fl-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità applikanti.

Artikolu 10

Minkejja t-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 6, il-pretensjonijiet li għandhom jiġu rkuprati m’għandhomx neċessarjament igawdu mill-privileġġi mogħtija lill-pretensjonijiet li jixbhuhom li jqumu fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

Artikolu 11

L-awtorità mitluba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità applikanti bl-azzjoni li tkun ħadet dwar it-talba għall-irkupru.

Artikolu 12

1.   Jekk, matul il-proċedura ta’ rkupru, it-talba u/jew id-dokument li jippermettu l-infurzar tiegħu maħruġa fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab huma kontestati minn parti interessata, l-azzjoni għandha titressaq minn din ta' l-aħħar quddiem il-korp kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab, skond il-liġijiet fis-seħħ hemmhekk. Din l-azzjoni għandha tiġi nnotifikata mill-awtorità applikanti lill-awtorità mitluba. Il-parti konċernata tista’ wkoll tinnotifika l-awtorità mitluba bl-azzjoni.

2.   Hekk kif l-awtorità mitluba tkun irċeviet in-notifika li għaliha jirreferi l-paragrafu 1 jew mill-awtorità applikanti jew mill-parti interessata, għandha tissospendi l-proċedura ta’ infurzar sakemm ikun hemm id-deċiżjoni tal-korp kompetenti fil-materja 1, kemm-il darba l-awtorità applikanti ma titlobx mod ieħor b’mod konformi mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. Jekk l-awtorità mitluba tħoss li hu meħtieġ, u bla ħsara għal Artikolu 13, dik l-awtorità tista’ tieħu miżuri prekawzjonarji biex tiggarantixxi l-irkupru kemm-il darba l-liġijiet jew regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab jippermettu azzjoni bħal din dwar talbiet bħalhom.

L-awtorità applikanti tista b’mod konformi mal-liġi, mar-regolamenti u mal-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih hija tinstab, titlob lill-awtorità mitluba sabiex tirkupra pretensjoni kkontestata, kemm-il darba l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba jippermettu tali azzjoni. Jekk ir-riżultat tal-kontestazzjoni huwa sussegwentement favorevoli għad-debitur, l-awtorità applikanti għandha tkun responsabbli għar-rimborż ta’ kull somma rkuprata, flimkien ma’ kull kumpens dovut, b’mod konformi mal-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba.

3.   Fejn huma l-miżuri ta’ infurzar meħuda fl-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab li qed ikunu kkontestati l-azzjoni għandha titressaq quddiem il-korp kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skond il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu.

4.   Fejn l-awtorità kompetenti li quddiemha tkun tressqet l-azzjoni skond il-paragrafu 1 hija tribunal ġudizzjarju jew amministrattiv, id-deċiżjoni ta’ dak it-tribunal, sakemm tkun favorevoli għall-awtorità applikanti u tippermetti l-irkupru tat-talba fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab għandha tikkonstitwixxi “d-dokument li jippermetti l-infurzar” imsemmi fl-Artikoli 6, 7 u 8 u l-irkupru tat-talba għandu jkompli fuq il-bażi ta’ l-imsemmija deċiżjoni.

Artikolu 13

Fuq talba raġonata mill-awtorità applikanti, l-awtorità mitluba għandha tieħu miżuri prekawzjonarji sabiex tiżgura l-irkupru ta’ talba sakemm il-liġijiet jew ir-regolamenti fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tkun tinsab hekk jippermettu.

Sabiex jingħata effett lid-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu, l-Artikoli 6, 7 (1), (3) u (4), 8, 11, 12 u 14 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 14

L-awtorità mitluba m’għandhiex tkun obbligata:

(a)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 6 sa 13 jekk l-irkuprar tal-pretensjoni jkun, minnħabba s-sitwazzjoni tad-debitur, se joħloq diffikultajiet ekonomiċi jew soċjali serji fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità, kemm-il darba l-liġijiet, ir-regolamenti jew il-prattika amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità mitluba tippermetti tali azzjoni għall-pretensjonijiet simili nazzjonali;

(b)

li tagħti l-assistenza msemmija fl-Artikoli 4 sa 13, jekk it-talba inizjali taħt l-Artikolu 4, 5 jew 6 tapplika għall-pretensjonijiet li ilhom aktar minn ħames snin, li jiddekorru mill-mument li l-istrument li jippermetti l-irkupru jiġi stabbilit b’mod konformi mal-liġijiet, mar-regolamenti jew mal-prattika amministrattiva fl-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti, sad-data tat-talba. Madankollu, f’każijiet fejn il-pretensjoni jew l-istrument huwa kkontestat, il-limitu taż-żmien jibda mill-mument li fih l-Istat applikant jistabbilixxi li l-pretensjoni jew l-istrument li jippermetti l-irkupru ma tistax tiġi aktar ikkontestata.

L-awtorità mitluba għandha tgħarraf lill-awtorità applikanti bir-raġuni għaliex tkun ċaħdet xi talba għall-għajnuna. Ċaħda raġonata bħal din għandha wkoll tkun mgħoddija lill-Kummissjoni.

Artikolu 15

1.   Kwistjonijiet dwar perijodi ta’ limitazzjoni għandhom ikunu rregolati biss mil-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab.

2.   Passi meħuda għall-irkupru ta’ talbiet mill-awtorità mitluba wara xi talba għall-għajnuna, li, kieku kienu twettqu mill-awtorità applikanti, kien ikollhom l-effett li jissospendu jew iwaqqfu l-perijodu ta’ limitazzjoni skond il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru li fih l-awtorità applikanti tkun tinsab, għandhom jitqiesu li kienu ttieħdu fl-Istat ta’ l-aħħar, safejn jikkonċerna dak l-effett.

Artikolu 16

Dokumenti u tagħrif mibgħuta lill-awtorità mitluba skond din id-Direttiva jistgħu jiġu mgħoddija biss minn ta’ l-aħħar lil:

(a)

il-persuna msemmija fit-talba għall-għajnuna;

(b)

dawk il-persuni u awtoritajiet responsabbli għall-irkupru tat-talbiet, u għal dak l-iskop biss;

(ċ)

l-awtoritajiet ġudizzjarji li jieħdu ħsieb materji li jikkonċernaw l-irkupru tat-talbiet.

Artikolu 17

Talbiet għall-għajnuna 1, l-istrument li jippermetti l-infurzar u dokumenti oħra rilevanti li għandhom x’jaqsmu magħhom għandhom ikunu akkompanjati minn traduzzjoni fl-ilsien uffiċjali, jew wieħed mill-ilsna uffiċjali ta’ l-Istat Membru li fih l-awtorità mitluba tkun tinsab, bla ħsara għad-dritt ta’ l-awtorità ta’ l-aħħar li tirrinunzja għat-traduzzjoni.

Artikolu 18

1.   L-awtorità mitluba għandha tirkupra mingħand il-persuna kkonċernata u żżomm kull spejjez marbuta ma’ l-irkuprar li hija tagħmel, b’mod konformi mal-liġijiet u r-regolamenti li japplikaw għal pretensjonijiet simili ta’ l-Istat Membru li fih hija tinstab.

2.   L-Istati Membri għandhom jirrinunzjaw kull pretensjonijiet li għandhom fuq xulxin għar-rifużjoni ta’ l-ispejjez li jirriżultaw minn assistenza bejn xulxin li huma jagħtu lil xulxin skond din id-Direttiva.

3.   Fejn l-irkupru joħloq problema speċifika, jinvolvi ammonti kbar fi spejjeż jew huwa dwar il-ġlieda kontra r-reati organizzati, l-applikant u l-awtoritajiet mitluba jistgħu jiftiehmu l-arranġamenti ta’ rimborż speċifiċi għall-kazijiet ta’ dan it-tip.

4.   L-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità applikanti għandu jibqa’ responsabbli lejn l-Istat Membru fejn tinstab l-awtorità mitluba għal kull spejjeż u kull telf magħmul bħala riżultat ta’ l-azzjonijiet li jinstab li huma bla bażi, inkwantu huma kkonċernati jew is-sustanza tal-pretensjoni jew il-validità ta’ l-istrument maħruġ mill-awtorità applikanti.

Artikolu 19

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lil xulxin lista ta’ awtoritajiet awtorizzati biex jagħmlu jew jilqgħu talbiet għall-għajnuna.

Artikolu 20

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitat ta’ l-irkupru (hawnhekk iżjed 'il quddiem imsemmi bħala “il-Kumitat”).

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 5 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

Il-perjodu msemmi fl-Artikolu 5(6) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

Artikolu 21

Il-Kumitat jista’ jeżamina kull kwistjoni li tikkonċerna l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li titqajjem mill-president tiegħu kemm fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba tar-rappreżentant ta’ Stat Membru.

Artikolu 22

Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ l-Artikoli 4(2) u (4), 5(2) u (3) u l-Artikoli 7, 8, 9, 11, 12(1) u (2), 14, 18(3) u 24 u sabiex jiġi stabbilit il-mezz li bih għandhom jiġu mgħoddija l-komunikazzjonijiet bejn l-awtoritajiet, ir-regoli dwar il-konverżjoni, it-trasferiment tas-somom irkuprati, u l-iffissar ta’ ammont minimu ta’ pretensjonijiet li jistgħu jagħtu lok għal talba għall-assistenza, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 23

Din id-Direttiva m’għandhiex timpedixxi miżura akbar ta’ għajnuna reċiproka milli tkun mogħtija kemm issa jew fil-futur minn Stati Membri partikolari taħt xi ftehim jew arranġamenti, inklużi dawk għan-notifikazzjoni ta’ atti legali jew extra-ġudizzjarji.

Artikolu 24

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkun adotta sabiex jimplimenta din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri l-oħra.

Kull Stat Membru għandu jinforma l-Kummissjoni kull sena bin-numru ta’ talbiet għall-informazzjoni, għan-notifikazzjoni u għall-irkupru mibgħuta u riċevuti kull sena, l-ammont tal-pretensjonijiet involuti u l-ammonti li ġew irkuprati.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sentejn lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u dwar ir-riżultati miksuba.

Artikolu 25

Id-Direttiva 76/308/KEE, kif emendata mill-Atti mniżżla fl-Anness I, Partijiet A u B, hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti Ċ.

Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 26

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 27

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tad-19 ta’ Ġunju 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)

(2)  ĠU C 93, 27.4.2007, p. 15.

(3)  ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18. Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Adeżjoni tal-2003. It-titolu oriġinali tad-Direttiva huwa “Direttiva tal-Kunsill 76/308/KEE tal-15 ta’ Marzu 1976, dwar l-assistenza bejn xulxin għall-irkupru tal-pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ħidmiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ l-iffinanzjar tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, u ta’ imposti agrikoli u dazji doganali.” Din kienet ġiet emendata bid-Direttiva 79/1071/KEE (ĠU L 331, 27.12.1979, p. 10), bid-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1) u bid-Direttiva 2001/44/KE (ĠU L 175, 28.6.2001, p. 17)

(4)  Ara l-Anness I, Partijiet A u B.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(6)  ĠU L 336, 27.12.1977, p. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2006/98/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 129).


ANNESS I

PARTI A

Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha

(imsemmi fl-Artikolu 25)

Direttiva 76/308/KEE

(ĠU L 73, 19.3.1976, p. 18)

 

Direttiva 79/1071/KEE

(ĠU L 331, 27.12.1979, p. 10)

 

Direttiva 92/12/KEE

(ĠU L 76, 23.3.1992, p. 1)

Artikolu 30a biss

Direttiva 92/108/KEE

(ĠU L 390, 31.12.1992, p. 124)

Artikolu 1, punt 9 biss

Direttiva 2001/44/KE

(ĠU L 175, 28.6.2001, p. 17)

 

PARTI B

Atti li jemendaw li mhux imħassarra

1979 Att ta’ Adeżjoni

1985 Att ta’ Adeżjoni

1994 Att ta’ Adeżjoni

2003 Att ta’ Adeżjoni

PARTI Ċ

Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmi fl-Artikolu 25)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

76/308/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1978.

79/1071/KEE

fl-1 ta’ Jannar 1981.

92/12/KEE

1 ta’ Jannar 1993 (1)

92/108/KEE

fil-31 ta’ Diċembru 1992.

2001/44/KE

fit-30 ta’ Ġunju 2002.


(1)  Fir-rigward ta’ l-Artikolu 9(3), ir-Renju tad-Danimarka huwa awtoriżżat idaħħal liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonforma ma’ din id-dispożizzjoniji mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1993.


ANNESS II

Tabella Ta’ Korrelazzjoni

Direttiva 76/308/KEE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (a) sa (e)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (a) sa (e)

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (f) l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (f)(i), (ii) u (iii)

Artikolu 2, kliem introduttorju, punt (g) sa (i)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (g) sa (i)

Artikolu 2, l-ewwel paragrafu, punt (g) sa (i)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, punt (1) sa (5)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (a)

Artikolu 3(6)(l)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (b)

Artikolu 3(6)(a)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (ċ)

Artikolu 3(6)(ċ)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (d)

Artikolu 3(6)(b)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (e)

Artikolu 3(6)(e)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (f)

Artikolu 3(6)(d)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (g)

Artikolu 3(6)(f)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (h)

Artikolu 3(6)(o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (i)

Artikolu 3(6)(h)

Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (j)

Artikolu 3(6)(g)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (k)

Artikolu 3(6)(i)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (l)

Artikolu 3(6)(k)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (m)

Artikolu 3(6)(m)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (n)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (o)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (p)

Artikolu 3(6)(j)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, l-ewwel paragrafu, punt (q)

Artikolu 3(6)(n)

Artikolu 3, is-sitt inċiż, it-tieni paragrafu

Artikolu 2, it-tieni paragrafu

Artikoli 4 u 5

Artikoli 4 u 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6 l-ewwel paragrafu

Artikolu 6(2)

Artikolu 6 it-tieni paragrafu

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(1) u (2)

Artikolu 7(3)

Artikolu 7(3), l-ewwel subparagrafu

Artikolu 7(4)

Artikolu 7(3), it-tieni subparagrafu

Artikolu 7(5)

Artikolu 7(4)

Artikolu 8(1)

Artikolu 8, l-ewwel paragrafu

Artikolu 8(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikolu 8, it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafu

Artikoli 9 sa 19

Artikoli 9 sa 19

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 20(1) u (2)

Artikolu 20(3)

Artikolu 21, 22 u 23

Artikolu 21, 22 u 23

Artikolu 24

Artikolu 25, l-ewwel paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24, l-ewwel u t-tieni paragrafu

Artikolu 25, it-tieni paragrafu, l-ewwel u t-tieni sentenza

Artikolu 24, it-tieni u t-tielet paragrafu

Artikolu 26

Artikolu 27

Anness I

Anness II


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ġunju 2008

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2411)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/428/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-2005 seħħew tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-qerda tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza meħdua għall-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/602/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 (2) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda għall-ġlieda kontra din it-tifqigħa.

(4)

Skond din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba mressqa mir-Renju Unit fil-11 ta’ Ġunju 2007 u tad-dokumenti ta’ appoġġ stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iffinanzjar Komunitarju ta’ miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja għal ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(5)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba assoċjata mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 issa għandu jiġi stipulat.

(6)

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità wrew li l-ammont kollu tan-nefqa mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lir-Renju Unit f’ittra bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2007.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità diretta lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 skond id-Deċiżjoni 2006/602/KE hija stipulata għal EUR 75 958,12.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 246, 8.9.2006, p. 7.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.