ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
28 ta' Mejju 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 459/2008 tas-27 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 460/2008 tas-27 ta’ Mejju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ

3

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/392/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' April 2008 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni fuq tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u fuq l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1656)  ( 1 )

12

 

 

2008/393/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2008 skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’Jersey (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1746)  ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

28.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 459/2008

tas-27 ta’ Mejju 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-28 ta’ Mejju 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tas-27 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

84,4

MK

62,7

TN

105,3

TR

82,8

ZZ

83,8

0707 00 05

JO

162,5

TR

136,6

ZZ

149,6

0709 90 70

TR

106,4

ZZ

106,4

0805 10 20

EG

36,7

IL

65,9

MA

51,2

MX

62,0

TN

55,0

TR

72,1

US

57,7

ZZ

57,2

0805 50 10

AR

132,6

TR

163,7

US

151,8

ZA

115,0

ZZ

140,8

0808 10 80

AR

89,8

BR

85,7

CA

78,7

CL

91,3

CN

81,7

MK

65,0

NZ

105,7

US

102,7

UY

93,6

ZA

78,5

ZZ

87,3

0809 20 95

TR

541,3

US

571,5

ZZ

556,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


28.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 460/2008

tas-27 ta’ Mejju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 85/2004 li jistabbilixxi l-kriterji ta’ klassifika tas-suq għat-tuffieħ

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħxejjex u li jemenda d-Direttivi 2001/112/KE u 2001/113/KE u r-Regolamenti (KEE) Nru 827/68, (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 2826/2000, (KE) Nru 1782/2003 u (KE) Nru 318/2006 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2202/96 (1), u partikolarment l-Artikolu 42(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 85/2004 (2) jipprovdi b’mod partikolari għal tnaqqis fid-daqs minimu mill-1 ta’ Ġunju 2008 sabiex ikun hemm konsistenza ma’ l-istandard għat-tuffieħ UNECE-FFV-50 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti. Madankollu, dak l-istandard ġie emendat u d-dispożizzjonijiet dwar id-daqs għandhom jiġu aġġornati skond dan.

(2)

Sabiex ikun evitat kwalunkwe konflitt mal-liġi kummerċjali, kull referenza għall-ismijiet kummerċjali għandha titħassar mil-lista tal-varjetajiet ta’ tuffieħ stipulata fl-Appendiċi għall-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004.

(3)

Jeħtieġ ukoll li l-lista tal-varjetajiet tiġi riveduta, sabiex tiffaċilita l-ispezzjonijiet. B’riżultat ta’ dan, irid jiżdied is-sinonimu “Renetta del Canada” għall-varjetà “Reinette blanche du Canada” u l-varjetà ta’ tuffieħ “Zarja Alatau” trid tkun inkluża fl-istess lista.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 85/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(5)

Il-miżuri pprovduti b'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1

(2)  ĠU L 13, 20.1.2004, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament 1238/2005 (ĠU L 200, 30.7.2005, p. 22.


ANNESS

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 85/2004 hu emendat kif ġej:

(1)

Il-punt III jinbidel b'dan li ġej:

“III.   DISPOŻIZZJONIJIET DWAR ID-DAQS

Id-daqs jiġi stabbilit jew skond id-dijametru massimu tat-taqsima ekwatorjali jew inkella skond il-piż.

Għall-varjetajiet kollha u għall-klassijiet kollha d-daqs minimu huwa 60 mm, jekk mkejjel skond id-dijametru jew 90 g, jekk jitkejjel skond il-piż. Frott ta’ daqsijiet iżgħar jista’ jkun aċċettat, jekk il-livell Brix tal-prodott huwa akbar minn jew indaqs għal 10.5° Brix u d-daqs mhuwiex iżgħar minn 50 mm jew 70 g.

Biex żgur ikun hemm uniformità ta’ daqs fil-kaxxa ta’ l-ippakkjar:

(a)

għal frott li jkun tkejjel skond id-dijametru, id-differenza fid-dijametru bejn il-frott li jkun hemm fl-istess kaxxa għandha tkun limitata għal:

5 mm għall-frott tal-Klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassijiet I u II ippakkjat f'ringieli u f’safef. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet Bramley’s Seedling (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tkun sa 10 mm, u

10 mm għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ. Madankollu, għat-tuffieħ tal-varjetajiet (Bramley, Triomphe de Kiel) u Horneburger, id-differenza fid-dijametru tista’ tkun sa 20 mm, jew

(b)

għall-frott li jkun tkejjel skond it-toqol, id-differenza fit-toqol bejn il-frott fl-istess pakkett għandha tkun limitata għal:

20 % tat-toqol medju tal-frotta individwali fil-pakkett, għall-frott tal-klassi ‘Extra’ u għall-frott tal-Klassi I u II li jkun ippakkjat f'ringieli u saffi, u

25 % tat-toqol medju tal-frotta individwali fil-pakkett għall-frott tal-Klassi I ippakkjat sfuż fil-pakketti jew fil-pakketti għall-bejgħ.

Ma hemmx rekwiżiti għal uniformità fid-daqslimitazzj għal frott tal-Klassi II ippakkjat sfuż fil-pakkett jew f'pakketti għall-bejgħ.”

(2)

Fl-Appendiċi, il-punt 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

4.   Il-lista mhix eżawrenti tal-varjetajiet ta’ tuffieħ ikklassifikati skond il-kriterji tal-kulur, tal-ħmurija samranija u tad-daqs:

Il-frott ta’ varjetajiet li ma jiffurmawx parti mil-lista għandhom ikunu kklassifikati skond il-karatteristiċi varjetali tagħhom.

Varjetajiet

Sinonimi

Grupp tal-kulur

Ħmurija samranija

Daqs

African Red

 

B

 

 

Akane

Tohoku 3

B

 

 

Alborz Seedling

 

C

 

 

Aldas

 

B

 

L

Alice

 

B

 

 

Alkmene

Early Windsor

C

 

 

Alwa

 

B

 

 

Angold

 

C

 

L

Apollo

Beauty of Blackmoor

C

 

L

Arkcharm

Arkansas No 18, A 18

C

 

L

Arlet

 

B

R

 

Aroma

 

C

 

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Aroma, pereżempju Aroma Amorosa

 

B

 

 

Auksis

 

B

 

 

Belfort

Pella

B

 

 

Belle de Boskoop u mutanti

 

D

R

L

Belle fleur double

 

D

 

L

Berlepsch

Freiherr von Berlepsch

C

 

 

Berlepsch rouge

Red Berlepsch, Roter Berlepsch

B

 

 

Blushed Golden

 

 

 

L

Bohemia

 

B

 

L

Boskoop rouge

Red Boskoop, Roter Boskoop

B

R

L

Braeburn

 

B

 

L

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Braeburn, pereżempju:

 

Hidala

 

Joburn

 

Lochbuie Red Braeburn

 

Mahana Red

 

Mariri Red

 

Redfield

 

Royal Braeburn

 

A

 

L

Bramley's Seedling

Bramley, Triomphe de Kiel

D

 

L

Brettacher Sämling

 

D

 

L

Calville (grupp ta’…)

 

D

 

L

Cardinal

 

B

 

 

Carola

Kalco

C

 

L

Caudle

 

B

 

 

Charden

 

D

 

L

Charles Ross

 

D

 

L

Civni

 

B

 

 

Coromandel Red

Corodel

A

 

 

Cortland

 

B

 

L

Cox's orange pippin u mutanti

Cox Orange

C

R

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Cox's Orange Pippin, pereżempju:

Cherry Cox

 

B

R

 

Crimson Bramley

 

D

 

L

Cripps Pink

 

C

 

 

Cripps Red

 

C (*)

 

 

Dalinbel

 

B

 

 

Delblush

 

D

 

L

Delcorf u mutanti, pereżempju:

 

Dalili

 

Monidel

 

C

 

L

Delgollune

 

B

 

L

Delicious ordinaire

Ordinary Delicious

B

 

 

Deljeni

 

D

 

L

Delikates

 

B

 

 

Delor

 

C

 

L

Discovery

 

C

 

 

Dunn's Seedling

 

D

R

 

Dykmanns Zoet

 

C

 

 

Egremont Russet

 

D

R

 

Elan

 

D

 

L

Elise

Red Delight

A

 

L

Ellison's orange

Ellison

C

 

L

Elstar u mutanti, pereżempju:

 

Daliter

 

Elshof

 

Elstar Armhold

 

Elstar Reinhardt

 

C

 

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Elstar, pereżempju:

 

Bel-El

 

Daliest

 

Goedhof

 

Red Elstar

 

Valstar

 

B

 

 

Empire

 

A

 

 

Falstaff

 

C

 

 

Fiesta

Red Pippin

C

 

 

Florina

 

B

 

L

Fortune

 

D

R

 

Fuji u mutanti

 

B

 

L

Gala

 

C

 

 

Mutanti ta’ kulur aħmar ta’ Gala, pereżempju:

 

Annaglo

 

Baigent

 

Galaxy

 

Mitchgla

 

Obrogala

 

Regala

 

Regal Prince

 

Tenroy

 

A

 

 

Garcia

 

D

 

L

Gloster

 

B

 

L

Goldbohemia

 

D

 

L

Golden Delicious u mutanti

 

D

 

L

Golden Russet

 

D

R

 

Goldrush

Coop 38

D

 

L

Goldstar

 

D

 

L

Gradigold

 

D

 

L

Granny Smith

 

D

 

L

Gravenstein rouge

Red Gravenstein, Roter Gravensteiner

B

 

L

Gravensteiner

Gravenstein

D

 

L

Greensleeves

 

D

 

L

Holsteiner Cox u mutanti

Holstein

D

R

 

Holstein rouge

Red Holstein, Roter Holsteiner Cox

C

R

 

Honeycrisp

 

C

 

L

Honeygold

 

D

 

L

Horneburger

 

D

 

L

Howgate Wonder

Manga

D

 

L

Idared

 

B

 

L

Ingrid Marie

 

B

R

 

Isbranica

Izbranica

C

 

 

Jacob Fisher

 

D

 

L

Jacques Lebel

 

D

 

L

Jamba

 

C

 

L

James Grieve u mutanti

 

D

 

L

James Grieve rouge

Red James Grieve

B

 

L

Jarka

 

C

 

L

Jerseymac

 

B

 

 

Jester

 

D

 

L

Jonagold (**) u mutanti, pereżempju:

 

C

 

L

Crowngold

 

 

Daligo

 

 

Daliguy

Jonasty

 

Dalijean

Jonamel

 

Jonagold 2000

Excel

 

Jonabel

 

 

Jonabres

 

 

King Jonagold

 

 

New Jonagold

Fukushima

 

Novajo

Veulemanns

 

Schneica

 

 

Wilmuta

 

 

Jonagored u mutanti, pereżempju:

 

A

 

L

Decosta

 

 

Jomured

Van de Poel

 

Jonagold Boerekamp

 

 

Jomar

 

 

Jonagored Supra

 

 

Jonaveld

 

 

Primo

 

 

Romagold

Surkijn

 

Rubinstar

 

 

Red Jonaprince

 

 

Jonalord

 

C

 

 

Jonathan

 

B

 

 

Julia

 

B

 

 

Jupiter

 

D

 

L

Karmijn de Sonnaville

 

C

R

L

Katy

Katja

B

 

 

Kent

 

D

R

 

Kidd's orange red

 

C

R

 

Kim

 

B

 

 

Koit

 

C

 

L

Krameri Tuvioun

 

B

 

 

Kukikovskoje

 

B

 

 

Lady Williams

 

B

 

L

Lane's Prince Albert

 

D

 

L

Laxton's Superb

Laxtons Superb

C

R

 

Ligol

 

B

 

L

Lobo

 

B

 

 

Lodel

 

A

 

 

Lord Lambourne

 

C

 

 

Maigold

 

B

 

 

Mc Intosh

 

B

 

 

Meelis

 

B

 

L

Melba

 

B

 

 

Melodie

 

B

 

L

Melrose

 

C

 

L

Meridian

 

C

 

 

Moonglo

 

C

 

 

Morgenduft

Imperatore

B

 

L

Mountain Cove

 

D

 

L

Mutsu

 

D

 

L

Normanda

 

C

 

L

Nueva Europa

 

C

 

 

Nueva Orleans

 

B

 

L

Odin

 

B

 

 

Ontario

 

B

 

L

Orlovskoje Polosatoje

 

C

 

 

Ozark Gold

 

D

 

L

Paula Red

 

B

 

 

Pero de Cirio

 

D

 

L

Piglos

 

B

 

L

Pikant

 

B

 

L

Pikkolo

 

C

 

 

Pilot

 

C

 

 

Pimona

 

C

 

 

Pinova

 

C

 

 

Pirella

 

B

 

L

Piros

 

C

 

L

Rafzubex

 

A

 

 

Rafzubin

 

C

 

 

Rajka

 

B

 

 

Rambour d'hiver

 

D

 

L

Rambour Franc

 

B

 

 

Reanda

 

B

 

L

Rebella

 

C

 

L

Red Delicious u mutanti, pereżempju:

 

Camspur

 

Erovan

 

Evasni

 

Flatrar

 

Fortuna Delicious

 

Otago

 

Red King

 

Red Spur

 

Red York

 

Richared

 

Royal Red

 

Sandidge

 

Shotwell Delicious

 

Stark Delicious

 

Starking

 

Starkrimson

 

Starkspur

 

Topred

 

Trumdor

 

Well Spur

 

A

 

L

Red Dougherty

 

A

 

 

Red Rome

 

A

 

 

Redkroft

 

A

 

 

Regal

 

A

 

 

Regina

 

B

 

L

Reglindis

 

C

 

L

Reine des Reinettes

Goldparmäne, Gold Parmoné

C

 

 

Reineta Encarnada

 

B

 

 

Reinette Rouge du Canada

 

B

 

L

Reinette d'Orléans

 

D

 

L

Reinette Blanche du Canada

Reinette du Canada, Canada Blanc, Kanadarenette, Renetta del Canada

D

R

L

Reinette de France

 

D

 

L

Reinette de Landsberg

 

D

 

L

Reinette grise du Canada

Graue Kanadarenette

D

R

L

Relinda

 

C

 

 

Remo

 

B

 

 

Renora

 

B

 

L

Resi

 

B

 

 

Resista

 

D

 

L

Retina

 

B

 

L

Rewena

 

B

 

L

Roja de Benejama

Verruga, Roja del Valle, Clavelina

A

 

 

Rome Beauty

Belle de Rome, Rome

B

 

 

Rosana

Berner Rosenapfel

B

 

L

Royal Beaut

 

A

 

L

Rubin

 

C

 

L

Rubinola

 

B

 

L

Sciearly

 

A

 

 

Scifresh

 

B

 

 

Sciglo

 

A

 

 

Sciray

GS48

A

 

 

Scired

 

A

R

 

Sciros

 

A

 

L

Selena

 

B

 

L

Shampion

 

B

 

L

Sidrunkollane Talioun

 

D

 

L

Sinap Orlovskij

Orlovski Sinap

D

 

L

Snygold

Earlygold

D

 

L

Sommerregent

 

C

 

 

Spartan

 

A

 

 

Splendour

 

A

 

 

St. Edmunds Pippin

 

D

R

 

Stark's Earliest

 

C

 

 

Štaris

Staris

A

 

 

Sturmer Pippin

 

D

R

 

Sügisdessert

 

C

 

L

Sügisjoonik

 

C

 

L

Summerred

 

B

 

 

Sunrise

 

A

 

 

Sunset

 

D

R

 

Suntan

 

D

R

L

Sweet Caroline

 

C

 

L

Talvenauding

 

B

 

 

Tellisaare

 

B

 

 

Tiina

 

B

 

L

Topaz

 

B

 

 

Tydeman's Early Worcester

Tydeman's Early

B

 

L

Veteran

 

B

 

 

Vista Bella

Bellavista

B

 

 

Wealthy

 

B

 

 

Worcester Pearmain

 

B

 

 

York

 

B

 

 

Zarja Alatau

Zarya Alatau

D

 

 


(*)  Talanqas 20 % ħmura fil-Klassi I u fil-Klassi II.

(**)  Madankollu, għall-varjetà Jonagold, talanqas 1/10 tal-wiċċ tal-frott fil-klassi II irid ikun bl-istrixxi ta’ kulur aħmar.”


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kummissjoni

28.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta' April 2008

li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni fuq tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u fuq l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1656)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/392/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali għall-annimali ta’ l-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u partikolarment l-Artikolu 59(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistipula r-rekwiżiti ta’ saħħa li jridu jiġu applikati għat-tqegħid fis-suq, l-importazzjoni u l-ġarr ta’ annimali ta’ l-akkwakultura u prodotti tagħhom, u miżuri preventivi minimi intiżi li jkabbru l-kuxjenza u jippreparaw lill-awtoritajiet kompetenti, lill-operaturi tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u oħrajn relatati ma’ din l-industrija, għall-mard f’annimali ta’ l-akkwakultura.

(2)

Sabiex tissaħħaħ il-prevenzjoni ta’ preżenza u tixrid tal-mard imniżżel fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE, l-informazzjoni fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, speċjalment fuq l-ispeċi miżmuma u l-istat ta’ saħħithom, għandha ssir disponibbli elettronikament mill-Istati Membri.

(3)

Id-data bħalissa hi disponibbli għall-pubbliku fir-reġistri miżmuma mill-Istati Membri skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-interoperabbiltà tas-sistemi ta' l-informazzjoni u l-użu tal-proċeduri b'mezzi elettroniċi bejn l-Istati Membri, u sabiex tiġi żgurata trasparenza u ċarezza, huwa importanti li l-informazzjoni fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar tiġi ppreżentata b'mod uniformi madwar il-Komunità. Paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet hija, teknikament, l-iktar soluzzjoni fattibbli, minħabba li tiżgura aċċess faċli għal informazzjoni bħal din u ma tinvolvix wisq riżorsi. Għaldaqstant, irid jitfassal mudell ta’ kif se tkun imqassma din il-paġna ta' informazzjoni fuq l-Internet.

(5)

L-Anness II tad-Direttiva 2006/88/KE jistabbilixxi l-informazzjoni li jeħtieġ tidher fir-reġistru tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u ta’ l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar. Minħabba li l-għan tal-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet hu li tiffaċilita l-interoperabbiltà ta’ l-informazzjoni rilevanti mniżżla fir-reġistri tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura stabbilita mill-Istati Membri, il-websajt mhux bilfors għandha tinkludi dik l-informazzjoni kollha. Madankollu għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li hi rilevanti biex jiġu identifikati kwalunkwe restrizzjonijiet fil-kummerċ ikkawżati mill-istat differenti ta’ saħħa.

(6)

Id-Direttiva 2006/88/KE tistpula li, permezz ta’ deroga mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni mniżżel f’dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu biss ir-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti ta’ stallazzjonijiet oħra minbarra n-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura fejn l-annimali akkwatiċi jinżammu mingħajr il-ħsieb li jitqiegħdu fis-suq, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li jaqdu lill-konsumaturi lokali.

(7)

Ir-riskju ta’ tixrid tal-mard ta’ annimali akkwatiċi li jġibu magħhom l-istallazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li, permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/88/KE, huma reġistrati mill-awtorità kompetenti, ivarja skond in-natura, il-karatteristiċi u l-lokazzjoni tagħhom. L-Istati Membri, għalhekk, għandhom jiddeċiedu dwar sa liema punt għandha tiġi inkluża fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet l-informazzjoni dwar l-istallazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura.

(8)

Minħabba li għandu jingħata żmien biżżejjed lill-Istati Membri biex jikkompletaw il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet bl-informazzjoni rilevanti fuq in-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, għandu jiġi stipulat li l-informazzjoni trid tkun disponibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2009.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-suġġett u l-ambitu

1.   Din id-Deċiżjoni tistipula regoli fir-rigward ta’ paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet li għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri biex tagħmel disponibbli, permezz ta’ mezzi elettroniċi, informazzjoni fuq negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u fuq l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar, skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għall-installazzjonijiet, iż-żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u n-negozji tal-produzzjoni ta' l-akkwakultura li permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/88/KE huma reġistrati mill-awtorità kompetenti bi qbil ma’ l-Artikolu 4(4) ta’ dik id-Direttiva, skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet

1.   L-Istati Membri jridu jistabbilixxu paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet (“il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet” biex tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti ta’ l-akkwakultura jew dwar iż-żoni ta’ kultivazzjoni tal-molluski tan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura u l-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li huma awtorizzati bi qbil ma’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu, każ b’każ, dwar liema installazzjonijiet, żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment, u negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li hemm referenza għalihom f’Artikolu 1(2), għandhom ikunu mniżżla fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet, filwaqt li jqisu r-riskju ta’ tixrid ta’ mard ta’ annimali akkwatiċi li jirriżulta minn operazzjonijiet ta’ installazzjonijiet, industriji u negozji bħal dawn, skond in-natura, il-karatteristiċi u l-lokazzjoni tagħhom.

2.   Il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandha titfassal mill-Istati Membri b’konformità mal-mudelli stipulati fl-Annessi li ġejjin:

(a)

L-Anness I għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-ħut;

(b)

L-Anness II għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-molluski;

(ċ)

L-Anness III għan-negozji tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura li jikkultivaw il-krustaċji;

(d)

L-Anness IV għall-istabbilimenti awtorizzati ta’ l-ipproċessar li joqtlu l-annimali ta’ l-akkwakultura għal raġunijiet ta’ kontroll ta’ mard, li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2006/88/KE.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet aġġornata sabiex din tkun tikkorrispondi ma’ l-informazzjoni inkluża fir-reġistru li jinżamm skond l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2006/88/KE.

Il-bidliet fl-istat ta’ saħħa għandhom jiddaħħlu fil-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet appena l-istat ta’ saħħa reġistrat jinbidel.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-indirizz ta’ l-Internet tal-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet lill-Kummissjoni.

Artikolu 3

Id-data ta' l-applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2008.

Madankollu, il-paġna ta’ informazzjoni fuq l-Internet għandha tiġi kompletata bl-informazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2(2) u fl-Annessi I sa IV sa mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju 2009.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 30 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.


ANNESS I

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-ĦUT

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(a))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment 1

Stabbiliment 2

1.

Negozju tal-Produzzjoni ta’ l-Akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Settiċemija emoraġika virali

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.4.

Anemija tas-salamun infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Settiċemija emoraġika virali

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.4.

Anemija tas-salamun infettiva

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut

(għal kull stabbiliment) (2)

5.1.1.

Settiċemija emoraġika virali

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.1.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

5.1.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.3.4.

Oħrajn

5.1.4.

Anemija tas-salamun infettiva

5.1.4.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.4.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.4.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.4.4.

Oħrajn

5.1.5.

Nekrosi infettiva tal-pankreas (3)

5.1.5.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.5.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.5.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.5.4.

Oħrajn

5.1.6.

Gyrodactylus salaris  (3)

5.1.6.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.6.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.6.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.6.4.

Oħrajn

5.1.7.

Mard ta’ bacteria fil-kliewi (3)

5.1.7.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.7.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.7.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.7.4.

Oħrajn

5.1.8.

Mard ieħor (4)

5.1.8.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.8.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.8.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.8.4.

Oħrajn

5.2.1.

Settiċemija emoraġika virali

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Nekrosi ematopojetika infettiva

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

5.2.3.

Virus ta' l-erpete tal-Koi

5.2.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.3.4.

Oħrajn

5.2.4.

Anemija tas-salamun infettiva

5.2.4.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.4.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.4.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.4.4.

Oħrajn

5.2.5.

Nekrosi infettuża tal-pankreas (3)

5.2.5.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.5.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.5.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.5.4.

Oħrajn

5.2.6.

Gyrodactylus salaris  (3)

5.2.6.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.6.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.6.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.6.4.

Oħrajn

5.2.7.

Mard ta’ bacteria fil-kliewi (3)

5.2.7.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.7.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.7.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.7.4.

Oħrajn

5.2.8.

Mard ieħor (4)

5.2.8.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.8.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.8.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.8.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment

(għal kull stabbiliment) (5)

6.1.1.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma baħar

6.1.2.

Vaski ta’ l-ilma baħar

6.1.3.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma baħar

6.1.4.

B’sistema magħluqa fl-ilma baħar (riċirkolazzjoni)

6.1.5.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma ħelu

6.1.6.

Vaski ta’ l-ilma ħelu

6.1.7.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.1.8.

B’sistema magħluqa fl-ilma ħelu (riċirkolazzjoni)

6.1.9.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.10.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.11.

Oħrajn

6.2.1.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma baħar

6.2.2.

Vaski ta’ l-ilma baħar

6.2.3.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.2.4.

B’sistema magħluqa fl-ilma baħar (riċirkolazzjoni)

6.2.5.

Gaġeġ/mgħalqa/pens ta' l-ilma ħelu

6.2.6.

Vaski ta’ l-ilma ħelu

6.2.7.

Tankijiet/korsi ta’ l-ilma ħelu

6.2.8.

B’sistema magħluqa fl-ilma ħelu (riċirkolazzjoni)

6.2.9.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.10.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.11.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment

(għal kull stabbiliment) (5)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Stokk riproduttiv

7.1.4.

Tkabbir għall-konsum uman

7.1.5.

Żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment

7.1.6.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Stokk riproduttiv

7.2.4.

Tkabbir għall-konsum uman

7.2.5.

Żoni tas-sajd riġenerati artifiċjalment

7.2.6.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk l-organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla fl-Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbilimenti jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti mniżżla fl-Anness I jew II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/453/KE (ĠU L 156, 30.4.2004, p. 5) fir-rigward ta’ dik il-marda.

(4)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(5)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS II

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-MOLLUSKI

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(b))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni 1

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni 2

1.

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

Stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Marteillia refringens

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.1.2.

Bonamia ostrea

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Marteillia refringens

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.2.

Bonamia ostrea

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut (2)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

5.1.1.

Marteillia refringens

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Bonamia ostrea

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.1.3.

Mard ieħor (3)

5.1.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.3.4.

Oħrajn

5.2.1.

Marteillia refringens

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Bonamia ostrea

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

5.2.3.

Mard ieħor (3)

5.2.3.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.3.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.3.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.3.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni (4)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

6.1.1.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema miftuħa

6.1.2.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema magħluqa (riċirkolazzjoni)

6.1.3.

Ċentru ta’ dispaċċ, ċentru ta’ purifikazzjoni

6.1.4.

Żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

6.1.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.7.

Oħrajn

6.2.1.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema miftuħa

6.2.2.

L-istabbiliment tal-molluski b’sistema magħluqa

6.2.3.

Ċentru ta’ dispaċċ, ċentru ta’ purifikazzjoni

6.2.4.

Żona tal-kultivazzjoni tal-molluski

6.2.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.7.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment jew taż-żona tal-kultivazzjoni (4)

(għal kull stabbiliment jew żona tal-kultivazzjoni, skond il-każ)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Tkabbir

7.1.4.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Tkabbir

7.2.4.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla f'Anness IV tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbiliment jew iż-żona ta’ kultivazzjoni jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS III

MUDELL GĦAN-NEGOZJI TAL-PRODUZZJONI TA’ L-AKKWAKULTURA LI JIKKULTIVAW IL-KRUSTAĊJI

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(c))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

Stabbiliment 1

Stabbiliment 2

1.

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

1.1.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.1.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

1.2.1.

Isem:

In-negozju tal-produzzjoni ta’ l-akkwakultura

L-istabbiliment

1.2.2.

L-indirizz u l-lokazzjoni ta’ l-istabbiliment

2.

In-numru ta' reġistrazzjoni

(għal kull stabbiliment)

2.1.

 

2.2.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

(għal kull stabbiliment)

3.1.

 

3.2.

 

4.

L-ispeċi kkultivati (1)

(għal kull stabbiliment u b’relazzjoni mas-suxxettabbiltà tiegħu għal ċertu mard)

4.1.1.

Il-marda tal-white spot

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

4.2.1.

Il-marda tal-white spot

LE preżenza ta’ speċi suxxettibbli jew ta’ organiżmi li jġorru l-marda

IVA preżenza ta’ speċi suxxettibbli

IVA preżenza ta’ speċi ta’ organiżmi li jġorru l-marda

5.

L-istat ta’ saħħa rikonoxxut

(għal kull stabbiliment) (2)

5.1.1.

Il-marda tal-white spot

5.1.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.1.4.

Oħrajn

5.1.2.

Mard ieħor (3)

5.1.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.1.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.1.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.1.2.4.

Oħrajn

5.2.1.

Il-marda tal-white spot

5.2.1.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.1.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.1.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.1.4.

Oħrajn

5.2.2.

Mard ieħor (3)

5.2.2.1.

Iddikjarat bħala ħieles mill-mard

5.2.2.2.

Taħt programm ta’ sorveljanza

5.2.2.3.

Ma jirriżultax li huwa infettat

5.2.2.4.

Oħrajn

6.

Tip ta’ stabbiliment (4)

(għal kull stabbiliment)

6.1.1.

Laguna/magħlaq/gaġeġ

6.1.2.

Vaski fuq l-art

6.1.3.

Tankijiet/korsi

6.1.4.

B’sistema magħluqa fuq l-art (riċirkolazzjoni)

6.1.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.1.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.1.7.

Oħrajn

6.2.1.

Laguna/magħlaq/gaġeġ

6.2.2.

Vaski fuq l-art

6.2.3.

Tankijiet/korsi

6.2.4.

B’sistema magħluqa fuq l-art (riċirkolazzjoni)

6.2.5.

Faċilità ta’ riċerka

6.2.6.

Faċilità ta’ kwarantina

6.2.7.

Oħrajn

7.

Produzzjoni ta’ l-istabbiliment (4)

(għal kull stabbiliment)

7.1.1.

Mafqas

7.1.2.

Nursery

7.1.3.

Tkabbir

7.1.4.

Oħrajn

7.2.1.

Mafqas

7.2.2.

Nursery

7.2.3.

Tkabbir

7.2.4.

Oħrajn


(1)  Speċi li huma suxxettibbli u dawk organiżmi li jġorru l-marda huma mniżżla f'Anness IV tad-Direttiva 2006/88/KE.

(2)  Uża l-kaxxa “oħrajn” jekk l-istabbilimenti jaqgħu taħt programm ta’ eradikazzjoni jew taħt miżuri ta’ kontroll skond it-taqsimiet 3, 4, 5 jew 6 tal-Kapitolu V tad-Direttiva 2006/88/KE.

(3)  Applikabbli biss għall-Istati Membri, iż-żoni u l-kompartimenti b’miżuri approvati bi qbil ma’ l-Artikolu 43 tad-Direttiva 2006/88/KE.

(4)  Jistgħu jiġu ttikkjati żewġ kaxex jew aktar.


ANNESS IV

MUDELL GĦALL-ISTABBILIMENTI AWTORIZZATI TA’ L-IPPROĊESSAR LI JOQTLU L-ANNIMALI TA’ L-AKKWAKULTURA GĦAL RAĠUNIJIET TA’ KONTROLL TA’ MARD, LI HEMM REFERENZA GĦALIHOM FL-ARTIKOLU 4(2) TAD-DIRETTIVA 2006/88/KE.

(IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2(2)(d))

Informazzjoni skond l-Artikolu 59 tad-Direttiva 2006/88/KE

Informazzjoni

 

1.

L-istabbiliment ta' l-ipproċessar

1.1.1.

Isem

1.1.2.

Indirizz jew lokazzjoni

2.

In-numru tar-reġistrazzjoni

2.1.

 

3.

Il-pożizzjoni ġeografika u s-sistema tal-koordinati

3.1.

 

4.

L-ispeċi pproċessati

4.1.1.

Ħut

4.1.2.

Molluski

4.1.3.

Krustaċji

5.

Tip ta’ sistema ta’ tferrigħ ta’ ilma

 


28.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 138/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Mejju 2008

skond id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f’Jersey

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1746)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/393/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data  (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(6) tagħha,

Wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Protezzjoni ta’ l-Individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-data personali (2),

Billi:

(1)

Skond id-Direttiva 95/46/KE, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz isir biss jekk il-pajjiż terz ikkonċernat jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni u kif ukoll jekk qabel ma jsir it-trasferiment tintlaħaq konformità mal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra tad-Direttiva.

(2)

Il-Kummissjoni tista’ tikkonkludi li pajjiż terz jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. F’dak il-kaz, tista’ tiġi trasferita data personali mill-Istati Membri mingħajr ma jkunu meħtieġa garanziji addizzjonali.

(3)

Skond id-Direttiva 95/46/KE il-livell ta’ protezzjoni tad-data għandu jkun evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha li jikkonċernaw operazzjoni ta’ trasferiment ta’ data jew grupp ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti elementi importanti għat-trasferiment u elenkati fl-Artikolu 25(2) tagħha.

(4)

Minħabba d-diversi approċċi li pajjiżi terzi għandhom fir-rigward tat-trasferiment tad-data, l-evalwazzjoni ta’ l-adegwatezza għandha titwettaq, u kwalunkwe deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE għandha ssir u tkun infurzata, b’mod li ma toħloqx diskriminazzjoni arbitrarja jew mingħajr ġustifikazzjoni kontra jew bejn pajjiżi terzi li fihom ikun hemm kundizzjonijiet simili, u lanqas ma sservi ta’ ostaklu moħbi għall-kummerċ, filwaqt li tingħata kunsiderazzjoni għall-impenji internazzjonali preżenti tal-Komunità.

(5)

Il-Bailiwick ta’ Jersey hija waħda mid-dipendenzi tal-Kuruna Brittanika (mingħajr ma hi parti mir-Renju Unit u lanqas kolonja) li tgawdi indipendenza totali, ħlief għar-relazzjonijiet internazzjonali u d-difiża li huma r-responsabbiltà tal-Gvern tar-Renju Unit. Għaldaqstant il-Bailiwick ta’ Jersey għandha tkun ikkunsidrata bħala pajjiż terz skond it-tifsira tad-Direttiva 95/46/KE.

(6)

B’effett mill-1951 u l-1987 rispettivament, ir-ratifika tar-Renju Unit tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Konvenzjoni tal-Kunsill ta’ l-Ewropa dwar il-Protezzjoni ta’ l-Individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar awtomatiku tad-data personali (Konvenzjoni Nru 108) ġew estiżi għall-Bailiwick ta’ Jersey.

(7)

Fir-rigward tal-Bailiwick ta’ Jersey, l-istandards legali dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-biċċa l-kbira bbażati fuq l-istandards stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE ġew stipulati fid-Data Protection (Jersey) Law 1987, li daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Novembru 1987 u żewġ liġijiet anċillari, id-Data Protection (Amendment) (Jersey) Law 2005, u d-Data Protection (Jersey) Law 2005 (Appointed Day) Act 2005.

(8)

Ġiet adottata wkoll leġiżlazzjoni sekondarja taħt l-awtorità tad-Data Protection (Jersey) Law, fl-2005, li tistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kwistjonijiet bħall-aċċess tas-suġġett, l-ipproċessar ta’ data sensittiva u n-notifikar ta’ l-awtorità dwar il-protezzjoni tad-data  (3).

(9)

L-istandards legali applikabbli f’Jersey jkopru l-prinċipji bażiċi neċessarji għal livell adegwat ta’ protezzjoni għal persuni naturali. L-applikazzjoni ta’ dawn l-istandards hija garantita b’rimedji ġudizzjarji u b’superviżjoni indipendenti magħmula mill-awtorità, il-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data, li huwa vestit b’poteri ta’ investigazzjoni u b’poter li jintervjeni.

(10)

Għaldaqstant Jersey għandha tiġi kkunsidrata li toffri livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali, li ssir referenza għalih fid-Direttiva 95/46/KE.

(11)

Fl-interess tat-trasparenza u sabiex tiġi mħarsa l-abilità ta’ l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri sabiex jiggarantixxu l-protezzjoni tad-data ta’ l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-data personali tagħhom, huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-kundizzjonijiet eċċezzjonali fejn tkun ġustifikata s-sospensjoni ta’ trażmissjoni speċifika ta’ data minkejja li jinstab li jkun hemm protezzjoni adegwata.

(12)

Il-miżuri miktuba f’din id-Deċiżjoni huma konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 95/46/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta’ l-Artikolu 25(2) tad-Direttiva 95/46/KE, il-Bailiwick ta’ Jersey għandha tiġi kkunsidrata li toffri livell adegwat ta’ protezzjoni għad-data personali trasferita mill-Komunità.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-livell adegwat ta’ protezzjoni pprovdut f’Jersey bil-għan li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 25(1) tad-Direttiva 95/46/KE u ma taffettwax kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet oħra li jimplimentaw dispożizzjonijiet oħra ta’ dik id-Direttiva li jappartjenu għall-ipproċessar tad-data personali fi ħdan l-Istati Membri.

Artikolu 3

1.   Bla ħsara għall-poteri tagħhom li jieħdu azzjoni sabiex jassiguraw konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond dispożizzjonijiet oħrajn għajr l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jistgħu jeżerċitaw il-poteri eżistenti tagħhom li jissospendu t-trasferiment ta’ data lil riċevent f’Jersey sabiex jiġu protetti l-individwi fejn jidħol l-ipproċessar tad-data personali tagħhom fil-każijiet segwenti:

(a)

Fejn awtorità kompetenti ta’ Jersey tkun ikkonkludiet li riċevent ikun fi ksur ta’ l-istandards applikabbli ta’ protezzjoni; jew

(b)

fejn ikun hemm probabbiltà sostanzjali li l-istandards tal-protezzjoni qed jiġu miksura, ikun hemm raġunijiet biżżejjed biex wieħed jaħseb illi l-awtorità kompetenti ta’ Jersey mhux qed tieħu, jew mhix se tieħu l-passi li huma xierqa u fil-ħin sabiex issolvi l-każ ikkonċernat, it-tkomplija tat-trasferiment tkun toħloq periklu imminenti ta’ ħsara kbira għas-suġġetti tad-data u l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jkunu għamlu dak kollu li hu xieraq sabiex jinnotifikaw lill-parti responsabbli għall-ipproċessar stabbilita f’Jersey u taw ċans biżżejjed għal risposta.

2.   Is-sospensjoni għandha tieqaf hekk kif l-istandards ta’ protezzjoni jkunu assigurati u l-awtorità kompetenti ta’ l-Istati Membri kkonċernati tkun notifikata b’dan.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr l-ebda dewmien meta jiġu adottati miżuri bbażati fuq l-Artikolu 3.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin bil-każijiet fejn l-azzjoni tal-korpi responsabbli li jassiguraw il-konformità ma’ l-istandards ta’ protezzjoni f’Jersey tonqos milli tassigura din il-konformità.

3.   Jekk l-informazzjoni miġbura taħt l-Artikolu 3 u taħt il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu tipprovdi xiehda lil xi korp responsabbli li jassigura l-konformità ma’ l-istandards ta’ protezzjoni f’Jersey mhux qed iwettaq ir-rwol tiegħu b’mod effettiv, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kompetenti f’Jersey u, jekk ikun meħtieġ, tippreżenta abbozzi ta’ miżuri skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 31(2) tad-Direttiva 95/46/KE bil-għan li titħassar jew tiġi sospiża din id-Deċiżjoni jew tiġi limitata l-applikabilità tagħha.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-funzjonament ta’ din id-Deċiżjoni u tirrapporta kull konklużjoni relevanti lill-Kumitat imwaqqaf taħt l-Artikolu 31 tad-Direttiva 95/46/KE, inkluża kull evidenza li tista’ taffettwa l-konklużjoni fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, li l-protezzjoni f’Jersey hija adegwata skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 25 tad-Direttiva 95/46/KE u kull evidenza li din id-Deċiżjoni qed tiġi implimentata b’mod diskriminatorju.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Deċiżjoni fi żmien erba’ xhur mid-data tan-notifika tagħha.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 8 ta’ Mejju 2008.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Id-Direttiva emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(2)  Opinjoni 8/2007 dwar il-livell ta’ protezzjoni tad-data personali f’Jersey, adottata mill-Grupp ta’ Ħidma nhar id-9 ta’ Ottubru 2007, li tinsab hawn: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/workinggroup/wpdocs/2007_en.htm

(3)  Dawn huma d-Data Protection (Corporate Finance Exemption) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Credit Reference Agency) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Fair Processing) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (International Co-operation) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Notification) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Sensitive Personal Data) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Subject Access Exemptions) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Subject Access Miscellaneous) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Subject Access Modification – (Education) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Subject Access Modification – (Health) (Jersey) Regulations 2005, id-Data Protection (Subject Access Modification – (Social Work) (Jersey) Regulations 2005, u d-Data Protection (Transfer in Substantial Public Interest) (Jersey) Regulations 2005.