ISSN 1725-5104

Il-Ġurnal Uffiċjali

ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 51
24 ta' April 2008


Werrej

 

I   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 362/2008 ta' l-14 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati relattivament għall-privazzjoni materjali ( 1 )

1

 

 

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 363/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 364/2008 tat-23 ta' April 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri.

14

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 365/2008 tat-23 ta' April 2008 li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 ( 1 )

22

 

 

II   Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

Kunsill

 

 

2008/325/KE, Euratom

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' April 2008 dwar il-ħatra ta’ membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

25

 

 

Kummissjoni

 

 

2008/326/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' April 2008 li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi

26

 

 

2008/327/KE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ April 2008 li tidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/923/KE dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2006 u l-2007 biex ikopri n-nefqa mġarrba mill-Portugall bl-iskop li jiġġieled il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1444)

29

 

 

FTEHIM

 

 

Kunsill

 

*

Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta’ l-esportazzjoni

31

 

 

Corrigendum

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 83/190/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 dwar l-Addattamenti għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sedil tax-xufier tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija ( ĠU L 109, 26.4.1983 ; MT Edizzjoni Speċjali 2004 Kapitolu 13 Volum 007)

32

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja

REGOLAMENTI

24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 362/2008

ta' l-14 ta' April 2008

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista ta’ l-2009 tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati relattivament għall-privazzjoni materjali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien, li jinkorpora data rappreżentattiva u lonġitudinali, komparabbli u fil-ħin dwar l-introjtu u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali fil-livelli nazzjonali u ta' l-Unjoni Ewropea.

(2)

Skond l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, huma meħtieġa miżuri implimentattivi għal-lista ta' żoni u fatturi varjabbli sekondarji mmirati li għandhom jiġu inklużi kull sena fil-komponent rappreżentattiv ta' l-UE-SILC. Għas-sena 2009, għandha tiġi stabbilita l-lista tal-fatturi varjabbli sekondarji mmirati inkluża fil-modulu dwar il-privazzjoni materjali. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dispożizzjoni tal-kodiċijiet u d-definizzjonijiet varjabbli.

(3)

Il-Kumitat tal-Programm Statistiku ma tax opinjoni favorevoli. F'dan il-każ, konformement mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tippreżenta lill-Kunsill proposta dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu u għandha tinforma lill-Parlament Ewropew,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista ta' fatturi varjabbli sekondarji fil-mira, il-kodiċijiet varjabbli u d-definizzjonijiet għall-modulu ta' l-2009 dwar il-privazzjoni materjali li għandhom jiġu inklużi fil-komponent rappreżentattiv ta' l-istatistika Komunitarji dwar id-dħul u l-kondizzjonijiet ta' l-għajxien (UE-SILC), għandhom ikunu kif stabbilit fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw l-unitajiet, il-metodi tal-ġbir ta' data, il-perijodi ta' referenza u d-definizzjonijiet li ġejjin.

1.   UNITAJIET

Il-fatturi varjabbli fil-mira jirrelataw ma’ tliet tipi differenti ta’ unitajiet.

Il-fatturi varjabbli relatati mad-djar, l-ambjent, l-istress finanzjarju u l-prodotti li jservu għal tul ta’ żmien (ħlief il-pussess tat-telefon ċellulari) huma mitluba fil-livell tal-membri fid-dar u jirriferu għall-membri kollha fid-dar b'mod ġenerali.

Għandha tingħata informazzjoni dwar il-pussess ta' telefon ċellulari, ħtiġijiet bażiċi, ħtiġijiet mhux sodisfatti kif ukoll attivitajiet ta’ divertiment u soċjali fil-kategorija “oġġetti ta' l-adulti” għal kull membru attwali fid-dar jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha magħżulin biex iwieġbu, li għandhom minn 16-il sena 'l fuq.

L-oġġetti tat-tfal jirrelataw mal-membri kollha fid-dar li għandhom inqas minn 16-il sena biex ikun hemm konformità mal-ġbir ta' data ddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1177/2003.

Il-mistoqsijiet għandhom jitwieġbu minn min iwieġeb fid-dar għall-grupp kollu ta' tfal taħt is-16-il sena. Jekk mill-inqas wild wieħed ma jkollux l-oġġett konċernat, jitqies li l-grupp kollu ta’ tfal fid-dar ma għandux dak l-oġġett.

2.   METODI TA' ĠBIR TA' DATA

Għal fatturi varjabbli mitluba fil-livell tal-membri fid-dar (taqsima 1 fil-lista hawn taħt ), il-metodu ta’ ġbir ta’ data hu intervista personali mal-membru fid-dar li jwieġeb.

Għal fatturi varjabbli mitluba f'livell individwali (taqsima 2 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta’ ġbir ta’ data hu intervista personali mal-membri attwali fid-dar li għandhom 16-il sena u iżjed jew, jekk applikabbli, ma' kull wieħed magħżul biex iwieġeb.

Għal fatturi varjabbli tat-tfal (it-taqsima 3 fil-lista hawn taħt), il-metodu ta’ ġbir ta’ data hu intervista personali mal-membru fid-dar li jwieġeb.

Minħabba l-karatteristiċi ta' l-informazzjoni li għandha tinġabar, huma permessi intervisti personali biss (intervisti bil-prokura jkunu eċċezzjoni għall-persuni li jkunu nieqsa temporanjament jew ikunu inkapaċitati).

3.   PERIJODI TA' REFERENZA

Il-perijodu ta’ referenza għall-fatturi varjabbli kollha fil-mira hi s-sitwazzjoni attwali, ħlief għal żewġ fatturi varjabbli f'każ li l-membri fid-dar jkunu mistennija jibdlu d-dar, fejn ir-referenza ssir għas-sitt xhur li jkun imiss, u l-fatturi varjabbli dwar il-ħtiġijiet mhux sodisfatti u dwar visti għand tobba ġenerali u speċjalisti, li jirriferu għall-aħħar tnax-il xahar.

4.   DEFINIZZJONIJIET

(1)   Oġġetti tad-dar

(a)

Bidla tad-dar:

il-perijodu ta' referenza huwa “s-sitt xhur li jkun imiss”. Jekk l-abitanti tad-dar ikollhom il-ħsieb li jbiddlu darhom għal diversi raġunijiet matul il-perijodu ta' referenza, għandha tingħata r-raġuni prinċipali.

żgumbrament/sekwestru: mġiegħlin jitilqu għal raġunijiet legali.

diffikultajiet finanzjarji: problemi biex titħallas il-kera/l-ipoteka.

raġunijiet relatati mal-familja: bidla fl-istatus maritali/ta' sħubija, biex tistabbilixxi dar proprja, biex issegwi l-imsieħeb/imsieħba/ġenituri, biex tikseb faċilitajiet ta' skola jew ta' kura aħjar għat-tfal jew għal dipendenti oħrajn.

raġunijiet relatati ma' l-impjieg: bidu ta' xogħol ġdid jew trasferiment ta' xogħol eżistenti, biex tfittex xogħol jew għax spiċċajt bla xogħol, biex tkun eqreb għax-xogħol/ikun aktar faċli li tivvjaġġa, irtirar.

raġunijiet oħrajn: raġunijiet relatati mad-dar (xewqa li tibdel l-akkomodazzjoni jew l-istatus tal-pussess tad-dar, tkun trid dar/appartament ġdid jew aħjar, tkun qed tfittex żona abitabbli aħjar/b'inqas kriminalità), raġunijiet relatati ma' l-istudji (tkun qed tattendi jew tħalli l-kulleġġ/l-università), raġunijiet ta' saħħa u oħrajn.

(b)

Nuqqas ta’ spazju: il-fattur varjabbli jirriferi għall-opinjoni/perċezzjoni ta' min iwieġeb dwar in-nuqqas ta’ spazju fid-dar.

(2)   Oġġetti ambjentali

(a)

Aċċessibbiltà: din hija relatata mas-servizzi użati mill-membri fid-dar fir-rigward tal-kondizzjonijiet finanzjarji, fiżiċi, tekniċi u tas-saħħa. L-aċċessibilità tas-servizzi għandha tkun ivvalutata f'termini ta' aċċess fiżiku u tekniku, u s-sigħat tal-ftuħ, iżda mhux f'termini ta' kwalità, prezz u aspetti simili. Konsegwentement, l-aċċess għandu jirriferi għal realità oġġettiva u fiżika. M'għandux ikun ibbażat fuq sentiment suġġettiv.

L-aċċess għandu jiġi determinat f'relazzjoni mas-servizzi użati verament mill-membri fid-dar. L-aċċess fiżiku għandu jiġi vvalutat f'termini ta' distanza iżda wkoll ta' infrastruttura u tagħmir per eżempju għal dawk li jwieġbu u jkollhom diżabbiltà fiżika.

Is-servizzi pprovduti d-dar għandhom jiġu kkunsidrati wkoll, jekk dawn jintużaw verament fid-dar. L-aċċessibbiltà għalhekk għandha tiġi evalwata irrispettivament mill-mod(i) li bih(om) il-membri fid-dar jużaw is-servizz.

Min iwieġeb għandu jagħti tweġiba għall-membri fid-dar b'mod ġenerali. Jekk dak li jwieġeb ma jużax servizz iżda membru/i ieħor/oħra fid-dar jużawh, huwa għandu jivvaluta l-aċċessibbiltà skond dan/dawn il-membru/i l-oħrajn fid-dar.

(b)

Trasport pubbliku: xarabank, metro, tramm u trasport simili.

(c)

Servizzi postali jew bankarji: biex tibgħat u tirċievi posta ordinarja u ta' pakketti, tiġbed flus, titrasferixxi flus u tħallas kontijiet. Jista' jiġi kunsidrat ukoll l-aċċess tekniku. L-aċċessibbiltà f'termini ta' servizzi bankarji bit-telefon u bil-kompjuter għandha tkun ukoll parti mill-valutazzjoni, jekk dawn il-metodi jintużaw verament mill-membri fid-dar. L-aċċessibbiltà għandha tiġi evalwata skond il-faċilità/id-diffikultà tat-trasferiment u l-ġbid ta' flus, kemm jekk dan isir bis-servizzi bankarji bit-telefon u bil-kompjuter kif ukoll jekk dan isir f'bank jew f'uffiċċju postali.

(3)   Oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien

Il-pussess ta’ oġġetti li jservu għal tul ta’ żmien jirriferi għall-aċċess tal-prodott jew servizz speċifiku għall-użu privat tal-membri fid-dar. Dan jista’ jinkera jew ikun kondiviż. Jekk il-prodott ikun kondiviż, għandu jkun faċli u adegwat għall-ħtiġijiet tal-membri fid-dar.

(4)   Ħtiġijiet bażiċi

(a)

Żraben: dan il-kunċett għandu jinftiehem fis-sens wiesa'. Jista' jinkludi boots, sandlijiet, eċċ. skond il-kondizzjonijiet klimatiċi tal-pajjiż konċernat.

5.   IT-TRASMISSJONI TA' DATA LILL-EUROSTAT

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar “il-privazzjoni materjali” għandhom jintbagħtu lill-EUROSTAT fil-fajl tad-data tal-membri fid-djar (H) u fil-fajl tad-data personali (P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

OQSMA U LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Modulu 2009

Privazzjoni materjali

Isem tal-fattur varjabbli

Kodiċi

Fattur varjabbli fil-mira

1.   

Mistoqsijiet dwar oġġetti tad-dar magħmulin fil-livell tal-membri fid-dar

1.1.   

Id-djar fil-livell tal-membri fid-dar

HD010

 

Post fejn tgħix b’ilma sħun kurrenti

1

Iva

2

Le

HD010_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

HD020

 

Stennija tal-membri fid-dar li jibdlu d-dar

1

Iva

2

Le

HD020_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

HD025

 

Raġuni ewlenija għall-istennija tal-bidla tad-dar

1

Il-membri fid-dar ser jiġu mġiegħlin jitilqu, peress li ingħata/ser jingħata avviż mill-proprjetarju mat-terminazzjoni tal-kuntratt

2

Il-membri fid-dar ser jiġu mġiegħlin jitilqu, peress li ingħata/ser jingħata avviż mill-proprjetarju fin-nuqqas ta’ kuntratt formali

3

Il-membri fid-dar ser jiġu mġiegħlin jitilqu minħabba żgumbrament jew sekwestru

4

Il-membri fid-dar ser jiġu mġiegħlin jitilqu minħabba diffikultajiet finanzjarji

5

Il-membri fid-dar ser jitilqu għal raġuni relatata mal-familja

6

Il-membri fid-dar ser jitilqu għal raġuni relatata ma’ l-impjieg

7

Il-membri fid-dar ser jitilqu għal xi raġuni oħra

HD025_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (HD020=2)

HD030

 

Nuqqas ta’ spazju fid-dar

1

Iva

2

Le

HD030_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

FAKULTATTIV: Id-djar fil-livell tal-membri fid-dar

HD035

 

Id-daqs tad-dar f'metri kwadri

0-999

Metri kwadri

HD035_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

1.2.   

L-ambjent fil-livell tal-membri fid-dar

HD040

 

Skart ma’ l-art fiż-żona abitata

1

Spiss ħafna

2

Spiss

3

Ġieli

4

Rari jew qatt

HD040_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

HD050

 

Tagħmir pubbliku mkisser (waqfiet tax-xarabank, pilastri tal-fanali, bankini eċċ.) fil-viċinanza

1

Spiss ħafna

2

Spiss

3

Ġieli

4

Rari jew qatt

HD050_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

HD060

 

Aċċessibilità tat-trasport pubbliku

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċli

4

Faċli ħafna

HD060_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (trasport pubbliku mhux użat mill-membri fid-dar)

HD070

 

Aċċessibilità tas-servizzi postali jew bankarji

1

B’diffikultà kbira

2

B’xi diffikultà

3

Faċli

4

Faċli ħafna

HD070_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (servizzi mhux użati mill-membri fid-dar)

1.3.   

Stress finanzjarju fil-livell tal-membri fid-dar

HD080

 

Bdil ta' għamara mgħarrqa

1

Iva

2

Le, għaliex il-membri fid-dar m'għandhomx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD080_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

1.4.   

Oġġetti li jservu għal tul ta' żmien fil-livell tal-membri fid-dar

HD090

 

Konnessjoni ta’ l-Internet

1

Iva

2

Le, għaliex il-membri fid-dar m'għandhomx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD090_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

2.   

Mistoqsijiet dwar oġġetti magħmulin fil-livell individwali

2.1.   

Oġġetti li jservu għal tul ta' żmien fil-livell individwali

PD010

 

Telefon ċellulari

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD010_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

2.2.   

Ħtiġijiet bażiċi fil-livell individwali

PD020

 

Bdil ta' ħwejjeġ mgħarrqa b'xi ħwejjeġ ġodda (mhux ħwejjeġ diġà użati minn ħaddieħor)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD020_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

PD030

 

Żewġ pari ta’ żraben li jiġuk sew (inkluż par żarbun għal kull tip ta’ temp)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD030_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

2.3.   

Ħtiġijiet mhux sodisfatti fil-livell individwali

PD040

 

Visti għand tobba tal-familja u speċjalisti, bl-esklużjoni ta' visti għand dentisti jew oftalmologi, matul l-aħħar 12-il xahar

1

Xejn

2

darba jew darbtejn

3

3-5 darbiet

4

6-9 darbiet

5

10 darbiet jew aktar

PD040_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

2.4.   

Attivitajiet ta’ divertiment u soċjali fil-livell individwali

PD050

 

Ġabra mal-ħbieb/familja (qraba) għal xarba/ikla mill-inqas darba f’xahar

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD050_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

PD060

 

Parteċipazzjoni regolari f’attività ta’ divertiment bħall-isport, iċ-ċinema, kunċert

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD060_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

PD070

 

Infiq ta' ammont żgħir ta’ flus kull ġimgħa għalik innifsek

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

PD070_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-3

Mhux min hu magħżul biex iwieġeb

3.   

Mistoqsijiet dwar oġġetti tat-tfal magħmulin fil-livell tal-membri fid-dar

3.1.   

Ħtiġijiet bażiċi għat-tfal kollha fid-dar

HD100

 

Xi ħwejjeġ ġodda (mhux ħwejjeġ li diġà ntużaw minn ħaddieħor)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD100_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD110

 

Żewġ pari żraben li jiġuk sew (inkluż par żarbun għal kull tip ta’ temp)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD110_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD120

 

Frott u ħaxix frisk darba kuljum

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD120_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD130

 

Tliet ikliet kuljum

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD130_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD140

 

Ikla bil-laħam, tiġieġ jew ħut (jew ekwivalent veġetarjan) għall-inqas kuljum

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD140_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

3.2.   

Ħtiġijiet edukattivi jew ta’ divertiment għat-tfal kollha fid-dar

HD150

 

Kotba fid-dar addattati għall-età tagħhom

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD150_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD160

 

Tagħmir ta’ divertiment għal barra (rota, skejz bir-roti, eċċ.)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD160_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD170

 

Logħob ta' ġewwa (ġugarelli edukattivi għat-trabi, blokki għall-bini, logħob fuq bords, logħob fuq il-kompjuter, eċċ.)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD170_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD180

 

Attività ta’ divertiment regolari (għawm, daqq ta’ strument, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, eċċ.)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD180_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD190

 

Ċelebrazzjonijiet f'okkażjonijiet speċjali (għeluq is-snin, ġranet tal-qaddis ta’ l-isem, avvenimenti reliġjużi, eċċ.)

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD190_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD200

 

Tistieden minn żmien għal żmien lil ħbieb għandek biex tilgħab u tiekol magħhom

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD200_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD210

 

Tieħu sehem f’ħarġiet ta’ l-iskola u f’avvenimenti skolastiċi li jiswew il-flus

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD210_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena li jmur l-iskola)

HD220

 

Post xieraq biex tistudja jew tagħmel ix-xogħol skolastiku d-dar

1

Iva

2

Le

HD220_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena li jmur l-iskola)

HD230

 

Spazju barra fiż-żona abitata, fejn it-tfal jistgħu jilagħbu fis-sigurtà

1

Iva

2

Le

HD230_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

FAKULTATTIV: 3.2. Ħtiġijiet edukattivi jew ta’ divertiment għat-tfal kollha fid-dar

HD240

 

Tagħmel vakanza mill-inqas ġimgħa waħda f’sena

1

Iva

2

Le, għax m'għandekx biżżejjed flus

3

Le, għal xi raġuni oħra

HD240_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

FAKULTATTIV: 3.3. Ħtiġijiet medikali għat-tfal kollha fid-dar

HD250

 

Ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ tabib ġenerali jew speċjalista

1

Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda

2

Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni

HD250_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD255

 

Raġuni prinċipali għal ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ tabib jew speċjalista

1

Ma kellekx biżżejjed flus (għali wisq)

2

Lista ta’ stennija

3

Ma kellekx il-ħin minħabba x-xogħol, kellek tieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra

4

Kien 'il bogħod wisq/ma kellek l-ebda mezz ta’ trasport

5

Raġuni oħra

HD255_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (HD250=2)

HD260

 

Ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ dentist

1

Iva, kien hemm mill-inqas okkażjoni waħda

2

Le, ma kien hemm l-ebda okkażjoni

HD260_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (l-ebda wild taħt is-16-il sena)

HD265

 

Raġuni ewlenija għal ħtieġa mhux sodisfatta għall-konsultazzjoni ta’ dentist

1

Ma kellekx biżżejjed flus (għali wisq)

2

Lista ta’ stennija

3

Ma kellekx il-ħin minħabba x-xogħol, kellek tieħu ħsieb it-tfal jew persuni oħra

4

Kien 'il bogħod wisq/ma kellek l-ebda mezz ta’ trasport

5

Raġuni oħra

HD265_F

1

Il-fattur varjabbli tniżżel

-1

Nieqes

-2

Mhux applikabbli (HD260=2)


24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/12


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 363/2008

tat-23 ta’ April 2008

li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu.

(2)

Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-24 ta’ April 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.


ANNESS

tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix

(EUR/100 kg)

Kodiċi NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur fiss ta' l-importazzjoni

0702 00 00

MA

55,6

TN

109,0

TR

110,2

ZZ

91,6

0707 00 05

JO

178,8

MK

112,1

TR

111,3

ZZ

134,1

0709 90 70

MA

92,6

MK

78,5

TR

103,7

ZZ

91,6

0805 10 20

EG

49,5

IL

62,4

MA

58,6

TN

62,7

TR

53,7

US

45,4

ZZ

55,4

0805 50 10

AR

70,7

EG

126,4

IL

131,6

MK

125,0

TR

132,0

US

121,6

ZA

104,3

ZZ

115,9

0808 10 80

AR

90,1

BR

83,0

CA

77,9

CL

99,6

CN

96,1

MK

59,4

NZ

118,1

TR

69,6

US

107,8

UY

76,8

ZA

77,3

ZZ

86,9

0808 20 50

AR

89,5

AU

88,5

CL

94,5

CN

72,6

ZA

91,3

ZZ

87,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.


24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/14


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 364/2008

tat-23 ta' April 2008

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-format tekniku għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin u d-derogi li jridu jingħataw l-Istati Membri.

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-Komunità fuq l-istruttura u l-attività ta’ l-affiljati barranin (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) u (b) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika ta' l-istatistika Komunitarja fuq l-istruttura u l-attività ta' l-affiljati barranin.

(2)

Hemm bżonn li jiġi speċifikat il-format tekniku u l-proċedura għat-trażmissjoni ta' l-istatistika ta' l-affiljati barranin elenkati fl-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 sabiex tiġi prodotta data komparabbli u armonizzata bejn l-Istati Membri, biex jitnaqqas ir-riskju ta' l-iżbalji fit-trażmissjoni tad-data u biex tiżdied il-veloċità li biha d-data miġbura tkun tista' tiġi pproċessata u ssir disponibbli għall-utenti. Għodod implimentattivi għandhom għalhekk jiġu stipulati, supplimentati mill-istruzzjonijiet li jinsabu fil-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin, kif riveduta regolarment.

(3)

Huwa possibbli wkoll li tagħti derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 biex l-Istati Membri jitħallew jagħmlu l-addattamenti neċessarji għas-sistemi statistiċi nazzjonali. Dan għandu x'jaqsam b'mod partikolari ma' l-iżvilupp ta' reġistri statistiċi ġodda u l-metodi tal-ġbir tad-data. Il-problema partikolari għall-FATS esterni hija li l-unità statistika ta' l-analiżi tvarja mill-unità ta' rappurtar u mhix residenti fl-Istati Membri.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolment huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika interna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 1 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.

Artikolu 3

Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għall-modulu komuni għall-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 4

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-format imsemmi fl-Artikolu 3 għad-data li tikkonċerna l-ewwel sena ta' referenza msemmija fit-Taqsima 4, paragrafu 1, ta' l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, u s-snin ta' wara.

Artikolu 5

Id-data li trid tintbagħat skond ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandha tkun trażmessa f'forma elettronika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Kummissjoni (Eurostat). Il-format ta' trażmissjoni għandu jkun konformi ma' l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat). Id-data għandha tiġi trażmessa jew imtella' b'mezzi elettroniċi fil-punt ta' aċċess uniku għad-data għand il-Kummissjoni (Eurostat).

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-istandards ta' skambju u linji gwida fornuti mill-Kummissjoni (Eurostat) skond ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal kull kunsinna ta' data t-tagħrif ta' metadata neċessarju għall-Kummissjoni (Eurostat), f'forma elettronika u fl-istruttura definita fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal tar-Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin.

Artikolu 7

Id-derogi msemmija fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 għandhom ikunu kif speċifikat fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 17.


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA INTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN

1.   Introduzzjoni

L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).

Id-data tintbagħat bħala sett ta’ rekords li l-parti l-kbira tagħhom jiddeskrivu l-karatteristiċi tad-data (il-pajjiż, is-sena ta' referenza, l-attività ekonomika, it-tqassim ġeografiku, eċċ.). Id-data nnifisha hija numru li jista' jkun marbut ma' sinjali u noti tal-qiegħ bi spjegazzjoni użati għaż-żieda ta' spjegazzjonijiet għal data li tagħti lill-utenti tagħrif addizzjonali rigward pereżempju bidliet estremi minn sena għal sena. Għandu jkun ipprovdut fajl għal kull sensiela ta' data.

Data kunfidenzjali trid tintbagħat bil-valur veru mniżżel fis-sezzjoni tal-valur u sinjal li jindika n-natura tad-data kunfidenzjali li tkun qiegħda tiġi miżjuda mar-rekord. L-Istati Membri jridu jipprovdu l-livelli kollha ta' aggregazzjoni tat-tqassim kif definit fir-Regolament (KE) Nru 716/2007. Barra minn hekk, id-data jrid ikollha s-sinjali ta' kunfidenzjalità sekondarji kollha skond ir-regoli ta' kunfidenzjalità li jeżistu fil-livell nazzjonali.

L-Istati Membri jridu jipprovdu settijiet sħaħ għas-sensieli ta' data kollha li jridu jiġu pprovduti fosthom ir-rekords għad-data kollha meħtieġa mir-Regolament (KE) Nru 716/2007 li mhumiex disponibbli, jiġifieri li ma jinġabrux fl-Istat Membru, Data dwar attivitajiet/fenomeni li ma jeżistux fl-Istat Membru għandha titniżżel fir-rekord bħala żero (kodiċi“0” fis-sezzjoni tal-valur). Il-kodiċi “0” fis-sezzjoni tal-valur jista' jintuża wkoll għal attivitajiet li jeżistu imma li d-data dwarha hija żgħira tant li meta tagħmilha f'ċifra tonda tiġi żero. Data monetarja trid tiġi espressa f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali (eluf ta' ewro għall-pajjiżi fiż-żona ta' l-ewro). Pajjiżi li deħlin fiż-żona ta' l-ewro għandhom jirrappurtaw f'ewro minflok fil-munita nazzjonali d-data monetarja meħtieġa fis-sena ta' l-adeżjoni tagħhom.

2.   Identifikatur tas-sett tad-data

L-identifikatur tas-sett ta' data li ġej se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin interni:

 

Għas-sensiela 1G: SBSFATS_1GA1_A.

 

Għas-sensiela 1G2: SBSFATS_1GB1_A

3.   L-istruttura tad-data u d-definizzjoni tas-sezzjonijiet

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, u tiddefinixxi s-sezzjonijiet, il-kodiċi u l-attributi li jridu jintużaw. Il-kodiċi li jridu jintużaw jinsabu fil-verżjoni l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta. Fl-ordni mix-xellug għal-lemin is-sezzjonijiet huma:

Nru tas-Sezzjoni

Identità tas-sezzjoni

(Isem)

Tip u daqs

Definizzjoni

1

Identità tas-sett ta' data

AN2…3

Kodiċi alfanumeriċi tas-sensieli kif definiti fit-Taqsima 3 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007, eż 1G għas-sensiela 1G (livell ta' tqassim ġeografiku 2-IN kombinati ma' livell ta' tqassim ta' l-attività 3), 1G2 għas-sensiela 1G2 (livell ta' tqassim ġeografiku 3 kombinat ma' l-Ekonomija tan-Negozju).

2

Is-sena ta' referenza

N4

Is-sena ta' referenza f'erba' karattri, eż. 2007.

3

Unità territorjali

AN2

Tikkorrispondi mal-kodiċi tal-pajjiż dikjarant. Il-kodiċi li jrid jintuża huwa NUTS0.

4

Klassi tad-daqs

N2

Kodiċi għall-klassi tad-daqs, eż. 30 għat-total.

5

Attività

AN1…4

Kodiċi numeriċi jew alfanumeriċi għall-intestaturi NACE u l-aggregati standard skond it-tqassim ta' l-attività kif speċifikat għal-livell ta' tqassim ta' l-attività 3 fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Eżempju ta' kodiċi ta' attività standard huwa BUS għal Ekonomija tan-Negozju. Aggregati mhux standard għandhom ikunu indikati fis-sezzjoni 14.

It-tikek fil-kodiċi NACE għandhom jitneħħew. Eż. it-tħaffir tal-minjieri u tal-barrieri għandu l-kodiċi Ċ, il-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u tax-xorb għandha l-kodiċi 15, il-lukandi l-551.

6

Identifikazzjoni FATS

N2

30 għall-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari

7

Il-pajjiż ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari

AN2

Il-kodiċi tal-pajjiż li jikkorrispondi għall-pajjiż ta' residenza ta' l-Unità Istituzzjonali tal-Kontroll Aħħari. Il-kodiċi kif speċifikati għal-livelli ta' tqassim ġeografiku 2-IN u 3 fir-Regolament (KE) Nru 716/2007.

8

Karatteristiċi

AN4…5

Il-kodiċi tal-karatteristiċi kif stipulat fit-Taqsima 2 ta' l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 716/2007.

9

Valur tad-data

AN1…12

Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis) espressi bħala numri sħaħ mingħajr punti deċimali. Għandha tintuża “md” jekk id-data ma tintbagħatx minħabba li mhix disponibbli.

10

Sinjal ta' kwalità

AN…1

R: data riveduta, P: data provviżorja, W: data ta' kwalità baxxa li tintuża għall-kalkolu tat-totali Komunitarji imma li ma jistgħux jixxerrdu fil-livell nazzjonali, E: valur stmat.

Deskrizzjoni tar-reviżjoni trid tiġi pprovduta fl-istess ħin.

11

Sinjal ta' kunfidenzjalità

AN…1

A, B, Ċ, D, F, H: jindika li d-data hija kunfidenzjali u r-raġuni għal dik il-kunfidenzjalità

A

:

Ftit wisq intrapriżi

B

:

Intrapriża waħda tiddomina d-data

Ċ

:

Żewġ intrapriżi jiddominaw id-data

D

:

Data kunfidenzjali sekondarja biex tipproteġi data mmarkata b'A, B, Ċ, F jew H

F

:

Id-data hija kunfidenzjali b'applikazzjoni tar-regola tal-p%

H

:

Data li mhix ippubblikata fil-livell nazzjonali peress li titqies bħala informazzjoni sensittiva jew li tipproteġi d-data li mhix meħtieġa mir-Ragolament (KE) Nru 716/2007 (data kunfidenzjali manwalment).

12

Dominanza/sehem l-ikbar unità

N…3

Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100 li jindika l-perċentwali ta' dominanza ta' intrapriża jew tnejn li jiddominaw id-data u jagħmluha kunfidenzjali. Il-valur jiġi kkalkolat sa l-eqreb numru sħiħ: eż. 90.3 jiġi 90. 94.5 jiġi 95. Dan il-qasam huwa użat biss meta jiġu użati s-sinjali tal-kunfidenzjalità B jew Ċ fis-sezzjoni preċedenti. Meta tintuża F fis-sezzjoni preċedenti, din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem l-ikbar intrapriża.

13

Sehem it-tieni l-ikbar unità

N…3

Valur numeriku inqas minn jew ugwali għal 100. Din is-sezzjoni għandha tintuża meta fis-sezzjoni 11 jintuża s-sinjal tal-kunfidenzjalità F; din is-sezzjoni għandha tinkludi sehem it-tieni l-ikbar intrapriża.

14

Aggregazzjoni tal-kodiċi NACE

AN…40

Din is-sezzjoni għandha tintuża għal aggregazzjoni mhux standard ta' bosta kodiċi NACE.

15

Unitajiet ta' valuri ta' data

AN3…4

Din is-sezzjoni tista' tintuża biex jiġi indikat jekk intużawx unitajiet mhux standard:

Għandhom jintużaw il-kodiċi li ġejjin:

 

UNIT: unitajiet għal data mhux monetarja

 

KEUR: eluf ta' EUR għal data monetarja għall-pajjiżi li huma membri taż-żona ta' l-ewro

 

KNC: eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali għall-pajjiżi li mhumiex membri taż-żona ta' l-ewro.

16

Nota tal-qiegħ

AN…250

Nota libera dwar id-data li tista' tiġi ppubblikata bħala noti metodoloġiċi/spjegazzjonijiet addizzjonali għal ftehim aħjar tad-data pprovduta.

NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta).


ANNESS II

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI GĦAT-TRAŻMISSJONI TA' STATISTIKA ESTERNA DWAR AFFILJATI BARRANIN

1.   Introduzzjoni

L-istandardizzazzjoni ta’ l-istrutturi tar-rekords tad-data hija fundamentali għall-ipproċessar effiċjenti tad-data. Hija stadju meħtieġ biex tiġi pprovduta data li tkun konformi ma’ l-istandards ta’ skambju speċifikati mill-Kummissjoni (Eurostat).

2.   Identifikatur tas-sett tad-data

Is-sett ta' data li ġejja se jintuża għar-rappurtar ta' l-istatistika dwar affiljati barranin esterni:

DSI+BOP_FATS_A

3.   Struttura tad-data, listi ta’ kodiċi u attributi

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn l-istruttura tad-data, il-listi ta’ kodiċi u l-attributi li għandhom jintużaw. Il-valuri disponibbli ta' l-attributi jinsabu fil-verżjonijiet l-iktar reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet ta' l-Eurostat dwar il-Produzzjoni ta' l-Istatistika ta' l-Affiljati Barranin imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 716/2007 u tal-Ktejjeb tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet ta' l-Eurostat. Is-sezzjonijiet kollha jridu jintbagħtu, anke jekk ikunu vojta.

Fl-ordni mix-xellug għall-lemin is-sezzjonijiet huma:

Nru tas-Sezzjoni

Identità tas-sezzjoni

(Isem)

Isem il-lista tal-kodiċi jew il-kunċett

Tip u daqs

Definizzjoni

1

Frekwenza

CL_FREQ

AN1

Il-frekwenza tas-sensiela.

2

Żona ta’ referenza jew relatur

CL_AREA_EE

AN2

il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/politiku ta’ pajjiżi relatat mal-fenomenu ekonomiku osservat.

3

Indikatur ta’ aġġustament

CL_ADJUSTMENT

AN1

Jindika jekk ġiex applikat aġġustament staġjunali u/jew ta’ jum ta' xogħol jew le

4

Tip ta’ data

CL_DATA_TYPE_FATS

AN1

Jiddeskrivi t-tip ta' data.

5

Partita ikkodifikata FATS

CL_FATS_ITEM

AN3…8

Partita kkodifikata għall-karatteristiki FATS.

6

Tqassim tal-munita

CL_CURR_BRKDWN

AN1

Tqassim tal-munita għat-tranżazzjonijiet u l-pożizzjonijiet.

7

Żona ta’ kontroparti

CL_AREA_EE

AN2

Il-pajjiż jew il-grupp ġeografiku/ekonomiku ta’ pajjiżi li ż-żona ta’ referenza jew ir-relatur għandu l-affiljat tiegħu fihom.

8

Denominazzjoni tas-sensiela

CL_SERIES_DENOM

AN1

Il-munita tad-denominazzjoni jew drittijiet speċjali ta' ġbid.

9

Attività ekonomika residenti

CL_BOP_EC_ACTIV_R1

N4

Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika residenti speċjali

10

Attività ekonomika mhux residenti

CL_BOP_EC_ACTIV_R1

N4

Kodiċi NACE u aggregati ta' attività ekonomika mhux residenti speċjali

11

Perjodu ta' żmien

TIME_PERIOD

AN4…35

Is-sena ta' referenza.

12

Kodiċi ta' format tal-ħin

TIME_FORMAT

AN3

Jiddeskrivi bħala perjodu tal-ħin uniku jew serje ta' ħin.

13

Valur ta' osservazzjoni

OBS_VALUE

AN…15

Valur numeriku tad-data (valuri negattivi huma preċeduti minn sinjal ta' tnaqqis).

14

Stat ta' osservazzjoni

CL_OBS_STATUS

AN1

Informazzjoni dwar il-kwalità tal-valur jew valur nieqes jew mhux komuni

15

Kunfidenzjalità ta' l-osservazzjoni

CL_OBS_CONF

AN1

Informazzjoni dwar jekk l-osservazzjoni tistax issir pubblika barra l-istituzzjoni li qed tirċievi jew le. Spazju vojt jindika data mhux kunfidenzjali.

16

L-organizzazzjoni li qed tibgħat

CL_ORGANISATION

AN3

L-entità li qed tibgħat id-data

17

Destinatarju

CL_ORGANISATION

AN3

L-entità li qed tirċievi d-data

NB: AN=Alfanumeriku (eż. AN…8 – alfanumeriku sa 8 pożizzjonijiet imma s-sezzjoni tista' tkun vojta, AN1…8 – alfanumeriku b'ta' l-inqas pożizzjoni u sa 8 pożizzjonijiet, AN1 - alfanumeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta); N=Numeriku (eż. N1 -numeriku b'pożizzjoni waħda, eżatta).


ANNESS III

DEROGI

It-tabella li ġejja tindika għal kull Stat Membru l-perjodi ta' tranżizzjoni u d-derogi mogħtija fl-Annessi I (modulu ta' l-istatistika interna dwar l-affiljati barranin) u II (modulu ta' l-istatistika esterna dwar l-affiljati barranin) tar-Regolament (KE) Nru 716/2007. Jekk ikun hemm bżonn ta' deroga, issir distinzjoni bejn deroga sħiħa, meta ma tkun tista' tiġi pprovduta l-ebda informazzjoni u deroga parzjali, meta xi wħud mid-dispożizzjonijiet ma jistgħux jiġu sodisfatti. F'każ ta' deroga parzjali, it-tabelli jindikaw jekk id-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu sodisfatti humiex relatati mat-trażmissjoni tar-riżultati (20 xahar) jew il-kopertura ta' l-attività.

Stat Membru

Modulu statistika interna dwar affiljati barranin

Modulu statistika esterna dwar affiljati barranin

Il-Ġermanja

Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-sena ta' referenza 2007

Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjoni 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010

 

Spanja

 

Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

Franza

 

Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

Il-Lussemburgu

Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008

Malta

Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008

Estensjoni tal-perjodu tat-trażmissjoni tad-data għal 26 xahar għas-snin ta' referenza 2007-2008

Il-Polonja

 

Deroga sħiħa għas-sena ta' referenza 2007

Is-Slovenja

Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 diviżjonijiet 65 u 67 u kodiċi korrispondenti fin-NACE Rev. 2 għas-snin ta' referenza 2007-2010

 

Ir-Renju Unit

Eżenzjoni mit-tqassim ta' l-attività: NACE Rev. 1.1 sezzjoni J għas-sena ta' referenza 2007

Deroga sħiħa għas-snin ta' referenza 2007-2008


24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/22


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 365/2008

tat-23 ta' April 2008

li jadotta l-programm ta' moduli ad hoc, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol stipulat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 tad-9 ta' Marzu 1998 dwar l-organizzazzjoni ta' stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità (1), b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

B'konformità ma' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 577/98, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-elementi tal-programm ta' moduli ad hoc li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012.

(2)

Il-Linjigwida dwar ix-Xogħol (2005-2008) adottati bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/600/KE (2), “Pjan dwar l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa” (3) tal-Kummissjoni Ewropea u l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (4) jinkoraġġixxu lill-Istati Membri biex jieħdu miżuri biex jippromwovu bilanċ aħjar tal-ħajja tax-xogħol għal kulħadd f'termini ta' kura tat-tfal, faċilitajiet tal-kura għal dipendenti oħra u promozzjoni tal-ġranet frank tal-ġenituri kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Għalhekk, biex jitkejjel l-impatt tal-politiki riċenti f'dan il-qasam, ikun essenzjali li tinġabar l-informazzjoni relevanti kollha bil-modulu ad hoc ta' l-2010.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni bid-diżabbiltajiet (5) tirreferi għall-bżonn ta' sett ta' data komprensiva u komparabbli dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' persuni b'diżabbiltà. Aktar minn hekk, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-opportunitajiet indaqs għall-persuni b'diżabilitajiet (6), li jiffoka fuq inklużjoni attiva tal-persuni b'diżabbiltajiet għandu jiġi sorveljat. Għalhekk, din l-informazzjoni għandha tinġabar permezz tal-modulu ad hoc għall-2011.

(4)

Hemm il-bżonn ta' sett ta' data sħiħa u komparabbli dwar it-tranżizzjonijiet mix-xogħol għall-irtirar sabiex jiġi osservat il-progress lejn l-għanijiet komuni ta' l-Istrateġija ta' l-Impjiegi tal-Komunità u tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-pensjonijiet li ġie mibdi mill-Kunsill Ewropew ta' Laeken f'Diċembru 2001. Iż-żewġ proċessi jidentifikaw il-promozzjoni ta' xjuħija attiva u t-titwil tal-ħajja tax-xogħol bħala prijoritajiet għall-azzjoni. Għalhekk, l-informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol ta' ħaddiema akbar fl-età u l-fatturi ewlenin li jinfluwenzaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol u t-tranżizzjonijiet għandha tinġabar permezz tal-modulu ad hoc ta' l-2012.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005 tal-15 ta' Marzu 2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 dwar l-organizzazzjoni ta’ stħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol fil-Komunità li jirrigwarda l-kodifikazzjoni li għandha tintuża għat-trażmissjoni tad-data mill-2006 ’l quddiem u l-użu ta’ sotto-kampjun għall-ġbir ta' data dwar il-varjabbli strutturali (7) jistabbilixxi l-karatteristiċi tal-kampjun li jrid jintuża għall-ġbir ta' l-informazzjoni dwar moduli ad hoc.

(6)

Il-miżuri previsiti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm Statistiku mwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (8),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-programm ta' moduli ad hoc għall-istħarriġ kampjun dwar il-forza tax-xogħol, li jkopri s-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Anness, huwa b'dan adottat.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 77, 14.3.1998, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1372/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 42).

(2)  ĠU L 205, 6.8.2005, p. 21.

(3)  Adottat fl-1.3.2006, COM(2006) 92 finali.

(4)  Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell tat-23-24 ta' Marzu 2006.

(5)  ĠU C 186, 2.7.1999, p. 3.

(6)  COM(2003) 650.

(7)  ĠU L 71, 17.3.2005, p. 36. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 973/2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).

(8)  ĠU L 181, 28.6.1989, p. 47.


ANNESS

STĦARRIĠ TAL-FORZA TAX-XOGĦOL

Programm fuq firxa ta' snin ta' moduli ad hoc.

1.   RIKONĊILJAZZJONI BEJN IX-XOGĦOL U L-ĦAJJA TAL-FAMILJA

Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2008

Perjodu ta’ referenza: 2010.

L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2011.

2.   IMPJIEG TA' NIES B'DIŻABILITÀ

Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2009.

Perjodu ta’ referenza: 2011.

L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2012.

3.   TRANŻIZZJONI MIX-XOGĦOL GĦALL-IRTIRAR

Listi ta' varjabbli: li għandhom ikunu definiti qabel Diċembru 2010.

Perjodu ta’ referenza: 2012.

L-Istati Membri u r-reġjuni konċernati: Kollha.

Kampjun: Il-kampjun għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet ta' l-Anness I, punt 4 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005.

Trażmissjoni tar-riżultati: qabel il-31 ta’ Marzu 2013.


II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja

DEĊIŻJONIJIET

Kunsill

24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' April 2008

dwar il-ħatra ta’ membru Belġjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2008/325/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/651/KE, Euratom, tal-15 ta' Settembru 2006 li jirrigwarda n-nominazzjoni tal-membri Belġjani, Griegi, Irlandiżi, Ċiprijotti, Olandiżi, Pollakki, Portugiżi, Filandiżi, Żvediżi u Brittanniċi kif ukoll żewġ membri Taljani fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Gvern Belġjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi:

Post ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew sar vakanti wara n-nomina tas-Sur PIETTE bħala Ministru tal-Gvern Federali Belġjan u minħabba l-inkompatibbiltà ta’ din il-funzjoni mal-mandat ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-inkompatibbiltà ma teżistix aktar wara r-riżenja tas-Sur PIETTE minn Ministru,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Josly PIETTE, Segretarju Ġenerali Onorarju tas-CSC huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-perijodu tal-mandat tiegħu, jiġifieri sa l-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fil-Lussemburgu, 18 ta’ April 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. MATE


(1)  ĠU L 269, 28.9.2006, p. 13. Id-Deċiżjoni emendata bid-Deċiżjoni 2007/622/KE, Euratom (ĠU L 253, 28.9.2007, p. 39).


Kummissjoni

24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' April 2008

li taġġusta l-koeffiċjenti korrettivi applikabbli mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007 għar-rimunerazzjonijiet ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti b’kuntratt tal-Komunitajiet Ewropej li jservu f’pajjiżi terzi

(2008/326/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u r-reġim applikabbli għall-aġenti oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1) u notevolment it-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 453/2007 (2) kienu ffissati, b’applikazzjoni ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti ta-Personal il-koeffiċjenti korrettivi li jaffettwaw il-pagi, mill-1 ta’ Lulju 2006, fil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati fil-pajjiżi terzi.

(2)

Huwa meħtieġ li jkunu adattati, f’konformità mat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 13, ta’ l-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007 u l-1 ta’ Ġunju 2007, uħud minn dawn il-koeffiċjenti korrettivi, minħabba li fl-istatistiċi għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, il-varjazzjoni fl-għoli tal-ħajja, ikkalkulata skond il-koeffiċjent korrettiv u r-rata tal-kambju korrispondenti, tidher li hi, għal ċerti pajjiżi terzi, superjuri għal 5 % mill-aħħar iffissar jew adattament,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

B’effett mill-1 ta’ Frar 2007, l-1 ta’ Marzu 2007, l-1 ta’ April 2007, l-1 ta’ Mejju 2007, u l-1 ta’ Ġunju 2007, il-koeffiċjenti korrettivi, applikabbli għall-pagi ta’ l-uffiċjali, l-aġenti temporanji u l-aġenti kuntrattwali tal-Komunitajiet Ewropej issekondati f’pajjiżi terzi imħallsa bil-valuta tal-pajjiż fejn huma ssekondati, huma dawk indikati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Ir-rati tal-kambju wżati għall-kalkolu ta’ dawn ir-rimunerazzjonijiet huma stabbiliti f’konformità mal-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tar-Regolament Finanzjarju u jikkorrispondu mad-data indikata fl-ewwel paragrafu.

Magħmula fi Brussell, 11 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Benita FERRERO-WALDNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 337/2007 (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 109, 26.4.2007, p. 22.


ANNESS

Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Frar 2007

L-Angola

117,3

Il-Barbados

127,5

Il-Bulgarija

80,4

Il-Kap Verde

82,3

Il-Korea ta’ Isfel

117,3

Il-Kosta Rica

70,8

Il-Ginea (Conakry)

57,7

Il-Ħaiti

114,8

Il-Libanu

92,3

In-Nepal

78,8

L-Uganda

65,1

Il-Paragwaj

78,8

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

137,6

Is-Sjerra Leone

76,6

Is-Sudan

61,6

Is-Sirja

70,6


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Marzu 2007

L-Arġentina

53,5

Il-Kamerun

103,5

Il-Kosta ta’ l-Avorju

98,7

Il-Guyana

61,3

L-Indja

47,6

Il-Ġordan

75,9

Il-Każakstan (Almaty)

121,6

Il-Kirgiżtan

84,3

Il-Madagaskar

84,7

L-Uganda

69,4

Is-Sri Lanka

53,2

Il-Veneżwela

64,1


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi April 2007

L-Angola

121,8

Il-Botswana

58,1

Il-Ginea (Conakry)

49,2

Il-Mali

86,3

Is-Sudan

55,1

It-Taġikistan

66,5

Iż-Żambja

56,3


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Mejju 2007

L-Arġentina

54,9

Il-Kosta Rica

70,8

L-Etjopja

87,1

Il-Gana

69,2

L-Indoneżja (Jakarta)

79,5

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (Kinshasa)

131,6

It-Trinidad u t-Tobago

68,6

It-Turkija

85,9

Il-Jemen

76,0


Pajjiż assenjat

Koeffiċjenti Korrettivi Ġunju 2007

Il-Kanada

92,7

El Salvador

76,6

L-Istati Uniti (New York)

103,1

Il-Gwatemala

79,0

Il-Malawi

73,1

Il-Moldova

58,5

In-Nikaragwa

57,3

Ir-Rwanda

90,9

It-Tanzanija

61,7


24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ April 2008

li tidderoga minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2006/923/KE dwar kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja għall-2006 u l-2007 biex ikopri n-nefqa mġarrba mill-Portugall bl-iskop li jiġġieled il-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu)

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1444)

(It-test Portugiż biss huwa awtentiku)

(2008/327/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar miżuri protettivi kontra d-dħul u t-tixrid fil-Komunità ta’ organiżmi li huma ta’ ħsara għall-pjanti jew għall-prodotti tal-pjanti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(6) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/923/KE (2) approvat kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għal programm ta’ miżuri introdotti mill-Portugall li għandu l-għan li fl-2006 u l-2007 jikkontrolla l-Bursaphelenchus xylophilus (Steiner et Buhrer) Nickle et al. (nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu) milli jinfirex lejn Stati Membri oħra. Il-miżuri kienu jikkonsistu mill-ħolqien ta’ ostaklu li jkun ħieles mis-siġar kollha ospitanti tal-vetturi tan-nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu, minn issa ‘l quddiem “faxxa ta’ konteniment fitosanitarju”.

(2)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2006/923/KE ‘l hawn, il-Portugall kellu jiffaċċja bosta ċirkustanzi avversivi u eċċezzjonali, li wasslu għal dewmien fl-eżekuzzjoni tal-miżuri. Dawk iċ-ċirkustanzi ġew spjegati f’ittra mill-Portugall lill-Kummissjoni bid-data tat-28 ta’ Settembru 2007. B’mod partikolari, filwaqt li l-programm inizjali kien ibbażat fuq stima ta’ 700 000 siġra ta’ l-arżnu li kellhom jitqaċċtu, sar neċessarju li b’kollox jitqaċċtu 980 000 siġra. Barra minn hekk, 3 700 000 siġra ta’ l-arżnu żgħar kellhom jiġu eliminati wkoll. L-awtoritajiet Portugiżi spjegaw id-differenza fin-numru ta’ siġar bil-fatt li l-unika data disponibbli dak iż-żmien, l-inventarju nazzjonali tal-foresta mill-1995, dehret li kienet skaduta u li ssottovalutat is-siġar żgħar, is-siġar iżolati u s-siġar li kienu prevalenti f’siti mħallta tal-weraq.

(3)

Minkejja ċ-ċirkustanzi avversivi, il-Kummissjoni vverifikat permezz tal-missjonijiet tagħha fil-Portugall li l-awtoritajiet Portugiżi kienu kapaċi jilħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/923/KE b’mod xieraq. Inevitabilment id-dewmien kumulattiv ma ppermettilhomx milli jagħtu bis-sħiħ ir-riżultati mistennija fi ħdan il-limitu ta’ żmien strett stipulat fid-Deċiżjoni għat-tlestija tal-miżuri. Minkejja dan, id-dewmien ma kienx b’tali mod li xekkel il-miżuri milli jiżvolġu l-effett tagħhom bis-sħiħ u, minħabba l-kondizzjonijiet tat-temp fir-Rebbiegħa 2007 fil-Portugall, li ma kienx favorevoli għat-titjir ta’ l-insett vettur tan-nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu, ma rriżultax f’riskju fitosanitarju miżjud.

(4)

Id-Deċiżjoni 2006/923/KE stipulat penali, fl-għamla ta’ tnaqqis progressiv tal-finanzjament tal-Komunità, fil-każ ta’ nuqqas ta’ implimentazzjoni jew implimentazzjoni tard tal-miżuri. L-applikazzjoni ta’ tnaqqis u sanzjonijiet bħal dawn huma sproporzjonati fid-dawl taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali.

(5)

Id-dokumentazzjoni li għandha titressaq mill-Portugall trid tkun b’tali mod li tippermetti lill-Kummissjoni li tikkonkludi li l-kondizzjonijiet tal-ħlas tal-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità stipulata fid-Deċiżjoni 2006/923/KE ntlaħqu. Minħabba li ċ-ċirkustanzi eċċezzjonali ffaċċjati mill-Portugall dawmu wkoll il-pagamenti mill-Portugall lill-kumpaniji privati li wettqu l-faxxa ta’ konteniment fitosanitarju, id-data ta’ skadenza sabiex titressaq id-dokumentazzjoni xierqa għandha tiġi estiża.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar is-Saħħa tal-Pjanti.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

(1)   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2006/923/KE, il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dik id-Deċiżjoni għandha titħallas darba wara li l-kondizzjonijiet ikunu ġew issodisfati:

(a)

il-miżuri meħtieġa għall-ħolqien ta’ faxxa ta’ konteniment fitosanitarju bħala żona ħielsa mill-vetturi ospiti tan-nematodu ta’ l-injam ta’ l-arżnu ġew implimentati mill-Portugall b’mod aċċettabbli u jilħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2006/923/KE;

(b)

Il-Portugall ippreżentat lill-Kummissjoni rapport finanzjarju, inklużi fatturi u rċevuti reġistrati, u rapport finali tekniku kif previst fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2006/923/KE.

(2)   L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2006/923/KE ma għandux japplika jekk il-Kummissjoni hija sodisfatta, fuq il-bażi ta’ l-evidenza mressqa mill-Portugall, li d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-miżuri ma affettwawx l-effettività tal-miżuri.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Portugiża.

Magħmula fi Brussell, 21 ta’ April 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/41/KE (ĠU L 169, 29.6.2007, p. 51).

(2)  ĠU L 354, 14.12.2006, p. 42.


FTEHIM

Kunsill

24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/31


Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina rigward id-dazji ta’ l-esportazzjoni

Il-Ftehim ta’ hawn fuq bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina (ĠU L 106, 16.4.2008) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2008.


Corrigendum

24.4.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 112/32


Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 83/190/KEE tat-28 ta' Marzu 1983 dwar l-Addattamenti għall-progress tekniku tad-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar is-sedil tax-xufier tat-tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-forestrija

( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 109 tas-26 ta' April 1983 ; MT Edizzjoni Speċjali 2004 Kapitolu 13 Volum 007)

F'paġna 7, fit-test li jemenda l-Anness II għad-Direttiva 78/764/KEE:

minflok:

 

“Il-punt 2.5.1.5: Fil-verżjonijiet Daniżi u Franċiżi biss, u l-aġġettiv li jikkorrispondi “sħiħ” għandu jiddaħħal sabiex jikkwalifika l-kelma li tikkorrispondi għal “vjaġġ”.

 

Il-punt 2.5.1.7 jinbidel b'li ġej”:

aqra:

 

“Il-punt 2.5.1.5: Fil-verżjonijiet Daniżi u Franċiżi biss, u l-aġġettiv li jikkorrispondi “sħiħ” għandu jiddaħħal sabiex jikkwalifika l-kelma li tikkorrispondi għal “vjaġġ”.

 

Il-punt 2.5.1.6, il-kliem “fil-pożizzjoni intermedjarja tas-sistema ta' suspensjoni” għandhom jiddaħħlu wara l-kelma “tagħbija”.

 

Il-punt 2.5.1.7 jinbidel b'li ġej:”.