ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
31 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 480/2008 tas-26 ta' Mejju 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 481/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 482/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 ( 1 )

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 483/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO), Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP), Chodské pivo (IĠP))

11

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 484/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2008

13

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/404/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Mejju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjun amministrattiv fl-Italja huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1876)  ( 1 )

16

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/405/KE

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Mejju 2008 dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233)  ( 1 )

20

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni ( ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1 ) (Verżjoni rettifikata fil- ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3 )

22

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE ( ĠU L 268, 24.9.1991 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 12, p. 58)

22

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 480/2008

tas-26 ta' Mejju 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 flimkien ma’ l-Artikolu 300(2) u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja stipulati fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, ġie adottat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 115/2006 fit-23 ta’ Jannar 2006 (2).

(2)

Konformement ma’ l-Artikolu 9 tal-Ftehim, il-Komunità Ewropea u s-Seychelles iltaqgħu f’Kumitat Konġunt.

(3)

Sussegwentement għal dan il-Kumitat Konġunt, saru xi emendi lill-Protokoll li jistabbilixxi, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ sħubija fis-settur tas-sajd, inizjalat fit-23 ta’ Settembru 2004 u adottat permezz tar-Regolament (KE) Nru 115/2006.

(4)

Huwa fl-interess tal-Komunità li l-emendi għall-Protokoll jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-emendi għall-Protokoll li jiffissa, għall-perjodu mit-18 ta’ Jannar 2005 sas-17 ta’ Jannar 2011, l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar is-sajd ‘il barra mill-kosta tas-Seychelles huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri huwa anness ma’ dan ir-Regolament (3).

Artikolu 2

L-opportunitajiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll u deċiżi fir-Regolament tal-Kunsill Nru 115/2006 tat-23 ta’ Jannar 2006 ma jinbidlux u huma kkonfermati skond l-allokazzjonijiet segwenti:

Kategoriji tas-sajd

Stat Membru

L-opportunitajiet ta’ sajd

Bastimenti għas-sajd tat-tonn bit-tartarun

Franza

17-il bastiment

Spanja

22 bastiment

l-Italja

bastiment wieħed

Bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ

Spanja

2 bastimenti

Franza

5 bastimenti

Il-Portugall

5 bastimenti

Jekk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ dawn l-Istati Membri ma jkoprux id-drittijiet tas-sajd stipulati mill-Protokoll, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-applikazzjonijiet għal-liċenzji ta’ kwalunkwe Stat Membru ieħor.

Artikolu 3

L-Istati Membri li bastimenti tagħhom jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-kwantitajiet ta’ kull stokk maqbud fiż-żona tas-sajd tas-Seychelles skond ir-regoli dettaljati stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 500/2001 ta’ l-14 ta’ Marzu 2001 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 dwar is-sorveljanza tal-qbid meħud mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità f’ibħra ta’ pajjiżi terzi u fl-ibħra miftuħa (4).

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU C 286 E, 23.11.2006, p. 481.

(2)  ĠU L 21, 25.1.2006, p. 1.

(3)  ĠU L 48, 22.2.2008, p. 33.

(4)  ĠU L 73, 15.3.2001, p. 8.


31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 481/2008

tat-30 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

53,6

MK

44,3

TN

105,3

TR

69,5

ZZ

68,2

0707 00 05

MK

30,3

TR

109,7

ZZ

70,0

0709 90 70

TR

103,1

ZZ

103,1

0805 10 20

EG

67,0

IL

65,9

MA

54,5

TN

91,4

TR

71,2

US

60,7

ZA

97,5

ZZ

72,6

0805 50 10

AR

154,7

IL

134,6

TR

149,9

US

152,9

UY

61,8

ZA

110,6

ZZ

127,4

0808 10 80

AR

126,8

BR

88,0

CA

61,8

CL

91,2

CN

85,5

MK

65,0

NZ

112,5

TR

85,9

US

120,1

UY

94,7

ZA

83,5

ZZ

92,3

0809 20 95

TR

465,8

US

508,1

ZZ

487,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 482/2008

tat-30 ta' Mejju 2008

li jistabbilixxi sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni ta' l-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament dwar il-forniment tas-servizzi) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Skond ir-Regolament (KE) Nru 550/2004, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tadotta d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Rekwiżiti Regolatorji ta' Sikurezza tal-Eurocontrol (“ESARRs”), filwaqt li titqies il-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti. L-ESARR 6 (intitolata “Softwer fis-sistemi ATM” jipprevedi sett ta' rekwiżiti regolatorji ta' sikurezza għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2096/2005 ta' l-20 ta’ Diċembru 2005 li jistabilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru (2), fl-aħħar sentenza tal-premessa (12) jipprovdi li “Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ l-ESARR 1 dwar is-sorveljanza tas-Sigurtà fl-ATM u ta’ l-ESARR 6 fuq is-softwer f’sistemi ATM, għandhom jiġu identifikati u adottati permezz ta’ atti Komunitarji separati.” ]

(3)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 jirrikjedi li fornituri ta’ servizzi tat-traffiku i bl-ajru jimplimentaw sistema għall-ġestjoni tas-sigurtà kif ukoll ħtiġiet tas-sigurtà għall-valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tat-tibdiliet. Fl-istruttura tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà tagħhom, u bħala parti mill-attivitajiet ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tat-tibdiliet, il-fornitur tas-servizz ta’ traffiku bl-ajru għandhom jiddefinixxu u jimplimentaw sistema ta’ garanzija tas-sikurezza tas-softwer biex tindirizza speċifikament aspetti marbuta mas-softwer.

(4)

L-għan ewlieni tas-sigurtà tas-softwer li għandu jintlaħaq għal sistemi funzjonali li fihom is-softwer huwa li jiżgura li r-riskji assoċjati ma’ l-użu tas-softwer fis-sistemi tan-Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (“Softwer EATMN”) tnaqqsu għal livell tollerabbli.

(5)

Dan ir-Regolament m’għandux ikopri operazzjonijiet militari u ta’ taħriġ kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien ta' l-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament ta' qafas) (3).

(6)

L-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005 għandu jkun emendat f'dan is-sens.

(7)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ajru Uniku.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għad-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru (ATS), minn entitajiet li jipprovdu servizzi ta’ ġestjoni tal-flussi tat-traffiku ta’ l-ajru (ATFM), ta' ġestjoni ta’ l-ispazju ta’ l-ajru (ASM) għat-traffiku ta’ l-ajru ġenerali, u mill-fornituri tas-servizzi ta’ navigazzjoni u sorveljanza (CNS).) u.

Huwa jidentifika u jadotta d-dispożizzjonijiet mandatorji tar-Rekwiżit Regolatorju tas-Sikurezza tal-Eurocontrol ESARR 6 b imsemmi “Softwer f’sistemi ATM” maħruġ fis-6 ta’ Novembru 2003.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għas-softwer il-ġdid u għal kwalunkwe tibdil fis-softwer tas-sistemi għall-ATS, ASM, ATFM u CNS.

Dan m’għandux japplika għas-softwer ta’ kostitwenti fl-ajru u għal tagħmir ibbażat fl-ispazju.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 għar-Regolament (KE) Nru 549/2004.

It-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“softwer” tfisser programmi tal-kompjuter u dejta ta’ konfigurazzjoni korrispondenti, inkluż softwer mhux ta’ żvilupp iżda esklużi oġġetti elettroniċi bħalma huma ċirkwiti integrati speċifiċi għal applikazzjonijiet partikolari, gate arrays programmabbli jew solid-state logic controllers.

(2)

“dejta ta’ konfigurazzjoni” tfisser dejta li tikkonfigura sistema ta’ softwer ġenerika għal każ partikolari ta’ l-użu tagħha;

(3)

“softwer mhux ta’ żvilupp” tfisser softwer mhux żviluppat għall-kuntratt attwali;

(4)

“garanzija tas-sigurtà” tfisser li l-azzjonijiet kollha ppjanati u sistematiċi li huma meħtieġa għall-provvista ta’ kunfidenza adegwata li prodott, servizz, organizzazzjoni jew sistema funzjonali kisbu livell aċċettabbli jew tollerabbli ta’ sigurtà;

(5)

“organizzazzjoni” tfisser jew fornitur ta’ ATS, fornitur ta’ CNS inkella xi entità li tipprovdi ATFM jew ASM;

(6)

“sistema funzjonali” tfisser taħlita ta' sistemi, proċeduri u riżorsi umani organizzati b’tali mod li jwettqu funzjoni fil-kuntest ta' l-ATM;

(7)

“riskju” tfisser il-kombinazzjoni tal-probabbiltà kumplessiva jew il-frekwenza ta' avvenimenti b'effetti ta' ħsara b'riżultat ta' periklu kif ukoll is-serjetà ta' dak l-effett;

(8)

“periklu” tfisser kwalunkwe kundizzjoni, avveniment jew ċirkostanza li jistgħu jwasslu għal inċident;

(9)

“softwer ġdid” tfisser softwer li ġie ordnat jew li għalih ġew iffirmati kuntratti vinkolanti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

(10)

“għan tas-sikurezza” tfisser stqarrija kwalitattiva jew kwantitattiva li tiddefinixxi l-frekwenza jew il-probabbiltà massima li biha jista' jseħħ xi periklu;

(11)

“rekwiżit tas-sigurtà” tfisser mezz ta’ mitigazzjoni tar-riskju, definit mill-istrateġija ta' mitigazzjoni tar-riskju, li jippermetti li jintlaħaq għan partikolari tas-sigurtà, inkluż ir-rekwiżiti ta' organizzazzjoni, operazzjoni, proċedura, funzjoni, rendiment u interoperabbiltà jew il-karatteristiċi ambjentali;

(12)

“qtugħ jew tbiddil fil-post” tfisser l-approċċ ta’ sostituzzjoni tal-komponenti tan-Netwek Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku ta' l-Ajru (EATMN) tas-sistema jew tas-softwer EATMN waqt li s-sistema tkun qed taħdem;

(13)

“rekwiżit tas-sigurtà tas-softwer” tfisser deskrizzjoni tal-prodott mistenni mis-softwer b’riżultat ta’ l-inputs u tal-limitazzjonijiet, u li jekk jintlaħaq, jiżgura li s-softwer EATMN jaħdem b’mod sikur u skond il-ħtieġa operattiva;

(14)

“softwer EATMN” tfisser softwer użata fis-sistemi EATMN r msemmija fl-Artikolu 1;

(15)

“validità tar-rekwiżiti” tfisser il-konferma b'eżami u l-forniment ta' evidenza oġġettiva li r-rekwiżiti partikolari għal użu speċifiku huma kif maħsub.

(16)

“miksuba b’indipendenza” tfisser, għal proċess ta' verifika tas-softwer, li attivitajiet tal-proċess ta’ verifika tas-softwer isiru minn persuna/i minbarra l-iżviluppatur ta’ l-oġġett taħt verifika;

(17)

“nuqqas ta’ funzjonament tas-softwer” tfisser li programm ma jkunx kapaċi jwettaq funzjoni meħtieġa b’mod korrett;

(18)

“falliment tas-softwer” tfisser li programm ma jkunx kapaċi jwettaq funzjoni meħtieġa;

(19)

“COTS” tfisser applikazzjoni disponibbli kummerċjalment li tinbiegħ minn bejjiegħa permezz ta’ katalgi pubbliċi u li mhix maħsuba li tiġi mmodifikata jew imtejba;

(20)

“komponenti tas-softwer” tfisser komponent bażiku li jista’ jitwaħħal jew jitqabbad ma’ komponenti oħra ta’ softwer li jistgħu jintużaw aktar minn darba biex tinħoloq applikazzjoni ta’ softwer għal użu partikolari;

(21)

“komponenti ta’ softwer indipendenti” tfisser dawk il-komponenti tas-softwer li ma jiġux affettwati b'tali mod li ma jibqgħux jaħdmu minħabba l-istess kundizzjoni ta' falliment li tkun ikkawżat il-periklu;

(22)

“rendiment tal-ħin tas-softwer” tfisser il-ħin permess biex is-softwer jirreaġixxi għal inputs li jingħatawlu jew għal avvenimenti perjodiċi, u/jew ir-rendiment tas-softwer f’termini ta’ tranżazzjonijiet jew messaġġi ttrattati għal kull unità ta’ ħin;

(23)

“kapaċità ta’ softwer” tfisser il-kapaċità tas-softwer biex jindirizza ammont ta’ fluss partikolari ta' dejta;

(24)

“akkuratezza” tfisser il-preċiżjoni meħtieġa tar-riżultati kkalkulati;

(25)

“utilizzazzjoni tar-riżorsi tas-softwer” tfisser l-ammont ta’ riżorsi fis-sistema tal-kompjuter li jistgħu jintużaw mis-softwer ta’ l-applikazzjoni;

(26)

“robustezza tas-softwer” tfisser l-imġiba tas-softwer fil-każ ta’ inputs mhux mistennija, problemi bil-ħardwer u interruzzjonijiet fil-provvista ta’ l-elettriku, kemm fis-sistema tal-kompjuter innifsu kif ukoll f’tagħmir konness;

(27)

“tolleranza għal tagħbija eċċessiva” tfisser l-imġiba tas-sistema fil-każ ta’, u b’mod partikolari it-tolleranza tagħha għal, inputs b’rata ogħla milli mistenni matul l-operat normali tas-sistema;

(28)

“verifika korretta u sħiħa tas-softwer EATMN” tfisser li r-rekwiżiti kollha tas-sigurtà tas-softwer li jindikaw b’mod korrett x’inhu mistenni mill-komponent tas-softwer mill-proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju u li l-implimentazzjoni tagħhom hija murija għal-livell meħtieġ mil-livell ta’ garanzija tas-softwer;

(29)

“dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer” tfisser dik id-dejta li hija prodotta matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer għall-ippjanar, direzzjoni, spjega, definizzjoni, reġistrar jew forniment ta’ evidenza ta’ l-attivitajiet; din id-dejta tippermetti l-approvazzjoni tal-proċessi taċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer, l-approvazzjoni tas-sistema jew tat-tagħmir, kif wkoll il-modifiki tal-prodott tas-softwer wara l-approvazzjoni;

(30)

“ċiklu tal-ħajja tas-softwer” tfisser:

(a)

ġabra ordnata ta’ proċessi determinati minn organizzazzjoni bħala biżżejjed u adegwati għall-produzzjoni ta’ prodott tas-softwer;

(b)

il-perjodu ta’ ħin li jibda bid-deċiżjoni ta’ produzzjoni jew modifika ta’ prodott tas-softwer u li jintemm meta l-prodott jitneħħa mis-servizz;

(31)

“rekwiżit ta’ sigurtà għas-sistema” tfisser rekwiżit tas-sigurtà dderivat għal sistema funzjonali.

Artikolu 3

Rekwiżiti ġenerali tas-sigurtà

1.   Kull meta organizzazzjoni tkun meħtieġa li timplimenta proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju skond il-liġi Komunitarja jew nazzjonali applikabbli, għandha tiddefinixxi u timplimenta sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer sabiex tindirizza b’mod speċifiku l-aspetti marbuta mas-softwer EATMN, inkluż it-tibdil kollu li jsir fuq is-softwer operattiv onlajn, u b'mod partikolari l-qtugħ jew tbiddil fil-post.

2.   L-organizzazzjoni għandha tiżgura li, bħala minimu, is-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer tipprovdi evidenza u argumenti li juru dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti kollha ta’ sigurtà tas-softwer jindikaw biċ-ċar x’inhu meħtieġ mis-softwer sabiex jintlaħqu l-għanijiet u r-rekwiżiti tas-sigurtà tas-softwer kif identifikat fil-proċess ta’ valutazzjoni tar-riskju u mitigazzjoni;

(b)

it-traċċabilità hija indirizzata fir-rigward tar-rekwiżiti kollha tas-sigurtà tas-softwer;

(ċ)

l-implimentazzjoni tas-softwer ma fiha l-ebda funzjonijiet li jaffetwaw lis-sikurezza b’mod negattiv;

(d)

is-softwer EATMN jissodisfa r-rekwiżiti tiegħu b’livell ta’ kunfidenza li huwa konsistenti ma’ kemm is-softwer huwa kritiku;

(e)

ikunu provvduti garanziji li jistabbilixxu li r-rekwiżiti ġenerali ta’ sigurtà previsti f' punti (a) sa (d) huma sodisfatti , u li l-argumenti li juru l-garanzija meħtieġa fi kwalunkwe ħin ikunu dderivati minn:

(i)

verżjoni tas-softwer li huwa magħruf li tista’ tiġi esegwita,

(ii)

firxa magħrufa ta’ dejta ta’ konfigurazzjoni, u

(iii)

sett magħruf ta’ prodotti u deskrizzjonijiet ta’ softwer, fosthom speċifikazzjonijiet, li jkunu ntużaw fil-produzzjoni ta’ dik il-verżjoni.

3.   L-organizzazzjoni għandha tagħmel il-garanziji meħtieġa disponibbli lill-awtorità nazzjonali superviżorja, li turi li r-rekwiżiti previsti fil-paragrafu 2 ikunu sodisfatti.

Artikolu 4

Rekwiżiti li japplikaw għas-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer

L-organizzazzjoni għandha tiżgura, bħala minimu, li s-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer:

(1)

tkun dokumentata, speċifikament bħala parti mid-dokumentazzjoni kumplessiva dwar il-valutazzjoni u l-mitigazzjoni tar-riskju;

(2)

talloka livelli ta’ garanzija tas-softwer għas-softwer operattiv EATMN kollu f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I;

(3)

tinkludi garanziji ta':

(a)

validità tar-rekwiżiti tas-sigurtà tas-softwer f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, Parti A;

(b)

verifika tas-softwer f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, Parti B;

(ċ)

ġestjoni tal-konfigurazzjoni tas-softwer f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, Parti Ċ;

(d)

traċċabilità tar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, Parti D;

(4)

tiddetermina kemm ikunu ġew stabbiliti b’mod strett l-istandards ta’ garanzija; l-istrettezza għandha tiġi determinata għal kull livell ta’ garanzija tas-softwer, u għandha tiżdied jekk kif tiżdied il-kritikalità tas-softwer; għal dak l-għan:

(a)

il-varjazzjoni fl-istrettezza ta’ l-garanziji skond il-livell ta’ garanzija tas-softwer jenħtieġ li jinkludu l-kriterji li ġejjin:

(i)

meħtieġa li jinkisbu b’indipendenza;

(ii)

meħtieġa li jinkisbu;

(iii)

mhux meħtieġa;

(b)

il-garanziji li jikkorrispondu għal kull livell ta’ garanzija tas-softwer jinħtieġ li jagħtu biżżejjed kunfidenza li s-softwer EATMN jista’ jiġi mħaddem b’livell tollerabbli ta’ sigurtà;

(5)

l-użu tal-feedback mill-esperjenza tas-softwer EATMN sabiex jiġi kkonfermat li s-sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer u l-livelli ta’ garanzija jkunu xierqa. Għal dan l-għan, l-effetti minn problema fl-operat jew falliment tas-softwer irrappurtata skond ir-rekwiżiti rilevanti dwar ir-rappurtar u l-valutazzjoni ta’ l-okkorrenzi tas-sigurtà għandhom jiġu vvalutati f’paragun ma’ l-effetti identifikati għas-sistema kkonċernata skond l-iskema tal-klassifkazzjoni ta' gravità stabbilita fit-Taqsima 3.2.4 ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005.

Artikolu 5

Rekwiżiti li japplikaw għat-tibdil lis-softwer u għal softwer speċifiku

1.   Għal kwalunkwe tibdil fis-softwer jew għal tipi speċifiċi ta’ softwer bħall-COTS, softwer mhux ta’ żvilupp jew softwer li kien jintuża qabel li għalih xi wħud mir-rekwiżiti ta’ l-Artikoli 3(2) (d) jew (e) jew ta’ l-Artikoli 4(2), (3), (4) jew (5) ma jistgħux jiġu applikati, l-organizzazzjoni għandha tiżgura li s-sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer tipprovdi permezz ta’ meżżi oħra magħżula u maqbula ma’ l-awtorità nazzjonali superviżorja, l-istess livell ta’ kunfidenza bħal-livell ta’ garanzija tas-softwer rilevanti kull meta jkun definit.

Dawk il-mezzi jenħtieġ li jagħtu biżżejjed kunfidenza li s-softwer jissodisfa l-għanijiet u r-rekwiżiti kollha tas-sigurtà, kif identifikati mill-proċess ta’ valutazzjoni u mitigazzjoni tar-riskju.

2.   Fil-valutazzjoni tal-mezzi msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità superviżorja nazzjonali tista’ tuża organizzazzjoni rikonoxxuta jew korp notifikat.

Artikolu 6

Emenda tar-Regolament (KE) Nru. 2096/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005, tiddaħħal it-taqsima li ġejja:

“3.2.5   Taqsima 5

Sistema ta’ garanzija tas-sigurtà tas-softwer

Fil-kuntest tat-tħaddim tas-sistema ta’ ġestjoni tas-sigurtà, fornitur tas-servizzi tat-traffiku ta’ l-ajru għandu jimplimenta sistema ta’ garanzija tas-softwer skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru tad-dokument preżenti 482/2008 tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema għall-garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (KE) Nru. 2096/2005 (*)

Artikolu 7

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009 għas-softwer il-ġdid tas-sistemi EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2).

Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010 għal kwalunkwe tibdil fis-softwer tas-sistemi EATMN imsemmija fl-Artikolu 1(2) li jkunu qed jitħaddmu sa dik id-data.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Antonio TAJANI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  ĠU L 335, 21.12.2005, p.13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1315/2007 (ĠU L 291, 9.11.2007, p.16)

(3)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 1.


ANNESS I

Rekwiżiti li japplikaw għal-livell ta’ garanzija tas-softwer imsemmi fl-Artikolu 4(2)

1.

Il-livell ta’ garanzija tas-softwer għandu jorbot l-istrettezza tal-garanziji tas-softwer ma’ kemm hu kritiku s-softwer EATMN billi tintuża l-iskema ta’ klassifikazzjoni ta’ gravità msemmija fit-Taqsima 4 tal-paragrafu 3.2.4 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005, flimkien mal-probabbiltà li jseħħu ċerti effetti negattivi. Għandhom jiġu identifikati millanqas erba' livelli ta' garanzija tas-softwer, fejn il-livell 1 ta' garanzija tas-softwer jindika l-aktar livell kritiku.

2.

Livell allokat ta’ garanzija tas-softwer għandu jkun proporzjonat ma’ l-aktar effett gravi li jista’ jiġi kkawżat minn problemi jew fallimenti tas-softwer, skond it-Taqsima 4 tal-paragrafu 3.2.4 ta’ l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2096/2005. Dan għandu jqis b’mod partikolari r-riskji assoċjati mal-problemi jew fallimenti tas-softwer u d-difiżi arkitettoniċi u/jew proċedurali li jkunu ġew identifikati.

3.

Il-komponenti tas-softwer EATMN li ma jistgħux jiġu ppruvati bħala indipendenti minn xulxin għandhom jingħataw il-livell ta’ garanzija tas-softwer ta’ l-aktar komponenti dipendenti kritiċi.


ANNESS II

Parti A:   Rekwiżiti li japplikaw għall-garanzija tal-validità tar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(a)

1.

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer għandhom jispeċifikaw l-imġiba funzjonali f’modi nominali u wkoll “downgraded”, tas-softwer EATMN, ir-rendiment f'termini ta' ħin, kapaċità, akkuratezza, użu tar-riżorsi tas-softwer fuq il-ħardwer indirizzat, robustezza għal kundizzjonijiet anormali ta' l-operat u tolleranza għal tagħbijiet żejda, kif xieraq.

2.

Ir-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer għandhom ikunu sħaħ u korretti, u konformi mar-rekwiżiti ta’ sikurezza tas-sistema.

Parti B:   Rekwiżiti li japplikaw għall-garanzija tal-verifikar tas-softwer msemmija fl-Artikolu 4(3)(b)

1.

L-imġiba funzjonali tas-softwer EATMN, ir-rendiment f'termini ta' ħin, kapaċità, akkuratezza, użu tar-riżorsi tas-softwer fuq il-ħardwer indirizzat, robustezza għal kundizzjonijiet anormali ta' l-operat u tolleranza għal tagħbijiet żejda, għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-softwer.

2.

Is-softwer EATMN għandu jkun verifikat b’mod adegwat permezz ta’ l-analiżi u/jew it-testjar u/jew mezzi ekwivalenti, kif miftiehem ma’ l-awtorità superviżorja nazzjonali.

3.

Il-verifika tas-softwer EATMN għandu jkun korrett u sħiħ.

Parti Ċ:   Rekwiżiti li japplikaw għall-garanziji tal-ġestjoni tal-konfigurazzjoni tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(ċ)

1.

L-identifikazzjoni tal-konfigurazzjoni, it-traċċabilità u l-kontabilità ta’ l-istatus għandhom ikunu tali li d-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer tista' tintwera li qiegħda taħt il-kontroll tal-konfigurazzjoni matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-softwer EATMN.

2.

Għandhom isiru rappurtar tal-problemi, traċċar u azzjonijiet korrettivi biex ikun jista’ jintwera li l-problemi marbuta mas-sikurezza assoċjati mas-softwer jkunu ġew indirizzati.

3.

Għandu jkun hemm proċeduri ta’ sejbien u ta’ rilaxx b’tali mod li d-dejta dwar iċ-ċiklu tal-ħajja tas-softwer tista' tiġi riġenerata u maħruġa matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tas-softwer EATMN.

Parti D:   Rekwiżiti li japplikaw għall-garanziji tat-traċċabilità tar-rekwiżiti tas-sikurezza tas-softwer imsemmija fl-Artikolu 4(3)(d)

1.

Kull rekwiżit tas-sikurezza tas-softwer għandu jkun traċċat sa l-istess livell ta’ disinn li fih tintwera li jkun tqies bħala sodisfaċenti.

2.

Kull rekwiżit tas-sikurezza tas-softwer, f’kull livell tad-disinn li fih tintwera li jkun tqies bħala sodisfaċenti, għandu jiġi ttraċċat għal rekwiżit ta’ sikurezza tas-sistema.


31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 483/2008

tat-30 ta' Mejju 2008

li jintroduċi ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta' l-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO), Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP), Chodské pivo (IĠP))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità ma' l-Artikolu 6(2), l-ewwel inċiż, u b'applikazzjoni ta' l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-applikazzjoni tal-Polonja biex tirreġistra l-isem “Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich”, l-applikazzjoni tal-Greċja biex tirreġistra l-isem “Σταφίδα Ζακύνθου” (Stafida Zakynthou) u l-applikazzjoni tar-Repubblika Ċeka biex tirreġistra l-isem “Chodské pivo” ġew ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (2).

(2)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, dawn id-denominazzjonijiet għandhom ikunu rreġistrati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjonijiet imsemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan huma rreġistrati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 417/2008 tal-Kummissjoni (ĠU L 125, 9.5.2008, p. 27).

(2)  ĠU C 179, 1.8.2007, p. 15 (Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich), ĠU C 179, 1.8.2007, p. 19 (Σταφίδα Ζακύνθου (“Stafida Zakynthou”)), ĠU C 184, 7.8.2007, p. 19 (Chodské pivo).


ANNESS

1.

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat

Klassi 1.4.   Prodotti oħra magħmulin mill-annimali (bajd, għasel, prodotti tal-ħalib ħlief butir, eċċ)

IL-POLONJA

Miód wrzosowy z Borów Dolnośląskich (IĠP)

Klassi 1.6.   Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

IL-GREĊJA

Σταφίδα Ζακύνθου (Stafida Zakynthou) (DPO)

2.

Oġġetti ta' l-ikel imsemmija fl-Anness I għar-Regolament

Klassi 2.1.   Birer

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

Chodské pivo (IĠP)


31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/13


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 484/2008

tat-30 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali applikabbli mill-1 ta’ Ġunju 2008

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċereali (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tal-kunsill fir-rigward ta' dazji fuq l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002, ex 1005 minbarra ż-żrieragħ ibridi, u ex 1007 minbarra l-ibridu għaż-żrigħ, id-dazju ta' l-importazzjoni huwa daqs il-prezz ta' l-intervent li jgħodd għal dawn il-prodotti fil-waqt ta' l-importazzjoni, biż-żieda ta' 55 % u bit-tnaqqis tal-prezz ta' l-importazzjoni CIF applikabbli għall-kunsenja kkunċernata. Madankollu, dan id-dazju ma jistax jaqbeż ir-rata ta' dazji fit-Tariffa Doganali Komuni.

(2)

L-Artikolu 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 jipprovdi li, għall-finijiet tal-kalkolu tad-dazju għall-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu msemmi, għall-prodotti msemmija hawn fuq kull tant żmien jiġu stabbiliti prezzijiet rappreżentattivi CIF għall-importazzjoni.

(3)

L-artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 ippreċiża kif jinħadem il-kalkolu tad-dazji ta' l-importazzjoni tal-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NK 1001 10 00, 1001 90 91, ex 1001 90 99 (qamħ ta' kwalità għolja), 1002 00, 1005 10 90, 1005 90 00 u 1007 00 90, Dan huwa l-prezz rappreżentattiv ta' l-importazzjoni CIF tal-ġurnata stabbilita skond il-metodu pprovdut fl-Artikolu 4 ta' l-imsemmi regolament.

(4)

Huwa xieraq li d-dazji ta' l-importazzjoni japplikaw għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2008 u għandhom japplikaw sa meta jiġu stabbiliti u jidħlu fis-seħħ dazji ta' l-importazzjoni ġodda.

(5)

Madankollu, skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2008 ta’ l-20 ta' Diċembru 2007 li jdaħħal sospensjoni temporanja tad-dazji ta’ l-importazzjoni ta’ ċerti ċereali għas-sena tas-suq 2007/2008 (3), l-applikazzjoni ta’ ċerti dazji stabbiliti minn dan ir-Regolament hija sospiża,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mill-1 ta’ Ġunju 2008 d-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 huma stipulati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament fuq il-bażi ta' l-informazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil Brussel, 30 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 735/2007 (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 6). Ir-Regolament (KE) Nru 1784/2003 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996 p. 125. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1816/2005 (ĠU L 292, 8.11.2005, p. 5).

(3)  ĠU L 1, 4.1.2008, p. 1.


ANNESS I

Dazji fuq l-importazzjoni ta' prodotti msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 applikabbli ta' l-1 ta' Ġunju 2008

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju ta' l-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00  (*)

ta' kwalità medja

0,00  (*)

ta' kwalità baxxa

0,00  (*)

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00  (*)

1002 00 00

SEGALA

0,00  (*)

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

0,00

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

0,00  (*)

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

0,00  (*)


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.

(*)  Skond ir-Regolament (KE) Nru 1/2008, l-applikazzjoni ta’ dan id-dazju hija sospiża.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

15.5.2008-29.5.2008

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (*)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (**)

Qamħ iebes kwalità baxxa (***)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

256,08

149,57

Prezz FOB USA

325,14

315,14

295,14

156,80

Tariffa fuq il-Golf

4,24

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

28,69

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

51,23  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

58,10  EUR/t


(*)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(**)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(***)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta' Mejju 2008

li temenda d-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċertu reġjun amministrattiv fl-Italja huwa uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina u li ċerti reġjuni amministrattivi tal-Polonja huma uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi bovina enżootika

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1876)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/404/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tipprovdi li Stat Membru jew parti minn Stat Membru jista' jiġi ddikjarat bħala uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi bovina u mill-lewkożi bovina enżootika rigward merħliet bovini suġġett għall-konformità ma’ ċerti kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

(2)

Il-listi tar-reġjuni ta’ l-Istati Membri ddikjarati ħielsa mit-tuberkulożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina huma stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enżootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (2).

(3)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċji kollha tar-Reġjun tal-Veneto sabiex dan ir-reġjun jista' jitqies reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' l-Italja.

(4)

Wara valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dan ir-reġjun ta' l-Italja għandu jiġi rikonoxxut bħala reġjun uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi bovina ta' dan l-Istat Membru.

(5)

Il-Polonja ressqet ukoll dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li turi konformità mal-kondizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward żewġ reġjuni amministrattivi (powiaty) fi ħdan l-unità amministrattiva superjuri (Voivodship) ta' Małopolskie, sabiex dawn ir-reġjuni jkunu jistgħu jitqiesu bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina tal-Polonja.

(6)

Wara l-valutazzjoni ta' din id-dokumentazzjoni, dawn ir-reġjuni (powiaty) tal-Polonja għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina ta' dan l-Istat Membru.

(7)

Id-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skond l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/729/KE (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 26).

(2)  ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/234/KE (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 58).


ANNESS

L-Annessi I u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“KAPITOLU 2

Reġjuni ta’ l-Istati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

Fl-Italja:

Ir-Reġjun ta’ l-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Ir-Reġjun ta’ l-Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lombardia: Il-Provinċji ta’ Bergamo, Como, Lecco, Sondrio,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno,

Ir-Reġjun tal-Piemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli,

Ir-Reġjun tat-Toscana: Il-Provinċji ta’ Grossetto, Livorno, Lucca, Prato, Pisa, Pistoia, Siena,

Ir-Reġjun tat-Trentino-Alto Aldige: Il-Provinċji ta’ Bolzano, Trento,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

Fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness III, it-tieni paragrafu li jikkonċerna l-Polonja jinbidel b'dan li ġej:

“Fil-Polonja:

Voivodship Dolnośląskie

Powiaty:

Bolesławiecki, Dzierżoniowski, Głogowski, Górowski, Jaworski, Jeleniogórski, Jelenia Góra, Kamiennogórski, Kłodzki, Legnicki, Legnica, Lubański, Lubiński, Lwówecki, Milicki, Oleśnicki, Oławski, Polkowicki, Strzeliński, Średzki, Świdnicki, Trzebnicki, Wałbrzyski, Wałbrzych, Wołowski, Wrocławski, Wrocław, Ząbkowicki, Zgorzelecki, Złotoryjski.

Voivodship Lubelskie

Powiaty:

Bialski, Biała Podlaska, Biłgorajski, Chełmski, Chełm, Hrubieszowski, Janowski, Krasnostawski, Kraśnicki, Lubartowski, Lubelski, Lublin, Łęczyński, Łukowski, Opolski, Parczewski, Puławski, Radzyński, Rycki, Świdnicki, Tomaszowski, Włodawski, Zamojski, Zamość.

Voivodship Kujawsko-Pomorskie

Powiaty:

Aleksandrowski, Chełmiński, Golubsko-Dobrzyński, Grudziądzki, Grudziądz, Toruński, Toruń, Wąbrzeski.

Voivodship Łódzkie

Powiaty:

Bełchatowski, Brzeziński, Kutnowski, Łaski, Łęczycki, Łowicki, Łódzki, Łódź, Opoczyński, Pabianicki, Pajęczański, Piotrkowski, Piotrków Trybunalski, Poddębicki, Radomszczański, Rawski, Sieradzki, Skierniewicki, Skierniewice, Tomaszowski, Wieluński, Wieruszowski, Zduńskowolski, Zgierski.

Voivodship Małopolskie

Powiaty:

Brzeski, Bocheński, Chrzanowski, Dąbrowski, Gorlicki, Krakowski, Kraków, Limanowski, Miechowski, Myślenicki, Nowosądecki, Nowotarski, Nowy Sącz, Oświęcimski, Olkuski, Proszowicki, Suski Tarnowski, Tarnów, Tatrzański, Wadowicki, Wielicki.

Voivodship Opolskie

Powiaty:

Brzeski, Głubczycki, Kędzierzyńsko-Kozielski, Kluczborski, Krapkowicki, Namysłowski, Nyski, Oleski, Opolski, Opole, Prudnicki, Strzelecki.

Voivodship Podkarpackie

Powiaty:

Bieszczadzki, Brzozowski, Jasielski, Krośnieński, Krosno, Leski, Leżajski, Łańcucki, Rzeszowski, Rzeszów, Sanocki, Strzyżowski.

Voivodship Śląskie

Powiaty:

Będziński, Bielski, Bielsko Biała, Bytom, Chorzów, Cieszyński, Częstochowski, Częstochowa, Dąbrowa, Gliwicki, Gliwice, Jastrzębie Zdrój, Jaworzno, Katowice, Kłobucki, Lubliniecki, Mikołowski, Mysłowice, Myszkowski, Piekary Śląskie, Pszczyński, Raciborski, Ruda Śląska, Rybnicki, Rybnik, Siemianowice, Sosnowiec, Świętochłowice, Tarnogórski, Tychy, Tyski, Wodzisławski, Zabrze, Zawierciański, Żory, Żywiecki.

Voivodship Świętokrzyskie

Powiaty:

Buski, Jędrzejowski, Kazimierski, Kielecki, Kielce, Konecki, Opatowski, Ostrowiecki, Pińczowski, Sandomierski, Skarżyski, Starachowicki, Staszowski, Włoszczowski.

Voivodship Wielkopolskie

Powiaty:

Jarociński, Kaliski, Kalisz, Kępiński, Kolski, Koniński, Konin, Krotoszyński, Ostrzeszowski, Słupecki, Turecki, Wrzesiński.”


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Kummissjoni

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/20


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta' Mejju 2008

dwar il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi 2-nitrotoluene u 2,4-dinitrotoluene

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2233)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/405/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93 is-sustanzi li ġejjin kienu identifikati bħala sustanzi ta’ prijorità li jeħtieġu valutazzjoni skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2364/2000 tal-25 ta' Ottubru 2000 fir-rigward tar-raba’ lista ta’ sustanzi ta’ prijorità kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 (2):

2-nitrotoluene,

2,4-dinitrotoluene.

(2)

L-Istat Membru rapporteur skond dawk ir-Regolamenti lesta l-attivitajiet tal-valutazzjoni ta’ riskju fir-rigward tal-bniedem u l-ambjent għal dawk is-sustanzi, skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 tat-28 ta’ Ġunju 1994 li jistipula l-prinċipji għal studju dwar ir-riskji lill-bniedem u l-ambjent ta’ materjali eżistenti (3) u ssuġġerixxa strateġija biex ir-riskji jkunu limitati skond ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93.

(3)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar ir-Riskji għas-Saħħa u għall-Ambjent (SCHER) ġie kkonsultat u ħareġ opinjonijiet dwar l-valutazzjonijiet ta’ riskju li saru mir-rapporteurs. L-opinjonijiet ġew ippubblikati fuq il-websajt tal-Kumitat Xjentifiku.

(4)

Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u aktar riżultati ta’ l-istrateġiji biex ikunu limitati r-riskji huma stipulati fil-Komunikazzjoni korrispondenti tal-Kummissjoni (4).

(5)

Skond il-bażi ta’ dik il-valutazzjoni, huwa xieraq li jkunu rakkomandati ċerti miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għal ċerti sustanzi. Għas-sustanzi li mhumiex speċifikament elenkati, m’hemmx rakkomandazzjonijiet għad-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni.

(6)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju rakkomandati għall-ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati fi ħdan il-qafas tal-leġislazzjoni għall-protezzjoni tal-ħaddiema, li hu meqjus li jipprovdi qafas xieraq biex ikunu limitati r-riskji tas-sustanzi rilevanti safejn meħtieġ.

(7)

Il-miżuri għat-tnaqqis tar-riskju li għalihom tipprovdi din ir-rakkomandazzjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat li twaqqaf skond l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KEE) Nru 793/93,

B’DAN TIRRAKKOMANDA:

TAQSIMA 1

2,4-DINITROTOLUENE

(CAS NRU 121-14-2; EINECS NRU 204-450-0)

IL-MIŻURI GĦAT-TNAQQIS TAR-RISKJU GĦAL-AMBJENT (1, 2, 3)

1.

L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati, fil-permessi maħruġa skond id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), għandhom jistabbilixxu kundizzjonijiet, valuri ta’ limiti għall-emissjonijiet jew parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi dwar it-2,4-dinitrotoluene sabiex joperaw skond l-Aħjar Metodi Disponibbli (minn hawn ’il quddiem “BAT”), waqt li jikkunsidraw il-karatteristiċi tekniċi ta’ l-istallazzjonijiet ikkonċernati, il-pożizzjonijiet ġeografiċi u l-kundizzjonijiet ambjentali lokali tagħhom.

2.

L-Istati Membri għandhom jezaminaw bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-BAT rigward it-2,4-dinitrotoluene u jirrapurtaw kwalunkwe żvilupp importanti lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ l-iskambju ta’ l-informazzjoni dwar il-BAT.

3.

L-emissjonijiet lokali fl-ambjent akkwatiku u permezz ta’ l-emissjonijiet fl-ajru tat-2,4-DNT għandhom, fejn neċessarju, ikunu kkontrollati minn regoli nazzjonali biex jiżguraw li ma jkun mistenni l-ebda riskju għall-ambjent.

TAQSIMA 2

DESTINATARJI

4.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lis-setturi kollha li jimpurtaw, jipproduċu, jittrasportaw, jaħżnu, jifformulaw fi preparazzjoni jew ipproċessar ieħor, jużaw, jarmu jew jirkurpraw is-sustanzi u lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 28 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 84, 5.4.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  ĠU L 273, 26.10.2000, p. 5.

(3)  ĠU L 161, 29.6.1994, p. 3.

(4)  ĠU C 134, 31.5.2008, p. 4.

(5)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.


Corrigendum

31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/22


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni

( Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 396, 30.12.2006, p. 1 )

(Verżjoni rettifikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 136, 29.5.2007, p. 3 )

Ir-referenzi li ġejjin huma għall-publikazzjoni fil-ĠU L 136, 29.5.2007, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1354/2007 (ĠU L 304, 22.11.2007, p. 1)

Paġna 21, Artikolu 3(20)(c):

Flok:

“(ċ)

tqiegħdet fis-suq tal-Komunità, jew ta' pajjiżi li aderew ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mill-manifattur jew mill-importatur u ġiet ikkunsidrata bħala li kienet notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE iżda li ma tikkonformax mad-definizzjoni ta' polymer kif stabbilit f'dan ir-Regolament, bil-kondizzjoni li l-manifattur jew l-importatur ikollu evidenza dokumentata dwar dan;”

Aqra:

“(ċ)

tqiegħdet fis-suq fil-Komunità, jew fil-pajjiżi li ssieħbu ma' l-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Jannar 1995, jew fl-1 ta' Mejju 2004 jew fl-1 ta' Jannar 2007, mill-manifattur jew l-importatur fi kwalunkwe żmien bejn it-18 ta' Settembru 1981 u l-31 ta' Ottubru 1993 inklussivi, u qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament kienet meqjusa bħala notifikata skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 67/548/KEE fil-verżjoni ta' l-Artikolu 8(1) li tirriżulta mill-emenda magħmula mid-Direttiva 79/831/KEE, iżda ma tissodisfax id-definizzjoni ta' polimeru kif disposta f'dan ir-Regolament, sakemm il-manifattur jew l-importatur ikollu prova dokumentata ta' dan.”


31.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 141/22


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 268, ta' l-24 ta' Settembru 1991 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Volum 12, p. 58)

Paġna 60, Artikolu 7(3), it-tieni sub-paragrafu

Flok:

“B’mod partikolari, l-informazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni mogħtija permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, trid tispeċifika jekk:”

Aqra:

“B’mod partikolari, l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-post ta’ destinazzjoni mogħtija permezz tas-sistema ta’ skambjar ta’ informazzjoni li għaliha jiddisponi l-Artikolu 20 tad-Direttiva 90/425/KEE, trid tispeċifika jekk:”