ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
||
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 357/2008 tat-22 ta' April 2008 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu ( 1 ) |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 358/2008 tat-22 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni ( 1 ) |
|
|
* |
||
|
* |
|
|
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
Kummissjoni |
|
|
|
2008/324/KE |
|
|
* |
|
|
Corrigendum |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom hija obbligatorja
REGOLAMENTI
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 356/2008
tat-22 ta’ April 2008
li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1580/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 dwar regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2001/96 u (KE) Nru 1182/2007 fis-settur tal-frott u ħxejjex (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 138(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fl-applikazzjoni tal-konklużjonijiet tan-negozjati kummerċjali multilaterali tal-Laqgħa ta' l-Urugwaj, il-Regolament (KE) Nru 1580/2007 jistipula l-kriterji għall-istabbiliment mill-Kummissjoni tal-valuri fissi ta' l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi msemmijin fl-Anness tiegħu. |
(2) |
Fl-applikazzjoni tal-kriterji msemmija hawn fuq, il-valuri fissi ta' l-importazzjoni għandhom ikunu ffissati fil-livelli msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri fissi ta' l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 138 tar-Regolament (KE) Nru 1580/2007 huma stabbiliti kif inhu indikat fit-tabella ta' l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-23 ta’ April 2008.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 350, 31.12.2007, p. 1.
ANNESS
tar-Regolament ta' l-Kummissjoni tat-22 ta’ April 2008 li jistabbilixxi l-valuri fissi ta' l-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħaxix
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur fiss ta' l-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
53,4 |
TN |
109,0 |
|
TR |
104,9 |
|
ZZ |
89,1 |
|
0707 00 05 |
JO |
178,8 |
MK |
112,1 |
|
TR |
124,8 |
|
ZZ |
138,6 |
|
0709 90 70 |
MA |
92,6 |
MK |
90,3 |
|
TR |
124,8 |
|
ZZ |
102,6 |
|
0709 90 80 |
EG |
349,4 |
ZZ |
349,4 |
|
0805 10 20 |
EG |
46,6 |
IL |
60,3 |
|
MA |
53,7 |
|
TN |
53,4 |
|
TR |
55,8 |
|
US |
46,4 |
|
ZZ |
52,7 |
|
0805 50 10 |
EG |
126,4 |
IL |
131,5 |
|
MK |
122,2 |
|
TR |
135,2 |
|
US |
121,6 |
|
ZA |
153,3 |
|
ZZ |
131,7 |
|
0808 10 80 |
AR |
89,6 |
BR |
86,6 |
|
CA |
77,9 |
|
CL |
99,3 |
|
CN |
94,6 |
|
MK |
65,6 |
|
NZ |
124,3 |
|
TR |
69,6 |
|
US |
105,2 |
|
UY |
76,8 |
|
ZA |
66,6 |
|
ZZ |
86,9 |
|
0808 20 50 |
AR |
94,6 |
AU |
85,9 |
|
CL |
125,8 |
|
CN |
43,3 |
|
ZA |
86,2 |
|
ZZ |
87,2 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi ffissata mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “oriġini oħra”.
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 357/2008
tat-22 ta' April 2008
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23 a(g) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta’ ċerti enċifalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. Huwa japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta’ annimali ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali u f’ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjoni tagħhom. |
(2) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi r-regoli għat-tneħħija u r-rimi ta’ materjal speċifikat ta’ riskju. |
(3) |
Fatturi differenti jindikaw tendenza favorevoli fl-epidemija ta’ l-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u titjib ċar tas-sitwazzjoni fis-snin riċenti minħabba l-miżuri tat-tnaqqis tar-riskju fis-seħħ, b’mod partikolari l-projbizzjoni sħiħa ta’ l-għalf u t-tneħħija u l-qirda ta’ materjal speċifikat ta’ riskju. |
(4) |
Wieħed mill-għanijiet strateġiċi tar-Rotta Skedata tat-TSE tal-Kummissjoni, adottata fil-15 ta’ Lulju 2005 (2), huwa li tiżgura u żżomm il-livell attwali ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tkompli tiżgura t-tneħħija bla periklu ta’ materjal speċifikat ta’ riskju iżda timmodifika l-lista jew l-età ta’ l-annimali għat-tneħħija ta’ materjal speċifikat ta’ riskju fuq il-bażi ta’ opinjonijiet xjentifiċi ġodda u li qed jevolvu. |
(5) |
Fl-opinjoni tagħha tad-19 ta’ April 2007 l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ikkonkludiet li fuq il-bażi ta’ l-għarfien xjentifiku attwali l-infettività li x’aktarx tista’ tiġi osservata fis-sistema nervuża ċentrali ta’ l-ifrat tidher f’madwar tliet kwarti tal-perjodu ta’ inkubazzjoni u jista’ jkun previst li l-infettività ma tkunx tista’ tiġi osservata mill-ewwel jew tkun għadha nieqsa fl-ifrat li għandhom 33 xahar. |
(6) |
L-età medja ta’ każijiet pożittivi għall-BSE rapportati fil-Komunità telgħet minn 86 għal 121 xahar bejn l-2001 u l-2006. Fl-istess perjodu, seba’ każijiet biss ta’ BSE f’annimali bovini taħt l-età ta’ 35 xahar minn total ta’ 7 413-il każ ta’ BSE, ibbażati fuq total ta’ aktar minn 60 miljun annimal bovin ittestjati kienu rrapportati fil-Komunità. |
(7) |
Għalhekk teżisti bażi xjentifika għar-reviżjoni tal-limitu ta’ l-età għat-tneħħija ta’ ċerti materjali speċifikati ta’ riskju fl-annimali bovini, b’mod partikolari fir-rigward tal-kolonna vertebrali. Fid-dawl ta’ l-iżvilupp ta’ l-infettività fis-sistema nervuża ċentrali waqt il-perjodu ta’ inkubazzjoni, l-istruttura ta’ l-età tal-każijiet pożittivi għall-BSE u t-tnaqqis fl-esponiment ta’ l-ifrat imwielda wara l-1 ta’ Jannar 2001, il-limitu ta’ l-età għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali, inkluż l-għerq tax-xewka tad-dar ta’ l-annimali bovini, bħala materjal speċifikat ta’ riskju jista’ jiżdied minn 24 għal 30 xahar. Skond dan, id-definizzjoni ta’ materjal speċifikat ta’ riskju fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandha tiġi emendata. |
(8) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 1(a)(ii) jinbidel b’dan li ġej:
“(ii) |
il-kolonna vertebrali ħlief il-vertebri tad-denb, il-proċessi tas-sinsla u tat-trasversi tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u tal-ġenbejn u l-krinjiera sakrali medjana u l-ġnub tas-sakrali, imma inkluż l-għerq tax-xewka tad-dar, ta’ annimali li għandhom iktar minn 30 xahar; u” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 315/2008 (ĠU L 94, 5.4.2008, p. 3).
(2) COM(2005) 322 finali.
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 358/2008
tat-22 ta' April 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 2320/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà fl-avjazzjoni ċivili (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Permezz ta’ l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2320/2002, il-Kummissjoni hija mitluba, meta meħtieġ, tadotta miżuri għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards bażiċi komuni tas-sigurtà fl-avjazzjoni fil-Komunità kollha. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003 ta’ l-4 ta’ April 2003 li jistabbilixxi l-miżuri sabiex jiġu implimentati l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (2) kien l-ewwel att li jistabbilixxi miżuri bħal dawn. |
(2) |
Il-miżuri pprovduti bir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi ġodda, implikazzjonijiet fuq l-operat fl-ajruporti u l-impatt fuq il-passiġġieri. Aktar riċerka wriet li l-benefiċċji tat-twaqqif ta' regola dwar id-daqs tal-bagalja fil-kabina mhumiex akbar mill-implikazzjonijiet fuq l-operat fl-ajruporti u mill-impatt fuq il-passiġġieri. Din ir-regola, li tapplika mis-6 ta’ Mejju 2008, għandha għalhekk titħassar. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 622/2003 għandu jiġi emendat skond dan. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ċivili, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-5 ta' Mejju 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 849/2004 (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 1).
(2) ĠU L 89, 5.4.2003, p. 9. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 23/2008 (ĠU L 9, 12.1.2008, p. 12).
ANNESS
Il-punt 4.1.1.1g) ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 622/2003 jitħassar.
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 359/2008
tat-18 ta' April 2008
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jkunu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iddefinixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid magħha xi subdivizjoni addizzjonali u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb li jkunu applikati miżuri tat- tariffa u oħrajn relatati dwar mal-kummerċ fil-merkanzija. |
(3) |
Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fil-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3. |
(4) |
Huwa xieraq li ssir kundizzjoni li informazzjoni fuq tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perijodu ta' tlett xhur, tkompli tkun invokata mid-detentur, taħt Artiklu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità (2). |
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta’ l-iskeda mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda fil-kodiċi tan-NM indikata fil-kolonna 2 ta' dik l-iskeda.
Artiklu 2
Informazzjoni fuq tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tkun invokata għal perijodu ta' tlett xhur skond Artiklu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.
Artiklu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3).
(2) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
(1) |
(2) |
(3) |
Preparazzjoni ta’ l-ikel fil-forma ta’ prodotti taċ-ċereali mixwija. Il-ħbub tal-qamħ jissajru bil-fwar, jitneħħewlhom il-qxur, jitqattgħu u jitberrdu. Il-prodott imbagħad ikun magħfus fi strixxi rqaq, milwi f’forom ta’ kannizzata u imqatta’ f’forom ta’ mħadda. Il-prodott imbagħad jinxtewa. Vitamini u xi kultant ġelu jkunu applikati lill-prodott aħħari. Il-preparazzjoni titqiegħed fis-suq bħala ikel għall-kolazzjoni magħmul miċ-ċereali. |
1904 10 90 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 1904 , 1904 10 u 1904 10 90 . Il-prodott huwa miksub bix-xiwi ta’ prodotti taċ-ċereali. Skond in-Noti ta’ Spjega SA, titlu 1904 jinkludi wkoll prodotti miksuba mid-dqiq jew min-nuħħala (NSSA, titlu 1904 , (A), l-ewwel u t-tieni pargrafu). |
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 360/2008
tat-18 ta' April 2008
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artiklu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Għall-klassifikazzjoni ta’ meraq tal-frott fin-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, għandha ssir distinzjoni bejn, min-naħa waħda, meraq tal-frott li fih zokkor miżjud ta' titlu 2009 u, min-naħa l-oħra, preparazzjonijiet għall-manifattura ta’ xorb inkluż ġuleppijiet taz-zokkor imħawrin ta’ titlu 2106. |
(2) |
Skond in-Nota ta’ Spjega għas-Sistema Armonizzata għal titlu 2009, fost addittivi oħra, iz-zokkor jista’ jiżdied ma’ meraq tal-frott, sakemm jinżamm il-karattru oriġinali tiegħu. |
(3) |
Konsegwentement, meraq tal-frott jew taħlitiet ta’ meraq tal-frott, sew jekk fihom jew ma fihomx zokkor miżjud, għandhom ikunu kklassifikati fis-subtitli ta’ titlu 2009 tan-Nomenklatura Magħquda, sakemm ma jkunux tilfu l-karattru oriġinali tagħhom ta’ meraq tal-frott. Fil-każ ta’ l-aħħar għandhom ikunu esklużi minn klassifikazzjoni f’titlu 2009 u għandhom ikunu kklassifikati f’titlu 2106. |
(4) |
Skond in-Nota Addizzjonali 5(b) għall-Kapitlu 20 tan-Nomenklatura Magħquda meraq tal-frott li miegħu ikun miżjud tant zokkor li għandu bħala kontenut anqas minn 50 % bħala piż ta' meraq tal-frott, ikun tilef l-istat naturali tiegħu ta’ meraq tal-frott u ma jistax għalhekk ikun ikklassifikat f’titlu 2009. Il-kontenut ta’ zokkor miżjud għandu jkun determinat skond il-valur Brix tiegħu li jiddependi, fost oħrajn, fuq il-kontenut taz-zokkor ta’ dawn il-prodotti. |
(5) |
Inqalgħu xi problemi fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta’ meraq tal-frott naturali kkonċentrat. Meta jkun ikkalkolat il-kontenut ta’ zokkor miżjud ta’ dawk il-prodotti kif stipulat fin-Noti Addizzjonali 2 u 5, jista’ jidher tant għoli li prodotti jkun fihom anqas minn 50 % bħala piż ta’ meraq tal-frott li jkollhom jiġu kklassifikati f’titlu 2106. Dan ir-riżultat mhux sodisfaċenti billi huwa bbażat fuq kalkolu fittizju tal-kontenut taz-zokkor miżjud filwaqt li fil-verità ebda zokkor ma kien miżjud u l-kontenut għoli ta’ zokkor miżjud jirriżulta mill-konċentrazzjoni. |
(6) |
Għaldaqstant huwa xieraq li l-punt (b) ta’ Nota Addizzjonali (5) għall-Kapitlu 20 jerġa’ jinkiteb mill-ġdid bi ftit tibdil u li tiżdied dispożizzjoni ġdida għal dak il-punt, li tiddikjara biċ-ċar li għall-meraq tal-frott naturali kkonċentrat il-kriterju ta’ 50 % bil-piż ta’ meraq tal-frott ma japplikax sabiex dak il-meraq ma jiġix eskluż minn titlu 2009 abbażi ta’ żieda kkalkolata ta’ zokkor. Għandu jkun iddikjarat b’mod ċar ukoll li n-Nota Addizzjonali 5 għandha tkun applikata fuq il-prodotti kif ippreżentati. |
(7) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 għandu għaldaqstant ikun emendat skond dan. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artiklu 1
In-nota addizzjonali 5 għall-Kapitlu 20 tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 hija sostitwita b'dan li ġej:
“5. |
Dan li ġej għandu japplika għall-prodotti hekk kif huma ppreżentati
Il-Punt (b) ma għandux japplika għal meraq tal-frott naturali kkonċentrat. Konsegwentement, meraq tal-frott naturali kkonċentrat mhux eskluż minn titlu 2009.” |
Artiklu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
László KOVÁCS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 275/2008 (ĠU L 85, 27.3.2008, p. 3.).
II Atti adottati skond it-Trattati tal-KE/Euratom li l-pubblikazzjoni tagħhom mhijiex obbligatorja
DEĊIŻJONIJIET
Kummissjoni
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/11 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Marzu 2008
li tistabbilixxi grupp ta’ esperti “Il-Pjattaforma dwar iż-Żamma ta’ Data Elettronika għall-Investigazzjoni, l-Iskoperta u l-Prosekuzzjoni ta’ Reati Serji”
(2008/324/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika (1) (“id-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data”) għandha l-għan li tarmonizza d-dispożizzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar l-obbligi tal-fornituri ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika fir-rigward taż-żamma ta’ ċertà data li tiġi ġenereata jew proċessata minnhom sabiex jiġi żgurat li tali data tkun disponibbli għall-iskopijiet ta’ l-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati serji. |
(2) |
Il-preambolu tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data jinnota li t-teknoloġiji relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi qegħdin jinbidlu b’mod rapidu u li r-rekwiżiti leġittimi ta’ l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jevolvu. Sabiex jinkisbu pariri u jitħeġġeġ l-iskambju ta’ l-aħjar prattika fil-kwistjonijiet kollha relatati maż-żamma ta’ data personali, il-Kummissjoni bi ħsiebha tistabbilixxi grupp magħmul mill-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati “Membri”, l-assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-awtoritajiet dwar il-protezzjoni tad-data inkluż il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
(3) |
L-Artikolu 14 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data jistabbilixxi li sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2010, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi, fid-dawl ta’ żviluppi ulterjuri fit-teknoloġija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u l-istatistika mogħtija mill-Kummissjoni dwar iż-żamma ta’ data. L-evalwazzjoni għandha tgħin sabiex tittieħed deċiżjoni dwar jekk humiex meħtieġa emendi għad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data, partikolarment fir-rigward tal-lista ta’ data fl-Artikolu 5 u l-perjodi taż-żamma previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva. |
(4) |
Fl-10 ta’ Frar 2006 l-Kunsill u l-Kummissjoni ħarġu Dikjarazzjoni Konġunta b’rabta ma’ l-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data. Din stqarret li l-Kummissjoni ser tistieden lill-partijiet interessati relevanti kollha għal laqgħat regolari ta’ eżami sabiex tiġi skambjata informazzjoni dwar l-iżviluppi teknoloġiċi, l-ispejjeż u l-effikċja ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva. Id-Dikjarazzjoni Konġunta tgħid li matul dan il-proċess l-Istati Membru ser jiġu mistiedna jgħarrfu lis-sħab dwar l-esperjenza tagħhom fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni tad-Direttiva u biex jiskambjaw l-aħjar prattika. Barra minn hekk id-Dikjrazzjoni Konġunta tgħid li fuq il-bażi ta’ dawn id-diskussjonijiet “il-Kummissjoni ser tikkunsidra tressaq kwalunkwe proposta meħtieġa, inkluż fir-rigward ta’ kull diffikultà li setgħet tfaċċat għall-Istati Membri b’rabta ma’ l-implimentazzjoni teknika u prattika tad-Direttiva, partikolarment l-applikazzjoni tagħha għad-data mill-e-mail permezz ta’ l-Internet u mit-telefonija permezz ta’ l-Internet.” |
(5) |
Għar-raġunijiet indikati hawn fuq huwa meħtieġ li jiġi stabbilit grupp ta’ esperti fil-qasam taż-żamma tad-data magħmul mill-partijiet interessati msemmija fil-Premessa 14 tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ data. |
(6) |
Il-ħidma tal-grupp ta’ esperti ser tkun ta’ grupp konsultattiv. Il-grupp ta’ esperti ser jiffaċilita l-iskambju ta’ l-aħjar prattika u jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-ispejjeż u l-effikaċja tad-Direttiva kif ukoll għall-iżvilupp tat-teknoloġiji relevanti li jistgħu jħallu impatt fuq id-Direttiva. |
(7) |
Il-membri tal-grupp ta’ esperti ser jintgħażlu mill-gruppi ta’ partijiet interessati msemmija fil-Premessa 14 tad-Direttiva 2006/24/KE. |
(8) |
Il-grupp għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 25 membru li jirrapreżentaw bilanċ xieraq tal-gruppi ta’ partijiet interessati msemmija qabel. |
(9) |
Il-Grupp ta’ Esperti għandu jkollu l-possibbiltà li jistabbilixxi sottokumitati sabiex jiffaċilita u jħaffef ix-xogħol tiegħu billi jiffoka fuq kwistjoni speċifika. It-termini ta’ referenza ta’ sottokumitati bħal dawn għandhom ikunu maqbula mill-Grupp ta’ Esperti kollu kemm hu u għandhom ikunu definiti b’mod ċar. |
(10) |
Għandha ssir dispożizzjoni għal r-regoli dwar l-iżvelar ta’ l-informazzjoni mill-membri tal-Grupp ta’ Esperti, bla ħsara għar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà stabbiliti fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, ECSC, Euratom (2). |
(11) |
Id-data personali kollha relatata mal-membri tal-grupp għandha tiġi pproċessata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ l-individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment ħieles ta’ tali data (3). |
(12) |
Iż-żmien fil-kariga tal-Membri għandu jkun ta’ ħames snin, u jista’ jiġġedded. |
(13) |
Huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Malli jasal il-waqt, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra r-rakkomandabbiltà ta’ estensjoni. |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-grupp ta’ esperti “Il-Pjattaforma dwar iż-Żamma ta’ Data Elettronika għall-Investigazzjoni, l-Iskoperta u l-Prosekuzzjoni ta’ Reati Serji”
Il-“Pjattaforma dwar iż-Żamma ta’ Data Elettronika għall-Investigazzjoni, l-Iskoperta u l-Prosekuzzjoni ta’ Reati Serji”, grupp ta’ esperti fi kwistjonijiet marbuta maż-żamma ta’ data personali għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-grupp ta’ esperti”, huwa b’dan imwaqqaf.
Artikolu 2
Konsultazzjoni u Kompiti
1. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta l-grupp dwar kwalunkwe kwistjoni marbuta maż-żamma ta’ data elettronika relevanti għall-investigazzjoni, l-iskoperta u l-prosekuzzjoni ta’ reati serji. Kwalunkwe membru tal-grupp ta’ esperti jista’ jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni li jkun xieraq li tikkonsulta l-grupp dwar kwistjoni speċifika. Il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ laqgħat regolari tal-grupp ta’ esperti u se tistabbilixxi aġenda dettaljata minn qabel msejsa fuq kwistjoniet li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu.
2. Il-kompiti tal-grupp għandhom ikunu:
(a) |
li jipprovdi forum għal djalogu u l-iskambju ta’ esperjenza u l-aħjar prattika fost l-esperti li jintgħażlu mill-entitajiet msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva u partikolarment bejn l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri u r-rappreżentanti tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi dwar kwistjonijiet relatati maż-żamma ta’ data personali minn fornituri ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ netwerks ta’ komunikazzjoni pubblika sabiex jiġu żgurat li d-data tkun disponibbli għall-investigazzjoni, l-iskoperta jew il-prosekuzzjoni ta’ reati serji; |
(b) |
li jinkoraġġixxi u jiffaċilita orjentazzjoni komuni dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva; |
(ċ) |
li jiskambja informazzjoni dwar l-iżviluppi teknoloġiċi relevanti, l-ispejjeż u l-effikaċja ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva; |
(d) |
li jgħin lill-Kummissjoni fl-identifikazzjoni u d-deskrizzjoni tad-diffikultajiet li jkunu tfaċċaw għall-Istati Membri b’rabta ma’ l-implimentazzjoni teknika u prattika tad-Direttiva partikolarment l-applikazzjoni tagħha għad-data mill-e-mail permezz ta’ l-Internet u mit-telefonija permezz ta’ l-Internet. |
(e) |
li jgħin lill-Kummissjoni fl-evalwazzjoni ta’ l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar iż-Żamma ta’ Data u l-impatt tagħha fuq l-operaturi ekonomiċi u l-konsumaturi. |
Artikolu 3
Għamla - Ħatra
1. Il-grupp ta’ esperti għandu jkun magħmul minn mhux aktar minn 25 membru li jintgħażlu:
(a) |
mill-awtoritajiet ta’ l-infurzar tal-liġi ta’ l-Istati Membri (sa 10 membri); |
(b) |
mill-Membri tal-Parlament Ewropew (sa 2 membri); |
(ċ) |
mill-Assoċjazzjonijiet ta’ l-industrija tal-komunikazzjonijiet elettroniċi (sa 8 membri); |
(d) |
mir-Rappreżentanti ta’ l-Awtorititajiet dwar il-Protezzjoni tad-Data (sa 4 membri); |
(e) |
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (membru wieħed) |
2. Il-membri msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għandhom jintgħażlu u jinħatru mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà fuq il-proposta ta’ l-Istati Membri mitluba u tal-Parlament Ewropew rispettivament. Dawn il-membri se jinħatru f’kapaċità personali u jistgħu jinnominaw espert li jirrapreżentahom fil-laqgħat tal-grupp ta’ esperti. Il-membri msemmija fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-paragrafu 1 għandhom jinħatru mid-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà fuq il-bażi ta’ stedina minn dan ta’ l-aħħar sabiex isiru membri tal-grupp ta’ esperti. L-assoċjazzjonijiet jew l-entitajiet relevanti msemmija fil-punti (ċ), (d) u (e) tal-pragrafu 1 ser ikunu intitolati jaħtru esperti li jirrapreżentawhom f’laqgħat tal-grupp ta’ esperti.
3. Il-membri tal-grupp ta’ esperti maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għandhom jibqgħu f’din il-kariga sakemm jiġu ssostitwiti jew sa tmiem il-perjodu fil-kariga tagħhom. Il-perjodu fil-kariga għandu jkun ta’ ħames snin bil-possibbiltà li jiġġedded.
4. Il-membri tal-grupp ta’ esperti maħtura fil-kapaċità personali tagħhom li ma jibqgħux f’pożizzjoni li jikkontribwixxu b’mod effettiv fid-deliberazzjonijiet tal-grupp, li jippreżentaw ir-riżenja tagħhom jew li ma jirrispettawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 287 tat-Trattat jistgħu jiġu ssostitwiti għall-kumplament tal-perjodu tal-mandat tagħhom.
5. Il-membri tal-grupp ta’ esperti maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għandhom jiffirmaw dikjarazzjoni kull sena fejn jistqarru li huma jaġixxu fl-interess pubbliku kif ukoll dikjarazzjoni li tikkonferma n-nuqqas jew l-eżistenza ta’ kull interess li jista’ jaffettwa l-indipendenza tagħhom.
6. L-ismijiet tal-membri maħtura fil-kapaċità personali tagħhom għandhom ikunu ppubblikati fuq is-sit ta’ l-Internet tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà tal-Kummissjoni, fis-Serje Ċ tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea u fir-Reġistru ta’ Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni. L-ismijiet tal-membri għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 4
Il-ħidma
1. Il-Kummissjoni jkollha l-presidenza tal-grupp ta’ esperti.
2. Bi ftehim mal-Kummissjoni, jistgħu jitwaqqfu sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi skond it-termini ta’ referenza stabbiliti mill-grupp. Dawn il-gruppi għandhom jiġu xolti hekk kif jintemm il-mandat tagħhom.
3. Ir–rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jistaqsi lill-esperti jew lill-osservaturi b’kompetenza speċifika dwar suġġett fuq l-aġenda biex jipparteċipa fid-deliberazzjonijiet tal-grupp jew tas-sottogrupp jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.
4. L-informazzjoni miksuba mill-parteċipazzjoni fid-deliberazzjonjiet tal-grupp jew is-sottogrupp ma tistax tinkixef, jekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, dik l-informazzjoni għandha x’taqsam ma’ kwistjonijiet kunfidenzjali.
5. Il-grupp u s-sottokumitati tiegħu għandhom normalment jiltaqgħu fil-bini tal-Kummissjoni skond il-proċeduri u l-iskeda stabbilita minnha. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi s-servizzi ta’ segretarjat. Uffiċjali oħrajn tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu l-laqgħat tal-grupp u s-sottogruppi tiegħu.
6. Il-grupp għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu abbażi tar-regoli ta’ proċedura standard adottati mill-Kummissjoni.
7. Il-Kummissjoni tista’ tippubblika kull sommarju, konklużjoni, jew parti minn konklużjoni jew dokument ta’ ħidma tal-grupp fl-ilsien oriġinali tad-dokument ikkonċernat.
Artiklu 5
Esperti Addizzjonali
1. Il-Kummissjoni tista’ tistieden esperti jew osservaturi minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp.
2. Il-Kummissjoni tista’ tistieden rappreżentanti uffiċjali ta’ l-Istati Membri, tal-pajjiżi kandidati jew ta’ pajjiżi terzi u ta’ l-organizzazzjoniet internazzjonali, intergovernattivi u mhux governattivi biex jieħdu sehem fil-laqgħat tiegħu.
Artikolu 6
Spejjeż tal-laqgħat
1. L-ispejjeż tal-vjaġġ u, fejn ikun xieraq, tas-sussistenza għall-membri, l-esperti u l-osservaturi fl-ambitu ta’ l-attivitajiet tal-grupp għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli tal-Kummissjoni dwar il-kumpens ta’ esperti esterni.
2. Il-membri, l-esperti u l-osservaturi mhumiex ser jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
3. L-ispejjeż tal-laqgħat jintraddu lura fil-limiti tal-baġit annwali allokat għall-grupp mis-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni.
Artikolu 7
Applikabbiltà
Id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Għandha tibqa’ tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2012. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta’ estensjoni qabel dik id-data.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Franco FRATTINI
Viċi President
(1) ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54.
(2) ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/548/KE, Euratom (ĠU L 215, 5.8.2006, p. 38)
Corrigendum
23.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 111/15 |
Rettifika għad-Dikjarazzjoni tad-dħul u nfiq ta’ l-Aġenzija Eżekuttiva Edukazzjoni, Awdjoviżiv u Kultura għas-sena finanzjarja 2007 – Baġit ta’ Emenda 2
( Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea L 2, ta' l-4 ta' Jannar 2008 )
F'paġna 231, il-linja li ġejja għanda tiġi miżjuda fit-tabella:
“ |
Sussidju tal-Komunità Ewropea fuq il-bażi tal-qasam tal-politika dwar ir-Relazzjonijiet Esterni |
235 316 |
1 035 684 |
1 271 000 ” |
F'paġna 233, it-test li ġej għandu jiġi miżjud:
“ |
Sussidju tal-Komunità Ewropea fuq il-bażi tal-qasam tal-politika dwar ir-Relazzjonijiet Esterni
Kummenti Deċiżjoni 2005/56/KE tal-Kummissjoni ta' l-14 ta' Jannar 2005 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-ġestjoni ta' l-azzjoni Komunitarja fl-oqsma ta' l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura – skond ir-Regolament (KE) Nru 58/2003 tal-Kunsill (ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35), kif emendat bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21). B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 ta’ din id-Deċiżjoni, sussidju destinat għal din l-aġenzija huwa mniżżel fil-baġit ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea. Id-dħul imniżżel jikkorrispondi għas-sussidju previst fil-punt 19 01 04 30 tat-Taqsima III ‘Kummissjoni’ tal-baġit ġenerali.” |